ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 99

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
19 ta' April 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Emendi tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR tal-1975)

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/588 tat-18 ta' April 2018 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-1-metil-2-pirrolidon ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/589 tat-18 ta' April 2018 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-metanol ( 1 )

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/590 tas-16 ta' April 2018 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/591 tas-16 ta' April 2018 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/592 tas-16 ta' April 2018 li taħtar membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għal-Lussemburgu

12

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/593 tas-16 ta' April 2018 li tawtorizza lir-Repubblika Taljana tintroduċi miżura speċjali ta' deroga mill-Artikoli 218 u 232 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

14

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/594 tat-13 ta' April 2018 dwar l-identifikazzjoni tal-benżen-1,2,4-aċidu trikarboksiliku 1,2 anidride (anidride trimellitika) (TMA) bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2018) 2112)  ( 1 )

16

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 94/17/COL tal-31 ta' Mejju 2017 li tagħlaq l-investigazzjoni formali dwar ir-regola ta' eżenzjoni għal servizzi ambulanti taħt l-iskema dwar il-kontribuzzjonijiet differenzjati tas-sigurtà soċjali 2014–2020 (In-Norveġja) [2018/595]

18

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

19.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/1


Emendi tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR tal-1975)

Skont in-Notifika lid-Depożitarju tan-NU C.N.201.2018.TREATIES — XI.A.16 l-emendi segwenti għall-Konvenzjoni TIR jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2018 għall-Partijiet Kontraenti kollha

L-Anness 6, in-Nota ta' Spjegazzjoni 0.8.3

“$US 50 000” għandha ssir “EUR 100 000”

L-Anness 6, in-Nota ta' Spjegazzjoni 8.1 a.6:

Żid Nota ta' Spjegazzjoni ġdida 8.1a.6 sabiex tinqara kif ġej

“Il-Kumitat jista' jitlob lis-servizzi kompetenti tan-Nazzjonijiet Uniti biex iwettqu eżami addizzjonali. Il-Kumitat jista', alternattivament, jiddeċiedi li jqabbad awditur estern indipendenti u jagħti mandat lill-Bord Eżekuttiv TIR biex iħejji t-termini ta' referenza tal-awditu, abbażi tal-għan u l-iskop tal-awditu kif determinat mill-Kumitat. It-termini ta' referenza għandhom jiġu approvati mill-Kumitat. L-eżami addizzjonali minn awditur estern indipendenti għandu jirriżulta f'rapport u ittra għall-maniġment li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kumitat. F'dan il-każ, l-ispiża finanzjarja biex jitqabbad awditur estern indipendenti, inkluż il-proċedura ta' akkwist relatata, għandha tiġġarrab mill-baġit tal-Bord Eżekuttiv TIR.”

L-Anness 8, Artikolu 1.a.

Wara t-test eżistenti għandhom jiddaħħlu l-paragrafi ġodda 4, 5 u 6 segwenti

“4.   Il-Kumitat għandu jirċievi u jeżamina d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati u r-rapport(i) tal-awditjar imressaq/imressqa mill-organizzazzjoni internazzjonali skont l-obbligi tal-Anness 9, Parti III. Matul l-eżami u fil-kuntest tagħha, il-Kumitat jista' jitlob li jiġu pprovduti informazzjoni addizzjonali kif ukoll kjarifiki jew dokumenti mill-organizzazzjoni internazzjonali jew l-awditur estern indipendenti.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-eżami msemmi fil-paragrafu 4, il-Kumitat għandu, fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju, ikollu d-dritt li jitlob li jsiru eżamijiet addizzjonali. Il-Kumitat għandu jagħti l-mandat lill-Bord Eżekuttiv TIR jew jitlob lis-servizzi kompetenti tan-Nazzjonijiet Uniti biex issir il-valutazzjoni tar-riskju.

Il-lok għal eżamijiet addizzjonali għandu jiġi stabbilit mill-Kumitat, li jqis il-valutazzjoni tar-riskju tal-Bord Eżekuttiv TIR jew is-servizzi kompetenti tan-Nazzjonijiet Uniti.

Ir-riżultati tal-eżamijiet kollha msemmija f'dan l-artikolu għandhom jinżammu mill-Bord Eżekuttiv TIR u jiġu pprovduti lill-Partijiet Kontraenti kollha għal konsiderazzjoni xierqa.

6.   Il-proċedura biex isiru eżamijiet addizzjonali għandha tiġi approvata mill-Kumitat.”

L-Anness 9, Parti I, sottotitolu

Qabel “Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti” żid “Minimi”

L-Anness 9, Parti I, il-paragrafu 1, l-ewwel linja:

Wara “Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti” żid “Minimi”

L-Anness 9, il-Parti I, il-paragrafu 7

Il-“Partijiet Kontraenti” għandha ssir “Kull Parti Kontraenti”

L-Anness 9, Parti II, Il-Proċedura, Il-Formola Mudell ta' Awtorizzazzjoni, il-paragrafu 1

Il-kelma “approvata” għandha tiġi sostitwita bil-kelma “awtorizzata”

L-Anness 9, il-Parti III, il-paragrafu 2

Wara s-subparagrafu (n) daħħal is-subparagrafi ġodda (o), (p) u (q) li jgħidu

“(o)

iż-żamma ta' reġistri u kontijiet separati li jkun fihom informazzjoni u dokumentazzjoni li jirrigwardaw l-organizzazzjoni u l-funzjonament ta' sistema internazzjonali ta' garanziji u l-istampar u d-distribuzzjoni tal-Carnets TIR;

(p)

kooperazzjoni sħiħa u f'waqtha tiegħu, inkluż, iżda mhux limitat għal, aċċess għar-reġistri u l-kontijiet imsemmija hawn fuq għas-servizzi kompetenti tan-Nazzjonijiet Uniti jew ta' kwalunkwe tip ieħor ta' entità kompetenti awtorizzata kif xieraq u, f'kull ħin, biex ikunu ffaċilitati l-ispezzjonijiet u l-verifiki mwettqa minnhom f'isem il-Partijiet Kontraenti, skont l-Anness 8, Artikolu 1a, paragrafi 5 u 6.

(q)

jitqabbad awditur estern indipendenti biex iwettaq l-awditi annwali tar-reġistri u l-kontijiet imsemmija skont is-subparagrafu (o). L-awditjar estern għandu jitwettaq f'konformità mal-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (ISA) u għandu jirriżulta f'rapport tal-awditjar annwali u ittra ta' ġestjoni li għandhom jitressqu quddiem il-Kumitat Amministrattiv.”


REGOLAMENTI

19.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/588

tat-18 ta' April 2018

li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-1-metil-2-pirrolidon

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 68(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Awwissu 2013, in-Netherlands ressqu lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) dossier skont l-Artikolu 69(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (“id-dossier skont l-Anness XV” (2)), li jipproponi r-restrizzjoni tal-1-metil-2-pirrolidon (NMP). Id-dossier skont l-Anness XV wera li tenħtieġ azzjoni fl-Unjoni kollha biex jiġu indirizzati r-riskji għas-saħħa tal-ħaddiema esposti għall-NMP.

(2)

In-Netherlands ibbażaw l-istima tal-perikli tal-NMP tagħhom fuq l-effetti tas-sustanza fuq għadd ta' punti ta' tmiem tas-saħħa tal-bniedem. It-tossiċità tal-iżvilupp tqieset bħala l-aktar waħda kritiku fost dawk il-punti ta' tmiem u ntużat biex jiġi stabbilit livell (il-livell derivat ta' bla effett jew “DNEL”) li jekk jinqabeż il-ħaddiema jenħtieġ li ma jkunux esposti għall-NMP permezz tan-nifs.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jiprrevedi li, meta l-NMP ikun preżenti f'taħlitiet f'konċentrazzjoni ta' 0,3 % jew aktar, dawn iridu jkunu kklassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni, il-kategorija 1B. Jenħtieġ li r-restrizzjoni tapplika fir-rigward tat-tali taħlitiet, kif ukoll fir-rigward tas-sustanza waħidha.

(4)

Fil-5 ta' Ġunju 2014, il-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskji (RAC) tal-Aġenzija adotta l-opinjoni tiegħu, li tikkonferma li t-tossiċità tal-iżvilupp kienet l-aktar punt ta' tmiem kritiku. Madankollu, ir-RAC ikkunsidra li jenħtieġ li jiġi applikat fattur ta' valutazzjoni differenti minn dak li ntuża min-Netherlands biex jiġi kkalkulat id-DNEL għall-NMP. Dan irriżulta f'livell darbtejn ogħla minn dak propost min-Netherlands għall-esponiment tal-ħaddiema għall-NMP permezz tar-rotta tan-nifs. Ir-RAC ikkalkula wkoll DNEL għall-esponiment tal-ħaddiema għall-NMP permezz tar-rotta kutanja, li ma kienx propost min-Netherlands.

(5)

Ir-RAC ikkonferma li l-esponiment globali għall-NMP li jkun ogħla minn dawn iż-żewġ DNELs joħloq riskju għas-saħħa tal-ħaddiema u li r-restrizzjoni proposta, ibbażata fuq dawk iż-żewġ DNLs, hija l-aktar miżura xierqa fl-Unjoni kollha biex jitnaqqas dak ir-riskju f'termini tal-effikaċja tagħha.

(6)

Fil-25 ta' Novembru 2014, il-Kumitat għall-Valutazzjoni Soċjoekonomika (SEAC) tal-Aġenzija adotta l-opinjoni tiegħu, li tikkonkludi li r-restrizzjoni proposta, kif emendata mir-RAC, hija l-aktar miżura xierqa fl-Unjoni kollha biex jitnaqqas ir-riskju għas-saħħa tal-ħaddiema li jirriżulta mill-NMP f'termini tal-benefiċċji soċjoekonomiċi u l-ispejjeż soċjoekonomiċi.

(7)

Is-SEAC irrakkomanda differiment ġenerali ta' ħames snin għall-applikazzjoni tar-restrizzjoni, b'mod konformi mal-perjodu propost fid-dossier skont l-Anness XV, biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-konformità. Is-SEAC jikkunsidra li perjodu ta' differiment itwal jista' jkun xieraq għas-settur tal-kisi tal-wajers, li ġie identifikat min-Netherlands bħala s-settur li fuqu r-restrizzjoni proposta jista' jkollha l-akbar impatt fir-rigward tal-ispejjeż.

(8)

Il-Forum tal-Aġenzija għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar, imsemmi fl-Artikolu 76(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ġie kkonsultat waqt il-proċess tar-restrizzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu ġew ikkunsidrati.

(9)

Fid-9 ta' Diċembru 2014, l-Aġenzija ressqet l-opinjonijiet tar-RAC u tas-SEAC (4) quddiem il-Kummissjoni.

(10)

Il-Kummissjoni, malli nnotat diskrepanza bejn id-DNEL tal-esponiment għall-NMP permezz tar-rotta tan-nifs propost mir-RAC fl-opinjoni tiegħu u l-limitu indikattiv ta' esponiment fuq ix-xogħol għall-NMP stabbilit skont id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (5) wara opinjoni xjentifika tal-Kumitat Xjentifiku għal-Limiti tal-esponiment għal Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol (SCOEL), staqsiet lir-RAC u lill-SCOEL biex jaħdmu flimkien biex isolvu l-problema b'mod konformi mal-Artikolu 95(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Bħala riżultat ta' dan, fit-30 ta' Novembru 2016, ir-RAC ippropona DNEL emendat għall-esponiment tal-ħaddiema għall-NMP permezz tar-rotta tan-nifs.

(11)

Fuq il-bażi tal-opinjonijiet tar-RAC u tas-SEAC, il-Kummissjoni tqis li hemm riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-ħaddiema matul il-manifattura u l-użu tal-NMP li jrid jiġi indirizzat fl-Unjoni kollha. Restrizzjoni li tistabbilixxi d-DNELs għall-esponiment tal-ħaddiema għall-NMP kemm permezz tar-rotta tan-nifs u kemm permezz tar-rotta kutanja hija l-aktar miżura xierqa fl-Unjoni kollha biex jiġi indirizzat dak ir-riskju. It-tali restrizzjoni tkun aktar xierqa mil-limitu indikattiv ta' esponiment fuq ix-xogħol għall-NMP stabbilit fid-Direttiva 98/24/KE għar-raġunijiet li ġejjin: Il-proporzjon globali ta' karatterizzazzjoni tar-riskji huwa bbażat fuq DNELs ikkwantifikati għall-esponiment għall-NMP permezz tan-nifs u permezz tal-ġilda; l-armonizzazzjoni tar-rapport dwar is-sigurtà kimika fid-dossier ta' reġistrazzjoni permezz ta' DNELs armonizzati tista' biss tiġi stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006; l-utenti downstream se jkollhom l-istess perjodu ta' żmien bħall-manifatturi u l-importaturi biex jistabbilixxu l-miżuri xierqa għall-ġestjoni tar-riskji u l-kundizzjonijiet operattivi sabiex jiżguraw li l-esponiment tal-ħaddiema għall-NMP ikun inqas miż-żewġ DNELs; l-iskedi ta' dejta ta' sigurtà se jinkludu dawk id-DNELs fit-taqsimiet speċifiċi xierqa.

(12)

Għalhekk, ir-restrizzjoni proposta hija l-aktar miżura xierqa fl-Unjoni kollha biex tindirizza r-riskju għas-saħħa tal-ħaddiema mill-esponiment għall-NMP.

(13)

Id-DNELs iridu jiġu applikati meta titwettaq il-valutazzjoni dwar is-sigurtà kimika ta' sustanza skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 sabiex jgħinu biex jiġu determinati l-miżuri li jridu jittieħdu għall-ġestjoni tar-riskju ppreżentat mis-sustanza b'mod partikolari x-xenarji ta' esponiment. Meta l-manifatturi, l-importaturi jew l-utenti downstream ikollhom l-intenzjoni li jqiegħdu l-NMP bħala sustanza fis-suq waħdu jew f'taħlitiet f'ċerta konċentrazzjoni, jenħtieġ li dik il-valutazzjoni tkun disponibbli għall-utenti tas-sustanza permezz ta' rapporti dwar is-sigurtà kimika u skedi ta' dejta ta' sigurtà. Jenħtieġ li l-manifatturi u l-utenti downstream jiżguraw li jkun hemm konformità mad-DNELs meta s-sustanza tiġi manifatturata jew meta tintuża, waħidha jew f'taħlita.

(14)

Il-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jingħataw żmien biżżejjed biex jieħdu miżuri xierqa biex jikkonformaw mar-restrizzjoni proposta, b'mod partikolari fis-settur tal-kisi tal-wajers, fejn l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tar-restrizzjoni jkunu partikolarment għolja. Għalhekk, b'kont meħud tar-rakkomandazzjoni mis-SEAC, jenħtieġ li l-applikazzjoni tar-restrizzjoni tkun differita. Jenħtieġ li l-perjodu ta' differiment iqis id-dewmien fil-proċess tar-restrizzjoni minħabba l-kollaborazzjoni bejn ir-RAC u l-SCOEL.

(15)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq.

(16)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  https://echa.europa.eu/documents/10162/ee4c88a9-d26f-4872-98fd-fb41646cc9e1

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(4)  https://echa.europa.eu/documents/10162/aa77c7c4-4026-4ab1-b032-8a73b61ca8bd

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11)


ANNESS

Fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, tiddaħħal din l-entrata ġdida:

“71.

1-metil-2-pirrolidon

(NMP)

Nru tal-CAS 872-50-4

Nru tal-KE 212-828-1

1.

Ma għandhiex titqiegħed fis-suq bħala sustanza waħidha jew f'taħlitiet f'konċentrazzjoni ta' 0,3 % jew aktar wara d-9 ta' Mejju 2020 sakemm il-manifatturi, l-importaturi u l-utenti downstream ma jkunux inkludew fir-rapporti dwar is-sigurtà kimika u l-iskedi ta' dejta ta' sigurtà, il-Livelli Derivati ta' Bla Effett (DNELs) fir-rigward tal-esponiment tal-ħaddiema ta' 14,4 mg/m3 għall-esponiment permezz tan-nifs u 4,8 mg/kg/jum għall-esponiment permezz tal-ġilda.

2.

Ma għandux jiġi manifatturat, jew ma għandux jintuża, bħala sustanza waħidha jew f'taħlitiet f'konċentrazzjoni ta' 0,3 % jew aktar wara d-9 ta' Mejju 2020 sakemm il-manifatturi u l-utenti downstream ma jkunux ħadu l-miżuri xierqa għall-ġestjoni tar-riskji u ma jkunux ipprovdew il-kundizzjonijiet operattivi xierqa biex jiżguraw li l-esponiment tal-ħaddiema jkun taħt id-DNELs speċifikati fil-paragrafu 1.

3.

Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-obbligi stabbiliti fihom għandhom japplikaw mid-9 ta' Mejju 2024 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq għall-użu, jew fir-rigward tal-użu, bħala solvent jew sustanza reattiva fil-proċess tal-kisi tal-wajers.”


19.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/589

tat-18 ta' April 2018

li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-metanol

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1) tal-Kummissjoni, u b'mod partikulari l-Artikolu 68(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Jannar 2015, il-Polonja ressqet quddiem l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) dossier (2) skont l-Artikolu 69(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (minn hawn 'il quddiem “id-dossier tal-Anness XV”), sabiex tinbeda l-proċedura ta' restrizzjoni stabbilita fl-Artikoli 69 sa 73 ta' dak ir-Regolament. Id-dossier tal-Anness XV kien jindika li l-esponiment għall-metanol fi fluwidu tal-ħasil tal-windskrin u l-ispirtu metilizzat huwa ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem u ppropona li t-tqegħid tagħhom fis-suq ikun projbit. Id-dossier tal-Anness XV wera li tinħtieġ azzjoni fil-livell tal-Unjoni.

(2)

Ir-restrizzjoni proposta fid-dossier tal-Anness XV għandha l-għan li tnaqqas l-inċidenza ta' avvelenament serju mill-metanol wara l-konsum minn persuni alkoħoliċi kroniċi u xi kultant minn nies li mhumiex alkoħoliċi, ta' fluwidi għall-ħasil tal-windskrin jew ta' spirtu metilizzat użat bħala sostitut irħis għall-alkoħol li jista' jinxtorob. Ir-restrizzjoni hija mistennija wkoll li tipprevjeni l-avvelenament mill-metanol wara l-inġestjoni aċċidentali ta' fluwidi għall-ħasil tal-windskrin u l-ispirtu metilizzat, fosthom l-avvelenamenti fit-tfal. Id-dossier tal-Anness XV u l-konsultazzjoni pubblika rrappurtaw każijiet ta' avvelenament ikkawżat minn inġestjoni ta' fluwidi għall-ħasil tal-windskrin f'seba' Stati Membri u każijiet fatali f'minn tal-inqas żewġ Stati Membri.

(3)

Fl-4 ta' Diċembru 2015, il-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju (“RAC”) tal-Aġenzija adotta l-opinjoni tiegħu li kkonkludiet li l-esponiment għall-metanol preżenti fi fluwidi għall-ħasil tal-windskrin u fl-ispirtu metilizzat f'konċentrazzjoni ta' 'l fuq minn 0,6 % bil-piż jippreżenta riskju ta' mewt, ta' tossiċità serja għall-għajnejn jew effetti severi oħra ta' avvelenament bil-metanol. L-RAC hu wkoll tal-parir li r-restrizzjoni proposta hija l-aktar miżura xierqa fil-livell tal-Unjoni biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati, kemm f'termini ta' effettività kif ukoll ta' prattikabbiltà.

(4)

Fil-11 ta' Marzu 2016, il-Kumitat tal-Aġenzija għall-Analiżi Soċjoekonomika (“SEAC”) adotta l-opinjoni tiegħu dwar ir-restrizzjoni proposta. Rigward l-ispirtu metilizzat, in-nuqqas ta' dejta soċjoekonomika fid-dossier tal-Anness XV u mill-konsultazzjoni pubblika kien ifisser li s-SEAC ma setax jevalwa l-impatt soċjoekonomiku tal-inklużjoni tiegħu fir-restrizzjoni proposta. Fir-rigward ta' fluwidi għall- ħasil tal-windskrin, is-SEAC qies li r-restrizzjoni proposta hija l-aktar miżura xierqa madwar l-Unjoni biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati f'termini tal-benefiċċji soċjoekonomiċi u l-kosti soċjoekonomiċi tagħha. B'mod ġenerali, is-SEAC qies li d-diverġenzi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali fl-Istati Membri jistgħu jfixklu s-suq intern.

(5)

Il-Forum għall-Iskambju tal-Informazzjoni dwar l-Infurzar tal-Aġenzija ġie kkonsultat matul il-proċess tar-restrizzjoni u l-opinjoni tiegħu tqieset, partikolarment biex fir-restrizzjoni proposta jiġu inklużi fluwidi użati biex titneħħa l-ġlata minn mal-windskrins.

(6)

Fit-28 ta' April 2016, l-Aġenzija ressqet l-opinjonijiet tal-RAC u tas-SEAC lill-Kummissjoni (3). Abbażi ta' dawn l-opinjonijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-preżenza tal-metanol fi fluwidi għall-ħasil tal-windskrin u għat-tneħħija tal-ġlata minn mal-windskrin jippreżenta riskju mhux aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem li jeħtieġ li jiġi indirizzat b'mod li jilħaq l-Unjoni kollha.

(7)

Il-partijiet ikkonċernati għandhom jingħataw biżżejjed żmien biex jieħdu l-miżuri xierqa biex jikkonformaw mar-restrizzjoni proposta, b'mod partikolari sabiex jiġi permess il-bejgħ tal-istokkijiet u biex tkun żgurata komunikazzjoni adegwata fil-katina tal-provvista. Għaldaqstant l-applikazzjoni ta' din ir-restrizzjoni għandha tiġi ddifferita.

(8)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  https://echa.europa.eu/documents/10162/78b0f856-3751-434b-b6bc-6d33cd630c85

(3)  https://echa.europa.eu/documents/10162/2b3f6422-ab4d-4b85-9642-ebe225070858


ANNESS

Fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, tiddaħħal din l-annotazzjoni ġdida:

“69.

Metanol

Nru CAS 67-56-1

Nru KE 200-659-6

Ma għandux jitqiegħed fis-suq għall-pubbliku ġenerali wara d-9 ta' Mejju 2018 fi fluwidi għall-ħasil tal-windskrin jew biex titneħħa l-ġlata, f'konċentrazzjoni ta' 0,6 % bil-piż jew aktar.”


DEĊIŻJONIJIET

19.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/590

tas-16 ta' April 2018

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta' dan is-Sinjura Birgit J. HONÉ (Staatssekretärin für Europa und Regionale Landesentwicklung, Niedersächsische Staatskanzlei) ġiet proposta.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Fritz JAECKEL, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membru:

Is-Sinjura Birgit J. HONÉ, Ministerin für Bundes- und Europaangelegenheiten und Regionale Entwicklung (Niedersachsen) (bidla fil-mandat),

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Clemens LAMMERSKITTEN, Mitglied des Niedersächsischen Landtags.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' April 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PORODZANOV


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


19.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/591

tas-16 ta' April 2018

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fl-4 ta' Marzu 2016, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/333 (4), is-Sinjura Dagmar MÜHLENFIELD ġie sostitwit mis-Sur Joachim WOLBERGS bħala membru.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Joachim WOLBERGS, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa/Hija b'dan maħtur(a) membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Dr Peter KURZ, Oberbürgermeister der Stadt Mannheim.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' April 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PORODZANOV


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/333 tal-4 ta' Marzu 2016 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 62, 9.3.2016, p. 16).


19.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/592

tas-16 ta' April 2018

li taħtar membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għal-Lussemburgu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi ta' kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvern tal-Lussemburgu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-20 ta' Settembru 2016 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta' Settembru 2016 sal-24 ta' Settembru 2018.

(2)

Il-Gvern tal-Lussemburgu ppreżenta nomini għal diversi karigi li għandhom jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu li jintemm fl-24 ta' Settembru 2018:

I.

RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Lussemburgu

Is-Sur Tom GOEDERS

Is-Sur Laurent PEUSCH

Is-Sur Jonathan PEREIRA NEVES

II.

RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Lussemburgu

Is-Sur Carlos PEREIRA

Is-Sur Paul DE ARAUJO

Is-Sur Eduardo DIAS

III.

RAPPREŻENTANTI TAL-ASSOĊJAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Lussemburgu

Is-Sinjura Patricia HEMMEN

Is-Sur François ENGELS

Is-Sinjura Héloise ANTOINE

Artikolu 2

Il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati ser jinħatru mill-Kunsill f'data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' April 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PORODZANOV


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Settembru 2016 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C 348, 23.9.2016, p. 3.)


19.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/14


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/593

tas-16 ta' April 2018

li tawtorizza lir-Repubblika Taljana tintroduċi miżura speċjali ta' deroga mill-Artikoli 218 u 232 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta' ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fis-27 ta' Settembru 2017, l-Italja talbet awtorizzazzjoni għal miżura speċjali ta' deroga mill-Artikoli 218 u 232 tad-Direttiva 2006/112/KE u biex tintroduċi l-fatturazzjoni elettronika obbligatorja għall-persuni taxxabbli kollha stabbiliti fit-territorju tal-Italja, ħlief għal persuni taxxabbli li jibbenefikaw mill-eżenzjoni għal impriżi żgħar kif imsemmi fl-Artikolu 282 ta' dik id-Direttiva u biex il-fatturi jgħaddu mis-“Sistema di Interscambio” (“l-SdI”) ġestita mill-Aġenzija Taljana tad-Dħul.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni informat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba li saret mill-Italja permezz tal-ittri ddatati t-3 ta' Novembru 2017 u s-6 ta' Novembru 2017. Permezz ta' ittra ddatata s-7 ta' Novembru 2017, il-Kummissjoni għarrfet lill-Italja li hija kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis it-talba.

(3)

L-Italja tgħid li l-użu ta' fatturazzjoni elettronika obbligtorja li abbażi tagħha l-fatturi huma ppreżentati permezz tal-SdI jippermetti lill-awtorità tat-taxxa fl-Italja biex takkwista f'ħin reali l-informazzjoni li tinsab fil-fatturi maħruġa u rċevuti min-negozjanti. B'hekk l-awtoritajiet tat-taxxa jistgħu jwettqu kontrolli f'waqthom u awtomatiċi tal-konsistenza bejn l-ammonti tal-VAT iddikjarati u dawk imħallsa.

(4)

L-Italja tqis li l-introduzzjoni ta' obbligu ġeneralizzat ta' fatturazzjoni elettronika tgħin fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni, tagħti spinta lid-diġitalizzazzjoni u tissimplifika l-ġbir tat-taxxa.

(5)

L-Italja tgħid li diġà twittiet it-triq għall-introduzzjoni tal-fatturazzjoni elettronika obbligatorja abbażi tal-użu fakultattiv tas-sistema SdI eżistenti, u dan jiżgura tranżizzjoni bla xkiel lejn il-fatturazzjoni elettronika u fl-istess waqt jillimita l-impatt tal-miżura speċjali fuq il-persuni taxxabbli.

(6)

Minħabba l-ambitu wiesa' u n-natura ġdida tal-miżura speċjali, huwa importanti li jiġi evalwat l-impatt tal-miżura speċjali fuq il-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tal-VAT u fuq il-persuni taxxabbli. Għalhekk, fejn l-Italja tqis li l-estensjoni tal-miżura speċjali hija meħtieġa, jenħtieġ li hija tippreżenta lill-Kummissjoni, flimkien mat-talba għal estensjoni, rapport li jinkludi l-valutazzjoni tal-miżura speċjali fejn għandha x'taqsam l-effettività tagħha fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tal-VAT u fis-simplifikazzjoni tal-ġbir tat-taxxa.

(7)

Jenħtieġ li din il-miżura speċjali ma taffettwax id-dritt tal-konsumatur li jirċievi fatturi fuq karta f'każ ta' tranżazzjonijiet intra-Komunitarji.

(8)

Jenħtieġ li l-miżura speċjali mitluba tkun limitata fiż-żmien sabiex ikun jista' jiġi vvalutat jekk il-miżura speċjali hijiex adatta u effettiva fid-dawl tal-objettivi tagħha.

(9)

Għaldaqstant, il-miżura speċjali hija proporzjonata għall-objettivi li jridu jintlaħqu billi hija limitata fiż-żmien u ristretta fl-applikazzjoni billi ma tapplikax għal persuni taxxabbli li jibbenefikaw mill-eżenzjoni għall-impriżi żgħar imsemmija fl-Artikolu 282 tad-Direttiva 2006/112/KE. Barra minn hekk, il-miżura speċjali ma tagħtix lok għal riskju li l-frodi titmexxa lejn setturi oħra jew lejn Stati Membri oħra.

(10)

Il-miżura speċjali mhux se jkollha effett negattiv fuq l-ammont globali tad-dħul mit-taxxa miġbura fl-istadju tal-konsum finali u mhux se jkollha effett negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mill-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 218 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Italja hija awtorizzata biss li taċċetta fatturi f'forma ta' dokumenti jew messaġġi f'format elettroniku jekk dawn jinħarġu minn persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju Taljan, ħlief dawk il-persuni taxxabbli li jibbenefikaw mill-eżenzjoni għal impriżi żgħar imsemmija fl-Artikolu 282 tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 2

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 232 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Italja hija awtorizzata tistipula li l-użu ta' fatturi elettroniċi maħruġa minn persuni taxxabbli stabbiliti fit-territorju Taljan ma għandux ikun soġġett għall-aċċettazzjoni mir-riċevitur, ħlief fejn dawk il-fatturi jinħarġu minn persuni taxxabbli li jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet għal impriżi żgħar imsemmija fl-Artikolu 282 tad-Direttiva 2006/112/KE.

Artikolu 3

L-Italja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-derogi msemmija fl-Artikoli 1 u 2.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2018 sal-31 ta' Diċembru 2021.

F'każ li l-Italja tqis li tkun meħtieġa l-estensjoni tad-derogi msemmija fl-Artikoli 1 u 2, l-Italja għandha tippreżenta talba għal estensjoni lill-Kummissjoni, flimkien ma' rapport li jivvaluta kemm il-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 3 kienu effettivi fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tal-VAT u fis-simplifikazzjoni tal-ġbir tat-taxxa. Dak ir-rapport għandu jevalwa wkoll l-impatt ta' dawk il-miżuri fuq persuni taxxabbli u, b'mod partikolari, jekk dawk il-miżuri jżidux il-piżijiet amministrattivi u l-ispejjeż tagħhom.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' April 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PORODZANOV


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


19.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/16


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/594

tat-13 ta' April 2018

dwar l-identifikazzjoni tal-benżen-1,2,4-aċidu trikarboksiliku 1,2 anidride (anidride trimellitika) (TMA) bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2018) 2112)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 59(9) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-8 ta' Awwissu 2016, f'konformità mal-Artikolu 59(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, in-Netherlands ressqu dossier imħejji f'konformità mal-Anness XV ta' dak ir-Regolament (“id-dossier tal-Anness XV”) lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) għall-identifikazzjoni tal-benżen-1,2,4-aċidu trikarboksiliku 1,2 anidride (anidride trimellitika) (TMA) (Nru tal-KE 209-008-0, Nru CAS 552-30-7) bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna minħabba li tissodisfa l-kriterju stabbilit fl-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Skont id-dossier tal-Anness XV, hemm evidenza xjentifika ta' probabbilta ta' effetti serji għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-karatteristiki ta' sensitizzazzjoni respiratorja tat-TMA, li jwasslu għal livell ta' tħassib ekwivalenti għal dawk tas-sustanzi l-oħra elenkati fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(2)

Fil-15 ta' Diċembru 2016, il-Kumitat tal-Istati Membri tal-Aġenzija (Member State Committee, MSC) adotta l-opinjoni tiegħu (2) dwar id-dossier tal-Anness XV. Filwaqt li l-maġġoranza tal-membri tal-MSC ikkunsidraw li t-TMA jissodisfa l-kundizzjonijiet biex jiġi identifikat bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-MSC ma laħaqx qbil unanimu. Tliet membri astjenew. Tliet membri kienu tal-fehma li ma hemmx evidenza xjentifika biżżejjed tal-effetti serji probabbli tat-TMA għas-saħħa tal-bniedem li jwasslu għal livell ta' tħassib ekwivalenti għal dawk tas-sustanzi l-oħra elenkati fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Dawk it-tliet membri esprimew dubji dwar it-tip, is-severità, l-irreversibbiltà, id-dewmien tal-effetti tat-TMA fuq is-saħħa, it-tħassib soċjali marbut mal-effetti tiegħu u l-impossibbiltà li jinkiseb livell sikur ta' esponiment għat-TMA.

(3)

Fis-17 ta' Jannar 2017, skont l-Artikolu 59(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Aġenzija rreferiet l-opinjoni tal-MSC lill-Kummissjoni għal deċiżjoni dwar l-identifikazzjoni tat-TMA fuq il-bażi tal-Artikolu 57(f) ta' dak ir-Regolament.

(4)

F'konformità mal-opinjoni tal-maġġoranza tal-MSC, il-Kummissjoni tinnota li d-dejta mressqa u diskussa fid-dossier tal-Anness XV turi li t-TMA jikkawża insuffiċjenza serja u permanenti tal-funzjonijiet tal-pulmuni, jekk l-esponiment ikun fit-tul u jekk ma jsir l-ebda intervent. Il-każijiet ta' effetti avversi rrappurtati jvarjaw minn rinokonġunktivite relatata max-xogħol u ażma għal mard serju, bħall-mard pulmonari-sindromu tal-anemija, il-larinġite allerġika u l-alveolite allerġika. Xi wħud mill-effetti kienu tant severi li l-persuni affettwati kellhom jitilqu minn xogħolhom. L-aktar effetti severi jistgħu jeħtieġu trattament mediku fit-tul.

(5)

Il-Kummissjoni tinnota li ċertu effetti tat-TMA huma riversibbli meta jieqaf l-esponiment, iżda l-ewwel stadju ta' sensitizzazzjoni (induzzjoni) huwa irriversibbli. Barra minn hekk, mid-dejta disponibbli dwar il-bniedem, mhuwiex possibbli li jinkiseb livell ta' konċentrazzjoni ta' TMA taħt dak il-livell li fih ma sseħħx is-sensitizzazzjoni. Jidher ukoll li l-effetti severi għandhom xi żmien ta' latenza. Il-possibbiltà li jseħħu l-effetti irriversibbli qabel ma tiġi identifikata problema tas-saħħa ġiet rikonoxxuta fl-identifikazzjoni ta' sustanzi (3) ta' tħassib serju ħafna oħrajn skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 minħabba l-karatteristiki ta' sensitizzazzjoni tagħhom, u ġiet konfermata mil-każistika Ewropea (4).

(6)

Il-Kummissjoni tinnota li l-ħaddiema li preċedentement ġew sensitizzati jistgħu biss jiġu rilokati għal kompiti mingħajr esponiment għat-TMA, biex tiġi evitata r-rikorrenza tal-effetti avversi severi, u dan jikkawża tħassib soċjali u effetti fuq il-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema li ġew sensitizzati.

(7)

Għalhekk, f'konformità mal-opinjoni tal-maġġoranza tal-MSC, il-Kummissjoni tqis li l-livell ta' tħassib maħluq mit-TMA huwa ekwivalenti għal dak tas-sustanzi msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u, għalhekk, li jenħtieġ li t-TMA jiġi identifikat bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna skont l-Artikolu 57(f) ta' dak ir-Regolament minħabba l-karatteristiki ta' sensitizzazzjoni respiratorja tiegħu.

(8)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-benżen-1,2,4-aċidu trikarboksiliku 1,2 anidride (anidride trimellitika) (TMA) (Nru tal-KE 209-008-0, Nru CAS 552-30-7) huwa identifikat bħala sustanza ta' tħassib serju skont l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 minħabba l-karatteristiki ta' sensitizzazzjoni respiratorja tiegħu.

2.   Is-sustanza speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi inkluża fil-lista ta' kandidati msemmija fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 bl-indikazzjoni li ġejja taħt “Raġuni għall-inklużjoni”: “Karatteristiki ta' sensitizzazzjoni respiratorja (Artikolu 57(f)) — is-saħħa tal-bniedem”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Elżbieta BIEŃKOWSKA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  http://echa.europa.eu/role-of-the-member-state-committee-in-the-authorisation-process/svhc-opinions-of-the-member-state-committee

(3)  Agreement of the Member States Committee on the identification of Diazene-1,2-dicarboxamide [C,C-azodi(formamide)] as a substance of very high concern https://echa.europa.eu/documents/10162/5b3971ca-7683-414b-b7df-085744c5b327;

Agreement of the Member States Committee on the identification of Hexahydromethylphthalic anhydride, Hexahydro-4-methylphthalic anhydride, Hexahydro-1-methylphthalic anhydride, Hexahydro-3-methylphthalic anhydride as substances of very high concern https://echa.europa.eu/documents/10162/ab858db8-5467-429c-a94d-2e563f523d01;

Agreement of the Member States Committee on the identification of cyclohexane-1,2-dicarboxylic anhydride, cis-cyclohexane-1,2-dicarboxylic anhydride, transcyclohexane-1,2-dicarboxylic anhydride as substances of very high concern https://echa.europa.eu/documents/10162/8a707077-bf1c-462d-bf25-dd58ffa14cf8.

(4)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' April 2015, Polynt u Sitre v ECHA, T-134/13, ECLI:EU:T:2015:254, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' April 2015, Hitachi Chemical Europe et al. v ECHA, T-135/13, ECLI:EU:T:2015:253.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

19.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/18


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 94/17/COL

tal-31 ta' Mejju 2017

li tagħlaq l-investigazzjoni formali dwar ir-regola ta' eżenzjoni għal servizzi ambulanti taħt l-iskema dwar il-kontribuzzjonijiet differenzjati tas-sigurtà soċjali 2014–2020 (In-Norveġja) [2018/595]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (“l-Awtorità”),

Wara li kkunsidrat:

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikolu 61 u 62,

il-Protokoll 26 tal-Ftehim taż-ŻEE,

il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), b'mod partikolari l-Artikolu 24,

il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (“il-Protokoll 3”), b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) tal-Parti II,

Billi:

I.   IL-FATTI

1.   Il-Proċedura

(1)

L-awtoritajiet Norveġiżi nnotifikaw l-iskema dwar il-kontribuzzjonijiet differenzjati tas-sigurtà soċjali 2014–2020 skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 permezz ta' ittra fit-13 ta' Marzu 2014 (1). Abbażi ta' dik in-notifika u l-informazzjoni ppreżentata sussegwentement (2), l-Awtorità approvat l-iskema ta' għajnuna notifikata permezz tad-Deċiżjoni Nru 225/14/COL tat-18 ta' Ġunju 2014.

(2)

Permezz tas-sentenza tagħha tat-23 ta' Settembru 2015 fil-Kawża E-23/14 Kimek Offshore AS v l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA  (3) il-Qorti tal-EFTA annullat parzjalment id-deċiżjoni tal-Awtorità.

(3)

Permezz ta' ittra datata l-15 ta' Ottubru 2015 (4), l-Awtorità talbet informazzjoni mingħand l-awtoritajiet Norveġiżi. B'ittra li ġġib id-data tas-6 ta' Novembru 2015 (5), l-awtoritajiet Norveġiżi rrispondew.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni Nru 489/15/COL tad-9 ta' Diċembru 2015, l-Awtorità fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali. B'ittra li ġġib id-data tat-13 ta' Jannar 2016 (6), l-awtoritajiet Norveġiżi rrispondew għad-deċiżjoni tal-Awtorità.

(5)

Fit-30 ta' Ġunju 2016, id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' miegħu (7). L-Awtorità rċeviet kummenti minn żewġ partijiet interessati, Kimek Offshore AS (b'ittra li ġġib id-data tat-12 ta' Mejju 2016 (8)) u NHO Finnmark (b'ittra li ġġib id-data tal-4 ta' Lulju 2016 (9)) sat-30 ta' Lulju 2016, li hija d-data ta' meta kien jiskadi l-perjodu ta' preżentazzjoni ta' kummenti, Permezz ta' ittra bid-data t-2 ta' Awwissu 2016 (10), l-Awtorità ressqet dawn il-kummenti lill-awtoritajiet Norveġiżi li ngħataw l-opprotunità li jwieġbu. Permezz ta' ittra li ġġib id-data tal-5 ta' Settembru 2016 (11), l-awtoritajiet Norveġiżi rrispondew.

2.   L-ambitu tal-investigazzjoni formali

(6)

Permezz tas-sentenza tagħha, il-Qorti tal-EFTA annullat parzjalment id-deċiżjoni tal-Awtorità li tapprova l-iskema ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali diferenzjati bir-reġjun għall-2014–2020. L-iskema ta' għajnuna bħala tali ma kinitx suġġetta għal skrutinju mill-ġdid tal-Awtorità matul l-investigazzjoni formali. L-investigazzjoni kienet limitata għal dik il-parti tal-iskema (regola ta' eżenzjoni għal servizzi ambulanti) li għaliha kienet annullata l-approvazzjoni tal-Awtorità.

(7)

Madankollu, peress li r-regola għal servizzi ambulanti hija eżenzjoni mir-regoli stabbiliti fl-iskema ta' kontribuzzjonijiet differenzjati tas-sigurtà soċjali, għall-fini ta' kumpletezza, l-Awtorità tqis li jkun illustrattiv li tagħti ħarsa kumplessiva lejn l-objettiv u l-bażi ġuridika tal-iskema ta' għajnuna bħala tali, qabel ma tippreżenta r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni tan-negozji fin-Norveġja u r-regola ta' eżenzjoni għal servizzi ambulanti nnifisha.

3.   Ħarsa kumplessiva lejn l-iskema

3.1.   Objettiv

(8)

L-objettiv tal-iskema ta' kontribuzzjonijiet differenzjati tas-sigurtà soċjali huwa dak li jitnaqqas jew ikun hemm prevenzjoni tad-depopolazzjoni fir-reġjuni l-anqas abitati fin-Norveġja, billi jistimulaw l-impjiegi. Sabiex dan l-objettiv jintħalaq, l-iskema ta' għajnuna operattiva tnaqqas il-kosti tal-impjieg billi tnaqqas ir-rati ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f'ċerti żoni ġeografiċi. Bħala regola ewlenija, l-intensitajiet tal-għajnuna jvarjaw skont iż-żona ġeografika li fiha l-unità kummerċjali tkun reġistrata. Ir-regoli tar-reġistrazzjoni huma spjegati f'aktar dettal aktar 'l isfel.

3.2.   Il-bażi ġuridika nazzjonali

(9)

Il-bażi ġuridika nazzjonali għall-iskema hija t-Taqsima 23-2 tal-Att tal-Assigurazzjoni Nazzjonali (12). Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi l-obbligu ġenerali ta' min jimpjega li jħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali kkalkulati abbażi tas-salarju gross imħallas lill-impjegat. Skont il-paragrafu 12 ta' dik it-taqsima, il-Parlament Norveġiż jista' jadotta rati reġjonali differenzjati, kif ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi għal impriżi fi ħdan ċerti setturi. Għalhekk, huwa l-Att tal-Assigurazzjoni Nazzjonali, flimkien mad-deċiżjonijiet annwali tal-Parlament Norveġiż li jifforma l-bażi ġuridika tal-iskema (13).

3.3.   Ir-regoli ta' reġistrazzjoni

(10)

L-eliġibbiltà għal għajnuna taħt l-iskema tiddependi fuq jekk negozju jkunx reġistrat fiż-żona eliġibbli. Ir-regola ewlenija tal-iskema hija li l-intensitajiet tal-għajnuna jvarjaw skont iż-żona ġeografika li fiha n-negozju jkun reġistrat.

(11)

Il-liġi Norveġiża tirrekjedi li l-impriżi jirreġistraw subunitajiet għal kull attivita ta' negozju separata li ssir (14). F'każ li impriża twettaq tipi differenti ta' attivitajiet ta' negozju, iridu jiġu reġistrati subunitajiet separati. Barra minn hekk, iridu jkunu reġistrati unitajiet separati jekk l-attivitajiet huma mwettqa f'postijiet ġeografiċi differenti.

(12)

Skont l-awtoritajiet Norveġiżi, il-kriterju ta' “attività ta' negozju separata” jkun issodisfat meta tal-anqas impjegat wieħed jagħmel xogħol għall-unità ewlenija f'żona separata, u l-impriża tkun tista' tiċievi żjarat hemm. Kull subunità tifforma l-bażi tagħha stess għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet differenzjati ta' sigurtà soċjali, skont il-post fejn tkun reġistrata. B'dan il-mod, impriża li tkun reġistrata barra ż-żona eliġibbli għall-għajnuna, tkun eliġibbli għall-għajnuna jekk, u sakemm, l-attivitajiet ekonomiċi tagħha jitwettqu fi ħdan subunità li tkun lokalizzata fi ħdan żona eliġibbli.

3.4.   Servizzi ambulanti — il-miżura taħt skrutinju

(13)

Bħala eżenzjoni mir-regola ewlenija dwar ir-reġistrazzjoni, l-iskema tapplika wkoll għal impriżi reġistrati barra miż-żona eliġibbli li jirreklutaw ħaddiema fiż-żona eliġibbli jew li l-impjegati tagħhom ikunu reklutati f'attivitajiet mobbli fi ħdan iż-żona eliġibbli. Għall-finijiet ta' din id-deċiżjoni, ix-xogħol li jiġi pprovdut f'dawn is-sitwazzjonijiet jissejjaħ “servizzi ambulanti”. Din hija r-regola ta' eżenzjoni taħt skrutinju fid-Deċiżjoni inkwistjoni. Għall-finijiet ta' din id-deċiżjoni, ir-regola ssir referenza għaliha bħala “ir-regola ta' eżenzjoni”. Il-bażi ġuridika nazzjonali għar-regola ta' eżenzjoni hija pprovduta mit-Taqsima 1(4) tad-Deċiżjoni tal-Parlament Norveġiż Nru 1482 tal-5 ta' Diċembru 2013 dwar id-determinazzjoni tar-rati ta' taxxa, eċċ. skont l-Att ta' Assigurazzjoni Nazzjonali tal-2014.

(14)

L-eżenzjoni tapplika biss meta l-impjegati jqattgħu nofs jum jew aktar ta' xogħol tagħhom f'żona eliġibbli. Barra minn hekk, din ir-rata mnaqqsa hija applikabbli biss għall-parti tax-xogħol imwettaq hemmhekk. Bħala regola prinċipali, il-perjodu ta' reġistrazzjoni tat-taxxa huwa ta' xahar wieħed tal-kalendarju. Il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jiġu kkalkolati abbażi tar-rata applikabbli fiż-żona fejn jitqies li min jimpjega jwettaq l-attività ta' negozju.

(15)

Dan ifisser li jekk, pereżempju, impjegati ta' entità reġistrata f'Oslo (Oslo tinsab fiż-Żona 1, żona mhux eliġibbli, fejn ir-rata hija għalhekk dik standard ta' 14,1 %) jagħmlu 60 % tal-ħidma tagħhom, għal xahar wieħed tal-kalendarju f'Vardø (li tinsab fiż-Żona 5, fejn ir-rata applikabbli hija ta' 0 %) u l-bqija f'Oslo, l-impriża tkun eliġibbli għar-rata żero fuq is-salarju li għandu jitħallas għax-xogħol li jkun sar f'Vardø, iżda mhux għax-xogħol li jkun sar f'Oslo.

4.   Is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA

(16)

Il-Qorti tal-EFTA annullat id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 225/14/COL sa dak li punt li fih tagħlaq l-investigazzjoni preliminari f'dak li għandu x'jaqsam mal-miżura ta' għajnuna fit-Taqsima 1(4) tad-Deċiżjoni tal-Parlament Norveġiż Nru 1482 tal-5 ta' Diċembru 2013 dwar id-determinazzjoni tar-rati ta' taxxa, eċċ, skont l-Att tal-Assigurazzjoni Nazzjoni tal-2014.

(17)

Il-Qorti tal-EFTA waslet għall-konklużjoni (15) li l-Awtorità ma kinitx evalwat iċ-ċirkostanzi u l-konsegwenzi tagħhom għar-rigward tal-kompatibbiltà tar-regola stabbilita fit-Taqsima 1(4) mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 61(3) taż-ŻEE, speċjalment fejn jidħol l-impatt tar-regola ta' eżenzjoni fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ u l-kumpatibbiltà tagħha mal-paragrafu 16 tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat għal-2014–2020 (“RAG”) (16). Tali evalwazzjoni speċifika kienet, skont il-Qorti, essenzjali għall-evalwazzjoni mill-Awtorità tal-iskema notifikata.

(18)

It-Taqsima 1(4) hija fformulata b'tali mod li tirrifletti r-regola ta' eżenzjoni (li hija s-suġġett tad-deċiżjoni preżenti), b'miżura korrispondenti ta' antiċirkumvenzjoni mfassla sabiex ma tħallix lill-impriżi jippreżentaw talbiet għall-għajnuna taħt l-iskema sempliċment billi jirreġistraw in-negozju tagħhom fi ħdan żona ta' rata anqas ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, imbagħad imorru jwettqu attivitajiet ambulanti jew inkella jirreklutaw ħaddiema biex jaħdmu f'żona ta' rata ogħla. Il-miżura ta' antiċirkumvenzjoni mhix suġġetta għall-proċedura preżenti (17).

5.   Il-kummenti mill-awtoritajiet Norveġiżi dwar id-Deċiżjoni Nru 489/15/COL

(19)

Bħala tweġiba għall-ftuħ mill-Awtorità tal-investigazzjoni (18), l-awtoritajiet Norveġiżi kkjarifikaw il-pożizzjoni tagħhom li r-rata applikabbli skont is-sistema tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, sa minn qabel l-2007, kienet ibbażata fuq fejn min jimpjega ikun jitqies li jwettaq l-attivita ta' negozju tiegħu. Din ir-regola hija bbażata fuq il-premessa fundamentali li huma biss impriżi li jwettqu attività ekonomika fiż-żona eliġibbli li għandhom jirċievu għajnuna, u biss sa dak il-punt li jkunu qegħdin iwettqu servizzi ekonomiċi fiż-żona. Ir-reġistrazzjoni mhix il-kwistjoni deċiżiva.

(20)

L-għajnuna mogħtija abbażi tal-iskema dwar il-kontribuzzjonijiet differenzjati tas-sigurtà soċjali tammonta għal madwar NOK 6.85 biljun kull sena (19). Abbażi ta' data miġbura fl-ewwel tmien xhur tal-2015, l-awtoritajiet Norveġizi ppreżentaw l-effetti stmati tar-regola ta' eżenzjoni għaż-żoni differenti għall-2015 kollha kemm hi. Għal deskrizzjoni taż-żoni 1, 2, 3, 4 u 4a ara d-Deċiżjoni Nru 225/14/COL, fil-paragrafu 25. Iż-Żona 1 tkopri żoni ċentrali fin-Norveġja, kif ukoll it-territorji kollha barra min-Norveġja. L-attivitajiet li jitwettqu fiż-żona 1 mhumiex eliġibbli għal għajnuna taħt l-iskema. L-attivitajiet li jitwettqu fiż-żona 1a ukoll mhumiex eliġibbli għal għajnuna taħt l-iskema. Fiż-żona 1a, madankollu, l-awtoritajiet Norveġiżi stabbilew sistema fejn ir-rata ta' kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali hija mnaqqsa. Dan it-tnaqqis jingħata bħala għajnuna de minimis. Miżuri li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet tar-Regolament de minimis  (20) ma jikkostitwux għajnuna fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE.

Tabella

Stima għas-sena 2015 tal-għajnuna mogħtija lil impriżi reġistrati fiż-żoni deżinjati mill-iskema ta' għajnuna minħabba l-applikazzjoni tar-regola ta' eżenzjoni

Żona

NOK miljuni

1

240

1a

38

2

9

3

1

4

1

4 a

10

Total

300

(21)

L-awtoritajiet Norverġiżi spjegaw li ċ-ċifri jistgħu jvarjaw b'mod sostanzjali skont in-natura tas-servizzi ambulanti. Il-proġett kbar ta' kostruzzjoni tipikament ikunu jiddependu fuq servizzi ambulanti u għalhekk iżidu l-uzu ta' attivitajiet ambulanti. Barra minn dan, l-impriżi li jwettqu attivitajiet sostanzjali fiż-żoni eliġibbli jistgħu jirriorganizzaw l-attivitajiet tagħhom billi jistabbilixxu subunitajiet fiż-żona relevanti. Dan ikun jaffettwa wkoll l-effett stmat tar-regola ta' eżenzjoni. Fl-aħħarnett, l-awtoritajiet Norveġiżi jirrelevaw l-effetti pożittivi indiretti fuq l-impjiegi f'setturi oħra fiż-żoni eliġibblili li jiġu minn żieda fl-attivitajiet fis-settur tal-kostruzzjoni.

(22)

Ir-regola ta' eżenzjoni tagħti lill-impriżi fiż-żoni eliġibbli aċċess għal xogħol b'kost anqas. Mingħajrha, l-impriżi fiż-żona eliġibbli jkollhom jitħabtu aktar biex jiġbdu lejhom ħaddiema speċjalizzati. Barra minn dan, il-ħaddiema speċjalizzati li jiġu permezz ta' servizzi ambulanti jikkontribwixxu għal zieda fl-għarfien u fil-ħiliet għal impriżi lokali. Dan l-għarfien u dawn il-ħiliet jistgħu jibqgħu fid-ditti anki wara li l-ħaddiem ambulanti jkun ħalla l-impriża, biex b'hekk dan iħalli effett permanenti fuq il-ħaddiema u fuq l-impriżi lokali.

(23)

Bir-regola ta' eżenzjoni, l-operaturi ekonomiċi attivi fiż-żona eliġibbli jitqiegħdu kollha fuq l-istess livell. L-impriżi lokali jistgħu jiksbu l-benefiċċji mill-kompetizzjoni f'termini ta' prezzijiet orħos ta' servizzi ambulanti.

(24)

L-impjegati li jkunu jinsabu fuq bażi temporanja fiż-żoni eliġibbli jagħtu l-kontribut tagħhom għall-ekonomija lokali meta jixtru prodotti u servizzi. Meta s-servizzi ambulanti jkunu marbuta ma' proġett temporanju, dan jimmanifesta ruħu bħala effett temporanju. Meta l-użu ta' servizzi ambulanti f'reġjuni ikun sostnut, l-effett ikun għat-tul.

(25)

Impriżi reġistrati f'żoni ċentrali u li jwettqu servizzi ambulanti f'żoni eliġibbli jistgħu jirreklutaw ħaddiema lokalment. Anki jekk dawn l-impjiegi jkunu min-natura tagħhom temporanju, dawn ikunu ta' kontribut għal żieda fil-pagi fiż-żoni eliġibbli, u dan jistimula l-attività ekonomika. L-awtoritajiet Norveġiżi ressqu l-argument li r-regola ta' eżenzjoni tnaqqas il-kosti lavorattivi u tagħti lill-ħaddiema vantaġġ fuq il-kapital fejn jistgħu jiġu sostituti. Dan huwa ta' kontribut għal żieda fl-impjiegi.

6.   Kummenti tal-partijiet interessati

6.1.   Kimek Offshore AS

(26)

Kimek Offshore AS (“Kimek”) hija kumpanija tas-servizzi fl-industrija taż-żejt u tal-gass. Hija parti mill-grupp Kimek. Kimek tinsab f'Kirkenes, fil-Kontea ta' Finnmark, li hija żona b'rata ta' żero fejn tidħol it-taxxa tas-sigurtà soċjali.

(27)

Barra milli kkummentat fuq id-deċiżjoni tal-Awtorità li tiftaħ investigazzjoni formali, Kimek ipprovdiet il-kummenti tagħha għall-kummenti mill-awtoritajiet Norveġiżi li huma miġbura fil-qosor hawn fuq.

(28)

Kimek hija tal-fehma li l-awtoritajiet Norveġiżi fil-biċċa l-kbira ma ppreżentawx dokumentazzjoni adwegwata fejn jidħol dan li ġej: li r-regola ta' eżenzjoni hija ta' kontribut għall-objettiv iddefinit b'mod ċar ta' interess komuni, li hemm il-ħtieġa ta' intervent mill-istat, li r-regola hija xierqa, li għandha effett ta' inċentiv, li hija proporzjonata, u li l-effetti negattivi indebiti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE se jiġu evitati.

(29)

Il-kompetituri ta' Kimek huma fil-biċċa l-kbira lokalizzati fiż-żoni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali. Kimek toġġezzjona għar-regola ta' eżenzjoni peress li din tippermetti lill-impriżi lokalizzati barra miż-żoni eliġibbli li jibbenefikaw mill-iskema ta' għajnuna meta huma jwettqu attivitajiet fi ħdan iż-żoni eliġibbli. Kimek ressqet l-argument li dawk l-impriżi ma jaffaċċjawx l-istss sfidi bħal dawk lokalizzati fi ħdan iż-żoni eliġibbli. Hija tiddikajra li r-regola ta' eżenzjoni mhix xierqa biex tikkumbatti t-tnaqqis fil-popolazzjoni u viex issaħħaħ ix-xejriet ta' residenza fiż-żoni eliġibbli. Għall-kuntrarju, ir-regola ta' eżenzjoni tagħmel il-ħsara lill-impriżi li jkunu jinsabu fiż-żoni eliġibbli.

(30)

Kimek ma taqbilx mal-idea tal-awtoritajiet Norveġiżi li r-regola ta' eżenzjoni tagħti lill-impriżi lokali aċċess, b'kosti anqas, għal ħaddiema speċjalizzati li altrimenti ma jkunux disponibbli. Kimek ressqet l-agument li ma ngħatatx prova ta' dan mill-awtoritajiet Norveġiżi, u lanqas ma tressqu provi xierqa.

(31)

Kimek ressqet l-argument li jeżisti r-riskju li r-regola ta' eżenzjoni se twassal biex l-aqwa elementi fost il-ħaddiema fiż-żoni eliġibbli jitilqu, peress li bħala individwi ma jkunux jistgħu isibu impjiegi lokalment.

(32)

Kimek tinnota li l-awtoritajiet Norveġiżi ma ressqux biżżejjed dokumentazzjoni li tipprova li l-impriżi li ma humiex irreġistrati lokalment jimpjegaw ħaddiema li jgħixu fiż-żona eliġibbli.

(33)

Barra minn dan, Kimek ressqet l-argument li ħaddiema ambulanti offshore ma jikkontribwux għall-ekonomija lokali b'mod sostanzjali. Huma jgħixu fuq ir-rig, iqattgħu l-biċċa l-kbira tal-ħin liberu tagħhom fuq ir-rig, u dejjem jieklu fuqu.

(34)

Għar-rigward tal-argument ippreżentat mill-awtoritajiet Norveġiżi li l-għarfien u l-ħiliet tal-ħaddiema ambulanti jibqgħu għand in-negozji lokali, Kimek ma tarax kif dan jista' jwassal għat-tnaqqis jew il-prevenzjoni tad-depopolazzjoni.

(35)

Kimek ippreżentat l-argument li l-awtoritajiet Norveġiżi ma ppreżentawx dokumentazzjoni biżżejjed li tipprova li ir-regola ta' eżenzjoni żżid il-kompetizzjoni. F'dan is-sens, Kimek tirreferi b'mod partikolari għal-liġi tax-xogħol tan-Norveġja li tippermetti li ħaddiema ta' kumpaniji li jibagħtu ħaddiema ambulanti jaħdmu xiftijiet ta' 12-il siegħa, filwaqt li impriżi bbażati lokalment huma limitati għal ġurnata ta' xogħol ta' tmien sighat. Dan huwa żvantaġġ sostanzjali għal impriżi bbażati lokalment.

6.2.   NHO Finnmark

(36)

NHO Finnmark hija l-uffiċċju reġjonali tal-Konfederazzjoni Norveġiża tal-Impriża Norveġiża. Hija tagħti s-sostenn tagħha għall-kummenti ta' Kimek, kif miġbura fil-qosor hawn isfel.

(37)

NHO Finnmark hija tal-fehma li l-għajnuna reġjonali għandha tingħata biss lil impriżi li jkunu lokalizzati f'żoni eliġibbli għall-għajnujna reġjonali. Impriżi rreġistrati barra miż-żoni eliġibbli ma jaffaċċjawx l-istess sfidi bħal impriżi stabbiliti fiż-żona eliġibbli. Ir-regola ta' eżenzjoni mhix xierqa biex tikkumbatti t-tnaqqis fil-popolazzjoni u ssaħħa ix-xejriet ta' residenza. Għall-kuntrarju, NHO Finnmark tiddikjara li r-regola ta' eżenzjoni tagħmel il-ħsara lill-impriżi li jkunu lokalizzati fiż-żoni eliġibbli.

(38)

Bħal Kimek, NHO Finnmark tisħaq li l-liġi tax-xogħol tan-Norveġja tagħti vantaġġ partikolari lil impriżi li ma jkunux reġistarti fiż-żona eliġibbli. NHO Finnmark tqis li l-ħaddiema ambulanti ma jikkontribwux għall-ekonomija lokali bl-istess mod bħall-ħaddiema li jirriżjedu f'dik iż-żona.

7.   Kummenti mill-awtoritajiet Norveġiżi dwar il-kummenti magħmula mill-partijiet interessati

(39)

Bi tweġiba għall-kummenti mill-partijiet interessati, l-awtoritajiet Norveġizi jinnutaw li hija r-regola ta' eżenzjoni, u mhux l-iskema ta' għajnuna bħala tali, li hija s-suġġett tal-investigazzjoni formali. L-awtoritajiet Norveġiżi jispjegaw li r-regola ta' eżenzjoni hija manifestazzjoni tal-prinċipju ġenerali li l-għajnuna reġjonali għandha tingħata lill-attivitajiet ekonomiċi li attwalment jitwettqu fiż-żoni ġeografiċi koperti mill-iskema.

(40)

L-awtoritajiet Norveġiżi jisħqu li la l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE u lanqas ir-RAG ma jirrekjedu li l-benefiċjarji tal-għajnuna reġjonali jiġu reġistrati fiż-żona eliġibbli għall-għajnuna reġjonali. L-awtoritajiet Norveġiżi jaqblu ma' Kimek li l-isfidi li jkollhom quddiemhom l-impriżi formalment reġistrati fiż-żoni eliġibbli jista' ma jkunux l-istess bħal dawk iffaċċjati minn kumpaniji formalment reġistrati barra minnhom, iżda li jwettqu servizzi ambulanti fi ħdan iż-żona eliġibbli. Madankollu, l-awtoritajiet Norveġiżi ma jaqblux mal-allegazzjoni ta' Kimek li l-impriżi rreġistrati barra miż-żona eliġibbli ma jaffaċċjawx l-istess sfidi meta jagħmlu xogħol fiż-żona eliġibbli. Il-kumpaniji jaffaċċjaw l-istess kundizzjonijiet ta' klima, l-istess distanza mis-sottokuntratturi. Barra minn dan, l-impriżi li jibagħtu ħaddiema ambulanti jaffaċċjaw spejjeż ulterjuri għat-trasport u l-akkomodazzjoni tal-persunal. L-awtoritajiet Norveġiżi jinnutaw li l-argumenti ta' Kimek huma meħuda mis-settur taż-żejt, il-parti tal-ekonomija li fija topera l-kumpanija. Huma ressqu l-argument li l-evalwazzjoni tal-kumpatibbiltà tal-għajnuna trid issir fuq livell aktar ġenerali, f'kunsiderazzjoni tal-ostakoli speċifiċi jew permamenti li jaffaċċjaw l-impriżi fi ħdan is-setturi relevanti kollha.

(41)

L-awtoritajiet Norveġiżi jissostanzjaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom dwar id-diffikultà li għandhom l-impriżi li jirreklutaw ħaddiema tas-sengħa fit-tliet kontej l-aktar lejn it-Tramuntana billi jirreferu għal rapport minn NAV Finnmark (21), l-Amministrazzjoni Norveġiża tax-Xoghol u l-Benefiċċji Soċjali fil-Kontea ta' Finnmark. Fil-kontej ta' Nordland u ta' Troms, 14 fil-mija tal-impriżi koperti mir-rapport iffaċċjaw problemi fir-reklutaġġ ta' ħaddiema minħabba nuqqas ta' ħaddiema kwalifikati. Fil-Kontea ta' Finnmark iċ-ċifra korrispondenti kienet ta' 11 fil-mija.

(42)

L-awtoritajiet Norveġiżi jisħqu li l-impriżi rreġistrati fi ħdan iż-żoni eliġibbli jistgħu jużaw ir-rata ta' kontribuzzjoni orħos tas-sigurtà soċjali għall-kosti kollha tagħhom marbuta mal-impjiegi (sakemm ma jwettqux servizzi ambulanti barra ż-żona eliġbbli), filwaqt li l-impriżi rreġistrati f'żona oħra li jwettqu servizzi ambulanti jistgħu jużaw ir-rata mnaqqsa biss jekk l-impjegat iqatta' nofs jew aktar tal-ġranet tax-xogħol tiegħu fiż-żona eliġibbli, u biss f'dak li għandu x'jaqsam mal-pagi mħallsa għax-xogħol li attwalment isir hemmhekk.

(43)

Sabiex jiġu sostanzjati l-effetti indirett tal-għajnuna reġjonali, l-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew referenzi għal żewġ studji dwar l-effetti tal-attivitajiet taż-żejt fit-Tramuntana tan-Norveġja (22). Skont l-ewwel studju tal-proġett taż-żejt ta' Snøhvit f'Finnmark, l-effett dirett fuq l-impjiegi kien ta' 230 snin xogħol ta' ħaddiem wieħed, filwaqt li l-effett indirett kien ta' 170 sena ulterjuri. L-awtoritajiet Norveġiżi jinnutaw li dawn huma l-effetti tal-proġett bħala tali u mhux riżultat dirett ta' xi miżura speċifika. It-tieni studju juri li l-effett indirett maġġuri mis-settur taż-żejt iseħħ fis-settur ittikkettjat bħala “servizzi privati”, li jikkomprendi: Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi, il-forniment ta' persunal, il-kiri ta' makkinarju u tagħmir ta' trasport, servizzi legali u ta' kontabbiltà, attivitajiet arkitettoniċi, servizzi ta' lukandi u ta' ristoranti, drenaġġ u maniġġjar tal-iskart.

(44)

L-awtoritajiet Norveġiżi qajmu dubju dwar kemm hi relevanti l-leġiżlazzjoni tax-xogħol Norveġiża fl-evalwazzjoni tar-regola ta' eżenzjoni. F'kull każ, huma jinnutaw li l-bażi ġuridika għal devjazzjoni mil-limitazzjoni tat-tmien sigħat, li ssir referenza għaliha mill-ilmentatur, hija miftuħa għal kull impriża, tkun fejn tkun il-lokazzjoni ġeografika tal-ħaddiema u ta' min jimpjegah, iżda kundizzjonata minn ftehim ta' tariffa.

II.   VALUTAZZJONI

1.   Il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat

(45)

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE jaqra kif ġej: “Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan il-Ftehim, kull għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li twassal biex ixxekkel jew thedded li xxekkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti, safejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli mal-funzjonament ta' dan il-Ftehim.”

(46)

Dan jimplika li miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati kumulattivament: il-miżura (i) tingħata mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat; (ii) tagħti vantaġġ ekonomiku selettiv lill-benefiċjarju; (Iii) ikun hemm il-possibbiltà li taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti u li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(47)

Fid-Deċiżjoni Nru 225/14/COL, l-Awtorità kkonkludiet li l-iskema dwar kontribuzzjonijiet differenzjati tas-sigurtà soċjali 2014–2020 tikkostitwixxi skema ta' għajnuna. L-Awtorità tirreferi għar-raġjunament tagħha fil-paragrafi 68–74 ta' dik id-deċiżjoni. Ir-regola ta' eżenzjoni għal servizzi ambulanti hija parti mid-dispożizzjonijiet li hemm ipprovdut għalihom f'dik l-iskema ta' għajnuna. Hija żżid l-ambitu tal-iskema fis-sens li twessa' ċ-ċirku ta' benefiċjarji potenzjali lejn impriżi li ma humiex reġistrati fiż-żoni eliġibbli. Bħal fil-każ ta' għajnuna oħra mogħtija taħt l-iskema, bl-estensjoni tal-iskema lejn l-impriżi li jkunu rreġistrati 'l barra miż-żoni eliġibbli jiġri li r-riżorsi tal-istat ikunu qegħdin jikkonferixxu vantaġġi selettivi fuq impriżi. Dawn il-vantaġġi jista' jkun li jaffettwaw il-kummerċ u joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni.

2.   Rekwiżiti proċedurali

(48)

Skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3: “L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tkun mgħarrfa, fi żmien biżżejjed li jippermettilha tressaq il-kummenti tagħha, bi kwalunkwe pjanijiet għall-għoti jew tibdil fl-għajnuna. …. L-Istat konċernat m'għandux iqiegħed il-miżuri proposti tiegħu fis-seħħ qabel ma din il-proċedura tirriżulta f'deċiżjoni finali.”

(49)

L-awtoritajiet Norveġiżi implimentaw ir-regola ta' eżenzjoni mill-1 ta' Lulju 2014, wara li l-Awtorità approvatha permezz tad-Deċiżjoni Nru 225/14/COL. Bl-annullament tal-approvazzjoni tal-Awtorità tar-regola mill-Qorti tal-EFTA, l-għajnuna ma baqgħetx skont il-liġi. L-awtoritajiet Norveġiżi ssospendew ir-regola ta' eżenzjoni taħt skrutinju mill-1 ta' Jannar 2016, sakemm irid magħruf ir-riżultati tal-proċedura ta' investigazzjoni formali.

3.   Il-kompatibbiltà tal-għajnuna

(50)

L-Awtorità trid tevalwa jekk ir-regola ta' eżenzjoni hix kumpatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE abbażi tal-Artikolu 61(3)(c) konformi mar-RAG.

(51)

Ir-regola ta' eżenzjoni għal servizzi ambulanti tintitola lill-impriżi li ma jkunux reġistrati fiż-żona eliġibbli li jibbenefikaw minn spejjeż imnaqqsa ta' servizzi soċjali meta, u sa dak il-punt, li huma jwettqu attivitajiet ekonomiċi fiż-żona reġistrata. La l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE u lanqas ir-RAG (u lanqas ir-regoli ta' għajnuna reġjonali fil-GBER (23)) ma jirrekjedu li l-benefiċjarji ta' għajnuna reġjonali jkunu reġistrati fiż-żoni assistiti.

(52)

L-għajnuna reġjonali tista' tkun effettiva fil-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku ta' żoni żvantaġġati biss jekk tingħata sabiex tħajjar investiment jew attività ekonomika addizzjonali f'dawk iż-żoni (24) Ir-RAG jippermetti kemm għajnuna għall-investiment reġjonali kif ukoll għajnuna operattiva reġjonali. L-għajnuna ta' investiment reġjonali għandha twassal għal investimenti fiż-żoni koperti mill-mappa tal-għajnuna reġjonali Norveġiża, kif approvata mill-Awtorità. (25). Il-lenti li minnha tiġi eżaminata l-għajnuna reġjonali operattiva għandha ffukata ftit differenti. L-għajnuna operattiva reġjonali tista' taqa' biss taħt l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE jekk tiġi mogħtija sabiex jiġu affaċċjati ostakoli speċifiċi jew permanenti minn entitajiet li jwettqu attivitajiet ekonomiċi f'reġjuni żvantaġġati (26). F'dan il-kuntest fil-paragrafu 16 tar-RAG hemm dan li ġej: “Għajnuna operattiva tista' titqies kumpatibbli jekk ikollha l-għan (…) li ma jkunx hemm, jew li titnaqqas, id-depopolazzjoni f'żoni li jkollhom popolazzjoni żgħira ħafna” (Oriġinali bl-Ingliż biss).

(53)

M'hemm l-ebda dubju li l-ambitu ġeografiku tal-iskema bħala tali huwa ristrett għal reġjuni żvantaġġati. L-ambitu ta' din id-Deċiżjoni huwa limitat għar-regola ta' eżenzjoni. Il-kwistjoni hija dwar jekk dik ir-regola, li tħalli lill-impriżi rreġistrati barra r-reġjuni koperti mill-iskema jibbenefikaw minn għajnuna taħt l-iskema, sal-punt fejn huma jwettqu attivitajiet ekonomiċi fir-reġjuni żvantaġġati, hijiex kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(54)

L-Awtorità taqbel mal-awtoritajiet Norveġiżi li r-regola ma tistax tiġi evalwata indipendentement mill-iskema ta' kontribuzzjonijiet differenzjati tas-sigurtà 2014–2020 li lilha tappartjeni. F'dan ir-rigward, l-Awtorità tirreferi għall-evalwazzjoni li kienet għamlet hi dwar dik l-iskema fid-Deċiżjoni Nru 225/14/COL, fejn hija kkonkludiet li l-iskema hija kumpatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE abbażi tal-Artikolu 61(3)(c) tiegħu. F'dik id-deċiżjoni, l-Awtorità kkostatat li l-iskema bħala tali tikkontribwixxi għall-objettiv, iddefinit sew, tal-interess komuni (27), li teżisti l-ħtieġa għal intervent mill-istat (28), li hija xierqa (29), li għandha effett ta' inċentiv (30), li hija proporzjonata (31), u li huma evitati effetti negattivi mhux dovuti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn Stati taż-ZEE (32). Dawn il-prinċipji ta' evalwazzjoni ġenerali japplikaw għal skemi ta' għajnuna bħala tali. L-Awtorità ma' tissuġġettax ir-regoli individwali li jiffurmaw parti minn xi skema għal evalwazzjoni separata abbażi ta' dawn il-prinċipji ġenerali ta' evalwazzjoni.

(55)

Il-fatt li l-Qorti tal-EFTA kkonkludiet li r-regola ta' eżenzjoni tista' tiġi mifruda mill-bqija tal-iskema (33), ma jfissirx li r-regola nnifisha għandha tiġi evalwata indipendentement mill-iskema. Il-kwistjoni tal-possibbiltà ta' din is-separazzjoni hija l-kwistjoni ta' jekk element fi skema hux tant intrinsikament marbut mal-iskema b'tali mod li ma jkunx loġikament possibbli li jiġi separat mill-iskema. Għalkemm ir-regola ta' eżenzjoni tista' tiġi loġikament separata mill-iskema tal-kontribuzzjonijiet differenzjati tas-sigurtà soċjali 2014–2020 fis-sens li hija tista' tinħareġ 'il barra mill-iskema mingħajr ma jkun qiegħed jinċaħdilha element fundamentali neċessarju biex hija tkun tista' teżisti bħala skema, l-Awtorità hija obbligata li tagħmel analiżi tal-kumpatibbiltà tar-regola ta' eżenzjoni billi tieħu f'kunsiderazzjoni li hija tifforma parti minn skema ġenerali ta' għajnuna.

(56)

Din l-iskema ġenerali ta' għajnuna hija parti ċentrali mill-kuntest li fih topera r-regola ta' eżenzjoni. Tabilħaqq, ir-regola ta' eżenzjoni teżiti biss bħala eżenzjoni għar-regoli taħt l-iskema ġenerali (34). B'estensjoni, għalhekk, l-Awtorità trid ukoll tieħu f'kunsiderazzjoni li (ħlief għar-regola ta' eżenzjoni), din l-iskema ġenerali kienet iddikjarata b'mod validu bħala kumpatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE.

(57)

L-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew ħarsa kumplessiva tal-effetti finanzjarji tar-regola ta' eżenzjoni (ara l-paragrafu 20 u t-tabella hawn fuq).

(58)

Ir-regola ta' eżenzjoni, bħall-iskema li hija tagħmel parti minnha, għandha objettiv reġjonali. L-għan tagħha hu li tistimula l-opportunitajiet ta' impjieg fiż-żoni eliġibbli. L-istimolu għall-opportunitajiet ta' xogħol, madankollu, huwa sempliċement għodda sabiex jinkiseb l-objettiv tal-għajnuna, li hu dak li titnaqqas, jew li ma jkunx hemm, depopolazzjoni. Huwa essenzjali li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-effetti ekonomiċi usa' tal-miżura meta ssir evalwazzjoni tal-kumpatibbiltà tal-għajnuna.

(59)

L-Awtorità hija tal-fehma li l-awtoritajiet Norveġiżi diġà wrew li hemm il-ħtieġa ta' intervent mill-Istat sabiex jitħajru attivitajiet ekonomiċi fiż-żoni eliġibbli. Din il-ħtieġa tapplika b'mod indaqs għall-impriżi kollha li jwettqu attivitajiet ekonomiċi fiż-żoni eliġibbli, sew jekk ikunu reġistrati hemm u sew jekk le. Barra minn hekk, is-sottomissjonijiet tal-awtoritajiet Norveġiżi taw prova biżżejjed li s-sussidjar ta' servizzi ambulanti jistimula l-attività ekonomika fiż-żoni eliġibbli. Dan huwa konformi mal-paragrafi 6 u 71 tar-RAG, li jirreferu għal għajnuna li tħajjar attività ekonomika. Kimek u NHO Finnmark huma tal-fehma li l-għajnuna għandha tkun limitata għal dawk il-kumpaniji li jkunu rreġistrati fiż-żoni eliġibbli. L-Awtorità, min-naħa l-oħra, hija tal-fehma li l-impriżi li jipprovdu s-servizzi ambulanti jaffaċċjaw l-istess sfidi (il-klima, id-distanza mis-sottokuntratturi), bħal dawk li jkollhom jaffaċċjaw impriżi reġistrati lokalment. F'dan ir-rigward, l-Awtorità tinnota li l-partijiet interessati, Kimek u NHO Finnmark, ma rriferewx għal xi sfidi speċifiċi li jagħmlu aktar diffiċli l-operat għall-impriżi rreġistrati lokalment, kuntrarju għall-impriżi li jipprovdu servizzi ambulanti meta jwettqu l-attivitajiet tagħhom fiż-żoni eliġibbli.

(60)

Min-naħa l-oħra, l-Awtorità hija tal-fehma li l-awtoritajiet Norveġiżi ma ppreżentawx dokumentazzjoni biżżejjed li turi li l-impriżi li jipprovdu servizzi ambulanti jirreklutaw ħaddiema lokalment u permanentement fiż-żoni eliġibbli. L-awtoritajiet Norveġiżi ma pprovdewx teoriji ekonomiċi jew kunsiderazzjonijiet ġenerali li jissostanzjaw id-dikjarazzjoni li l-ħaddiema jiġu reklutati b'mod permanenti. Fid-dawl ta' dan, l-Awtorità tikkostata li l-awtoritajiet Norveġiżi ma urewx biċ-ċar li r-regola ta' eżenzjoni twassal għall-ħolqien ta' impjiegi permanenti fiż-żoni eliġibbli. Madankolllu, dan mhux rekwiżit assolut għall-kumpatibbiltà tal-għajnuna reġjonali (35). Kif ġie nnutat aktar 'l fuq, l-għajnuna reġjonali għandha tingħata sabiex titħajjar l-attività ekonomika. Dan japplika kemm jekk l-impriża li twettaq l-attività ekonomika tkunx reġistrata fiż-żona relevanti, u kemm jekk le.

(61)

Fejn jidħlu l-effetti aktar indiretti tar-regola ta' eżenzjoni, l-awtoritajiet Norveġiżi jressqu l-argument li l-effetti indiretti ma jiġux biss fil-forma ta' aktar infieq fuq prodotti u servizzi mill-ħaddiema ambulanti, iżda wkoll fil-forma ta' għarfien u ħiliet trasferiti lil ditti lokali. L-iskema mhix imfassla għal xi settur speċifiku wieħed, iżda pjuttost tkopri il-biċċa l-kbira tas-setturi ekonomiċi Norveġiżi (36). Minħabba n-natura wiesgħa tal-iskema l-Awtorità taqbel mal-awtoritajiet Norveġiżi li għandha tittieħed veduta wiesgħa meta ssir l-evalwazzjoni tal-effetti indiretti tal-iskema. Madankollu, ikun utli li jiġu studjati s-setturi individwali sabiex jiġu eżaminati l-effetti attwali tar-regola ta' eżenzjoni. L-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew studji fi sforz biex jissostanzjaw l-argument li s-servizzi ambulanti jagħti lok għal effetti indiretti pożittivi fiż-żoni eliġibbli. Kif ġie osservat aktar 'l fuq, l-awtoritajiet Norveġiżi pprovdew referenzi għal żewġ studji fuq l-effetti tal-attivitajiet tal-industrijal taż-żejt fin-Norveġja ta' fuq. Skont l-ewwel studju tal-proġett taż-żejt ta' Snøhvit f'Finnmark, l-effett dirett fuq l-impjiegi kien l-ekwivalenti ta' 230 sena' xogħol ta' ħaddiem, filwaqt li l-effett indirett kienu ulterjorment 170 sena xogħol ta' ħaddiem. It-tieni studju juri li l-effett indirett kbir mis-settur taż-żejt iseħħ fis-settur imsejjaħ “servizzi privati”, li jikkomprendi: attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi, il-forniment ta' persunal, il-kiri ta' makkinarju u tagħmir ta' trasport, servizzi legali u ta' kontabbiltà, attivitajiet arkitettoniċi, servizzi ta' lukandi u ta' ristoranti, drenaġġ u maniġġjar tal-iskart.

(62)

Hija l-fehma tal-Awtorità li dawk l-istudji juru li jeżistu effetti pożittivi indiretti konsiderevoli. Madankollu, peress li l-effetti indiretti ma jistgħux jiġu faċilment iżolati, iridu jingħata piż konsiderevoli għal kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar l-effetti ta' miżura bħal dik li qiegħda tiġi kkunsidrata. L-Awtorità hija konvinta li s-sussidjar ta' servizzi ambulanti jikkontrobwixxi għall-bejgħ ta' prodotti u servizzi lokali u b'hekk jikkontribwixxi għall-ekonomija lokali. Dan japplika b'mod partikolari għall-impjegati li jivvjaġġaw lejn iż-żona, speċjalment għal perjodu qasir jew medju, peress li dawn x'aktarx li jkunu joqogħdu f'lukandi, jieklu f'restoranti, eċċ. Fid-dawl ta' dan, l-Awtorità hija konvinta li r-regola ta' eżenzjoni tipprovdi effetti indiretti pożittivi sostanzjali li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni jew it-tnaqqis tad-depopolazzjoni f'żoni b'popolazzjoni baxxa ħafna.

(63)

Kimek ressqet l-argument li ħaddiema ambulanti offshore ma jikkontribwux għall-ekonomija lokali b'mod sostanzjali. Huma jgħixu fuq ir-rig, iqattgħu l-biċċa l-kbira tal-ħin liberu tagħhom fuq ir-rig, u dejjem jieklu fuqu. L-Awtorità tinnota li ċerti ħaddiema se jikkontribwixxu anqas lejn l-effetti indiretti tar-regola ta' eżenzjoni minħabba n-natura tas-sitwazzjoni tax-xogħol partikolari tagħhom. Madankollu, ir-regola ta' eżenzjoni mhix limitata għal ċertu settur, iżda pjuttost hija regola orizzontali li tapplika madwar is-setturi kollha.

(64)

Persuna li tipprovdi servizzi ambulanti li jkunu jirrekjedu ċertu livell ta' għarfiien u ħiliet tkun f'pożizzjoni li tittrasferixxi dak l-għarfien u dawk il-ħiliet lil impriżi lokali. L-Awtorità tinnota li Kimek ikkummentat li hija ma tarax kif l-għarfien u l-ħiliet li jiġu trasferiti mill-impjegati li jkunu qegħdin jipprovdu servizzi ambulanti lill-impriżi li jkunu lokalizzati fiż-żoni eliġibbli jistgħu jwaqqfu jew inaqqsu d-depopolazzjoni. Il-veduta tal-Awtorità hija li l-għarfien u l-ħiliet huma neċesarji għall-operat ta' ħafna attivitajiet ekonomiċi u għalhekk importanti sabiex jinżamm il-livell ta' mpjieg fiż-żoni eliġibbli. B'mod partikolari, l-impriżi lokali li jipparteċipaw fi proġetti komuni mal-impriżi li jkunu qegħdin jipprovdu servizzi amblanti (bħal ma huma proġetti kbar ta' kostruzzjoni) huma fil-pożizzjoni li jakkwistaw l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza fix-xogħol meħtieġ minn dan it-tip ta' proġetti. L-impriżi rreġistrati lokalment imbagħad ikunu jistgħu jżommu għandhom dawn il-benefiċċji. Barra minn dan, l-impriżi reġistrati lokalment jistgħu jibbenefikaw minn għarfien u ħiliet miksuba mir-reklutaġġ jew mill-ħidma ma' impriżi li jipprovdu servizzi ambulanti (bħal ma huma servizzi ta' konsulenza jew xi xogħol ieħor speċjalizzat), sal-punt li dawn l-attivitajiet ikunu jistgħu jiġu klassifikati bħala “ambulanti” skont il-liġi Norveġiża. L-Awtorità taqbel mal-awtoritajiet Norveġiżi li t-trasferiment tal-għarfien u l-ħiliet lejn negozji rreġistrati lokalment mill-ħaddiema ambulanti jista' jkun fattur importanti fis-sostenn tal-impjiegi għal ħaddiema ta' sengħa fiż-żoni eliġibbli u b'hekk ikun ta' kontribut sostanzjali għall-prevenzjoni jew it-tnaqqis tad-depopolazzjoni f'dawk iż-żoni.

(65)

Barra mit-trasferimenti ta' għarfien u ħiliet, l-impriżi lokali jkun jista' jkollhom aċċess, b'kosti aktar baxxi, għal ħaddiema speċjalizzati li altrimenti ma jkunux disponibbli. Dan ikun ta' benefiċċju għall-impriżi lokali peress li l-ispejjeż aktar baxxi tas-servizzi ambulanti jagħmluha aktar attraenti u aktar profitabbli li wieħed ikollu negozju fiż-żona eliġibbli. Barra minn dan, ir-regola ta' eżenzjoni tpoġġi fl-istess keffa lill-operaturi ekonomiċi kollha attivi fiż-żona eliġibbli fejn jidħlu l-kosti tas-sigurtà soċjali tagħhom għall-perjodu kollu tal-attività tagħhom f'dik iż-żona.

(66)

Fi ftit kliem, l-Awtorità hija tal-fehma li l-awtoritajiet Norveġiżi ġġustifikaw b'mod adegwat li s-sussidji għas-servizzi ambulanti jikkontribwixxu għal effetti indiretti pożittivi fil-forma ta' aktar infieq fuq prodotti u servizzi fiż-żoni eliġibbli, li imbagħad ikun ta' benefiċċju għas-swieq tax-xogħol fiż-żoni eliġibbli. Barra minn dan, l-Awtorità hija konvinta li s-sussidji għas-servizzi ambulanti jikkontribwixxu għall-forniment ta' ħaddiema speċjalizzati b'kosti aktar baxxi u għat-trasferiment tal-għarfien u l-ħiliet lejn impriżi stabbiliti lokalment, li huwa vitali għall-kontinwazzjoni tal-operat ta' ħafna attivitajiet ekonomiċi fiż-żoni eliġibbli. Bħala konsegwenza, ir-regola ta' eżenzjoni tikkontribwixxi għall-prevenzjoni jew it-tnaqqis tad-depopolazzjoni f'żoni fejn hemm popolazzjoni baxxa ħafna.

(67)

F'termini ta' effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ tar-regola ta' eżenzjoni, l-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li r-regola ta' eżenzjoni toħloq kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi kollha attivi f'żoni żvantaġġati billi din tapplika ugwalment għal kull impriża bbażata fiż-ŻEE. Il-kumpaniji rreġistrati barra min-Norveġja li jibagħtu lill-impjegati tagħhom lejn iż-żoni eliġibbli u li jkunu suġġett għat-taxxi tas-sigurtà soċjali Norveġiżi jibbenefikaw mir-regola ta' eżenzjoni jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet relevanti. Fin-nuqqas tar-regola ta' eżenzjoni, dawk il-kumpaniji jkunu obbligati li jkollhom preżenza rreġistrata fiż-żona relevanti sabiex ikunu suġġetti għall-istess regoli ta' tassazzjoni bħall-kontraparti Norveġiżi tagħhom reġistrati lokalment. Dan ikun joħloq ostakolu għad-dħul fis-suq, li jkun kuntrarju għal-loġika tal-paragrafu 134 tar-RAG, li jistqarr li: “Jekk l-għajnuna tkun neċessarja u proporzjonali għall-kisba tal-objettiv komuni (…), l-effetti negattivi tal-għajnuna x'aktarx li jiġu kkumpensati minn effetti pożittivi. Madankollu, f'ċerti każijiet, l-għajnuna tista' twassal għal bidliet fl-istruttura tas-suq jew fil-karatteristiċi ta' xi settur jew industrija li jistgħu jwasslu għal distorsjoni sinifikanti fil-kompetizzjoni minħabba ostakli għad-dħul fis-suq jew għall-ħruġ minnu, effetti ta' sostituzzjoni jew spostament ta' flussi ta' kummerċ. F'dawk il-każijiet, l-effetti negattivi individwali x'aktarx li ma jkunu kkumpensati mill-ebda effetti pożittiv.” Fid-dawl ta' dan, l-Awtorità hija tal-fehma li r-regola ta' eżenzjoni tiżgura li jiġu evitati effetti negattivi mhux dovuti fuq il-kompetizzjoni u l-aċċess għas-suq. Jeżisti fattur pożittiv fid-dawl tal-paragrafu 3 tar-RAG, li jiddikjara li l-evalwazzjoni tal-għajnuna reġjonali tibbilanċja l-ħtieġa ta' sussidji għall-iżvilupp reġjonali filwaqt li jiġi żgurat livell ekwu għall-partijiet kollha bejn l-Istati taż-ŻEE. Kif ġie nnutat aktar 'l fuq, l-Awtorità mhix konvinta b'dak li allegat Kimek li l-impriżi rreġistrati fi ħdan iż-żona eliġibbli jaffaċċjaw aktar diffikultajiet permanenti minn dawk l-impriżi li jibagħtu lill-impjegati tagħhom jaħdmu fiż-żona fuq bażi mhux permanenti. Għall-kuntrarju, l-impriżi rreġistrati barra miż-żona eliġibbli jista' jkollhom żvantaġġ kompetittiv paragunati mad-ditti lokali minħabba, fost affarijiet oħra, il-kosti tat-trasportazzjoni u l-akkomodazzjoni tal-persunal.

(68)

L-impriżi li jwettqu servizzi ambulanti jistgħu sa ċertu punt jirreġistraw subunitajiet fiż-żona eliġibbli. Kieku ma kinitx teżisti r-regola ta' eżenzjoni għal servizzi ambulanti fiż-żona eliġibbli, ikun hemm differenza fit-trattament skont jekk l-impriża li tipprovdi s-servizz tkunx stabbiliet sottounità fiż-żona eliġibbli. Jeżisti l-periklu li dan ikun jista' jaffettwa impriżi rreġistrati barra l-pajjiż b'mod aktar qawwi minn impriżi rreġistrati fin-Norveġja. Wieħed jista' jissoponi li impriżi mhux reġistrati fin-Norveġja, speċjalment SMEs, ikollhom għarfien anqas dettaljat tal-partikolaritajiet tar-regoli Norveġiżi fejn tidħol ir-reġistrazzjoni tal-impriżi u tal-effetti tagħhom fuq ir-rati tas-sigurtà soċjali. Fid-dawl ta' dan, hija l-veduta tal-Awtorità li r-regola ta' eżenzjoni tiżgura li jiġu evitati effetti negattivi mhux dovuti (il-ħolqien ta' ostakoli għad-dħul fis-suq u l-ispostament ta' flussi ta' kummerċ) fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE, li huwa konformi mal-paragrafu 134 tar-RAG.

(69)

Abbażi tal-aħħar serje ta' kummenti mill-awtoritajiet Norveġiżi, jidher li ma hemm l-ebda differenza mhux ġġustifikata fit-trattament, taħt il-liġi tax-xogħol Norveġiża, ta' impriżi li jipprovdu servizzi ambulanti u impriżi rreġistrati lokalment kif allegat mill-partijiet interessati. Għaldaqstant, l-Awtorità mhux se tkompli tikkunsidra dan l-argument.

(70)

Fid-dawl ta' dan kollu, l-Awtorità tikkonkludi li r-regola ta' eżenzjoni hija kumpatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE abbażi tal-Artikolu 61(3)(c).

4.   Konklużjoni

(71)

Kif imfisser hawn fuq, l-Awtorità tikkonkludi li r-regola ta' eżenzjoni għal servizzi ambulanti taħt l-iskema ta' kontribuzzjonijiet differenzjati tas-sigurtà soċjali 2014–2020 hija kumpatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE. Ir-regola hija għalhek awtorizzata bħala parti minn dik l-iskema sakemm tiskadi l-approvazzjoni tal-Awtorità ta' dik l-iskema fil-31 ta' Diċembru 2020.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-regola ta' eżenzjoni għal servizzi ambulanti taħt l-iskema dwar kontribuzzjonijiet differenzjati tas-sigurtà soċjali 2014–2020 hija kumpatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE, skont l-Artikolu 61(3)(c) tiegħu. L-investigazzjoni formali hija b'dan magħluqa.

Artikolu 2

L-implimentazzjoni tal-miżura hija għaldaqstant awtorizzata.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Norveġja.

Artikolu 4

Il-verżjoni bil-lingwa Ingliża biss ta' din id-deċiżjoni hija awtentika.

Magħmul fi Brussel fil-31 ta' Mejju 2017.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Sven Erik SVEDMAN

Il-President

Frank J. BÜCHEL

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Id-Dokumenti Nru 702438-702440, 702442 u 702443.

(2)  Ara d-Deċiżjoni Nru 225/14/COL (ĠU C 344, 2.10.2014, p. 14, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 55, 2.10.2014, p. 4) fil-paragrafu 2.

(3)  Il-Kawża E-23/14 Kimek Offshore AS v l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA [2015] EFTA Ct. Rep. p. 412.

(4)  Dokument Nru 776348.

(5)  Dokumenti Nru 779603 u 779604.

(6)  Dokument No 787605.

(7)  ĠU C 263, 30.6.2016, p. 21, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 36, 30.6.2016, p. 7.

(8)  Dokument No 804442.

(9)  Dokument No 811491.

(10)  Dokument No 813803.

(11)  Dokument No 816653.

(12)  LOV-1997-02-28-19.

(13)  Għal aktar dettalji dwar l-iskema ta' għajnuna, ara d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 225/14/COL.

(14)  L-Att dwar ir-Reġistru ta' Koordinazzjoni għal Entitajiet Legali (LOV-1994-06-03-15).

(15)  Il-Kawża E-23/14 Kimek Offshore AS v l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA [2015] EFTA Ct. Rep. p. 412, il-paragrafu 116.

(16)  ĠU L 166, 5.6.2014, p. 44 u s-Suppliment ŻEE Nru 33, 5.6.2014, p. 1.

(17)  Ara l-Ordni tal-Qorti tal-EFTA tat-23.11.2015 fil-Kawża E-23/14 INT Kimek Offshore AS v l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA [2015] EFTA Ct. Rep. p. 666.

(18)  Il-kummenti li kienu ppreżentati preċedentement mill-awtoritajiet Norveġiżi huma miġbura fil-qosor fid-deċiżjoni ta' ftuħ tal-investigazzjoni formali, id-Deċiżjoni Nru 489/15/COL, fil-paragrafi 15-21.

(19)  Ara d-Deċiżjoni Nru 225/14/COL, fil-paragrafu 49.

(20)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1), inkorporat fil-Ftehim ŻEE fl-Anness XV 1ea.

(21)  NAV Finnmark Bedriftsundersøkelse 2016, Notat 1 2016, disponibbli hawnhekk: https://www.nav.no/no/Lokalt/Finnmark/Statistikk+og+presse/bedriftsunders%C3%B8kelse--378352

(22)  Snøhvit og andre eventyr min NHO, disponibbli hawn: http://www.aksjonsprogrammet.no/vedlegg/Snohvit_12des.pdf and Ringvirkninger av petroleumsnæringen i norsk økonomi minn Statistics Norway, disponibbli hawn: https://www.ssb.no/nasjonalregnskap-og-konjunkturer/artikler-og-publikasjoner/_attachment/218398?_ts=14b82bba2f0

(23)  Ir-Regolament Għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (“GBER”): Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1), inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE fl-Anness XV 1j. L-emendi għar-regoli tal-għajnuna reġjonali approvati fil-prinċipju mill-Kummissjoni Ewropea fis-17 ta' Mejju 2017 ma jibdlu xejn minn dan. L-Artikolu 15(3)(a) tar-Regolament Emendatorju jippermetti li jkun hemm għajnuna operattiva reġjoanli meta “l-benefiċjarju jkollhom l-attività ekonomika tagħhom” f'żoni b'popolazzjoni baxxa ħafna. Ir-Regolament Emendatorju jinsab hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:32017R1084

(24)  Paragrafu 6 tar-RAG.

(25)  Ara d-Deċiżjoni Nru 91/14/COL (ĠU L 172, 12.6.2014, p. 52).

(26)  Paragrafu 16 tar-RAG.

(27)  Ara d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 225/14/COL, fil-paragrafi 85-91.

(28)  Ara d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 225/14/COL, fil-paragrafi 92-99.

(29)  Ara d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 225/14/COL, fil-paragrafi 100-107.

(30)  Ara d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 225/14/COL, fil-paragrafi 108-112.

(31)  Ara d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 225/14/COL, fil-paragrafi 113-117.

(32)  Ara d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 225/14/COL, fil-paragrafi 118-121.

(33)  Is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA fil-Kawża E-23/14 Kimek Offshore AS v l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA [2015] EFTA Ct. Rep. p. 412, il-paragrafu 58.

(34)  F'dan ir-rigward, l-Awtorità tinnota li l-attivitajiet li jistgħu potenzjalment jibbenefikaw mir-regola ta' eżenzjoni huma limitati fil-liġi Norveġiża għar-reġistrazzjoni ta' attivitajiet ta' negozju (ara l-paragrafi 11 u 12 hawn fuq).

(35)  L-għan tal-għajnuna reġjonali huwa dak li tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta' ċerti żoni żvantaġġjati (paragrafu 1 tar-RAG). Dan isir billi titħajjar l-attività ekonomika f'dawk iż-żoni (il-paragrafu 6 tar-RAG). L-istimolu tal-impjieg permanenti huwa mod wieħed ta' kif jista' jinkiseb dan, iżda mhix l-unika soluzzjoni.

(36)  Ara d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 225/14/COL, fil-paragrafi 11-16.