ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 89

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
5 ta' April 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/525 tat-28 ta' Marzu 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-marlin abjad fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera Spanjola

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/526 tat-28 ta' Marzu 2018 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tar-raja ondjata fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VII d minn bastimenti li jtajru l-bandiera Belġjana

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/527 tat-28 ta' Marzu 2018 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Patata dell'Alto Viterbese (IĠP))

7

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 207/2016 tat-28 ta' Ottubru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/528]

8

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 208/2016 tat-28 ta' Ottubru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/529]

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 209/2016 tat-28 ta' Ottubru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/530]

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 210/2016 tat-28 ta' Ottubru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/531]

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 211/2016 tat-28 ta' Ottubru 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/532]

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 212/2016 tat-28 ta' Ottubru 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/533]

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 213/2016 tat-28 ta' Ottubru 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/534]

16

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 214/2016 tat-28 ta' Ottubru 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/535]

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 215/2016 tat-28 ta' Ottubru 2016 li temenda l-Anness XIII (Trasport) u XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/536]

18

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE ( ĠU L 100, 10.4.2008 )

19

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 256/2014 tat-12 ta' Diċembru 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/2123] ( ĠU L 311, 26.11.2015 )

19

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 12/2015 tal-25 ta' Frar 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2016/500] ( ĠU L 93, 7.4.2016 )

20

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 167/2015 tal-11 ta' Ġunju 2015 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE [2016/2202] ( ĠU L 341, 15.12.2016 )

20

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 198/2016 tat-30 ta' Settembru 2016 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/275] ( ĠU L 46, 23.2.2017 )

20

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 206/2016 tat-30 ta' Settembru 2016 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/283] ( ĠU L 46, 23.2.2017 )

21

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) 2017/2305 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda d-Direttiva (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward it-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea ( ĠU L 335, 15.12.2017 )

21

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/525

tat-28 ta' Marzu 2018

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-marlin abjad fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera Spanjola

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).


ANNESS

Numru

02/TQ120

Stat Membru

Spanja

Stokk

WHM/ATLANT

Speċi

Marlin abjad (Tetrapturus albidus)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Data tal-għeluq

1.1.2018


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/526

tat-28 ta' Marzu 2018

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tar-raja ondjata fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VII d minn bastimenti li jtajru l-bandiera Belġjana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2018.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament li għamlu l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2018.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2018 għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi f'dak l-Anness jew li huma rreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikulari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi ttrażbordat jew ittrasportat lejn pajjiż ieħor jew li jinħatt l-art minnhom.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).


ANNESS

Numru

04/TQ120

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

RJU/07D.

Speċi

Raja ondjata (Raja undulata)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VII d

Data tal-għeluq

1.1.2018


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/527

tat-28 ta' Marzu 2018

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Patata dell'Alto Viterbese” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Patata dell'Alto Viterbese”, irreġistrata skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 159/2014 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat talba għal emenda, permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna d-denominazzjoni “Patata dell'Alto Viterbese” (IĠP), hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 159/2014 tat-13 ta' Frar 2014 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Patata dell'Alto Viterbese (IĠP)] (ĠU L 52, 21.2.2014, p. 5).

(3)  ĠU C 391, 18.11.2017, p. 14.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 207/2016

tat-28 ta' Ottubru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/528]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1004 tat-22 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 45zza (ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 1004: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1004 tat-22 ta' Ġunju 2016 (ĠU L 165, 23.6.2016, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/1004 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Ottubru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 165, 23.6.2016, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 208/2016

tat-28 ta' Ottubru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/529]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 tal-25 ta' Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formula tat-trabi u tal-formula ta' prosegwiment u fir-rigward ta' rekwiżiti dwar l-informazzjoni dwar it-tmigħ tat-trabi u tat-tfal żgħar (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/479 tal-1 ta' April 2016 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'rabta mal-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) bħala sustanza li żżid il-ħlewwa f'ċertu xarbiet b'enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2016/127 iħassar, b'effett mit-22 ta' Frar 2020, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE (3), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar taħt il-Ftehim ŻEE b'effett mit-22 ta' Frar 2020.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(5)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej huwa mdaħħal wara l-punt 77a (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/128):

“77b.

32016 R 0127: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 tal-25 ta' Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formula tat-trabi u tal-formula ta' prosegwiment u fir-rigward ta' rekwiżiti dwar l-informazzjoni dwar it-tmigħ tat-trabi u tat-tfal żgħar (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Anness VI, Parti A, għandu jiżdied dan li ġej:

bl-Iżlandiż: ‘Ungbarnablanda’ u ‘Stoðblanda’

bin-Norveġiż: ‘Morsmelkerstatning’ u ‘Tilskuddsblanding’

(b)

Fl-Anness VI, Parti B, għandu jiżdied dan li ġej:

bl-Iżlandiż: ‘Ungbarnamjólk’ u ‘Mjólkurstoðblanda’

bin-Norveġiż: ‘Morsmelkerstatning basert på melk’ u ‘Tilskuddsblanding basert på melk’.”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32016 R 0479: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/479 tal-1 ta' April 2016 (ĠU L 87, 2.4.2016, p. 1).”

3.

It-test tal-punt 54zzzv (id-Direttiva tal-Kunsill 2006/141/KE) għandu jitħassar b'effett mit-22 ta' Frar 2020.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti Delegat (UE) 2016/127 u r-Regolament (UE) 2016/479 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Ottubru 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 25, 2.2.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 87, 2.4.2016, p. 1.

(3)  ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 209/2016

tat-28 ta' Ottubru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/530]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/918 tad-19 ta' Mejju 2016 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12zze (ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0918: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/918 tad-19 ta' Mejju 2016 (ĠU L 156, 14.6.2016, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/918 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Ottubru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 156, 14.6.2016, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 210/2016

tat-28 ta' Ottubru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/531]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/575 tad-29 ta' Marzu 2016 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu dawk biss reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiddaħħal fil-punt 3k (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2006/502/KE) tal-Kapitolu XIX tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 D 0575: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/575 tad-29 ta' Marzu 2016 (ĠU L 98, 14.4.2016, p. 4).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/575 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Ottubru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 98, 14.4.2016, p. 4

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 211/2016

tat-28 ta' Ottubru 2016

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/532]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 tat-18 ta' Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-istallazzjoni, l-operazzjoni u t-tiswija ta' takografi u l-komponenti tagħhom (1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 146, 3.6.2016, p. 31, irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21ba (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/68) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“21bb.

32016 R 0799: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 tat-18 ta' Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-istallazzjoni, l-operazzjoni u t-tiswija ta' takografi u l-komponenti tagħhom (ĠU L 139, 26.5.2016, p. 1), kif ikkoreġut mill-ĠU L 146, 3.6.2016, p. 31.”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/799, kif ikkoreġut mill-ĠU L 146, 3.6.2016, p. 31, bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jrid jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Ottubru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2016 tat-3 ta' Ġunju 2016 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 139, 26.5.2016, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(2)  ĠU L 308, 23.11.2017, p. 27.


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 212/2016

tat-28 ta' Ottubru 2016

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/533]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/844 tas-27 ta' Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (1) kif koreġuta mill-ĠU L 193, 19.7.2016, p. 117, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 56f (id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 L 0844: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2016/844 tas-27 ta' Mejju 2016 (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 51), kif koreġuta permezz tal-ĠU L 193, 19.7.2016, p. 117.”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/844, kif ikkoreġut fil-ĠU L 193, 19.7.2016, p. 117, bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Ottubru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 51.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 213/2016

tat-28 ta' Ottubru 2016

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/534]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1006 tat-22 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 255/2010 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-ICAO imsemmija fl-Artikolu 3(1) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66wi (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 1006: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1006 tat-22 ta' Ġunju 2016 (ĠU L 165, 23.6.2016, p. 8).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1006 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Ottubru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 165, 23.6.2016, p. 8.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 214/2016

tat-28 ta' Ottubru 2016

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/535]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/963 tas-16 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 66zab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 0963: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/963 tas-16 ta' Ġunju 2016 (ĠU L 160, 17.6.2016, p. 50).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/963 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Ottubru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 160, 17.6.2016, p. 50.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 215/2016

tat-28 ta' Ottubru 2016

li temenda l-Anness XIII (Trasport) u XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2018/536]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (1) għandu jiġi inkorporat bil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Annessi XIII u XX tal-Ftehim ŻEE jeħtieġ għalhekk li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 56b (id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 0757: Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55).”

Artikolu 2

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21av (id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“21aw.

32015 R 0757: Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55).”

Artikolu 3

It-test tar-Regolament (UE) 2015/757 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Ottubru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55.

(*1)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


Rettifika

5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/19


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 100 tal-10 ta' April 2008 )

F'paġna 30, it-test tal-punt 15 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 jinbidel kif ġej:

minflok:

“Il-kliem “Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda” fil-punti 7 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/53/KE), 8 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/70/KE) u 10 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/82/KE) fil-Parti 3.2 għandu jitħassar.”,

aqra:

“Il-kliem ‘Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda’ fil-punti 7 (Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE) u 8 (Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE) fil-Parti 3.1 u l-punt 29 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/466/KE) fil-Parti 3.2 għandu jitħassar. Il-kliem ‘Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej: Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda’ fil-punti 10 tal-Parti 3.1 (Id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE) għandu jitħassar.”


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/19


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 256/2014 tat-12 ta' Diċembru 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/2123]

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 311 tas-26 ta' Novembru 2015 )

F'paġna 4, fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 256/2014, it-test jinbidel kif ġej:

minflok:

“L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 9b (ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 7.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

‘—

32010 L 0063: Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).’”,

aqra:

“Dan li ġej jiżdied fil-punt 9b (ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 7.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

‘, kif emendat minn:

32010 L 0063: Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).’”


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/20


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 12/2015 tal-25 ta' Frar 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2016/500]

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 93 tas-7 ta' April 2016 )

F'paġna 21, it-test fil-punt 2 tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 12/2015 jiġi sostitwit b'li ġej:

minflok:

“It-test tal-punt 73 (Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1048/2012) jitħassar.”,

aqra:

“It-test tal-punt 74 (Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2012) jitħassar.”


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/20


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 167/2015 tal-11 ta' Ġunju 2015 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE [2016/2202]

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 341 tal-15 ta' Diċembru 2016 )

F'paġna 66, fil-punti 1 u 2 tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 167/2015, in-numru CELEX jinbidel kif ġej:

minflok:

32015 R 0345”,

aqra:

32015 D 0345”.


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/20


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 198/2016 tat-30 ta' Settembru 2016 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/275]

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 46 tat-23 ta' Frar 2017 )

F'paġna 2, it-test fin-nota f'qiegħ il-paġna (*) tinbidel b'dan li ġej:

minflok:

“Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.”,

aqra:

“Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.”


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/21


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 206/2016 tat-30 ta' Settembru 2016 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/283]

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 46 tas-23 ta' Frar 2017 )

F'paġna 53, l-ewwel sentenza fil-punt 2 tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 206/2016 jinbidel kif ġej:

minflok:

“Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 31bb (id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):”,

aqra:

“Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 31bbe (ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/514):”.


5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/21


Rettifika tar-Regolament (UE) 2017/2305 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda d-Direttiva (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward it-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 tal-15 ta' Diċembru 2017 )

It-titolu fil-paġna tal-Werrej u t-titolu fil-paġna 1,

minflok:

“Regolament (UE) 2017/2305 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda d-Direttiva (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward it-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea”,

aqra:

“Regolament (UE) 2017/2305 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tat-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-Kooperazzjoni territorjali Ewropea”.