ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
21.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/1 |
Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra
Il-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra (1) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2018, wara li fis-26 ta' Frar 2018 tlestiet il-proċedura prevista fl-Art 57(1) tal-Ftehim Qafas.
(1) ĠU L 343, 22.12.2017, p. 3.
REGOLAMENTI
21.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/2 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/460
tal-20 ta' Marzu 2018
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-florotannini Ecklonia cava bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li huwa biss l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni li jista' jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. |
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2), li jistabbillixxi lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat, ġie addottat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(3) |
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni għandha tissottometti abbozz ta' att ta' implimentazzjoni dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel ġdid u dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni. |
(4) |
Skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, kwalunkwe talba għat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid fi ħdan l-Unjoni ippreżentata lil Stat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u li għaliha ma tteħditx deċiżjoni finali qabel l-1 ta' Jannar 2018 għandha tiġi trattata bħala applikazzjoni sottomessa skont ir-Regolament (UE) 2015/2283. |
(5) |
Fl-14 ta' Mejju 2015, il-kumpanija Botamedi Inc. għamlet talba lill-awtorità kompetenti tal-Irlanda biex tqiegħed fis-suq il-florotannini estratti mill-alga marina li tittiekel Ecklonia cava (“florotannini Ecklonia cava”) bħala ingredjent ġdid fi ħdan it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. L-applikazzjoni titlob biex il-florotannini Ecklonia cava jintużaw bħala supplimenti tal-ikel għall-popolazzjoni ġenerali, minbarra għat-tfal ta' taħt it-12-il sena. |
(6) |
Filwaqt li t-talba għat-tqegħid tal-florotannini Ecklonia cavabħala ingredjent ġdid tal-ikel fis-suq tal-Unjoni ġiet sottomessa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, l-applikazzjoni tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/2283. |
(7) |
Fid-29 ta' Marzu 2016, l-awtorità kompetenti tal-Irlanda ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport din waslet għall-konklużjoni li skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 hija meħtieġa valutazzjoni addizzjonali għall-florotannini Ecklonia cava. |
(8) |
Fl-10 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra. L-Istati Membri, fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, qablu mar-rapport ta' valutazzjoni inizjali tal-Irlanda. |
(9) |
Fid-dawl tar-rapport ta' valutazzjoni inizjali maħruġ mill-Irlanda, li l-Istati Membri l-oħra qablu miegħu, fit-22 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) u talbitha tagħmel valutazzjoni oħra għall-florotannini Ecklonia cava bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97. |
(10) |
Fl-20 ta' Settembru 2017, l-EFSA adottat “Scientific Opinion on the safety of Ecklonia cava phlorotannins as a novel food pursuant to Regulation (KE) Nru 258/97” (4). Din l-opinjoni, għalkemm elaborata u adottata mill-EFSA skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97, hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(11) |
L-opinjoni tal-EFSA enfasizzat li l-konsum tal-jodju minn supplimenti tal-ikel li fihom il-florotannini Ecklonia cava jista' jkun ta' tħassib għan-nies f'riskju li jimirdu bit-tirojde, u li, jekk persuni li mhumiex f'riskju li jimirdu bit-tirojde, jieħdu supplimenti tal-ikel li fihom il-florotannini Ecklonia cava minbarra supplimenti tal-ikel oħrajn li fihom il-jodju, il-konsum ta' jodju ġenerali tagħhom jista' jaqbeż il-limitu massimu stabbilit għall-jodju (5). Supplimenti tal-ikel li fihom il-florotannini Ecklonia cava għandhom għalhekk jiġu ttikkettati kif xieraq. |
(12) |
Barra minn hekk, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-użu maħsub u l-fatt li t-talba għall-awtorizzazzjoni teskludi t-tfal taħt l-età ta' 12-il sena, is-supplimenti tal-ikel li fihom il-florotannini Ecklonia cava għandhom ukoll ikunu ttikkettati b'mod xieraq f'dan ir-rigward. |
(13) |
Minn dan isegwi, li l-opinjoni tal-EFSA tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-florotannini Ecklonia cava fl-użi u l-livelli tal-użu proposti meta użati bħala ingredjent fis-supplimenti tal-ikel, jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(14) |
Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jistipula r-rekwiżiti dwar is-supplimenti tal-ikel. L-użu tal-florotannini Ecklonia cava għandu jkun awtorizzat mingħajr preġudizzju għal dik id-Direttiva. |
(15) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-florotannini Ecklonia cava, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat, kif previst fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283.
2. L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tal-ittikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
3. L-awtorizzazzjoni prevista f'dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46/KE.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).
(4) EFSA Journal 2017;15(10):5003.
(5) Opinion of the Scientific Committee on Food on the Tolerable Upper Intake Level of Iodine, 7.10.2002.
(6) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej
(1) |
Tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-Tabella 1 (L-Ikel il-Ġdid Awtorizzat) f'ordni alfabetiku:
|
(2) |
Tiddaħħal l-entrata li ġejja fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) f'ordni alfabetiku:
|
21.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/461
tal-20 ta' Marzu 2018
li jawtorizza estensjoni tal-użu ta' estratt rikk fit-tassifolina bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), b'mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li ikel ġdid jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni biss jekk ikun ġie awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2), li jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid awtorizzat. |
(3) |
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni għandha tissottometti abbozz ta' att ta' implimentazzjoni dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel ġdid, kif ukoll dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni. |
(4) |
Fit-23 ta' Awwissu 2010, il-kumpanija Ametis JSC bagħtet talba lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed fis-suq tal-Unjoni l-estratt rikk fit-tassifolina mill-injam tal-Lerċi tad-Daħurja (Larix gmelinii (Rupr.) Rupr) bħala ingredjent ta' ikel ġdid fit-tifsira tal-punt (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). L-applikazzjoni talbet li l-estratt rikk fit-tassifolina jkun jista' jintuża f'supplimenti tal-ikel għal popolazzjoni ikbar minn 14-il sena, kif ukoll f'xorb mhux alkoħoliku, fil-jogurt u f'dolċerija taċ-ċikkulata għall-popolazzjoni ġenerali għajr it-trabi, it-tfal żgħar u t-tfal sal-età ta' disa' snin. |
(5) |
Fit-13 ta' Diċembru 2016, l-EFSA adottat l-opinjoni tagħha “Scientific Opinion on the safety of taxifolin-rich extract as a novel food pursuant to Regulation (KE) Nru 258/97” (4), fejn ikkonkludiet li l-estratt rikk fit-tassifolina huwa sikur għall-użi u għal-livelli ta' użu proposti. |
(6) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2079 (5) awtorizzat, skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97, it-tqegħid fis-suq tal-estratt rikk fit-tassifolina mill-injam tal-Lerċi tad-Daħurja (Larix gmelinii (Rupr.) Rupr) bħala ikel ġdid għall-użu f'supplimenti tal-ikel maħsubin għall-popolazzjoni ġenerali, għajr it-trabi, it-tfal iż-żgħar, it-tfal u l-adolexxenti li jkollhom inqas minn 14-il sena. |
(7) |
Dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jittratta l-bqija tal-użi u tal-livelli ta' użu li għalihom l-applikant kien qed jitlob l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni bdiet evalwazzjoni ulterjuri qabel ma ħadet deċiżjoni aħħarija dwar l-ambitu sħiħ tal-applikazzjoni, sabiex tiżgura li l-estratt rikk fit-tassifolina huwa sikur ukoll meta jiġi kkonsmat f'forom oħra għajr supplimenti tal-ikel mit-trabi, mit-tfal żgħar, u mit-tfal ta' inqas minn disa' snin. |
(8) |
Fit-3 ta' Mejju 2017, l-applikant ġie infurmat bit-talba addizzjonali tal-Kummissjoni lill-EFSA, u qabel magħha. Fl-istess ħin, l-applikant talab ukoll estensjoni ulterjuri għall-użu u għall-kundizzjonijiet tal-użu tal-estratt rikk fit-tassifolina biex ikun kopert ukoll l-użu bħala ikel ġdid fi prodotti tal-ħalib għall-popolazzjoni ġenerali, kif ukoll l-inklużjoni, fl-informazzjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid, ta' isem kimiku li ma kienx inkluż fl-applikazzjoni oriġinali iżda ġie inkluż fl-opinjoni tal-EFSA tal-2016. Għal dawn l-estensjonijiet tal-użu, l-applikant ipprovda informazzjoni addizzjonali lill-EFSA. |
(9) |
Fit-28 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni kkonsultat mal-EFSA, u talbitha twettaq valutazzjoni supplimentari tas-sikurezza għall-estratt rikk fit-tassifolina fix-xorb mhux alkoħoliku, fid-dolċerija taċ-ċikkulata u fil-prodotti tal-ħalib għal kull grupp tal-popolazzjoni. |
(10) |
Skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, kull talba biex ikel ġdid jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni, imressqa lil Stat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, u li għaliha ma tkunx ittieħdet deċiżjoni aħħarija qabel l-1 ta' Jannar 2018, għandha tiġi ttrattata bħala applikazzjoni mressqa skont ir-Regolament (UE) 2015/2283. |
(11) |
Fil-25 ta' Ottubru 2017, l-EFSA adottat l-opinjoni “Scientific Opinion on the safety of taxifolin-rich extract” (6). Din l-opinjoni, anki jekk ġiet elaborata u adottata mill-EFSA skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97, hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(12) |
L-opinjoni tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-estratt rikk fit-tassifolina, meta jintuża bħala ingredjent fix-xorb mhux alkoħoliku, fil-prodotti tal-ħalib u fid-dolċerija taċ-ċikkulata, u filwaqt li jitqies kull grupp tal-popolazzjoni, huwa konformi mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(13) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jistipula rekwiżiti għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib, li japplikaw għall-estratt rikk fit-tassifolina meta jintuża bħala ingredjent fil-prodotti tal-ħalib. Skont il-punt 2 tal-Parti III tal-Anness VII tiegħu, l-estratt rikk fit-tassifolina ma jista' jintuża fil-prodotti tal-ħalib biex jissostitwixxi, għalkollox jew parzjalment, lil ebda kostitwent tal-ħalib. Għaldaqstant, l-użu tal-estratt rikk fit-tassifolina bħala ikel ġdid fil-prodotti tal-ħalib għandu jiġi limitat skont dan. |
(14) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-entrata fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat kif previst fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, li tirreferi għas-sustanza “estratt li fih ħafna tassifolina”, għandha tiġi emendata kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu u r-rekwiżiti ta' tikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).
(4) Il-Ġurnal tal-EFSA 2017; 15(2):4682.
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2079 tal-10 ta' Novembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-estratt rikk fit-tassifolina bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 81).
(6) Il-Ġurnal tal-EFSA 2017; 15(11):5059.
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-entrata għal “Estratt li fih ħafna tassifolina” fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) tinbidel b'li ġej:
|
(2) |
L-entrata għal “Definizzjoni” għal “Estratt li fih ħafna tassifolina” fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) tinbidel b'li ġej:
|
21.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/462
tal-20 ta' Marzu 2018
li jawtorizza estensjoni għall-użu tal-L-ergotijoneina bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jistipula li ikel ġdid jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni biss jekk ikun ġie awtorizzat u huwa inkluż fil-lista tal-Unjoni. |
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat (2), ġie adottat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(3) |
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, jenħtieġ li l-Kummissjoni tissottometti abbozz ta' att ta' implimentazzjoni dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel ġdid, kif ukoll dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni. |
(4) |
Fil-25 ta' Lulju 2013, il-kumpanija Tetrahedron għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti ta' Franza biex tqiegħed l-L-ergotijoneina sintetika (“L-ergotijoneina”) fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Fl-applikazzjoni ntalab li biex l-L-ergotijoneina tkun tista' tintuża f'supplimenti tal-ikel għall-popolazzjoni ġenerali, minbarra nisa tqal u li jreddgħu, u għat-tfal li għandhom iktar minn tliet snin, u biex tintuża f'xorb mhux alkoħoliku, fi prodotti tal-ħalib frisk, f'xarbiet magħmula mill-ħalib, fil-bars taċ-ċereali u fiċ-ċikkulata għall-popolazzjoni ġenerali, minbarra nisa' tqal u li jreddgħu, trabi u tfal żgħar. |
(5) |
Fis-26 ta' Ottubru 2016, l-EFSA adottat l-opinjoni tagħha “Scientific Opinion on the safety of L-ergothioneine as a novel food pursuant to Regulation (KE) Nru 258/97” (4), fejn ikkonkludiet li l-L-ergotijoneina hija sikura għall-użi u għal-livelli ta' użu proposti. |
(6) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1281 (5) awtorizzat, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 258/97, it-tqegħid fis-suq tal-L-ergotijoneina bħala ingredjent tal-ikel ġdid biex jintuża fis-supplimenti tal-ikel maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali, minbarra t-trabi u t-tfal żgħar, in-nisa tqal u li jreddgħu. |
(7) |
Dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jittratta l-bqija tal-użi u tal-livelli ta' użu li għalihom l-applikant kien qed ifittex l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni bdiet evalwazzjoni ulterjuri qabel ma ħadet deċiżjoni aħħarija dwar l-ambitu sħiħ tal-applikazzjoni, sabiex tiżgura li l-L-ergotijoneina tkun sikura anki meta tiġi kkonsmata f'forom oħra apparti supplimenti tal-ikel mit-trabi, mit-tfal żgħar, min-nisa tqal u li jreddgħu. |
(8) |
Fis-26 ta' April 2017, l-applikant ġie infurmat bit-talba addizzjonali tal-Kummissjoni lill-EFSA, u qabel magħha. |
(9) |
Fid-19 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni kkonsultat lill-EFSA u talbitha twettaq valutazzjoni tas-sikurezza supplimentari għal-L-ergotijoneina f'xorb mhux alkoħoliku, fi prodotti tal-ħalib frisk, f'xarbiet magħmula mill-ħalib, fil-bars taċ-ċereali u fiċ-ċikkulata għal nisa tqal u li jreddgħu, trabi u tfal żgħar. |
(10) |
Skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, kull talba biex ikel ġdid jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni, imressqa lil Stat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid, u li għaliha ma tkunx ittieħdet deċiżjoni qabel l-1 ta' Jannar 2018, għandha tiġi ttrattata bħala applikazzjoni mressqa skont ir-Regolament (UE) 2015/2283. |
(11) |
Fil-25 ta' Ottubru 2017, l-EFSA adottat l-opinjoni “Scientific Opinion on the safety of L-ergothioneine” (6). Din l-opinjoni, anki jekk ġiet elaborata u adottata mill-EFSA skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97, hija bi qbil mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(12) |
L-opinjoni tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-L-ergotijoneina, meta tintuża bħala ingredjent fix-xorb mhux alkoħoliku, fil-prodotti tal-ħalib frisk, fix-xarbiet magħmula mill-ħalib, fil-bars taċ-ċereali u fid-dolċerija taċ-ċikkulata, filwaqt li jitqies kull grupp tal-popolazzjoni, hija konformi mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(13) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (7) jistipula rekwiżiti għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, li japplikaw għal-L-ergotijoneina meta tintuża bħala ingredjent fil-prodotti tal-ħalib. Skont il-punt 2 tal-Parti III tal-Anness VII tiegħu, l-L-ergotijoneina ma tistax tintuża fil-prodotti tal-ħalib biex tissostitwixxi, għalkollox jew parzjalment, lil kwalunkwe kostitwent tal-ħalib. Għaldaqstant, l-użu tal-L-ergotijoneina bħala ikel ġdid fil-prodotti tal-ħalib irid jiġi limitat kif xieraq. |
(14) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-entrata fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat kif previst fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, li tirreferi għas-sustanza “L-ergotijoneina”, għandha tiġi emendata kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Ir-Regolament (Ke) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).
(4) EFSA Journal 2016; 14(11):4629
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1281 tat-13 ta' Lulju 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-L-ergotijoneina bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 184, 15.7.2017, p. 65).
(6) Il-Ġurnal tal-EFSA 2017; 15(11):5060.
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
L-entrata għal “L-ergotijoneina” fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) tinbidel b'li ġej:
L-ikel il-ġdid awtorizzat |
Il-kundizzjonijiet li fihom jista' jintuża l-ikel il-ġdid |
Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn |
Rekwiżiti oħrajn |
|
“L-ergotijoneina |
Il-kategorija tal-ikel speċifikat |
Livelli massimi |
Id-denominazzjoni tal-ikel il-ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ikel għandha tkun “L-ergotijoneina”” |
|
Xorb mingħajr alkoħol |
0,025 g/kg |
|||
Xarbiet magħmula mill-ħalib |
0,025 g/kg |
|||
Prodotti tal-ħalib “frisk” (*) |
0,040 g/kg |
|||
Bars taċ-ċereali |
0,2 g/kg |
|||
Dolċerija taċ-ċikkulata |
0,25 g/kg |
|||
Supplimenti tal-ikel kif iddefiniti fid-Direttiva 2002/46/KE |
30 mg kuljum għall-popolazzjoni ġenerali (minbarra n-nisa tqal u li jreddgħu) 20 mg kuljum għat-tfal ta' aktar minn 3 snin |
|||
|
DEĊIŻJONIJIET
21.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/15 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/463
tad-19 ta' Marzu 2018
dwar il-ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 56(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Fl-20 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni, wara s-smigħ tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (“il-Bord”), fis-sessjoni plenarja tagħha, adottat lista qasira ta' kandidati għall-kariga ta' membru tal-Bord u pprovdietha lill-Parlament Ewropew. |
(2) |
Il-Kunsill ġie infurmat bil-lista qasira fl-istess jum. |
(3) |
Skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-mandat ta' membru full-time tal-Bord huwa ta' ħames snin. |
(4) |
Fl-14 ta' Frar 2018, il-Kummissjoni adottat proposta għall-ħatra ta' Boštjan Jazbec bħala membru tal-Bord u ppreżentatha lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Boštjan JAZBEC huwa b'dan maħtur membru full-time tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal mandat ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
R. PORODZANOV
(1) ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.
(2) Approvazzjoni tal-1 ta' Marzu 2018.
RAKKOMANDAZZJONIJIET
21.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/16 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/464
tad-19 ta' Marzu 2018
dwar il-monitoraġġ ta' metalli u jodju fl-alka tal-baħar, il-pjanti li jgħixu fl-ilma mielaħ u prodotti bbażati fuq l-alka tal-baħar
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-livelli massimi (MLs) għall-arseniku, il-kadmju u ċ-ċomb f'diversi oġġetti tal-ikel ġew stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (1). Madankollu, bħalissa ma ġew stabbiliti l-ebda MLs għal dawn is-sustanzi fl-alka tal-baħar u l-pjanti li jgħixu fl-ilma mielaħ, ħlief għall-MLs stabbiliti skont dan ir-Regolament għas-supplimenti tal-ikel li huma magħmulin esklussivament mill-alka tal-baħar jew mill-prodotti li ġejjin mill-alka tal-baħar jew prinċipalment minnhom. |
(2) |
Għall-merkurju bħalissa hemm stabbilit limitu massimu ta' residwi (MRL) għall-algi u l-organiżmi prokarjotiċi f'livell predefinit ta' 0,01 mg/kg skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
(3) |
Fl-2006 il-Kumitat Xjentifiku għall-ikel stabbilixxa l-limitu massimu għat-teħid tal-jodju ta' 600 μg kuljum għall-adulti u ta' 200 μg kuljum għat-tfal ta' bejn sena u tliet snin (3). Il-kumitat indika li l-inġestjoni tal-prodotti tal-alga rikki bil-jodju, b'mod partikolari l-prodotti mnixxfa, tista' twassal għal teħid eċċessiv tal-jodju b'mod perikoluż, jekk dawn il-prodotti fihom aktar minn 20 mg jodju/kg ta' materja niexfa u l-popolazzjoni esposta tgħix f'żona b'nuqqas ta' jodju endemiku. |
(4) |
Id-dejta tal-okkorrenza disponibbli turi li l-alki tal-baħar fihom konċentrazzjonijiet sinifikanti arseniku, kadmju, jodju, ċomb u merkurju. Peress li l-pjanti li jgħixu fl-ilma mielaħ jikbru wkoll f'ambjent tal-baħar, jista' raġonevolment jiġi preżunt li dawn juru xejra simili tal-użu ta' dawn is-sustanzi u għaldaqstant xejra simili ta' kontaminazzjoni. |
(5) |
L-alka tal-baħar u l-pjanti li jgħixu fl-ilma mielaħ isawru kontribut dejjem aktar importanti lix-xejriet tal-konsum ta' ċerti konsumaturi tal-UE. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi vvalutat jekk il-kontribut tal-arseniku, tal-kadmju, tal-jodju, taċ-ċomb u tal-merkurju mill-alka tal-baħar u l-pjanti li jgħixu fl-ilma mielaħ għall-esponiment totali ta' dawn is-sustanzi ikunx jirrikjedi l-istabbiliment ta' MLs għall-arseniku, il-kadmju u ċ-ċomb għal dawn il-komoditajiet jew l-emenda tal-MRL għall-merkurju tal-algi u l-organiżmi prokarjotiċi jew li tittieħed xi azzjoni marbuta mal-esponiment għall-jodju minn dawn il-prodotti. |
(6) |
Għall-addittivi tal-ikel ibbażati fuq l-alka tal-baħar, l-ispeċifikazzjonijiet ġew stipulati fl-annessi tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (4). Għal uħud minn dawn l-addittivi, l-EFSA rrakkomandat li jeħtieg li jiġu riveduti l-limiti għall-impuritajiet tal-elementi tossiċi sabiex jiġi żgurat li l-użu ta' dawn l-addittivi ma jiffurmawx sors sinifikanti ta' esponiment għal dawn l-elementi tossiċi b'mod partikolari għat-trabi u t-tfal żgħar (5). Għalhekk, l-esponiment għall-arseniku, il-kadmju, il-jodju, iċ-ċomb u l-merkurju fl-addittivi tal-ikel ibbażati fuq l-alka tal-baħar u l-algi jenħtieġ li jiġi vvalutat. |
(7) |
Għall-arseniku, iċ-ċomb, il-kadmju u l-merkurju, il-livelli massimi fl-għalf huma stabbiliti skont id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Peress li ċerti speċijiet tal-alka tal-baħar jintużaw bħala għalf, il-kontenut tal-metall ta' dawn l-ispeċijiet jentħieġ jiġi investigat ukoll, kemm għal raġunijiet ta' saħħa tal-annimali kif ukoll fid-dawl tat-trasferiment ta' dawn il-metalli lil prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali. |
(8) |
Jenħtieġ li tinġabar id-dejta ta' okkorrenza għall-arseniku, il-kadmju, il-jodju, iċ-ċomb u l-merkurju f'diversi speċijiet tal-alka, il-pjanti li jgħixu fl-ilma mielaħ u l-prodotti bbażati fuq l-alka tal-baħar biex issostni l-valutazzjoni ta' esponiment dijetetiku. |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI
1. |
Li l-Istati Membri, matul is-snin 2018, 2019 u 2020, b'kollaborazzjoni mal-operaturi tan-negozju tal-ikel u tal-għalf, iwettqu monitoraġġ fuq il-preżenza tal-arseniku, il-kadmju, il-jodju, iċ-ċomb u l-merkurju fl-alka tal-baħar, fil-pjanti li jgħixu fl-ilma mielaħ u fil-prodotti bbażati fuq l-alka tal-baħar. Dan il-monitoraġġ jenħtieġ li jkopri l-pjanti li jgħixu fl-ilma mielaħ tajbin għall-ikel li jinkludu Salicorna europaea u Tetragonia tetragonoides u varjetà wiesgħa ta' speċijiet tal-alka tal-baħar li jirriflettu t-tendenzi tal-konsum u l-użi tal-għalf, inklużi l-arame (Ecklonia bicyclis), għeneb il-baħar (Fucus vesiculosus), id-darusu (Palmaria palmata), il-hijiki (Hizikia fusiforme), il-likeni tal-baħar (Chondrus crispus), il-laminarja tas-swaba' (Laminaria digitata), il-kombu (Laminaria japonica, Saccharina japonica), in-nori (Porphyra u Pyropia spp.), l-alga kannella (Ascophyllum nodosum), ħass il-baħar (Ulva sp.), l-ispagetti tal-baħar (Himanthalia elongata), l-alka tas-snien (Fucus serratus), is-swaba' tal-baħar (Codium sp.) laminarja zokkrija (Sacharina latissima) il-wakame (Undaria pinnatifida) u l-alarja tittiekel (Alaria esculenta), sabiex ikun hemm stima preċiża tal-esponiment. Barra minn hekk, jenħtieġ li tinġabar id-dejta ta' okkorrenza għall-addittivi tal-ikel ibbażati fuq l-alka tal-baħar, inklużi E400, E401, E403, E404, E405, E406, E407, E407a u E160a(iv). |
2. |
Għall-monitoraġġ tal-ikel, jenħtieġ li jiġu segwiti l-proċeduri tat-teħid tal-kampjuni kif stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 (7) sabiex jiġi żgurat li l-kampjuni huma rappreżentattivi tal-lott tal-kampjun. |
3. |
Għall-monitoraġġ tal-għalf, jenħtieġ li jiġu segwiti d-dispożizzjonijiet previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (8). |
4. |
L-analiżijiet jenħtieġ li jitwettqu f'konformità mal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) billi jintuża metodu ta' analiżi li ġie ppruvat li jagħti riżultati affidabbli. |
5. |
L-analiżi tal-merkurju, preferibbilment jenħtieġ li ssir billi jiġi ddeterminat il-kontenut tal-metilmerkurju u l-merkurju totali u l-analiżi tal-arseniku jenħtieġ li ssir billi jiġi ddeterminat il-kontenut tal-inorganiku u tal-arseniku totali u, jekk ikun possibbli, speċijiet oħra rilevanti ta' arseniku. |
6. |
L-ispeċi jew l-għadd tal-addittivi jenħtieġ li jiġi rrapportat u jekk ġewx analizzati prodotti friski, mnixxfa jew ipproċessati. Fejn ikun possibbli wkoll, jenħtieġ li jiġu rrappurtati l-oriġini tal-prodotti (selvaġġi jew ikkultivati), id-data u l-lok tal-ħsad, il-parti tal-alka tal-baħar, li ġiet analizzata, u informazzjoni possibbli fuq it-tikketta tal-prodotti finali. |
7. |
Id-dejta ta' monitoraġġ jenħtieġ li tiġi pprovduta fuq bażi regolari lill-EFSA, bl-informazzjoni u fil-format ta' rapportar elettroniku kif stipulat mill-EFSA għall-ġabra f'bażi tad-dejta waħda. |
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
(3) Tolerable upper intake levels for vitamins and minerals – Scientific Committee on Food – Scientific Panel on Dietetic Products, Nutrition and Allergies. Frar, 2006 http://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/efsa_rep/blobserver_assets/ndatolerableuil.pdf
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
(5) Re-evaluation of agar (E406) as a food additive. EFSA Journal 2016; 14(12): 4645.
(6) Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikroelementi u ta' kontaminanti tal-ipproċessar fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).