ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 91

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
9 ta' April 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/548 tas-6 ta' April 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/549 tas-6 ta' April 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/550 tas-6 ta' April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta' prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa

13

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/551 tas-6 ta' April 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

16

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/552 tas-6 ta' April 2018 li taġġorna r-referenzi fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tal-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti

27

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April tal-1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma ( ĠU L 182, 16.7.1999 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Volum 4, p. 228)

30

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

9.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/1


Avviż għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni (1). Konsegwentement, dan il-Ftehim, f'konformità mal-Artikolu 8 tiegħu, daħal fis-seħħ fl-4 ta' April 2018.


(1)  ĠU L 258, 6.10.2017, p. 4.


REGOLAMENTI

9.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/548

tas-6 ta' April 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2)

Fit-30 ta' Marzu 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU żied persuna u 21 entità mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi u indika 15-il bastiment għal iffriżar tal-assi, 25 bastimenti għal projbizzjoni fuq id-dħul fil-port u 12-il bastiment għal tneħħija tal-bandiera.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi XIII u XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi XIII u XIV għar-Regolament (UE) 2017/1509 huma emendati kif imniżżel fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


ANNESS

1)

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jinżiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 34(1) u 34(3) kif tinsab fl-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2017/1509:

“(a)   Persuni fiżiċi

 

Isem

Psewdonimu

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

80.

TSANG YUNG YUAN

Neil Tsang, Yun Yuan Tsang

Data tat-twelid: 20.10.1957

Numru tal-passaport: 302001581

30.3.2018

Tsang Yung Yuan ikkoordina esportazzjoni ta' faħam tar-RDPK ma' sensar tar-RDPK li jopera f'pajjiż terz, u għandu passat ta' attivitajiet oħra ta' evażjoni ta' sanzjonijiet.

(b)   Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi

 

Isem

Psewdonimu

Post

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Informazzjoni oħra

55.

CHANG AN SHIPPING & TECHNOLOGY

Image;

CHANG AN SHIPPING AND TECHNOLOGY

Room 2105, DL1849, Trend Centre, 29-31 Cheung Lee Street, Chai Wan, Hong Kong, China

30.3.2018

Sid irreġistrat, maniġer tal-vapuri, u maniġer kummerċjali tal-bastiment bil-bandiera tal-Panama HUA FU, vapur tal-merkanzija li għabba faħam tar-RDPK fl-24 ta' Settembru, 2017.

56.

CHONMYONG SHIPPING CO

CHON MYONG SHIPPING COMPANY LIMITED

Kalrimgil 2-dong, Mangyongdae-guyok, Pyongyang, DPRK; Saemaul 2-dong, Pyongchon-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat ta' CHON MYONG 1, bastiment bil-bandiera tar-RPDK li għamel trasferiment ta' fjuwil bejn vapuri lejn l-aħħar ta' Diċembru 2017.

57.

FIRST OIL JV CO LTD

 

Jongbaek 1-dong, Rakrang-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid it-tanker PAEK MA tar-RDPK, li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt bejn il-vapuri f'nofs Jannar 2018.

58.

HAPJANGGANG SHIPPING CORP

 

Kumsong 3-dong, Mangyongdae-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker NAM SAN 8 tar-RDPK, li hu maħsub li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt bejn il-vapuri, u sid il-bastiment HAP JANG GANG 6.

59.

HUAXIN SHIPPING HONGKONG LTD

Image

Room 2105, Trend Centre, 29-31 Cheung Lee Street, Chai Wan, Hong Kong, China

30.3.2018

Maniġer kummerċjali u tal-vapur tal-ASIA BRIDGE 1. Bastiment ta' Hong Kong, l-“ASIA BRIDGE 1” probabbli tqabbad fid-19 ta' Ottubru, 2017 minn Huaxin Shipping jagħmel tħejjijiet għad-dħul f'Nampo, ir-RDPK biex jirċievi kunsinna ta' faħam li kienet sejra l-Vjetnam. L-“ASIA BRIDGE 1” ngħata struzzjonijiet minn impjegat mhux identifikat ta' Huaxin Shipping Ltd. biex jagħmel tħejjijiet biex jirċievi 8 000 tunnellata faħam u mbagħad ibaħħar lejn Cam Pha, il-Vjetnam. Il-kaptan tal-bastiment ngħata struzzjonijiet biex jgħatti l-isem tal-vapur u sinjali oħra bil-kanvas waqt li kien fil-port ta' Nampo.

60.

KINGLY WON INTERNATIONAL CO., LTD

 

Trust Company Complex, Ajeltake Road, Ajeltake Island, Majuro MH 96960, Marshall Islands

30.3.2018

Fl-2017, Tsang Yung Yuan (magħruf ukoll bħala Neil Tsang) u Kingly Won ippruvaw jinvolvu ruħhom fi ftehim dwar iż-żejt stmat 'il fuq minn $1 miljun ma' kumpannija taż-żejt f'pajjiż terz biex jittrasferixxu b'mod illeċitu lejn ir-RDPK. Kingly Won aġixxa ta' sensar għal dik il-kumpannija taż-żejt u kumpannija Ċiniża li kellmet lil Kingly Won biex tixtri żejt tal-baħar f'isimha.

61.

KOREA ACHIM SHIPPING CO

 

Sochang-dong, Chung-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker CHON MA SAN tar-RDPK. CHON MA SAN li għandu bandiera tar-RDPK ħejja għal operazzjonijiet probabbli ta' trasferiment bejn il-vapuri lejn l-aħħar ta' Jannar 2018. Il-kaptan tat-tanker bil-mutur YU JONG 2 bil-bandiera tar-RDPK irrapporta fit-18 ta' Novembru 2017 lil kontrollur mhux identifikat ibbażat fir-RDPK li l-bastiment kien qed jevita maltempata qabel trasferiment bejn il-vapuri. Il-kaptan issuġġerixxa li YU JONG 2 jgħabbi ż-żejt tal-fjuwil qabel it-tanker CHON MA SAN bil-bandiera tar-RDPK peress li d-daqs ikbar ta' CHON MA SAN kien aħjar biex isiru trasferimenti bejn il-vapuri f'maltempata. Wara li CHON MA SAN għabba ż-żejt tal-fjuwil minn bastiment, YU JON 2 għabba 1 168 kilolitru ta' żejt tal-fjuwil fid-19 ta' Novembru 2017 permezz ta' operazzjoni ta' trasferiment bejn il-vapuri.

62.

KOREA ANSAN SHIPPING COMPANY

KOREA ANSAN SHPG COMPANY

Pyongchon 1-dong, Pyongchon-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker AN SAN 1 tar-RDPK li hu maħsub li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment taż-żejt bejn il-vapuri.

63.

KOREA MYONGDOK SHIPPING CO

 

Chilgol 2-dong, Mangyongdae-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tal-YU PHYONG 5. Lejn l-aħħar ta' Novembru 2017, il-YU PHYONG 5 għamel trasferiment bejn il-vapuri ta' 1 721 tunnellata metrika ta' żejt tal-fjuwil.

64.

KOREA SAMJONG SHIPPING

 

Tonghung-dong, Chung-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tankers tar-RDPK SAM JONG 1 u SAM JONG 2. Iż-żewġ bastimenti huma maħsuba li importaw żejt raffinat lejn ir-RDPK bi ksur tas-sanzjonijeit tan-NU lejn l-aħħar ta' Jannar 2018.

65.

KOREA SAMMA SHIPPING CO

 

Rakrang 3-dong, Rakrang-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Tanker bil-bandiera tar-RDPK, SAM MA 2 ta' Korea Samma Shipping Company, għamel trasferiment ta' żejt bejn il-vapuri u ffalsifika dokumenti f'nofs Ottubru 2017 meta għabba kważi 1 600  tunellata ta' żejt tal-fjuwil fi transazzjoni waħda. Il-kaptan tal-vapur ngħata struzzjonijiet li jħassar SAMMA SHIPPING u l-kliem Korean li kien jinsab fuq is-siġill tal-vapur u minflok ipoġġi “Hai Xin You 606” biex jaħbi l-identità tiegħu bħala bastiment tar-RDPK.

66.

KOREA YUJONG SHIPPING CO LTD

 

Puksong 2-dong, Pyongchon-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru OMI tal-kumpannija 5434358

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker tar-RDPK YU JONG 2, li għabba 1 168  kilolitru ta' żejt tal-fjuwil fid-19 ta' Novembru 2017 permezz ta' operazzjoni ta' trasferiment bejn il-vapuri.

67.

KOTI CORP

 

Il-Belt tal-Panama, il-Panama

30.3.2018

Maniġer tal-vapur u maniġer kummerċjali tal-bastiment KOTI bil-bandiera tal-Panama, li għamel trasferimenti bejn il-vapuri ta' prodotti probabbli taż-żejt lil KUM UN SAN 3 bil-bandiera tar-RDPK fid-9 ta' Diċembru 2017.

68.

MYOHYANG SHIPPING CO

 

Kumsong 3-dong, Mangyondae-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Maniġer tal-vapur tat-tanker YU SON tar-RDPK ta' prodotti taż-żejt, li hu maħsub li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment taż-żejt bejn il-vapuri.

69.

PAEKMA SHIPPING CO

Care of First Oil JV Co Ltd

Jongbaek 1-dong, Rakrang-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker PAEK MA tar-RDPK, li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt bejn il-vapuri f'nofs Jannar 2018.

70.

PHYONGCHON SHIPPING & MARINE

PHYONGCHON SHIPPING AND MARINE

Otan-dong, Chung-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker JI SONG 6 tar-RDPK, li hu maħsub li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt bejn il-vapuri lejn l-aħħar ta' Jannar 2018. Il-kumpannija hi wkoll is-sid tal-bastimenti JI SONG 8 u WOORY STAR.

71.

PRO-GAIN GROUP CORPORATION

 

Le Sanalele Complex, Ground Floor, Vaea Street, Saleufi, Apia, Samoa

30.3.2018

Kumpannija ta' Tsang Yung Yuan u kkontrollata minnu u involuta fi trasferimenti illeċiti ta' faħam tar-RDPK.

72.

SHANGHAI DONGFENG SHIPPING CO LTD

Image

Room 601, 433, Chifeng Lu, Hongkou Qu, Shanghai, 200083, China

30.3.2018

Sid irreġistrat, maniġer tal-vapuri u kummerċjali tad-DONG FENG 6, bastiment li għabba faħam f'Hamhung, ir-RDPK fil-11 ta' Lulju 2017 għal esportazzjoni bi ksur tas-sanzjonijiet tan-NU.

73.

SHEN ZHONG INTERNATIONAL SHIPPING

 

Unit 503, 5th Floor, Silvercord Tower 2, 30, Canton Road, Tsim Sha Tsui, Kowloon, Hong Kong, China

30.3.2018

Maniġer kummerċjali u tal-vapuri ta' HAO FAN 2 u HAO FAN 6, bastimenti bil-bandiera ta' Saint Kitts u Nevis. HAO FAN 6 għabba faħam f'Nampo, ir-RDPK fis-27 ta' Awwissu 2017. HAO FAN 2 għabba faħam tal-Korea ta' Fuq f'Nampo, ir-RDPK fit-3 ta' Ġunju 2017.

74.

WEIHAI WORLD-SHIPPING FREIGHT

 

419-201, Tongyi Lu, Huancui Qu, Weihai, Shandong 264200, China

30.3.2018

Maniġer kummerċjali u tal-vapur ta' XIN GUANG HAI, bastiment li għabba faħam f'Taean, ir-RDPK fis-27 ta' Ottubru 2017 u kellu Valutazzjoni Teknika Ewropea fl-14 ta' Novembru 2017 għal Cam Pha, il-Vjetnam, iżda ma wasalx u minflok mar f'Port Klang, il-Malasja fit-18 ta' Diċembru 2017.

75.

YUK TUNG ENERGY PTE LTD

 

17-22, UOB Plaza 2, Raffles Place, Singapore 048624, Singapore

30.3.2018

Maniġer kummerċjali u tal-vapur ta' YUK TUNG, li għamel trasferiment bejn il-vapuri ta' prodotti ta' żejt raffinat.”

2)

Il-bastimenti li ġejjin jinżiedu mal-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi stipulati fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) 2017/1509 taħt l-intestatura “A. Bastimenti soġġetti għal sekwestru”:

“1.   Isem: CHON MYONG 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8712362

2.   Isem: AN SAN 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 7303803

3.   Isem: YU PHYONG 5

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8605026

4.   Isem: SAM JONG 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8405311

5.   Isem: SAM JONG 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 7408873

6.   Isem: SAM MA 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8106496

7.   Isem: YU JONG 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8604917

8.   Isem: PAEK MA

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9066978

9.   Isem: JI SONG 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8898740

10.   Isem: CHON MA SAN

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8660313

11.   Isem: NAM SAN 8

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8122347

12.   Isem: YU SON

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8691702

13.   Isem: WOORY STAR

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8408595

14.   Isem: JI SONG 8

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8503228

15.   Isem: HAP JANG GANG 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9066540”

3)

Il-bastimenti li ġejjin jinżiedu mal-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi stipulata fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) 2017/1509 taħt l-intestatura “B. Bastimenti li huma pprojbiti jidħlu fil-portijiet”:

“9.   Isem: CHON MYONG 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8712362

10.   Isem: AN SAN 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 7303803

11.   Isem: YU PHYONG 5

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8605026

12.   Isem: SAM JONG 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8405311

13.   Isem: SAM JONG 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 7408873

14.   Isem: SAM MA 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8106496

15.   Isem: YU JONG 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8604917

16.   Isem: PAEK MA

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9066978

17.   Isem: JI SONG 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8898740

18.   Isem: CHON MA SAN

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8660313

19.   Isem: NAM SAN 8

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8122347

20.   Isem: YU SON

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8691702

21.   Isem: WOORY STAR

Informazzjoni addizzjonali

22.   Isem: ASIA BRIDGE 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8916580

23.   Isem: XIN GUANG HAI

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9004700

24.   Isem: HUA FU

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9020003

25.   Isem: YUK TUNG

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9030591

26.   Isem: KOTI

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9417115

27.   Isem: DONG FENG 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9008201

28.   Isem: HAO FAN 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8747604

29.   Isem: HAO FAN 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8628597

30.   Isem: JIN HYE

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8518572

31.   Isem: FAN KE

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8914934

32.   Isem: WAN HENG 11

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8791667

33.   Isem: MIN NING DE YOU 078

Informazzjoni addizzjonali

OMI: ma jeżistix”


9.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/549

tas-6 ta' April 2018

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(e) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti, (minn hawn 'il quddiem in-“Nomenklatura Magħquda” jew “NM”), li hija stabbilita fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(2)

In-nota addizzjonali 6 tal-Kapitolu 17 tan-Nomenklatura Magħquda tiddefinixxi l-“ġulepp tal-inulina” għall-finijiet tas-subintestaturi 1702 60 80 u 1702 90 80. Dan huwa prodott immedjat miksub mill-idroliżi tal-inulina jew tal-oligofruttożi, li fl-istat xott ikun fih ammont definit ta' fruttożju fil-forma ħielsa jew bħala sukrożju.

(3)

Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, abbażi tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 u l-Artikolu 7(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1294/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-“Test ta' Profiċjenza dwar iz-Zokkor u Prodotti li Fihom iz-Zokkor 2016” (3) sar fil-qafas tal-Azzjoni 2 (4) tan-Netwerk Ewropew tal-Laboratorji Doganali. Dan kixef li l-laboratorji doganali tal-Unjoni jinterpretaw il-frażi “fruttożju f'forma ħielsa jew bħala sukrożju” li tissemma fin-Nota Addizzjonali 6 tal-Kapitolu 17 b'mod differenti.

(4)

It-test ta' dik in-nota Addizzjonali jenħtieġ għalhekk li jiġi ċċarat. Il-kwantità ta' zokkor preżenti — espress fuq il-materja xotta - jenħtieġ li jiġi determinat permezz tal-metodu ta' Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja, li huwa l-aktar metodu preċiż disponibbli.

(5)

Fl-interess taż-żamma ta' ċertezza ġuridika, huwa meħtieġ li dik in-nota Addizzjonali tiġi emendata biż-żieda ta' paragrafu ġdid lit-test eżistenti.

(6)

Biex tiġi żgurata l-interpretazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda madwar l-Unjoni fir-rigward tad-definizzjoni ta' ġulepp tal-inulina kopert mis-subintestaturi tan-NM 1702 60 80 u 1702 90 80, jenħtieġ li n-Nota Addizzjonali 6 tal-Kapitolu 17 tan-Nomenklatura Magħquda tiġi emendata.

(7)

Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fin-Nota Addizzjonali 6 tal-Kapitolu 17 tat-Tieni Parti tan-Nomenklatura Magħquda stipulata fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

Il-kwantità ta' “fruttożju f'forma ħielsa jew bħala sukrożju” għandha tiġi determinata permezz tal-formula F + 0,5 S/0,95 kkalkulata fuq il-materja xotta, fejn “F” huwa l-kontenut ta' fruttożju u “S” huwa l-kontenut ta' sukrożju, kif determinat mill-metodu ta' Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta' azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014–2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni 624/2007/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 209).

(3)  Rapport finali maħruġ fl-24 ta' April 2017 mill-Kummissjoni Ewropea u mqassam lin-Netwerk Ewropew tal-Laboratorji Doganali.

(4)  L-Azzjoni 2 tittratta paraguni reċiproki u validazzjonijiet tal-metodi tal-laboratorji doganali.


9.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/550

tas-6 ta' April 2018

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta' prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (2) stabbilixxa nomenklatura tal-prodotti msejħa “Nomenklatura Magħquda”, biex jissodisfa r-rekwiżiti tat-Tariffa Doganali Komuni, l-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni, u politiki oħra tal-Unjoni li jikkonċernaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-prodotti.

(2)

Sabiex jitlestew ċerti entrati tad-dejta fil-messaġġi skambjati għall-finijiet tal-Artikoli 21 sa 25 tad-Direttiva 2008/118/KE, għandhom jintużaw il-kodiċi elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 (3).

(3)

Il-prodotti soġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (4) huma deskritti b'referenzi għall-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001 (5).

(4)

Ċerti prodotti tal-enerġija huma elenkati fil-punt 11 tat-tabella (Prodott tas-sisa) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009 u huma deskritti b'referenzi għall-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda tar-Regolament (KE) Nru 2031/2001.

(5)

Skont l-emendi tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, li ġew introdotti l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 (6), il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti tal-enerġija msemmija fid-Direttiva 2003/96/KE ġew sostitwiti b'kodiċi ġodda.

(6)

Skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/552 (7), il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti tal-enerġija soġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/96/KE ġew aġġornati fid-dawl tal-bidliet tan-Nomenklatura Magħquda, li ġew introdotti l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1925.

(7)

Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda użati biex jiddeskrivu l-prodotti tal-enerġija elenkati fil-punt 11(Prodott tas-sisa) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009 huma l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda li ssir referenza għalihom fid-Direttiva 2003/96/KE, kif aġġornati bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/552.

(8)

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE (8) ma teħtieġx l-applikazzjoni tal-markatur fiskali komuni għall-karburant tal-ġett li jaqa' fil-kodiċi NM 2710 19 21. Għalhekk, jenħtieġ li dan il-kodiċi ma jintużax biex jiddeskrivi l-pitrolju mmarkat.

(9)

Id-deskrizzjoni għal kodiċi ta' prodott tas-sisa E490 tirreferi għal firxa wiesgħa ta' kodiċi NM, iżda ftit huma dawk li jenħtieġ li jkunu koperti b'dan il-kodiċi ta' prodott tas-sisa skont l-Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE. Għalhekk id-deskrizzjoni tiegħu jenħtieġ li tiġi ċċarata sabiex jiġu elenkati l-kodiċi NM rilevanti biss.

(10)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 684/2009 jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-punt 11 tat-tabella (Prodott tas-sisa) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009, ir-ringieli bil-prodotti tas-sisa bil-kodiċi minn E410 sa E490 u l-kodiċi E910 u E920 huma sostitwiti b'dan li ġej:

EPC

CAT

UNITÀ

Deskrizzjoni

A

P

D

E410

E

2

Petrol biċ-ċomb li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 12 31 , 2710 12 51 u 2710 12 59 (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

Y

E420

E

2

Petrol mingħajr ċomb li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 12 31 , 2710 12 41 , 2710 12 45 u 2710 12 49 (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

Y

E430

E

2

Żejt tal-gass, mhux immarkat li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 19 43 , 2710 19 46 , 2710 19 47 , 2710 19 48 , 2710 20 11 , 2710 20 15 , 2710 20 17 u 2710 20 19 (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

Y

E440

E

2

Żejt tal-gass, immarkat li jaqa' taħt il-kodiċi 2710 19 43 , 2710 19 46 , 2710 19 47 , 2710 19 48 , 2710 20 11 , 2710 20 15 , 2710 20 17 u 2710 20 19 (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

Y

E450

E

2

Pitrolju, li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 19 21 u l-pitrolju mhux immarkat li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 19 25 (Artikolu 20(1)(c) tad-Directive 2003/96/KE)

N

N

Y

E460

E

2

Pitrolju, immarkat li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 19 25 (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

Y

E470

E

1

Żejt karburanti tqil li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 19 62 , 2710 19 64 , 2710 19 68 , 2710 20 31 , 2710 20 35 u 2710 20 39 (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

N

E480

E

2

Prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2710 12 21 , 2710 12 25 , 2710 19 29 u 2710 20 90 (għall-prodotti biss li minnhom inqas minn 90 % tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f'210 °Ċ u 65 % jew iktar tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f'250 °Ċ bil-metodu ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86), f'movimenti kummerċjali bl-ingrossa (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

Y

E490

E

2

Prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2710 12 11 , 2710 12 15 , 2710 12 70 , 2710 12 90 , 2710 19 11 , 2710 19 15 , 2710 19 31 , 2710 19 35 , 2710 19 51 u 2710 19 55 . (Artikolu 20(1)(c) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

Y

E910

E

2

Esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin, li skont il-piż fihom 96,5 % jew aktar ta' esteri (FAMAE) li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3826 00 10 (Artikolu 20(1)(h) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

Y

E920

E

2

Prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3824 99 86 , 3824 99 92 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili), 3824 99 93 , 3824 99 96 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili) u 3826 00 90 , jekk dawn huma maħsuba li jintużaw bħala karburant għat-tisħin jew karburant għall-magni (Artikolu 20(1)(h) tad-Direttiva 2003/96/KE)

N

N

Y

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-15 ta' Settembru 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta' prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 24).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001 tas-6 ta' Awwissu 2001 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 279, 23.10.2001, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 282, 31.10.2017, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/552 tas-6 ta' April 2018 li taġġorna r-referenzi fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tal-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti (ara l-paġna 27 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE tas-27 ta' Novembru 1995 dwar l-immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju (ĠU L 291, 6.12.1995, p. 46).


DEĊIŻJONIJIET

9.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/16


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/551

tas-6 ta' April 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fit-30 ta' Marzu 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU żied persuna u 21 entità mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi u indika 15-il bastiment għal iffriżar tal-assi, 25 bastimenti għal projbizzjoni fuq id-dħul fil-port u 12-il bastiment għal tneħħija tal-bandiera..

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi I u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huma b'dan emendati kif imniżżel fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.


ANNESS

1)

Il-persuna u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849:

“A.   Persuni

 

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

80.

TSANG YUNG YUAN

Neil Tsang, Yun Yuan Tsang

Data tat-twelid: 20.10.1957

Numru tal-passaport: 302001581

30.3.2018

Tsang Yung Yuan ikkoordina esportazzjoni ta' faħam tar-RDPK ma' sensar tar-RDPK li jopera f'pajjiż terz, u għandu passat ta' attivitajiet oħra ta' evażjoni ta' sanzjonijiet.

B.   Entitajiet

 

Isem

Psewdonimu

Post

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Informazzjoni oħra

55.

CHANG AN SHIPPING & TECHNOLOGY

Image;

CHANG AN SHIPPING AND TECHNOLOGY

Room 2105, DL1849, Trend Centre, 29-31 Cheung Lee Street, Chai Wan, Hong Kong, China

30.3.2018

Sid irreġistrat, maniġer tal-vapuri, u maniġer kummerċjali tal-bastiment bil-bandiera tal-Panama HUA FU, vapur tal-merkanzija li għabba faħam tar-RDPK fl-24 ta' Settembru, 2017.

56.

CHONMYONG SHIPPING CO

CHON MYONG SHIPPING COMPANY LIMITED

Kalrimgil 2-dong, Mangyongdae-guyok, Pyongyang, DPRK; Saemaul 2-dong, Pyongchon-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat ta' CHON MYONG 1, bastiment bil-bandiera tar-RPDK li għamel trasferiment ta' fjuwil bejn vapuri lejn l-aħħar ta' Diċembru 2017.

57.

FIRST OIL JV CO LTD

 

Jongbaek 1-dong, Rakrang-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid it-tanker PAEK MA tar-RDPK, li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt bejn il-vapuri f'nofs Jannar 2018.

58.

HAPJANGGANG SHIPPING CORP

 

Kumsong 3-dong, Mangyongdae-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker NAM SAN 8 tar-RDPK, li hu maħsub li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt bejn il-vapuri, u sid il-bastiment HAP JANG GANG 6.

59.

HUAXIN SHIPPING HONGKONG LTD

Image

Room 2105, Trend Centre, 29-31 Cheung Lee Street, Chai Wan, Hong Kong, China

30.3.2018

Maniġer kummerċjali u tal-vapur tal-ASIA BRIDGE 1. Bastiment ta' Hong Kong, l-“ASIA BRIDGE 1” probabbli tqabbad fid-19 ta' Ottubru, 2017 minn Huaxin Shipping jagħmel tħejjijiet għad-dħul f'Nampo, ir-RDPK biex jirċievi kunsinna ta' faħam li kienet sejra l-Vjetnam. L-“ASIA BRIDGE 1” ngħata struzzjonijiet minn impjegat mhux identifikat ta' Huaxin Shipping Ltd. biex jagħmel tħejjijiet biex jirċievi 8 000 tunnellata faħam u mbagħad ibaħħar lejn Cam Pha, il-Vjetnam. Il-kaptan tal-bastiment ngħata struzzjonijiet biex jgħatti l-isem tal-vapur u sinjali oħra bil-kanvas waqt li kien fil-port ta' Nampo.

60.

KINGLY WON INTERNATIONAL CO., LTD

 

Trust Company Complex, Ajeltake Road, Ajeltake Island, Majuro MH 96960, Marshall Islands

30.3.2018

Fl-2017, Tsang Yung Yuan (magħruf ukoll bħala Neil Tsang) u Kingly Won ippruvaw jinvolvu ruħhom fi ftehim dwar iż-żejt stmat 'il fuq minn $1 miljun ma' kumpannija taż-żejt f'pajjiż terz biex jittrasferixxu b'mod illeċitu lejn ir-RDPK. Kingly Won aġixxa ta' sensar għal dik il-kumpannija taż-żejt u kumpannija Ċiniża li kellmet lil Kingly Won biex tixtri żejt tal-baħar f'isimha.

61.

KOREA ACHIM SHIPPING CO

 

Sochang-dong, Chung-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker CHON MA SAN tar-RDPK. CHON MA SAN li għandu bandiera tar-RDPK ħejja għal operazzjonijiet probabbli ta' trasferiment bejn il-vapuri lejn l-aħħar ta' Jannar 2018. Il-kaptan tat-tanker bil-mutur YU JONG 2 bil-bandiera tar-RDPK irrapporta fit-18 ta' Novembru 2017 lil kontrollur mhux identifikat ibbażat fir-RDPK li l-bastiment kien qed jevita maltempata qabel trasferiment bejn il-vapuri. Il-kaptan issuġġerixxa li YU JONG 2 jgħabbi ż-żejt tal-fjuwil qabel it-tanker CHON MA SAN bil-bandiera tar-RDPK peress li d-daqs ikbar ta' CHON MA SAN kien aħjar biex isiru trasferimenti bejn il-vapuri f'maltempata. Wara li CHON MA SAN għabba ż-żejt tal-fjuwil minn bastiment, YU JON 2 għabba 1 168 kilolitru ta' żejt tal-fjuwil fid-19 ta' Novembru 2017 permezz ta' operazzjoni ta' trasferiment bejn il-vapuri.

62.

KOREA ANSAN SHIPPING COMPANY

KOREA ANSAN SHPG COMPANY

Pyongchon 1-dong, Pyongchon-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker AN SAN 1 tar-RDPK li hu maħsub li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment taż-żejt bejn il-vapuri.

63.

KOREA MYONGDOK SHIPPING CO

 

Chilgol 2-dong, Mangyongdae-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tal-YU PHYONG 5. Lejn l-aħħar ta' Novembru 2017, il-YU PHYONG 5 għamel trasferiment bejn il-vapuri ta' 1 721 tunnellata metrika ta' żejt tal-fjuwil.

64.

KOREA SAMJONG SHIPPING

 

Tonghung-dong, Chung-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tankers tar-RDPK SAM JONG 1 u SAM JONG 2. Iż-żewġ bastimenti huma maħsuba li importaw żejt raffinat lejn ir-RDPK bi ksur tas-sanzjonijeit tan-NU lejn l-aħħar ta' Jannar 2018.

65.

KOREA SAMMA SHIPPING CO

 

Rakrang 3-dong, Rakrang-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Tanker bil-bandiera tar-RDPK, SAM MA 2 ta' Korea Samma Shipping Company, għamel trasferiment ta' żejt bejn il-vapuri u ffalsifika dokumenti f'nofs Ottubru 2017 meta għabba kważi 1 600  tunellata ta' żejt tal-fjuwil fi transazzjoni waħda. Il-kaptan tal-vapur ngħata struzzjonijiet li jħassar SAMMA SHIPPING u l-kliem Korean li kien jinsab fuq is-siġill tal-vapur u minflok ipoġġi “Hai Xin You 606” biex jaħbi l-identità tiegħu bħala bastiment tar-RDPK.

66.

KOREA YUJONG SHIPPING CO LTD

 

Puksong 2-dong, Pyongchon-guyok, Pyongyang, DPRK;

Numru OMI tal-kumpannija 5434358

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker tar-RDPK YU JONG 2, li għabba 1 168  kilolitru ta' żejt tal-fjuwil fid-19 ta' Novembru 2017 permezz ta' operazzjoni ta' trasferiment bejn il-vapuri.

67.

KOTI CORP

 

Il-Belt tal-Panama, il-Panama

30.3.2018

Maniġer tal-vapur u maniġer kummerċjali tal-bastiment KOTI bil-bandiera tal-Panama, li għamel trasferimenti bejn il-vapuri ta' prodotti probabbli taż-żejt lil KUM UN SAN 3 bil-bandiera tar-RDPK fid-9 ta' Diċembru 2017.

68.

MYOHYANG SHIPPING CO

 

Kumsong 3-dong, Mangyondae-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Maniġer tal-vapur tat-tanker YU SON tar-RDPK ta' prodotti taż-żejt, li hu maħsub li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment taż-żejt bejn il-vapuri.

69.

PAEKMA SHIPPING CO

Care of First Oil JV Co Ltd

Jongbaek 1-dong, Rakrang-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker PAEK MA tar-RDPK, li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt bejn il-vapuri f'nofs Jannar 2018.

70.

PHYONGCHON SHIPPING & MARINE

PHYONGCHON SHIPPING AND MARINE

Otan-dong, Chung-guyok, Pyongyang, DPRK

30.3.2018

Sid irreġistrat tat-tanker JI SONG 6 tar-RDPK, li hu maħsub li kien involut f'operazzjonijiet ta' trasferiment ta' żejt bejn il-vapuri lejn l-aħħar ta' Jannar 2018. Il-kumpannija hi wkoll is-sid ta' JI SONG 8 u WOORY STAR.

71.

PRO-GAIN GROUP CORPORATION

 

Le Sanalele Complex, Ground Floor, Vaea Street, Saleufi, Apia, Samoa

30.3.2018

Kumpannija ta' Tsang Yung Yuan u kkontrollata minnu u involuta fi trasferimenti illeċiti ta' faħam tar-RDPK.

72.

SHANGHAI DONGFENG SHIPPING CO LTD

 

Room 601, 433, Chifeng Lu, Hongkou Qu, Shanghai, 200083, China

30.3.2018

Sid irreġistrat, maniġer tal-vapuri u kummerċjali tad-DONG FENG 6, bastiment li għabba faħam f'Hamhung, ir-RDPK fil-11 ta' Lulju 2017 għal esportazzjoni bi ksur tas-sanzjonijiet tan-NU.

73.

SHEN ZHONG INTERNATIONAL SHIPPING

Image

Unit 503, 5th Floor, Silvercord Tower 2, 30, Canton Road, Tsim Sha Tsui, Kowloon, Hong Kong, China

30.3.2018

Maniġer kummerċjali u tal-vapuri ta' HAO FAN 2 u HAO FAN 6, bastimenti bil-bandiera ta' Saint Kitts u Nevis. HAO FAN 6 għabba faħam f'Nampo, ir-RDPK fis-27 ta' Awwissu 2017. HAO FAN 2 għabba faħam tal-Korea ta' Fuq f'Nampo, ir-RDPK fit-3 ta' Ġunju 2017.

74.

WEIHAI WORLD-SHIPPING FREIGHT

 

419-201, Tongyi Lu, Huancui Qu, Weihai, Shandong 264200, China

30.3.2018

Maniġer kummerċjali u tal-vapur ta' XIN GUANG HAI, bastiment li għabba faħam f'Taean, ir-RDPK fis-27 ta' Ottubru 2017 u kellu Valutazzjoni Teknika Ewropea fl-14 ta' Novembru 2017 għal Cam Pha, il-Vjetnam, iżda ma wasalx u minflok mar f'Port Klang, il-Malasja fit-18 ta' Diċembru 2017.

75.

YUK TUNG ENERGY PTE LTD

 

17-22, UOB Plaza 2, Raffles Place, Singapore 048624, Singapore

30.3.2018

Maniġer kummerċjali u tal-vapur ta' YUK TUNG, li għamel trasferiment bejn il-vapuri ta' prodotti ta' żejt raffinat.”

2)

Il-bastimenti elenkati hawn taħt għandhom jinżiedu mal-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IV tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 taħt l-intestatura “A. Bastimenti li l-bandiera tagħhom tneħħiet”

“1.   Isem: ASIA BRIDGE 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8916580

2.   Isem: XIN GUANG HAI

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9004700

3.   Isem: HUA FU

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9020003

4.   Isem: YUK TUNG

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9030591

5.   Isem: KOTI

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9417115

6.   Isem: DONG FENG 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9008201

7.   Isem: HAO FAN 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8747604

8.   Isem: HAO FAN 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8628597

9.   Isem: JIN HYE

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8518572

10.   Isem: FAN KE

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8914934

11.   Isem: WAN HENG 11

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8791667

12.   Isem: MIN NING DE YOU 078

Informazzjoni addizzjonali

OMI: ma jeżistix”

3)

Il-bastimenti elenkati hawn taħt għandhom jinżiedu mal-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IV tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 taħt l-intestatura “D. Bastimenti li huma pprojbiti jidħlu fil-portijiet”

“9.   Isem: CHON MYONG 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8712362

10.   Isem: AN SAN 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 7303803

11.   Isem: YU PHYONG 5

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8605026

12.   Isem: SAM JONG 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8405311

13.   Isem: SAM JONG 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 7408873

14.   Isem: SAM MA 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8106496

15.   Isem: YU JONG 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8604917

16.   Isem: PAEK MA

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9066978

17.   Isem: JI SONG 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8898740

18.   Isem: CHON MA SAN

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8660313

19.   Isem: NAM SAN 8

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8122347

20.   Isem: YU SON

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8691702

21.   Isem: WOORY STAR

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8408595

22.   Isem: ASIA BRIDGE 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8916580

23.   Isem: XIN GUANG HAI

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9004700

24.   Isem: HUA FU

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9020003

25.   Isem: YUK TUNG

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9030591

26.   Isem: KOTI

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9417115

27.   Isem: DONG FENG 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9008201

28.   Isem: HAO FAN 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8747604

29.   Isem: HAO FAN 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8628597

30.   Isem: JIN HYE

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8518572

31.   Isem: FAN KE

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8914934

32.   Isem: WAN HENG 11

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8791667

33.   Isem: MIN NING DE YOU 078

Informazzjoni addizzjonali

OMI: ma jeżistix”

4)

Il-bastimenti elenkati hawn taħt għandhom jinżiedu mal-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IV tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 taħt l-intestatura “E. Bastimenti soġġetti għal iffriżar tal-assi”

“1.   Isem: CHON MYONG 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8712362

2.   Isem: AN SAN 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 7303803

3.   Isem: YU PHYONG 5

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8605026

4.   Isem: SAM JONG 1

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8405311

5.   Isem: SAM JONG 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 7408873

6.   Isem: SAM MA 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8106496

7.   Isem: YU JONG 2

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8604917

8.   Isem: PAEK MA

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9066978

9.   Isem: JI SONG 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8898740

10.   Isem: CHON MA SAN

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8660313

11.   Isem: NAM SAN 8

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8122347

12.   Isem: YU SON

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8691702

13.   Isem: WOORY STAR

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8408595

14.   Isem: JI SONG 8

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 8503228

15.   Isem: HAP JANG GANG 6

Informazzjoni addizzjonali

OMI: 9066540”


9.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/27


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/552

tas-6 ta' April 2018

li taġġorna r-referenzi fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tal-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (2) stabbilixxa nomenklatura tal-prodotti msejħa “Nomenklatura Magħquda”, biex jissodisfa r-rekwiżiti tat-Tariffa Doganali Komuni, l-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni, u politiki oħra tal-Unjoni li jikkonċernaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-prodotti.

(2)

Il-prodotti soġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/96/KE huma deskritti b'referenzi għall-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001 (3).

(3)

Skont l-emendi tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, li ġew introdotti l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 (4), il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti msemmija fid-Direttiva 2003/96/KE ġew sostitwiti b'kodiċi ġodda.

(4)

Għalhekk jixraq li jiġu aġġornati r-referenzi għal ċerti kodiċi użati fid-Direttiva 2003/96/KE biex jiġi żgurat li l-prodotti msemmija fih ikunu deskritti bil-kodiċi l-ġodda tan-Nomenklatura Magħquda, hekk kif aġġornati bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1925.

(5)

Deċiżjoni ta' aġġornament tar-referenzi għal ċerti kodiċi fin-Nomenklatura Magħquda ma għandhiex tirriżulta f'bidliet fir-rati minimi tat-taxxa applikati fid-Direttiva 2003/96/KE jew għaż-żieda jew it-tneħħija ta' kwalunkwe prodott ta' enerġija.

(6)

Id-Direttiva 2003/96/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif ġej.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenzi fid-Direttiva 2003/96/KE għal ċerti kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda tar-Regolament (KE) Nru 2031/2001 huma aġġornati skont ir-referenzi tal-kodiċi korrispondenti tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1925:

(1)

fl-Artikolu 2(1)(h), il-kodiċi “3824 90 99” huwa sostitwit bil-kodiċi “3824 99 86, 3824 99 92 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili), 3824 99 93, 3824 99 96 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili) 3826 00 10 u 3826 00 90”;

(2)

fl-Artikolu 16(1) ir-referenzi għal ċerti kodiċi huma aġġornati kif ġej:

(a)

fit-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu, il-kodiċi “3824 90 55” huwa sostitwit bil-kodiċi “3824 99 55”;

(b)

fit-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu, il-kodiċi “3824 90 80 sa 3824 90 99” huma sostitwiti bil-kodiċi “3824 99 80, 3824 99 85, 3824 99 86, 3824 99 92 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili), 3824 99 93, 3824 99 96 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili) 3826 00 10 u 3826 00 90”;

(c)

fit-tieni subparagrafu, il-kodiċi “2851 00 10” huwa sostitwit bil-kodiċi “2853 90 10”;

(3)

fl-Artikolu 20(1) ir-referenzi għal ċerti kodiċi huma aġġornati kif ġej:

(a)

fl-ewwel sentenza tal-punt (c), il-kodiċi “2710 11 sa 2710 19 69” huma sostitwiti bil-kodiċi “2710 12 sa 2710 19 68 u 2710 20 sa 2710 20 39 u 2710 20 90 (għall-prodotti biss li minnhom inqas minn 90 % tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f'210 °Ċ u 65 % jew iktar tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f'250 °Ċ bil-metodu ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86)),”;

(b)

fit-tieni sentenza tal-punt (c), il-kodiċi “2710 11 21” huwa sostitwit bil-kodiċi “2710 12 21”;

(c)

fit-tieni sentenza tal-punt (c), il-kodiċi “2710 11 25” huwa sostitwit bil-kodiċi “2710 12 25”.

(d)

fit-tieni sentenza tal-punt (c), il-kodiċi “2710 19 29” huwa sostitwit bil-kodiċi “2710 19 29 u 2710 20 90 (għall-prodotti biss li minnhom inqas minn 90 % tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f'210 °Ċ u 65 % jew iktar tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f'250 °Ċ bil-metodu ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86)),”;

(e)

fil-punt (h), il-kodiċi “3824 90 99” huwa sostitwit bil-kodiċi “3824 99 86, 3824 99 92 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili), 3824 99 93, 3824 99 96 (esklużi l-preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom l-amini bħala kostitwenti attivi u s-solventi u t-tinners inorganiċi komposti għall-verniċ u prodotti simili) 3826 00 10 u 3826 00 90”;

(4)

fl-Anness I ir-referenzi għal ċerti kodiċi huma aġġornati kif ġej:

(a)

It-Tabella A hija aġġornata kif ġej:

(i)

il-kodiċi “2710 11 31” huwa sostitwit bil-kodiċi “2710 12 31”;

(ii)

il-kodiċi “2710 11 41” huwa sostitwit bil-kodiċi “2710 12 41”;

(iii)

il-kodiċi “2710 11 45” huwa sostitwit bil-kodiċi “2710 12 45”;

(iv)

il-kodiċi “2710 11 49” huwa sostitwit bil-kodiċi “2710 12 49”;

(v)

il-kodiċi “2710 11 51” huwa sostitwit bil-kodiċi “2710 12 51”;

(vi)

il-kodiċi “2710 11 59” huwa sostitwit bil-kodiċi “2710 12 59”;

(vii)

il-kodiċi “2710 19 41 sa 2710 19 49” huma sostitwiti bil-kodiċi “2710 19 43 sa 2710 19 48 u 2710 20 11 sa 2710 20 19”.

(b)

fit-Tabella B il-kodiċi “2710 19 41 u 2710 19 49” huma sostitwiti bil-kodiċi “2710 19 43 sa 2710 19 48 u 2710 20 11 sa 2710 20 19”.

(c)

it-Tabella C hija aġġornata kif ġej:

(i)

il-kodiċi “2710 19 41 sa 2710 19 49” huma sostitwiti bil-kodiċi “2710 19 43 sa 2710 19 48 u 2710 20 11 sa 2710 20 19”;

(ii)

il-kodiċi “2710 19 61 sa 2710 19 69” huma sostitwiti bil-kodiċi “2710 19 62 sa 2710 19 68 u 2710 20 31 sa 2710 20 39”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-15 ta' Settembru 2018.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001 tas-6 ta' Awwissu 2001 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 279, 23.10.2001, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 282, 31.10.2017, p. 1).


Rettifika

9.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 91/30


Rettifika tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April tal-1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 182 tas-16 ta' Lulju 1999 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Volum 4, p. 228)

It-terminu “terraferma” għandu jiġi sostitwit bit-terminu “landfill” fid-Direttiva kollha fil-forma grammatikali xierqa.

Fil-paġna 241, l-Anness II, il-punt 2, l-ewwel sentenza:

minflok:

“Il-kompożizzjoni, lissija, imġieba f'tul taż-żmien u kwalitajiet ġenerali ta' skart li jrid jimla l-art irid isir magħruf b'mod kemm jista jkun preċiż.”;

aqra:

“Il-kompożizzjoni, lissija, imġieba f'tul taż-żmien u kwalitajiet ġenerali ta' skart li jrid jintrema f'landfill irid isir magħruf b'mod kemm jista' jkun preċiż.”.