ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 98

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
18 ta' April 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/581 tas-16 ta' April 2018 li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċertu tip ta' prodotti maħsuba li jiġu inkorporati jew użati f'inġenji tal-ajru, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1147/2002

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/582 tat-12 ta' April 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1352/2013 li jistabbilixxi l-formoli previsti fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/583 tas-16 ta' April 2018 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Lough Neah Pollan (DOP))

17

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/584 tas-17 ta' April 2018 li japprova emenda fl-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta (Graves (DOP))

18

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/585 tat-12 ta' April 2018 li taħtar membru, propost mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/586 tat-12 ta' April 2018 li taħtar membru, propost mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/587 tat-12 ta' April 2018 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

21

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/581

tas-16 ta' April 2018

li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċertu tip ta' prodotti maħsuba li jiġu inkorporati jew użati f'inġenji tal-ajru, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1147/2002

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1147/2002 (1), id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni ġew sospiżi b'mod temporanju għal ċerti partijiet, komponenti u oġġetti oħra tat-tip maħsuba li jiġu inkorporati fl-inġenji tal-ajru ċivili jew użati għalihom, meta jkunu importati b'ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà. Dak ir-Regolament issimplifika l-proċeduri doganali għall-importazzjonijiet ħielsa mid-dazju tal-partijiet, il-komponenti u oġġetti oħra użati għall-manifattura, it-tiswija, il-manutenzjoni, il-bini mill-ġdid, il-modifika jew il-konverżjoni tal-inġenji tal-ajru. Madankollu, minħabba l-iżviluppi leġislattivi u tekniċi estensivi li seħħew mis-sena 2002 'l hawn, u fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1147/2002 jiġi sostitwit.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet mingħand l-Istati Membri, is-sospensjoni temporanja introdotta permezz tar-Regolament (KE) Nru 1147/2002 tibqa' meħtieġa sabiex jittaffa l-piż amministrattiv kemm fuq l-operaturi ekonomiċi fis-settur tal-inġenji tal-ajru kif ukoll fuq l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, billi l-importazzjonijiet taħt proċeduri speċjali b'superviżjoni doganali bħal dawk tal-użu finali, l-ipproċessar attiv jew il-ħażna doganali jkunu ta' piż. Għalhekk is-sospensjoni temporanja jenħtieġ li tkompli.

(3)

Minħabba l-fatt li l-prezzijiet għall-partijiet u l-komponenti użati fis-settur tal-inġenji tal-ajru huma normalment ħafna ogħla mill-prezzijiet għal oġġetti simili użati għal skopijiet oħra, ir-riskju li l-oġġetti ħielsa mid-dazju importati jintużaw f'setturi industrijali oħra u, b'hekk ir-riskju ta' abbuż tas-sospensjoni temporanja, huwa żgħir ħafna.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (2) jipprevedi li sabiex parti tkun eliġibbli għall-installazzjoni fi prodott li għandu ċ-ċertifikat tat-tip, hija trid tkun akkumpanjata minn ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA) maħruġ minn parti awtorizzata mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni fl-Unjoni. Għaldaqstant, is-sospensjoni tad-dazji doganali jenħtieġ li tkun tiddependi fuq id-disponibbiltà ta' ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat jew, fil-każ ta' tiswija jew manutenzjoni ta' oġġetti li jkunu tilfu l-istatus tagħhom tal-ajrunavigabbiltà, fuq id-disponibbiltà ta' ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat preċedenti.

(5)

Barra minn hekk, jenħtieġ li ċertifikati ekwivalenti maħruġa minn pajjiżi terzi u ċertifikati li kienu nħarġu fil-qafas ta' ftehimiet bilaterali dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni mal-Unjoni qabel l-istabbiliment tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) jiġu aċċettati wkoll bħala alternattiva għaċ-ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat (il-Formola 1 tal-EASA).

(6)

Meta wieħed iqis li ċ-ċertifikati jinħarġu f'forma elettronika, jenħtieġ li jkun possibbli li ċ-ċertifikati jsiru disponibbli jew bl-użu ta' tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data jew inkella b'mezzi oħra għall-finijiet li jittieħed benefiċċju mis-sospensjoni.

(7)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli doganali, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jkun fihom referenza għan-numru ta' identifikazzjoni taċ-ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat jew, fil-każ ta' tiswija jew manutenzjoni ta' oġġetti li jkunu tilfu l-istatus tagħhom tal-ajrunavigabbiltà, għan-numru ta' identifikazzjoni taċ-ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat preċedenti.

(8)

L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu opinjoni esperta minn rappreżentant tal-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, bi spiża għall-importatur, meta jkollhom suspett li ċ-ċertifikat ġie ffalsifikat. Madankollu, qabel tittieħed din l-azzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jikkunsidraw ir-riskju li l-ispiża tal-opinjoni esperta tissupera l-benefiċċju lill-importatur tas-sospensjoni tad-dazji, f'każ li skont l-opinjoni esperta r-regoli għall-ħruġ ta' dawk iċ-ċertifikati ma nkissrux.

(9)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex din tistabbilixxi lista tal-intestaturi, is-subintestaturi u l-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda stipulata fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (3) li skonthom l-oġġetti eliġibbli għal sospensjoni skont dan ir-Regolament huma kklassifikati, u biex tistabbilixxi lista ta' ċertifikati li jitqiesu ekwivalenti għaċ-ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat, il-Formola 1 tal-EASA. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(10)

Fid-dawl tal-bidliet estensivi miġjuba b'dan ir-Regolament rigward il-prodotti eliġibbli għas-sospensjoni tad-dazji awtonomi doganali, iċ-ċertifikati tar-rilaxx awtorizzat aċċettabbli u l-proċeduri, kif ukoll fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1147/2002 jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għall-partijiet, il-komponenti u oġġetti oħra tat-tip maħsuba li jiġu inkorporati fl-inġenji tal-ajru jew użati għall-inġenji tal-ajru u partijiet minnhom fil-proċess tal-manifattura, it-tiswija, il-manutenzjoni, il-bini mill-ġdid, il-modifika jew il-konverżjoni għandhom jiġu sospiżi.

Dawk id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni għandhom jiġu sospiżi wkoll għal oġġetti li jkunu tilfu l-istatus tal-ajrunavigabbiltà tagħhom meta jkunu ġew importati għat-tiswija jew il-manutenzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista tal-intestaturi, is-subintestaturi u l-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 li skontha l-oġġetti eliġibbli għas-sospensjoni huma kklassifikati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4(2).

Artikolu 2

1.   Sabiex l-oġġetti jibbenefikaw mis-sospensjoni stipulata fl-Artikolu 1, id-dikjarant għandu jagħmel disponibbli ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat, il-Formola 1 tal-EASA, kif stabbilita fl-Appendiċi I tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, jew ċertifikat ekwivalenti, lill-awtoritajiet doganali meta tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Iċ-ċertifikat għandu jitpoġġa għad-dispożizzjoni bl-użu ta' tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data jew mezzi oħra.

Id-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera għandu jkun fiha referenza għan-numru ta' identifikazzjoni taċ-ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat jew, fil-każ ta' tiswija jew manutenzjoni ta' oġġetti li jkunu tilfu l-istatus tagħhom tal-ajrunavigabbiltà, għan-numru ta' identifikazzjoni taċ-ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat preċedenti.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta' ċertifikati li huma meqjusa bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat, il-Formola 1 tal-EASA. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4(2).

Artikolu 3

Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom raġuni valida li jissuspettaw li ċertifikat li tpoġġa għad-dispożizzjoni tagħhom skont l-Artikolu 2(1) ikun ġie ffalsifikat, jistgħu jitolbu opinjoni esperta minn rappreżentant tal-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni. L-importatur għandu jħallas l-ispejjeż tal-opinjoni esperta.

Meta jiddeċiedu dwar jekk għandhomx jitolbu opinjoni esperta, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkunsidraw ir-riskju li l-ispiża tal-opinjoni esperta tissupera l-benefiċċju għall-importatur tas-sospensjoni tad-dazji, fil-każ li skont l-opinjoni esperta r-regoli għall-ħruġ ta' dawk iċ-ċertifikati ma jkunux inkissru.

Artikolu 4

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit bl-Artikolu 285 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 5

Ir-Regolament (KE) Nru 1147/2002 huwa mħassar. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mid-19 ta' April 2018. Madankollu, l-Artikolu 1(1), l-Artikolu 2(1) u l-Artikoli 3 u 5 għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 2(2), u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' April 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

R. PORODZANOV


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1147/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni dwar ċerti prodotti importati b'ċertifikati li tajbin għat-tajran (ĠU L 170, 29.6.2002, p. 8).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(4)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(5)  Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


18.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/582

tat-12 ta' April 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1352/2013 li jistabbilixxi l-formoli previsti fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1352/2013 (2), stabbilixxa l-formola tal-applikazzjoni prevista fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 li trid tintuża biex l-awtoritajiet doganali jintalbu jieħdu azzjoni fir-rigward ta' oġġetti suspettati bi ksur ta' dritt ta' proprjetà intellettwali (il-“formola tal-applikazzjoni”).

(2)

Il-formola ta' applikazzjoni trid tiġi adattata biex titqies l-esperjenza prattika li saret bl-użu ta' dik il-formola kif ukoll biex jiġu żgurati t-trażmissjoni mingħajr problemi u l-iskambju ta' informazzjoni permezz tal-bażi ta' dejta ċentrali msemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013.

(3)

Meta applikazzjoni tiġi ppreżentata wara li l-awtoritajiet doganali jkunu ssospendew ir-rilaxx tal-oġġetti jew ikunu ssekwestrawhom fuq inizjattiva tagħhom stess, dan jenħtieġ li jiġi indikat fil-formola tal-applikazzjoni mill-applikant.

(4)

Permezz tar-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), it-terminu “trade mark Komunitarja” ġie sostitwit fl-ordni legali tal-Unjoni bit-terminu “trademark tal-Unjoni Ewropea”. Il-formola tal-applikazzjoni trid tiġi aġġornata skont dan.

(5)

Meta l-applikant jitlob biex tintuża l-proċedura għall-qerda ta' oġġetti f'kunsinni żgħar skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013, jenħtieġ li jkun jista' jispeċifika jekk jixtieqx li l-proċedura tintuża fl-Istati Membri kollha jew fi Stat Membru wieħed jew f'diversi Stati Membri speċifiċi.

(6)

L-applikant jenħtieġ li jkun mitlub jipprovdi fil-formola tal-applikazzjoni, l-ismijiet u l-indirizzi tal-kumpaniji u tal-kummerċjanti involuti billi dik l-informazzjoni hija relevanti għall-analiżi u għall-valutazzjoni tal-awtoritajiet doganali rigward ir-riskju ta' ksur.

(7)

Meta jitqies li, skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013, l-iskambji kollha ta' dejta dwar deċiżjonijiet marbuta ma' applikazzjonijiet u sekwestri bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jridu jsiru permezz ta' bażi ta' dejta ċentrali tal-Kummissjoni u li dik il-bażi ta' dejta trid tiġi aġġustata skont il-formola ta' applikazzjoni l-ġdida, l-emendi fl-Annessi I u III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1352/2013 jenħtieġ li japplikaw mill-15 ta' Mejju 2018.

(8)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1352/2013 jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1352/2013 jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa sostitwit mit-test stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness III hu emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-15 ta' Mejju 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1352/2013 tal-4 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-formoli previsti fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 341, 18.12.2013, p. 10).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 21).


ANNESS I

ANNESS I

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni
”.

ANNESS II

Il-Parti I tal-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1352/2013 hija emendata kif ġej:

(1)

fin-nota dwar il-mili tal-kaxxa 1 (“Applikant”), it-test huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Id-dettalji dwar l-applikant għandhom jiddaħħlu f'din il-kaxxa. Din għandha tinkludi tagħrif dwar l-isem u l-indirizz sħiħ tal-applikant, in-Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa tiegħu, kwalunkwe numru ta' reġistrazzjoni nazzjonali ieħor jew in-Numru ta' Reġistrazzjoni u Identifikazzjoni bħala Operatur Ekonomiku (Nru-EORI) tiegħu, li huwa numru uniku fl-Unjoni kollha, assenjat minn awtorità doganali fi Stat Membru lil operaturi ekonomiċi involuti f'attivitajiet doganali, in-numru tat-telefown, tat-telefown ċellulari jew tal-faks u l-indirizz elettroniku tiegħu. L-applikant jista' wkoll idaħħal, fejn xieraq, l-indirizz tas-sit web tiegħu.”;

(2)

fin-nota dwar il-mili tal-kaxxa 2 (“Applikazzjoni tal-Unjoni/Nazzjonali”), qed jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Meta l-applikazzjoni tiġi ppreżentata wara li jkun ġie sospiż ir-rilaxx tal-oġġetti jew l-oġġetti jkunu ġew issekwestrati skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013, il-kaxxa “Applikazzjoni nazzjonali (ara l-Artikolu 5(3))” għandha tiġi mmarkata.”;

(3)

fin-nota dwar il-mili tal-kaxxa 10 (“Proċedura għal kunsinni żgħar”), it-test huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Meta l-applikant jixtieq jagħmel talba għall-użu tal-proċedura għall-qerda ta' oġġetti f'kunsinni żgħar stabbilita fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013, għandu jimmarka l-kaxxa x-xierqa tal-Istat Membru, jew tal-Istati Membri fil-każ ta' applikazzjoni tal-Unjoni, fejn jesprimi x-xewqa li tiġi applikata l-proċedura.”.


18.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/583

tas-16 ta' April 2018

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Lough Neah Pollan” (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tar-Renju Unit għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Lough Neah Pollan” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk id-denominazzjoni “Lough Neah Pollan” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Lough Neah Pollan” (DOP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.7 Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom skont l-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343 du 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 431 du 15.12.2017, p. 10.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


18.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/584

tas-17 ta' April 2018

li japprova emenda fl-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta (Graves (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tad-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta “Graves”, imressqa minn Franza skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-approvazzjoni tal-emenda fl-ispeċifikazzjonijiet, skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(3)

Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi approvata l-emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Graves” (DOP), hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 421, 8.12.2017, p. 10.


DEĊIŻJONIJIET

18.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/585

tat-12 ta' April 2018

li taħtar membru, propost mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijakk,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Heinz SCHADEN, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa/hija b'dan maħtur(a) membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sur Matthias STADLER, Bürgermeister der Stadt St. Pölten.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta' April 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

T. DONCHEV


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


18.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/586

tat-12 ta' April 2018

li taħtar membru, propost mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijakk,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fl-20 ta' Ġunju 2017, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1121 (4), is-Sur Christian BUCHMANN inħatar mill-ġdid bħala membru.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Christian BUCHMANN, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Hija b'dan maħtura membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sinjura Barbara EIBINGER-MIEDL, Landesrätin in der Steiermärkischen Landesregierung.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta' April 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

T. DONCHEV


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1121 tal-20 ta' Ġunju 2017 li taħtar membru, propost mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 162, 23.6.2017, p. 54).


18.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/587

tat-12 ta' April 2018

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fit-18 ta' Lulju 2016, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1204 (4), is-Sur Tilman TÖGEL ġie ssostitwit mis-Sinjura Katrin BUDDE bħala membru.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Katrin BUDDE, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sur Tilman TÖGEL, Mitglied des Kreistages Landkreis Stendal.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta' April 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

T. DONCHEV


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1204 tat-18 ta' Lulju 2016 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 198, 23.7.2016, p. 45).