ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 075I |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
19.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 75/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/420
tad-19 ta' Marzu 2018
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, b'mod partikolari l-użu mir-reġim Sirjan ta' armi kimiċi u l-involviment tiegħu fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi, jenħtieġ li jinżdiedu erba' persuni mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jinżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“260. |
Yusuf Ajeeb (magħruf ukoll bħala:; Yousef; Ajib) |
Brigadier Ġeneral; Tabib; Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà, Scientific Studies and Research Centre (SSRC) Indirizz: Scientific Studies and Research Centre (SSRC), Barzeh Street, P.O. Box 4470, Damascus |
Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral, uffiċjal għoli fil-Forzi Armati Sirjani, fil-kariga wara Mejju 2011. Mill-2012, kien Kap tas-Sigurtà tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) li huwa involut fis-settur tal-proliferazzjoni tal-armi kimiċi. Bħala riżultat tal-pożizzjoni għolja tiegħu fl-SSRC, huwa assoċjat mal-entità ddeżinjata l-SSRC. |
19.3.2018 |
261. |
Maher Sulaiman (magħruf ukoll bħala:; Mahir; Suleiman) |
Tabib; Direttur tal-Higher Institute for Applied Sciences and Technology Indirizz: Higher Institute for Applied Sciences and Technology (HIAST), P.O. Box 31983, Damascus |
Direttur tal-Higher Institute for Applied Sciences and Technology (HIAST), li jipprovdi taħriġ u appoġġ bħala parti mis-settur tal-proliferazzjoni tal-armi kimiċi. Minħabba l-pożizzjoni għolja tiegħu fil-HIAST, li huwa affiljat u sussidjarju tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC), huwa assoċjat mal-HIAST u s-SSRC, li t-tnejn huma entitajiet iddeżinjati. |
19.3.2018 |
262. |
Salam Tohme (magħruf ukoll bħala:; Salim; Taame, Ta'mah, Toumah) |
Tabib; Viċi Direttur Ġenerali, Scientific Studies and Research Centre (SSRC) Indirizz: Scientific Studies and Research Centre (SSRC), Barzeh Street, P.O. Box 4470, Damascus |
Viċi Direttur Ġenerali tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) li huwa responsabbli mill-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armi mhux konvenzjonali, inkluż armi kimiċi, u l-missili li jwassluhom. Minħabba l-pożizzjoni għolja tiegħu fis-SSRC, huwa assoċjat mal-entità ddeżinjata l-SSRC. |
19.3.2018 |
263. |
Zuhair Fadhlun (magħruf ukoll bħala:; Zoher; Fadloun, Fadhloun) |
Kap tal-Institute 3000 (magħrufa wkoll bħala Institute 5000), Scientific Studies and Research Centre (SSRC) Indirizz: Scientific Studies and Research Centre (SSRC), Barzeh Street, P.O. Box 4470, Damascus |
Direttur tal-fergħa tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) magħrufa bħala Institute 3000 (magħrufa wkoll bħala Institute 5000). F'dan ir-rwol, huwa responsabbli għal proġetti tal-armi kimiċi, inkluż il-produzzjoni ta' aġenti u munizzjonijiet kimiċi. Minħabba l-pożizzjoni għolja tiegħu fis-SSRC, huwa assoċjat mal-entità ddeżinjata l-SSRC. |
19.3.2018” |
DEĊIŻJONIJIET
19.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 75/3 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/421
tad-19 ta' Marzu 2018
li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, b'mod partikolari l-użu mir-reġim Sirjan ta' armi kimiċi u l-involviment tiegħu fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi, jenħtieġ li jinżdiedu erba' persuni mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jinżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK: