ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 84

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
28 ta' Marzu 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/511 tat-23 ta' Marzu 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/512 tas-27 ta' Marzu 2018 li jimplimenta l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 747/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan

13

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2018/513 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni ppreżentata mill-Ġermanja — EGF/2017/008 DE/Goodyear

16

 

*

Deċiżjoni (UE) 2018/514 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Iżvezja — EGF/2017/007 SE/Ericsson

18

 

*

Deċiżjoni (UE) 2018/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni ppreżentata minn Spanja — EGF/2017/006 ES/Galicia apparel

20

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/516 tas-27 ta' Marzu 2018 li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/450/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/517 tal-21 ta' Marzu 2018 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' Ħbieb Brittaniċi — ibqgħu magħna fl-UE (notifikata bid-dokument C(2018) 1730)

25

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/518 tas-26 ta' Marzu 2018 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja biex jiddaħħlu mill-ġdid iż-żwiemel reġistrati għall-kompetizzjoni wara esportazzjoni temporanja lejn l-Indoneżja, li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 93/195/KEE fir-rigward tal-entrata tal-Indoneżja u li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Indoneżja fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn huma awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina (notifikata bid-dokument C(2018) 1725)  ( 1 )

27

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/511

tat-23 ta' Marzu 2018

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 (1) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(2)

Jenħtieġ li ċerti kodiċijiet ta' rappurtar jiġu mmodifikati sabiex ir-rappurtar tal-qabdiet ikun jista' jsir b'mod preċiż. Jenħtieġ li ċerti referenzi għan-noti f'qiegħ il-paġna u l-formulazzjoni tagħhom jiġu kkoreġuti.

(3)

Fir-Regolament (UE) 2018/120, il-qabda totali permissibbli (TAC) għaċ-ċiċċirell fid-diviżjonijiet 2a u 3a tal-ICES u fis-subżona 4 tal-ICES kienet stabbilita għal żero. Iċ-ċiċċirell huwa speċi b'ħajja qasira u l-parir xjentifiku rilevanti jkun disponibbli fit-tieni nofs ta' Frar, filwaqt li l-attivitajiet tas-sajd jibdew f'April.

(4)

Jenħtieġ li l-limiti ta' qbid għaċ-ċiċċirell fid-diviżjonijiet 2a u 3a tal-ICES u fis-subżona 4 tal-ICES issa jiġu emendati f'konformità mal-aħħar parir xjentifiku mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), maħruġ fit-23 ta' Frar 2018.

(5)

Għas-sajd taċ-ċiċċirell, id-diviżjonijiet 2a u 3a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES huma maqsuma f'żoni ta' ġestjoni, abbażi ta' parir xjentifiku. Iż-żona ta' ġestjoni 3r tinsab prinċipalment fl-ilmijiet Norveġiżi. Madankollu, din tinkludi wkoll l-ilmijiet tal-Unjoni, u xi sikek tas-sajd importanti transżonali bejn iż-żoni ta' ġestjoni 2r u 3r. Il-parir tal-ICES jindika li, bħala medja, 8 % tal-qabdiet fiż-żona ta' ġestjoni 3r jinqabdu f'ilmijiet tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-limiti ta' qbid fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona ta' ġestjoni 3r jiġu stabbiliti skont dak il-parir.

(6)

Jenħtieġ li t- TAC għall-bakkaljaw fis-subżona 1 u d-diviżjoni 2b tal-ICES tiġi emendata biex tirrifletti korrettament l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-Unjoni f'dik iż-żona.

(7)

Jenħtieġ li jiġi emendat l-għadd massimu ta' bastimenti tas-sajd bil-konz permessi għal Malta fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT li jistgħu jiġu awtorizzati biex jistadu għat-tonn, iżommuh abbord, jittrasbordawh, jittrasportawh, jew iħottuh l-art, biex jittieħed kont tal-għadd akbar ta' bastimenti li huma awtorizzati jagħmlu dan.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/120 jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-limiti tal-qbid previsti fir-Regolament (UE) 2018/120 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018. Għalhekk jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet introdotti minn dan ir-Regolament dwar il-limiti tal-qbid japplikaw ukoll minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni ta' aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi IA, IB u IV għar-Regolament (UE) 2018/120 huma emendati f'konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta' Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, p. 1).


ANNESS

1.

L-Anness IA huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell u qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 2a, 3a u 4 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Ċiċċirell u qabdiet aċċessorji assoċjati

Ammodytes spp.

Żona:

Ilmijiet tal-Unjoni ta' 2a, 3a u 4 (1)

Danimarka

195 875  (2)

 

 

Renju Unit

4 282  (2)

 

 

Ġermanja

300 (2)

 

 

Żvezja

7 193  (2)

 

 

L-Unjoni

207 650

 

 

TAC

207 650

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 m'għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 m'għandux japplika

(b)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-arġentina silus fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 3a u 4 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Arġentina silus

Argentina silus

Żona:

Ilmijiet tal-Unjoni ta' 3a u 4

(ARU/3A4-C)

Danimarka

1 093

 

 

Ġermanja

11

 

 

Franza

8

 

 

Irlanda

8

 

 

Netherlands

51

 

 

Żvezja

43

 

 

Renju Unit

20

 

 

L-Unjoni

1 234

 

 

TAC

1 234

 

TAC ta' prekawzjoni”

(c)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għat-tusk fi 3a hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Tusk

Brosme brosme

Żona:

3a

(USK/03 A.)

Danimarka

15

 

 

Żvezja

8

 

 

Ġermanja

8

 

 

L-Unjoni

31

 

 

TAC

31

 

TAC ta' prekawzjoni

Japplika l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament”

(d)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għat-tusk fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' 5, 6 u 7 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Tusk

Brosme brosme

Żona:

Ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' 5, 6 u 7

(USK/567EI.)

Ġermanja

17

 

 

Spanja

60

 

 

Franza

705

 

 

Irlanda

68

 

 

Renju Unit

340

 

 

Oħrajn

17 (4)

 

 

L-Unjoni

1 207

 

 

Norveġja

2 923  (5)  (6)  (7)  (8)

 

 

TAC

4 130

 

TAC ta' prekawzjoni

Japplika l-Artikolu 12(1) ta' dan ir-Regolament

Japplika l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament

(e)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz tal-linja sewda fi 3a hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Merluzz tal-linja sewda

Melanogrammus aeglefinus

Żona:

3a

(HAD/03 A.)

Belġju

12

 

 

Danimarka

2 070

 

 

Ġermanja

132

 

 

Netherlands

2

 

 

Żvezja

245

 

 

L-Unjoni

2 461

 

 

TAC

2 569

 

TAC analitika”

(f)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-merluzz fi 3a hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Merluzz

Merluccius merluccius

Żona:

3a

(HKE/03 A.)

Danimarka

2 890  (9)

 

 

Żvezja

246 (9)

 

 

L-Unjoni

3 136

 

 

TAC

3 136  (10)

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament

(g)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Stokkafixx

Micromesistius poutassou

Żona:

ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14

(WHB/1X14)

Danimarka

61 277  (11)

 

 

Ġermanja

23 825  (11)

 

 

Spanja

51 949  (11)  (12)

 

 

Franza

42 644  (11)

 

 

Irlanda

47 451  (11)

 

 

Netherlands

74 720  (11)

 

 

Portugall

4 826  (11)  (12)

 

 

Żvezja

15 158  (11)

 

 

Renju Unit

79 513  (11)

 

 

L-Unjoni

401 363  (11)  (13)

 

 

Norveġja

110 000

 

 

Gżejjer Faeroe

10 000

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament

(h)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-linarda fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' 3a hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Linarda

Molva dypterygia

Żona:

Ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' 3a

(BLI/03 A-)

Danimarka

3

 

 

Ġermanja

2

 

 

Żvezja

3

 

 

L-Unjoni

8

 

 

TAC

8

 

TAC ta' prekawzjoni”

(i)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-lipp fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 3a hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Lipp

Molva molva

Żona:

Ilmijiet tal-Unjoni ta' 3a

(LIN/03 A.)

Belġju

6

 

 

Danimarka

50

 

 

Ġermanja

6

 

 

Żvezja

19

 

 

Renju Unit

6

 

 

L-Unjoni

87

 

 

TAC

87

 

TAC ta' prekawzjoni”

(j)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-lipp fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Lipp

Molva molva

Żona:

Ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14

(LIN/6X14.)

Belġju

48 (14)

 

 

Danimarka

8 (14)

 

 

Ġermanja

173 (14)

 

 

Spanja

3 498

 

 

Franza

3 730  (14)

 

 

Irlanda

935

 

 

Portugall

8

 

 

Renju Unit

4 296  (14)

 

 

L-Unjoni

12 696

 

 

Norveġja

7 500  (15)  (16)  (17)

 

 

Gżejjer Faeroe

200 (18)  (19)

 

 

TAC

20 396

 

TAC ta' prekawzjoni

Japplika l-Artikolu 12(1) ta' dan ir-Regolament

(k)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-awwista Norveġiża fi 3a hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Awwista Norveġiża

Nephrops norvegicus

Żona:

3a

(NEP/03 A.)

Danimarka

8 626

 

 

Ġermanja

25

 

 

Żvezja

3 087

 

 

L-Unjoni

11 738

 

 

TAC

11 738

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament”

(l)

ma japplikax għall-Malti;

(m)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għal-lingwata komuni fi 3a u fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjonijiet 22-24 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Lingwata komuni

Solea solea

Żona:

3a; Ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjonijiet 22-24

(SOL/3ABC24)

Danimarka

376

 

 

Ġermanja

22 (20)

 

 

Netherlands

36 (20)

 

 

Żvezja

14

 

 

L-Unjoni

448

 

 

TAC

448

 

TAC analitika

(n)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sawrell u qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 4b, 4c u 7d hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Sawrell u qabdiet aċċessorji assoċjati

Trachurus spp.

Żona:

Ilmijiet tal-Unjoni ta' 4b, 4c u 7d

(JAX/4BC7D)

Belġju

14 (21)

 

 

Danimarka

5 985  (21)

 

 

Ġermanja

529 (21)  (22)

 

 

Spanja

111 (21)

 

 

Franza

497 (21)  (22)

 

 

Irlanda

376 (21)

 

 

Netherlands

3 604  (21)  (22)

 

 

Portugall

13 (21)

 

 

Żvezja

75 (21)

 

 

Renju Unit

1 425  (21)  (22)

 

 

L-Unjoni

12 629

 

 

Norveġja

2 550  (23)

 

 

TAC

15 179

 

TAC ta' prekawzjoni

2.

L-Anness IB huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw f'1 u 2b tinbidel b'dan li ġej:

Speċi:

Bakkaljaw

Gadus morhua

Żona:

1 u 2b

(COD/1/2B.)

Ġermanja

5 409  (26)

 

 

Spanja

12 047  (26)

 

 

Franza

2 461  (26)

 

 

Polonja

2 359  (26)

 

 

Portugall

2 472  (26)

 

 

Renju Unit

3 552  (26)

 

 

Stati Membri oħra

390 (24)  (26)

 

 

L-Unjoni

28 690  (25)

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 m'għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 m'għandux japplika

(b)

it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għar-redfish (pelaġiku) fl-ilmijiet ta' Greenland tan-NAFO 1F u l-ilmijiet ta' Greenland ta' 5, 12 u 14 hija sostitwita b'dan li ġej:

Speċi:

Redfish (pelaġiku)

Sebastes spp.

Żona:

Ilmijiet ta' Greenland tan-NAFO 1F u ilmijiet ta' Greenland ta' 5, 12 u 14

(RED/N1G14P)

Ġermanja

858 (27)  (28)  (29)

 

 

Franza

4 (27)  (28)  (29)

 

 

Renju Unit

6 (27)  (28)  (29)

 

 

L-Unjoni

868 (27)  (28)  (29)

 

 

Norveġja

628 (27)  (28)

 

 

Gżejjer Faeroe

0 (27)  (28)  (30)

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 m'għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 m'għandux japplika

3.

Fl-Anness IV, punt 4, it-tabella A hija ssostitwita b'dan li ġej:

“Tabella A

Għadd ta' bastimenti tas-sajd (31)

 

Ċipru (32)

Greċja (33)

Kroazja

Italja

Franza

Spanja

Malta (34)

għas-sajd bit-tartaruni tal-borża

1

1

16

12

20

6

1

għas-sajd bil-konzijiet

20 (35)

0

0

30

8

31

54

għas-sajd bil-lixka

0

0

0

0

37

60

0

għas-sajd bix-xolfa

0

0

12

0

33 (36)

2

0

għat-tkarkir

0

0

0

0

57

0

0

Sajd artiġjanali ieħor (37)

0

42

0

0

118

184

0


(1)  Għajr l-ilmijiet sa sitt mili nawtiċi mil-linji bażi tar-Renju Unit f'Shetland, Fair Isle u Foula.

(2)  Sa 2 % tal-kwota tista' tkun qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-kavalli (OT1/*2A3A4). Il-qabdiet aċċessorji tal-merlangu u tal-kavalli magħduda mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet magħduda mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, flimkien, ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

Kondizzjoni speċjali:

fi ħdan il-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell, kif definit fl-Anness IID:

Żona

:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell

 

1r

2r (3)

3r

4

5r

6

7r

 

(SAN/234_1R)

(SAN/234_2R)

(SAN/234_3R)

(SAN/234_4)

(SAN/234_5R)

(SAN/234_6)

(SAN/234_7R)

Danimarka

126 837

4 717

8 177

55 979

0

165

0

Renju Unit

2 772

103

179

1 224

0

4

0

Ġermanja

194

7

13

86

0

0

0

Żvezja

4 658

173

300

2 056

0

6

0

L-Unjoni

134 461

5 000

8 669

59 345

0

175

0

Total

134 461

5 000

8 669

59 345

0

175

0

(3)  Fiż-żona ta' ġestjoni 2r it-TAC tista' tiġi mistada biss bħala TAC ta' monitoraġġ bi protokoll assoċjata ta' kampjunar għall-attività tas-sajd.”

(4)  Esklużivament għall-qabdiet aċċessorji. F'din il-kwota mhuwiex permess sajd dirett.

(5)  Iridu jiġu mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 2a, 4, 5b, 6 u 7 (USK/*24X7C).

(6)  Kondizzjoni speċjali: li biha tkun awtorizzata qabda inċidentali ta' speċijiet oħra ta' 25 % għal kull bastiment, fi kwalunkwe waqt, f'5b, 6 u 7. Madankollu, dan il-perċentwal jista' jinqabeż fl-ewwel 24 siegħa wara li jibda s-sajd għal xi raġuni speċifika. Il-qabda inċidentali totali ta' speċijiet oħra f'5b, 6 u 7 ma għandhiex taqbeż l-ammont li ġej, ta' f'tunnellati (OTH/*5B67-): 3 000. Il-qabda aċċessorja tal-bakkaljaw skont din id-dispożizzjoni fiż-żona 6a ma tistax tkun iktar minn 5 %.

(7)  Inkluż il-lipp. Dawn il-kwoti tan-Norveġja għandhom jiġu mistada biss bil-konzijiet f'5b, 6 u 7:

Lipp (LIN/*5B67-)

7 500

Tusk (USK/*5B67-)

2 923

(8)  Il-kwoti tat-tusk u tal-lipp tan-Norveġja jistgħu jiġu skambjati sa dan l-ammont f'tunnellati: 2 000.”

(9)  Jistgħu jsiru trasferimenti ta' din il-kwota lejn l-ilmijiet tal-Unjoni ta' 2a u 4. Madankollu, dawn it-trasferimenti għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni minn qabel.

(10)  Fi ħdan din it-TAC ġenerali għall-istokk tat-Tramuntana tal-merluzz: 111 785.”

(11)  Kondizzjoni speċjali: fil-limitu ta' kwantità totali tal-aċċess ta' 21 500 tunnellata għall-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jaqbdu sa mhux iżjed minn dan il-perċentwal tal-kwoti tagħhom fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe (WHB/*05-F.): 9,2 %.

(12)  Jistgħu jsiru trasferimenti ta' din il-kwota lejn 8c, 9 u 10; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1. Madankollu, dawn it-trasferimenti għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minn qabel.

(13)  Kondizzjoni speċjali: mill-kwoti tal-UE fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14 (WHB/*NZJM1) u f'8c, 9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 (WHB/*NZJM2), tista' tiġi mistada l-kwantità li ġejja fiż-Żona Ekonomika tan-Norveġja jew fiż-żona tas-sajd ta' madwar Jan Mayen: 227 975.”

(14)  Kondizzjoni speċjali: mhux aktar minn 15 % ta' din il-kwota tista' tiġi mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 4 (LIN/*04-C.).

(15)  Kondizzjoni speċjali: li biha tkun awtorizzata qabda inċidentali ta' speċijiet oħra ta' 25 % għal kull bastiment, fi kwalunkwe waqt, f'5b, 6 u 7. Madankollu, dan il-perċentwal jista' jinqabeż fl-ewwel 24 siegħa wara li jibda s-sajd għal xi raġuni speċifika. Il-qabda inċidentali totali ta' speċijiet oħra f'5b, 6 u 7 ma għandhiex taqbeż l-ammont li ġej, f'tunnellati (OTH/*6X14.): 3 000. Il-qabda aċċessorja tal-bakkaljaw skont din id-dispożizzjoni fiż-żona 6a ma tistax tkun iktar minn 5 %.

(16)  Inkluż it-tusk. Il-kwoti għan-Norveġja għandhom jiġu mistada biss bil-konzijiet f'5b, 6 u 7, u jammontaw għal:

Lipp (LIN/*5B67-)

7 500

Tusk (USK/*5B67-)

2 923

(17)  Il-kwoti tal-lipp u tat-tusk għan-Norveġja jistgħu jiġu skambjati sal-ammont li ġej, f'tunnellati: 2 000

(18)  Inkluż it-tusk. Iridu jiġu mistada f'6b u 6a fit-tramuntana ta' 56° 30′ N (LIN/*6BAN.).

(19)  Kondizzjoni speċjali: li biha tkun awtorizzata qabda inċidentali ta' speċijiet oħra ta' 20 % għal kull bastiment, fi kwalunkwe waqt, f'6a u 6b. Madankollu, dan il-perċentwal jista' jinqabeż fl-ewwel 24 siegħa wara li jibda s-sajd għal xi raġuni speċifika. Il-qabda inċidentali totali ta' speċijiet oħra f'6a u 6b ma għandhiex taqbeż dan l-ammont, f'tunnellati (OTH/*6AB.): 75.”

(20)  Il-kwota tista' tiġi mistada biss fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 3a, is-Sottodiviżjonijiet 22-24.”

(21)  Sa 5 % tal-kwota tista' tkun qabdiet aċċessorji tal-minfaħ, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu u tal-kavall (OTH/*4BC7D). Il-qabdiet aċċessorji tal-minfaħ, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu u tal-kavall magħduda mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet magħduda mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, flimkien, ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.

(22)  Kondizzjoni speċjali: sa 5 % ta' din il-kwota mistada fid-diviżjoni 7d tista' tingħadd bħala li kienet mistada taħt il-kwota li tikkonċerna ż-żona li ġejja: ilmijiet tal-Unjoni ta' 2a, 4a, 6, 7a-c, 7e-k, 8a, 8b, 8d u 8e; ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' 5b; ilmijiet internazzjonali ta' 12 u 14 (JAX/*2 A-14).

(23)  Jistgħu jiġu mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 4a iżda ma jistgħux jiġu mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' 7d (JAX/*04-C.).”

(24)  Ħlief il-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Polonja, il-Portugall u r-Renju Unit.

(25)  L-allokazzjoni tas-sehem tal-istokk tal-bakkaljaw disponibbli għall-Unjoni fiż-żona ta' Spitzbergen u l-Gżira Bear u l-qabdiet aċċessorji assoċjati tal-merluzz tal-linja sewda huma kompletament mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi li ġejjin mit-Trattat ta' Pariġi tal-1920.

(26)  Il-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda jistgħu jirrappreżentaw sa 14 % għal kull qabda. Il-kwantitajiet tal-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda huma b'żieda mal-kwota għall-bakkaljaw.”

(27)  Jistgħu jiġu mistada biss mill-10 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru.

(28)  Jistgħu jiġu mistada biss fl-ilmijiet ta' Greenland fiż-Żona ta' Konservazzjoni tar-Redfish li hija kkonfinata mil-linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

Punt

Latitudni

Lonġitudni

1

64° 45′ N

28° 30′ W

2

62° 50′ N

25° 45′ W

3

61° 55′ N

26° 45′ W

4

61° 00′ N

26° 30′ W

5

59° 00′ N

30° 00′ W

6

59° 00′ N

34° 00′ W

7

61° 30′ N

34° 00′ W

8

62° 50′ N

36° 00′ W

9

64° 45′ N

28° 30′ W

(29)  Kondizzjoni speċjali: din il-kwota tista' tiġi mistada wkoll fl-ilmijiet internazzjonali taż-Żona ta' Konservazzjoni tar-Redfish imsemmija hawn fuq (RED/*5-14P).

(30)  Jistgħu jiġu mistada biss fl-ilmijiet ta' Greenland ta' 5 u 14 (RED/*514GN).”

(31)  In-numri li jidhru fit-taqsimiet 1, 2 u 3 jistgħu jonqsu sabiex ikunu konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

(32)  Bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża ta' daqs medju jista' jiġi ssostitwit b'mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konzijiet jew b'bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża żgħir wieħed flimkien ma' mhux aktar minn tliet bastimenti tas-sajd bil-konzijiet.

(33)  Bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża ta' daqs medju jista' jiġi ssostitwit b'mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz jew b'bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża wieħed żgħir u tliet bastimenti oħra tas-sajd artiġjanali.

(34)  Bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża ta' daqs medju jista' jiġi sostitwit b'mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konzijiet.

(35)  Bastimenti polivalenti, li jużaw tagħmir b'iktar minn irkaptu wieħed.

(36)  Bastimenti tas-sajd bix-xolfa li joperaw fl-Atlantiku.

(37)  Bastimenti polivalenti, li jużaw tagħmir b'iżjed minn irkaptu wieħed (konz, xlief, xlief bir-rixa).”


28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/512

tas-27 ta' Marzu 2018

li jimplimenta l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 747/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 747/2014 tal-10 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 131/2004 u (KE) Nru 1184/2005 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 747/2014.

(2)

Fl-14 ta' Marzu 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit bis-saħħa tal-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1591 (2005) aġġorna l-informazzjoni relattiva għal tliet persuni soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l -Anness I għar-Regolament (UE) Nru 747/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 747/2014 huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  ĠU L 203, 11.7.2014, p. 1.


ANNESS

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

“2.   ALNSIEM, Musa Hilal Abdalla

Psewdonimu: a) Sheikh Musa Hilal; b) Abd Allah; c) Abdallah; d) AlNasim; e) Al Nasim; f) AlNaseem; g) Al Naseem; h) AlNasseem; i) Al Nasseem

Nomina: a) eks-Membru tal-Assemblea Nazzjonali tas-Sudan mid-distrett ta' Al-Waha, b) eks-konsulent speċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Federali, c) Kap Suprem tat-Tribù ta' Mahamid fit-Tramuntana tad-Darfur

Data tat-twelid: a) 1 ta' Jannar 1964; b) 1959;

Post tat-twelid: Kutum;

Indirizz: a) Kabkabiya, is-Sudan; b) Kutum, is-Sudan (Residenti f'Kabkabiya u l-belt ta' Kutum, fit-Tramuntana ta' Darfur u għex f'Khartoum).

Nazzjonalità: Is-Sudan

Passaport: a) Passaport Diplomatiku D014433, maħruġ fil-21 ta' Frar 2013 (Skada fil-21 ta' Frar 2015);

b) Passaport Diplomatiku D009889, maħruġ fis-17 ta' Frar 2011 (Skada fis-17 ta' Frar 2013)

Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Ċertifikat ta' Nazzjonalità A0680623.

Data tan-nomina min-NU: 25 ta' April 2006.

Informazzjoni oħra: Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5795065

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Rapport mill-Human Rights Watch jiddikjara li għandhom memorandum iddatat it-13 ta' Frar 2004 minn uffiċċju tal-gvern lokali fit-Tramuntana ta' Darfur li jordna lill-“unitajiet tas-sigurtà fil-lokalità” biex “jippermettu li l-attivitajiet tal-mujahideen u l-voluntiera taħt il-kmand tax-Xejk Musa Hilal jipproċedu fiż-żoni tat-[Tramuntana ta' Darfur] u jiżguraw il-ħtiġijiet vitali tagħhom”. Fit-28 ta' Settembru 2005, 400 milizzja Għarbija attakkaw il-villaġġi ta' Aro Sharrow (inkluż il-kamp tiegħu ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP)), Acho, u Gozmena f'Darfur tal-Punent. Aħna nemmnu wkoll li Musa Hilal kien preżenti waqt l-attakk fuq il-kamp tal-IDP ta' Aro Sharrow: ibnu kien inqatel waqt l-attakk tal-Armata tal-Liberazzjoni Sudaniża (SLA) fuq Shareia, jiġifieri issa kien involut fi ġlieda personali marbuta mal-familja. Hemm raġunijiet validi biex wieħed jemmen li bħala l-Kap Suprem huwa kellu responsabbiltà diretta għal dawn l-azzjonijiet u huwa responsabbli għal ksur tad-dritt internazzjonali umanitarju u dwar id-drittijiet tal-bniedem u għal atroċitajiet oħra.

3.   SHAREIF Adam

Psewdonimu: a) Adam Yacub Shant; b) Adam Yacoub

Nomina: Kmandant tal-Armata għal-Liberazzjoni tas-Sudan (ALS).

Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1970

Post tat-twelid: El-Fasher

Nazzjonalità: Is-Sudan

Nru tal-passaport: P00182993, maħruġ fid-19 ta' Lulju 2010 (skada fit-18 ta' Lulju 2015)

Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 103-0037-6235 (kif imsemmi fil-passaport)

Data tan-nomina min-NU: 25 ta' April 2006.

Informazzjoni oħra: Allegatament deċedut fis-7 ta' Ġunju 2012. Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5283783

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Suldati tal-ALS taħt il-kmand ta' Adam Yacub Shant kisru l-ftehim ta' waqfien mill-ġlied billi attakkaw kontinġent militari tal-Gvern tas-Sudan li kien qed jakkumpanja konvoj ta' trakkijiet qrib Abu Hamra, f'Darfur tat-Tramuntana fit-23 ta' Lulju 2005, fejn qatlu tliet suldati. Wara l-attakk insterqu armi u munizzjoni militari tal-Gvern. Il-Grupp ta' Esperti għandu informazzjoni li tistabbilixxi li l-attakk mis-suldati tas-SLA sar u kien organizzat b'mod ċar; konsegwentement, dan kien ippjanat sew. Huwa għalhekk raġonevoli li wieħed jassumi li, kif ikkonkluda l-Grupp, li Shant, bħala l-Kmandant konfermat tas-SLA fiż-żona, bilfors kellu għarfien ta' u approva/jew ordna l-attakk. Għalhekk, huwa direttament responsabbli mill-attakk u jilħaq il-kriterji biex jitniżżel fil-lista.

4.   MAYU, Jibril Abdulkarim Ibrahim

Psewdonimu: a) General Gibril Abdul Kareem Barey; b) ‘Tek’; c) Gabril Abdul Kareem Badri

Nomina: Kmandant Operattiv tal-Moviment Nazzjonali għar-Riforma u l-Iżvilupp (NMRD)

Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1967

Post tat-twelid: El-Fasher, it-Tramuntana tad-Darfur

Nazzjonalità: Sudaniż mit-twelid

Indirizz: Tine, Sudan (Residenti f'Tine, fuq in-naħa Sudaniża tal-fruntiera maċ-Chad)

Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: a) 192-3238459-9, b) Ċertifikat ta' nazzjonalità akkwistat permezz tat-twelid 302581

Data tan-nomina min-NU: 25 ta' April 2006.

Informazzjoni oħra: Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5795071

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mayu huwa responsabbli għall-ħtif ta' persunal tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Sudan (AMIS) f'Darfur matul Ottubru 2005. Mayu jagħmel tentattiv bil-miftuħ li jisfratta l-missjoni tal-AMIS permezz ta' intimidazzjoni; pereżempju huwa hedded li jispara fuq ħelikopters tal-Unjoni Afrikana (UA) u jwaqqagħhom fiż-żona ta' Jebel Moon f'Novembru 2005. Permezz ta' tali azzjonijiet Mayu kiser biċ-ċar SCR 1591 billi huwa jikkostitwixxi theddida għall-istabbiltà f'Darfur u jissodisfa l-kriterji biex jiġi nominat mill-Kumitat biex ikun soġġett għal sanzjonijiet.”


DEĊIŻJONIJIET

28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/16


DEĊIŻJONI (UE) 2018/513 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Marzu 2018

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni ppreżentata mill-Ġermanja — EGF/2017/008 DE/Goodyear

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u fil-każ ta' persuni li jaħdmu għal rashom meta l-attività tagħhom tkun intemmet b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta' kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u biex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3).

(3)

Fis-6 ta' Ottubru 2017, il-Ġermanja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward tas-sensji fil-Goodyear Dunlop Tires Germany GmbH fil-Ġermanja. Din ġiet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali pprovduta skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Dik l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-FEG jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 2 165 231 fir-rigward tal-applikazzjoni sottomessa mill-Ġermanja.

(5)

Biex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta' EUR 2 165 231 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din għandha tapplika mill-14 ta' Marzu 2018.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Marzu 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

L. PAVLOVA


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/18


DEĊIŻJONI (UE) 2018/514 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Marzu 2018

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Iżvezja — EGF/2017/007 SE/Ericsson

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-iskop li jagħti appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li kienu jaħdmu għal rashom u kellhom iwaqqfu l-attività tagħhom minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni, bħala riżultat tal-kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew bħala riżultat ta' kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida, u li jassistihom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-FEG ma jridx jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif previst fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3).

(3)

Fid-9 ta' Awwissu 2017, l-Iżvezja ssottomettiet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward tas-sensji fl-Ericsson (Telefonaktiebolaget LM Ericsson) fl-Iżvezja. Din ġiet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali mogħtija skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. L-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)

Għaldaqstant, il-FEG għandu jiġi mobilizzat sabiex jagħti kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 2 130 400 fir-rigward tal-applikazzjoni mressqa mill-Iżvezja.

(5)

Sabiex iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG jitnaqqas kemm jista' jkun, jenħtieġ li din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta' EUR 2 130 400 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-14 ta' Marzu 2018.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Marzu 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

L. PAVLOVA


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/20


DEĊIŻJONI (UE) 2018/515 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Marzu 2018

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni ppreżentata minn Spanja — EGF/2017/006 ES/Galicia apparel

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (minn hawn 'il quddiem “FEG”) għandu l-iskop li jagħti appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li kienu jaħdmu għal rashom u kellhom iwaqqfu l-attività tagħhom minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni, bħala riżultat tal-kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew bħala riżultat ta' kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida, u li jassistihom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-FEG ma jridx jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif previst fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3).

(3)

Fid-19 ta' Lulju 2017, Spanja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-FEG, fir-rigward ta' sensji f'5 intrapriżi li joperaw fis-settur tal-manifattura tal-ħwejjeġ fir-reġjun tal-Galicia fi Spanja. Din ġiet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali mogħtija skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. L-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, l-applikazzjoni minn Spanja titqies ammissibbli peress li s-sensji għandhom impatt serju fuq l-impjiegi u l-ekonomija lokali.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-FEG jiġi mobilizzat sabiex jagħti kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 720 000 għall-applikazzjoni ppreżentata minn Spanja.

(6)

Sabiex iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG jitnaqqas kemm jista' jkun, jenħtieġ li din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2018, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 720 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din għandha tapplika mill-14 ta' Marzu 2018.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Marzu 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

L. PAVLOVA


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/22


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/516

tas-27 ta' Marzu 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/450/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/450/PESK tal-10 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/423/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/450/PESK.

(2)

Fl-14 ta' Marzu 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit bis-saħħa tal-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1591 (2005) aġġorna l-informazzjoni relattiva għal tliet persuni soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/450/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/450/PESK huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  ĠU L 203, 11.7.2014, p. 106.


ANNESS

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

“2.   ALNSIEM, Musa Hilal Abdalla

Psewdonimu: a) Sheikh Musa Hilal; b) Abd Allah; c) Abdallah; d) AlNasim; e) Al Nasim; f) AlNaseem; g) Al Naseem; h) AlNasseem; i) Al Nasseem

Nomina: a) eks-Membru tal-Assemblea Nazzjonali tas-Sudan mid-distrett ta' Al-Waha, b) eks-konsulent speċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Federali, c) Kap Suprem tat-Tribù ta' Mahamid fit-Tramuntana tad-Darfur

Data tat-twelid: a) 1 ta' Jannar 1964; b) 1959;

Post tat-twelid: Kutum;

Indirizz: a) Kabkabiya, is-Sudan; b) Kutum, is-Sudan (Residenti f'Kabkabiya u l-belt ta' Kutum, fit-Tramuntana ta' Darfur u għex f'Khartoum).

Nazzjonalità: Is-Sudan

Passaport: a) Passaport Diplomatiku D014433, maħruġ fil-21 ta' Frar 2013 (Skada fil-21 ta' Frar 2015);

b) Passaport Diplomatiku D009889, maħruġ fis-17 ta' Frar 2011 (Skada fis-17 ta' Frar 2013)

Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Ċertifikat ta' Nazzjonalità A0680623.

Data tan-nomina min-NU: 25 ta' April 2006.

Informazzjoni oħra: Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link tal-Internet tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5795065

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Rapport mill-Human Rights Watch jiddikjara li għandhom memorandum iddatat it-13 ta' Frar 2004 minn uffiċċju tal-gvern lokali fit-Tramuntana ta' Darfur li jordna lill-“unitajiet tas-sigurtà fil-lokalità” biex “jippermettu li l-attivitajiet tal-mujahideen u l-voluntiera taħt il-kmand tax-Xejk Musa Hilal jipproċedu fiż-żoni tat-[Tramuntana ta' Darfur] u jiżguraw il-ħtiġijiet vitali tagħhom”. Fit-28 ta' Settembru 2005, 400 milizzja Għarbija attakkaw il-villaġġi ta' Aro Sharrow (inkluż il-kamp tiegħu ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP)), Acho, u Gozmena f'Darfur tal-Punent. Aħna nemmnu wkoll li Musa Hilal kien preżenti waqt l-attakk fuq il-kamp tal-IDP ta' Aro Sharrow: ibnu kien inqatel waqt l-attakk tal-Armata tal-Liberazzjoni Sudaniża (SLA) fuq Shareia, jiġifieri issa kien involut fi ġlieda personali marbuta mal-familja. Hemm raġunijiet validi biex wieħed jemmen li bħala l-Kap Suprem huwa kellu responsabbiltà diretta għal dawn l-azzjonijiet u huwa responsabbli għal ksur tad-dritt internazzjonali umanitarju u dwar id-drittijiet tal-bniedem u għal atroċitajiet oħra.

3.   SHAREIF Adam

Psewdonimu: a) Adam Yacub Shant; b) Adam Yacoub

Nomina: Kmandant tal-Armata għal-Liberazzjoni tas-Sudan (ALS).

Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1970

Post tat-twelid: El-Fasher

Nazzjonalità: Is-Sudan

Nru tal-passport: P00182993, maħruġ fid-19 ta' Lulju 2010 (skada fit-18 ta' Lulju 2015)

Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 103-0037-6235 (kif imsemmi fil-passaport)

Data tan-nomina min-NU: 25 ta' April 2006.

Informazzjoni oħra: Allegatament deċedut fis-7 ta' Ġunju 2012. Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link tal-Internet tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5283783

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Suldati tal-ALS taħt il-kmand ta' Adam Yacub Shant kisru l-ftehim ta' waqfien mill-ġlied billi attakkaw kontinġent militari tal-Gvern tas-Sudan li kien qed jakkumpanja konvoj ta' trakkijiet qrib Abu Hamra, f'Darfur tat-Tramuntana fit-23 ta' Lulju 2005, fejn qatlu tliet suldati. Wara l-attakk insterqu armi u munizzjoni militari tal-Gvern. Il-Grupp ta' Esperti għandu informazzjoni li tistabbilixxi li l-attakk mis-suldati tas-SLA sar u kien organizzat b'mod ċar; konsegwentement, dan kien ippjanat sew. Huwa għalhekk raġonevoli li wieħed jassumi li, kif ikkonkluda l-Grupp, li Shant, bħala l-Kmandant konfermat tas-SLA fiż-żona, bilfors kellu għarfien ta' u approva/jew ordna l-attakk. Għalhekk, huwa direttament responsabbli mill-attakk u jilħaq il-kriterji biex jitniżżel fil-lista.

4.   MAYU, Jibril Abdulkarim Ibrahim

Psewdonimu: a) General Gibril Abdul Kareem Barey; b) ‘Tek’; c) Gabril Abdul Kareem Badri

Nomina: Kmandant Operattiv tal-Moviment Nazzjonali għar-Riforma u l-Iżvilupp (NMRD)

Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1967

Post tat-twelid: El-Fasher, it-Tramuntana tad-Darfur

Nazzjonalità: Sudaniż mit-twelid

Indirizz: Tine, Sudan (Residenti f'Tine, fuq in-naħa Sudaniża tal-fruntiera maċ-Chad)

Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali: a) 192-3238459-9, b) Ċertifikat ta' nazzjonalità akkwistat permezz tat-twelid 302581

Data tan-nomina min-NU: 25 ta' April 2006.

Informazzjoni oħra: Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link tal-Internet tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5795071

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mayu huwa responsabbli għall-ħtif ta' persunal tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Sudan (AMIS) f'Darfur matul Ottubru 2005. Mayu jagħmel tentattiv bil-miftuħ li jisfratta l-missjoni tal-AMIS permezz ta' intimidazzjoni; pereżempju huwa hedded li jispara fuq ħelikopters tal-Unjoni Afrikana (UA) u jwaqqagħhom fiż-żona ta' Jebel Moon f'Novembru 2005. Permezz ta' tali azzjonijiet Mayu kiser biċ-ċar SCR 1591(2005) billi huwa jikkostitwixxi theddida għall-istabbiltà f'Darfur u jissodisfa l-kriterji biex jiġi nominat mill-Kumitat biex ikun soġġett għal sanzjonijiet.”


28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/517

tal-21 ta' Marzu 2018

dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Ħbieb Brittaniċi — ibqgħu magħna fl-UE”

(notifikata bid-dokument C(2018) 1730)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-suġġett tal-inizjattiva proposta bl-isem ta' “Ħbieb Brittaniċi — ibqgħu magħna fl-UE” huwa: “Brexit fl-2016 ma kienx plebixxit vinkolanti, iżda sempliċiment referendum pubbliku sabiex il-Parlament Brittaniku jevalwa l-opinjoni tal-popolazzjoni Brittanika dak iż-żmien.”

(2)

L-objettivi ewlenin tal-inizjattiva proposta huma: “L-għan tagħna huwa li noħolqu pjattaforma li tippermetti liċ-ċittadini Ewropej kollha jieħdu sehem f'din l-inizjattiva u biex nilħqu l-parti l-kbira taċ-Ċittadini Brittaniċi (inklużi dwak li jgħixu fl-UE li ġew effettivament imċaħħda mid-drittijiet tagħhom fir-referendum oriġinali) u b'hekk nagħtu opportunità liċ-ċittadini Brittaniċi kollha li jagħtu l-opinjoni tagħhom.”

(3)

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jirrinforza ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jsaħħaħ aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprovdi, inter alia, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

(4)

Għal dan il-għan, il-proċeduri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini għandhom ikunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir aktar aċċessibbli.

(5)

Id-dritt li kwalunkwe Stat Membru jirtira mill-Unjoni Ewropea huwa mnaqqax fl-Artikolu 50(1) tat-TUE, li skontu kull Stat Membru jista' jiddeċiedi, skont il-ħtiġijiet kostituzzjonali tiegħu, li joħroġ mill-Unjoni.

(6)

Filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea jiddispjaċiha għad-deċiżjoni tar-Renju Unit li jirtira mill-Unjoni Ewropea, kif iddikjarat minn Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea flimkien ma' Martin Schulz, il-President tal-Parlament Ewropew, Donald Tusk, il-President tal-Kunsill Ewropew u Mark Rutte, id-Detentur tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fl-24 ta' Ġunju 2016 (2), ma hemm l-ebda bażi ġuridika fit-Trattati li tippermetti l-adozzjoni ta' att ġuridiku relatat mal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet fi Stat Membru b'rabta man-notifika tal-intenzjoni tal-Istat Membru li jirtira mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-TUE.

(7)

Għal dawn ir-raġunijiet, l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Ħbieb Brittaniċi — ibqgħu magħna fl-UE” manifestament taqa' barra mis-setgħat tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta għal att ġuridiku tal-Unjoni għall-iskop li timplimenta t-Trattati fis-sens tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament, moqri flimkien mal-punt 1 tal-Artikolu 2 tiegħu.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-reġistrazzjoni tal-inizjattiva proposta bl-isem ta' “Ħbieb Brittaniċi - ibqgħu magħna fl-UE” hija b'dan irrifjutata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Ħbieb Brittaniċi — ibqgħu magħna fl-UE”, irrappreżentata minn [Dejta personali mħassra wara konsultazzjoni mal-organizzaturi] li jaġixxu bħala l-persuni ta' kuntatt.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

L-ewwel Viċi President


(1)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.

(2)  http://europa.eu/rapid/press-release_STATEMENT-16-2329_mt.htm


28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/27


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/518

tas-26 ta' Marzu 2018

li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja biex jiddaħħlu mill-ġdid iż-żwiemel reġistrati għall-kompetizzjoni wara esportazzjoni temporanja lejn l-Indoneżja, li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 93/195/KEE fir-rigward tal-entrata tal-Indoneżja u li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrata tal-Indoneżja fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet minnhom minn fejn huma awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ekwidi ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina

(notifikata bid-dokument C(2018) 1725)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) u (4), l-Artikolu 16(2) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/156/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni tal-ekwidi ħajjin fl-Unjoni. Hija tipprevedi li l-importazzjonijiet ta' ekwidi fl-Unjoni jiġu awtorizzati biss minn pajjiżi terzi li jissodisfaw ċerti rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali.

(2)

L-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE (2) jistipula listi ta' pajjiżi terzi assenjati lill-gruppi sanitarji A u E. L-Anness VII ta' dik id-Deċiżjoni jinkludi, fost l-oħrajn, mudell ta' ċertifikat tas-saħħa li għandu jintuża għad-dħul mill-ġdid taż-żwiemel reġistrati wara esportazzjoni temporanja għal inqas minn 60 ġurnata, biex jipparteċipaw fl-avvenimenti ekwestri tal-Asian Games u l-Endurance World Cup.

(3)

L-avvenimenti ekwestri tat-18-il edizzjoni tal-Asian Games se jsiru f'Jakarta, l-Indoneżja mit-18 ta' Awwissu sat-2 ta' Settembru 2018. Dawn l-avvenimenti se jinkludu kompetizzjonijiet tax-Show Jumping, tad-Dressage u tal-Eventing taħt il-patroċinju tal-Fédération Equestre Internationale u se jattiraw ukoll kombinazzjonijiet bejn żiemel u kavallier stabbiliti fl-Unjoni.

(4)

Sabiex jiġi awtorizzat id-dħul mill-ġdid fl-Unjoni bejn l-10 ta' Awwissu 2018 u l-10 ta' Settembru 2018 ta' żwiemel reġistrati għall-kompetizzjoni wara esportazzjoni temporanja bl-għan li jieħdu sehem fl-Asian Games, u sabiex jiġi provdut mudell ta' ċertifikat tas-saħħa li jakkumpanja lil dawn iż-żwiemel reġistrati, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit li dawk iż-żwiemel jistgħu biss jidħlu mill-ġdid fl-Unjoni jekk ikunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa skont il-mudell stipulat fl-Anness VII tad-Deċiżjoni 93/195/KEE. Għal dak il-għan, huwa wkoll meħtieġ li l-Indoneżja tiġi inkluża fil-grupp sanitarju xieraq fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni.

(5)

Peress li l-Anness I ġie emendat diversi drabi, jenħtieġ li jiġi aġġornat u sostitwit fl-intier tiegħu għal raġunijiet ta' ċarezza legali.

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 93/195/KEE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(7)

L-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE (3) jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, jew ta' partijiet minnhom fejn tapplika r-reġjonalizzazzjoni, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ekwidi u ta' semen, ova u embrijuni tagħhom, u jindika l-kundizzjonijiet l-oħra li huma applikabbli għal dawn l-importazzjonijiet.

(8)

Sabiex jospitaw l-avvenimenti ekwestri tal-Asian Games għall-2018, l-awtoritajiet kompetenti tal-Indoneżja talbu li parti mit-territorju ta' dak il-pajjiż, peress li hija żona li tinsab fuq u madwar korsa tat-tiġrijiet kompletament magħluqa f'żona residenzjali fiċ-ċentru tal-belt ta' Jakarta u li ilha li ġiet żvujtjata mill-ekwini minn Mejju 2016, tiġi rikonoxxuta bħala żona ħielsa mill-mard tal-ekwini. Din iż-żona ħielsa mill-mard tal-ekwini ġiet stabbilita skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) (4) u bl-assistenza ta' esperti.

(9)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Indoneżja pprovdew għadd ta' garanziji, b'mod partikolari fir-rigward tan-notifikabbiltà tal-mard elenkat fl-Anness I tad-Direttiva 2009/156/KE f'pajjiżhom, u wrew l-impenn li jikkonformaw b'mod sħiħ mal-Artikolu 12(2)(f) ta' dik id-Direttiva fir-rigward tan-notifika immedjata ta' mard lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

(10)

Skont l-informazzjoni disponibbli mill-Indoneżja u l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), il-marda Afrikana taż-żwiemel, l-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela u l-istomatite vexxikulari qatt ma ġew irrapportati fl-Indoneżja.

(11)

Filwaqt li ma hemm l-ebda rapporti disponibbli rigward l-okkorrenza ta' durina u ta' glanders matul is-snin preċedenti, l-Indoneżja wettqet stħarriġ seroloġiku komprensiv fuq il-popolazzjoni ekwina fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u ż-żona ta' madwar il-parti ewlenija taż-żona ħielsa mill-mard tal-ekwini fil-parti metropolitana ta' Jakarta, liema stħarriġ kellu riżultati negattivi għall-każijiet kollha tal-marda Afrikana taż-żwiemel u tad-durina. Madankollu, wieħed mis-600 żiemel inklużi fl-istħarriġ ġie djanjostikat bil-glanders permezz tas-seroloġija.

(12)

Għal perjodu ta' 6 xhur, li formalment beda fil-15 ta' Frar 2018, iż-żona ewlenija li tinkludi l-post magħżul għall-Asian Games se tibqa' ħielsa mill-ekwini u l-miżuri kollha ta' kontroll u ta' bijosigurtà li għandhom x'jaqsmu maż-żona ħielsa mill-marda tal-ekwini se jkunu fis-seħħ sakemm iż-żwiemel parteċipanti jiġu introdotti skont il-protokoll ta' kwarantina miftiehem.

(13)

Sabiex jiżguraw il-ħarsien sostenibbli tal-istatus tas-saħħa tal-popolazzjoni ekwina fiż-żona ħielsa mill-mard tal-ekwini, l-awtoritajiet Indoneżjani ntrabtu biex iħaddmu faċilità ta' kwarantina f'din iż-żona biex jikkontrollaw id-dħul ta' ekwini minn stabbilimenti f'partijiet oħrajn tal-Indoneżja u minn pajjiżi terzi mhux imsemmija fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE. Matul din il-kwarantina ta' qabel id-dħul, l-annimali se jkunu soġġetti għat-testijiet tas-saħħa tal-annimali f'konformità mal-kundizzjonijiet tal-importazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-pajjiżi tal-istess grupp sanitarju.

(14)

Wara li l-informazzjoni u l-garanziji rrapportati mill-Indoneżja tqiesu bħala sodisfaċenti, jenħtieġ li l-Indoneżja tiġi inkluża fil-lista tal-pajjiżi terzi stipulata fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati matul il-perjodu bejn l-10 ta' Awwissu u l-10 ta' Settembru 2018. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Indoneżja tiġi reġjonalizzata għal ċertu mard tal-ekwini. Mil-lat epidemjoloġiku, jenħtieġ li ż-żona ħielsa mill-mard tal-ekwini fl-Indoneżja tiġi assenjata lill-grupp sanitarju C fil-lista fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni.

(15)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/211/KE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(16)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul mill-ġdid taż-żwiemel reġistrati għall-kompetizzjoni wara esportazzjoni temporanja lejn parti mit-territorju tal-Indoneżja reġjonalizzata għall-parteċipazzjoni fl-Asian Games tal-2018 f'Jakarta, sakemm kull żiemel ikun akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa debitament mimli skont il-mudell ta' ċertifikat tas-saħħa stipulat fl-Anness VII tad-Deċiżjoni 93/195/KEE, u sakemm ukoll iż-żwiemel u ċ-ċertifikati sanitarji li jakkumpanjawhom ikunu ppreżentati lill-post ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' dħul fl-Unjoni fil-perjodu ta' żmien indikat fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

Artikolu 2

L-Anness I tad-Deċiżjoni 93/195/KEE huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE huwa emendat skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Għandha tapplika sat-30 ta' Settembru 2018.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta' Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ekwini ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).

(4)  http://www.oie.int/our-scientific-expertise/specific-information-and-recommendations/international-competition-horse-movement/equine-disease-free-zones/


ANNESS I

ANNESS I

Grupp Sanitarju A  (1)

L-Iżvizzera (CH), Greenland (GL), l-Iżlanda (IS)

Grupp Sanitarju B  (1)

L-Awstralja (AU), il-Belarussja (BY), il-Montenegro (ME), l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2) (MK), New Zealand(NZ), is-Serbja (RS), ir-Russja (3) (RU), l-Ukrajna (UA)

Grupp Sanitarju C  (1)

Il-Kanada (CA), iċ-Ċina (3) (CN), Hong Kong (HK), l-Indoneżja (3)  (4) (ID), il-Ġappun (JP), ir-Repubblika tal-Korea (KR), il-Macao (MO), il-Malasja (peniżola) (MY), Singapore (SG), it-Tajlandja (TH), l-Istati Uniti tal-Amerka (US)

Grupp Sanitarju D  (1)

L-Arġentina (AR), Barbados (BB), il-Bermuda (BM), il-Bolivja (BO), il-Brażil (3) (BR), iċ-Ċili (CL), il-Costa Rica (3) (CR), Kuba (CU), il-Ġamajka (JM), il-Messiku (3) (MX), il-Perù (3) (PE), il-Paragwaj (PY), l-Urugwaj (UY)

Grupp Sanitarju E  (1)

L-Emirati Għarab Magħquda (AE), il-Bahrain (BH), l-Alġerija (DZ), l-Iżrael (5) (IL), il-Ġordan (ĠO), il-Kuwajt (KW), il-Libanu (LB), il-Marokk (MA), l-Oman (OM), il-Qatar (QA), l-Arabja Sawdija (3) (SA), it-Tuneżija (TN), it-Turkija (3) (TR).



ANNESS II

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-tabella, tiddaħħal l-entrata li ġejja għall-Indoneżja, fl-ordni alfabetika tal-Kodiċi ISO, bejn l-entrati għal Honk Kong u l-Iżrael:

“ID

L-Indoneżja

ID-0

Il-pajjiż kollu

 

Valida mill-10 ta' Awwissu sal-10 ta' Settembru 2018”

ID-1

Iż-żona ta' Jakarta ħielsa mill-mard tal-ekwini (ara l-Kaxxa 9 għad-dettalji)

C

X

(2)

Tiżdied il-Kaxxa 9 li ġejja:

“Kaxxa 9

ID

L-Indoneżja

ID-1

Iż-żona ta' Jakarta ħielsa mill-mard tal-ekwini li tikkonsisti minn:

(1)

iż-żona ewlenija li tinkludi l-post f'Pulomas;

(2)

il-passaġġ tal-awtostrada ġewwa ż-żona ta' sorveljanza mill-post sal-Ajruporti Internazzjonali ta' Jakarta (Soekarno-Hatta u Halim Perdana Kusuma)”