ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 101

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
20 ta' April 2018


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/599 tas-16 ta' April 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2003/76/KE li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità, fuq il-konsegwenzi finanzjarji tad-data tal-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/600 tal-10 ta' Ottubru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/601 tas-16 ta' April 2018 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali

5

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali

6

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/602 tad-19 ta' April 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

16

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/603 tat-12 ta' April 2018 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

18

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/604 tat-18 ta' April 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 fir-rigward tar-regoli proċedurali li jiffaċilitaw it-twaqqif tal-oriġini preferenzjali tal-merkanzija fl-Unjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 3510/80 u (KE) Nru 209/2005

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta' April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali ( 1 )

33

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/606 tad-19 ta' April 2018 li jagħti l-protezzjoni lill-isem Dons (DOP) skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

37

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/607 tad-19 ta' April 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mill-Marokk u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

40

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/608 tad-19 ta' April 2018 li jistabbilixxi l-kriterji tekniċi għat-tikketti elettroniċi tat-tagħmir tal-baħar ( 1 )

64

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/609 tad-19 ta' April 2018 dwar il-prezz massimu għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tieni sejħa individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tal-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/154

68

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/610 tad-19 ta' April 2018 dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għad-dsatax-il sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

69

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/611 tad-19 ta' April 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

70

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/612 tas-7 ta' April 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA 28876 - 2012/C (ex CP 202/2009) implimentata mill-Greċja għat-Terminal tal-Port tal-Kontejners ta' Piraeus (notifikata bid-dokument C(2018) 1978)  ( 1 )

73

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

20.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/599

tas-16 ta' April 2018

li temenda d-Deċiżjoni 2003/76/KE li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità, fuq il-konsegwenzi finanzjarji tad-data tal-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tad-data tal-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar skada fit-23 ta' Lulju 2002 f'konformità mal-Artikolu 97 ta' dak it-Trattat. L-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) ġew ittrasferiti lill-Unjoni fl-24 ta' Lulju 2002.

(2)

Il-Protokoll Nru 37 jieħu kont tar-rieda li l-fondi tal-KEFA jintużaw għar-riċerka f'setturi relatati mal-industrija tal-faħam u l-azzar u, għalhekk, il-ħtieġa li jiġu previsti ċerti regoli speċjali f'dak ir-rigward. L-Artikolu 1(1) tal-Protokoll Nru 37 jistabbilixxi li l-valur nett tal-assi u l-obbligazzjonijiet, kif jidhru fil-karta tal-bilanċ tal-KEFA tat-23 ta' Lulju 2002, għandu jkun meqjus bħala assi intiżi għar-riċerka fis-setturi relatati mal-industrija tal-faħam u l-azzar, imsejħa “KEFA f'likwidazzjoni”. Meta tintemm il-likwidazzjoni, dawn għandhom jissejħu “l-assi tal-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar”.

(3)

Il-Protokoll Nru 37 jipprevedi wkoll li d-dħul minn dawk l-assi, imsejħa “Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar”, għandu jintuża esklużivament għar-riċerka, 'il barra mill-programm qafas ta' riċerka, fis-setturi relatati mal-industrija tal-faħam u l-azzar skont id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 37 u tal-atti adottati abbażi tiegħu.

(4)

Fl-1 ta' Frar 2003 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2003/76/KE (2), li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 37.

(5)

Fid-dawl tat-tnaqqis eċċezzjonali, minħabba l-kuntest ta' mgħax baxx fis-swieq kapitali fis-snin reċenti, fid-dħul mill-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni ddedikat għar-riċerka fis-setturi relatati mal-industrija tal-faħam u l-azzar, huwa neċessarju li jiġu riveduti r-regoli dwar il-kanċellament tal-impenji li saru taħt il-programm ta' riċerka tal-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u tal-Azzar (“il-Programm”) sabiex l-ammonti li jikkorrispondu għal tali kanċellamenti jkunu disponibbli għall-programm. Barra minn hekk, l-ammonti li jikkorrispondu għall-kanċellamenti ta' impenji li jkunu seħħew mill-24 ta' Lulju 2002 għandhom ukoll ikunu disponibbli għall-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar.

(6)

Għall-istess raġuni, huwa neċessarju wkoll li jiġu riveduti r-regoli dwar l-ammonti rkuprati taħt il-programm sabiex dawn jiġu riportati għall-programm taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar id-dħul assenjat tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(7)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2003/76/KE tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2003/76/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 4, il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“4.   Id-dħul mhux użat u l-approprjazzjonijiet li ġejjin minn dan id-dħul li jkunu għadhom disponibbli fil-31 ta' Diċembru ta' xi sena partikolari, kif ukoll l-ammonti rkuprati, għandhom jiġu riportati awtomatikament għas-sena ta' wara. Dawk l-approprjazzjonijiet ma jistgħux jiġu ttrasferiti għal partiti oħra tal-baġit.

5.   L-approprjazzjonijiet baġitarji li jikkorrispondu għall-kanċellamenti ta' impenji għandhom jiskadu b'mod awtomatiku fi tmiem kull sena finanzjarja. Il-provvedimenti għal impenji rilaxxati minħabba kanċellamenti għandhom ikunu disponibbli għall-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar.”;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 4a

L-ammont li jikkorrispondi għall-kanċellamenti ta' impenji li jkunu saru mill-24 ta' Lulju 2002 skont l-Artikolu 4(5) għandu jsir disponibbli għall-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar fl-10 ta' Mejju 2018.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' April 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PORODZANOV


(1)  Kunsens tat-13 ta' Marzu 2018 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE tal-1 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li tistabbilixxi l-Komunità, fuq il-konsegwenzi finanzjarji tad-data tal-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar (ĠU L 29, 5.2.2003, p. 22).

(3)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

20.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/600

tal-10 ta' Ottubru 2016

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Lulju 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma' New Zealand bil-għan li jiġi konkluż Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali (“Il-Ftehim”). In-negozjati ġew konklużi b'suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fit-23 ta' Settembru 2015.

(2)

L-għan tal- Ftehim huwa li jistabbilixxi l-bażi legali għal qafas ta' kooperazzjoni li jimmira li jiżgura l-katina tal-provvista u li jiffaċilita l-kummerċ leġittimu, kif ukoll li jippermetti l-iskambju ta' informazzjoni biex tkun żgurata l-applikazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni doganali u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-ġlieda kontra l-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni ta' dak il-Ftehim (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G. MATEČNÁ


(1)  It-test tal-Ftehim jiġi ppublikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


20.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/601

tas-16 ta' April 2018

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Lulju 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma' New Zealand bil-għan li jiġi konkluż Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali (“il-Ftehim”). In-negozjati ġew konklużi b'suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fit-23 ta' Settembru 2015. Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/600 (2), il-Ftehim ġie ffirmat fit-3 ta' Lulju 2017.

(2)

L-għan tal-Ftehim huwa li jistabbilixxi l-bażi legali għal qafas ta' kooperazzjoni li jimmira li jiżgura l-katina tal-provvista u li jiffaċilita l-kummerċ leġittimu, kif ukoll li jippermetti l-iskambju ta' informazzjoni biex tkun żgurata l-applikazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni doganali u l-prevenzjoni, l-investgazzjoni u l-ġlieda kontra l-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 21(1) tal-Ftehim (3).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' April 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PORODZANOV


(1)  Kunsens tat-13 ta' Marzu 2018 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/600 tal-10 ta' Ottubru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali (ara l-paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppublikata f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


20.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/6


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali

L-UNJONI EWROPEA minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni” u

NEW ZEALAND

minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Partijiet Kontraenti”,

BILLI JIKKUNSIDRAW l-importanza tar-rabtiet kummerċjali bejn New Zealand u l-Unjoni u xewqana li jikkontribwixxu, għall-benefiċċju taż-żewġ Partijiet Kontraenti,għall-iżvilupp armonjuż ta' dawk ir-rabtiet;

JIRRIKONOXXU li, sabiex jinkiseb dan l-objettiv, għandu jkun hemm impenn biex tiġi żviluppata l-kooperazzjoni doganali;

IQISU l-iżvilupp tal-kooperazzjoni doganali bejn il-Partijiet Kontraenti, fir-rigward tal-proċeduri doganali;

JIKKUNSIDRAW li operazzjonijiet li jiksru l-leġislazzjoni doganali jippreġudikaw l-interessi ekonomiċi, fiskali u kummerċjali taż-żewġ Partijiet Kontraenti, u waqt li jagħrfu l-importanza li jiżguraw il-valutazzjoni eżatta tad-dazji doganali u ta' taxxi oħra;

KONVINTI li azzjoni kontra dawn l-operazzjonijiet tista' ssir aktar effettiva b'kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali;

JAGĦRFU r-rwol sinifikanti tal-awtoritajiet doganali u l-importanza tal-proċeduri doganali fil-promozzjoni tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ u tal-protezzjoni tal-ċittadini;

JIMMIRAW li jipprovdu qafas biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bil-għan li jkun hemm aktar simplifikazzjoni u armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali u li tkun promossa azzjoni konġunta fil-kuntest ta' inizjattivi internazzjonali rilevanti, inkluż il-faċilitazzjoni tal-kummerċ u t-titjib tas-sigurtà fil-katina tal-provvista;

JIRRIKONOXXU s-sinifikat tal-Ftehim tal-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ innegozjat taħt l-awspiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u jenfasizzaw l-importanza tal-adozzjoni u tal-implimentazzjoni effettiva tiegħu;

JIBNU fuq l-elementi essenzjali tal-Qafas SAFE ta' Standards li Jiżguraw u Jiffaċilitaw il-Kummerċ Globali (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Qafas SAFE”) tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO);

JIKKUNSIDRAW IL-livell għoli ta' impenn taż-żewġ Partijiet Kontraenti għall-azzjonijiet doganali u l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali;

JIKKUNSIDRAW l-obbligi imposti bil-konvenzjonijiet internazzjonali diġà aċċettati jew applikati mill-Partijiet Kontraenti, kif ukoll l-attivitajiet relatati mad-dwana li twettqu mid-WTO; u

JIKKUNSIDRAW l-istrumenti rilevanti tad-WCO, b'mod partikolari r-Rakkomandazzjoni dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka tal-5 ta' Diċembru 1953;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

(a)

“leġislazzjoni doganali” tfisser kwalunkwe liġi u regolament tal-Unjoni jew ta' New Zealand li jirregolaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu ta' merkanzija u t-tqegħid tagħha taħt kwalunkwe sistema jew proċedura doganali, inklużi miżuri ta' projbizzjoni, ta' restrizzjoni u ta' kontroll, u amministrati, applikati jew infurzati mill-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti fit-territorji rispettivi tagħhom;

(b)

“liġijiet u regolamenti tal-Parti Kontraenti”, “liġijiet u regolamenti ta' dik il-Parti Kontraenti” u “liġijiet u regolamenti ta' kull Parti Kontraenti” jfissru l-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fl-Unjoni fiċ-ċirkustanzi, jew il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fi New Zealand, skont kif jeħtieġ il-kuntest;

(c)

“awtorità doganali” tfisser, fl-Unjoni, is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Kummissjoni”) li huma responsabbli għal materji doganali u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni u, fi New Zealand, New Zealand Customs Service;

(d)

“awtorità applikanti” tfisser awtorità amministrattiva kompetenti li tkun ġiet innominata minn Parti Kontraenti għal dan il-għan u li tagħmel talba għall-assistenza fuq il-bażi ta' dan il-Ftehim;

(e)

“awtorità li ssirilha t-talba” tfisser awtorità amministrattiva kompetenti li tkun ġiet innominata minn Parti Kontraenti għal dan il-għan u li tirċievi talba għall-assistenza fuq il-bażi ta' dan il-Ftehim;

(f)

“persuna” tfisser kwalunkwe persuna fiżika, kwalunkwe persuna ġuridika, jew kwalunkwe entità oħra mingħajr personalità ġuridika kostitwita jew organizzata skont il-liġijiet u r-regolamenti ta' kull Parti Kontraenti, li twettaq l-importazzjoni, l-esportazzjoni, jew it-tranżitu ta' merkanzija;

(g)

“informazzjoni” tfisser data, inkluża data personali, dokumenti, rapporti, u komunikazzjonijiet oħra fi kwalunkwe format, inklużi l-kopji elettroniċi tagħhom;

(h)

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli;

(i)

“operazzjoni bi ksur tal-leġislazzjoni doganali” tfisser kwalunkwe ksur jew tentattiv ta' ksur tal-leġislazzjoni doganali.

Artikolu 2

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorju doganali tal-Unjoni (kif deskritt fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni) u, min-naħa l-oħra, għat-territorju ta' New Zealand (eskluż Tokelau) fejn il-leġislazzjoni doganali tiegħu tinsab fis-seħħ.

Artikolu 3

Implimentazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jkun implimentat f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fl-Unjoni fiċ-ċirkostanzi u fi New Zealand, inkluż fil-qasam tal-protezzjoni tad-data, u fi ħdan ir-riżorsi disponibbli tal-awtoritajiet doganali rispettivi tagħhom.

2.   L-awtoritajiet doganali tal-Unjoni u ta' New Zealand għandhom jiddeċiedu dwar il-miżuri prattiċi u l-arranġamenti kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Rabta ma' ftehimiet internazzjonali oħrajn

1.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ma għandhomx jaffettwaw id-drittijiet u l-obbligi tal-ebda wieħed mill-Partijiet Kontraenti fil-qafas ta' kwanlunkwe ftehim internazzjonali ieħor li għalih huwa parti, Parti Kontraenti wieħed jew ieħor.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandu jkollhom preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe ftehim bilaterali dwar il-kooperazzjoni doganali u l-assistenza amministrattiva reċiproka li ġie jew seta' ġie konkluż bejn l-Istati Membri individwali tal-Unjoni u ta' New Zealand, safejn id-dispożizzjonijiet ta' dawk il-ftehimiet bilaterali jkunu kompatibbli ma' dawk ta' dan il-Ftehim.

3.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ma għandhomx jaffettwaw id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni li jirregolaw il-komunikazzjoni bejn is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni ta' kwalunkwe informazzjoni miksuba fil-qafas ta' dan il-Ftehim li jista' jkun ta' interess għall-Unjoni.

TITOLU II

KOOPERAZZJONI DOGANALI

Artikolu 5

Kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni

1.   Il-kooperazzjoni, f'dan il-Ftehim, għandha tkopri il-materji kollha marbuta mal-applikazzjoni ta' leġislazzjoni doganali.

2.   Sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ leġittimu u l-moviment ta' merkanzija, it-tisħiħ tal-konformità tal-kummerċjanti, il-protezzjoni taċ-ċittadini u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-awtoritajiet doganali tal-Unjoni u ta' New Zealand għandhom jikkoperaw sabiex:

(a)

jipproteġu l-kummerċ leġittimu permezz tal-infurzar effettiv tar-rekwiżiti leġislattivi u l-konformità magħhom;

(b)

jiżguraw il-katina tal-provvista sabiex ikun iffaċilitat il-moviment sikur ta' merkanzija bejn l-Unjoni u New Zealand;

(c)

jimmassimizzaw il-kontribut tagħhom għall-ħidma tad-WCO, id-WTO u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra biex itejbu t-tekniki doganali u biex isolvu l-problemi ta' proċeduri doganali, ta' infurzar doganali u tal-iffaċilitar tal-kummerċ; jeliminaw il-piżijiet bla bżonn fuq operaturi ekonomiċi; jipprovdu għall-iffaċilitar ta' operaturi b'livelli għolja ta' konformità; u biex jiżguraw salvagwardji kontra l-frodi u l-attivitajiet illeċiti jew ta' ħsara;

(d)

jimplimentaw l-istrumenti u l-istandards internazzjonali applikabbli fil-qasam tad-dwana u l-kummerċ, li l-Partijiet Kontraenti rispettivi jkunu aċċettaw, inklużi l-elementi sostantivi tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali (kif rivedut), u l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni ta' Merkanzija;

(e)

jimplimentaw il-Ftehim tad-WTO dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ mad-dħul fis-seħħ tiegħu;

(f)

jikkooperaw fir-riċerka, fl-iżvilupp, fl-ittestjar u fl-evalwazzjoni ta' proċeduri ġodda doganali, u fit-taħriġ u fl-iskambju tal-persunal u fl-għoti ta' assistenza;

(g)

jiskambjaw informazzjoni li tikkonċerna l-leġislazzjoni doganali, l-implimentazzjoni tagħha, u l-proċeduri doganali, b'mod partikolari fl-oqsma tas-simplifikazzjoni u tal-immodernizzar tal-proċeduri doganali; u

(h)

jiżviluppaw inizjattivi konġunti marbuta mal-importazzjoni, mal-esportazzjoni u ma' proċeduri doganali oħrajn, kif ukoll biex jiżguraw servizz effettiv għall-komunità tan-negozju.

Artikolu 6

Sigurtà tal-katina tal-provvista u l-ġestjoni tar-riskju

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jaħdmu flimkien fuq aspetti relatati mad-dwana għall-iżgurar u l-iffaċilitar tal-katina ta' provvista internazzjonali skont il-Qafas SAFE. B'mod partikolari, għandhom jikkooperaw billi:

(a)

isaħħu l-aspetti relatati mad-dwana għas-sigurtà tal-katina loġistika tal-kummerċ internazzjonali filwaqt li jiffaċilitaw il-kummerċ leġittimu;

(b)

jistabbilixxu standards minimi, safejn huwa prattikabbli, għal tekniki tal-ġestjoni tar-riskji u għal rekwiżiti u programmi relatati;

(c)

jistabbilixxu, fejn xieraq, rikonoxximent reċiproku ta' tekniki tal-ġestjoni tar-riskju, ta' standards tar-riskju, ta' kontrolli tas-sigurtà, ta' programmi ta' sigurtà tal-katina tal-provvista u ta' sħubija kummerċjali, inklużi miżuri ekwivalenti tal-iffaċilitar tal-kummerċ;

(d)

jiskambjaw informazzjoni għas-sigurtà tal-katina tal-provvista u għall-ġestjoni tar-riskju;

(e)

jistabbilixxu punti ta' kuntatt għall-iskambju tal-informazzjoni għas-sigurtà tal-katina tal-provvista u għall-ġestjoni tar-riskju;

(f)

jintroduċu, fejn xieraq, interfaċċja għall-iskambju tal-informazzjoni, inkluż għad-data ta' qabel il-wasla jew ta' qabel it-tluq;

(g)

jikkollaboraw f'fora multilaterali fejn jistgħu jitqajmu u jiġu diskussi b'mod xieraq kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista.

TITOLU III

ASSISTENZA AMMINISTRATTIVA REĊIPROKA

Artikolu 7

Kamp ta' applikazzjoni tal-assistenza

1.   L-awtoritajiet doganali tal-Unjoni u ta' New Zealand għandhom jassistu lil xulxin fil-prevenzjoni, fl-identifikazzjoni, fl-investigazzjoni u fis-soppressjoni ta' ksur tal-leġislazzjoni doganali.

2.   L-assistenza skont dan il-Ftehim ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet u l-obbligi tal-ebda Parti Kontraenti dwar l-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali skont il-ftehimiet internazzjonali jew il-liġijiet u r-regolamenti ta' kull Parti Kontraenti. Lanqas ma għandha tkopri l-informazzjoni miksuba bis-setgħat eżerċitati fuq talba ta' awtorità ġudizzjarja.

3.   L-assistenza biex jiġu rkuprati d-dazji, it-taxxi jew il-multi mhijiex koperta b'dan il-Ftehim.

Artikolu 8

Assistenza fuq talba

1.   Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tipprovdiha bl-informazzjoni rilevanti kollha li tippermettilha tiżgura li l-leġislazzjoni doganali tkun applikata b'mod korrett, inkluża l-informazzjoni li tirrigwarda attivitajiet individwati jew ippjanati li huma jew li jistgħu jkunu operazzjonijiet li jiksru l-leġislazzjoni doganali.

2.   Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tinfurmaha dwar:

(a)

jekk il-merkanzija esportata minn waħda mill-Partijiet Kontraenti ġietx importata b'mod korrett fil-Parti l-oħra, u għandha tispeċifika, fejn xieraq, il-proċeduri doganali applikati għall-merkanzija; u

(b)

jekk il-merkanzija importata f'waħda mill-Partijiet Kontraenti ġietx esportata b'mod korrett mill-Parti l-oħra, u tispeċifika, fejn xieraq, il-proċeduri doganali applikati għall-merkanzija.

3.   Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha, fil-qafas tal-liġijiet u tar-regolamenti applikabbli għal din tal-aħħar, tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiżgura li jkun hemm sorveljanza speċjali dwar:

(a)

persuni li fir-rigward tagħhom jeżistu bażi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li dawn huma jew kienu involuti f'operazzjonijiet li jiksru l-leġislazzjoni doganali;

(b)

postijiet fejn ħażniet ta' merkanzija kienu jew li jistgħu jkunu maħżuna jew miġbura b'tali mod li jkun hemm bażi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li dik il-merkanzija li hija maħsuba biex tintuża f'operazzjonijiet li jiksru l-leġislazzjoni doganali;

(c)

merkanzija li hija jew li tista' tiġi ttrasportata b'tali mod li jkun hemm raġunijiet xierqa sabiex wieħed jemmen li hija maħsuba biex tintuża f'operazzjonijiet li jiksru l-leġislazzjoni doganali; u

(d)

mezzi ta' trasport li huma jew li jistgħu jkunu użati b'tali mod li jkun hemm bażi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li huma maħsuba biex jintużaw f'operazzjonijiet li jiksru l-leġislazzjoni doganali.

Artikolu 9

Assistenza spontanja

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jassistu lil xulxin, fuq l-inizjattiva tagħhom infushom u skont il-liġijiet u r-regolamenti ta' kull Parti Kontraenti, jekk jikkunsidraw li dan huwa meħtieġ sabiex il-leġislazzjoni doganali tiġi applikata b'mod korrett, b'mod partikolari billi tiġi pprovvduta l-informazzjoni miksuba li tappartjeni għal:

(a)

attivitajiet li huma jew li jidhru li huma operazzjonijiet li jiksru l-leġislazzjoni doganali u li jistgħu jkunu ta' interess għall-Parti Kontraenti l-oħra;

(b)

mezzi jew metodi ġodda użati fit-twettiq ta' operazzjonijiet li jiksru l-leġislazzjoni doganali;

(c)

merkanzija magħrufa li hija soġġetta għal operazzjonijiet li jiksru l-leġislazzjoni doganali;

(d)

persuni li fir-rigward tagħhom hemm bażi raġjonevoli sabiex wieħed jemmen li huma involuti jew li kienu involuti f'operazzjonijiet li jiksru l-leġislazzjoni doganali; u

(e)

mezzi ta' trasport li fir-rigward tagħhom hemm bażi raġonevoli sabiex wieħed jemmen li kienu, li huma jew li jistgħu jkunu involuti f'operazzjonijiet li jiksru l-leġislazzjoni doganali.

Artikolu 10

Kunsinna u notifika

1.   Fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità li ssirilha t-talba, għandha, f'konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti applikabbli għal din tal-aħħar, tieħu l-miżuri neċessarji kollha sabiex:

(a)

tibgħat kwalunkwe dokument; jew

(b)

tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni, li toħroġ mill-awtorità applikanti u li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, lil destinatarju li jkun residenti jew stabbilit fil-ġuriżdizzjoni tal-awtorità li ssirilha t-talba.

2.   It-talbiet għall-kunsinna ta' dokumenti jew għan-notifika ta' deċiżjonijiet għandhom isiru bil-miktub f'lingwa uffiċjali tal-awtorità li ssirilha t-talba jew f'lingwa aċċettata minn dik l-awtorità.

Artikolu 11

Forma u sustanza tat-talbiet għall-assistenza

1.   It-talbiet skont dan il-Ftehim għandhom isiru bil-miktub. Dawn għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumenti meħtieġa sabiex jippermettu l-konformità mat-talba. Meta l-urġenza tas-sitwazzjoni titlob hekk, jistgħu jiġu aċċettati talbiet orali, iżda dawn għandhom jiġu kkonfermati bil-miktub minnufih.

2.   It-talbiet skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-awtorità applikanti;

(b)

il-miżura mitluba;

(c)

il-fini u r-raġuni għat-talba;

(d)

il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti;

(e)

indikazzjonijiet kemm jista' jkun preċiżi u komprensivi dwar il-merkanzija jew il-persuni li jkunu fil-mira tal-investigazzjonijiet; u

(f)

sommarju tal-fatti rilevanti u tal-istħarriġ diġà mwettaq.

3.   It-talbiet għandhom jintbagħtu f'lingwa uffiċjali tal-awtorità li ssirilha t-talba jew f'lingwa aċċettabbli għal dik l-awtorità. Dak ir-rekwiżit ma għandux japplika għal dokumenti li jakkumpanjaw it-talba skont il-paragrafu 1.

4.   Jekk talba ma tissodisfax ir-rekwiżit formali stipulati hawn fuq, tista' tintalab il-korrezzjoni jew it-tlestija sħiħa tagħha; sadanittant jistgħu jittieħdu miżuri ta' prekawzjoni.

Artikolu 12

Twettiq ta' talbiet

1.   Sabiex tikkonforma ma' talba għall-assistenza, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tipproċedi minnufih, fil-limiti tal-kompetenza tagħha u tar-riżorsi disponibbli, daqslikieku kienet qed taġixxi għaliha stess jew fuq talba ta' awtoritajiet oħra tal-istess Parti Kontraenti, billi tipprovdi l-informazzjoni diġà fil-pussess tagħha, billi twettaq l-investigazzjonijiet xierqa jew billi tagħmel mod li dawn jitwettqu. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għal kwalunkwe awtorità oħra li lilha tkun ġiet indirizzata t-talba skont dan il-Ftehim mill-awtorità li ssirilha t-talba meta din tal-aħħar ma tistax taġixxi minn rajha.

2.   It-talbiet għall-assistenza għandhom jitwettqu skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti Kontraenti li tirċievi t-talba.

3.   L-uffiċjali debitament awtorizzati tal-Parti Kontraenti jistgħu, bi ftehim mal-Parti Kontraenti l-oħra u soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti minn din tal-aħħar, ikunu preżenti sabiex jiksbu fl-uffiċċji tal-awtorità li ssirilha t-talba jew kull awtorità oħra konċernata skont il-paragrafu 1, informazzjoni li tikkonċerna attivitajiet li huma jew li jistgħu jkunu operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali li l-awtorità applikanti jkollha bżonn għall-fini ta' dan il-Ftehim.

4.   Uffiċjali debitament awtorizzati ta' Parti Kontraenti jistgħu, bi ftehim mal-Parti Kontraenti l-oħra u soġġett għall-kondizzjonijiet preskritti minn din tal-aħħar, ikunu preżenti għall-investigazzjonijiet imwettqa fit-territorju ta' din imsemmija l-aħħar.

Artikolu 13

Mod li bih l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata

1.   L-awtorità li ssirilha t-talba għandha tikkomunika r-riżultati tal-istħarriġ imwettaq wara talba magħmula skont dan il-Ftehim lill-awtorità applikanti bil-miktub flimkien ma' dokumenti, il-kopji ċertifikati tad-dokumenti jew oġġetti oħra rilevanti.

2.   L-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafu 1 tista' tkun f'forma komputerizzata.

3.   Il-fajls u d-dokumenti oriġinali għandhom jiġu trażmessi biss fuq talba fil-każijiet meta l-kopji ċertifikati ma jkunux biżżejjed. Dawk id-dokumenti oriġinali għandhom jintbagħtu lura malajr kemm jista' jkun.

Artikolu 14

Eċċezzjonijiet għall-obbligu li tingħata assistenza

1.   Kwalunkwe forma ta' assistenza fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim tista' tiġi rrifjutata jew tista' tkun soġġetta għal ċerti kondizzjonijiet jew rekwiżiti, fil-każijiet fejn Parti Kontraenti tkun tal-opinjoni li l-assistenza skont dan il-Ftehim:

(a)

x'aktarx tippreġudika s-sovranità ta' New Zealand jew dik ta' Stat Membru tal-Unjoni li l-awtorità kompetenti tiegħu tkun irċeviet talba biex tipprovdi assistenza skont dan il-Ftehim;

(b)

x'aktarx li tippreġudika l-ordni pubblika, is-sigurtà jew interessi essenzjali oħra;

(c)

tikser sigriet kummerċjali jew tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi; jew

(d)

tkun inkompatibbli mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli inkluż, iżda mhux limitat għal, dawk tal-protezzjoni tal-privatezza personali jew il-kwistjonijiet u l-kontijiet finanzjarji ta' individwi.

2.   L-assistenza tista' tiġi posposta mill-awtorità li ssirilha t-talba għar-raġuni li tinterferixxi ma' investigazzjoni, prosekuzzjoni jew proċedimenti li jkunu għaddejjin. F'każ ta' dan it-tip, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tikkonsulta mal-awtorità applikanti sabiex tiddetermina jekk l-assistenza tistax tingħata soġġett għal tali termini jew kondizzjonijiet skont kif l-awtorità li ssirilha t-talba tista' teħtieġ.

3.   Meta l-awtorità applikanti tfittex l-assistenza li hi nnifisha ma tkunx tista' tipprovdi fil-każ li tintalab tagħmel hekk, din għandha tiġbed l-attenzjoni għal dan il-fatt fit-talba tagħha. Imbagħad id-deċiżjoni biex tiddeċiedi kif twieġeb għal tali talba għandha titħalla f'idejn l-awtorità li ssirilha t-talba.

4.   Għall-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, id-deċiżjoni tal-awtorità li ssirilha t-talba u r-raġunijiet tagħha għandhom jiġu kkomunikati lill-awtorità applikanti mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 15

Esperti u xhieda

Uffiċjal ta' awtorità li ssirilha t-talba jista' jkun awtorizzat jidher, fil-limiti tal-awtorizzazzjoni mogħtija, bħala espert jew xhud quddiem awtorità fil-Parti Kontraenti l-oħra f'materji koperti minn dan il-Ftehim, u jipproduċi tali oġġetti, dokumenti jew kopji ċertifikati tagħhom li jkunu meħtieġa għal dan il-għan. It-talba għal dehra għandha tindika b'mod speċifiku quddiem liema awtorità għandu jidher l-uffiċjal, dwar liema materji u bis-saħħa ta' liema titolu jew kwalifika l-uffiċjal ser jiġi mistoqsi.

Artikolu 16

Spejjeż marbuta mal-assistenza

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jirrinunzjaw għall-pretensjonijiet kollha kontra xulxin rigward ir-rimborż tal-ispejjeż mġarrba skont dan il-Ftehim, għajr, skont kif ikun xieraq, għall-ispejjeż li jridu jitħallsu lill-esperti u lix-xhieda skont l-Artikolu 15, u għall-ispejjeż li jridu jitħallsu lill-interpreti u lit-tradutturi li mhumiex impjegati tas-servizz pubbliku.

TITOLU IV

SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI

Artikolu 17

Kunfidenzjalità u protezzjoni tal-informazzjoni

1.   Kwalunkwe informazzjoni kkomunikata tkun xi tkun l-għamla tagħha skont dan il-Ftehim għandha tkun ta' tip kunfidenzjali jew ristretta, skont ir-regoli li japplikaw f'kull waħda mill-Partijiet Kontraenti.

2.   Parti Kontraenti ma għandhiex tuża jew tiżvela informazzjoni miksuba skont dan il-Ftehim għajr għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jew bil-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti Kontraenti li tipprovdiha u soġġett għat-tali kondizzjonijiet u restrizzjonijiet li l-Parti Kontraenti li qed tipprovdiha tista' teħtieġ. Madankollu, jekk xi waħda mill-Partijiet Kontraenti tkun meħtieġa bil-liġijiet u r-regolamenti ta' dik il-Parti Kontraenti li tiżvela informazzjoni miksuba skont dan il-Ftehim, għandha tinnotifika kwalunkwe żvelar bħal dan lill-Parti Kontraenti li qed tipprovdiha u fejn possibbli qabel it-tali żvelar.

3.   Soġġett għal kwalnukwe rekwiżit applikabbli għal Parti Kontraenti skont il-liġijiet u r-regolamenti ta' dik il-Parti Kontraenti, jew kondizzjonijiet, twissijiet, restrizzjonijiet jew struzzjonijiet ta' trattament ċari li jeħtieġu protezzjoni akbar, l-informazzjoni kollha pprovduta skont dan il-Ftehim għandha tingħata l-istess jew livell ogħla ta' sigurtà u ta' protezzjoni tal-privatezza bħal kif inhu indikat mill-klassifikazzjoni tas-sigurtà jew minn kull twissija oħra ta' trattament mehmuża għall-informazzjoni tal-awtorità li ssirilha t-talba.

4.   Data personali għandha tiġi skambjata biss fejn il-Parti Kontraenti li tista' tirċeviha tintrabat li tipproteġi din id-data b'mod li jitqies adegwat mill-Parti Kontraenti li tista' tipprovdi tali data personali.

5.   Kull Parti Kontraenti għandha tillimita l-aċċess għall-informazzjoni li tirċievi skont dan il-Ftehim għal dawk il-persuni li għandhom bżonn ikunu jafu l-kontenut tiegħu.

6.   Kull Parti Kontraenti għandha tillimita, iżżomm u tittrażmetti l-informazzjoni riċevuta skont dan il-Ftehim bl-użu ta' mekkaniżmi ta' sigurtà rikonoxxuti bħal passwords, kriptaġġ, jew salvagwardji raġonevoli oħra konsistenti mal-klassifikazzjoni ta' sigurtà mehmuża mal-informazzjoni partikolari.

7.   Kull Parti Kontraenti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra dwar kull aċċess, użu, żvelar, modifika jew tneħħija ta' informazzjoni aċċidentali jew mhux awtorizzata riċevuta skont dan il-Ftehim u għandha tipprovdi d-dettalji kollha tal-aċċess, l-użu, iż-żvelar, il-modifika jew it-tneħħija ta' informazzjoni aċċidentali jew mhux awtorizzata.

8.   Jekk l-informazzjoni riċevuta skont dan il-Ftehim tkun ġiet żvelata jew modifikata aċċidentalment kull Parti Kontraenti għandha tagħmel dak kollu li hu prattiku b'mod raġonevoli biex tirkupra jew, meta l-irkupru ma jkunx possibbli, biex tiżgura l-qerda ta' informazzjoni żvelata jew modifikata.

9.   Kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti tista' titlob li jkun hemm protezzjoni addizzjonali dwar informazzjoni sensittiva ħafna.

10.   L-informazzjoni ma tistax tiġi pproċessata u tinżamm għal żmien itwal milli jkun meħtieġ għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u f'konformità mar-rekwiżiti ta' kull Parti Kontraenti rigward il-privatezza u ż-żamma ta' reġistri pubbliċi. Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura r-rimi kontrollat ta' informazzjoni li tkun ġiet riċevuta skont dan il-Ftehim kif previst fil-liġijiet u r-regolamenti ta' dik il-Parti Kontraenti.

11.   Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jipprekludi l-użu tal-informazzjoni jew tad-dokumenti miksuba skont dan il-Ftehim bħala xiehda fi proċedimenti jew akkużi istitwiti sussegwentement quddiem il-qrati jew it-tribunali rigward l-operazzjonijiet li jmorru kontra l-leġislazzjoni doganali. Għalhekk, il-Partijiet jistgħu, fir-rekords tal-evidenza tagħhom, fir-rapporti u x-xhieda u fi proċedimenti u f'akkużi li jistgħu jitressqu sussegwentement quddiem il-qrati jew tribunali jużaw bħala evidenza informazzjoni miksuba u dokumenti kkonsultati skont dan il-Ftehim. Il-Parti Kontraenti li pprovdiet dik l-informazzjoni jew li tat l-aċċess għal dawk id-dokumenti għandha tkun innotifikata dwar dan l-użu.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18

Intestaturi

L-intestaturi tat-Titoli u tal-Artikoli ta' dan il-Ftehim huma mdaħħla biss għall-konvenjenza ta' referenza u ma għandhomx jaffettwaw l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 19

Konsultazzjoni

Kull mistoqsija jew tilwima li għandha x'taqsam mal-interpretazzjoni jew mal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tiġi solvuta b'konsultazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti, li għandha twassal, fejn xieraq, għal deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali msemmi fl-Artikolu 20.

Artikolu 20

Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali

1.   B'dan huwa stabbilit Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali (KKKD), kompost minn rappreżentanti tal-awtoritajiet doganali u ta' awtoritjaiet kompetenti oħra tal-Partijiet Kontraenti. Il-Kumitat għandu jiltaqa' f'post, f'data u b'aġenda stabbilita b'kunsens reċiproku.

2.   Il-KKKD għandu jiżgura l-funzjonament korrett u l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u għandu jeżamina l-kwistjonijiet u l-kunflitti kollha li jirriżultaw mill-applikazzjoni tiegħu. B'hekk, il-KKKD għandu, inter alia:

(a)

jieħu l-miżuri meħtieġa għall-kooperazzjoni u l-assistenza doganali f'konformità mal-għanijiet ta' dan il-Ftehim, b'mod partikolari billi:

(i)

jidentifika kwalunkwe bidla regolatorja jew leġislattiva meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(ii)

jidentifika u jistabbilixxi miżuri għat-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta' skambju tal-informazzjoni;

(iii)

jidentifika u jistabbilixxi l-aħjar prattiki, inklużi l-aħjar prattiki għall-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tal-informazzjoni elettronika bil-quddiem dwar it-tagħbija ma' standards internazzjonali dwar vjeġġi li jkunu deħlin, ħerġin jew fi tranżitu;

(iv)

jiddefinixxi u jistabbilixxi standards tal-analiżi tar-riskju għall-informazzjoni meħtieġa biex ikunu identifikati vjeġġi impurtati, trasbordati, jew fi tranżitu minn New Zealand u mill-Unjoni;

(v)

jiddefinixxi u jistabbilixxi miżuri biex jiġu armonizzati standards tal-valutazzjoni tar-riskju;

(vi)

jiddefinixxi standards minimi ta' kontroll u metodi li bihom dawk l-istandards jistgħu jiġu sodisfatti;

(vii)

itejjeb u jistabbilixxi standards għal programmi ta' sħubija kummerċjali mfassla biex itejbu s-sigurtà tal-katina tal-provvista u jiffaċilitaw il-moviment tal-kummerċ leġittimu; u

(viii)

jiddefinixxi u jwettaq passi konkreti għall-istabbiliment tar-rikonoxximent reċiproku ta' tekniki tal-ġestjoni tar-riskju, standards tar-riskju, kontrolli tas-sigurtà u programmi ta' sħubija kummerċjali inklużi miżuri ekwivalenti tal-iffaċilitar tal-kummerċ;

(b)

jaġixxi bħala l-korp kompetenti biex jindirizza kull kwistjoni li tqum fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-Titolu III;

(c)

jingħata s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet li jimplimentaw dan il-Ftehim, inkluż dwar it-trażmissjoni tad-data u ta' benefiċċji miftiehma reċiprokament ta' rikonoxximent reċiproku ta' tekniki tal-ġestjoni tar-riskji, standards tar-riskji, kontrolli tas-sigurtà u programmi ta' sħubija kummerċjali kif ukoll miżuri oħra tal-iffaċilitar tal-kummerċ;

(d)

iwettaq skambju ta' opinjonijiet dwar kwalunkwe punt ta' interess komuni li għandu x'jaqsam mal-kooperazzjoni doganali, inklużi miżuri futuri u r-riżorsi għalihom; u

(e)

jadotta r-regoli ta' proċedura interni tiegħu.

3.   Il-KKKD għandu jwaqqaf mekkaniżmi tal-ħidma xierqa, inkluż gruppi ta' ħidma, sabiex jappoġġjaw xogħlu għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ u tul ta' żmien

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin, permezz ta' skambju ta' noti diplomatiċi bejniethom, bit-tmiem tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

2.   Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat b'kunsens reċiproku tal-Partijiet Kontraenti permezz ta' skambju ta' noti diplomatiċi bejniethom. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ skont l-istess kondizzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1, sakemm mhux miftiehem mod ieħor mill-Partijiet Kontraenti.

3.   Kull Parti Kontraenti tista' tittermina dan il-Ftehim billi tavża lill-Parti l-oħra bil-miktub. It-terminazzjoni għandha tieħu effett tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Parti Kontraenti l-oħra. It-talbiet għall-assistenza li jkunu waslu qabel it-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu pproċessati f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 22

Testi awtentiċi

Dan il-Ftehim għandu jitfassal f'żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż, bit-Taljan u bl-Ungeriż,, b'kull test ugwalment awtentiku. F'każ ta' kwalunkwe diverġenza bejn it-testi ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti għandhom jirreferu l-kwistjoni lill-KKKD.

B'xhieda ta' dan, ir-rappreżentanti sottoskritti, awtorizzati kif meħtieġ għal dan il-għan, iffirmaw dan il-Ftehim.

Съставено в Брюксел на трети юли през две хиляди и седемнадесета година.

Hecho en Bruselas, el tres de julio de dos mil diecisiete.

V Bruselu dne třetího července dva tisíce sedmnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den tredje juli to tusind og sytten.

Geschehen zu Brüssel am dritten Juli zweitausendsiebzehn.

Kahe tuhande seitsmeteistkümnenda aasta juulikuu kolmandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τρεις Ιουλίου δύο χιλιάδες δεκαεπτά.

Done at Brussels on the third day of July in the year two thousand and seventeen.

Fait à Bruxelles, le trois juillet deux mille dix-sept.

Sastavljeno u Bruxellesu trećeg srpnja godine dvije tisuće sedamnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì tre luglio duemiladiciassette.

Briselē, divi tūkstoši septiņpadsmitā gada trešajā jūlijā.

Priimta du tūkstančiai septynioliktų metų liepos trečią dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhetedik év július havának harmadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tielet jum ta‘ Lulju fis-sena elfejn u sbatax.

Gedaan te Brussel, drie juli tweeduizend zeventien.

Sporządzono w Brukseli dnia trzeciego lipca roku dwa tysiące siedemnastego.

Feito em Bruxelas, em três de julho de dois mil e dezassete.

Întocmit la Bruxelles la trei iulie două mii șaptesprezece.

V Bruseli tretieho júla dvetisícsedemnásť.

V Bruslju, dne tretjega julija leta dva tisoč sedemnajst.

Tehty Brysselissä kolmantena päivänä heinäkuuta vuonna kaksituhattaseitsemäntoista.

Som skedde i Bryssel den tredje juli år tjugohundrasjutton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Нова Зеландия

Por Nueva Zelanda

Za Nový Zéland

For New Zealand

Für Neuseeland

Uus-Meremaa nimel

Για τη Νέα Ζηλανδία

For New Zealand

Pour la Nouvelle-Zélande

Za Novi Zeland

Per la Nuova Zelanda

Jaunzēlandes vārdā –

Naujosios Zelandijos vardu

Új-Zéland részéről

Għal New Zealand

Voor Nieuw-Zeeland

W imieniu Nowej Zelandii

Pela Nova Zelândia

Pentru Noua Zeelandă

Za Nový Zéland

Za Novo Zelandijo

Uuden-Seelannin puolesta

För Nya Zeeland

Image


REGOLAMENTI

20.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/602

tad-19 ta' April 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2)

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) qed tkompli l-programmi nukleari u ballistiċi tagħha bi ksur tal-obbligi tagħha kif jinsabu f'għadd ta' Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Dawk il-programmi jiġu ffinanzjati parzjalment minn trasferimenti illeċiti ta' fondi u riżorsi ekonomiċi.

(3)

Jenħtieġ li erba' persuni li pprovdew għat-trasferiment ta' assi jew riżorsi li setgħu finanzjarjament jikkontribwixxu għall-programmi relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet fl-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509.

(4)

Jenħtieġ għalhekk li l-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness XV tar-Regolament (UE) 2017/1509, il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni li tinsab taħt l-intestatura “(c) Persuni fiżiċi indikati f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 34(4)”:

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

“9.

KIM Yong Nam (KIM Yong-Nam, KIM Young-Nam, KIM Yong-Gon)

Data tat-twelid: 2.12.1947

Post tat-twelid: Sinuju, RDPK

20.4.2018

KIM Yong Nam ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti bħala aġent tar-Reconnaissance General Bureau, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti. Hu u ibnu KIM Su Gwang ġew identifikati mill-Bord ta' Esperti bħala involuti f'sensiela ta' prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva. KIM Yong Nam fetaħ diversi kontijiet kurrenti u ta' tfaddil fl-Unjoni u ġie involut f'għadd ta' trasferimenti bankarji kbar lejn kontijiet bankarji fl-Unjoni jew lejn kontijiet barra l-Unjoni waqt li kien qed jaħdem fil-korp diplomatiku, inkluż lejn kontijiet f'isem ibnu KIM Su Gwang u l-mara ta' ibnu KIM Kyong Hui.

10.

DJANG Tcheul Hy

Data tat-twelid: 11.5.1950

Post tat-twelid: Kangwon

20.4.2018

DJANG Tcheul Hy kienet involuta, flimkien mar-raġel tagħha KIM Yong Nam, binha KIM Su Gwang u l-mara ta' binha KIM Kyong Hui f'sensiela ta' prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva. Kienet is-sid ta' diversi kontijiet bankarji fl-Unjoni li nfetħu minn binha KIM Su Gwang f'isimha. Kienet involuta wkoll f'diversi trasferimenti bankarji minn kontijiet mill-mara ta' binha KIM Kyong Hui lejn kontijiet bankarji barra l-Unjoni.

11.

KIM Su Gwang (KIM Sou-Kwang, KIM Sou-Gwang, KIM Son-Kwang, KIM Su-Kwang, KIM Soukwang)

Data tat-twelid: 18.8.1976

Post tat-twelid: Pyongyang,

Diplomatiku tar-RDPK, fl-Ambaxxata tar-RDPK għall-Belarussja

20.4.2018

KIM Su Gwang ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti bħala aġent tar-Reconnaissance General Bureau, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti. Hu u missieru KIM Yong Nam ġew identifikati mill-Bord ta' Esperti bħala involuti f'sensiela ta' prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva. KIM Su Gwang fetaħ għadd ta' kontijiet bankarji f'diversi Stati Membri, inkluż taħt l-ismijiet ta' membri tal-familja. Kien involut f'diversi trasferimenti bankarji kbar lejn kontijiet bankarji fl-Unjoni jew lejn kontijiet barra l-Unjoni waqt li kien qed jaħdem fil-korp diplomatiku, inkluż lejn kontijiet f'isem il-konjuġi tiegħu KIM Kyong Hui.

12.

KIM Kyong Hui

Data tat-twelid: 6.5.1981

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

20.4.2018

KIM Kyong Hui kienet involuta flimkien mar-raġel tagħha KIM Su Gwang, missier ir-raġel tagħha KIM Yong Nam u omm ir-raġel tagħha DJANG Tcheul Hy f'sensiela ta' prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva. Hi rċeviet diversi trasferimenti bankarji mingħand ir-raġel tagħha KIM Su Gwang u missier ir-raġel tagħha KIM Yong Nam, u ttrasferixxiet flus lejn kontijiet barra mill-Unjoni f'isimha jew isem omm ir-raġel tagħha, DJANG Tcheul Hy.”


20.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/603

tat-12 ta' April 2018

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha b'mod parzjali jew bis-sħiħ, jew li żżid xi suddiviżjoni magħha u li hija stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Kuxxin tal-plastik li jintefaħ (magħruf bħala “kuxxin għas-siġġijiet bir-roti”), b'qisien ta' madwar 40 × 40 cm, magħmul minn żewġ kompartimenti rettangolari konnessi flimkien internament, mimlijin bl-arja. Kull kompartiment fih borża tal-plastik mimlija bl-arja, miksija b'saff irqiq ta' silikonu.

Il-kuxxin jista' jiġi aġġustat skont kemm jintefħu bl-arja ż-żewġ kompartimenti, b'mod li meta l-utent ipoġġi fuq il-kuxxin, il-pożizzjoni tal-boroż tal-plastik f'kull kompartiment tersaq skont kemm ikun hemm arja.

Il-kuxxin ikollu għata ta' materjal tessili li ma jiżloqx li jkollha żewġ strixxi tat-tip tal-“velkro” mal-qiegħ.

Dan l-oġġett huwa maħsub biex lill-utent ma jiżviluppawlux feriti minħabba l-pressjoni fuq il-ġilda. Itaffi l-effett fuq l-għadam tal-warrani tal-utent u b'hekk dan iħossu aktar komdu.

Ara l-istampi (*1)

3926 90 97

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 3926 , 3926 90 u 3926 90 97 .

Il-klassifikazzjoni tal-oġġett taħt it-titlu 9404 (oġġetti ta' friex u tagħmir (furnishing) simili) hija eskluża għaliex il-kuxxini pnewmatiċi huma esklużi minn dan it-titlu skont it-tifsira tan-nota 1(a) tal-Kapitolu 94, u b'hekk, il-kuxxini tal-plastik pnewmatiċi huma kklassifikati taħt it-titlu 3926 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) l-aħħar paragrafu (b) għat-titlu 9404 ).

Il-klassifikazzjoni fil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda 8714 20 00 taħt partijiet u aċċessorji għal vetturi għall-ġarr ta' persuni b'diżabbiltà, hija eskluża wkoll għaliex l-oġġett mhuwiex identifikabbli bħala addattat biss jew b'mod prinċipali għall-użu fil-vetturi għall-ġarr ta' persuni b'diżabbiltà fit-tifsira tan-nota 3 tat-Taqsima XVII. Meta jitqiesu l-karatteristiki oġġettivi tiegħu, l-oġġett jista' jintuża fuq għadd kbir ta' sits u siġġijiet, kif ukoll fuq is-sits tas-siġġijiet bir-roti. Pereżempju, l-oġġett mhuwiex magħmul biex jintuża biss fuq sit speċifiku, għaliex ma għandu l-ebda mezz speċifiku li jitwaħħal bih li jidentifikah li jintuża fuq sit speċifiku. L-għata li ma tiżloqx u l-istrixxi tat-tip tal-“velkro” jistgħu jitwaħħlu ma' ħafna tipi ta' sits differenti. Għalhekk ma hemm xejn li jidentifika l-oġġett bħala li hu magħmul biex jintuża ma' xi tip speċifiku ta' sit (ara wkoll l-NSSA, l-ewwel paragrafu (i) għat-titlu 8714 ).

Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi tan-NM 8714 20 00 bħala partijiet u aċċessorji għal vetturi għall-ġarr ta' persuni b'diżabbiltà hija eskluża għaliex l-oġġett mhuwiex indispensabbli għat-tħaddim tas-siġġu bir-roti u lanqas ma jaddatta s-siġġu bir-roti għal xi funzjoni partikolari, jew iżid il-funzjonijiet tiegħu jew jippermetti li s-siġġu bir-roti jkollu xi funzjoni oħra b'rabta mal-funzjoni ewlenija tiegħu, li hi li jippermetti lil persuna b'diżabbiltà tmur minn banda għall-oħra (ara s-sentenza tal-Qorti tas-16 ta' Ġunju 2011, Unomedical, C-152/10, ECLI:EU:C:2011:402, il-paragrafi 29, 30 u 36). Siġġu tar-roti jaħdem bl-istess mod bil-kuxxin u mingħajru. Il-funzjoni tal-kuxxin hija biss biex l-utent iħossu iżjed komdu u jkun jista' joqgħod fit-tul fuq is-siġġu bir-roti.

Minkejja li l-oġġett huwa magħmul minn komponenti diversi (il-kuxxin huwa tal-plastik u l-għata tiegħu hija ta' materjal tessili), l-oġġett irid jiġi kklassifikat daqslikieku kien kuxxin tal-plastik, għaliex huwa l-kuxxin li jagħti l-karattru essenzjali lill-oġġett fit-tifsira tar-regola ġenerali 3(b). Il-komponent tessili huwa biss għata li tipproteġi l-komponent essenzjali u jżommu f'postu. Għalhekk, l-oġġett irid jiġi kklassifikat skont il-materjal li hu magħmul minnu taħt il-kodiċi NM 3926 90 97 bħala “oġġetti oħrajn tal-plastik”.

Image

Image


(*1)  L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.


20.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/604

tat-18 ta' April 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 fir-rigward tar-regoli proċedurali li jiffaċilitaw it-twaqqif tal-oriġini preferenzjali tal-merkanzija fl-Unjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 3510/80 u (KE) Nru 209/2005

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 66(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (2) fost l-oħrajn jistabbilixxi regoli proċedurali, imsemmija fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (“il-Kodiċi”), li jiffaċilitaw it-twaqqif tal-oriġini preferenzjali tal-merkanzija fl-Unjoni.

(2)

L-aħħar sentenza tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 bħalissa tirreferi għal applikazzjoni mutatis mutandis tas-Subtaqsimiet 2 sa 9 tat-Taqsima 2 ta' dak ir-Regolament, li jikkonċernaw ir-regoli tal-oriġini għall-iskema tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (GSP) tal-Unjoni. Iżda wħud biss mid-dispożizzjonijiet ta' dawn is-subtaqsimiet huma rilevanti fil-kuntest tar-reġistrazzjoni tal-esportaturi barra mill-qafas tal-iskema tal-GSP tal-Unjoni. Għaldaqstant dawk id-dispożizzjonijiet jixraq jiġu speċifikati. Peress li l-obbligu tal-Kummissjoni li lill-pajjiżi terzi li l-Unjoni jkollha arranġament preferenzjali magħhom tipprovdilhom l-indirizzi tal-awtoritajiet doganali responsabbli għall-verifika ta' dokument tal-orġini mimli minn esportatur irreġistrat joħroġ, fi kwalunkwe każ, mid-dispożizzjonijiet tal-arranġament ikkonċernat, jenħtieġ li dan ma jibqax jiġi stabbilit fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447. Il-perjodu ta' tranżizzjoni stabbilit fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 li jippermetti b'mod proviżorju li esportatur approvat fl-Unjoni li ma jkunx irreġistrat jimla dokument tal-orġini sar obsolit u jenħtieġ jitneħħa. Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni u konsistenza fost l-arranġamenti preferenzjali, jenħtieġ li l-merkanzija żgħira li ma tiġix importata bil-kummerċ tkun eżentata mill-preżentazzjoni ta' dokument tal-oriġini meta din l-eżenzjoni tkun permessa iżda ma tkunx stabbilita direttament fl-arranġament preferenzjali. Meta wieħed iqis li hemm modi oħra li jidentifikaw l-esportatur u li l-firma fl-Unjoni ma tikkontribwix għall-istatus ġuridiku ta' dokument tal-oriġini, jenħtieġ li l-esportaturi ma jintalbux jiffirmaw dan id-dokument, meta dan ikun permess iżda ma jkunx stabbilit direttament fl-arranġament preferenzjali.

(3)

Jenħtieġ li r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 69 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 dwar is-sostituzzjoni tal-provi tal-oriġini preferenzjali maħruġa jew magħmula barra mill-qafas tal-iskema tal-GSP tal-Unjoni japplikaw b'mod usa' għad-dokumenti tal-oriġini. Barra minn hekk, jenħtieġ tiġi ċċarata l-forma kif dokument ta' sostituzzjoni tal-oriġini jista' jinħareġ jew isir.

(4)

Jenħtieġ jiġu stabbiliti regoli bil-għan li jiffaċilitaw it-twaqqif tal-oriġini preferenzjali fl-Unjoni ta' prodotti pproċessati miksuba minn oġġetti bi status ta' oriġini preferenzjali. Peress li dawk ir-regoli għandhom l-għan li jevitaw li l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jġarrbu konsegwenzi negattivi u mhux intenzjonati minħabba li fil-Kodiċi l-proċedura ta' proċessar bil-kontroll doganali titwaħħad mal-proċedura ta' proċessar attiv, dawn jenħtieġ japplikaw b'mod retroattiv mid-data tal-applikazzjoni tal-Kodiċi.

(5)

L-Artikolu 80(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ jinkludi referenza għal Anness 22-06 A ġdid li jkun fih il-formola tal-applikazzjoni li jridu jużaw l-esportaturi tal-Istati Membri biex jirreġistraw fis-sistema REX, ħalli l-Anness 22-06 jitħalla għar-reġistrazzjoni tal-esportaturi fil-pajjiżi benefiċjarji tal-GSP. Għaldaqstant, dan l-Anness 22-06 A il-ġdid jenħtieġ jiddaħħal fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447, filwaqt li l-Anness 22-06 ta' dak ir-Regolament jenħtieġ jiġi emendat skont dan. Anki l-Artikoli 82, 83 u 86 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ jiġu emendati minħabba l-introduzzjoni tal-Anness 22-06 A il-ġdid. Meta wieħed iqis li hemm modi oħra li jidentifikaw l-esportatur u li l-firma fl-Unjoni ma tikkontribwix għall-istatus ġuridiku tad-dokument, jenħtieġ li l-esportaturi ma jintalbux jiffirmaw id-dikjarazzjoni tal-oriġini msemmija fl-Artikolu 92 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447. Jenħtieġ li l-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dak l-Artikolu japplikaw mutatis mutandis għad-dikjarazzjonijiet tal-oriġini magħmula mill-esportaturi fl-Unjoni, mhux biss għall-finijiet tal-akkumulazzjoni bilaterali msemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (3), iżda anki biex tiġi dikjarata l-oriġini tal-merkanzija esportata lejn pajjiż benefiċjarju tal-iskemi tal-GSP tan-Norveġja, tal-Iżvizzera jew tat-Turkija għall-finijiet tal-akkumulazzjoni ma' materjali li joriġinaw fl-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 92 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 jiġi emendat skont dan.

(6)

Jenħtieġ li l-Anness 22-07 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 jiġi emendat biex jispeċifika s-simbolu li għandu juri l-esportatur meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini jkollha x'taqsam ma' prodotti li joriġinaw f'Ceuta u Melilla. Jenħtieġ jiġi emendat ukoll biex ikun jirrifletti li meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini jkollha x'taqsam ma' prodotti li joriġinaw fl-Unjoni, l-esportatur għandu jindika l-oriġini bis-simbolu “EU”.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3510/80 (4) sar obsolit għax id-dispożizzjonijiet previsti f'dak ir-Regolament inbidlu b'dispożizzjonijiet previsti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447. Għalhekk jenħtieġ li dan jitħassar għal raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt u trasparenza.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2005 (5) jagħti derogi mill-obbligu stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 (6) li tiġi ppreżentata l-prova tal-oriġini għall-prodotti tat-tessuti li jidħlu fit-Taqsima XI tan-Nomenklatura Magħquda. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 inbidel bir-Regolament (UE) Nru 955/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Għalhekk ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2005 sar obsolit u jenħtieġ jitħassar għal raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt u trasparenza.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 68 hu emendat kif ġej:

(a)

l-aħħar sentenza tal-paragrafu 1 tinbidel b'dan li ġej:

“L-Artikoli 80, 82, 83, 84, 86, 87, 89 u 91 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

(b)

fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 2, il-kliem “Artikoli 10 u 15” jinbidlu bil-kliem “Artikoli 10(1) u 15”.

(c)

jitħassru l-paragrafi 3 u 5.

(d)

jiddaħħlu dawn il-paragrafi 6 u 7 ġodda li ġejjin:

“6.   Meta arranġament preferenzjali jippermetti lill-Unjoni teżenta prodotti oriġinarji mir-rekwiżit li jipprovdu dokument tal-oriġini, dik l-eżenzjoni għandha tapplika skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 103, sa fejn dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux previsti fl-arranġament preferenzjali kkonċernat.

7.   Meta arranġament preferenzjali jippermetti li l-Unjoni tirrinunzja r-rekwiżit li d-dokument tal-oriġini jkollu l-firma tal-esportatur, din il-firma ma għandhiex tintalab.”

(2)

L-Artikolu 69 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 69

Is-sostituzzjoni tad-dokumenti tal-oriġini maħruġa jew magħmula barra mill-qafas tal-iskema tal-GSP tal-Unjoni

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.   Meta l-prodotti oriġinarji koperti b'dokument tal-oriġini maħruġ jew magħmul preċedentement għall-finijiet ta' miżura ta' tariffa preferenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 56(2)(d) jew (e) tal-Kodiċi, għajr l-iskema tal-GSP tal-Unjoni, ikunu għadhom ma ġewx rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni libera u jitqiegħdu fil-kontroll ta' uffiċċju doganali fl-Unjoni, id-dokument inizjali tal-oriġini jista' jinbidel b'dokument wieħed jew aktar ta' sostituzzjoni tal-oriġini għall-finijiet biex dawk il-prodotti kollha jew uħud minnhom jintbagħtu band'oħra fl-Unjoni.

2.   Id-dokument ta' sostituzzjoni tal-oriġini msemmi fil-paragrafu 1 jista' jinħareġ jew isir b'xi waħda minn dawn li ġejjin, bl-istess għamla tad-dokument inizjali tal-oriġini jew bl-għamla ta' dokument ta' sostituzzjoni tal-oriġini, imfassal mutatis mutandis skont l-Artikolu 101 u l-Anness 22-20:

(a)

esportatur approvat jew irreġistrat fl-Unjoni u li jikkonsenja l-prodotti mill-ġdid;

(b)

rikonsenjatur tal-merkanzija fl-Unjoni meta l-valur totali tal-prodotti oriġinarji fil-kunsinna inizjali li trid tinqasam ma jkunx jaqbeż il-limitu tal-valur applikabbli;

(c)

rikonsenjatur tal-merkanzija fl-Unjoni meta l-valur totali tal-prodotti oriġinarji fil-kunsinna inizjali li trid tinqasam ikun jaqbeż il-limitu tal-valur applikabbli u rikonsenjatur jehmeż kopja tad-dikjarazzjoni inizjali tal-oriġini mad-dokument ta' sostituzzjoni tal-oriġini.

Meta s-sostituzzjoni tad-dokument inizjali tal-oriġini ma tkunx tista' ssir skont l-ewwel subparagrafu, id-dokument ta' sostituzzjoni tal-oriġini msemmi fil-paragrafu 1 jista' jinħareġ jew isir bil-għamla ta' ċertifikat tal-moviment EUR.1 mill-uffiċċju doganali li fil-kontroll tiegħu jitqiegħdu l-oġġetti.

3.   Meta d-dokument ta' sostituzzjoni tal-oriġini jkun ċertifikat tal-moviment EUR.1, l-approvazzjoni tal-uffiċċju doganali li joħroġ iċ-ċertifikat tal-moviment ta' sostituzzjoni EUR.1 għandha titqiegħed fil-kaxxa 11 taċ-ċertifikat. Id-dettalji fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikat dwar il-pajjiż tal-oriġini għandhom ikunu l-istess bħad-dettalji fid-dokument inizjali tal-oriġini. Il-kaxxa 12 għandha tiġi ffirmata mir-rikonsenjatur. Ir-rikonsenjatur li jiffirma l-kaxxa 12 b'bona fede ma għandux ikun responsabbli għall-preċiżjoni tad-dettalji mniżżla fid-dokument inizjali tal-oriġini.

L-uffiċċju doganali li jintalab joħroġ iċ-ċertifikat tal-moviment ta' sostituzzjoni EUR.1 għandu jniżżel fid-dokument inizjali tal-oriġini jew fuq dokument mehmuż miegħu, il-piżijiet, l-għadd, in-natura tal-prodotti kkonsenjati u l-pajjiż tad-destinazzjoni tagħhom u jindika fuqhom in-numri tas-serje taċ-ċertifikat jew ċertifikati ta' sostituzzjoni korrispondenti. Dan għandu jżomm id-dokument inizjali tal-oriġini għal mill-inqas 3 snin.”

(3)

Għandu jiddaħħal dan l-Artikolu 69a.

“Artikolu 69a

L-oriġini preferenzjali ta' prodotti pproċessati miksuba minn oġġetti bi status ta' oriġini preferenzjali

(l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.   Meta merkanzija li mhix tal-Unjoni u li jkollha status ta' oriġini preferenzjali fil-qafas ta' arranġament preferenzjali bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, titqiegħed fil-proċedura ta' proċessar attiv, il-prodotti pproċessati miksuba minnha għandhom jitqiesu, meta jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera, li għandhom l-istess status ta' oriġini preferenzjali bħal dawk l-oġġetti.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:

(a)

l-operazzjoni ta' proċessar tinvolvi wkoll il-merkanzija li mhix tal-Unjoni għajr dik imsemmija fil-paragrafu 1, inkluż l-oġġetti bi status ta' oriġini preferenzjali skont arranġament preferenzjali differenti;

(b)

il-prodotti proċessati jkunu nkisbu minn oġġetti ekwivalenti kif imsemmi fl-Artikolu 223 tal-Kodiċi;

(c)

l-awtoritajiet doganali jkunu awtorizzaw esportazzjoni mill-ġdid temporanja tal-oġġetti għal aktar proċessar skont l-Artikolu 258 tal-Kodiċi.

3.   Meta jkun japplika l-paragrafu 1, id-dokument tal-oriġini maħruġ jew magħmul għal merkanzija mqiegħda fil-proċedura ta' proċessar attiv għandu jitqies bħala dokument tal-oriġini maħruġ jew magħmul għall-prodotti proċessati.”;

(4)

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 80 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Mal-wasla tal-formola tal-applikazzjoni mimlija li tissemma fl-Anness 22-06, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji għandhom jassenjaw mingħajr dewmien in-numru tal-esportatur reġistrat lill-esportatur, u fis-sistema REX iniżżlu n-numru tal-esportatur reġistrat, id-dejta tar-reġistrazzjoni u d-data minn meta r-reġistrazzjoni tkun valida skont l-Artikolu 86(4).

Mal-wasla tal-formola tal-applikazzjoni mimlija li tissemma fl-Anness 22-06 A, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jassenjaw mingħajr dewmien in-numru tal-esportatur reġistrat lill-esportatur jew, meta xieraq, lir-rikonsenjatur tal-merkanzija, u fis-sistema REX iniżżlu n-numru tal-esportatur reġistrat, id-dejta tar-reġistrazzjoni u d-data minn meta r-reġistrazzjoni tkun valida skont l-Artikolu 86(4).

L-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru għandhom jgħarrfu lill-esportatur jew, meta xieraq, lir-rikonsenjatur tal-merkanzija dwar in-numru tal-esportatur reġistrat assenjat lil dak l-esportatur jew ir-rikunsinnant tal-merkanzija u dwar id-data minn meta r-reġistrazzjoni tkun valida.”

(5)

L-Artikolu 82 hu emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:

“7.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel din id-dejta li ġejja disponibbli għall-pubbliku bil-kundizzjoni li l-esportatur ikun ta l-kunsens bil-firma fil-kaxxa 6 tal-formola stabbilita fl-Anness 22-06 jew fl-Anness 22-06 A, kif applikabbli:

(a)

isem l-esportatur reġistrat kif speċifikat fil-kaxxa 1 tal-formola stabbilita fl-Anness 22-06 jew tal-Anness 22-06 A, kif xieraq;

(b)

l-indirizz ta' fejn hu stabbilit l-esportatur reġistrat kif speċifikat fil-kaxxa 1 tal-formola stabbilita fl-Anness 22-06 jew fl-Anness 22-06 A, kif xieraq;

(c)

id-dettalji tal-kuntatt kif speċifikat fil-kaxxa 1 u fil-kaxxa 2 tal-formola stabbilita fl-Anness 22-06 jew fl-Anness 22-06 A, kif xieraq;

(d)

deskrizzjoni indikattiva tal-oġġetti li jikkwalifikaw għal trattament preferenzjali, inkluż lista indikattiva ta' intestaturi jew kapitoli tas-Sistema Armonizzata, kif speċifikat fil-kaxxa 4 tal-formola stabbilita fl-Anness 22-06 jew fl-Anness 22-06 A, kif xieraq;

(e)

in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI) tal-esportatur reġistrat kif speċifikat fil-kaxxa 1 tal-formola stabbilita fl-Anness 22-06 A, jew in-numru ta' identifikazzjoni tal-kummerċjant (TIN) tal-esportatur reġistrat kif speċifikat fil-kaxxa 1 tal-formola stabbilita fl-Anness 22-06;

(f)

jekk l-esportatur reġistrat hux kummerċjant jew produttur kif speċifikat fil-kaxxa 3 tal-formola stabbilita fl-Anness 22-06 jew fl-Anness 22-06 A, kif xieraq.

Ir-rifjut tal-iffirmar tal-kaxxa 6 ma għandux jikkostitwixxi raġuni għal rifjut tar-reġistrazzjoni tal-esportatur.”

(b)

fil-paragrafu 8, jiddaħħal dan il-punt (b) li ġej wara l-punt (a), u l-punti (b) sa (e) attwali jingħataw enumerar ġdid kif xieraq:

“(b)

id-data tar-reġistrazzjoni tal-esportatur reġistrat;”

(6)

L-Artikolu 83 hu emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, jiżdied il-kliem “jew fl-Anness 22-06 A” wara l-kliem “fl-Anness 22-06”.

(b)

fil-paragrafu 4, jiżdied il-kliem “jew fl-Anness 22-06 A” wara l-kliem “fl-Anness 22-06”.

(7)

Fl-Artikolu 86(2), il-kliem “fl-Anness 22-06” jinbidel bil-kliem “fl-Anness 22-06 A”.

(8)

L-Artikolu 92 hu emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3 jiżdied dan is-subparagrafu li ġej:

“L-esportatur ma għandux jintalab jiffirma d-dikjarazzjoni tal-oriġini.”;

(b)

il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dan li ġej:

(a)

id-dikjarazzjonijiet tal-oriġini magħmula fl-Unjoni għall-finijiet tal-akkumulazzjoni bilaterali kif imsemmi fl-Artikolu 53 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446;

(b)

id-dikjarazzjonijiet tal-oriġini tal-merkanzija esportata lejn pajjiż benefiċjarju tal-iskemi tal-GSP tan-Norveġja, tal-Iżvizzera jew tat-Turkija għall-finijiet tal-akkumulazzjoni ma' materjali li joriġinaw fl-Unjoni.”;

(9)

L-Anness 22-06 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(10)

Wara l-Anness 22-06, jiddaħħal Anness 22-06 A ġdid kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;

(11)

Fl-Anness 22-07, in-nota 5 ta' qiegħ il-paġna tinbidel b'dan li ġej:

“(5)

Il-pajjiż tal-oriġini tal-merkanzija li jrid jiġi indikat. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini jkollha x'taqsam ma' prodotti li joriġinaw fl-Unjoni, l-esportatur għandu jindika l-oriġini bis-simbolu ‘EU’. Meta d-dikjarazzjoni tal-oriġini jkollha x'taqsam, għalkollox jew parzjalment, mal-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla kif imsemmi fl-Artikolu 112 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447, l-esportatur għandu jindika l-oriġini bis-simbolu ‘CM’.”.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 3510/80 hu mħassar.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 209/2005 hu mħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt 3 tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3510/80 tat-23 ta' Diċembru 1980 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw għal skopijiet tal-applikazzjoni ta' preferenzi tariffarji mogħtija mill-Komunità Ekonomika Ewropea fir-rigward ta' ċerti prodotti minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (ĠU L 368, 31.12.1980, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2005 tas-7 ta' Frar 2005 li jistabbilixxi l-lista tal-prodotti tat-tessuti li għalihom m'hemmx il-ħtieġa tal-prova tal-oriġini meta jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità (ĠU L 34, 8.2.2005, p. 6.)

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 tat-13 ta' Lulju 1998 dwar il-prova tal-oriġini ta' ċerti prodotti tessili li jidħlu fit-Taqsima XI tan-Nomenklatura Magħquda u rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, u dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni ta' din il-prova (ĠU L 202, 18.7.1998, p. 11).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 955/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2011 li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541/98 dwar il-prova tal-oriġini ta' ċerti prodotti tessili li jidħlu fit-Taqsima XI tan-Nomenklatura Magħquda u rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità u dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċettazzjoni ta' din il-prova, u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi (ĠU L 259, 4.10.2011, p. 5).


ANNESS I

ANNESS 22-06

APPLIKAZZJONI BIEX WIEĦED ISIR ESPORTATUR REĠISTRAT

għall-fini tal-iskemi tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (GSP) tal-Unjoni Ewropea, tan-Norveġja, tal-Iżvizzera u tat-Turkija  (1)

1.

Isem l-esportatur, l-indirizz sħiħ u l-pajjiż, id-dettalji tal-kuntatt, u n-numru ta' identifikazzjoni tal-kummerċjant (TIN).

2.

Dettalji tal-kuntatt addizzjonali inkluż in-numri tat-telefown u tal-feks, u l-email meta disponibbli (fakultattiv).

3.

Speċifika jekk l-attività ewlenija hix produzzjoni jew kummerċ.

4.

Deskrizzjoni indikattiva tal-merkanzija li tikkwalifika għal trattament preferenzjali, inkluż il-lista indikattiva tal-intestaturi tas-Sistema Armonizzata (jew il-kapitoli meta l-merkanzija kummerċjalizzata tkun taqa' f'aktar minn għoxrin intestatura tas-Sistema Armonizzata).

5.

L-impenji li jrid jagħmel esportatur

Il-firmatarju hawn taħt, b'dan:

jiddikjara li d-dettalji ta' hawn fuq huma korretti;

jiċċertifika li ma ġiet revokata l-ebda reġistrazzjoni preċedenti; min-naħa l-oħra, jiċċertifika li ssolviet is-sitwazzjoni li wasslet għal din ir-revoka;

jimpenja ruħu li jagħmel dikjarazzjonijiet tal-oriġini biss għall-merkanzija li tikkwalifika għal trattament preferenzjali u li tkun konformi mar-regoli tal-oriġini speċifikati għal dik il-merkanzija fis-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (GSP);

jimpenja ruħu li jżomm reġistri xierqa tal-kontabbiltà kummerċjali għall-produzzjoni/provvista ta' merkanzija li tikkwalifika għal trattament preferenzjali u li jżommhom għal mill-inqas tliet snin minn tmiem is-sena kalendarja li matulha tkun saret id-dikjarazzjoni tal-oriġini;

jimpenja ruħu li jinnotifika minnufih lill-awtorità kompetenti bil-bidliet malli jsiru fid-data tar-reġistrazzjoni tiegħu minn meta jkun akkwista n-numru ta' esportatur reġistrat;

jimpenja ruħu li jikkopera mal-awtorità kompetenti;

jimpenja ruħu li jaċċetta kwalunkwe kontroll dwar il-preċiżjoni tad-dikjarazzjonijiet tiegħu tal-oriġini, inkluż verifiki tar-reġistri tal-kontabbiltà u żjarat fuq il-post tiegħu mill-Kummissjoni Ewropea jew mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, kif ukoll mill-awtoritajiet tan-Norveġja, tal-Iżvizzera u tat-Turkija;

jimpenja ruħu li jitlob ir-revoka tar-reġistrazzjoni tiegħu fis-sistema, jekk ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-esportazzjoni ta' merkanzija skont l-iskema;

jimpenja ruħu li jitlob ir-revoka tar-reġistrazzjoni tiegħu fis-sistema, jekk ma jkunx beħsiebu jesporta l-merkanzija skont l-iskema.

Il-post, id-data, il-firma tal-firmatarju awtorizzat, l-isem u t-titlu tal-impjieg  (2)

6.

Il-kunsens infurmat u speċifiku minn qabel tal-esportatur għall-pubblikazzjoni tad-dejta tiegħu fuq is-sit web pubbliku

Il-firmatarju hawn taħt, b'dan hu infurmat li l-informazzjoni mogħtija f'din id-dikjarazzjoni tista' tiġi żvelata lill-pubbliku permezz tas-sit web pubbliku. Il-firmatarju hawn taħt jaċċetta l-pubblikazzjoni ta' din l-informazzjoni fuq is-sit web pubbliku. Il-firmatarju hawn taħt jista' jirtira l-kunsens tiegħu għall-pubblikazzjoni ta' din l-informazzjoni fuq is-sit web pubbliku billi jibgħat talba lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għar-reġistrazzjoni.

Il-post, id-data, il-firma tal-firmatarju awtorizzat, l-isem u t-titlu tal-impjieg  (2)

7.

Kaxxa għal użu uffiċjali mill-awtorità kompetenti

L-applikant hu rreġistrat b'dan in-numru li ġej:

 

In-numru tar-reġistrazzjoni …

 

Id-data tar-reġistrazzjoni …

 

Id-data minn meta r-reġistrazzjoni tkun valida …

Firma u timbru  (2)

Avviż informattiv

dwar il-protezzjoni u l-ipproċessar tad-dejta personali inkorporata fis-sistema

1.

Meta l-Kummissjoni Ewropea tipproċessa d-dejta personali inkluża f'din l-applikazzjoni biex wieħed isir esportatur reġistrat, se japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju jew ta' pajjiż terz li jimplimentaw id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta, jipproċessaw id-dejta personali li jkun hemm f'applikazzjoni biex wieħed isir esportatur reġistrat, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw dik id-Direttiva.

2.

Id-dejta personali fejn tidħol l-applikazzjoni biex wieħed isir esportatur reġistrat tiġi pproċessata għall-finijiet tar-regoli dwar l-oriġini tal-GSP tal-Unjoni kif definit fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. Din il-leġiżlazzjoni li tipprevedi r-regoli dwar l-oriġini tal-GSP tal-Unjoni tifforma l-bażi ġuridika għall-ipproċessar tad-dejta personali fejn tidħol l-applikazzjoni biex wieħed isir esportatur reġistrat.

3.

L-awtorità kompetenti f'pajjiż fejn tkun ġiet preżentata l-applikazzjoni hi l-kontrollur tal-ipproċessar tad-dejta fis-sistema REX.

Il-lista tal-awtoritajiet kompetenti hi ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

4.

L-aċċess għad-dejta kollha ta' din l-applikazzjoni jingħata b'ID u password lill-utenti fil-Kummissjoni, lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji u lill-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri, fin-Norveġja, fl-Iżvizzera u fit-Turkija.

5.

Id-dejta ta' reġistrazzjoni revokata għandhom iżommuha l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju fis-sistema REX għal għaxar snin kalendarji. Dan il-perjodu għandu jibda minn tmiem is-sena meta tkun saret ir-revoka tar-reġistrazzjoni.

6.

Is-suġġett tad-dejta għandu d-dritt ta' aċċess għad-dejta dwaru li tiġi pproċessata fis-sistema REX u, meta xieraq, id-dritt li jirrettifika, iħassar jew jibblokka d-dejta skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jew il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE. Kull talba għal dritt għal aċċess, rettifika, tħassir jew blokkar għandha ssir lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju responsabbli mir-reġistrazzjoni, kif xieraq, u għandha tiġi pproċessata minnhom. Meta l-esportatur reġistrat jippreżenta talba lill-Kummissjoni biex jeżerċita dak id-dritt, il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn it-talbiet lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju kkonċernat. Jekk l-esportatur reġistrat ma jirnexxilux jikseb id-drittijiet tiegħu mingħand il-kontrollur tad-dejta, l-esportatur reġistrat għandu jibgħat din it-talba lill-Kummissjoni li tkun qed taġixxi bħala kontrollur. Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tirrettifika, tħassar jew tibblokka d-dejta.

7.

L-ilmenti jistgħu jiġu indirizzati lill-awtorità nazzjonali rilevanti għall-protezzjoni tad-dejta. Id-dettalji tal-kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, fil-paġna tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja: (http://ec.europa.eu/justice/data-protection/bodies/authorities/eu/index_en.htm#h2-1).

Meta l-ilment jikkonċerna l-ipproċessar tad-dejta mill-Kummissjoni Ewropea, dan jenħtieġ jindirizzah il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (il-KEPD) (http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/).


(1)  Din il-formola tal-applikazzjoni hi komuni għall-iskemi tal-GSP ta' erba' entitajiet: l-Unjoni (l-UE), in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija (“l-entitajiet”). Iżda nnota li l-iskemi tal-GSP rispettivi ta' dawn l-entitajiet jistgħu jvarjaw mil-lat ta' kopertura tal-pajjiżi u tal-prodotti. Għaldaqstant, reġistrazzjoni partikolari se tkun effettiva biss għall-finijiet tal-esportazzjonijiet skont l-iskema/i tal-GSP li jikkunsidraw lil pajjiżek bħala pajjiż benefiċjarju.

(2)  Meta l-applikazzjonijiet biex wieħed isir esportatur reġistrat jew skambji oħrajn ta' informazzjoni bejn l-esportaturi reġistrati u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji jew l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jsiru bit-tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta, il-firma u t-timbru msemmija fil-kaxxi 5, 6 u 7 għandhom jinbidlu b'awtentikazzjoni elettronika.


ANNESS II

ANNESS 22-06A

APPLIKAZZJONI BIEX WIEĦED ISIR ESPORTATUR REĠISTRAT

għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta' esportaturi tal-Istati Membri

1.

Isem l-esportatur, l-indirizz sħiħ u l-pajjiż, id-dettalji tal-kuntatt, u n-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI).

2.

Dettalji tal-kuntatt addizzjonali inkluż in-numri tat-telefown u tal-feks, u l-email meta disponibbli (fakultattiv).

3.

Speċifika jekk l-attività ewlenija hix produzzjoni jew kummerċ.

4.

Deskrizzjoni indikattiva tal-merkanzija li tikkwalifika għal trattament preferenzjali, inkluż il-lista indikattiva tal-intestaturi tas-Sistema Armonizzata (jew il-kapitoli meta l-merkanzija kummerċjalizzata tkun taqa' f'aktar minn għoxrin intestatura tas-Sistema Armonizzata).

5.

L-impenji li jrid jagħmel esportatur

Il-firmatarju hawn taħt, b'dan:

jiddikjara li d-dettalji ta' hawn fuq huma korretti;

jiċċertifika li ma ġiet revokata l-ebda reġistrazzjoni preċedenti; min-naħa l-oħra, jiċċertifika li ssolviet is-sitwazzjoni li wasslet għal din ir-revoka;

jimpenja ruħu li jagħmel dikjarazzjonijiet tal-oriġini u dokumenti oħra tal-oriġini għall-merkanzija biss li tikkwalifika għal trattament preferenzjali u li tkun konformi mar-regoli tal-oriġini speċifikati għal dik il-merkanzija fl-arranġament preferenzjali kkonċernat;

jimpenja ruħu li jżomm reġistri xierqa tal-kontabbiltà kummerċjali għall-produzzjoni/provvista ta' merkanzija li tikkwalifika għal trattament preferenzjali u li jżommhom għal kemm jeżiġi l-arranġament preferenzjali kkonċernat, u għal mill-inqas tliet snin minn tmiem is-sena kalendarja li matulha jkunu saru d-dikjarazzjoni tal-oriġini jew id-dokument l-ieħor tal-oriġini;

jimpenja ruħu li jinnotifika minnufih lill-awtorità doganali bil-bidliet malli jsiru fid-data tar-reġistrazzjoni tiegħu minn meta jkun akkwista n-numru ta' esportatur reġistrat;

jimpenja ruħu li jikkopera mal-awtorità doganali;

jimpenja ruħu li jaċċetta kwalunkwe kontroll dwar il-preċiżjoni tad-dikjarazzjonijiet tiegħu tal-oriġini jew tad-dokumenti l-oħra tal-oriġini, inkluż verifiki tar-reġistri tal-kontabbiltà u żjarat fuq il-post tiegħu mill-Kummissjoni Ewropea jew mill-awtoritajiet tal-Istati Membri;

jimpenja ruħu li jitlob ir-revoka tar-reġistrazzjoni tiegħu fis-sistema, jekk ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tas-sistema REX;

jimpenja ruħu li jitlob ir-revoka tar-reġistrazzjoni tiegħu fis-sistema, jekk ma jkunx beħsiebu juża s-sistema REX.

Il-post, id-data, il-firma tal-firmatarju awtorizzat, l-isem u t-titlu tal-impjieg  (1)

6.

Il-kunsens infurmat u speċifiku minn qabel tal-esportatur għall-pubblikazzjoni tad-dejta tiegħu fuq is-sit web pubbliku

Il-firmatarju hawn taħt, b'dan hu infurmat li l-informazzjoni mogħtija f'din id-dikjarazzjoni tista' tiġi żvelata lill-pubbliku permezz tas-sit web pubbliku. Il-firmatarju hawn taħt jaċċetta l-pubblikazzjoni ta' din l-informazzjoni fuq is-sit web pubbliku. Il-firmatarju hawn taħt jista' jirtira l-kunsens tiegħu għall-pubblikazzjoni ta' din l-informazzjoni fuq is-sit web pubbliku billi jibgħat talba lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għar-reġistrazzjoni.

Il-post, id-data, il-firma tal-firmatarju awtorizzat, l-isem u t-titlu tal-impjieg  (1)

7.

Kaxxa għal użu uffiċjali mill-awtorità doganali

L-applikant hu rreġistrat b'dan in-numru li ġej:

 

In-numru tar-reġistrazzjoni …

 

Id-data tar-reġistrazzjoni …

 

Id-data minn meta r-reġistrazzjoni tkun valida …

Firma u timbru  (1)

Avviż informattiv

dwar il-protezzjoni u l-ipproċessar tad-dejta personali inkorporata fis-sistema

1.

Meta l-Kummissjoni Ewropea tipproċessa d-dejta personali inkluża f'din l-applikazzjoni biex wieħed isir esportatur reġistrat, se japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta.

2.

Id-dejta personali fejn tidħol l-applikazzjoni biex wieħed isir esportatur reġistrat tiġi pproċessata għall-finijiet tar-regoli dwar l-oriġini tal-arranġamenti kummerċjali preferenzjali rilevanti tal-Unjoni. Ir-regoli dwar l-oriġini stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 jifformaw il-bażi ġuridika għall-ipproċessar tad-dejta personali fejn tidħol l-applikazzjoni biex wieħed isir esportatur reġistrat.

3.

L-awtorità doganali f'pajjiż fejn tkun ġiet preżentata l-applikazzjoni hi l-kontrollur tal-ipproċessar tad-dejta fis-sistema REX.

Il-lista tad-dipartimenti doganali tinsab fuq is-sit web tal-Kummissjoni:

4.

L-aċċess għad-dejta kollha ta' din l-applikazzjoni jingħata b'ID u password lill-utenti fil-Kummissjoni, u lill-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri, fin-Norveġja, fl-Iżvizzera u fit-Turkija.

5.

Id-dejta ta' reġistrazzjoni revokata għandha tinżamm mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fis-sistema REX għal għaxar snin kalendarji. Dan il-perjodu għandu jibda minn tmiem is-sena meta tkun saret ir-revoka tar-reġistrazzjoni.

6.

Is-suġġett tad-dejta għandu d-dritt ta' aċċess għad-dejta dwaru li tiġi pproċessata fis-sistema REX u, meta xieraq, id-dritt li jirrettifika, iħassar jew jibblokka d-dejta skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jew il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta. Kull talba għal dritt għal aċċess, rettifika, tħassir jew blokkar għandha ssir lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri responsabbli mir-reġistrazzjoni, kif xieraq, u għandha tiġi pproċessata minnhom. Meta l-esportatur reġistrat jippreżenta talba lill-Kummissjoni biex jeżerċita dak id-dritt, il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn it-talbiet lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri kkonċernati, rispettivament. Jekk l-esportatur reġistrat ma jirnexxilux jikseb id-drittijiet tiegħu mingħand il-kontrollur tad-dejta, l-esportatur reġistrat għandu jibgħat din it-talba lill-Kummissjoni li tkun qed taġixxi bħala kontrollur. Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tirrettifika, tħassar jew tibblokka d-dejta.

7.

L-ilmenti jistgħu jiġu indirizzati lill-awtorità nazzjonali rilevanti għall-protezzjoni tad-dejta. Id-dettalji tal-kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, fil-paġna tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja: (http://ec.europa.eu/justice/data-protection/bodies/authorities/eu/index_en.htm#h2-1).

Meta l-ilment jikkonċerna l-ipproċessar tad-dejta mill-Kummissjoni Ewropea, dan jenħtieġ jindirizzah il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (il-KEPD) (http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/).


(1)  Meta l-applikazzjonijiet biex wieħed isir esportatur reġistrat jew skambji oħrajn ta' informazzjoni bejn l-esportaturi reġistrati u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji jew l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jsiru bit-tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta, il-firma u t-timbru msemmija fil-kaxxi 5, 6 u 7 għandhom jinbidlu b'awtentikazzjoni elettronika.


20.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/605

tad-19 ta' April 2018

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 78(1)(a) u t-tieni paragrafu tal-punt 3.6.5 tal-Anness II, tiegħu,

Billi:

(1)

Jenħtieġ li jiġu żviluppati l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali tas-sustanzi attivi, tal-aġenti protettivi u tas-sinerġisti, billi jitqiesu l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, li huma maħsuba biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali kif ukoll l-ambjent, b'mod partikolari biex jiżguraw li sustanzi jew prodotti li jitqiegħdu fis-suq ma jkollhomx effett negattiv fuq is-saħħa tal-bnedmin jew tal-annimali jew effetti inaċċettabbli fuq l-ambjent, u biex itejbu l-funzjonament tas-suq intern filwaqt li jtejbu l-produzzjoni agrikola.

(2)

Fl-2002, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) permezz tal-Programm Internazzjonali dwar is-Sigurtà tas-Sustanzi Kimiċi tagħha, ipproponiet definizzjoni għall-interferenti endokrinali (2) u fl-2009 definizzjoni tal-effetti avversi (3). Dawk id-definizzjonijiet s'issa laħqu l-iktar kunsens mifrux fost ix-xjenzati. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) approvat dawk id-definizzjonijiet fl-Opinjoni Xjentifika tagħha dwar is-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali, adottata fit-28 ta' Frar 2013 (4) (minn hawn 'il quddiem “l-Opinjoni Xjentifika tal-Awtorità”). Din hija wkoll il-fehma tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (5). Għaldaqstant huwa xieraq li l-kriterji biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali jkunu bbażati fuq dawk id-definizzjonijiet tad-WHO.

(3)

Sabiex jiġu implimentati dawk il-kriterji, jenħtieġ li jiġi applikat il-piż tal-evidenza b'mod partikolari billi jitqies, l-approċċ previst fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) dwar il-piż tal-evidenza. Għandha tiġi kkunsidrata wkoll l-esperjenza preċedenti marbuta mal-applikazzjoni tad-dokument ta' Gwida dwar il-linji gwida tat-testijiet standardizzati għall-evalwazzjoni tas-sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali tal-OECD (7). Barra dan, jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-kriterji tkun ibbażata fuq l-evidenza xjentifika rilevanti kollha, inkluż l-istudji ppreżentati skont ir-rekwiżiti tad-dejta regolatorji attwali tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Dawn l-istudji huma fil-biċċa l-kbira bbażati fuq il-protokolli ta' studju miftiehma internazzjonalment.

(4)

Id-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem jenħtieġ li tkun ibbażata fuq evidenza tal-bniedem u/jew tal-annimali, biex b'hekk ikunu jistgħu jiġu identifikati s-sustanzi, kemm dawk magħrufa kif ukoll dawk preżunti, li jfixklu s-sistema endokrinali.

(5)

Billi l-kriterji xjentifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament jirriflettu l-għarfien xjentifiku u tekniku attwali u jridu jiġu applikati minflok il-kriterji li bħalissa huma stabbiliti fil-punt 3.6.5 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li dawn jiġu stipulati f'dak l-Anness.

(6)

Sabiex jitqies l-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jenħtieġ li jiġu speċifikati wkoll kriterji xjentifiċi speċifiċi sabiex jiġu identifikati s-sustanzi attivi, l-aġenti protettivi jew is-sinerġisti li jkollhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali u li jistgħu jikkawżaw effetti negattivi fuq organiżmi mhux fil-mira. Għaldaqstant jenħtieġ li l-punt 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jiġi emendat biex jiġu introdotti dawn il-kriterji speċifiċi.

(7)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta, fid-dawl tal-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-esperjenza miksuba permezz tal-applikazzjoni tal-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali introdotti mir-Regolament preżenti.

(8)

Il-kriterji biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali jirriflettu l-istat attwali tal-għarfien xjentifiku u tekniku u jippermettu identifikazzjoni iktar korretta tas-sustanzi attivi li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-kriterji l-ġodda japplikaw kemm jista' jkun malajr, filwaqt li jitqies iż-żmien meħtieġ għall-Istati Membri u għall-Awtorità biex jippreparaw għall-applikazzjoni ta' dawk il-kriterji. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-kriterji japplikaw mill-20 ta' Ottubru 2018, għajr meta l-Kumitat rilevanti jkun ivvota fuq abbozz ta' Regolament sal-20 ta' Ottubru 2018. Il-Kummissjoni se tqis l-implikazzjonijiet għal kull proċedura pendenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u, fejn meħtieġ, tieħu miżuri xierqa bir-rispett dovut għad-drittijiet tal-applikanti. Dan jista' jinkludi talba għal informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikant u/jew għal input xjentifiku addizzjonali mill-Istat Membru relatur u mill-Awtorità.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huwa emendat b'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-punt 3.6.5 u l-punt 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, kif emendati minn dan ir-Regolament preżenti, għandhom japplikaw mill-20 ta' Ottubru 2018, għajr għall-proċeduri meta l-Kumitat ikun ivvota fuq l-abbozz tar-Regolament mill-20 ta' Ottubru 2018.

Artikolu 3

Sal-20 ta' Ottubru 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 valutazzjoni tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tal-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali introdotti minn dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-20 ta' Ottubru 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-WHO/IPCS (l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa/il-Programm Internazzjonali dwar is-Sigurtà tas-Sustanzi Kimiċi), 2002. Global Assessment of the State-of-the-science of Endocrine Disruptors. WHO/PCS/EDC/02.2, disponibbli għall-pubbliku fuq http://www.who.int/ipcs/publications/new_issues/endocrine_disruptors/en/.

(3)  Id-WHO/IPCS (l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa/il-Programm Internazzjonali dwar is-Sigurtà tas-Sustanzi Kimiċi), 2009. Principles and Methods for the Risk Assessment of Chemicals in Food. Environmental Health Criteria 240, disponibbli għall-pubbliku fuq http://www.who.int/foodsafety/publications/chemical-food/en/

(4)  “Scientific Opinion on the hazard assessment of endocrine disruptors: Scientific criteria for identification of endocrine disruptors and appropriateness of existing test methods for assessing effects mediated by these substances on human health and the environment”, EFSA Journal 2013;11(3):3132, doi: 10.2903/j.efsa.2013.3132.

(5)  Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur, Memorandum dwar is-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali, 16.12.2014 (SCCS/1544/14).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(7)  OECD Series on Testing and Assessment No. 150.


ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Punt 3.6.5 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin wara r-raba' paragrafu:

“Mill-20 ta' Ottubru 2018, sustanza attiva, aġent protettiv jew sinerġist għandhom jitqiesu li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali u li jistgħu jikkawżaw effett negattiv fil-bnedmin jekk, abbażi tal-punti (1) sa (4) tas-sitt paragrafu, ikunu sustanza li tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin, sakemm ma jkunx hemm evidenza li turi li l-effetti negattivi identifikati mhumiex rilevanti għall-bnedmin:

(1)

turi effett negattiv f'organiżmu intatt jew f'dixxendent tiegħu, jiġifieri bidla fil-morfoloġija, fil-fiżjoloġija, fit-tkabbir, fl-iżvilupp, fir-riproduzzjoni, jew fit-tul tal-ħajja ta' organiżmu, sistema jew (sub)popolazzjoni li tirriżulta fi ħsara tal-kapaċità funzjonali, ħsara tal-kapaċità ta' kumpens għal stress addizzjonali jew żieda fis-suxxettibbiltà għal influwenzi oħrajn;

(2)

għandha modalità tal-azzjoni endokrinali, jiġifieri tbiddel il-funzjoni(jiet) tas-sistema endokrinali;

(3)

l-effett negattiv huwa konsegwenza tal-modalità tal-azzjoni endokrinali.

L-identifikazzjoni ta' sustanza attiva, aġent protettiv jew sinerġist bħala li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali u li jistgħu jikkawżaw effetti negattivi fil-bnedmin b'konformità mal-ħames paragrafu, għandha tkun ibbażata fuq il-punti kollha li ġejjin:

(1)

id-dejta xjentifika rilevanti kollha disponibbli (l-istudji in vivo jew is-sistemi alternattivi tal-ittestjar ivvalidati b'mod adegwat li jbassru l-effetti negattivi fil-bnedmin jew fl-annimali; kif ukoll l-istudji in vivo, in vitro, jew, jekk applikabbli, in silico, li jipprovdu informazzjoni dwar il-modalitajiet tal-azzjoni endokrinali):

(a)

id-dejta xjentifika ġġenerata skont il-protokolli ta' studju miftiehma fil-livell internazzjonali, b'mod partikolari dawk elenkati fil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-qafas tal-iffissar tar-rekwiżiti tad-dejta għal sustanzi attivi u għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, b'konformità ma' dan ir-Regolament;

(b)

dejta xjentifika oħra magħżula permezz tal-applikazzjoni ta' metodoloġija sistematika ta' rieżami, b'mod partikolari billi tiġi segwita l-gwida dwar id-dejta mil-letteratura li tinsab elenkata fil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-qafas tal-iffissar tar-rekwiżiti tad-dejta għal sustanzi attivi u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, b'konformità ma' dan ir-Regolament;

(2)

valutazzjoni tad-dejta xjentifika rilevanti disponibbli abbażi ta' approċċ li jikkunsidra l-piż tal-evidenza sabiex jiġi stabbilit jekk il-kriterji stabbiliti fil-ħames paragrafu humiex issodisfati; fl-applikazzjoni tad-determinazzjoni tal-piż tal-evidenza, il-valutazzjoni tal-evidenza xjentifika għandha, b'mod partikolari, tqis il-fatturi kollha li ġejjin:

(a)

kemm ir-riżultati pożittivi kif ukoll dawk negattivi;

(b)

ir-rilevanza tad-disinji tal-istudju, għall-valutazzjoni tal-effetti negattivi u l-modalità tal-azzjoni endokrinali;

(c)

il-kwalità u l-konsistenza tad-dejta, b'kunsiderazzjoni tax-xejra u l-koerenza tar-riżultati fi studji u bejn studji simili tad-disinn u fost speċijiet differenti;

(d)

ir-rotta ta' esponiment, l-istudji tat-tossikokinetika u tal-metaboliżmu;

(e)

il-kunċett tad-doża limitu u l-linji gwida internazzjonali dwar id-dożi massimi rrakkomandati u għall-valutazzjoni tal-effetti ta' konfużjoni tat-tossiċità eċċessiva;

(3)

bl-użu ta' approċċ ibbażat fuq il-piż tal-evidenza, ir-rabta bejn l-effett(i) negattiv(i) u l-modalità tal-azzjoni endokrinali għandha tiġi stabbilita abbażi tal-plawżibbiltà bijoloġika, li għandha tiġi ddeterminata fid-dawl tal-għarfien xjentifiku attwali u b'kunsiderazzjoni tal-linji gwida miftiehma fil-livell internazzjonali;

(4)

l-effetti negattivi li huma konsegwenzi sekondarji mhux speċifiċi ta' effetti tossiċi oħrajn ma għandhomx jiġu kkunsidrati għall-identifikazzjoni tas-sustanza bħala waħda li tfixkel is-sistema endokrinali.”

(2)

Fil-Punt 3.8.2 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin wara l-paragrafu uniku:

“Mill-20 ta' Ottubru 2018, sustanza attiva, aġent protettiv jew sinerġist għandhom jitqiesu li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali u li jistgħu jikkawżaw effetti negattivi fuq organiżmi mhux fil-mira jekk, abbażi tal-punti (1) sa (4) tat-tielet paragrafu, ikunu sustanza li tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin, sakemm ma jkunx hemm evidenza li turi li l-effetti negattivi identifikati mhumiex rilevanti fil-livell ta' (sub)popolazzjoni għal organiżmi mhux fil-mira:

(1)

turi effett negattiv f'organiżmi mhux fil-mira, jiġifieri bidla fil-morfoloġija, fil-fiżjoloġija, fit-tkabbir, fl-iżvilupp, fir-riproduzzjoni, jew fit-tul tal-ħajja ta' organiżmu, sistema jew (sub)popolazzjoni li tirriżulta fi ħsara tal-kapaċità funzjonali, ħsara tal-kapaċità ta' kumpens għal stress addizzjonali, jew żieda fis-suxxettibbiltà għal influwenzi oħrajn;

(2)

għandha modalità tal-azzjoni endokrinali, jiġifieri tbiddel il-funzjoni(jiet) tas-sistema endokrinali;

(3)

l-effett negattiv huwa konsegwenza tal-modalità tal-azzjoni endokrinali.

L-identifikazzjoni ta' sustanza attiva, aġent protettiv jew sinerġist bħala li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali u li jistgħu jikkawżaw effetti negattivi f'organiżmi mhux fil-mira b'konformità mat-tieni paragrafu, għandha tkun ibbażata fuq il-punti kollha li ġejjin:

(1)

id-dejta xjentifika rilevanti kollha disponibbli (l-istudji in vivo jew is-sistemi alternattivi tal-ittestjar ivvalidati b'mod adegwat li jbassru l-effetti negattivi fil-bnedmin jew fl-annimali; kif ukoll l-istudji in vivo, in vitro, jew, jekk applikabbli, in silico, li jipprovdu informazzjoni dwar il-modalitajiet tal-azzjoni endokrinali):

(a)

id-dejta xjentifika ġġenerata skont il-protokolli ta' studju miftiehma fil-livell internazzjonali, b'mod partikolari dawk elenkati fil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-qafas tal-iffissar tar-rekwiżiti tad-dejta għal sustanzi attivi u għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, b'konformità ma' dan ir-Regolament;

(b)

dejta xjentifika oħra magħżula permezz tal-applikazzjoni ta' metodoloġija sistematika ta' rieżami, b'mod partikolari billi tiġi segwita l-gwida li ġejja dwar id-dejta mil-letteratura li tinsab elenkata fil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-qafas tal-iffissar tar-rekwiżiti tad-dejta għal sustanzi attivi u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, b'konformità ma' dan ir-Regolament;

(2)

valutazzjoni tad-dejta xjentifika rilevanti disponibbli abbażi ta' approċċ li jikkunsidra l-piż tal-evidenza sabiex jiġi stabbilit jekk il-kriterji stabbiliti fit-tieni paragrafu humiex issodisfati; fl-applikazzjoni tad-determinazzjoni tal-piż tal-evidenza, il-valutazzjoni tal-evidenza xjentifika għandha tqis il-fatturi kollha li ġejjin:

(a)

kemm ir-riżultati pożittivi kif ukoll dawk negattivi u, jekk rilevanti, issir distinzjoni bejn il-gruppi tassonomiċi (eż. il-mammiferi, l-għasafar, il-ħut, l-anfibji);

(b)

ir-rilevanza tad-disinn tal-istudju għall-valutazzjoni tal-effetti negattivi u r-rilevanza tiegħu fil-livell tas-(sub)popolazzjoni u għall-valutazzjoni tal-modalità tal-azzjoni endokrinali;

(c)

l-effetti negattivi fuq ir-riproduzzjoni, it-tkabbir/l-iżvilupp, u effetti negattivi rilevanti oħra li x'aktarx li jkollhom impatt fuq is-(sub)popolazzjonijiet. Għandhom jitqiesu wkoll, jekk ikunu disponibbli, id-dejta adegwata, affidabbli u rappreżentattiva fuq il-post jew ta' monitoraġġ u/jew ir-riżultati miksuba minn mudelli tal-popolazzjoni;

(d)

il-kwalità u l-konsistenza tad-dejta, b'kunsiderazzjoni tax-xejra u l-koerenza tar-riżultati fi studji u bejn studji simili tad-disinn u fost gruppi tassonomiċi differenti;

(e)

il-kunċett tad-doża limitu u l-linji gwida internazzjonali dwar id-dożi massimi rrakkomandati u għall-valutazzjoni tal-effetti ta' konfużjoni tat-tossiċità eċċessiva.

(3)

bl-użu ta' approċċ ibbażat fuq il-piż tal-evidenza, ir-rabta bejn l-effett(i) negattiv(i) u l-modalità tal-azzjoni endokrinali għandha tiġi stabbilita abbażi tal-plawżibbiltà bijoloġika, li għandha tiġi ddeterminata fid-dawl tal-għarfien xjentifiku attwali u b'kunsiderazzjoni tal-linji gwida miftiehma fil-livell internazzjonali;

(4)

L-effetti negattivi li huma konsegwenzi sekondarji mhux speċifiċi ta' effetti tossiċi oħrajn ma għandhomx jiġu kkunsidrati għall-identifikazzjoni tas-sustanza bħala waħda li tfixkel is-sistema endokrinali fir-rigward ta' organiżmi mhux fil-mira.”


20.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/37


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/606

tad-19 ta' April 2018

li jagħti l-protezzjoni lill-isem “Dons” (DOP) skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni li bagħtet id-Danimarka biex l-isem “Dons” jiġi rreġistrat bħala denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP) u ppubblikatha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Ministeru Taljan għall-Agrikoltura, il-Konfederazzjoni nazzjonali tal-konsorzji volontarji għall-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-inbejjed Taljani msejħa “Confederazione Nazionale dei Consorzi Volontari per la Tutela delle Denominazioni dei Vini Italiani” (FEDERDOC) u l-Alleanza tal-kooperattivi Taljani agroalimentari msejħa “L'Alleanza delle Cooperative Italiane-Agroalimentare” oġġezzjonaw għal din l-applikazzjoni, skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 (3), permezz ta' ittri elettroniċi li bagħtu fl-4 ta' Frar 2016, fil-5 ta' Frar 2016 u fit-8 ta' Frar 2016 rispettivament. Il-Kummissjoni qieset li dawn it-tliet oġġezzjonijiet kollha kienu ammissibbli skont l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009.

(3)

Permezz ta' ittra tal-24 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni bagħtet dawn l-oġġezzjonijiet lill-awtoritajiet Daniżi u stednithom jibagħtu l-kummenti tagħhom dwarhom fi żmien xahrejn skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009. Id-Danimarka bagħtet il-kummenti tagħha dwarhom fiż-żmien meħtieġ, eżattament fl-4 ta' Lulju 2016.

(4)

Kif previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009, permezz ta' ittra tat-12 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti tal-awtoritajiet Daniżi lit-tliet persuni li oġġezzjonaw u dawn ingħataw xahrejn biex jibagħtu l-kummenti li jista' jkollhom dwarhom. Bi tweġiba għal dan, fl-10 ta' Marzu 2017 il-Kummissjoni rċeviet ittra oħra mingħand il-Ministeru Taljan għall-Agrikoltura li fiha l-Ministeru tenna li huwa jopponi li tingħata din il-protezzjoni.

(5)

Skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar dan abbażi tal-evidenza li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha.

(6)

It-tliet persuni li oġġezzjonaw kollha qalu li jenħtieġ li ċerti varjetajiet tal-għeneb li jintużaw għall-produzzjoni tal-prodott imsejjaħ “Dons”, jiġifieri l-varjetajiet “Cabernet Cortis”, “Orion”, “Regent”, “Rondo” u “Solaris”, li huma jqisu li huma varjetajiet ibridi li nħolqu permezz tat-tlaqqim tal-ispeċi Vitis vinifera ma' speċijiet oħrajn tal-ġeneru Vitis, ma jintużawx għall-produzzjoni ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta skont l-Artikolu 93(1)(a)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Huma qalu wkoll li varjetà li tkun inħolqot permezz tat-tlaqqim bejn l-ispeċijiet qatt ma tista' titqies bħala varjetà tal-ispeċi Vitis vinifera. Skont il-Ministeru Taljan għall-Agrikoltura u l-FEDERDOC, fi kwalunkwe pajjiż tal-Unjoni Ewropea, mill-analiżi tal-ġenoma wieħed ikun jista' jistabbilixxi jekk varjetà tkunx varjetà tal-ispeċi Vitis vinifera jew jekk din tkunx varjetà mħallta ma' speċi oħra tal-ġeneru Vitis.

(7)

Il-Ministeru Taljan għall-Agrikoltura jsostni wkoll li r-referenza għall-fatturi umani, ir-rabta kawżali bejn il-fatturi naturali u dawk umani u l-informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott li jistgħu jiġu attribwiti għall-ambjent ġeografiku mhumiex iddettaljati biżżejjed. Barra minn hekk, il-Ministeru jsostni wkoll li m'hemm l-ebda bażi teknika u xjentifika għall-istqarrija li l-profil tal-aċidità tal-prodott ġej “mill-għażla ta' varjetajiet li jifilħu pjuttost tajjeb”, meta wieħed iqis li l-għażla tal-varjetajiet huwa proċess li jieħu fit-tul li ma jistax jirreferi għall-varjetajiet ibridi ta' bejn l-ispeċijiet.

(8)

Fl-aħħar nett, il-Ministeru Taljan għall-Agrikoltura jqis li m'hemmx bżonn jingħataw ir-rekwiżiti dwar it-tikkettar tal-varjetajiet tal-għeneb u tas-sena tal-produzzjoni tal-inbid, minħabba li t-tali rekwiżiti huma stabbiliti fl-Artikolu 61 u fl-Artikolu 62 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009.

(9)

Il-Kummissjoni vvalutat l-argumenti u l-provi li bagħtu dawk li oġġezzjonaw u li bagħat l-applikant u kkonkludiet li jenħtieġ li l-isem “Dons” jiġi rreġistrat bħala denominazzjoni ta' oriġini protetta għar-raġunijiet li ġejjin.

(10)

Diversi elementi jridu jitqiesu b'rabta mal-allegazzjonijiet li l-prodott mhux ġej minn varjetajiet tal-għeneb li huma varjetajiet tal-ispeċi Vitis vinifera. L-ewwel nett, fil-livell tal-UE ma hemm l-ebda klassifikazzjoni armonizzata ta' varjetà tal-għeneb li tkun varjetà tal-ispeċi Vitis vinifera. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda lista ta' referenza jew dokument xjentifiku disponibbli mingħand korp kompetenti uffiċjali, bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (l-OIV), li dal-ħin jippermetti li wieħed jikklassifika speċi bħala varjetà tal-ispeċi Vitis vinifera jew bħala taħlita tal-ispeċi Vitis vinifera ma' speċijiet oħrajn tal-ġeneru Vitis, jew li wieħed jiddistingwi bejniethom mingħajr ebda dubju. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li l-kwistjoni tad-definizzjoni xjentifika tiġi ttrattata b'mod ewlieni fil-valutazzjoni nazzjonali preliminari li l-Istati Membri jwettqu skont l-Artikolu 96 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Id-Danimarka tiddependi fuq il-klassifikazzjoni Ġermaniża, li fiha l-ħames varjetajiet tal-għeneb tal-inbid ikkonċernati kollha huma kklassifikati bħala varjetajiet tal-ispeċi Vitis vinifera. It-tieni nett, skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 dwar l-iskrutinju ta' oġġezzjoni, il-Kummissjoni trid tiddeċiedi li tirrifjuta jew li tirreġistra d-denominazzjoni tal-oriġini abbażi tal-evidenza li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha. F'dan il-każ, dawk li oġġezzjonaw ma pprovdewx dejta jew evidenza xjentifika soda li turi li l-prodott mhux ġej minn varjetajiet tal-għeneb li huma varjetajiet tal-ispeċi Vitis vinifera. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li diversi Stati Membri oħrajn jużaw il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid ikkonċernati fil-produzzjoni tal-inbejjed tagħhom li għandhom denominazzjoni ta' oriġini protetta.

(11)

Minħabba r-raġunijiet mogħtija hawn fuq, wieħed ma jistax jikkonkludi li l-prodott imsejjaħ “Dons” ġej minn varjetajiet tal-għeneb li mhumiex varjetajiet tal-ispeċi Vitis vinifera. Għalhekk l-oġġezzjonijiet li saru abbażi ta' dan iridu jiġu rrifjutati.

(12)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-allegazzjonijiet li m'hemmx biżżejjed informazzjoni dwar ir-rabta, il-Kummissjoni tinnota li ngħatat deskrizzjoni tal-fatturi naturali rilevanti tal-ambjent ġeografiku, kif ukoll tar-rabta tagħhom mal-kwalità tal-prodott u mal-karatteristiċi speċifiċi tiegħu, b'mod partikulari l-ammont ogħla ta' aċidu lattiku fil-prodott meta mqabbel ma' nbejjed frizzanti klassiċi, li jiddistingwih minnhom. Għalhekk wieħed irid jikkonkludi li l-elementi meħtieġa marbutin mar-rabta ġew inklużi fl-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009. F'dak li għandu x'jaqsam mal-fatturi umani, il-profil tal-aċidità tal-prodott jitqies li ġej mill-għażla ta' varjetajiet li jifilħu pjuttost tajjeb, f'konformità mal-Artikolu 93(1)(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(13)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-allegazzjonijiet li m'hemmx bżonn jingħataw ir-rekwiżiti li huma preskritti mir-Regolament (KE) Nru 607/2009, minħabba li partijiet mir-rekwiżiti jmorru lil hinn mil-liġijiet tal-Unjoni, jidher li huwa xieraq li dawn jiġu inklużi fl-applikazzjoni għal raġunijiet taċ-ċarezza u biex il-produtturi potenzjalment eliġibbli jifhmuhom sewwa.

(14)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq u skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni tqis li l-applikazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak ir-Regolament u li jenħtieġ li l-isem “Dons” jiġi protett u jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta' dak ir-Regolament.

(15)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Dons” (DOP) b'dan huwa protett.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 407, 8.12.2015, p. 4.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 tal-14 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60).


20.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/40


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/607

tad-19 ta' April 2018

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mill-Marokk u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   L-investigazzjonijiet preċedenti u l-miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1796/1999 (2), il-Kunsill impona dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”), l-Ungerija, l-Indja, il-Messiku, il-Polonja, l-Afrika t'Isfel u l-Ukrajna. Dawn il-miżuri minn issa 'l quddiem se jissejħu “il-miżuri oriġinali” u l-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri mir-Regolament (KE) Nru 1796/1999 minn issa 'l quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

(2)

Minn hemm 'il quddiem, instab li ċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri oriġinali fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna u r-RPĊ saret permezz tal-Moldova u l-Marokk rispettivament wara investigazzjonijiet li saru skont l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (3). Għalhekk, permezz tar-Regolament (KE) Nru 760/2004 (4), il-Kunsill estenda d-dazju antidumping definittiv impost fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mill-Ukrajna għall-importazzjonijiet tal-istess prodotti kkonsenjati mill-Moldova. Bl-istess mod, id-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ ġie estiż, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1886/2004 (5), għall-importazzjonijiet tal-istess prodotti kkonsenjati mill-Marokk.

(3)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005 (6), il-Kunsill, wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, żamm il-miżuri oriġinali imposti fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ, l-Indja, l-Afrika t'Isfel u l-Ukrajna. Il-miżuri applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Messiku skadew fit-18 ta' Awwissu 2004 (7). Peress li l-Ungerija u l-Polonja saru membri tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004, il-miżuri intemmu f'din id-data.

(4)

F'Mejju 2010, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 400/2010 (8) il-Kunsill estenda d-dazju antidumping definittiv impost permezz tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005 fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar, li joriġinaw mir-RPĊ, għall-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le, bħala riżultat ta' investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. Ċerti produtturi esportaturi Koreani kienu mogħtija eżenzjoni mid-dazju estiż peress li ma nstabux li kienu qed jevadu d-dazji antidumping definittivi.

(5)

Il-miżuri applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja skadew fis-17 ta' Novembru 2010 (9).

(6)

F'Jannar 2012, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012 (10), il-Kunsill, wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (11), żamm id-dazju antidumping fir-rigward tar-RPĊ kif estiż għall-Marokk u għar-Repubblika tal-Korea u fl-Ukrajna kif estiż għall-Moldova. Dawn il-miżuri minn issa 'l quddiem se jissejħu “il-miżuri fis-seħħ” u l-investigazzjoni tar-rieżami tal-iskadenza, konkluża permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012, minn hawn' il quddiem se tissejjaħ “ir-rieżami preċedenti tal-iskadenza”.

(7)

Permezz tal-istess Regolament, il-Kunsill temm ukoll il-proċediment fir-rigward tal-Afrika t'Isfel. Il-miżuri applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Afrika t'Isfel skadew fid-9 ta' Frar 2012.

1.2.   Talba għal rieżami tal-iskadenza

(8)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (12), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (“it-talba għal rieżami”).

(9)

It-talba għal rieżami saret fis-7 ta' Novembru 2016 mill-Kumitat ta' Kuntatt tal-E.U. Wire Rope Industries (“l-applikant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ħbula u kejbils tal-azzar (“SRC”). It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri fir-rigward tar-RPĊ x'aktarx li tirriżulta f'kontinwazzjoni ta' dumping u għal rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni. L-applikant ma pprovdiex biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ kontra l-Ukrajna x'aktarx li tirriżulta f'kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara.

1.3.   Bidu

(10)

Il-Kumissjoni, wara li ddeterminat u li kkonsultat mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza fit-8 ta' Frar 2017, ħabbret permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (13) (“Notifika ta' bidu”), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(11)

Fin-nuqqas ta' talba debitament sostanzjata għal rieżami ta' skadenza li tikkonċerna l-importazzjonijiet tal-SRC li joriġinaw mill-Ukrajna, il-Kummissjoni tat avviż li l-miżura antidumping fir-rigward tal-Ukrajna se tiskadi. Konsegwentement, id-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mill-Ukrajna skada fl-10 ta' Frar 2017 (14).

1.4.   Il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(12)

L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016 (“il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami” jew “l-RIP”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2013 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami - il-31 ta' Diċembru 2016 (“il-perjodu kkunsidrat”).

1.5.   Il-partijiet interessati

(13)

Fin-Notifika ta' bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant, lill-produtturi l-oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, lill-importaturi/utenti li kienu magħrufa li urew tħassib, kif ukoll lill-awtoritajiet tar-RPĊ dwar il-bidu tar-rieżami tal-iskadenza.

(14)

Il-partijiet interessati kollha ġew mistiedna jressqu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta' sostenn fi żmien l-iskadenzi stabbiliti fin-Notifika ta' bidu. Il-partijiet interessati ngħataw ukoll l-opportunità li jitolbu bil-miktub għal seduta ta' smigħ mis-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.5.1.   Kampjunar

(15)

Fin-Notifika ta' bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li tista' tieħu kampjun tal-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.5.1.1.   Il-kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(16)

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-kampjunar kien previst fin-Notifika ta' bidu.

(17)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-21 produttur esportatur magħruf fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' bidu. L-informazzjoni mitluba kienet tinkludi l-volum tal-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(18)

Grupp ta' produtturi esportaturi wieħed biss wieġeb li kien lest li jikkoopera. Dan il-grupp, filwaqt li jkopri 100 % tal-esportazzjonijiet tal-SRC kollha mir-RPĊ lejn l-Unjoni, jirrappreżenta biss inqas minn 2 % tat-total tal-produzzjoni tal-SRC Ċiniża. Minħabba li grupp wieħed biss ta' produtturi esportaturi kien lest jikkoopera, ma kienx hemm bżonn li jiġi applikat il-kampjunar.

1.5.1.2.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(19)

Fin-Notifika ta' bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet provviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, il-kampjun intgħażel fuq il-bażi tal-volum ta' bejgħ tal-prodott simili. Il-kampjun kien jikkonsisti f'sitt produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 50,5 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni matul l-RIP. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom dwar dan il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment sad-data ta' skadenza u għaldaqstant il-kampjun provviżorju kien ikkonfermat. Il-kampjun ġie kkunsidrat bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

1.5.1.3.   Kampjunar ta' importaturi mhux relatati

(20)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, kienu mistiedna biex jipparteċipaw f'din l-investigazzjoni. Dawn il-partijiet intalbu jippreżentaw irwieħhom billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness II tan-Notifika ta' bidu.

(21)

Barra minn hekk, 44 importatur identifikati fit-talba ta' rieżami ġew ikkuntattjati mill-Kummissjoni fl-istadju tal-bidu u ġew mistiedna jispjegaw l-attività tagħhom u biex jimlew l-Anness imsemmi hawn fuq.

(22)

Seba' importaturi biss ippreżentaw ruħhom, iżda skont it-tweġibiet tagħhom sitta minnhom ma impurtawx SRC matul l-RIP. Għalhekk, ma kien meħtieġ l-ebda kampjunar.

1.5.2.   Kwestjonarji

(23)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-grupp ta' produtturi esportaturi li kkoopera u li wieġeb għall-formola ta' kampjunar, lis-sitt produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, lil importatur wieħed, lill-għaxar utenti li ppreżentaw ruħhom wara l-bidu tal-investigazzjoni u lil 50 produttur magħruf f'pajjiżi terzi b'ekonomija tas-suq potenzjali (il-Kanada, l-Indja, il-Ġappun, il-Malasja, il-Messiku, ir-Russja, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel, l-Iżvizzera, it-Tajlandja, it-Turkija, l-Ukrajna u l-Istati Uniti tal-Amerika (minn hawn 'il quddiem “l-Istati Uniti”)).

(24)

Il-grupp ta' produtturi esportaturi u ħames produtturi tal-Unjoni ssottomettew tweġiba għall-kwestjonarju. L-ebda importatur u l-ebda utent ma pprovda tweġiba għall-kwestjonarju.

(25)

Żewġ produtturi f'pajjiżi terzi b'ekonomija tas-suq wieġbu għall-kwestjonarju, wieħed minhom jinsab fit-Turkija u l-ieħor fl-Istati Uniti.

1.5.3.   Żjarat ta' verifika

(26)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara u l-interessi tal-Unjoni. Żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni

Bridon International Ltd, Doncaster, ir-Renju Unit

Casar Drahtseilwerk Saar GmbH, Kirkel, il-Ġermanja

Drumet Liny i Druty sp z o.o., Włocławek, il-Polonja

Gustav Wolf GmbH, Guetersloh, il-Ġermanja

Redaelli Tecna Spa, Milan, l-Italja

 

Produttur esportatur fir-RPĊ

Fasten Group Imp. & Exp. Co., Ltd., Jiangyin City, Wuxi, Provinċja ta' Jiangsu

 

Produttur fil-pajjiż terz b'ekonomija tas-suq

WireCo World Group, Prairie Village, KS, l-Istati Uniti.

2.   PRODOTT SOĠĠETT GĦAL RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott soġġett għal rieżami

(27)

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huma l-ħbula u l-kejbils tal-azzar inklużi l-ħbula mibrumin issiġillati, esklużi l-ħbula u kejbils magħmula mill-azzar inossidabbli, b'dimensjoni trasversali massima ta' aktar minn 3 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“l-SRC” jew “il-prodott soġġett għal rieżami”), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7312 10 81, ex 7312 10 83, ex 7312 10 85, ex 7312 10 89 u ex 7312 10 98.

2.2.   Prodott simili

(28)

L-SRC prodotti fir-RPĊ u esportati lejn l-Unjoni, l-SRC prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku tal-pajjiż terz b'ekonomija tas-suq, l-Istati Uniti, u l-SRC immanifatturati u mibjugħa fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni għandhom l-istess użi finali kif ukoll karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, u għalhekk jitqiesu bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DUMPING

(29)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ probabbilment twassalx għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping mir-RPĊ.

3.1.   Kummenti preliminari

(30)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ x'aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping mir-RPĊ.

(31)

Kif indikat fil-premessa (18), grupp wieħed biss ta' produtturi esportaturi li jirrappreżentaw inqas minn 2 % tal-produzzjoni totali tal-SRC fir-RPĊ ikkoopera f'din l-investigazzjoni. Dan il-grupp huwa magħmul minn seba' kumpaniji relatati involuti fil-produzzjoni u fil-bejgħ tal-SCR. Peress li dan il-grupp kopra 100 % tal-esportazzjonijiet tal-SRC mir-RPĊ lejn l-Unjoni matul l-RIP, il-Kummissjoni kkunsidrat li hija għandha biżżejjed informazzjoni biex tivvaluta l-prezz tal-esportazzjoni u l-marġni tad-dumping matul l-RIP (Taqsima 3.2.).

(32)

Madankollu, id-data pprovduta mill-uniku grupp ta' produtturi esportaturi li kkoopera fir-rigward tal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra, instabet li għandha xi nuqqasijiet: erba' kumpaniji relatati mal-grupp u li kienu involuti fil-produzzjoni u fil-bejgħ tal-SRC ma kinux ipprovdew kwestjonarju separat kif meħtieġ. Billi naqsu milli jwieġbu kif meħtieġ dawn ma pprovdew l-ebda informazzjoni dwar il-bejgħ tagħhom għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra. Barra minn hekk, kumpanija relatata waħda mill-grupp, għalkemm hija kienet ipprovdiet tweġiba għall-kwestjonarju, naqset milli tirrapporta l-bejgħ tagħha għall-esportazzjoni lil pajjiżi terzi oħra fuq bażi tat-tip ta' prodott għal kull tranżazzjoni.

(33)

B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni infurmat lill-uniku grupp ta' produtturi esportaturi li kkoopera bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u dak il-grupp ingħata l-opportunità li jagħti l-kummenti tiegħu skont l-Artikolu 18(4) ta' dak ir-Regolament.

(34)

Fil-kummenti tiegħu, il-grupp ta' produtturi esportaturi li kkoopera ma ċaħadx li kien naqas milli jipprovdi tweġiba għall-kwestjonarju għall-erba' kumpaniji relatati tiegħu. Madankollu, huwa sostna li ma kienx raġonevoli li jirrikjedi informazzjoni dwar il-bejgħ għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi fuq il-bażi ta' kull tranżazzjoni skont in-Numru ta' Kontroll tal-Prodott (“PCN”). Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. L-informazzjoni mitluba kienet ikkunsidrata meħtieġa, għaliex, sabiex wieħed ibassar l-imġiba futura tal-produtturi fir-RPĊ, jekk il-miżuri jiskadu, huwa importanti li jkun hemm għarfien preċiż u sħiħ tal-imġiba attwali tagħhom meta jesportaw l-SRC lejn pajjiżi terzi oħra. Meta, bħal f'dan il-każ, parti ma tagħmilx l-akbar sforz possibbli biex tipprovdi s-sett sħiħ ta' data mitlub iżda tipprovdi biss parti minnu, li barra minn hekk mhuwiex dettaljat biżżejjed u ma jistax jiġi vverifikat, tali informazzjoni parzjali ma tistax titqies li hija preċiża u kompleta biżżejjed biex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta kif xieraq, bl-għarfien sħiħ, l-imġiba tal-produtturi Ċiniżi meta jesportaw l-SRC lejn pajjiżi terzi oħra.

(35)

Għalhekk, is-sejbiet fit-Taqsima 3.3.2 kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli. Għal dan il-għan, intużat l-informazzjoni pprovduta mill-uniku grupp ta' produtturi esportaturi li kkooperaw ħlief għall-bejgħ lejn pajjiżi terzi, it-talba għar-rieżami tal-iskadenza, is-sottomissjoni magħmula mill-applikanti, fuq l-informazzjoni mill-Istatistika Ċiniża dwar l-Esportazzjoni (15) (“bażi tad-data tar-RPĊ”), fuq informazzjoni mill-Bank Dinji u fuq informazzjoni oħra disponibbli għall-pubbliku sabiex tingħata stampa sħiħa tal-miżuri antidumping fis-seħħ fi swieq ta' pajjiżi terzi importanti oħra għall-SRC kif spjegat fil-premessa (68).

3.2.   Dumping

(36)

Dumping matul l-RIP għal esportazzjonijiet mir-RPĊ kien stabbilit fuq l-informazzjoni pprovduta mill-uniku grupp ta' produtturi esportaturi li kkoopera li kien jirrappreżenta l-esportazzjonijiet kollha tal-SRC mir-RPĊ lejn l-Unjoni matul l-RIP (ara l-premessa (18)).

Pajjiż terz b'ekonomija tas-suq

(37)

L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ ma ngħata trattament ta' ekonomija tas-suq fl-investigazzjoni oriġinali. Skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi kollha għandu għalhekk jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq. Għal dan il-għan, kellu jintgħażel pajjiż terz b'ekonomija tas-suq.

(38)

Fin-Notifika ta' bidu, il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tuża lit-Turkija bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq. In-Notifika ta' bidu indikat wkoll li jista' jkun hemm produzzjoni tal-prodott simili f'pajjiżi terzi oħra b'ekonomija tas-suq bħat-Tajlandja, il-Vjetnam u l-Malasja. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-għażla ta' pajjiż terz b'ekonomija tas-suq għall-fini li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-RPĊ. Ma wasal l-ebda kumment fiż-żmien speċifikat fin-Notifika ta' bidu.

(39)

Kif indikat fin-Notifika ta' bidu, il-Kummissjoni eżaminat jekk hemmx produzzjoni u bejgħ tal-prodott simili f'dawk il-pajjiżi terzi b'ekonomija tas-suq li għalihom kien hemm indikazzjonijiet li qiegħda ssir il-produzzjoni. Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni tat-talba għal rieżami u l-informazzjoni statistika disponibbli (Eurostat), il-Kummissjoni identifikat pajjiżi terzi oħra b'ekonomija tas-suq potenzjali: Il-Kanada, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel, il-Malasja, il-Messiku, ir-Russja, l-Afrika t'Isfel, l-Iżvizzera, it-Tajlandja, l-Ukrajna u l-Istati Uniti. Il-Kummissjoni identifikat 50 produttur potenzjali f'dawn il-pajjiżi, li ġew ikkuntattjati u mistiedna jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa.

(40)

Madankollu, produttur wieħed biss fit-Turkija u ieħor fl-Istati Uniti ppreżentaw ruħhom u pprovdew l-informazzjoni mitluba.

L-għażla tal-pajjiż terz b'ekonomija tas-suq

(41)

B'kollox, kien hemm 15-il produttur potenzjali tal-prodott simili fl-Istati Uniti. Is-suq tal-Istati Uniti nstab ukoll li huwa suq miftuħ b'volumi ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni sinifikanti tal-SRC matul l-RIP. Ma kien hemm l-ebda dazju fuq l-importazzjoni jew dazju antidumping/kompensatorju fuq l-importazzjonijiet fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-SRC fl-Istati Uniti. Il-volum ta' produzzjoni tal-produttur li kkoopera fl-Istati Uniti kien sostanzjali meta mqabbel mal-produzzjoni totali stmata fl-Istati Uniti (li tammonta għal madwar 15 % sa 25 % tat-total stmat tal-produzzjoni domestika tal-Istati Uniti).

(42)

Kien għalhekk ikkunsidrat li l-Istati Uniti kienu suq miftuħ u kbir, b'ħafna produtturi domestiċi u importazzjonijiet li jikkompetu ma' xulxin. Il-grad ta' kompetizzjoni nstab li huwa ogħla fl-Istati Uniti milli fit-Turkija. Barra minn hekk, kien hemm nuqqasijiet konsiderevoli fid-data pprovduta mill-produttur fit-Turkija u elementi essenzjali għad-determinazzjoni tal-valur normali kienu neqsin filwaqt li l-kwalità tat-tweġiba tal-produttur fl-Istati Uniti kienet kompluta biżżejjed biex jiġi stabbilit valur normali affidabbli fuq din il-bażi. Għalhekk, il-Kummissjoni għażlet lill-Istati Uniti bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq xierqa.

(43)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-adegwatezza tal-għażla tal-Istati Uniti bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq. Ma wasal l-ebda kumment sad-data ta' skadenza.

(44)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħżel l-Istati Uniti bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq għal dan ir-rieżami.

Il-valur normali

(45)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta' bejgħ tal-produttur tal-pajjiż terz b'ekonomija tas-suq tal-prodott simili fis-suq domestiku kienx rappreżentattiv matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Instab li l-bejgħ tal-prodott simili mill-produttur tal-Istati Uniti kooperanti kien qed isir fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku meta mqabbel mal-prodott taħt rieżami esportat lejn l-Unjoni mill-produttur esportatur Ċiniż.

(46)

Sussegwentement, il-Kummissjoni eżaminat jekk dan il-bejgħ jistax jitqies bħala li sar fil-perkors normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta' bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti. It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ ġew ikkunsidrati bħala profittabbli meta l-prezz unitarju kien ugwali jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni tal-produttur Amerikan matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(47)

Il-Kummissjoni identifikat dawk it-tipi ta' prodotti li għalihom aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ fis-suq domestiku kien ogħla mill-kost u l-prezz tal-bejgħ medju ppeżat ta' dan it-tip kien ugwali jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità. F'dawn il-każijiet, il-valur normali, skont it-tip ta' prodott, ġie kkalkulat bħala l-medja ppeżata tal-prezzijiet domestiċi reali tal-bejgħ kollu tat-tip ikkonċernat, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ kienx profittabbli jew le. Dan kien il-każ għal madwar 50 % tat-tipi ta' prodotti esportati lejn l-Unjoni.

(48)

Fejn il-volum ta' bejgħ profittabbli ta' tip ta' prodott kien jirrappreżenta 80 % jew inqas mill-volum ta' bejgħ totali ta' dak it-tip, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkulat bħala prezz medju ppeżat tal-bejgħ domestiku profittabbli biss ta' dak it-tip magħmul matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dan kien il-każ għal madwar 50 % tat-tipi ta' prodotti esportati lejn l-UE.

(49)

Għalhekk, għal kull tip ta' prodott, il-valur normali kien stabbilit abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku.

(50)

Il-valur normali kien stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet ta' bejgħ tal-SRC tal-produttur li kkoopera fl-Istati Uniti skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) kif ukoll l-Artikoli 2(1) sa 2(6) tar-Regolament bażiku.

Il-prezz tal-esportazzjoni

(51)

Il-prezz tal-esportazzjoni kien ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-grupp ta' produtturi esportaturi li kkooperaw mir-RPĊ skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni li effettivament tћallsu jew li jistgћu jitћallsu lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni, li kien importatur mhux relatat.

Tqabbil

(52)

Peress li ma setax jitqabbel il-PCN fil-livell kollu bejn it-tipi ta' prodotti esportati mill-grupp ta' produtturi esportaturi li kkooperaw u l-bejgħ domestiku fil-pajjiż terz b'ekonomija tas-suq, il-valur normali ġie ddeterminat abbażi tal-prezz domestiku f'dak il-pajjiż terz b'ekonomija tas-suq b'tip ta' prodott li l-aktar jixbhu. Sabiex jiġu riflessi d-differenzi bejn it-tipi ta' prodotti, fid-determinazzjoni tal-valur normali tqiesu l-karatteristiċi tat-tip ta' prodott kif definit mill-PCN: il-kategorija tal-prodott, il-karatteristiċi tal-wajer, it-tip ta' ħabel, id-dijametru ta' barra u r-reżistenza għat-tensjoni. Saru aġġustamenti fil-firxa ta' minn 5 % sa 15 % sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni d-differenzi bejn it-tipi ta' prodotti skont l-Artikolu 2(10)(a) tar-Regolament bażiku.

(53)

L-esportazzjonijiet mir-RPĊ huma soġġetti għal rifużjoni parzjali tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq l-esportazzjoni, filwaqt li fl-Istati Uniti t-taxxi kollha relatati mal-bejgħ domestiku huma rimborżati. Għalhekk, il-Kummissjoni għamlet aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku għad-differenza fil-VAT bejn il-bejgħ għall-esportazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni (fejn hija imposta rata ta' VAT ta' 17 % fuq l-esportazzjoni u li mbagħad 5 % minnha tiġi rimborżata) biex jiġi żgurat tqabbil ġust u f'konformità mal-ġurisprudenza stabbilita (16).

(54)

Barra minn hekk, saru wkoll aġġustamenti fil-valur normali għal differenzi fl-ispejjeż tal-imballaġġ (inqas minn 2 %) u l-merkanzija domestika (f'firxa ta' minn 2 % sa 10 %) skont l-Artikolu 2(10)(e) u (f) tar-Regolament bażiku. Saru wkoll aġġustamenti fil-prezz tal-esportazzjoni għall-immaniġġar u t-tagħbija (inqas minn 1 %), il-merkanzija domestika fir-RPĊ (f'firxa ta' minn 1 % sa 5 %, l-ispejjeż għat-trasport tal-merkanzija bil-baħar (f'firxa ta' minn 1 % sa 5 %) u l-assigurazzjoni (inqas minn 1 %), skont l-Artikolu 2(10)(e) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-ispejjeż ta' kreditu (inqas minn 1 %) u t-tariffi bankarji (inqas minn 1 %) kienu wkoll imnaqqsa mill-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(10)(g) u (k) tar-Regolament bażiku.

(55)

Fl-aħħar nett, il-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni sar permezz ta' kumpaniji relatati ta' bejgħ fiċ-Ċina. Il-Kummissjoni ma eżaminatx jekk għal dan il-bejgħ kienx iġġustifikat aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. Ir-raġuni għal dan kienet li l-għan ta' rieżami ta' skadenza mhuwiex li jiġu stabbiliti marġnijiet ta' dumping preċiżi, iżda li jiġi stabbilit jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

Marġni tad-dumping

(56)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni, kif ikkalkulati fil-premessi minn (45) sa (51) sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-prezzijiet, għal kull tip ta' prodott. Kif previst fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju ppeżat ta' kull tip ta' prodott simili fil-pajjiż terz b'ekonomija tas-suq kien imqabbel mal-prezz medju ppeżat tal-esportazzjoni tat-tip ta' prodott korrispondenti tal-prodott soġġett għal rieżami.

(57)

Fuq din il-bażi, il-marġni tad-dumping medju ppeżat espress bħala perċentwal tal-prezz CIF (Kost, Assigurazzjoni, Nol) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta' 16,7 %.

3.3.   L-iżviluppi fl-importazzjonijiet jekk il-miżuri jiġu rrevokati

(58)

Wara li rriżulta dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni analizzat il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri jiġu revokati. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva fir-RPĊ, l-imġiba tal-esportazzjonijiet Ċiniżi f'pajjiżi terzi oħra, il-prattiki ta' ċirkomvenzjoni u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni.

(59)

L-uniku grupp li kkoopera ta' produtturi esportaturi kien jirrappreżenta inqas minn 3 % tal-kapaċità ta' produzzjoni totali u inqas minn 2 % tal-produzzjoni totali ta' SRC fir-RPĊ. Minħabba li l-ebda produttur ieħor tal-SRC fir-RPĊ ma kkoopera, l-eżami tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping sabiex jiġi vvalutat l-iżvilupp tal-importazzjonijiet f'każ li l-miżuri jiġu revokati, kien ibbażat fuq l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, jiġifieri l-informazzjoni pprovduta mill-uniku grupp ta' produtturi esportaturi li kkoopera, it-talba għal rieżami ta' skadenza, l-informazzjoni mill-bażi tad-data tar-RPĊ, l-informazzjoni mill-Bank Dinji u informazzjoni oħra disponibbli għall-pubbliku kif spjegat fil-premessa (68) sabiex tingħata stampa sħiħa tal-miżuri antidumping fis-seħħ fi swieq importanti oħra għall-SRC.

3.3.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva fir-RPĊ

(60)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni oħra fil-fajl, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq it-talba għal rieżami tal-iskadenza li kienet tinkludi studju li janalizza “L-Iżviluppi min-naħa tal-Provvista u tad-Domanda fl-Industrija Ċiniża tal-Ħbula tal-Wajer tal-Azzar għall-2012-2016 anki fil-Futur Qarib” (“l-istudju”). Abbażi ta' din l-informazzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni għall-SRC fir-RPĊ kienet stmata għal 5,8 miljun tunnellata fis-sena, il-produzzjoni reali kienet stmata għal madwar 4,0 miljun tunnellata fis-sena u, b'riżultat ta' dan, il-kapaċità ta' riżerva fir-RPĊ kienet stmata għal madwar 1,8 miljun tunnellata fl-2016, li jaqbżu sew il-konsum totali tal-Unjoni tal-SRC matul l-RIP kif muri fil-premessa (75) b'aktar minn għaxar darbiet.

(61)

L-istudju indika li l-konsum domestiku fir-RPĊ ammonta għal madwar 3,8 miljun tunnellata fis-sena. L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda element li jista' jindika kwalunkwe żieda sinifikanti fid-domanda domestika fiċ-Ċina fil-futur qrib. L-istess jgħodd għall-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi oħra, peress li m'hemm l-ebda informazzjoni disponibbli li tindika kwalunkwe żieda sinifikanti fid-domanda għall-SRC madwar id-dinja.

(62)

Fir-rigward tat-talba għal rieżami ta' skadenza u b'mod aktar speċifiku tal-istudju, jenħtieġ li jiġi nnotat li l-informazzjoni inkluża fih ma ġiet ikkontestata mill-ebda parti interessata. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessi (17) u (18), huwa mfakkar ukoll li l-parti l-kbira tal-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-SRC ma pprovdewx l-informazzjoni meħtieġa kif mitlub u li l-uniku grupp ta' produtturi esportaturi li kkoopera, li jirrappreżenta inqas minn 3 % tat-total tal-kapaċità ta' produzzjoni Ċiniża, ikoopera u pprovda l-informazzjoni rilevanti kif mitlub.

(63)

Għalhekk, fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni oħra, tqies li la d-domanda domestika, u lanqas d-domanda dinjija tal-SRC mhu se jkunu jistgħu jassorbu l-kapaċità ta' riżerva sinifikanti disponibbli fiċ-Ċina.

3.3.2.   L-imġiba tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra

(64)

Kif spjegat fil-premessi minn (32) sa (35), l-informazzjoni sottomessa mill-uniku grupp ta' produtturi esportaturi li kkoopera ma setgħetx tintuża biex tiġi vvalutata kif xieraq l-imġiba tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi oħra. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha toqgħod fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku sabiex tivvaluta din l-imġiba. Biex tagħmel dan, il-Kummissjoni użat il-bażi tad-data tar-RPĊ kif sar fir-rieżami ta' skadenza preċedenti (17).

(65)

Madankollu, jenħtieġ li jiġi nnutat li l-bażi tad-data tar-RPĊ tkopri kamp ta' applikazzjoni usa' tal-prodott milli mill-prodott soġġett għal rieżami peress li jinkludi wkoll wajers bis-swiegli, ħbula u kejbils tal-azzar inossidabbli kif ukoll ħbula u kejbils tal-azzar b'dimensjoni trasversali massima li ma taqbiżx it-3 mm. Għalhekk, ma setgħet issir l-ebda analiżi sinifikanti tal-kwantitajiet esportati lejn swieq oħra fuq il-bażi tal-informazzjoni misjuba fil-bażi tad-data tar-RPĊ. Madankollu, xorta setgħet tintuża l-bażi tad-data tar-RPĊ għall-analiżi tal-prezzijiet. L-analiżi tal-prezzijiet hija bbażata fuq stimi raġonevoli minħabba l-karatteristiċi simili tal-prodotti l-oħra li possibbilment kienu inklużi fl-analiżi.

(66)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni sabet li meta wieħed iqabbel il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-ħames swieq tal-esportazzjoni ewlenin tagħhom għajr l-Unjoni (li huma l-Indja, il-Korea t'Isfel, it-Tajlandja, l-Istati Uniti u l-Vjetnam), mal-valur normali stabbilit fil-pajjiż terz b'ekonomija tas-suq kif deskritt fil-premessi minn (45) sa (50), il-marġnijiet tad-dumping kienu jvarjaw bejn 129 % u 314 % matul l-RIP. L-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-SRC lejn dawn il-ħames swieq oħra jammontaw għal madwar 40 % tal-esportazzjonijiet totali Ċiniżi tal-SRC madwar id-dinja. Fuq l-istess bażi, il-marġni tad-dumping għal bejgħ lejn l-Unjoni ammonta għal 97 %.

(67)

Għalhekk, l-esportazzjonijiet tal-SRC lejn pajjiżi terzi oħra mir-RPĊ x'aktarx li kienu oġġett ta' dumping f'livelli saħansitra ogħla mill-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni matul l-RIP. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni oħra, il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra jista' jitqies bħala indikatur tal-livell tal-prezzijiet probabbli għall-bejgħ tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jiġu revokati. Fid-dawl tal-livelli baxxi ta' prezzijiet għas-swieq ta' pajjiżi terzi, ġie konkluż li hemm marġni konsiderevoli biex jitnaqqsu l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, li potenzjalment iwassal għal żieda fid-dumping.

(68)

Barra minn hekk, skont id-data pubblikament disponibbli (18), il-miżuri antidumping fuq importzzjonijiet tal-SRC li joriġinaw mir-RPĊ huma wkoll fis-seħħ fit-Turkija (19), il-Messiku (20) u l-Brażil (21). Il-Kolombja reċentament bdiet investigazzjoni antidumping fuq importazzjonijiet tal-SRC li joriġinaw miċ-Ċina (22) u f'Diċembru 2017 imponiet miżuri antidumping provviżorji ta' 15 %. Dan jindika b'mod ċar li SRC mingħand produtturi esportaturi Ċiniżi ġew esportati wkoll lejn swieq oħra bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping. Dan jindika wkoll li l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-SRC Ċiniżi lejn dawn is-swieq huma jew se jkunu ristretti u li l-produtturi esportaturi tal-SRC Ċiniżi jkollhom isibu swieq alternattivi għall-kapaċità ta' riżerva tagћhom.

3.3.3.   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(69)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, kif spjegat fil-premessa (66), instab li l-produtturi esportaturi mir-RPĊ jistgħu jiksbu prezzijiet ogħla fis-suq tal-Unjoni milli f'pajjiżi terzi oħra. Skont il-bażi tad-data tar-RPĊ, fl-RIP il-medja tal-prezz tal-esportazzjoni FOB (frank abbord) lejn l-Unjoni kienet ta' EUR 1 688/tunnellata filwaqt li din kienet tammonta biss bħala medja għal EUR 1 191/tunnellata meta d-destinazzjoni tagħha kienet lejn is-swieq tal-ħames pajjiżi terzi ewlenin. Għalhekk, il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi kienu madwar 30 % aktar baxxi mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni (meta ma jiġux ikkunsidrati d-dazji antidumping imħallsa fis-suq tal-Unjoni). Dan jindika li s-suq tal-Unjoni huwa suq attraenti minħabba li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jistgħu jiġġeneraw profitti akbar mill-bejgħ lejn l-Unjoni milli mill-bejgħ lejn swieq oħra tal-esportazzjoni.

3.3.4.   Konklużjoni

(70)

Bħala konklużjoni, il-marġni tad-dumping stabbilit waqt l-RIP, il-kapaċità ta' riżerva sinifikanti disponibbli fir-RPĊ, l-attrattività stabbilita tas-suq tal-Unjoni u l-imġiba tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra, jindikaw li revoka tal-miżuri x'aktarx tirriżulta f'kontinwazzjoni ta' dumping, u li l-esportazzjonijiet oġġett ta' dumping jidħlu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti. Għalhekk huwa kkunsidrat li hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri antidumping attwali jitħallew jiskadu.

4.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW TA' RIKORRENZA TA' ĦSARA

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(71)

Fl-Unjoni, l-SRC kienu mmanifatturati minn aktar minn 22 produttur/grupp ta' produtturi matul l-RIP. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku.

(72)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul l-RIP ġiet stabbilita fil-livell ta' 168 701 tunnellata fuq il-bażi tat-talba għal rieżami, id-data addizzjonali pprovduta mill-applikant u t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(73)

Kif indikat fil-premessa (19), intgħażel kampjun li jikkonsisti minn sitt produtturi/gruppi ta' produtturi. Il-Kummissjoni rċeviet u vverifikat it-tweġibiet għall-kwestjonarju minn ħames produtturi tal-Unjoni. Il-ħames produtturi kienu jirrappreżentaw 43 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul l-RIP. Għalhekk, il-kampjun xorta kien ikkunsidrat bħala rappreżentattiv biżżejjed għall-industrija tal-Unjoni.

4.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(74)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volum ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni fuq il-bażi tad-data rrapportata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (“il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)”) u d-data vverifikata mill-grupp ta' produtturi esportaturi Ċiniżi li kkoopera.

(75)

It-Tabella 1 turi kif il-konsum tal-Unjoni żviluppa matul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella 1

Konsum tal-Unjoni

 

2013

2014

2015

RIP

Konsum Totali (f'tunnellati)

175 589

175 675

170 454

164 446

Indiċi (2013 = 100)

100

100

97

94

Sors: Il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6), id-data verifikata

(76)

Il-konsum tal-Unjoni baqa' stabbli mill-2013 sal-2014 u naqas b'6 % bejn l-2014 u l-RIP.

4.3.   Importazzjonijiet mir-RPĊ

4.3.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

(77)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fuq il-bażi tat-tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju mill-grupp ta' produtturi esportaturi li kkoopera u d-data mill-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6) matul il-perjodu kkunsidrat.

(78)

Fuq din il-bażi, l-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ u s-sehem mis-suq tagħha żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Il-volum tal-importazzjonijiet u s-Sehem mis-suq

 

2013

2014

2015

RIP

Importazzjonijiet (f'tunnellati)

2 697

1 780

3 207

2 005

Indiċi (2013 = 100)

100

66

119

74

Sehem mis-suq (%)

1,5

1,0

1,9

1,2

Indiċi (2013 = 100)

100

66

122

79

Sors: Il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6), id-data vverifikata

(79)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet tal-SRC mir-RPĊ varja minn sena għal sena. It-tnaqqis ta' 34 % bejn is-snin 2013-2014 kien segwit minn żieda ta' 80 % matul is-snin 2014-2015 (23). Fl-aħħar nett fl-RIP, il-volum tal-importazzjonijiet naqas minn 2 697 fl-2013 għal 2 005 tunnellati. B'mod ġenerali, il-volum tal-importazzjonijiet naqas b'26 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(80)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ segwa xejra simili. B'mod ġenerali, dan naqas minn 1,5 % għal 1,2 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

(81)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tat-tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju tal-grupp ta' produtturi esportaturi Ċiniżi li koopera u d-data mill-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6) matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

 

2013

2014

2015

RIP

Prezz medju mingħajr dazju (EUR/tunnellata)

1 712

1 360

1 669

2 474

Indiċi (2013 = 100)

100

79

98

145

Sors: Il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6), id-data vverifikata

(82)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz medju tal-prodott importat mir-RPĊ varja minn sena għal sena. Fil-bidu, il-prezz naqas b'21 % fl-2014. Fl-2015, il-prezzijiet żdiedu, billi kważi laħqu l-livell tal-2013 u komplew jiżdiedu fl-RIP. B'mod ġenerali, il-prezzijiet żdiedu b'45 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.   It-twaqqigħ tal-prezz

(83)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta' investigazzjoni billi qabblet:

(a)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ppeżati għal kull tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika; kif ukoll

(b)

il-prezzijiet medji ppeżati korrispondenti għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet mill-grupp ta' produtturi esportaturi Ċiniżi li kkoopera, għal għand l-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq il-bażi ta' Kost, Assigurazzjoni, Nol (CIF). L-ebda wieħed mit-tmien tipi ta' prodotti esportati lejn l-Unjoni mill-uniku grupp ta' produtturi esportaturi li kkoopera ma kien mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni. Għal raġunijiet ta' tqabbil, it-tipi ta' prodotti ġew issimplifikati billi ġiet ristretta s-saħħa tensili (24) u billi tittieħedet medja għall-komponent tal-prezz għad-differenzi fid-dijametru (25). Meta ġie applikat dan il-metodu, kien stabbilit qbil ta' 100 %.

(84)

Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-prezz medju ppeżat tal-industrija tal-Unjoni matul l-RIP. In-nuqqas ta' twaqqigħ tal-prezz jindika l-effettività tal-miżuri. Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u l-produtturi esportaturi tal-SRC Ċiniżi jżommu l-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom f'livell simili, il-marġni tat-twaqqigħ jista' jiġi kkalkulat billi jitnaqqas id-dazju antidumping mill-prezz tal-importazzjoni. Il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz stabbilit b'dan il-mod jammonta għal 36,3 %. Dan huwa kkunsidrat bħala indikazzjoni raġonevoli tal-livelli tal-prezzijiet tal-esportazzjoni possibbli fil-ġejjieni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

4.5.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ħlief ir-RPĊ

(85)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ prinċipalment ġejjin mir-Repubblika tal-Korea, it-Turkija, it-Tajlandja, ir-Russja u l-Malasja.

(86)

Il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' dawn l-importazzjonijiet huwa muri fit-Tabella 4 kif ukoll is-sehem mis-suq tagħhom u l-prezzijiet medji:

Tabella 4

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ħlief ir-RPĊ

 

2013

2014

2015

RIP

Importazzjonijiet (f'tunnellati)

63 381

65 336

63 747

63 798

Indiċi (2013 = 100)

100

103

101

101

Sehem mis-suq (%)

36,1

37,2

37,4

38,8

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 712

1 588

1 624

1 488

Indiċi (2013 = 100)

100

93

95

87

Sors: Il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6), id-data verifikata

(87)

Kollox ma' kollox il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra baqa' pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, b'żieda żgħira ta' 1 %.

(88)

Peress li l-konsum totali tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat, din iż-żieda ssarrfet f'żieda fis-sehem mis-suq tagħhom minn 36,1 % għal 38,8 % matul dan il-perjodu.

(89)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz medju tal-prodott importat minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ varja minn sena għal sena. Fil-bidu, il-prezz naqas b'7 % fl-2014. Fl-2015, il-prezzijiet żdiedu bi 2 %, biex reġgħu naqsu bi 8 % matul l-RIP. B'mod ġenerali, il-prezzijiet naqsu bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.5.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi li għalihom ġew estiżi l-miżuri

Ir-Repubblika tal-Korea

(90)

Ir-Repubblika tal-Korea għandha t-tieni l-akbar sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni wara l-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(91)

Kif imsemmi fil-premessa (4), iċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri oriġinali fuq l-importazzjonijiet tal-SRC mir-RPĊ seħħet permezz tar-Repubblika tal-Korea. Konsegwentement, fl-2010, id-dazju antidumping impost fuq importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ ġie estiż għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkonsenjat mir-Repubblika tal-Korea, bl-eċċezzjoni ta' dawk immanifatturati minn 15-il produttur esportatur Korean ġenwin.

(92)

Prattikament l-importazzjonijiet kollha tal-SRC mir-Repubblika tal-Korea lejn l-Unjoni matul l-RIP kienu qed joriġinaw mill-produtturi esportaturi eżentati mid-dazju antidumping estiż, jiġifieri 99,98 % tal-importazzjonijiet Koreani kollha.

(93)

It-Tabella 5 turi kif il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Koreani lejn l-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 5

Il-volum tal-importazzjonijiet, is-sehem mis-suq u l-prezz medju mill-Korea

 

2013

2014

2015

RIP

Importazzjonijiet (f'tunnellati)

36 800

34 157

30 274

32 928

Indiċi (2013 = 100)

100

93

82

89

Sehem mis-suq (%)

21,0

19,4

17,8

20,0

Indiċi (2013 = 100)

100

93

85

96

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 559

1 621

1 646

1 506

Indiċi (2013 = 100)

100

104

106

97

Sors: Il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)

(94)

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea naqas bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat, b'rata kemm kemm ogħla mix-xejra 'l isfel tal-konsum.

(95)

Peress li t-tnaqqis fir-rata tal-volum tal-importazzjonijiet kien ogħla mit-tnaqqis fir-rata tal-konsum, is-sehem mis-suq naqas biss bi ftit minn 21,0 % għal 20,0 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(96)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet żdied b'6 % bejn l-2013 u l-2015 u mbagħad naqas b'9 % matul l-RIP, li jirrappreżenta tnaqqis globali ta' 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezz medju (CIF, l-ebda dazju inkluż) kien ta' 48 % aktar baxx mill-prezz medju (EXW) tal-industrija tal-Unjoni.

Il-Marokk

(97)

L-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Marokk jew ikkonsenjati mill-Marokk nstabu li kienu qrib iż-żero matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, l-ebda analiżi oħra ma tqieset li kienet meħtieġa.

4.5.2.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li kienu soġġetti għal dazji antidumping matul il-perjodu kkunsidrat

L-Ukrajna u l-Moldova

(98)

Matul il-perjodu kkunsidrat, kien għadu fis-seħħ dazju antidumping ta' 51,8 %, fuq l-importazzjonijiet tal-SRC li joriġinaw mill-Ukrajna kif kien estiż għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkonsenjati mill-Moldova, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Moldova u sew jekk le.

(99)

Dawn il-miżuri skadew fl-10 ta' Frar 2017, kif spjegat fil-premessa (11).

(100)

L-importazzjonijiet li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati mill-Ukrajna u mill-Moldova nstabu li kienu qrib iż-żero matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, l-ebda analiżi oħra ma tqieset li kienet meħtieġa għall-perjodu kkunsidrat.

4.5.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(101)

L-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi li jifdal kienu prinċipalment mit-Turkija, mit-Tajlandja, mir-Russja u mill-Malasja. It-Tabella 6 turi kif dawn l-importazzjonijiet żviluppaw:

Tabella 6

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

 

2013

2014

2015

RIP

It-Turkija

Importazzjonijiet (f'tunnellati)

6 814

8 608

7 508

7 028

Indiċi (2013 = 100)

100

126

110

103

Sehem mis-suq (%)

3,9

4,9

4,4

4,3

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 384

1 322

1 328

1 255

Indiċi (2013 = 100)

100

95

96

91

It-Tajlandja

Importazzjonijiet (f'tunnellati)

5 206

6 514

6 268

6 122

Indiċi (2013 = 100)

100

125

120

118

Sehem mis-suq (%)

3,0

3,7

3,7

3,7

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 445

1 391

1 656

1 468

Indiċi (2013 = 100)

100

96

115

102

Ir-Russja

Importazzjonijiet (f'tunnellati)

1 639

3 541

5 063

4 838

Indiċi (2013 = 100)

100

216

309

295

Sehem mis-suq (%)

0,9

2,0

3,0

2,9

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 341

1 150

1 135

1 057

Indiċi (2013 = 100)

100

86

85

79

Il-Malasja

Importazzjonijiet (f'tunnellati)

4 525

4 377

5 932

4 530

Indiċi (2013 = 100)

100

97

131

100

Sehem mis-suq (%)

2,6

2,5

3,5

2,8

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 552

1 416

1 437

1 343

Indiċi (2013 = 100)

100

91

93

87

Pajjiżi oħra

Importazzjonijiet (f'tunnellati)

8 257

8 061

8 701

8 294

Indiċi (2013 = 100)

100

98

105

100

Sehem mis-suq (%)

4,7

4,6

5,1

5,0

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 951

2 180

2 196

1 967

Indiċi (2013 = 100)

100

96

108

100

Total

Importazzjonijiet (f'tunnellati)

26 441

31 102

33 472

30 812

Indiċi (2013 = 100)

100

118

127

117

Sehem mis-suq (%)

15

18

20

19

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 912

1 552

1 605

1 471

Indiċi (2013 = 100)

100

81

84

77

Sors: Il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)

(102)

It-total ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdied b'27 % matul il-perjodu 2013-2015. Fl-RIP, l-importazzjonijiet naqsu b'10 %. B'mod ġenerali, l-importazzjonijiet żdiedu bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat. Billi kien hemm tnaqqis fil-konsum matul il-perjodu kkunsidrat kif deskritt fil-premessa (76), is-sehem mis-suq tal-pajjiżi terzi l-oħra żdied minn 15 % għal 19 % matul l-istess perjodu.

(103)

L-importazzjonijiet mit-Turkija varjaw matul il-perjodu kkunsidrat, iżda fl-RIP laħqu livell simili bħal fl-2013 (fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat), jiġifieri 7 028 tunnellata. Kollox ma' kollox is-sehem mis-suq tagħhom baqa' pjuttost stabbli b'żieda żgħira ta' 0,4 punti perċentwali matul il-perjodu kunsidrat, jiġifieri minn 3,9 % fl-2013 għal 4,3 % matul l-RIP. Il-prezz medju naqas b'9 %.

(104)

L-importazzjonijiet mit-Tajlandja żdiedu b'25 % bejn l-2013 u l-2014, iżda sussegwentement raw tnaqqis kontinwu u laħqu s-6 122 tunnellata fl-RIP, żieda minn 5 206 fl-2013. B'mod ġenerali, l-importazzjonijiet naqsu bi 18 % fil-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq żdied ukoll fl-2014 u baqa' stabbli sal-RIP. Il-prezz medju tal-importazzjoni varja matul il-perjodu 2014-2015 (– 4 %, + 15 %) u fl-RIP laħaq livell ta' 2 % 'l fuq mil-livell tal-2013.

(105)

L-importazzjonijiet mir-Russja żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, iżda baqgħu f'livelli relattivament baxxi matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq żdied ukoll, minn 0,9 % għal 2,9 %. Il-prezz medju naqas b'21 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(106)

L-importazzjonijiet mill-Malasja varjaw sa mill-bidu tal-perjodu kkunsidrat iżda fl-RIP laħqu kważi l-istess livell bħal fl-2013, jiġifieri 4 530 tunnellata. B'mod ġenerali, matul il-perjodu kkunsidrat, minkejja l-fluttwazzjoni, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Malasjani tal-SRC żdied biss bi ftit, jiġifieri b'0,2 punti perċentwali. Il-medja tal-prezz tal-importazzjoni naqset bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(107)

Matul l-RIP, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-SRC mit-Turkija, mit-Tajlandja, mir-Russja u mill-Malasja kienu bħala medja aktar baxxi mill-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni (b'minn 49 % sa 63 %). Huma kienu wkoll aktar baxxi mill-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ (b'41 %-57 %).

4.6.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.6.1.   Kummenti ġenerali

(108)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet kollha rilevanti li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(109)

Biex tiddetermina l-ħsara, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tal-ħsara makroekonomiċi u l-indikaturi tal-ħsara mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi makroekonomiċi relatati mal-industrija kollha tal-Unjoni fuq il-bażi tad-data miksuba mill-applikant, kontroverifikata mal-informazzjoni pprovduta minn għadd ta' produtturi tal-Unjoni fl-istadju ta' qabel il-bidu u mat-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-data li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, li kienu vverifikati. Iż-żewġ settijiet ta' data nstabu li huma rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(110)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġni tad-dumping.

(111)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju medju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.6.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.6.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(112)

It-Tabella 7 turi l-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppati matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2013

2014

2015

RIP

Produzzjoni (tunnellati)

206 053

203 763

193 757

168 701

Indiċi (2013 = 100)

100

99

94

82

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

290 092

299 773

301 160

305 550

Indiċi (2013 = 100)

100

103

104

105

L-użu tal-kapaċità (%)

71

68

64

55

Indiċi (2013 = 100)

100

96

91

78

Sors: L-applikant, informazzjoni fl-istadju ta'qabel il-bidu u t-tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati

(113)

Il-volum totali tal-produzzjoni baqa' relattivament stabbli matul il-perjodu 2013-2014 u naqas b'5 % fl-2015. Madankollu fl-RIP, il-volum tal-produzzjoni naqas aktar bi 12 %. B'mod ġenerali, il-volum tal-produzzjoni naqas bi 18 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(114)

Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet ftit matul il-perjodu kkunsidrat u globalment b'5 % biss.

(115)

Konsegwentement, ir-rata tal-użu tal-kapaċità naqset minn 71 % fl-2013 għal 55 % fl-RIP. B'mod ġenerali, ir-rata tal-użu tal-kapaċità naqset bi 22 % matul il-perjodu kkunsidrat, wara t-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni.

4.6.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(116)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2013

2014

2015

RIP

Il-volum tal-bejgħ (tunnellati)

109 511

108 559

103 499

98 643

Indiċi (2013 = 100)

100

99

95

90

Sehem mis-suq (%)

62,4

61,8

60,7

60,0

Indiċi (2013 = 100)

100

99

97

96

Sors: L-applikant, informazzjoni fl-istadju ta'qabel il-bidu u t-tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati.

(117)

Il-volum tal-bejgħ segwa x-xejra tal-volum tal-produzzjoni. Dan baqa' relattivament stabbli matul il-perjodu 2013-2014 u naqas b'5 % fl-2015. Fl-RIP, il-volum tal-produzzjoni kompla jonqos b'5 %. B'mod ġenerali, il-volum tal-bejgħ naqas b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(118)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 2,4 punti perċentwali, minn 62,4 % għal 60,0 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.6.2.3.   Tkabbir

(119)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni naqas b'6 %. Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'livell saħansitra ogħla, jiġifieri b'10 %. B'konsegwenza ta' dan, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet telf ta' 2,4 punti perċentwali fis-sehem mis-suq. It-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ ġie rifless ukoll fl-użu tal-kapaċità li naqas bi 22 %.

4.6.2.4.   L-impjiegi u l-produttività

(120)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 9

Impjiegi u produttività

 

2013

2014

2015

RIP

Għadd ta' impjegati

3 329

3 309

3 238

3 026

Indiċi (2013 = 100)

100

99

97

91

Produttività (tunnellati/impjegat)

62

62

60

56

Indiċi (2013 = 100)

100

99

97

90

Sors: L-applikant, informazzjoni fl-istadju ta'qabel il-bidu u t-tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati

(121)

L-għadd ta' impjegati fl-industrija tal-Unjoni naqas b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat, it-tnaqqis ewlieni seħħ matul l-RIP. Dan segwa t-tnaqqis fil-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ kif deskritt fil-premessi (113) u (117).

(122)

Bħala riżultat ta' rata ogħla ta' tnaqqis fil-produzzjoni meta mqabbel mat-tnaqqis fl-għadd ta' impjegati, il-produttività naqset b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.6.2.5.   Id-daqs tal-marġni tad-dumping u tal-irkupru minn dumping fil-passat

(123)

L-investigazzjoni stabbiliet fil-premessa (57) li l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ baqgħu oġġett ta' dumping fis-suq tal-Unjoni b'rata ta' dumping ta' 16,7 %. Il-volum tal-importazzjonijiet kien baxx minħabba l-effikaċja tal-miżuri antidumping fis-seħħ. Madankollu, iċ-Ċiniżi baqgħu preżenti fis-suq tal-Unjoni billi żammew sehem mis-suq ta' 1,2 % matul l-RIP (ara t-Tabella 2).

(124)

Fir-rieżami tal-iskadenza preċedenti, l-industrija tal-Unjoni wriet sinjali ta' rkupru mill-effetti ta' dumping fil-passat. Matul il-perjodu kkunsidrat, kien hemm tnaqqis fir-ritmu tal-proċess ta' rkupru, bl-indikaturi prinċipali tal-ħsara juru xejra ta' tnaqqis. Barra minn hekk, domanda aktar baxxa għal komoditajiet bl-ingrossa u tnaqqis fil-prezz taż-żejt wasslu għal anqas attività fis-setturi tal-minjieri kif ukoll taż-żejt u l-gass. Sussegwentement, kien hemm impatt negattiv fid-domanda għall-SRC, li kkawża tnaqqis fil-konsum ta' 6 % matul il-perjodu kkunsidrat (ara t-Tabella 1).

(125)

Minħabba tnaqqis gradwali fil-prezzijiet tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tkompli tirkupra mill-effetti ta' dumping fil-passat.

4.6.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.6.3.1.   Prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(126)

Matul il-perjodu kkunsidat, il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 10

Prezzijiet medji tal-bejgħ u l-kostijiet unitarji

 

2013

2014

2015

RIP

Prezz medju tal-bejgħ ta' unità fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

3 297

3 133

2 950

2 887

Indiċi (2013 = 100)

100

95

89

88

Il-kost tal-produzzjoni għal kull unità fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

2 774

2 866

3 072

3 138

Indiċi (2013 = 100)

100

103

111

113

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati

(127)

Il-prezz medju tal-bejgħ ta' unità tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(128)

Fl-istess ħin il-kost medju ta' produzzjoni għal kull unità żdied bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda fil-kost unitarju kienet dovuta prinċipalment għat-tnaqqis fil-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ (18 % u 10 % rispettivament matul il-perjodu kkunsidrat fil-premessi (113) (ara t-Tabella 7) u (117) (ara t-Tabella 8). Ta' min jinnota li din iż-żieda fil-kost unitarju seħħet minkejja tnaqqis fil-kost ta' produzzjoni totali matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, għalkemm l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tnaqqas il-kost totali tal-produzzjoni, din ma kinitx kapaċi tnaqqas il-kost għal kull unità minħabba t-tnaqqis estensiv fil-produzzjoni u fil-volum tal-bejgħ.

4.6.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(129)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-kost lavorattiv medju tal-produtturi tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 11

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2013

2014

2015

RIP

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

48 708

48 277

51 586

50 021

Indiċi (2013 = 100)

100

99

106

103

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati

(130)

B'mod ġenerali, il-kostijiet lavorattivi medji żdiedu ftit bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat wara fluttwazzjonijiet żgħar matul il-perjodu kkunsidrat.

4.6.3.3.   Inventarji

(131)

Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Inventarji

 

2013

2014

2015

RIP

Stokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

15 191

15 889

15 260

14 796

Indiċi (2013 = 100)

100

105

100

97

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (%)

16,7

17,4

17,4

23,0

Indiċi (2013 = 100)

100

104

105

138

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati

(132)

Il-livell tal-inventarji naqas ftit bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Billi l-industrija tal-Unjoni trid iżżomm stokk minimu tal-aktar tipi komuni ta' SRC għal kopertura immedjata tad-domanda, l-inventarji ma setgħux jitnaqqsu aktar u b'riżultat ta' dan il-valur tagħhom bħala perċentwal tal-produzzjoni żdied bi 38 %.

4.6.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(133)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 13

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2013

2014

2015

RIP

Profittabbiltà tal-bejgħ totali fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (%)

7,5

6,1

2,6

– 1,6

Indiċi (2013 = 100)

100

81

34

– 21

Fluss tal-flus (f'eluf ta' EUR)

42 881

36 692

33 631

8 885

Indiċi (2013 = 100)

100

86

78

21

Investimenti (f'eluf ta' EUR)

12 014

8 843

9 003

5 950

Indiċi (2013 = 100)

100

74

75

50

Redditu fuq l-investimenti (%)

33,3

20,8

8,6

– 5,2

Indiċi (2013 = 100)

100

62

26

– 16

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati

(134)

Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset matul il-perjodu kkunsidrat, fl-2013 bdiet b'7,5 % profitt u fil-PIR spiċċat b'telf ta' 1,6 %.

(135)

Il-fluss tal-flus naqas b'mod drastiku matul il-perjodu kkunsidrat b'79 %. Dan huwa indikatur addizzjonali tal-prestazzjoni ħażina tal-industrija tal-Unjoni fl-attivitajiet operattivi u n-nuqqas ta' likwidità li hija kellha tiffaċċja.

(136)

Sussegwentement, l-investimenti naqsu għal 50 % matul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba t-tnaqqis fil-marġnijiet ta' profitt u l-pressjoni għolja fuq il-prezzijiet, l-investimenti kienu fil-biċċa l-kbira limitati għal dawk ikkawżati mir-rekwiżiti ambjentali jew ta' sigurtà. Fl-istess ħin, kien hemm biss ftit investimenti għall-operat u t-teknoloġija tal-produzzjoni sabiex tittejjeb l-effiċjenza u l-produttività matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(137)

Ir-redditu fuq l-investimenti jkejjel il-qligħ jew it-telf iġġenerat fuq investiment meta mqabbel mal-ammont ta' flus investiti. Matul il-perjodu kkunsidrat naqas minn 33,3 % għal – 5,2 % fin-negattiv.

4.6.4.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(138)

Minħabba d-dazji antidumping fis-seħħ, l-industrija tal-Unjoni kompliet tirkupra mill-effetti ta' dumping ta' ħsara fil-passat għall-ewwel sentejn bejn l-2013-2014 tal-perjodu kkunsidrat, u rnexxielha żżomm marġni ta' profitt li jaqbeż il-profitt fil-mira ta' 5 %.

(139)

Madankollu, domanda aktar baxxa għall-komoditajiet bl-ingrossa u tnaqqis fil-prezz taż-żejt wasslu għal tnaqqis fl-attività fis-setturi tal-minjieri kif ukoll taż-żejt u l-gass. Konsegwentement, id-domanda għall-SRC naqset matul il-perjodu kkunsidrat. L-industrija tal-Unjoni kienet milquta direttament minn dan it-tnaqqis fid-domanda li fisser tnaqqis fil-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ tagħha kif ukoll fis-sehem mis-suq tagħha. Fl-istess ħin, is-sehem tal-SRC bi prezz baxx żdied, u dan wassal għal tnaqqis fil-prezzijiet tal-Unjoni u aktar deterjorament tal-prestazzjoni finanzjarja tagħha. Għalhekk, kważi l-indikaturi tal-ħsara kollha ddeterjoraw. Fuq din il-bażi, qed jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali.

(140)

L-importazzjonijiet tal-SRC mir-RPĊ kellhom impatt negattiv limitat fuq il-qagħda dannuża tal-industrija tal-Unjoni. Minħabba l-miżuri fis-seħħ, is-sehem mis-suq tagħha kien baxx matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, l-importazzjonijiet tal-SRC Ċiniżi baqgħu preżenti fis-suq tal-Unjoni.

(141)

Fl-istess ħin l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kellhom sehem kumplessiv mis-suq ta' 38,8 %, b'tendenza li jiżdiedu ftit matul il-perjodu kkunsidrat (ara t-Tabella 4). Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kellhom xejra ta' tnaqqis b'livelli fil-biċċa l-kbira taħt il-livell tal-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, dawn l-importazzjonijiet affettwaw il-qagħda dannuża tal-industrija tal-Unjoni b'mod konsiderevoli. Kif diġà ġie analizzat fil-premessi (85)-(89), matul il-perjodu kkunsidrat, dawn irnexxielhom mhux biss iżommu s-sehem mis-suq tagħhom iżda saħansitra jżiduh. Barra minn hekk, matul l-istess perjodu, il-prezz medju tal-importazzjonijiet naqas (il-premessa (89)) u dan kkawża aktar pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet tal-Unjoni, biex matul il-perjodu kkunsidrat (ara l-premessa (127)) wassal għal tnaqqis fil-prezzijiet tal-Unjoni ta' 12 % u għal aktar deterjorament fil-prestazzjoni finanzjarja tagħha.

(142)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Industrija tal-Unjoni bbenefikat mill-miżuri oriġinali, peress li kompliet tirkupra mill-effetti ta' dumping ta' ħsara tal-passat għall-ewwel sentejn (2013-2014) tal-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-proċess ta' rkupru staġna minħabba l-fatturi msemmija hawn fuq.

4.7.   Il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara mill-importazzjonijiet Ċiniżi

4.7.1.   Kummenti preliminari

(143)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-ħsara materjali mill-importazzjonijiet Ċiniżi terġax isseħħ, jekk il-miżuri kontra r-RPĊ jitħallew jiskadu. L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet mir-RPĊ saru f'livelli ta' prezzijiet oġġett ta' dumping matul l-RIP (il-premessa (57)) u li probabbilment id-dumping kien ikompli jekk il-miżuri jitħallew jiskadu (il-premessa (70)).

(144)

Sabiex tkun stabbilita l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara, ġew analizzati l-elementi li ġejjin: (i) il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva disponibbli fir-RPĊ, (ii) il-livelli possibbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, (iii) l-imġiba tal-produtturi esportaturi Ċiniżi f'pajjiżi terzi oħra, (iv) l-attrattività tas-suq tal-Unjoni u (v) l-impatt tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

4.7.1.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva disponibbli fir-RPĊ

(145)

Kif spjegat fil-premessa (60), il-produtturi mir-RPĊ għandhom kapaċità ta' produzzjoni sinifikanti fiċ-Ċina u, bħala riżultat ta' dan għandhom kapaċità ta' riżerva li taqbeż bil-kbir mhux biss il-kwantità tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul l-RIP iżda t-total tal-konsum tal-Unjoni matul l-RIP.

(146)

Barra minn hekk, kif intqal fil-premessa (63) ma kien hemm l-ebda element li jista' jindika xi żieda sinifikanti fid-domanda domestika tal-SRC fir-RPĊ jew fi kwalunkwe suq ta' pajjiż terz ieħor fil-futur qrib. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-domanda domestika fiċ-Ċina jew fi swieq ta' pajjiżi terzi oħra ma setgħetx tassorbi l-kapaċità ta' riżerva disponibbli.

4.7.1.2.   Il-livelli possibbli tal-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi

(147)

Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (18), l-uniku grupp ta' produtturi esportaturi li kkoopera fir-RPĊ ma rrappurtax il-bejgħ tiegħu mill-esportazzjoni lejn swieq ta' pajjiżi terzi oħra. Għalhekk, fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni oħra, il-bażi tad-data tar-RPĊ intużat biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn swieq ta' pajjiżi terzi oħra.

(148)

Il-livelli tal-prezzijiet ta' dawn l-esportazzjonijiet kienu kkunsidrati wkoll bħala stima raġonevoli dwar il-livelli ta' prezzijiet futuri possibbli lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(149)

Kif spjegat fil-premessa (69), il-prezzijiet tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn swieq tal-esportazzjoni oħra kienu, bħala medja, ferm aktar baxxi mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, jiġifieri b'madwar 30 %. Fuq din il-bażi, ġie konkluż li hemm marġni konsiderevoli għall-produtturi fir-RPĊ biex inaqqsu l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(150)

Barra minn hekk, il-prezz tal-importazzjoni tal-grupp ta' produtturi esportaturi li kkoopera, mingħajr ma wieħed iqis id-dazji antidumping, waqqa' l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'36,3 % matul l-RIP, kif imsemmi fil-premessa (84). Dan huwa kkunsidrat bħala indikazzjoni raġonevoli tal-livelli tal-prezzijiet futuri possibbli għall-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

4.7.1.3.   L-imġiba tal-produtturi esportaturi tal-SRC Ċiniżi f'pajjiżi terzi oħra

(151)

Fin-nuqqas ta' informazzjoni oħra disponibbli, il-bażi tad-data tar-RPĊ intużat biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn swieq terzi oħra, kif spjegat fil-premessi (64) u (65).

(152)

Skont din l-informazzjoni l-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-SRC Ċiniżi lejn swieq terzi oħra kienu bħala medja bejn madwar 40 % sa madwar 80 % aktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni skont is-suq tal-esportazzjoni.

(153)

L-aqwa tliet destinazzjonijiet tal-esportazzjonijiet tal-SRC Ċiniżi f'termini ta' volum matul l-RIP kienu r-Repubblika tal-Korea (123 891 tunnellata jew 11 % mit-total tal-esportazzjonijiet tagħhom), l-Istati Uniti (97 936 tunnellata jew 9 % mit-total tal-esportazzjonijiet tagħhom) u l-Vjetnam (76 344 tunnellata jew 7 % mit-total tal-esportazzjonijiet tagħhom). Il-prezzijiet medji tal-esportazzjoni lejn dawn is-swieq kienu ta' EUR 1 107/tunnellata, EUR 1 444/tunnellata u EUR 781/tunnellata rispettivament. Għalhekk, il-prezzijiet medji għal dawk il-pajjiżi kienu bejn 50 % sa madwar 80 % aktar baxxi mill-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni.

4.7.1.4.   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(154)

Filwaqt li tiġi kkunsidrata l-analiżi tal-prezzijiet fil-premessa preċedenti, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jkollhom kapaċità sinifikanti biex inaqqsu l-prezzijiet tal-importazzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni filwaqt li xorta jilħqu prezzijiet ogħla fis-suq tal-Unjoni milli fi swieq oħra ta' pajjiżi terzi. Għalhekk hemm inċentiv kbir għall-produtturi esportaturi Ċiniżi biex idawru l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni fejn dawn jistgħu jiksbu prezzijiet ogħla, filwaqt li xorta jkunu jistgħu jwaqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, huma jkollhom inċentiv biex jesportaw tal-inqas sehem mill-kapaċitajiet ta' riżerva tagħhom bi prezzijiet baxxi lejn is-suq tal-Unjoni.

(155)

Indikazzjoni oħra tal-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni huwa l-fatt li minn mindu ġew imposti l-miżuri, kien hemm tentattivi għal ċirkomvenzjoni mill-esportaturi Ċiniżi li kienu identifikati u newtralizzati kif spjegat fil-premessi (2) u (4).

(156)

Barra minn hekk, il-preżenza tal-importazzjonijiet li kienu oġġett ta' dumping mir-RPĊ minkejja l-miżuri fis-seħħ mill-1999 tikkonferma l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni.

(157)

Għaldaqstant il-konklużjoni hija li l-produtturi esportaturi fir-RPĊ għandhom il-potenzjal u l-inċentiv li jżidu b'mod sostanzjali l-volum tal-esportazzjonijiet tagħhom tal-SRC lejn l-Unjoni bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping li jwaqqgħu b'mod sostanzjali l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

4.7.2.   L-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni

(158)

L-industrija tal-Unjoni, f'każ li din iżżomm il-livell tal-prezzijiet attwali, mhux se tkun tista' żżomm il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħha apparagun tal-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi miċ-Ċina. Huwa probabbli ħafna li s-sehem mis-suq Ċiniż se jiżdied b'mod rapidu jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Dan probabbilment ikun għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni minħabba li l-livell tal-prezzijiet tagħha huwa l-ogħla. It-telf ta' volum tal-bejgħ iwassal għal livell saħansitra aktar baxx tar-rata ta' użu u żieda fil-medja tal-kost tal-produzzjoni. Dan iwassal għal deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni u tas-sitwazzjoni ta' telf li diġà mmaterjalizzat matul l-RIP.

(159)

Madankollu, jekk l-industrija tal-Unjoni tiddeċiedi li tnaqqas il-livelli tal-prezzijiet tagħha f'tentattiv biex iżżomm il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħha, id-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha se jseħħ kważi immedjatament u s-sitwazzjoni ta' telf osservata matul l-RIP tmur għall-agħar b'mod sinifikanti.

(160)

Fiż-żewġ xenarji, l-impatt tal-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li jkollu impatt negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni, speċjalment fuq l-impjiegi. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni kienet imġiegħla tnaqqas l-impjiegi relatati mal-prodott b'9 % (ara t-Tabella 9). Deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jista' jikkawża l-għeluq tal-unitajiet tal-produzzjoni kollha.

(161)

Għalhekk, jista' jiġi konkluż li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri eżistenti twassal għal rikorrenza tal-ħsara mill-importazzjonijiet Ċiniżi tal-SRC u li l-qagħda diġà dannuża tal-industrija tal-Unjoni x'aktarx li tkompli tmur għall-agħar.

(162)

Matul il-perjodu tar-rieżami tal-iskadenza preċedenti kkunsidrat, bejn l-2007 u l-2010, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni żviluppat b'mod pożittiv. Hija rnexxielha żżomm il-profittabbiltà tagħha qrib il-profitt fil-mira ta' 5 % anki matul l-ewwel sentejn tal-perjodu kkunsidrat attwali għall-2013-2014. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni tat prova li hija industrija strutturalment vijabbli u kapaċi treġġa' lura sitwazzjoni ta' telf. Madankollu, matul il-perjodu kkunsidrat waqt ir-rieżami tal-iskadenza attwali, l-industrija tal-Unjoni reġgħet lura għal qagħda finanzjarja fraġli li hija mistennija li tkompli tmur għall-agħar jekk il-miżuri jiskadu. Din imbagħad ma tkunx kapaċi tirkupra mill-qagħda dannuża attwali u minflok, issofri aktar ħsara minħabba żieda wisq probabbli fl-importazzjonijiet tal-SRC Ċiniżi bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping.

(163)

Huwa rikonoxxut li l-importazzjonijiet tal-SRC mir-Repubblika tal-Korea u minn pajjiżi terzi oħra, minħabba l-volum u l-livelli tal-prezzijiet baxxi tagħhom, huma fatturi li jikkontribwixxu għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, din l-investigazzjoni kienet, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, limitata biex jiġi vvalutat jekk teżistix il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara mill-importazzjonijiet tal-SRC Ċiniżi bi prezz li jagħmel ħsara jekk il-miżuri antidumping attwali jiskadu. Fid-dawl tas-sitwazzjoni fraġli tal-industrija tal-Unjoni, kwalunkwe żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet Ċiniżi se taggrava din is-sitwazzjoni minħabba kapaċitajiet ta' riżerva sinifikanti fir-RPĊ, l-attrattività tas-suq tal-Unjoni u l-livelli tal-prezzijiet baxxi possibbli tal-SRC Ċiniżi lejn l-Unjoni.

(164)

Il-fatt li bħalissa l-importazzjonijiet tal-SRC Ċiniżi jidħlu fis-suq tal-Unjoni f'numri ferm inqas milli qabel l-impożizzjoni ta' miżuri juri li d-dazji antidumping attwali rnexxielhom jistabbilixxu mill-ġdid kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni mingħajr distorsjoni fost l-esportaturi Ċiniżi tal-prodott soġġett għal rieżami u l-industrija tal-Unjoni. Il-fatt li l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea u pajjiżi terzi oħra waqqgħu l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi, ma jdgħajjifx l-obbligi tal-Kummissjoni li tibqa' fi ħdan il-qafas ta' din l-investigazzjoni. Kif stipulat fil-premessa (165), il-Kummissjoni wriet li huwa probabbli ħafna li l-iskadenza tal-miżuri twassal għal rikorrenza ta' ħsara.

4.7.3.   Konklużjoni

(165)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-irtirar tal-miżuri probabbilment jirriżulta f'żieda sinifikanti ta' importazzjonijiet tal-SRC Ċiniżi oġġett ta' dumping bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u b'hekk tkompli taggrava l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Bħala konsegwenza, il-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tkun f'riskju serju.

5.   INTERESS TAL-UNJONI

(166)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interessi tal-Unjoni kienet ibbażata fuq il-valutazzjoni tal-interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

(167)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(168)

Ta' min ifakkar li, fir-rieżami tal-iskadenza preċedenti, l-adozzjoni tal-miżuri kienet ikkunsidrata li ma tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li din l-investigazzjoni hija rieżami ta' skadenza, u b'hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri antidumping diġà kienu fis-seħħ, tippermetti l-valutazzjoni ta' kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri antidumping attwali.

(169)

Fuq din il-bażi, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping u rikorrenza ta' ħsara, kienx hemm raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f'dan il-każ partikolari.

5.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(170)

L-investigazzjoni wriet ukoll li jekk il-miżuri jiskadu, dan x'aktarx ikollu effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni u s-sitwazzjoni finanzjarja fraġli attwali tagħha tkompli tmur għall-agħar. L-iskadenza tal-miżuri tkun ta' theddida serja għall-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, peress li ġġiegħel lill-produtturi tal-Unjoni jagħlqu l-operazzjonijiet tagħhom u dan jagħmel is-suq tal-Unjoni dipendenti għalkollox fuq l-importazzjonijiet tal-SRC.

(171)

Fil-passat, l-industrija tal-Unjoni tat prova li hija industrija vijabbli b'riżultati ekonomiċi u finanzjarji pożittivi. Hija rnexxielha tibqa' profittabbli b'marġni ta' profitt li jaqbeż il-profitt fil-mira.

(172)

Għalhekk, iż-żamma tal-miżuri antidumping fis-seħħ tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

5.2.   L-interessi tal-importaturi

(173)

Kif indikat fil-premessi (20) sa (22) u (24), l-ebda importatur ma kkoopera f'din l-investigazzjoni jew ipprovda l-informazzjoni mitluba. Ta' min jiftakar li fl-investigazzjonijiet preċedenti nstab li l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importaturi m'għandux ikun sinifikanti. Fin-nuqqas ta' evidenza li tissuġġerixxi mod ieħor, jista' għalhekk jiġi kkonfermat li l-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhom l-ebda effett negattiv sostanzjali fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom u li l-kontinwità tal-miżuri ma taffettwax b'mod mhux dovut lill-importaturi.

5.3.   L-interessi tal-utenti

(174)

L-SRC jintużaw f'varjetà wiesgħa ta' applikazzjonijiet, bħas-sajd, l-industrija marittima/tat-trasport marittimu, l-industriji taż-żejt u tal-gass, fil-minjieri, għall-forestrija, għat-trasport bl-ajru, fl-inġinerija ċivili, fil-bini u fil-liftijiet.

(175)

Kif indikat fil-premessi (23) u (24), l-ebda utent ma kkoopera f'din l-investigazzjoni jew ipprovda l-informazzjoni mitluba. Xi utenti li ppreżentaw ruħhom iddikjaraw li jużaw l-SRC b'mod marġinali biss. Għalhekk ġie konkluż, bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti, li l-miżuri attwalment fis-seħħ ma kellhom ebda effett sostanzjali negattiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-utenti, u li għalhekk il-kontinwazzjoni tal-miżuri ma taffettwax b'mod mhux dovut il-qagħda tal-industriji tal-utent.

5.4.   Konklużjoni dwar l-interessi tal-Unjoni

(176)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li m'hemmx raġunijiet konvinċenti marbuta mal-interessi tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-SRC li joriġinaw mir-RPĊ.

6.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(177)

Il-partijiet interessati kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-SRC li joriġinaw mir-RPĊ. Ingħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. Ma waslet l-ebda osservazzjoni mingħand l-ebda parti.

(178)

Kif spjegat fil-premessa (6), id-dazji antidumping fis-seħħ fuq importazzjonijiet tal-SRC mir-RPĊ ġew estiżi biex ikopru wkoll l-importazzjonijiet tal-SRC ikkonsenjati mill-Marokk u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Marokk jew mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le. Id-dazju antidumping li jrid jinżamm fuq l-importazzjonijiet tal-SRC li joriġinaw mir-RPĊ jenħtieġ li jkompli jiġi estiżi għal importazzjonijiet tal-SRC ikkonsenjati mill-Marokk u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Marokk jew mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le. Il-produttur esportatur fil-Marokk eżentat mill-miżuri kif estiżi mir-Regolament (KE) Nru 1886/2004 jenħtieġ li jkun eżentat ukoll mill-miżuri imposti b'dan ir-Regolament. Il-15-il produttur esportatur fir-Repubblika tal-Korea eżentati mill-miżuri kif estiżi mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 400/2010 jenħtieġ li jkunu eżentati wkoll mill-miżuri imposti b'dan ir-Regolament.

(179)

Fid-dawl tal-ġurisprudenza riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (26) huwa xieraq li tiġi prevista r-rata tal-imgħax ta' inadempjenza li trid titħallas f'każ ta' rimborż tad-dazji definittivi, għax id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali ma jipprevedux din ir-rata tal-imgħax, u l-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali twassal għal distorsjonijiet mhux dovuti bejn l-operaturi ekonomiċi skont liema Stat Membru jintgħażel għall-ikklerjar doganali.

(180)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju antidumping definittiv huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar inklużi l-ħbula mibrumin issiġillati, esklużi l-ħbula u l-kejbils magħmula mill-azzar inossidabbli, b'dimensjoni trasversali massima ta' aktar minn 3 mm, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7312 10 81, ex 7312 10 83, ex 7312 10 85, ex 7312 10 89 u ex 7312 10 98 (il-kodiċijiet TARIC 7312108112, 7312108113, 7312108119, 7312108312, 7312108313, 7312108319, 7312108512, 7312108513, 7312108519, 7312108912, 7312108913, 7312108919, 7312109812, 7312109813 u 7312109819).

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz CIF nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u li joriġina mir-RPĊ għandha tkun ta' 60,4 %.

3.   Id-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ, kif stabbilit fil-paragrafu 2, huwa b'dan estiż għall-importazzjonijiet tal-istess ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mill-Marokk, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Marokk u sew jekk le (il-kodiċijiet TARIC 7312108112, 7312108312, 7312108512, 7312108912 u 7312109812), bl-eċċezzjoni ta' dawk immanifatturati minn Remer Maroc SARL, Zone Industrielle, Tranche 2, Lot 10, Settat, il-Marokk (il-kodiċi TARIC addizzjonali A567) u għall-importazzjonijiet tal-istess ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le (il-kodiċijiet TARIC 7312108113, 7312108313, 7312108513, 7312108913 u 7312109813), bl-eċċezzjoni ta' dawk immanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:

Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi TARIC addizzjonali

Ir-Repubblika tal-Korea

Bosung Wire Rope Co., Ltd, 568,Yongdeok-ri, Hallim-myeon, Gimae-si, Gyeongsangnam-do, 621-872

A969

Chung Woo Rope Co., Ltd, 1682-4, Songjung-Dong, Gangseo- Gu, Busan

A969

CS Co., Ltd, 31-102, Junam maeul 2-gil, Yangsan, Gyeongsangnam-do

A969

Cosmo Wire Ltd, 4-10, Koyeon-Ri, Woong Chon-Myon Ulju- Kun, Ulsan

A969

Dae Heung Industrial Co., Ltd, 185 Pyunglim — Ri, Daesan- Myun, Haman — Gun, Gyungnam

A969

Daechang Steel Co., Ltd, 1213, Aam-daero, Namdong-gu, Incheon

C057

DSR Wire Corp., 291, Seonpyong-Ri, Seo-Myon, Suncheon-City, Jeonnam

A969

Goodwire MFG. Co. Ltd, 984-23, Maegok-Dong, Yangsan-City, Kyungnam

B955

Kiswire Ltd, 37, Gurak-Ro, 141 Beon-Gil, Suyeong-Gu, Busan, Korea 48212

A969

Manho Rope & Wire Ltd, Dongho Bldg, 85-2 4 Street Joongang- Dong, Jong-gu, Busan

A969

Line Metal Co. Ltd, 1259 Boncho-ri, Daeji-Myeon, Changnyeong-gun, Gyeongnam

B926

Seil Wire and Cable, 47-4, Soju-Dong, Yangsan-Si, Kyungsangnamdo

A994

Shin Han Rope Co., Ltd, 715-8, Gojan-Dong, Namdong-gu, Incheon

A969

Ssang Yong Cable Mfg. Co., Ltd, 1559-4 Song-Jeong Dong, Gang-Seo Gu, Busan

A969

Young Heung Iron & Steel Co., Ltd, 71-1 Sin-Chon Dong, Changwon City, Gyungnam

A969

Artikolu 2

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ b'rabta mad-dazji doganali. L-imgħax ta' inadempjenza li għandu jitħallas f'każ ta' rimborż li jwassal għal dritt ta' ħlas ta' mgħax ta' inadempjenza għandu jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih taħbat id-data tal-iskadenza, b'żieda ta' punt perċentwali wieħed.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1796/1999 tat-12 ta' Awwissu 1999 li jimponi dazju definitiv antidumping, u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost, fuq importazzjoni ta' ħbula u kejbils tal-azzar ġejjin mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Ungerija, l-Indja, l-Messiku, il-Polonja, l-Afrika t'Isfel u l-Ukrajna u li jtemm il-proċeduri legali kontra antidumping minn importazzjonijiet ġejjin mir-Repubblika tal-Korea (ĠU L 217, 17.8.1999, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.) kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 760/2004 tat-22 ta' April 2004 jestendi d-dazju kontra r-rimi definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 1796/1999 fuq importi ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, inter alia, fl-Ukraina fuq importi ta' ħbula u kejbils tal-azzar ikkunsinnjati mill-Moldova, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Moldova jew le (ĠU L 120, 24.4.2004, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1886/2004 tal-25 ta' Ottubru 2004 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1796/1999 fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar konsenjati mill-Marokk, kemm jekk dikjarati li joriġinaw mill-Marokk kif ukoll jekk le, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta' importazzjonijiet minn esportatur wieħed mill-Marokk (ĠU L 328, 30.10.2004, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1858/2005 tat-8 ta' Novembru 2005 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Indja, l-Afrika t'Isfel u l-Ukraina wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 299, 16.11.2005, p. 1).

(7)  Avviż tal-iskadenza ta' ċerti miżuri antidumping (ĠU C 203, 11.8.2004, p. 4).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 400/2010 tas-26 ta' April 2010 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 1858/2005 fuq l-importazzjonijiet ta' ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea kif ukoll jekk le, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Malasja (ĠU L 117, 11.5.2010, p. 1.)

(9)  Avviż tal-iskadenza ta' ċerti miżuri antidumping (ĠU C 311, 16.11.2010, p. 16)

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 tas-27 ta' Jannar 2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Ukraina kif estiż għal importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar mibgħutin mill-Marokk, mill-Moldova u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u li ttemm il-proċediment tar-reviżjoni tal-iskadenza li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mill-Afrika t'Isfel skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 36, 9.2.2012, p. 1).

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

(12)  Avviż ta' skadenza imminenti ta' ċerti miżuri antidumping (ĠU C 180, 19.5.2016, p. 2).

(13)  In-notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 41, 8.2.2017, p. 5).

(14)  Avviż tal-iskadenza ta' ċerti miżuri antidumping (ĠU C 41, 8.2.2017, p. 4).

(15)  http://info.hktdc.com/chinastat/gcb/index2.htm (kien aċċessat l-aħħar fit-28.9.2017)

(16)  Il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-15/12 P, Sentenza tad-19 ta' Settembru 2013, Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, EU:C:2013:572, il-paragrafi 34-35.

(17)  Bħala referenza ara l-Premessa (51) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 102/2012.

(18)  Bown, Chad, P. (2016) “Global Antidumping Database”, Il-Bank Dinji, Ġunju, sors: http://econ.worldbank.org/ttbd/gad/

(19)  Il-livell tad-dazju jammonta għal 1 000 USD/tunnellata.

(20)  Il-livell tad-dazju jammonta għal 2 580 USD/tunnellata.

(21)  Il-livell tad-dazju jvarja bejn 124,33 u 627 USD/tunnellata.

(22)  http://www.mincit.gov.co/loader.php?lServicio=Documentos&lFuncion=verPdf&id=82791&name=Resolucion_220_del_15_de_diciembre_de_2017__Preliminar_cables_y_torones_....pdf&prefijo=file (aċċessat l-aħħar fit-2.2.2018).

(23)  Żieda perċentwali fil-volum tal-importazzjonijiet, Tabella 2: (119 – 66)/66 = 0,80 * 100 = 80 %

(24)  Ir-reżistenza għat-tensjoni ta' kejbil tindika l-kapaċità tiegħu li jirreżisti f'ċertu tensjoni.

(25)  (i) medja taż-żewġ PCNs bl-eqreb dijametru possibbli (1 mm inqas u 1 mm iktar) u applikata għad-data tal-industrija tal-Unjoni, dment li ċ-ċifri l-oħra kollha tal-istruttura PCN kienu l-istess (tapplika għas-sitt u s-seba' PCN); (ii) il-prezz unitarju tal-eqreb dijametru u l-applikazzjoni ta' proporzjon li jirrappreżenta d-differenza fil-prezz tad-dijametru meta jsir paragun bejn il-bejgħ kollu tal-industrija tal-Unjoni tal-istess dijametri u applikat għad-data tal-industrija tal-Unjoni.

(26)  Is-sentenza għal Wortmann, C-365/15, EU:C:2017:19, il-paragrafi minn 35 sa 39.


20.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/64


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/608

tad-19 ta' April 2018

li jistabbilixxi l-kriterji tekniċi għat-tikketti elettroniċi tat-tagħmir tal-baħar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/90/UE tagħti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi kriterji tekniċi adattati rigward id-disinn, il-prestazzjoni, it-twaħħil u l-użu ta' dawk it-tikketti elettroniċi.

(2)

Saret analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji (2) li tat valutazzjoni pożittiva dwar l-użu tat-tikketti elettroniċi bħala suppliment għall-marka tat-tmun.

(3)

It-tikkettar elettroniku tat-tagħmir tal-baħar ma jeħtieġx investiment qawwi iżda joħloq benefiċċji għall-manifatturi, għas-sidien u l-operaturi tal-bastimenti u għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

(4)

L-ispeċifikazzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament jibbażaw fuq paragun bejn it-teknoloġiji disponibbli li hemm fil-qafas tal-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, u fuq is-suġġerimenti tagħha għal struttura xierqa tal-kodiċijiet użati għall-identifikazzjoni tat-tagħmir tal-baħar.

(5)

Il-paragun tal-portaturi tad-dejta eżistenti u l-arkitetturi għall-iskambju tad-dejta fil-qafas tal-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji wasslu għar-rakkomandazzjoni biex jintużaw il-kodiċijiet tal-matriċi tad-dejta u l-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (l-“RFID”) bħala l-aktar teknoloġiji xierqa.

(6)

L-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji turi wkoll li n-nuqqas ta' kapaċità ta' ħażna tad-dejta fuq it-tikketta elettronika jimplika li l-informazzjoni fuq it-tikketta elettronika trid tagħti link għall-bażijiet tad-dejta fejn tista' tinstab aktar informazzjoni dettaljata. Il-kodiċijiet tal-matriċi tad-dejta u l-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (l-“RFID”) speċifikati minn dan ir-Regolament ikun fihom l-informazzjoni ewlenija li tista' tagħti dan il-link.

(7)

Għaldaqstant għandha tintuża identifikazzjoni unika tat-tagħmir tal-baħar, abbażi ta' struttura ta' kodiċijiet standardizzati li tkun indipendenti mit-tip tat-tikketta elettronika. Din l-identifikazzjoni għandha tkun flessibbli biżżejjed biex l-utenti jkunu jistgħu jiksbu aċċess dirett għall-aktar bażijiet tad-dejta rilevanti għat-tagħmir tal-baħar.

(8)

Il-format ta' kodifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa dwar tal-portatur tad-dejta jenħtieġ ikun ibbażat fuq l-istandards ISO. Il-format jippermetti wkoll il-possibbiltà ta' kodifikazzjoni ta' informazzjoni addizzjonali biex tintuża mill-manifatturi, b'mod partikolari għax il-manifatturi jenħtieġ ikunu kapaċi jinkorporaw karatteristiċi addizzjonali tas-sigurtà fil-portatur tad-dejta biex jiġu identifikati aħjar il-prodotti ffalsifikati.

(9)

Sabiex ikun jista' jinstab faċilment bi spezzjoni viżwali, it-tagħmir tal-baħar b'tikketti elettroniċi li jieħdu post il-marka tat-tmun jenħtieġ li juri simbolu xieraq.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (“COSS”),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(1)

“tikketta elettronika” tfisser indikatur b'identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (“RFID”) jew b'kodiċi tal-matriċi tad-dejta;

(2)

“identifikatur tal-applikazzjoni” tfisser prefiss numeriku li jintuża biex jiddefinixxi t-tifsira u l-format ta' elementi tad-dejta kodifikata.

Artikolu 2

Il-manifatturi tat-tagħmir tal-baħar jistgħu jużaw dawn it-tikketti elettroniċi kif jispeċifika l-Anness:

(a)

tikketti tal-RFID imwaħħlin b'mod permanenti fuq tagħmir tal-baħar;

(b)

tikketti li jistgħu jinqraw b'mod ottiku, li jkun fihom kodiċijiet tal-matriċi tad-dejta u li jkunu mwaħħlin b'mod permanenti fuq tagħmir tal-baħar; jew

(c)

tikketti li jistgħu jinqraw b'mod ottiku, li jkun fihom kodiċijiet tal-matriċi tad-dejta u li jkunu mmarkati b'mod permanenti fuq tagħmir tal-baħar;

Artikolu 3

It-tikketti elettroniċi tal-RFID li jieħdu post il-marka tat-tmun għandhom juru s-simbolu b'mod viżibbli, leġibbli u li ma jitħassarx kif jistabbilixxu l-punti 3.1 jew 3.2 tal-Anness, fuq it-tikketti nnifishom jew maġenbhom.

It-tagħmir tal-baħar li jkollhom tikketti li jistgħu jinqraw b'mod ottiku, li jkun fihom kodiċijiet tal-matriċi tad-dejta li jieħdu post il-marka tat-tmun għandhom juru s-simbolu b'mod viżibbli, leġibbli u li ma jitħassarx kif jistabbilixxi l-punt 3.3 tal-Anness, fuq it-tikketti nnifishom jew maġenbhom.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146.

(2)  L-introduzzjoni possibbli ta' tikketta elettronika bħala suppliment jew sostituzzjoni għall-marka tat-tmun fuq it-tagħmir tal-baħar, Sejħa għall-Offerti Nru. MOVE/D2/2015-372 V1.0 tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Mobbiltà u t-Trasport.


ANNESS

1.   Identifikazzjoni tat-tagħmir tal-baħar

1.1.

It-tikketti elettroniċi tat-tagħmir tal-baħar għandhom jinkludu identifikazzjoni elettronika li tinqara faċilment permezz ta' identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (“RFID”) jew b'kodiċi tal-matriċi tad-dejta li jista' jinqara b'mod ottiku, li jkun fihom din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

identifikatur tal-applikazzjoni xieraq skont ISO/IEC 15434:2006 u ISO/IEC 15418:2016, li juża Identifikatur tad-Dejta ASC MH10 jew Identifikatur tal-Applikazzjoni GS1;

(b)

it-tip ta' modulu/i tal-valutazzjoni tal-konformità stabbilit/i fl-Anness II tad-Direttiva 2014/90/UE użati għall-valutazzjoni tal-konformità [ċifra waħda alfabetika];

(c)

in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat assenjat mill-Kummissjoni skont il-punt 3.1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/90/UE [4 ċifri];

(d)

in-numru/i ta' verifika tal-unità (il-Modulu G) jew l-eżami tat-tip KE u ċ-ċertifikati tal-konformità tat-tip (il-Modulu B u D, E jew F) [sa 20 ċifra alfanumeriku].

1.2.

Minbarra l-informazzjoni mogħtija skont il-punt 1.1, it-tikketti elettroniċi jista' jkun fihom ukoll informazzjoni dwar in-numru tal-post tal-produzzjoni, il-kodiċi tal-prodott, in-numru tal-lott u/jew informazzjoni addizzjonali mfassla mill-manifattur skont ISO/IEC 15434:2006 [permezz ta' Identifikaturi tad-Dejta ASC MH10 jew Identifikaturi tal-Applikazzjoni GS1].

1.3.

Eżempji:

 

il-Moduli B+D: [ara l-punt 1.2]+([identifikatur xieraq]) B 0575 40123+D 0038 040124

 

il-Moduli B+E: [ara l-punt 1.2]+([identifikatur xieraq]) B 0575 40123+E 0038 040125

 

il-Moduli B+F: [ara l-punt 1.2]+([identifikatur xieraq]) B 0575 40123+F 0038 040126

 

il-Modulu G: [ara l-punt 1.2]+([identifikatur xieraq]) G 0575 040126.

2.   It-tikketti elettroniċi

2.1.   It-tikketti tal-RFID

It-trasponders RFID għandhom joperaw fil-medda tal-frekwenzi minn 860 MHz sa 960 MHz skont ISO/IEC 18000-6:2004, it-Tip C.

It-tikketta elettronika għandha titwaħħal sew fuq it-tagħmir tal-baħar ikkonċernat, b'mod permanenti, ħalli jkun żgurat li t-tikketta elettronika tkun tista' tinqara kif maħsub għal tul il-ħajja operattiva mistennija tat-tagħmir tal-baħar.

2.2.   Il-kodiċijiet tal-matriċi tad-dejta

Il-kodiċijiet tal-matriċi tad-dejta għandhom ikunu skont ISO/IEC 16022:2006.

It-tikketta elettronika għandha tkun immarkata fuq it-tagħmir tal-baħar ikkonċernat jew imwaħħla sew fuqu, b'mod permanenti, ħalli jkun żgurat li t-tikketta elettronika tkun tista' tinqara kif maħsub għal tul il-ħajja operattiva mistennija tat-tagħmir tal-baħar.

3.   Is-simboli

3.1.

Image

3.2.

Image

3.3.

Image

20.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/68


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/609

tad-19 ta' April 2018

dwar il-prezz massimu għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat għat-tieni sejħa individwali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tal-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/154

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/154 (2) fetaħ ix-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura tal-offerti għall-perjodu mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Settembru 2018, skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 (3).

(2)

Abbażi tal-offerti li waslu bi tweġiba għas-sejħiet individwali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz massimu għax-xiri sfurzat jew għandha tiddeċiedi li ma tiffissax prezz massimu għax-xiri sfurzat, f'konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240.

(3)

Fid-dawl tal-offerti li saru b'risposta għat-tieni sejħa individwali għall-offerti, ma jenħtieġx li jiġi ffissat prezz massimu għax-xiri sfurzat.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tieni sejħa individwali għall-offerti għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat fi ħdan il-proċedura għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/154, li għaliha d-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti skadiet fis-17 ta' April 2018 l-ebda prezz massimu għax-xiri sfurzat ma għandu jiġu stabbilit.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/154 tat-30 ta' Jannar 2018 li jiftaħ proċedura għall-offerti għax-xiri ta' trab tal-ħalib xkumat matul il-perjodu ta' intervent pubbliku mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Settembru 2018 (ĠU L 29, 1.2.2018, p. 6).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71).


20.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/69


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/610

tad-19 ta' April 2018

dwar il-prezz minimu għax-xiri tat-trab tal-ħalib xkumat għad-dsatax-il sejħa parzjali għall-offerti fi ħdan il-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' intervent pubbliku u ta' għajnuna għall-ħżin privat (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 (3) fetaħ il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti.

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b'risposta għad-dsatax-il stedina għall-offerti parzjali, għandu jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(3)

Il-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż- żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għad-dsatax-il sejħa parzjali għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2080, illi fir-rigward tagħha l-perjodu meta l-offerti kellhom jintefgħu ntemm fis-17 ta' April 2018, il-prezz minimu tal-bejgħ għandu jkun ta' EUR 105,10/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2080 tal-25 ta' Novembru 2016 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 45).


DEĊIŻJONIJIET

20.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/70


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/611

tad-19 ta' April 2018

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 (1), li tistabbilixxi miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK).

(2)

Ir-RDPK qed tkompli l-programmi nukleari u ballistiċi tagħha bi ksur tal-obbligi tagħha kif jinsabu f'għadd ta' riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Dawk il-programmi jiġu ffinanzjati parzjalment minn trasferimenti illeċiti ta' fondi u riżorsi ekonomiċi.

(3)

Jenħtieġ li erba' persuni li pprovdew għat-trasferiment ta' assi jew riżorsi li setgħu finanzjarjament jikkontribwixxu għall-programmi relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(4)

Jenħtieġ għalhekk li l-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 hu emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141 28.5.2016 p. 79).


ANNESS

L-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-intestatura II hija sostitwita b'din li ġejja:

“II.   

Persuni u entitajiet li jipprovdu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment ta' assi jew riżorsi li jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva”;

(2)

taħt l-intestatura II, jiżdiedu l-entrati li ġejjin taħt is-subintestatura “A. Persuni”:

 

Isem

Magħruf ukoll bħala

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

“9.

KIM Yong Nam

KIM Yong-Nam, KIM Young-Nam, KIM Yong-Gon

Data tat-twelid: 2.12.1947

Post tat-twelid: Sinuju, RDPK

20.4.2018

KIM Yong Nam ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti bħala aġent tar-Reconnaissance General Bureau, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti. Hu u ibnu KIM Su Gwang ġew identifikati mill-Bord ta' Esperti bħala involuti f'sensiela ta' prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva. KIM Yong Nam fetaħ diversi kontijiet kurrenti u ta' tfaddil fl-Unjoni u ġie involut f'għadd ta' trasferimenti bankarji kbar lejn kontijiet bankarji fl-Unjoni jew lejn kontijiet barra l-Unjoni waqt li kien qed jaħdem fil-korp diplomatiku, inkluż lejn kontijiet f'isem ibnu KIM Su Gwang u l-mara ta' ibnu KIM Kyong Hui.

10.

DJANG Tcheul Hy

 

Data tat-twelid: 11.5.1950

Post tat-twelid: Kangwon

20.4.2018

DJANG Tcheul Hy kienet involuta, flimkien mar-raġel tagħha KIM Yong Nam, binha KIM Su Gwang u l-mara ta' binha KIM Kyong Hui f'sensiela ta' prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva. Kienet is-sid ta' diversi kontijiet bankarji fl-Unjoni li nfetħu minn binha KIM Su Gwang f'isimha. Kienet involuta wkoll f'diversi trasferimenti bankarji minn kontijiet mill-mara ta' binha KIM Kyong Hui lejn kontijiet bankarji barra l-Unjoni.

11.

KIM Su Gwang

KIM Sou-Kwang, KIM Sou-Gwang, KIM Son-Kwang, KIM Su-Kwang, KIM Soukwang

Data tat-twelid: 18.8.1976

Post tat-twelid: Pyongyang,

Diplomatiku tar-RDPK, fl-Ambaxxata tar-RDPK għall-Belarussja

20.4.2018

KIM Su Gwang ġie identifikat mill-Bord ta' Esperti bħala aġent tar-Reconnaissance General Bureau, entità li ġiet iddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti. Hu u missieru KIM Yong Nam ġew identifikati mill-Bord ta' Esperti bħala involuti f'sensiela ta' prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva. KIM Su Gwang fetaħ għadd ta' kontijiet bankarji f'diversi Stati Membri, inkluż taħt l-ismijiet ta' membri tal-familja. Kien involut f'diversi trasferimenti bankarji kbar lejn kontijiet bankarji fl-Unjoni jew lejn kontijiet barra l-Unjoni waqt li kien qed jaħdem fil-korp diplomatiku, inkluż lejn kontijiet f'isem il-konjuġi tiegħu KIM Kyong Hui.

12.

KIM Kyong Hui

 

Data tat-twelid: 6.5.1981

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

20.4.2018

KIM Kyong Hui kienet involuta flimkien mar-raġel tagħha KIM Su Gwang, missier ir-raġel tagħha KIM Yong Nam u omm ir-raġel tagħha DJANG Tcheul Hy f'sensiela ta' prattiki finanzjarji qarrieqa li setgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva. Hi rċeviet diversi trasferimenti bankarji mingħand ir-raġel tagħha KIM Su Gwang u missier ir-raġel tagħha KIM Yong Nam, u ttrasferixxiet flus lejn kontijiet barra mill-Unjoni f'isimha jew isem omm ir-raġel tagħha, DJANG Tcheul Hy.”


20.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/73


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/612

tas-7 ta' April 2016

dwar l-Għajnuna mill-Istat SA 28876 - 2012/C (ex CP 202/2009) implimentata mill-Greċja għat-Terminal tal-Port tal-Kontejners ta' Piraeus

(notifikata bid-dokument C(2018) 1978)

(It-test Grieg biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fit-23 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni finali (1) (“deċiżjoni finali”) li permezz tagħha kkonkludiet li l-Greċja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea daħħlet fis-seħħ miżuri ta' għajnuna inkompatibbli favur t-Terminal tal-Port tal-Kontejners ta' Piraeus S.A (“TPK”) u l-kumpanija omm u l-kreditur tagħha, Cosco Pacific Limited (“Cosco”), u ordnat it-tneħħija u l-irkupru tal-miżuri ta' għajnuna inkwistjoni.

(2)

Fit-2 ta' Ġunju 2015, il-Greċja ressqet appell mid-deċiżjoni finali quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA

2.1.   Id-deċiżjoni finali

(3)

Fl-2009 il-Kummissjoni rċeviet ilmenti dwar diversi miżuri fiskali mogħtija mil-liġi 3755/2009 (“il-Liġi”) lid-detentur tal-konċessjoni bħala parti mill-Port ta' Piraeus, Cosco u s-sussidjarju tagħha t-TPK (2). Dawn l-eżenzjonijiet jirrigwardaw il-konċessjoni inizjali mogħtija fl-2008. Fil-11 ta' Lulju 2012 il-Kummissjoni fetħet proċedura ta' investigazzjoni li tqajjem dubji dwar dawn l-eżenzjonijiet mit-taxxa (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”) (3). Fit-23 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni kkonkludiet l-investigazzjoni formali tal-każ u kkunsidrat li l-miżuri li ġejjin kienu jikkostitwixxu għajnuna illegali u inkompatibbli mill-Istat (4):

Eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu fuq l-imgħax akkumulat sad-data tal-bidu tal-operazzjoni tal-moll III;

Dritt għal rifużjoni tal-kreditu tal-VAT irrispettivament mill-istadju ta' tlestija tal-oġġett tal-kuntratt; definizzjoni tal-kunċett ta' “oġġett ta' investiment” għall-finijiet tar-regoli dwar il-VAT; dritt għall-imgħaxijiet arretrati mill-ewwel jum wara s-60 jum wara t-talba għar-rifużjoni tal-VAT;

Ir-riport tat-telf mingħajr ebda limitazzjoni ta' żmien;

Għażla minn fost tliet metodi ta' deprezzament li jirrigwardaw l-ispejjeż tal-investiment tar-rikostruzzjoni ta' Moll II u l-kostruzzjoni ta' Moll III;

Eżenzjoni mit-taxxa tal-boll fuq il-ftehimiet ta' self u kwalunkwe ftehim anċillari għall-finanzjament tal-proġett;

Eżenzjoni mit-taxxi, taxxi tal-boll, kontribuzzjonijiet u kwalunkwe dritt favur l-Istat jew partijiet terzi fuq il-kuntratti bejn il-kredituri tal-ftehimiet ta' self li taħthom huma trasferiti l-obbligi u d-drittijiet li jirriżultaw minnhom;

Eżenzjoni minn taxxi tal-boll għal kwalunkwe kumpens imħallas mill-Awtorità tal-Port ta' Piraeus (“APP”) lit-TPK taħt il-kuntratt ta' Konċessjoni, li huwa barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi dwar il-VAT;

Protezzjoni skont l-iskema speċjali għall-investimenti barranin.

(4)

Fl-istess deċiżjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li l-Greċja ma tat l-ebda għajnuna mill-Istat billi eżentat lit-TPK minn regoli dwar esproprjazzjoni sfurzata (5).

2.2.   Il-miżura li qed tiġi vvalutata: eżenzjoni tat-taxxa tal-boll għal kumpensi mħallsa mill-APP lit-TPK  (6)

(5)

Rigward l-eżenzjoni mit-taxxa tal-boll għal kumpensi mħallsa mill-APP lit-TPK, fid-deċiżjoni finali, il-Kummissjoni kkonkludiet li kienet tinvolvi vantaġġ selettiv favur it-TPK peress li taffiet il-ħlas ta' taxxi tal-bolla fil-każ ta': a) kumpens imħalla mill-APP minħabba l-attivazzjoni ta' klawżola penali tal-kuntratt ta' konċessjoni, jew b) tipi oħra ta' kumpens imħallsa mill-APP, bħal pereżempju għal danni relatati mal-kuntratt ta' konċessjoni jew għal ksur internazzjonali ta' kuntratt (7).

(6)

B'mod partikulari fir-rigward tal-każ ta' kumpens imħallas mill-APP minħabba l-attivazzjoni ta' klawżola penali (jiġifieri taħt (a) fil-premessa eżatt hawn fuq) il-Kummissjoni kkonkludiet li l-vantaġġ mogħti lit-TPK kkonsista fil-fatt li taffietlu l-ħlas ta' taxxa tal-boll fissa (8) f'każijiet bħal dawn. Din il-konklużjoni kienet ibbażata fuq il-kunsiderazzjoni li skont il-qafas ġeneralment applikabbli, jiġifieri l-kodiċi dwar it-taxxa tal-boll (9) kif interpretat miċ-ċirkulari 44/1987, l-attivazzjoni ta' ftehim anċillari relatat ma' kuntratt soġġett għall-VAT hija soġġetta għal taxxa tal-boll fissa (10).

(7)

Madankollu, fl-applikazzjoni tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni finali quddiem il-Qorti Ġenerali, il-Greċja indikat li d-dazji tal-boll fissi ilhom li tneħħew b'mod ġenerali sa mill-2001 (11), jiġifieri qabel il-liġi 3755/2009 introduċiet l-eżenzjoni rilevanti favur it-TPK.

3.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

(8)

Waqt il-proċedura amministrattiva li wasslet għad-deċiżjoni finali, l-awtoritajiet Griegi qatt ma ġibdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li d-dazji tal-boll fissa ilhom li tneħħew sa mill-2001, permezz tal-Artikolu 25 tal-liġi 2873/2000. L-awtoritajiet Griegi qatt ma semmew dan il-fatt, minkejja li d-deċiżjoni ta' ftuħ kienet fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali tal-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tal-eżenzjoni tat-TPK mid-dazji tal-boll b'mod ġenerali (inklużi d-dazji tal-boll fissi u proporzjonali), ipprovduti lit-TPK abbażi tal-Artikolu 2(10) tal-Liġi (12). Għaldaqstant, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni meta d-deċiżjoni finali ġiet adottata, il-Kummissjoni kienet intitolata li tikkonkludi li l-Artikolu 2(10) tal-Liġi ta għajnuna inkompatibbli mill-Istat lit-TPK billi eżentah mid-dazji tal-boll kemm fissi kif ukoll proporzjonali fuq kumpens imħallas mill-APP lit-TPK skont il-kuntratt ta' konċessjoni (13).

(9)

Anki jekk l-awtoritajiet Griegi għarrfu tardivament (14) lill-Kummissjoni dwar it-tneħħija ġenerali tad-dazji tal-boll fissi, il-Kummissjoni, li taġixxi bħala amministrazzjoni tajba u għalkemm mhix obbligata li timmodifika d-deċiżjoni finali, tixtieq madankollu timmodifika dik id-deċiżjoni finali, sabiex tirrifletti b'mod sħiħ is-sitwazzjoni. Speċifikament, fid-dawl tal-Artikolu 25 tal-liġi 2873/2000, il-Kummissjoni m'għad għandha l-ebda raġuni biex tikkunsidra li l-eżenzjoni tal-Artikolu 2(10) tal-Liġi tagħti vantaġġ lit-TPK f'każ li l-APP tħallas kumpens lit-TPK minħabba l-attivazzjoni ta' klawżola penali tal-kuntratt ta' konċessjoni. Skont ir-regoli ġeneralment applikabbli għal dan it-tip ta' ħlas ta' kumpens. ebda dazju tal-boll ma kien dovut fil-mument li l-liġi 3755/2009 ġiet adottata. Għaldaqstant, l-eżenzjoni mid-dazju tal-boll rilevanti ma tagħtix vantaġġ selettiv lit-TPK u, għalhekk, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-istat, f'dan ir-rigward.

(10)

Peress li l-Kummissjoni kienet mgħarrfa b'din l-informazzjoni biss wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni finali tagħha f'dan il-każ, fl-ispirtu ta' amministrazzjoni pubblika tajba, issa ddeċidiet li temenda d-deċiżjoni tagħha tat-23 ta' Marzu 2015 dwar dan il-vantaġġ speċifiku tal-miżura. Id-deċiżjoni finali mhix modifikata bi kwalunkwe mod fir-rigward tal-eżenzjoni tat-TPK mid-dazju tal-boll (proporzjonali) normalment dovuta għal tipi oħrajn ta' kumpens imħallas mill-APP (jiġifieri skont (b) fil-premessa (5) għad-deċiżjoni preżenti).

4.   KONKLUŻJONI

(11)

Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li l-Greċja ma tatx għajnuna mill-Istat lit-TPK fil-forma ta' eżenzjoni mill-ħlas ta' taxxi tal-boll f'każ li l-APP tħallas kumpens lit-TPK minħabba l-attivazzjoni ta' klawżola penali tal-kuntratt ta' konċessjoni. Għaldaqstant, hi temenda d-deċiżjoni tagħha tat-23 ta' Marzu 2015 fir-rigward ta' dan l-aspett tal-miżura. Il-konklużjonijiet kollha l-oħra ta' din id-deċiżjoni jibqgħu l-istess.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fis-seba' punt numerat tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni fil-każ SA.28876 dwar it-terminal tal-Port tal-Kontejners ta' Piraeus u Cosco Pacific Limitied (ĠU L 269, 15.10.2015, p. 93) tiżdied sentenza oħra kif ġej:

“din il-miżura ma tkoprix il-kumpens lit-TPK minħabba l-attivazzjoni tal-klawżola penali tal-kuntratt ta' Konċessjoni, fejn xorta waħda l-ebda taxxa tal-bolla mhi dovuta;”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 269, 15.10.2015, p. 93.

(2)  Ara l-premessi 10 sa 19 tad-deċiżjoni finali.

(3)  ĠU C 301, 5.10.2012, p. 55.

(4)  Ara l-Artikolu (1) tad-deċiżjoni finali.

(5)  Ara l-Artikolu (2) tad-deċiżjoni finali.

(6)  L-Artikolu 2, paragrafu 10 tal-Liġi 3755/2009.

(7)  Ara l-premessi 195-209 tad-deċiżjoni finali, u b'mod partikolari l-premessi 202-205.

(8)  Ara l-premessi 201-203 tad-deċiżjoni finali.

(9)  Id-digriet presidenzjali tat-28-7-1931, ĠU A239 1931.

(10)  Ara l-premessa 197 tad-deċiżjoni finali.

(11)  Skont l-Artikolu 25 tal-liġi 2873/2000.

(12)  Ara t-taqsima 4.2.3.8 (premessi 194-203) tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(13)  Ara wkoll il-Każ C-390/06 Nuova Agricast EU:C:2008:224, para. 54.

(14)  Għall-ewwel darba bl-applikazzjoni għall-annullament tad-deċiżjoni finali quddiem il-Qorti Ġenerali.