ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 61 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
8.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/337
tal-5 ta' Marzu 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta' Ġunju 1991 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10b(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 (2) jistabbilixxi regoli kif ukoll speċifikazzjonijiet tekniċi dwar id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar fl-Unjoni sabiex jiġi żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jinġiebu inoperabbli b'mod irriversibbli. L-istess Regolament jiddeskrivi wkoll il-metodi li l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri jridu jsegwu biex jivverifikaw u jiċċertifikaw id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar u jistabbilixxi regoli rigward l-immarkar tal-armi tan-nar diżattivati. |
(2) |
Sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' sigurtà possibbli għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 jipprevedi li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fih iridu jiġu rieżaminati u aġġornati fuq bażi regolari, filwaqt li titqies l-esperjenza li jkunu kisbu l-Istati Membri waqt l-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri u ta' kwalunkwe miżura addizzjonali ta' diżattivazzjoni. |
(3) |
Għal dak l-għan, f'Settembru 2016 il-Kummissjoni stabbiliet grupp ta' ħidma flimkien ma' esperti nazzjonali għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar bħala parti mill-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 91/477/KEE. Il-grupp ta' ħidma ffoka fuq ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 bl-għan li tittejjeb iċ-ċarezza tagħhom, li jiġi evitat li jkun hemm ambigwitajiet għall-prattikanti, u li jiġi żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jkunu applikabbli għat-tipi kollha ta' armi tan-nar. |
(4) |
Id-Direttiva 91/477/KEE ġiet emendata bid-Direttiva (UE) 2017/853 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Id-Direttiva emendata tinkludi l-armi tan-nar diżattivati fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha u tipprevedi wkoll il-klassifikazzjoni tagħhom filwaqt li tagħti definizzjoni ta' armi tan-nar diżattivati li tirrifletti l-prinċipji ġenerali tad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar kif stipulat fil-Protokoll kontra l-Iffabbrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali, mehmuż mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/164/UE (4), li tittrasponi dak il-Protokoll fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. |
(5) |
Jenħtieġ li r-regoli dwar id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 jirriflettu r-regoli l-ġodda dwar id-diżattivazzjoni li ġew introdotti bid-Direttiva (UE) 2017/853 u jkunu konformi magħhom. |
(6) |
Jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 jkopri l-armi tan-nar tal-kategoriji kollha elenkati fil-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 91/477/KEE. |
(7) |
Jenħtieġ li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar jipprevjenu r-riattivazzjoni tal-armi tan-nar bl-użu ta' għodod ordinarji. |
(8) |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar jiffokaw fuq id-diżattivazzjoni ta' komponenti essenzjali tal-armi tan-nar, kif definit fid-Direttiva 91/477/KEE. Dan minħabba li d-Direttiva 91/477/KEE tagħti wkoll definizzjoni ta' armi tan-nar diżattivati li tinkludi l-ħtieġa li l-komponenti essenzjali kollha tal-arma tan-nar inkwistjoni jkunu nġiebu inoperabbli b'mod permanenti u li ma jkunux jistgħu jinqalgħu, jinbidlu jew jiġu modifikati b'mod li jippermetti li l-arma tan-nar b'xi mod tiġi attivata mill-ġdid. Jenħtieġ li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar japplikaw ukoll għad-diżattivazzjoni tal-kanen interkambjabbli (exchange barrels) li, billi huma oġġetti separati, ikollhom rabta teknika mal-armi tan-nar u huma maħsuba biex jiġu mmuntati fuq l-arma tan-nar li trid tiġi diżattivata. |
(9) |
Fuq talba tal-grupp ta' ħidma tal-esperti nazzjonali għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi reveduti ġew soġġetti għal test tal-istress li twettaq minn prattikanti nazzjonali tad-diżattivazzjoni tul perjodu ta' ħames ġimgħat, mid-9 ta' Frar sal-20 ta' Marzu 2017. B'mod partikolari, l-eżitu ta' dan it-test tal-istress wassal għad-deċiżjoni li jsir rieżami tal-preżentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għad-diżattivazzjoni. Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li l-operazzjonijiet speċifiċi tad-diżattivazzjoni jiġu ppreżentati b'mod li ssir distinzjoni bejn it-tipi differenti ta' armi tan-nar. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 91/477/KEE. |
(11) |
Sabiex l-Istati Membri jagħmlu l-bidliet amministrattivi meħtieġa u jġibu l-prattiki tagħhom konformi ma' dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni emendat, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika tliet xhur wara li jidħol fis-seħħ, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1(1) jinbidel b'dan li ġej: “1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-armi tan-nar tal-kategoriji kollha elenkati fil-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 91/477/KEE.” |
(2) |
L-Artikolu 3(1) jinbidel b'dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità pubblika kompetenti sabiex tivverifika li d-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar tkun saret skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness I (‘l-entità ta' verifika’).” |
(3) |
L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej: “L-Artikolu 5 Immarkar tal-armi tan-nar diżattivati L-armi tan-nar diżattivati għandhom jiġu mmarkati b'marka unika komuni skont il-mudell stabbilit fl-Anness II li tindika li ġew diżattivati skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness I. Il-marka titwaħħal mill-entità ta' verifika mal-komponenti essenzjali kollha mmodifikati għad-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar u għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
|
(4) |
L-Anness I jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(5) |
L-Anness II jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament; |
(6) |
L-Anness III jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-28 ta' Ġunju 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 62).
(3) Id-Direttiva (UE) 2017/853 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (ĠU L 137, 24.5.2017, p. 22).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/164/UE tal-11 ta' Frar 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll kontra l-iffabbrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (ĠU L 89, 25.3.2014, p. 7).
ANNESS I
Speċifikazzjonijiet tekniċi dwar id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar
— |
L-operazzjonijiet ta' diżattivazzjoni li għandhom jitwettqu sabiex l-armi tan-nar jinġiebu inoperabbli b'mod irriversibbli huma definiti fuq il-bażi ta' tliet tabelli:
|
— |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar għandhom jipprevjenu r-riattivazzjoni tal-armi tan-nar bl-użu ta' għodod komuni. |
— |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar jiffokaw fuq id-diżattivazzjoni ta' komponenti essenzjali tal-armi tan-nar, kif definit fid-Direttiva 91/477/KEE. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar stipulati fl-Anness I japplikaw ukoll għad-diżattivazzjoni ta' kanen interkambjabbli li, billi huma oġġetti separati, għandhom rabta teknika mal-armi tan-nar u huma maħsuba biex jiġu mmuntati fuq l-arma tan-nar li għandha tiġi diżattivata. |
— |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u uniformi tal-operazzjonijiet tad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar, il-Kummissjoni għandha telabora definizzjonijiet f'kooperazzjoni mal-Istati Membri. |
Tabella I
Lista ta' tipi ta' armi tan-nar
Tipi ta' Armi tan-Nar |
|
1 |
Pistoli (ta' sparatura waħda, semi-awtomatiċi) |
2 |
Rivolvers (inklużi rivolvers b'ikkargar miċ-ċilindru) |
3 |
Armi tan-nar twal ta' sparatura waħda (mhux bi break action) |
4 |
Armi tan-nar bi break action (eż. b'kanna mingħajr raddi spirali, b'kanna b'raddi spirali, ikkumbinati, b'falling/rolling block action, armi tan-nar qosra u twal) |
5 |
Armi tan-nar twal b'ripetizzjoni (b'kanna mingħajr raddi spirali, b'kanna b'raddi spirali) |
6 |
Armi tan-nar twal semi-awtomatiċi (b'kanna mingħajr raddi spirali, b'kanna b'raddi spirali) |
7 |
Armi tan-nar awtomatiċi: eż. azzarini tal-assalt, (sub)mitraljatriċi, pistoli awtomatiċi |
8 |
Armi tan-nar b'ikkargar mill-muzzle, inkluż bi break action (għajr rivolvers b'ikkargar miċ-ċilindru) |
Tabella II
Prinċipji Ġenerali
Il-prevenzjoni taż-żarmar tal-komponenti essenzjali tal-armi tan-nar permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding.
Dan il-proċess jista' jsir wara kontroll mill-Awtorità Nazzjonali, abbażi tal-liġijiet nazzjonali.
Ebusija tal-inserzjonijiet: L-entità li tkun qed twettaq id-diżattivazzjoni għandha tiżgura li l-pinnijiet/it-tappijiet/il-vireg użati jkollhom ebusija ta' mill-inqas 40 HRC, u li l-materjal li jintuża għall-iwweldjar iżomm il-partijiet iwweldjati flimkien b'mod permanenti u effettiv.
Tabella III
Operazzjonijiet speċifiċi skont it-tip ta' arma tan-nar
|
|||
1.1 |
Il-kanna: Aqta' xaqq lonġitudinali fil-kanna, inkluż tul iċ-ċejmber, jekk ikun preżenti (wisa': > il-kalibru; tul: tliet darbiet it-tul taċ-ċejmber għal kanen b'raddi spirali, u darbtejn it-tul taċ-ċejmber għal kanen mingħajr raddi spirali. |
||
1.2 |
Il-kanna: Għall-pistoli kollha, għajr dawk b'kanen bi break action, trid tiġi ddrilljata toqba fiż-żewġ ħitan taċ-ċejmber, li fiha jrid jiddaħħal u jiġi wweldjat b'mod solidu pinn tal-azzar imwebbes (dijametru > 50 % taċ-ċejmber, min. ta' 4,5 mm). L-istess pinn jista' jintuża biex il-kanna titwaħħal mal-mekkaniżmu. Alternattivament, fiċ-ċejmber irid jiddaħħal tapp tal-istess daqs tal-qoxra tal-iskartoċċ, li jrid jiġi wweldjat fih b'mod solidu. |
||
1.3 |
Il-kanna: Jekk ikun hemm rampa tal-alimentazzjoni, din għandha titneħħa. |
||
1.4 |
Il-kanna: Il-kanna trid titwaħħal mal-arma tan-nar b'mod permanenti permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding. Għal dan l-iskop jista' jintuża pinn bħal dak li jintuża għall-operazzjoni 1.2. |
||
1.5 |
Il-kanna: Għal kanen interkambjabbli li ma jkunux f'pistola għandhom jiġu applikati l-operazzjonijiet 1.1 – 1.4 u 1.19 skont kif applikabbli. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat b'mod permanenti li l-kanen ma jkunux jistgħu jiġu armati fuq arma tan-nar, u dan għandu jsir permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding jew qtugħ. |
||
1.6 |
Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Neħħi jew qassar il-pinn tal-isparar. |
||
1.7 |
Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Illima jew neħħi wiċċ il-kulatta b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad, imkejjel mill-angolu tal-wiċċ oriġinali. Il-materjal kollu tul wiċċ il-kulatta għandu jitneħħa. L-imqabad tas-sokor kollha jridu jitneħħew, jew għandhom jiġu mdgħajfa b'mod sostanzjali. |
||
1.8 |
Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Iwweldja t-toqba tal-pinn tal-isparar. |
||
1.9 |
Is-slajd: Illima jew neħħi wiċċ il-kulatta b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad, imkejjel mill-angolu tal-wiċċ oriġinali. Il-materjal kollu tul is-superfiċje għandu jitneħħa. |
||
1.10 |
Is-slajd: Neħħi l-pinn tal-isparar. |
||
1.11 |
Is-slajd: Neħħi l-imqabad tas-sokor fl-islajd. |
||
1.12 |
Is-slajd: Fejn applikabbli, illima n-naħa ta' ġewwa tax-xifer tas-sokor tal-parti tal-ħruġ fl-islajd b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad. |
||
1.13 |
Is-slajd: Jekk il-blokka tal-kulatta tista' titneħħa minn fuq il-mekkaniżmu tal-islajd, il-blokka tal-kulatta diżattivata trid titwaħħal b'mod permanenti mal-mekkaniżmu tal-islajd. |
||
1.14 |
Qafas/Receiver: Jekk ikun hemm rampa tal-alimentazzjoni, din għandha titneħħa. |
||
1.15 |
Qafas/Receiver: Illima mill-inqas 2/3 tal-binarji tal-islajd fuq iż-żewġ naħat tal-qafas. |
||
1.16 |
Mekkaniżmu tal-grillu: Għandu jiġi żgurat li tinqered ir-rabta operattiva fiżika bejn ix-xafra tal-grillu u l-martell, l-istriker jew is-sear. Fejn applikabbli, iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu fil-parti ta' ġewwa tal-qafas/tar-receiver b'mod li jagħqad. Jekk ma jkunx possibbli li l-mekkaniżmu tal-grillu jiġi wweldjat b'mod li jagħqad, neħħi l-mekkaniżmu tal-grillu u imla l-kumpartiment b'kalda tal-iwweldjar jew b'raża epossidika. |
||
1.17 |
Mekkaniżmu tal-grillu: Il-mekkaniżmu tal-grillu u/jew il-qafas tal-mekkaniżmu tal-grillu għandu jiġi wweldjat mar-receiver/mal-qafas (fil-każ ta' qafas tal-azzar), jew għandu jitwaħħal mar-receiver/mal-qafas b'kolla li tiflaħ għal temperaturi għoljin (fil-każ ta' qafas magħmul minn metall ħafif jew minn materjal polimeru). |
||
1.18 |
Sistema awtomatika: Eqred il-pistun tal-gass, il-pajp tal-gass u l-fetħa tal-gass billi taqta' jew tiwweldja. |
||
1.19 |
Sistema awtomatika: Jekk ma jkunx hemm pistun tal-gass, neħħi l-pajp tal-gass. Jekk il-kanna tintuża bħala pistun tal-gass, iwweldja l-kanna diżattivata mal-qafas. F'kull każ fejn ikun hemm kanna b'bokka tal-gass, din għandha tingħalaq b'iwweldjar. |
||
1.20 |
Magazzins: Iwweldja spottjaturi fil-magazzin, jew uża miżuri xierqa bi grad ekwivalenti ta' permanenza, skont it-tip ta' arma u skont il-materjal li minnu hi magħmula, sabiex ma jkunx possibbli li jitneħħa l-magazzin. |
||
1.21 |
Magazzins: Jekk il-magazzin ikun nieqes, iwweldja spottjaturi fil-post fejn jidħol il-magazzin, jew uża miżuri xierqa, jew waħħal sokra li tipprevjeni, b'mod permanenti, li jiddaħħal magazzin. |
||
1.22 |
Silenzjatur/Suppressor: Jekk is-silenzjatur/suppressor huwa parti mill-arma, ipprevjeni t-tneħħija tas-silenzjatur/suppressor minn mal-kanna b'mod permanenti permezz ta' pinn tal-azzar imwebbes jew permezz ta' wweldjar, bonding, jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza. |
||
1.23 |
Silenzjatur/Suppressor: Fejn possibbli, neħħi l-partijiet ta' ġewwa kollha u l-punti fejn dawn jeħlu mal-moderatur, b'mod li jibqa' biss tubu. Iddrillja toqob ta' dijametru akbar mill-kalibru tal-arma tan-nar, f'intervalli lonġitudinali ta' 3 cm (armi tan-nar qosra) jew ta' 5 cm (armi tan-nar twal), ġol-kejsing, u ppenetra wkoll iċ-ċejmber ta' espansjoni. Alternattivament, aqta' xaqq lonġitudinali ta' mill-inqas 6 mm mit-tarf ta' quddiem sat-tarf ta' wara li jgħaddi wkoll minn ġol-kejsing u li jippenetra ċ-ċejmber ta' espansjoni. |
|
|||
2.1 |
Il-kanna: Aqta' xaqq lonġitudinali (wisa' > il-kalibru; tul: minimu ta' it-tul tal-kanna mill-forcing cone). |
||
2.2 |
Il-kanna: Trid tiġi ddrilljata toqba fiż-żewġ ħitan tal-kanna (ħdejn il-forcing cone), li fiha jrid jiddaħħal u jiġi wweldjat b'mod solidu pinn tal-azzar imwebbes (dijametru > 50 % tal-kalibru, min. ta' 4,5 mm). L-istess pinn jista' jintuża biex il-kanna titwaħħal mal-mekkaniżmu. Bħala alternattiva, iwweldja fil-kanna, b'mod solidu, tapp tal-azzar imwebbes li jidħol sew fit-toqba (tul: mill-inqas nofs it-tul taċ-ċejmber taċ-ċilindru), u qis li tibda fuq in-naħa taċ-ċilindru. |
||
2.3 |
Il-kanna: Il-kanna trid titwaħħal mal-qafas b'mod permanenti permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding. Għal dan l-iskop jista' jintuża pinn bħal dak li jintuża għall-operazzjoni 2.2. |
||
2.4 |
Il-kanna: Għal kanen interkambjabbli mhux armati fuq l-arma tan-nar għandhom jiġu applikati l-operazzjonijiet 2.1 – 2.3 skont kif applikabbli. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat b'mod permanenti li l-kanen ma jkunux jistgħu jiġu armati fuq arma tan-nar, u dan għandu jsir permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding jew qtugħ. |
||
2.5 |
Ċilindru: Illima l-ħitan interni kollha miċ-ċilindru, għal minimu ta' 2/3 tat-tul tiegħu. Neħħi kemm jista' jkun mill-ħitan interni taċ-ċilindru, idealment sad-dijamteru tal-qoxra tal-iskartoċċ u mingħajr ma ttaqqab il-ħajt estern. |
||
2.6 |
Ċilindru: Jekk jista' jkun, iwweldja biex tiġi evitata t-tneħħija taċ-ċilindru mill-qafas, jew ħu miżuri xierqa, bħal twaħħil b'pinn, li jagħmluha impossibbli li ċ-ċilindru jitneħħa. |
||
2.7 |
Ċilindru: Għal ċilindri ta' rikambju mhux armati fuq arma tan-nar, għandha tiġi applikata l-operazzjoni 2.5. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat b'mod permanenti li ċ-ċilindru ma jkunx jista' jiġi armat fuq arma tan-nar, u dan għandu jsir permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding jew qtugħ. |
||
2.8 |
Qafas/Receiver:Kabbar it-toqba tal-pinn tal-isparar għal daqs tliet darbiet akbar mid-daqs oriġinali tagħha. |
||
2.9 |
Qafas/Receiver:Neħħi jew qassar il-pinn tal-isparar. |
||
2.10 |
Mekkaniżmu tal-grillu: Għandu jiġi żgurat li tinqered ir-rabta operattiva fiżika bejn ix-xafra tal-grillu u l-martell, l-istriker jew is-sear. Fejn applikabbli, iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu fil-parti ta' ġewwa tal-qafas/tar-receiver b'mod li jagħqad. Jekk ma jkunx possibbli li l-mekkaniżmu tal-grillu jiġi wweldjat b'mod li jagħqad, neħħi l-mekkaniżmu tal-grillu u imla l-kumpartiment b'kalda tal-iwweldjar jew b'raża epossidika. |
||
2.11 |
Mekkaniżmu tal-grillu: Il-mekkaniżmu tal-grillu u/jew il-qafas tal-mekkaniżmu tal-grillu għandu jiġi wweldjat mar-receiver/mal-qafas (fil-każ ta' qafas tal-azzar), jew għandu jitwaħħal mar-receiver/mal-qafas b'kolla li tiflaħ għal temperaturi għoljin (fil-każ ta' qafas magħmul minn metall ħafif jew minn materjal polimeru). |
||
2.12 |
Silenzjatur/Suppressor: Jekk is-silenzjatur/suppressor huwa parti mill-arma, ipprevjeni t-tneħħija tas-silenzjatur/suppressor minn mal-kanna b'mod permanenti permezz ta' pinn tal-azzar imwebbes jew permezz ta' wweldjar, bonding, jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza. |
||
2.13 |
Silenzjatur/Suppressor: Fejn possibbli, neħħi l-partijiet ta' ġewwa kollha u l-punti fejn dawn jeħlu mal-moderatur, b'mod li jibqa' biss tubu. Iddrillja toqob ta' dijametru akbar mill-kalibru tal-arma tan-nar, f'intervalli lonġitudinali ta' 3 cm (armi tan-nar qosra) jew ta' 5 cm (armi tan-nar twal), ġol-kejsing, u ppenetra wkoll iċ-ċejmber ta' espansjoni. Alternattivament, aqta' xaqq lonġitudinali ta' mill-inqas 6 mm mit-tarf ta' quddiem sat-tarf ta' wara li jgħaddi wkoll minn ġol-kejsing u li jippenetra ċ-ċejmber ta' espansjoni. |
|
|||
3.1 |
Il-kanna: Aqta' xaqq lonġitudinali fil-kanna, inkluż tul iċ-ċejmber, jekk ikun preżenti (wisa': > il-kalibru; tul: tliet darbiet it-tul taċ-ċejmber għal kanen b'raddi spirali, u darbtejn it-tul taċ-ċejmber għal kanen mingħajr raddi spirali. |
||
3.2 |
Il-kanna: Trid tiġi ddrilljata toqba fiż-żewġ ħitan taċ-ċejmber, li fiha jrid jiddaħħal u jiġi wweldjat b'mod solidu pinn tal-azzar imwebbes (dijametru > 50 % taċ-ċejmber, min. ta' 4,5 mm). L-istess pinn jista' jintuża biex il-kanna titwaħħal mal-mekkaniżmu. Alternattivament, fiċ-ċejmber irid jiddaħħal tapp tal-istess daqs tal-qoxra tal-iskartoċċ qabel jiġi wweldjat fih b'mod solidu. |
||
3.3 |
Il-kanna: Jekk ikun hemm rampa tal-alimentazzjoni, din għandha titneħħa. |
||
3.4 |
Il-kanna: Il-kanna trid titwaħħal mal-arma tan-nar b'mod permanenti permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding. Għal dan l-iskop jista' jintuża pinn bħal dak li jintuża għall-operazzjoni 3.2. |
||
3.5 |
Il-kanna: Għal kanen interkambjabbli mhux armati fuq l-arma tan-nar għandhom jiġu applikati l-operazzjonijiet 3.1 – 3.4 skont kif applikabbli. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat b'mod permanenti li l-kanen ma jkunux jistgħu jiġu armati fuq arma tan-nar, u dan għandu jsir permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding jew qtugħ. |
||
3.6 |
Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Neħħi jew qassar il-pinn tal-isparar. |
||
3.7 |
Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Illima jew neħħi wiċċ il-kulatta b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad, imkejjel mill-angolu tal-wiċċ oriġinali. Il-materjal kollu tul wiċċ il-kulatta għandu jitneħħa. L-imqabad tas-sokor kollha jridu jitneħħew, jew għandhom jiġu mdgħajfa b'mod sostanzjali. |
||
3.8 |
Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Iwweldja t-toqba tal-pinn tal-isparar. |
||
3.9 |
Mekkaniżmu tal-grillu: Għandu jiġi żgurat li tinqered ir-rabta operattiva fiżika bejn ix-xafra tal-grillu u l-martell, l-istriker jew is-sear. Fejn applikabbli, iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu fil-parti ta' ġewwa tal-qafas/tar-receiver b'mod li jagħqad. Jekk ma jkunx possibbli li l-mekkaniżmu tal-grillu jiġi wweldjat b'mod li jagħqad, neħħi l-mekkaniżmu tal-grillu u imla l-kumpartiment b'kalda tal-iwweldjar jew b'raża epossidika. |
||
3.10 |
Mekkaniżmu tal-grillu: Il-mekkaniżmu tal-grillu u/jew il-qafas tal-mekkaniżmu tal-grillu għandu jiġi wweldjat mar-receiver/mal-qafas (fil-każ ta' qafas tal-azzar), jew għandu jitwaħħal mar-receiver/mal-qafas b'kolla li tiflaħ għal temperaturi għoljin (fil-każ ta' qafas magħmul minn metall ħafif jew minn materjal polimeru). |
||
3.11 |
Silenzjatur/Suppressor: Jekk is-silenzjatur/suppressor huwa parti mill-arma, ipprevjeni t-tneħħija tas-silenzjatur/suppressor minn mal-kanna b'mod permanenti permezz ta' pinn tal-azzar imwebbes jew permezz ta' wweldjar, bonding, jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza. |
||
3.12 |
Silenzjatur/Suppressor: Fejn possibbli, neħħi l-partijiet ta' ġewwa kollha u l-punti fejn dawn jeħlu mal-moderatur, b'mod li jibqa' biss tubu. Iddrillja toqob ta' dijametru akbar mill-kalibru tal-arma tan-nar, f'intervalli lonġitudinali ta' 3 cm (armi tan-nar qosra) jew ta' 5 cm (armi tan-nar twal), ġol-kejsing, u ppenetra wkoll iċ-ċejmber ta' espansjoni. Alternattivament, aqta' xaqq lonġitudinali ta' mill-inqas 6 mm mit-tarf ta' quddiem sat-tarf ta' wara li jgħaddi wkoll minn ġol-kejsing u li jippenetra ċ-ċejmber ta' espansjoni. |
|
|||
4.1 |
Il-kanna: Aqta' xaqq lonġitudinali fil-kanna, inkluż tul iċ-ċejmber, jekk ikun preżenti (wisa': > il-kalibru; tul: tliet darbiet it-tul taċ-ċejmber għal kanen b'raddi spirali, u darbtejn it-tul taċ-ċejmber għal kanen mingħajr raddi spirali. Għal armi tan-nar li ma għandhomx ċejmber inkluż fil-kanna, aqta' xaqq lonġitudinali (wisa' > il-kalibru; tul: minimu ta' it-tul tal-kanna mill-forcing cone). |
||
4.2 |
Il-kanna: Fiċ-ċejmber għandu jiġi wweldjat b'mod solidu tapp li jidħol issikkat. Dan għandu jkun twil mill-inqas 2/3 tat-tul taċ-ċejmber, u għandu jiġi posizzjonat l-aktar viċin tal-blokka kemm jista' jkun. |
||
4.3 |
Il-kanna: Jekk ikun hemm rampa tal-alimentazzjoni, din għandha titneħħa. |
||
4.4 |
Il-kanna: Il-kanna trid titwaħħal mal-arma tan-nar b'mod permanenti permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding. |
||
4.5 |
Il-kanna: Għal kanen interkambjabbli mhux armati fuq l-arma tan-nar għandhom jiġu applikati l-operazzjonijiet 4.1 – 4.4 skont kif applikabbli. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat b'mod permanenti li l-kanen ma jkunux jistgħu jiġu armati fuq arma tan-nar, u dan għandu jsir permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding jew qtugħ. |
||
4.6 |
Mekkaniżmu tal-grillu: Għandu jiġi żgurat li tinqered ir-rabta operattiva fiżika bejn ix-xafra tal-grillu u l-martell, l-istriker jew is-sear. Fejn applikabbli, iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu fil-parti ta' ġewwa tal-qafas/tar-receiver b'mod li jagħqad. Jekk ma jkunx possibbli li l-mekkaniżmu tal-grillu jiġi wweldjat b'mod li jagħqad, neħħi l-mekkaniżmu tal-grillu u imla l-kumpartiment b'kalda tal-iwweldjar jew b'raża epossidika. |
||
4.7 |
Mekkaniżmu tal-grillu: Il-mekkaniżmu tal-grillu u/jew il-qafas tal-mekkaniżmu tal-grillu għandu jiġi wweldjat mar-receiver/mal-qafas (fil-każ ta' qafas tal-azzar), jew għandu jitwaħħal mar-receiver/mal-qafas b'kolla li tiflaħ għal temperaturi għoljin (fil-każ ta' qafas magħmul minn metall ħafif jew minn materjal polimeru). |
||
4.8 |
Mekkaniżmu: Illima kon ta' mill-inqas 60 grad (l-angolu tal-quċċata), sabiex tasal jew għal dijametru tal-bażi ta' mill-inqas 10 mm jew għad-dijametru ta' wiċċ il-kulatta. |
||
4.9 |
Mekkaniżmu: Neħħi l-pinn tal-isparar, kabbar it-toqba tal-pinn tal-isparar għal dijametru minimu ta' 5 mm u wweldja t-toqba tal-pinn tal-isparar. |
||
4.10 |
Silenzjatur/Suppressor: Jekk is-silenzjatur/suppressor huwa parti mill-arma, ipprevjeni t-tneħħija tas-silenzjatur/suppressor minn mal-kanna b'mod permanenti permezz ta' pinn tal-azzar imwebbes jew permezz ta' wweldjar, bonding, jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza. |
||
4.11 |
Silenzjatur/Suppressor: Fejn possibbli, neħħi l-partijiet ta' ġewwa kollha u l-punti fejn dawn jeħlu mal-moderatur, b'mod li jibqa' biss tubu. Iddrillja toqob ta' dijametru akbar mill-kalibru tal-arma tan-nar, f'intervalli lonġitudinali ta' 3 cm (armi tan-nar qosra) jew ta' 5 cm (armi tan-nar twal), ġol-kejsing, u ppenetra wkoll iċ-ċejmber ta' espansjoni. Alternattivament, aqta' xaqq lonġitudinali ta' mill-inqas 6 mm mit-tarf ta' quddiem sat-tarf ta' wara li jgħaddi wkoll minn ġol-kejsing u li jippenetra ċ-ċejmber ta' espansjoni. |
|
|||
5.1 |
Il-kanna: Aqta' xaqq lonġitudinali fil-kanna, inkluż tul iċ-ċejmber, jekk ikun preżenti (wisa': > il-kalibru; tul: tliet darbiet it-tul taċ-ċejmber għal kanen b'raddi spirali, u darbtejn it-tul taċ-ċejmber għal kanen mingħajr raddi spirali. Għal armi tan-nar li ma għandhomx ċejmber inkluż fil-kanna, aqta' xaqq lonġitudinali (wisa' > il-kalibru; tul: minimu ta' it-tul tal-kanna mill-forcing cone). |
||
5.2 |
Il-kanna: Trid tiġi ddrilljata toqba fiż-żewġ ħitan taċ-ċejmber, li fiha jrid jiddaħħal u jiġi wweldjat b'mod solidu pinn tal-azzar imwebbes (dijametru > 50 % taċ-ċejmber, min. ta' 4,5 mm). L-istess pinn jista' jintuża biex il-kanna titwaħħal mal-mekkaniżmu. Alternattivament, fiċ-ċejmber irid jiddaħħal tapp tal-istess daqs tal-qoxra tal-iskartoċċ qabel jiġi wweldjat fih b'mod solidu. |
||
5.3 |
Il-kanna: Jekk ikun hemm rampa tal-alimentazzjoni, din għandha titneħħa. |
||
5.4 |
Il-kanna: Il-kanna trid titwaħħal mal-arma tan-nar b'mod permanenti permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding. Għal dan l-iskop jista' jintuża pinn bħal dak li jintuża għall-operazzjoni 5.2. |
||
5.5 |
Il-kanna: Għal kanen interkambjabbli mhux armati fuq l-arma tan-nar għandhom jiġu applikati l-operazzjonijiet 5.1 – 5.4 skont kif applikabbli. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat b'mod permanenti li l-kanen ma jkunux jistgħu jiġu armati fuq arma tan-nar, u dan għandu jsir permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding jew qtugħ. |
||
5.6 |
Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Neħħi jew qassar il-pinn tal-isparar. |
||
5.7 |
Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Illima jew neħħi wiċċ il-kulatta b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad, imkejjel mill-angolu tal-wiċċ oriġinali. Il-materjal kollu tul wiċċ il-kulatta għandu jitneħħa. L-imqabad tas-sokor kollha jridu jitneħħew, jew għandhom jiġu mdgħajfa b'mod sostanzjali. |
||
5.8 |
Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Iwweldja t-toqba tal-pinn tal-isparar. |
||
5.9 |
Mekkaniżmu tal-grillu: Għandu jiġi żgurat li tinqered ir-rabta operattiva fiżika bejn ix-xafra tal-grillu u l-martell, l-istriker jew is-sear. Fejn applikabbli, iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu fil-parti ta' ġewwa tal-qafas/tar-receiver b'mod li jagħqad. Jekk ma jkunx possibbli li l-mekkaniżmu tal-grillu jiġi wweldjat b'mod li jagħqad, neħħi l-mekkaniżmu tal-grillu u imla l-kumpartiment b'kalda tal-iwweldjar jew b'raża epossidika. |
||
5.10 |
Mekkaniżmu tal-grillu: Il-mekkaniżmu tal-grillu u/jew il-qafas tal-mekkaniżmu tal-grillu għandu jiġi wweldjat mar-receiver/mal-qafas (fil-każ ta' qafas tal-azzar), jew għandu jitwaħħal mar-receiver/mal-qafas b'kolla li tiflaħ għal temperaturi għoljin (fil-każ ta' qafas magħmul minn metall ħafif jew minn materjal polimeru). |
||
5.11 |
Magazzins: Iwweldja spottjaturi fil-magazzin, jew uża miżuri xierqa bi grad ekwivalenti ta' permanenza, skont it-tip ta' arma u skont il-materjal li minnu hi magħmula, sabiex ma jkunx possibbli li jitneħħa l-magazzin. |
||
5.12 |
Magazzins: Jekk il-magazzin ikun nieqes, iwweldja spottjaturi fil-post fejn jidħol il-magazzin, jew uża miżuri xierqa, jew waħħal sokra li tipprevjeni, b'mod permanenti, li jiddaħħal magazzin. |
||
5.13 |
Magazzins: Għal magazzins f'għamla ta' tubu, għaddi pinn wieħed jew aktar tal-azzar imwebbes minn ġol-magazzin, minn ġewwa ċ-ċejmber u mill-qafas, b'mod li dawn jeħlu ma' xulxin b'mod permanenti. Weħħel flimkien permezz ta' wweldjar. |
||
5.14 |
Silenzjatur/Suppressor: Jekk is-silenzjatur/suppressor huwa parti mill-arma, ipprevjeni t-tneħħija tas-silenzjatur/suppressor minn mal-kanna b'mod permanenti permezz ta' pinn tal-azzar imwebbes jew permezz ta' wweldjar, bonding, jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza. |
||
5.15 |
Silenzjatur/Suppressor: Fejn possibbli, neħħi l-partijiet ta' ġewwa kollha u l-punti fejn dawn jeħlu mal-moderatur, b'mod li jibqa' biss tubu. Iddrillja toqob ta' dijametru akbar mill-kalibru tal-arma tan-nar, f'intervalli lonġitudinali ta' 3 cm (armi tan-nar qosra) jew ta' 5 cm (armi tan-nar twal), ġol-kejsing, u ppenetra wkoll iċ-ċejmber ta' espansjoni. Alternattivament, aqta' xaqq lonġitudinali ta' mill-inqas 6 mm mit-tarf ta' quddiem sat-tarf ta' wara li jgħaddi wkoll minn ġol-kejsing u li jippenetra ċ-ċejmber ta' espansjoni. |
|
|||
6.1 |
Il-kanna: Aqta' xaqq lonġitudinali fil-kanna, inkluż tul iċ-ċejmber, jekk ikun preżenti (wisa': > il-kalibru; tul: tliet darbiet it-tul taċ-ċejmber għal kanen b'raddi spirali, u darbtejn it-tul taċ-ċejmber għal kanen mingħajr raddi spirali. Għal armi tan-nar li ma għandhomx ċejmber inkluż fil-kanna, aqta' xaqq lonġitudinali (wisa' > il-kalibru; tul: minimu ta' it-tul tal-kanna mill-forcing cone). |
||
6.2 |
Il-kanna: Trid tiġi ddrilljata toqba fiż-żewġ ħitan taċ-ċejmber, li fiha jrid jiddaħħal u jiġi wweldjat b'mod solidu pinn tal-azzar imwebbes (dijametru > 50 % taċ-ċejmber, min. ta' 4,5 mm). L-istess pinn jista' jintuża biex il-kanna titwaħħal mal-mekkaniżmu. Alternattivament, fiċ-ċejmber irid jiddaħħal tapp tal-istess daqs tal-qoxra tal-iskartoċċ qabel jiġi wweldjat fih b'mod solidu. |
||
6.3 |
Il-kanna: Jekk ikun hemm rampa tal-alimentazzjoni, din għandha titneħħa. |
||
6.4 |
Il-kanna: Il-kanna trid titwaħħal mal-arma tan-nar b'mod permanenti permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding. Għal dan l-iskop jista' jintuża pinn bħal dak li jintuża għall-operazzjoni 6.2. |
||
6.5 |
Il-kanna: Għal kanen interkambjabbli mhux armati fuq l-arma tan-nar għandhom jiġu applikati l-operazzjonijiet 6.1 – 6.4 u 6.12 skont kif applikabbli. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat b'mod permanenti li l-kanen ma jkunux jistgħu jiġu armati fuq arma tan-nar, u dan għandu jsir permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding jew qtugħ. |
||
6.6 |
Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Neħħi jew qassar il-pinn tal-isparar. |
||
6.7 |
Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Illima jew neħħi wiċċ il-kulatta b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad, imkejjel mill-angolu tal-wiċċ oriġinali. Il-materjal kollu tul wiċċ il-kulatta għandu jitneħħa. L-imqabad tas-sokor kollha jridu jitneħħew, jew għandhom jiġu mdgħajfa b'mod sostanzjali. |
||
6.8 |
Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Iwweldja t-toqba tal-pinn tal-isparar. |
||
6.9 |
Mekkaniżmu tal-grillu: Għandu jiġi żgurat li tinqered ir-rabta operattiva fiżika bejn ix-xafra tal-grillu u l-martell, l-istriker jew is-sear. Fejn applikabbli, iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu fil-parti ta' ġewwa tal-qafas/tar-receiver b'mod li jagħqad. Jekk ma jkunx possibbli li l-mekkaniżmu tal-grillu jiġi wweldjat b'mod li jagħqad, neħħi l-mekkaniżmu tal-grillu u imla l-kumpartiment b'kalda tal-iwweldjar jew b'raża epossidika. |
||
6.10 |
Mekkaniżmu tal-grillu: Il-mekkaniżmu tal-grillu u/jew il-qafas tal-mekkaniżmu tal-grillu għandu jiġi wweldjat mar-receiver/mal-qafas (fil-każ ta' qafas tal-azzar), jew għandu jitwaħħal mar-receiver/mal-qafas b'kolla li tiflaħ għal temperaturi għoljin (fil-każ ta' qafas magħmul minn metall ħafif jew minn materjal polimeru). |
||
6.11 |
Sistema awtomatika: Eqred il-pistun tal-gass, il-pajp tal-gass u l-fetħa tal-gass billi taqta' jew tiwweldja. |
||
6.12 |
Sistema awtomatika: Jekk ma jkunx hemm pistun tal-gass, neħħi l-pajp tal-gass. Jekk il-kanna tintuża bħala pistun tal-gass, iwweldja l-kanna diżattivata mal-qafas. F'kull każ fejn ikun hemm kanna b'bokka tal-gass, din għandha tingħalaq b'iwweldjar. |
||
6.13 |
Sistema awtomatika: Illima jew neħħi wiċċ il-kulatta b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad, imkejjel mill-angolu tal-wiċċ oriġinali. Il-materjal kollu tul wiċċ il-kulatta u f'postijiet oħra għandu jitneħħa, sabiex il-firroll jew il-blokka tal-kulatta jitnaqqsu b'mill-inqas 50 % tal-piż oriġinali tagħhom. Iwweldja l-blokka tal-kulatta mal-arma tan-nar biex dawn jeħlu flimkien b'mod permanenti; bonding, jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza. |
||
6.14 |
Sistema awtomatika: F'każijiet fejn l-irjus tal-firrolli jkunu inkorporati f'portatur tal-firroll, il-portatur għandu jitnaqqas b'mill-inqas 50 %. Ras il-firroll trid tiġi mwaħħla b'mod permanenti mal-portatur, filwaqt li l-portatur irid jiġi mwaħħal mal-arma tan-nar b'mod permanenti permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding. |
||
6.15 |
Magazzins: Iwweldja spottjaturi fil-magazzin, jew uża miżuri xierqa bi grad ekwivalenti ta' permanenza, skont it-tip ta' arma u skont il-materjal li minnu hi magħmula, sabiex ma jkunx possibbli li jitneħħa l-magazzin. |
||
6.16 |
Magazzins: Jekk il-magazzin ikun nieqes, iwweldja spottjaturi fil-post fejn jidħol il-magazzin, jew uża miżuri xierqa, jew waħħal sokra li tipprevjeni, b'mod permanenti, li jiddaħħal magazzin. |
||
6.17 |
Magazzins: Għal magazzins f'għamla ta' tubu, għaddi pinn wieħed jew aktar tal-azzar imwebbes minn ġol-magazzin, minn ġewwa ċ-ċejmber u mill-qafas, b'mod li dawn jeħlu ma' xulxin b'mod permanenti. Weħħel flimkien permezz ta' wweldjar. |
||
6.18 |
Silenzjatur/Suppressor: Jekk is-silenzjatur/suppressor huwa parti mill-arma, ipprevjeni t-tneħħija tas-silenzjatur/suppressor minn mal-kanna b'mod permanenti permezz ta' pinn tal-azzar imwebbes jew permezz ta' wweldjar, bonding, jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza. |
||
6.19 |
Silenzjatur/Suppressor: Fejn possibbli, neħħi l-partijiet ta' ġewwa kollha u l-punti fejn dawn jeħlu mal-moderatur, b'mod li jibqa' biss tubu. Iddrillja toqob ta' dijametru akbar mill-kalibru tal-arma tan-nar, f'intervalli lonġitudinali ta' 3 cm (armi tan-nar qosra) jew ta' 5 cm (armi tan-nar twal), ġol-kejsing, u ppenetra wkoll iċ-ċejmber ta' espansjoni. Alternattivament, aqta' xaqq lonġitudinali ta' mill-inqas 6 mm mit-tarf ta' quddiem sat-tarf ta' wara li jgħaddi wkoll minn ġol-kejsing u li jippenetra ċ-ċejmber ta' espansjoni. |
|
|||
7.1 |
Il-kanna: Aqta' xaqq lonġitudinali fil-kanna, inkluż tul iċ-ċejmber, jekk ikun preżenti (wisa': > il-kalibru; tul: tliet darbiet it-tul taċ-ċejmber għal kanen b'raddi spirali, u darbtejn it-tul taċ-ċejmber għal kanen mingħajr raddi spirali. |
||
7.2 |
Il-kanna: Trid tiġi ddrilljata toqba fiż-żewġ ħitan taċ-ċejmber, li fiha jrid jiddaħħal u jiġi wweldjat b'mod solidu pinn tal-azzar imwebbes (dijametru > 50 % taċ-ċejmber, min. ta' 4,5 mm). L-istess pinn jista' jintuża biex il-kanna titwaħħal mal-mekkaniżmu. Alternattivament, fiċ-ċejmber irid jiddaħħal tapp tal-istess daqs tal-qoxra tal-iskartoċċ qabel jiġi wweldjat fih b'mod solidu. |
||
7.3 |
Il-kanna: Jekk ikun hemm rampa tal-alimentazzjoni, din għandha titneħħa. |
||
7.4 |
Il-kanna: Il-kanna trid titwaħħal mal-arma tan-nar b'mod permanenti permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding. Għal dan l-iskop jista' jintuża pinn bħal dak li jintuża għall-operazzjoni 7.2. |
||
7.5 |
Il-kanna: Għal kanen interkambjabbli mhux armati fuq l-arma tan-nar għandhom jiġu applikati l-operazzjonijiet 7.1 – 7.3 skont kif applikabbli. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat b'mod permanenti li l-kanen ma jkunux jistgħu jiġu armati fuq arma tan-nar, u dan għandu jsir permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding jew qtugħ. |
||
7.6 |
Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Neħħi jew qassar il-pinn tal-isparar. |
||
7.7 |
Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Illima jew neħħi wiċċ il-kulatta b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad, imkejjel mill-angolu tal-wiċċ oriġinali. Il-materjal kollu tul wiċċ il-kulatta għandu jitneħħa. L-imqabad tas-sokor kollha jridu jitneħħew, jew għandhom jiġu mdgħajfa b'mod sostanzjali. |
||
7.8 |
Il-blokka tal-kulatta/ras il-firroll: Iwweldja t-toqba tal-pinn tal-isparar. |
||
7.9 |
Slajd (għal pistoli awtomatiċi): Illima jew neħħi wiċċ il-kulatta b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad, imkejjel mill-angolu tal-wiċċ oriġinali. Il-materjal kollu tul is-superfiċje għandu jitneħħa. |
||
7.10 |
Slajd (għal pistoli awtomatiċi): Neħħi l-pinn tal-isparar. |
||
7.11 |
Slajd (għal pistoli awtomatiċi): Neħħi l-imqabad tas-sokor fl-islajd. |
||
7.12 |
Slajd (għal pistoli awtomatiċi): Fejn applikabbli, illima n-naħa ta' ġewwa tax-xifer tas-sokor tal-parti tal-ħruġ fl-islajd b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad. |
||
7.13 |
Slajd (għal pistoli awtomatiċi): Jekk il-blokka tal-kulatta tista' titneħħa minn fuq il-mekkaniżmu tal-islajd, il-blokka tal-kulatta diżattivata trid titwaħħal b'mod permanenti mal-mekkaniżmu tal-islajd. |
||
7.14 |
Qafas/Receiver (għal pistoli awtomatiċi): Jekk ikun hemm rampa tal-alimentazzjoni, din għandha titneħħa. |
||
7.15 |
Qafas/Receiver (għal pistoli awtomatiċi): Illima mill-inqas 2/3 tal-binarji tal-islajd fuq iż-żewġ naħat tal-qafas. |
||
7.16 |
Mekkaniżmu tal-grillu: Għandu jiġi żgurat li tinqered ir-rabta operattiva fiżika bejn ix-xafra tal-grillu u l-martell, l-istriker jew is-sear. Fejn applikabbli, iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu fil-parti ta' ġewwa tal-qafas/tar-receiver b'mod li jagħqad. Jekk ma jkunx possibbli li l-mekkaniżmu tal-grillu jiġi wweldjat b'mod li jagħqad, neħħi l-mekkaniżmu tal-grillu u imla l-kumpartiment b'kalda tal-iwweldjar jew b'raża epossidika. |
||
7.17 |
Mekkaniżmu tal-grillu: Il-mekkaniżmu tal-grillu u/jew il-qafas tal-mekkaniżmu tal-grillu għandu jiġi wweldjat mar-receiver/mal-qafas (fil-każ ta' qafas tal-azzar), jew għandu jitwaħħal mar-receiver/mal-qafas b'kolla li tiflaħ għal temperaturi għoljin (fil-każ ta' qafas magħmul minn metall ħafif jew minn materjal polimeru). |
||
7.18 |
Sistema awtomatika: Eqred il-pistun tal-gass, il-pajp tal-gass u l-fetħa tal-gass billi taqta' jew tiwweldja. |
||
7.19 |
Sistema awtomatika: Jekk ma jkunx hemm pistun tal-gass, neħħi l-pajp tal-gass. Jekk il-kanna tintuża bħala pistun tal-gass, iwweldja l-kanna diżattivata mal-qafas. F'kull każ fejn ikun hemm kanna b'bokka tal-gass, din għandha tingħalaq b'iwweldjar. |
||
7.20 |
Sistema awtomatika: Illima jew neħħi wiċċ il-kulatta b'angolu ta' bejn 45 grad u 75 grad, imkejjel mill-angolu tal-wiċċ oriġinali. Il-materjal kollu tul wiċċ il-kulatta u f'postijiet oħra għandu jitneħħa, sabiex il-firroll jew il-blokka tal-kulatta jitnaqqsu b'mill-inqas 50 % tal-piż oriġinali tagħhom. Iwweldja l-blokka tal-kulatta mal-arma tan-nar biex dawn jeħlu flimkien b'mod permanenti; bonding, jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza. |
||
7.21 |
Sistema awtomatika: F'każijiet fejn l-irjus tal-firrolli jkunu inkorporati f'portatur tal-firroll, il-portatur għandu jitnaqqas b'mill-inqas 50 %. Ras il-firroll trid tiġi mwaħħla b'mod permanenti mal-portatur, filwaqt li l-portatur irid jiġi mwaħħal mal-arma tan-nar b'mod permanenti permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding. |
||
7.22 |
Magazzins: Iwweldja spottjaturi fil-magazzin, jew uża miżuri xierqa bi grad ekwivalenti ta' permanenza, skont it-tip ta' arma u skont il-materjal li minnu hi magħmula, sabiex ma jkunx possibbli li jitneħħa l-magazzin. |
||
7.23 |
Magazzins: Jekk il-magazzin ikun nieqes, iwweldja spottjaturi fil-post fejn jidħol il-magazzin, jew uża miżuri xierqa, jew waħħal sokra li tipprevjeni, b'mod permanenti, li jiddaħħal magazzin. |
||
7.24 |
Magazzins: Għal magazzins f'għamla ta' tubu, għaddi pinn wieħed jew aktar tal-azzar imwebbes minn ġol-magazzin, minn ġewwa ċ-ċejmber u mill-qafas, b'mod li dawn jeħlu ma' xulxin b'mod permanenti. Weħħel flimkien permezz ta' wweldjar. |
||
7.25 |
Silenzjatur/Suppressor: Jekk is-silenzjatur/suppressor huwa parti mill-arma, ipprevjeni t-tneħħija tas-silenzjatur/suppressor minn mal-kanna b'mod permanenti permezz ta' pinn tal-azzar imwebbes jew permezz ta' wweldjar, bonding, jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza. |
||
7.26 |
Silenzjatur/Suppressor: Fejn possibbli, neħħi l-partijiet ta' ġewwa kollha u l-punti fejn dawn jeħlu mal-moderatur, b'mod li jibqa' biss tubu. Iddrillja toqob ta' dijametru akbar mill-kalibru tal-arma tan-nar, f'intervalli lonġitudinali ta' 3 cm (armi tan-nar qosra) jew ta' 5 cm (armi tan-nar twal), ġol-kejsing, u ppenetra wkoll iċ-ċejmber ta' espansjoni. Alternattivament, aqta' xaqq lonġitudinali ta' mill-inqas 6 mm mit-tarf ta' quddiem sat-tarf ta' wara li jgħaddi wkoll minn ġol-kejsing u li jippenetra ċ-ċejmber ta' espansjoni. |
|
|||
8.1 |
Il-kanna: Aqta' xaqq lonġitudinali fil-kanna, inkluż tul il-kompartiment ta' kombustjoni, jekk ikun preżenti (wisa': > il-kalibru; tul: tliet darbiet id-dijametru tal-balla. Għal armi tan-nar li ma għandhomx kompartiment ta' kombustjoni inkluż fil-kanna, aqta' xaqq lonġitudinali (wisa' > il-kalibru; tul: minimu ta' it-tul tal-kanna mill-forcing cone). |
||
8.2 |
Il-kanna: Għal armi tan-nar b'kompartiment ta' kombustjoni inkluż fil-kanna, trid tiġi ddrilljata toqba fiż-żewġ ħitan u minn ġol-kompartiment ta' kombustjoni, biex fiha jiddaħħal u jiġi wweldjat b'mod solidu pinn tal-azzar imwebbes (dijametru > 50 % taċ-ċejmber, min. ta' 4,5 mm). L-istess pinn jista' jintuża biex il-kanna titwaħħal mal-mekkaniżmu. Għal armi tan-nar li ma għandhomx kompartiment ta' kombustjoni inkluż fil-kanna, minn ġol-forcing cone iwweldja b'mod solidu fil-kanna tapp tal-azzar imwebbes li jidħol sew fit-toqba (tul: mill-inqas darbtejn it-tul tad-dijametru tal-balla). |
||
8.3 |
Il-kanna: Għal kanen interkambjabbli mhux armati fuq l-arma tan-nar għandhom jiġu applikati l-operazzjonijiet 8.1 – 8.2 skont kif applikabbli. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat b'mod permanenti li l-kanen ma jkunux jistgħu jiġu armati fuq arma tan-nar, u dan għandu jsir permezz ta' wweldjar jew bl-użu ta' miżuri xierqa simili bi grad ekwivalenti ta' permanenza, bħall-bonding jew qtugħ. |
||
8.4 |
F'każ li l-arma jkollha break action: Illima kon ta' mill-inqas 60 grad (l-angolu tal-quċċata), sabiex tasal jew għal dijametru tal-bażi ta' mill-inqas 10 mm jew għad-dijametru ta' wiċċ il-kulatta. |
||
8.5 |
F'każ li l-arma jkollha break action: Neħħi l-pinn tal-isparar, kabbar it-toqba tal-pinn tal-isparar għal dijametru minimu ta' 5 mm u wweldja t-toqba tal-pinn tal-isparar. |
||
8.6 |
Mekkaniżmu tal-grillu: Għandu jiġi żgurat li tinqered ir-rabta operattiva fiżika bejn ix-xafra tal-grillu u l-martell, l-istriker jew is-sear. Fejn applikabbli, iwweldja l-mekkaniżmu tal-grillu fil-parti ta' ġewwa tal-qafas/tar-receiver b'mod li jagħqad. Jekk ma jkunx possibbli li l-mekkaniżmu tal-grillu jiġi wweldjat b'mod li jagħqad, neħħi l-mekkaniżmu tal-grillu u imla l-kumpartiment b'kalda tal-iwweldjar jew b'raża epossidika. |
||
8.7 |
Mekkaniżmu tal-grillu: Il-mekkaniżmu tal-grillu u/jew il-qafas tal-mekkaniżmu tal-grillu għandu jiġi wweldjat mar-receiver/mal-qafas (fil-każ ta' qafas tal-azzar), jew għandu jitwaħħal mar-receiver/mal-qafas b'kolla li tiflaħ għal temperaturi għoljin (fil-każ ta' qafas magħmul minn metall ħafif jew minn materjal polimeru). |
||
8.8 |
Nippli/toqob: Neħħi jew iwweldja n-nippla/i, iwweldja t-toqba/toqob. |
||
8.9 |
Kompartimenti ta' kombustjoni separati (multipli) (għajr iċ-ċilindru): Għal armi tan-nar b'kompartimenti ta' kombustjoni separati jew multipli, neħħi l-ħajt intern/ħitan interni mill-kompartiment(i) ta' kombustjoni billi tillima(hom) għal mill-inqas 2/3 tat-tul tiegħu/tagħhom. Neħħi kemm jista' jkun mill-ħajt intern/ħitan interni, idealment billi tasal għad-dijametru tal-kalibru tal-arma. |
ANNESS II
Mudell għall-immarkar tal-armi tan-nar diżattivati
(1) |
Marka tad-diżattivazzjoni (għandha tibqa' “EU” għall-marki nazzjonali kollha) |
(2) |
Pajjiż tad-diżattivazzjoni – kodiċi internazzjonali uffiċjali |
(3) |
Simbolu tal-entità li ċċertifikat id-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar |
(4) |
Sena tad-diżattivazzjoni |
Il-marka sħiħa titwaħħal biss fuq il-qafas tal-arma tan-nar, filwaqt li l-marka tad-diżattivazzjoni (1) u l-pajjiż tad-diżattivazzjoni (2) jitwaħħlu fuq il-komponenti essenzjali l-oħra kollha.
ANNESS III
Mudell taċ-ċertifikat għal armi tan-nar diżattivati
(dan iċ-ċertifikat għandu jitħejja fuq karta mhux falsifikabbli)
Il-logo tal-UE |
|
Isem l-entità li vverifikat u ċċertifikat il-konformità tad-diżattivazzjoni Il-logo |
ĊERTIFIKAT TA' DIŻATTIVAZZJONI |
||
Numru taċ-Ċertifikat: |
||
Il-miżuri ta' diżattivazzjoni huma konformi mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar skont kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/337 tal-5 ta' Marzu 2018. |
||
Isem l-entità li wettqet id-diżattivazzjoni: |
||
Pajjiż: |
||
Id-data/is-sena taċ-ċertifikazzjoni tad-diżattivazzjoni: |
||
Il-manifattur/id-ditta tal-arma tan-nar diżattivata: |
||
Tip: |
||
Għamla/Mudell: |
||
Kalibru: |
||
Numru(i) tas-serje: |
||
Rimarki: |
||
|
|
|
Il-marka tad-diżattivazzjoni uffiċjali tal-UE |
Isem, titlu u firma tal-persuna responsabbli |
|
|
|
|
NOTA: Dan iċ-ċertifikat huwa dokument importanti. Għandu jinżamm dejjem fuq sid l-arma tan-nar diżattivata. Il-komponenti essenzjali tal-arma tan-nar diżattivata li jirreferi għaliha dan iċ-ċertifikat ġew immarkati b'marka ta' spezzjoni uffiċjali; dawn il-marki m'għandhomx jitneħħew jew jiġu modifikati. |
||
AVVIŻ: Il-falsifikazzjoni ta' ċertifikat ta' diżattivazzjoni jista' jikkostitwixxi reat skont il-liġijiet nazzjonali. |
8.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/17 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/338
tas-7 ta' Marzu 2018
dwar l-awtorizzazzjoni tal-formulazzjoni ta' 6-fitażi, prodotta mill-Aspergillus niger (DSM 25770) bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ tas-simna, tiġieġ imrobbija għall-bajd, ħnieżer tas-simna, ħnieżer nisa, speċijiet minuri ta' porċini oħra tas-simna jew għat-tgħammir, dundjani tas-simna, dundjani mrobbija għat-tgħammir, l-ispeċijiet l-oħra kollha ta' għasafar (ħlief għasafar li jbidu) u għall-ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' formulazzjoni ta' 6-fitażi prodotta mill-Aspergillus niger (DSM 25770). Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-formulazzjoni ta' 6-fitażi, prodotta mill-Aspergillus niger (DSM 25770) bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ tas-simna, tiġieġ imrobbija għall-bajd, ħnieżer tas-simna, ħnieżer nisa, speċijiet minuri ta' porċini oħra tas-simna jew għat-tgħammir, dundjani tas-simna, dundjani mrobbija għat-tgħammir, l-ispeċijiet l-oħra kollha ta' għasafar tas-simna jew għall-bajd u għall-ħnienes miftuma, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-28 ta' Settembru 2017 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-formulazzjoni ta' 6-fitażi prodott minn Aspergillus niger (DSM 25770) ma jħallix effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li jtejjeb il-prestazzjoni żooteknika u/jew l-utilizzazzjoni tal-fosforu fl-ispeċijiet fil-mira. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-formulazzjoni ta' 6-fitażi prodotta mill- Aspergillus niger (DSM 25770) turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' din il-formulazzjoni jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-formulazzjoni speċifikata fl-Anness, li taqa' taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”, u li hija parti mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2017; 15(11)5024.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||
Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà |
|||||||||||||||||||||
4a27 |
BASF SE |
6-fitażi (KE 3.1.3.26) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Formulazzjoni ta' 6-fitażi, prodott mill-Aspergillus niger (DSM 25770) b'kontenut minimu ta': Forma solida: 5 000 FTU (1)/g Forma likwida: 5 000 FTU/g Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 6-phytase prodott minn Aspergillus. niger (DSM 25770) Il-metodu analitiku (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-fitażi fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-fitażi fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-fitażi fl-għalf:
|
Ħnieżer tas-simna Ħnieżer nisa Speċijiet minuri ta' porċini oħra għat-tismin jew għat-tgħammir |
— |
100 FTU |
|
|
28.3.2028 |
||||||||||||
Ħnienes miftuma |
125 FTU |
||||||||||||||||||||
Tiġieġ tas-simna Tiġieġ imrobbija għall-bajd |
750 FTU |
||||||||||||||||||||
Dundjani għat-tismin Dundjani mrobbija għat-tgħammir L-ispeċijiet l-oħra kollha tat-tjur (ħlief l-għasafar li jbidu). |
125 FTU |
(1) FTU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera mikromol 1 ta' fosfat inorganiku fil-minuta mill-fitat tas-sodju b'pH 5,5 u 37 °C.
(2) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.
8.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/21 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/339
tas-7 ta' Marzu 2018
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 dwar il-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw fl-Iżlanda u li jidderoga minnu
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness V tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli li sar abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1913 (2), jipprovdi żieda fil-kwoti tariffarji annwali bla dazju u għall-introduzzjoni ta' kwota ġdida għal ġobnijiet. |
(2) |
Il-kwantitajiet tal-kwota l-ġodda japplikaw mill-1 ta' Mejju 2018. Konsegwentament, permezz ta' deroga mill-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (3), jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ġdid mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru 2018 li jissostitwixxi l-perjodu mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2018, u l-kwantitajiet għall-perjodu l-ġdid jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-Punt I.I tal-Anness I ta' dak ir-Regolament kif emendati b'dan ir-Regolament. |
(3) |
Il-perjodu ta' applikazzjoni jippreċedi t-tmiem tal-proċedura ta' approvazzjoni biex l-applikanti jiġu awtorizzati jimpurtaw skont il-kwoti sa mill-1 ta' Lulju 2018. Sabiex l-applikanti li għadhom mhux fuq il-lista ta' approvazzjoni jipparteċipaw fl-allokazzjoni tal-kwota għall-perjodu bejn l-1 ta' Mejju u l-31 ta' Diċembru 2018, għandha tiġi prevista d-deroga mill-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001. |
(4) |
Il-perjodu biex jitressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-ewwel sitt xhur tal-2018, kif stipulat fl-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, skada. Għalhekk, permezz ta' deroga mill-Artikolu 14(1)(b) ta' dak ir-Regolament jenħtieġ li jsir provvediment għal perjodu ġdid ta' applikazzjoni għal-liċenzja mill-1 sal-10 ta' April 2018. |
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001
Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:
(a) |
Fl-Artikolu 5, il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(*1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1913 tad-9 ta' Ottubru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar il-preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (ĠU L 274, 24.10.2017, p. 57).”;" |
(b) |
Il-Parti I.I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 hija sostitwita bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Deroga mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001
1. B'deroga mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, il-kwantitajiet stipulati fil-punt I.I tal-Anness I ta' dak ir-Regolament, il-perjodu ta' sitt xhur mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2018 għandu jkun sostitwit bil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru 2018.
2. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, minbarra l-importaturi inklużi f' lista, l-applikanti li jkunu ressqu talba valida għall-approvazzjoni qabel l-1 ta' April 2018 skont l-Artikolu 8 ta' dak ir-Regolament għandhom ukoll ikunu awtorizzati japplikaw għal liċenzji għall-kwoti għall-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
3. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 14(1)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, l-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni għall-perjodu bejn l-1 ta' Mejju u l-31 ta' Diċembru 2018, għandhom jitressqu bejn l-1 u l-10 ta' April 2018 għall-kwantitajiet stabbiliti fil-Punt I.I tal-Anness I ta' dak ir-Regolament kif emendat b'dan ir-Regolament.
4. L-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jirrelataw ma' mhux inqas minn 5 tunnellati u mhux aktar mill-kwantità disponibbli. L-ebda applikazzjoni ma għandha titressaq għall-perjodu bejn l-1 ta' Lulju u l-31 ta' Diċembru 2018.
5. Il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa għal applikazzjonijiet mressqa skont il-paragrafu 3 għandhom ikunu validi sal-31 ta' Diċembru 2018.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Għandu japplika mill-1 ta' April 2018.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1913 tad-9 ta' Ottubru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar il-preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (ĠU L 274, 24.10.2017, p. 57).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29 ).
ANNESS
“I.I
Kwoti tariffarji taħt l-Anness V tal-Ftehim mal-Iżlanda approvat bid-Deċiżjoni (UE) 2017/1913
Kwota annwali mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru
(Kwantità f'tunnellati)
Dazju applikabbli: eżenzjoni
Numru tal-kwota |
|
09.4225 |
09.4226 |
09.4227 |
Deskrizzjoni (*1) |
|
Butir naturali |
“Skyr” |
Ġobon |
Kodiċi NM |
|
0405 10 11 0405 10 19 |
ex 0406 10 50 (*2) |
ex 0406 Minbarra “Skyr” tal-intestatura 0406 10 50 tan-NM (*2) |
Kwantità bejn Mejju – Diċembru 2018 |
|
201 |
793 |
9 |
Kwantità annwali fl-2019 |
|
439 |
2 492 |
31 |
Kwantità bejn Jannar – Ġunju |
|
220 |
1 246 |
16 |
Kwantità bejn Lulju – Diċembru |
|
219 |
1 246 |
15 |
Kwantità annwali fl-2020 |
|
463 |
3 095 |
38 |
Kwantità bejn Jannar – Ġunju |
|
232 |
1 548 |
19 |
Kwantità bejn Lulju – Diċembru |
|
231 |
1 547 |
19 |
Kwantità annwali minn 2021 u wara |
|
500 |
4 000 |
50 |
Kwantità bejn Jannar – Ġunju |
|
250 |
2 000 |
25 |
Kwantità bejn Lulju – Diċembru |
|
250 |
2 000 |
25 |
(*1) Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, bl-arranġamenti preferenzjali ddeterminati, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-Kodiċijiet tan-NM. Fejn huma msemmija kodiċijiet ex NM, l-arranġamenti preferenzjali għandhom jiġu ddeterminati permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.
(*2) Il-kodiċijiet tan-NM huma soġġetti għat-tibdil, fl-istennija tal-konferma tal-klassifika tal-prodott.”
DEĊIŻJONIJIET
8.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/340
tas-6 ta' Marzu 2018
li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 46(6) tiegħu;
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta' Diċembru 2017 li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta' Stati Membri parteċipanti (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika Taljana,
Billi:
(1) |
Fil-11 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315. |
(2) |
L-Artikolu 4(2)(e) ta' dik id-Deċiżjoni tipprevedi li l-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni jew rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il- kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), li jirriflettu kemm l-appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet kif ukoll il-forniment ta' appoġġ sostanzjali skont il-mezzi u l-kapaċitajiet għal operazzjonijiet u missjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni. |
(3) |
Fil-11 ta' Diċembru 2017, l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-PESCO adottaw dikjarazzjoni li tidentifika lista inizjali ta' 17-il proġett li għandhom jitwettqu taħt il-PESCO, ibbażata fuq proposti ta' proġetti li kienu ġew ippreżentati. Dik id-dikjarazzjoni ġiet adottata bil-ħsieb ta' deċiżjoni formali li għandha tittieħed mill-Kunsill kmieni fl-2018 f'konformità mal-Artikolu 46(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315. |
(4) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 jipprevedi li l-lista tal-membri ta' proġett ta' kull proġett individwali għandha tinhemeż mad-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 4(2)(e). |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, l-implimentazzjoni tal-proġetti kollha tal-PESCO ser tkun ibbażata fuq is-sett komuni ta' regoli ta' governanza għall-proġetti, inkluż inter alia regoli dwar ir-rwol ta' osservaturi jekk xieraq, li għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 4(2)(f) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315, u li l-Istati Membri parteċipanti li jieħdu sehem fi proġett individwali jistgħu jadottaw kif neċessarju għal dak il-proġett. |
(6) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Kunsill jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proġetti li ġejjin għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO:
1. |
Kmand Mediku Ewropew; |
2. |
Radju definit b'Software Sigur Ewropew (ESSOR); |
3. |
Netwerk ta' Ċentri Loġistiċi fl-Ewropa u Appoġġ għall-Operazzjonijiet; |
4. |
Mobbiltà Militari; |
5. |
Ċentru ta' Kompetenza għall-Missjoni ta' Taħriġ tal-Unjoni Ewropea (EUTM CC); |
6. |
Ċentru Ewropew ta' Ċertifikazzjoni tat-Taħriġ għall-Armati Ewropej; |
7. |
Funzjoni Operazzjonali tal-Enerġija (EOF); |
8. |
Pakkett dwar il-Kapaċità Militari li tista' tiġi Skjerata għal Għajnuna f'Każ ta' Diżastru; |
9. |
Sistemi Marittimi (semi) Awtonomi għal Kontromiżuri kontra l-Mini (MAS MCM); |
10. |
Sorveljanza u Protezzjoni tal-Port u Marittima (HARMSPRO); |
11. |
Titjib tas-Sorveljanza Marittima; |
12. |
Pjattaforma għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar it-Theddid Ċibernetiku u r-Rispons għall-Inċidenti; |
13. |
Timijiet ta' Rispons Rapidu Ċibernetiku u Assistenza Reċiproka fis-Sigurtà Ċibernetika; |
14. |
Sistema Strateġika ta' Kmand u Kontroll (C2) għall-Missjonijiet u l-Operazzjonijiet tal-PSDK; |
15. |
Vettura Armata għall-Ġlied tal-Infanterija/Vettura Amfibja tal-Attakk/Vettura Ħafifa Armata; |
16. |
Appoġġ Indirett tal-Artillerija (EuroArtillery); |
17. |
Grupp Ristrett li Jħaddem ir-Rispons għall-Kriżijiet tal-EUFOR (EUFOR CROC). |
Artikolu 2
Il-lista tal-membri tal-proġett ta' kull proġett individwali għandha tkun kif indikat fl-Anness.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Marzu 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57.
ANNESS
Lista ta' membri tal-proġett għal kull proġett individwali
Proġett |
Membri tal-proġett |
||
|
Il-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, Franza, l-Italja, in-Netherlands, ir-Rumanija, is-Slovakkja, l-Iżvezja |
||
|
Franza, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, il-Finlandja |
||
|
Il-Ġermanja, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, l-Ungerija, in-Netherlands, is-Slovenja, is-Slovakkja |
||
|
In-Netherlands, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja |
||
|
Il-Ġermanja, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, in-Netherlands, l-Awstrija, ir-Rumanija, l-Iżvezja |
||
|
L-Italja, il-Greċja |
||
|
Franza, il-Belġju, Spanja, l-Italja |
||
|
L-Italja, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Awstrija |
||
|
Il-Belġju, il-Greċja, il-Latvja, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija |
||
|
L-Italja, il-Greċja, Spanja, il-Portugall |
||
|
Il-Greċja, il-Bulgarija, l-Irlanda, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru |
||
|
Il-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Portugall |
||
|
Il-Litwanja Spanja, Franza, il-Kroazja, in-Netherlands, ir-Rumanija, il-Finlandja |
||
|
Spanja, il-Ġermanja, l-Italja, il-Portugall |
||
|
L-Italja, il-Greċja, is-Slovakkja |
||
|
Is-Slovakkja, l-Italja |
||
|
Il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru |
8.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/341
tas-27 ta' Settembru 2017
dwar l-iskema ta' għajnuniet mill-Istat SA.34433 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza (taxxa favur l-Établissement national des produits de l'agriculture et de la mer (France AgriMer) — l-Artikolu 25 tal-liġi Nru 2005–1720 tat-30 ta' Diċembru 2005)
(notifikata bid-dokument C(2017) 4431)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom f'konformità mal-Artikolu msemmi,
Billi:
I. PROĊEDURA
(1) |
Wara li tressaq ilment u permezz tal-faks tat-28 ta' Novembru 2011, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jikkomunikawlha l-informazzjoni kollha meħtieġa għal eżami, fid-dawl tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), tat-taxxa stabbilita permezz tal-Artikolu 25 tal-liġi Nru 2005-1720 tat-30 ta' Diċembru 2005 favur l-Établissement national des produits de l'agriculture et de la mer (France AgriMer) (aktar 'il quddiem “it-taxxa”). L-awtoritajiet Franċiżi kellhom xahar żmien biex iressqu l-informazzjoni inkwistjoni. |
(2) |
Permezz tal-ittra tal-11 ta' Diċembru 2011, Franza talbet lill-Kummissjoni estensjoni ta' dan il-limitu ta' żmien sal-1 ta' Frar 2012. |
(3) |
Permezz tal-faks tat-12 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni tat l-estensjoni mitluba. |
(4) |
Permezz tal-email tal-14 ta' Frar 2012, Franza ressqet l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni fit-28 ta' Novembru 2011. |
(5) |
Permezz tal-faks tal-5 ta' Marzu 2012, il-Kummissjoni għarrfet lill-awtoritajiet Franċiżi li hija fetħet każ dwar għajnuna mhux notifikata bin-numru ta' referenza SA.34433 (2012-NN), minħabba li t-taxxa kienet ġiet implimentata mingħajr ma ngħatat notifika lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE u mingħajr ma ġiet approvata minnha. Permezz tal-faks tal-14 ta' Ġunju 2012, il-Kummissjoni għarrfet lill-awtoritajiet Franċiżi bl-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni kopert minn dan il każ, minħabba li l-analiżi tal-informazzjoni disponibbli wriet użu mhux xieraq ta' Regolament de minimis li biddel il-miżura f'għajnuna mhux notifikata. Li kieku r-Regolament de minimis intuża b'mod xieraq din il-miżura ma kinitx tittrasforma ruħha f'għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
(6) |
Permezz tal-ittra tal-4 ta' Ottubru 2012 (1), il-Kummissjoni għarrfet lil Franza bid-deċiżjoni tagħha tat-3 ta' Ottubru 2012, li se tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-użu tat-taxxa. Hija stiednet lill-awtoritajiet Franċiżi biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar il-ftuħ tal-proċedura fi żmien xahar. |
(7) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura inkwistjoni. |
(8) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati. |
(9) |
Permezz tal-email tas-16 ta' Ottubru 2012, Franza talbet lill-Kummissjoni biex testendi l-limitu ta' żmien b'xahar (sal-4 ta' Diċembru 2012) biex tibgħat it-tweġiba tagħha għall-ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE. |
(10) |
Permezz tal-faks tat-18 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni estendiet kif mitlub. |
(11) |
Permezz tal-email tal-5 ta' Diċembru 2012, Franza tat it-tweġiba tagħha għall-ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE lill-Kummissjoni. |
(12) |
Wara li eżaminaw din it-tweġiba, is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Franċiżi ltaqgħu fit-12 ta' Diċembru 2012 biex jiċċaraw ċerti punti tal-każ. Wara din il-laqgħa, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali permezz tal-faks tal-15 ta' Jannar 2013. |
(13) |
Permezz tal-email tal-18 ta' Frar 2013, Franza bagħtet ittra lill-Kummissjoni bl-informazzjoni addizzjonali mitluba fil-15 ta' Jannar 2013. L-awtoritajiet Franċiżi pprovdew informazzjoni ġdida fit-23 ta' Ġunju 2016, bħala tweġiba għal talba tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2015, u fl-20 ta' Jannar 2017, bħala tweġiba għal talba tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2016. |
II. DESKRIZZJONI
(14) |
L-Artikolu 25 tal-liġi Nru 2005-1720 tat-30 ta' Diċembru 2005 (il-liġi emendatorja tal-finanzi għall-2005) jistabbilixxi taxxa favur France AgriMer, bl-iskop li jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet implimentati minn din tal-aħħar favur is-suq tal-prodotti tal-ħalib. L-aħħar verżjoni konsolidata tiegħu hija tal-1 ta' Jannar 2012. |
(15) |
It-taxxa hija dovuta mill-produtturi tal-ħalib tal-baqar li jkunu d-detenturi ta' kwantità referenzjali individwali għall-bejgħ dirett skont ir-Regolament (KE) Nru 1788/2003 tal-Kunsill (3), kif ukoll mix-xerrejja tal-ħalib. Hija bbażata fuq:
|
(16) |
It-taxxa tista' tkun soġġetta għal rimborżi (4) li jistgħu jiġu akkumulati. Il-fatt taxxabbli huwa l-kunsinna tal-ħalib jew il-bejgħ dirett tal-ħalib jew tal-prodotti tal-ħalib matul il-perjodu ta' referenza. Bħala eżempju, l-Artikolu 4 tad-digriet tas-17 ta' Awwissu 2010 dwar il-ġbir ta' taxxa li għandha titħallas mix-xerrejja u mill-produtturi tal-ħalib li jkunu qabżu l-kwota individwali tagħhom għall-kunsinna għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2009–2010 jipprevedi li, fil-limitu tad-disponibbiltajiet identifikati fil-livell nazzjonali fi tmiem is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2009–2010, France AgriMer tirrimborża lix-xerrejja parti mit-taxxa dovuta mill-produtturi li jikkunsinnawlhom l-ħalib, skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
|
(17) |
Meta produttur ikollu jħallas l-imposta prevista fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003, it-taxxa ma tkunx dovuta għall-kwantitajiet ikkonċernati. Skont din id-dispożizzjoni, hija stabbilita imposta, mill-1 ta' April 2004 u matul 11-il perjodu konsekuttivi ta' 12-il xahar li jibdew fl-1 ta' April, fuq il-kwantitajiet ta' ħalib tal-baqar jew prodotti oħra tal-ħalib imqiegħda fis-suq matul il-perjodu ta' 12-il xahar inkwistjoni u li jkunu qabżu l-kwantità ta' referenza nazzjonali. |
(18) |
Għal kull 100 kg ta' ħalib, it-tariffa tat-taxxa hija ta' EUR 28,54 għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2006-2007 u ta' EUR 27,83 għas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara. |
(19) |
Ir-rikavat mit-taxxa jintuża għall-finanzjament tal-waqfien parzjali jew totali tal-attività tal-ħalib permezz tal-għajnuna għall-waqfien tal-attività tal-ħalib (aide à la cessation de l'activité laitière, ACAL). B'mod konkret, il-benefiċjarju jirċievi indennizz għal kull litru mingħand France AgriMer li huwa korp irregolat bil-liġi pubblika. Is-sorsi l-oħra ta' finanzjament tal-ACAL huma magħmula mill-fondi li jirriżultaw mis-sistema ta' trasferiment speċifiku mingħajr art (aktar 'il quddiem “TSST”, transfert spécifique sans terre) (6), mill-baġit tal-Istat u, eventwalment, minn fondi tal-komunitajiet lokali. Parti mir-rikavat tat-taxxa ntużat ukoll biex tgħin lill-intrapriżi tal-ħalib li kellhom jeqirdu l-ħalib ikkontaminat mill-poliklorobifenili (PCBs) matul is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2007-2008. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, dan l-appoġġ kien ipprovdut fil-qafas ta' skema de minimis marbuta mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 (7). |
(20) |
Is-somma tal-ACAL hija kkalkulata fuq il-bażi li ġejja:
|
(21) |
Ir-rikavat tat-taxxa u l-użu tiegħu żviluppaw kif ġej sas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2010-2011:
|
III. IR-RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
(22) |
Il-Kummissjoni bdiet il-proċedura stipulata mill-Artikolu 108(2) tat-TFUE għar-raġunijiet li ġejjin:
|
IV. IL-KUMMENTI TAL-AWTORITAJIET FRANĊIŻI DWAR IL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA FORMALI
(23) |
Fl-ittra tagħhom mibgħuta permezz ta' email fil-5 ta' Diċembru 2012, l-awtoritajiet Franċiżi l-ewwel nett enfasizzaw li teżisti bażi ġuridika għall-ACAL fir-regolamentazzjoni tal-Unjoni dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq. Din il-bażi ġuridika, stabbilita fl-Artikolu 75(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill (8), tippermetti lill-Istati Membri jagħtu lill-produtturi li jimpenjaw ruħhom li jwaqqfu b'mod definittiv parti mill-produzzjoni tal-ħalib jew il-produzzjoni kollha tagħhom, indennizz li jitħallas f'rata annwali waħda jew aktar, u jalimentaw ir-riżerva nazzjonali bil-kwantitajiet ta' referenza individwali li jkunu ġew rilaxxati b'dan il-mod. Skont l-awtoritajiet, dan l-Artikolu għandu japplika b'mod indipendenti mid-dispożizzjonijiet l-oħra relatati mal-ġestjoni tal-kwoti tal-ħalib u mill-applikazzjoni ta' imposta fil-każ li tinqabeż il-kwota. |
(24) |
B'referenza għall-pożizzjoni tal-Kummissjoni li l-finanzjament tal-waqfien tal-attività tal-ħalib jikkorrispondi prima facie għad-definizzjoni ta' għajnuna mill-Istat, l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li r-regolamentazzjoni tal-Unjoni ta' qabel l-2007, u b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1788/2003, ma kienet tinkludi l-ebda riferiment espliċitu dwar l-obbligu li jiġu nnotifikati għajnuniet relatata ma' prodotti tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib. Huma jispeċifikaw li s-sitwazzjoni ġiet iċċarata mill-Artikolu 180 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, li jissottometti b'mod espliċitu s-sistema tal-ACAL għall-proċedura ta' notifika. L-awtoritajiet Franċiżi ħasbu wkoll, in bona fede, li kienu qed jirrispettaw ir-regolamentazzjoni tal-Unjoni meta regolarment kienu qed jagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar is-sistema ta' indennizzi, permezz tal-kwestjonarji. Fil-fehma tagħhom, il-Kummissjoni kienet taf diġà bl-eżistenza tal-ACAL, minħabba li kienet staqsiet lil Franza dwarhom matul l-eżami tal-miżura ta' għajnuna għat-tnaqqis volontarju tal-attività tal-ħalib fil-Bretagne (għajnuna Nru 290/2007 — ARVAL). Huma jikkonkludu l-argument tagħhom billi jimpenjaw ruħhom li jinnotifikaw is-sistema fil-ġejjieni (u dan għamluh, ara l-premessa 53). |
(25) |
Fir-rigward tal-kwistjoni tal-kompatibbiltà ACAL mas-suq intern, u b'mod partikolari l-kumment tal-Kummissjoni li s-sistema ma tidhirx li tikkonforma mal-punt 88 tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu u forestali 2007-2013 (aktar 'il quddiem il-“Linji Gwida 2007-2013”) (9), l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li s-sistema tal-ACAL taqa' fil-qafas tal-Artikolu 75 (KE) Nru 1234/2007 u li l-Kummissjoni għandha tqis dan l-Artikolu fl-analiżi tagħha. Barra minn hekk huma jindikaw li parti biss mill-applikazzjonijiet tal-ACAL imressqa mill-produtturi tikkonċerna l-waqfien tal-attività minħabba l-pensjoni (madwar 10 % tat-total tal-produtturi benefiċjarji); għal dawn l-applikazzjonijiet, il-kundizzjonijiet ta' waqfien totali tal-attivitajiet agrikoli kummerċjali kollha b'mod permanenti u definittiv ġew rispettati. Għall-produtturi l-oħra, l-awtoritajiet Franċiżi jaħsbu li s-sistema tal-ACAL hija kompatibbli mas-suq intern fir-rigward tal-punti 143 u 144 tal-Linji Gwida 2007-2013, dwar l-għajnuna għall-għeluq tal-kapaċità ta' produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli. |
(26) |
Fir-rigward tal-punti 143 u 144 tal-Linji Gwida 2007-2013, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li s-settur tal-ħalib qiegħed f'sitwazzjoni ta' kapaċità eċċessiva, kif imsemmi fil-premessa 30 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u jenfasizzaw li skont dan ir-Regolament, il-waqfien tal-attività tal-ħalib tista' tkun parzjali jew totali. Barra minn hekk, fil-fehma tagħhom, is-sistema tal-ACAL tissodisfa l-kundizzjoni li tgħid li l-benefiċjarju tal-għajnuna għandu joffri kontroparti. Din il-kontroparti tikkonsisti fil-mekkaniżmu TSST stabbilit fl-2006 b'applikazzjoni tal-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003. B'dan il-mekkaniżmu jitwettqu trasferimenti bi ħlas mill-produtturi li jkunu ngħataw kwantitajiet ta' referenza tal-ħalib rilaxxati skont skala definita. Jitħallas indennizz lill-produtturi li jittrasferixxu l-kwantità ta' referenza tal-ħalib disponibbli tagħhom. Dan l-indennizz huwa kkalkulat fuq l-istess skala bħal dik tal-ACAL. L-iskala u r-rabta tagħha mal-ACAL huma soġġetti għal digriet annwali stabbilit għal kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni tal-ħalib. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, fit-TSST is-settur benefiċjarju jagħti kontribuzzjoni kollettiva lill-ACAL li tirrappreżenta mill-inqas 50 % tan-nefqa pubblika għall-implimentazzjoni tal-iskema. Mill-bqija, is-sistema ta' għajnuna teskludi lill-intrapriżi f'diffikultà, hija aċċessibbli għall-operaturi ekonomiċi kollha fl-istess kundizzjonijiet, ma toħloqx vantaġġ kompetittiv meta titqies in-natura kumpensatorja tagħha, minħabba li l-indennizz jingħata biss fil-każ li l-kwota tiġi abbandunata, u ma tirriżultax fl-ebda każ ta' kumpens żejjed għat-telf tal-kapital u tal-introjtu futur, minħabba li l-indennizz jingħata fuq bażi digressiva (matul il-perjodu kkunsidrat, il-medja tal-indennizz għall-abbandun kien ta' EUR 0,083 għal kull litru filwaqt li l-valur tal-kwota matul l-istess perjodu kien ta' EUR 0,10 għal kull litru). |
(27) |
Fir-rigward tal-indennizzi mħallsin wara l-qerda tal-ħalib ikkontaminat mill-PCBs, l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li d-deċiżjoni tad-direttur tal-Office de l'élevage dwar l-istabbiliment ta' sistema għall-kumpens tat-telf tal-operaturi, hija bbażata fuq ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 u (KE) Nru 1535/2007 (10). Ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006 intuża għall-għajnuna mħallsa lill-imħaleb għall-qerda tal-ħalib mixtri li ġie pproċessat darba wara li nġabar, filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 1535/2007 intuża għall-finanzjament tal-qerda tal-ħalib nej tal-produtturi li jbiegħuh dirett. Fl-ebda wieħed mill-każijiet ma kien hemm kumpens żejjed għat-telf imġarrab. |
(28) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tar-rimborżi, l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li d-digrieti ministerjali jistipulaw l-applikazzjoni tas-sistema ta' rimborżi unikament jekk l-imposta fuq l-ammont żejjed hija dovuta mill-produttur, skont is-sistema tat-Taxxa Fiskali Assenjata (Taxe Fiscale Affectée, TFA) jew l-imposta skont l-Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għalhekk il-miżura kienet applikabbli fil-qafas ta' sistema ta' penali li ma tistax titqabbel ma' trattament preferenzjali tal-operaturi. Fil-każ li tinqabeż il-kwota nazzjonali, is-sistema tar-rimborż tapplika skont l-Artikolu 84(1) ta' dak ir-Regolament. Għalhekk, għalkemm is-sistema taffettwa b'mod differenti lill-kategoriji diversi ta' operaturi, din ma tfixkilx il-kompetizzjoni bejn il-produtturi. Il-produttur li kellu l-infrastruttura u l-mezzi finanzjarji biex jipproduċi aktar mill-kwota tiegħu, minkejja li ġarrab taxxa ogħla, ma kienx żvantaġġat meta mqabbel ma' produttur li ma setax jikkompetilu, minkejja li jħallas inqas taxxa. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-kummerċ lanqas ma seta' jiġi affettwat peress li s-sistema ta' tassazzjoni kienet limitata għal volum ta' produzzjoni nazzjonali u, filwaqt li t-tnaqqis tal-imposta ppermetta lil xi wħud jipproduċu aktar mingħajr konsegwenza finanzjarja, dan kien minħabba l-fatt li ċerti produtturi pproduċew inqas. Il-kwantità ta' ħalib li tqiegħdet fis-suq fl-aħħar mill-aħħar baqgħet l-istess u l-kummerċ bejn l-Istati membri ma ġiex affettwat. |
(29) |
Fir-rigward tal-argument tal-Kummissjoni li s-setgħa li għandhom l-awtoritajiet pubbliċi li jaġġustaw ir-rimborżi tidher li qed tindika l-eżistenza ta' trattament diskrezzjonali tal-operaturi ekonomiċi lil hinn mis-sempliċi ġestjoni tad-dħul tat-taxxa skont kriterji oġġettivi, li fil-fehma tal-Qorti tal-Ġustizzja tista' tagħti lill-applikazzjoni individwali ta' miżura ġenerali l-kwalità ta' miżura selettiva (11), l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2009-2010 u fid-dawl tat-tmiem tal-iskema tal-kwoti tal-ħalib ġiet stabbilita miżura ġenerali li tkopri l-produtturi kollha, u li l-limitu tar-rimborż ta' 1 % jew 2 % mhuwiex diskriminatorju peress li japplika għall-produtturi kollha tal-ħalib fuq il-bażi tal-kwantità li taqbeż il-kwota individwali, li de facto jfisser tnaqqis tat-taxxa applikata. Bl-istess mod, ingħata rimborż lill-produtturi żgħar kollha minħabba s-sitwazzjoni ta' fraġilità tagħhom (l-ispejjeż għall-produzzjoni, is-sensibbiltà għall-varjazzjonijiet ekonomiċi) biex tiġi adattata l-kontribuzzjoni tagħhom mal-kapaċitajiet tagħhom u mad-daqs tal-istruttura ta' produzzjoni, f'konformità mal-prinċipji ta' progressività li jirregolaw l-istabbiliment tal-kategoriji tat-taxxa. Dawn il-produtturi żgħar huma dawk li l-kwota tagħhom tirrappreżenta massimu ta' 55 % tal-kwota individwali medja fil-livell nazzjonali. Flimkien, dawn jirrappreżentaw 25 % tal-produtturi u inqas minn 20 % tal-kwota nazzjonali. |
(30) |
Għal dawn ir-raġunijiet kollha, u meta titqies in-natura trasparenti u pubblika tas-sistema tar-rimborżi, li d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħha ġew spjegati b'mod ċar fid-digrieti ta' tmiem is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża (Journal officiel de la République française) u fuq il-websajts tas-servizzi deċentralizzati tal-Istat, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li s-sistema tar-rimborżi ma tissodisfax il-kriterji ta' miżura ta' għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
(31) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li r-rimborżi tat-TFA ingħataw ukoll fuq il-bażi ta' każ b'każ għas-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 2006/2007 u 2007/2008, lil nissiela li kienu qed jiffaċċjaw il-marda tal-ilsien blu. |
V. KUMMENTI SUPPLIMENTARI TAL-AWTORITAJIET FRANĊIŻI
(32) |
Fl-ittra mibgħuta permezz tal-email tat-18 ta' Frar 2013 (12), l-awtoritajiet Franċiżi, li ntalbu juru r-rispett sħiħ tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għall-għajnuna għall-pensjoni u għall-waqfien tal-attività, ipprovdew il-kjarifiki li ġejjin, fid-dawl tal-kummenti tagħhom wara l-ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE, (13) u wara l-laqgħa tat-12 ta' Diċembru 2012. |
Fir-rigward tal-ACAL allokati għall-waqfien tal-attività minħabba l-pensjoni
(33) |
Skont l-awtoritajiet Franċiżi, is-sistema tal-ACAL minħabba l-pensjoni saret disponibbli għall-bdiewa mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2009-2010, wara t-tneħħija tas-sistema nazzjonali ta' għajnuna għall-pensjoni bikrija. Ir-regoli tal-implimentazzjoni ta' din tal-aħħar kienu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (14) u biha, l-għoti ta' għajnuna kien jiddependi b'mod partikolari fuq il-waqfien tal-attivitajiet agrikoli kollha. Dawn ir-regoli ġew applikati wkoll fil-qafas tas-sistema tal-ACAL. Fil-prattika, il-kontroll tar-rispett tal-waqfien totali tal-attività tal-ħalib jitwettaq fil-post minn spetturi li jikkontrollaw kampjun ta' ażjendi agrikoli magħżula fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju mwettqa minn France AgriMer. Ir-rata tal-kontroll hija konformi ma' dik stabbilita fir-regolamentazzjoni tal-Unjoni. Skont l-awtoritajiet Franċiżi ma nstabet l-ebda irregolarità. |
Fir-rigward tal-ACAL mogħtija skont l-għajnuna għall-għeluq tal-kapaċità ta' produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni
(34) |
Wara li fakkru li s-sistema tal-ACAL tista' tintuża meta l-produttur iwaqqaf l-attività tal-ħalib tiegħu parzjalment jew totalment f'konformità mal-Artikolu 75(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u mal-punt 144(f) tal-Linji Gwida 2007-2013, u li fil-maġġoranza tal-każijiet (minn 80 % sa 90 % skont is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni) l-ACAL huma għajnuniet għall-waqfien totali tal-attività tal-ħalib, l-awtoritajiet Franċiżi analizzaw is-sistema fid-dawl tal-kundizzjonijiet diversi previsti fil-punt 144 tal-Linji Gwida 2007-2013, fir-rigward tal-għajnuniet għall-għeluq tal-kapaċità. |
(35) |
Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk l-għajnuna implimentata tkunx fl-interess ġenerali ta' settur b'kapaċità żejda (il-punti minn 144(a) sa 144(e) tal-Linji Gwida 2007-2013), wara li fakkru l-argumenti esposti fil-premessa 26, l-awtoritajiet Franċiżi żiedu jgħidu li ċ-ċirkularijiet li jirregolaw is-sistema tal-ACAL jenfasizzaw li parti mill-kwoti rkuprati tmur lura fir-riżerva nazzjonali biex terġa' tiġi distribwita fil-qafas tal-attribuzzjonijiet normali tal-kwoti u li hemm ix-xewqa li tiġi organizzata distribuzzjoni mill-ġdid għall-benefiċċju tal-produtturi li għandhom il-kapaċità li jipproduċu aktar mill-kwantità ta' referenza inizjali tagħhom, u b'hekk ikunu qed jaġixxu favur il-kompetittività tas-settur tal-ħalib billi jappoġġaw ir-ristrutturar ekonomiku tiegħu. L-awtoritajiet Franċiżi jinsistu wkoll fuq it-talba tagħhom li jibbenefikaw mill-punt 144(e) tal-Linji Gwida 2007-2013, li skontu l-iskemi ta' għajnuna applikabbli għal setturi li huma soġġetti għal limiti ta' produzzjoni jew għal kwoti jiġu eżaminati każ b'każ. |
(36) |
Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk il-benefiċjarju tal-għajnuna joffrix kontroparti (il-punt 144(f) tal-Linji Gwida 2007-2013), l-awtoritajiet Franċiżi qed jeżaminaw il-każ tal-produtturi li jikkummerċjalizzaw il-ħalib tagħhom permezz ta' kunsinni lil kollettur u l-każ tal-produtturi li jikkummerċjalizzaw il-ħalib tagħhom direttament lill-konsumatur, permezz tal-bejgħ dirett. |
(37) |
Fil-każ tal-produtturi li jikkummerċjalizzaw il-ħalib tagħhom permezz ta' kunsinni lil kollettur, il-produttur ikkonċernat jimpenja ruħu, fil-każ ta' waqfien totali, li jabbanduna kompletament u definittivament il-kunsinna u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ħalib jew tal-prodotti tal-ħalib u għandu jipprovdi ċertifikat ta' waqfien totali u definittiv fi żmien 30 jum wara d-data tal-waqfien u mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena N + 1 (N hija s-sena ta' meta tressqet it-talba għall-għajnuna għall-waqfien). Għandu wkoll jimpenja ruħu li ma jitlobx aktar kwoti. Fil-każ ta' waqfien parzjali, il-produttur ikkonċernat jimpenja ruħu li jagħti prova tal-għeluq ta' stabbiliment (meta dan ikollu bosta stabbilimenti) jew jixhed li l-volum massimu ta' produzzjoni naqas bl-istess proporzjonijiet bħall-volum ta' referenza previst għal dawk li għandhom azjenda agrikola waħda biss. Għal dan l-għan, il-produttur għandu jkun jista' jippreżenta n-notifika tal-kwota stabbilita mix-xerrej tiegħu għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li tkun għaddejja kif ukoll dik tal-kwota l-ġdida għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara. Dan il-kontroll jibqa' validu sa tmiem l-2015, is-sena tat-tneħħija tal-kwoti. Barra minn hekk, produttur li jkun talab indennizz għall-abbandun parzjali ma jistax jikseb indennizz ieħor għall-istess raġuni aktar tard. Jekk jitlob u jikseb indennizz għall-abbandun totali, il-kwoti li jkunu diġà ngħataw indennizz għalihom minħabba l-waqfien parzjali jitqiesu fil-kalkoli. |
(38) |
Fil-każ tal-produtturi li jikkummerċjalizzaw direttament il-ħalib tagħhom lill-konsumatur finali, il-produttur għandu jibgħat dikjarazzjoni ta' waqfien tal-produzzjoni għall-bejgħ dirett fi żmien 30 jum wara d-data tal-waqfien. |
(39) |
Ikun xi jkun ix-xenarju previst, France AgriMer tikkontrolla r-rispett tad-dikjarazzjonijiet mhux biss fil-livell amministrattiv iżda wkoll fuq il-post. Fil-każ li jkun hemm xi irregolarità, l-indennizzi li ma kellhomx jinġabru jiġu rkuprati b'imgħax ikkalkolat bir-rata legali u jistgħu jingħataw sanzjonijiet skont il-Kodiċi Kriminali. |
(40) |
Fir-rigward tal-prinċipju li jistabbilixxi li l-produtturi li verament kellhom attività ta' produzzjoni u l-kapaċitajiet ta' produzzjoni li verament intużaw biss jistgħu jingħataw indennizz (il-punt 144(g) tal-Linji Gwida 2007-2013), l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li l-għoti tal-ACAL huwa possibbli biss għall-produtturi li għandhom attività ta' produzzjoni. |
(41) |
Fir-rigward tal-limitazzjoni tal-benefiċċju tal-għajnuna għall-intrapriżi li jissoddisfaw l-istandards minimi obbligatorji u l-esklużjoni tal-produtturi li għalihom diġà ngħalqet il-kapaċità ta' produzzjoni jew li jidher inevitabbli li se jkollhom jagħlquha (il-punti 144(i) u (j) tal-Linji Gwida 2007-2013), l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li l-ħalib, li huwa kkunsinnat u mħallas wara li jiġi analizzat, jissodisfa b'mod obbligatorju r-rekwiżiti minimi għall-użu tiegħu mill-maħleb. L-ebda intrapriża ta' produzzjoni tal-ħalib ma hija obbligata li twaqqaf il-produzzjoni tagħha minħabba n-nuqqas ta' rispett tal-istandards minimi. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li l-produtturi fi proċedura ta' riorganizzazzjoni jew likwidazzjoni ġudizzjarji huma esklużi mill-benefiċċju tal-għajnuna, kif ukoll l-intrapriżi li mhumiex is-soġġett ta' tali proċedura iżda jissodisfaw il-kriterji l-oħra ta' definizzjoni ta' intrapriża f'diffikultà (diffikultajiet ta' likwidità, fatturat li qed jonqos b'rata mgħaġġla, żieda fit-telf, żieda fid-dejn, tnaqqis tal-assi). |
(42) |
Fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-iskema għall-operaturi ekonomiċi kollha fis-settur (il-punt 144(k) tal-Linji Gwida 2007-2013, l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li t-trasparenza u l-pubbliċità tas-sistema li jippermettu li din tkun disponibbli għal kulħadd. Ir-regoli għall-aċċess tas-sistema tal-ACAL u għall-implimentazzjoni tagħha huma deskritti fid-digrieti diversi ppubblikati fi tmiem is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża (Journal officiel de la République française) kif ukoll fiċ-ċirkularijiet. |
(43) |
Fir-rigward tan-nuqqas ta' kumpens żejjed għat-telf tal-kapital u tal-introjtu futur (il-punt 144(l) tal-Linji Gwida 2007-2013), l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li l-iskala ta' indenizz hija digressiva skont il-volum u l-ħin. Barra minn hekk, kwantità ta' referenza individwali hija magħmula minn medja ta' 20 % ta' kwantitajiet allokati fil-ħames snin ta' kummerċjalizzazzjoni ta' qabel it-talba għall-ACAL u din il-parti hija eskluża mill-kalkolu tal-indennizz. B'din is-sistema, l-ammont tal-indennizz ma jaqbiżx il-valur tal-kwota stmata għal Franza mill-Kummissjoni. Dan l-argument huwa sostnut b'ċifri li juru li fl-2012, il-valur tal-kwota Franċiża kien stmat mill-Kummissjoni għal EUR 200/1 000 litru, filwaqt li l-valur kkalkulat fuq il-bażi tal-iskali li jintużaw fi Franza huwa ta' EUR 90/1 000 litru, li jservi ta' bażi għall-kalkolu tal-indennizz. |
(44) |
Fir-rigward tal-kontroparti offerta mis-settur (il-punt 144(m) tal-Linji Gwida 2007-2013), l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li s-sistema tal-ACAL hija essenzjalment iffinanzjata mid-dħul tat-TSST, stabbilita skont l-Artikolu 75(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u li tippermetti lill-produtturi jiksbu kwoti bi ħlas. Il-bqija tal-finanzjament jinkiseb minn fondi pubbliċi jew privati (l-Istat, il-kollettivitajiet territorjali u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali). |
(45) |
Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-punt 144(n) tal-Linji Gwida 2007-2013, li jipprevedi li, jekk Stat Membru jintroduċi skema għall-għeluq tal-kapaċitajiet, għandu jimpenja ruħu li ma jagħti l-ebda għajnuna għall-ħolqien ta' kapaċitajiet ta' produzzjoni ġodda fis-settur ikkonċernat fil-ħames snin wara t-tmiem tal-programm tal-għeluq tal-kapaċitajiet, l-awtoritajiet Franċiżi jenfasizzaw li s-sistema tal-ACAL għandha l-għan li tirristruttura s-settur b'mod konformi mal-possibbiltà offerta mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, li l-kwoti rilaxxati fil-qafas tal-ACAL ikunu disponibbli għal produtturi oħrajn u li l-kompatibbiltà ta' din is-sistema prevista f'dan ir-Regolament għalhekk għandha tkun soġġetta għal interpretazzjoni mill-Kummissjoni. |
Kwistjonijiet oħrajn
(46) |
Fil-faks tagħha tal-15 ta' Jannar 2013, il-Kummissjoni enfasizzat li t-taxxa titħallas mill-produtturi lix-xerrejja iżda r-rimborżi previsti fid-digrieti li jistabbilixxu t-taxxa jitħallsu lix-xerrejja wkoll. Għalhekk, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Franċiżi sabiex juru li x-xerrejja jirretroċedu l-ammonti rimborżati lill-produtturi. |
(47) |
Fl-ittra mibgħuta permezz tal-email tat-18 ta' Frar 2013, l-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li l-ammonti marbuta ma' kwalunkwe rimborż dovut lill-produtturi li qabżu l-kwantità ta' referenza tagħhom, jinġabru mis-sors u għalhekk jitnaqqsu direttament mill-ammont tat-taxxa deċiża fi tmiem is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni, u li dan il-mekkaniżmu ta' retroċessjoni li jnaqqas it-taxxa dovuta mill-produttur li jaqbeż il-kwantità ta' referenza huwa wieħed mill-obbligi li għandhom jirrispettaw ix-xerrejja approvati, skont l-Artikoli 65 u 85 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 kif emendat. Barra minn hekk, ix-xerrejja huma obbligati li jirrappurtaw ir-rimborżi skont il-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu. |
(48) |
Fir-rigward tal-limitu tar-rimborż (15), l-awtoritajiet Franċiżi jikkonfermaw li l-perċentwali previsti (1 % u 2 %) japplikaw għall-produtturi kollha li qabżu l-kwota individwali tagħhom u skont rata identika matul is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni kkunsidrata kollha. |
(49) |
Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-kwantitajiet li jagħtu dritt għal rimborż (16), l-awtoritajiet Franċiżi jispjegaw li dan il-mekkaniżmu nħoloq biex is-settur Franċiż jadatta ruħu għat-tneħħija tal-kwoti. L-għan tiegħu huwa li t-taxxa fuq l-eċċessi tinżamm f'livell regolari billi jingħata rimborż lill-produtturi żgħar f'sitwazzjoni fraġli (15 % tal-produtturi li jirrappreżentaw 10 % tal-kwota nazzjonali). Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-mekkaniżmu huwa konformi mal-prinċipji ta' progressività li jirregolaw l-istabbiliment tal-kategoriji tat-taxxa, li huma msemmija fil-punt 24 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli ta' għajnuna tal-istat għall-miżuri relatati mat-tassazzjoni tan-negozju dirett (17), u mekkaniżmu ta' rimborż supplimentari ġie stabbilit għall-produtturi li ma jistgħux jibbenefikaw minn rimborż għall-“produtturi żgħar” iżda li xorta jinsabu f'sitwazzjoni fraġli fir-rigward tal-kwantità ta' referenza miżmuma. L-għan ta' dan huwa li jiġu evitati l-effetti tal-limiti massimi. |
(50) |
Fl-ittra tagħhom tal-20 ta' Jannar 2017, l-awtoritajiet Franċiżi speċifikaw li r-rimborżi msemmija fit-tieni u fit-tielet inċiż tal-premessa 16 tqiegħdu taħt skema de minimis b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 (18), minħabba li dak iż-żmien kienu ngħataw fil-kundizzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament li huma applikabbli b'mod retroattiv. |
(51) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kwistjoni tal-kumpens għat-telf minħabba l-marda tal-ilsien blu, l-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li din il-marda wasslet għal bidla fl-imġiba ta' ċerti produtturi li, meta raw il-marġnijiet gross tagħhom jonqsu u bdew jaffaċċjaw id-diffikultajiet marbuta mal-projbizzjoni ta' ħruġ tal-bhejjem, fost oħrajn, ikkumpensaw dawn il-marġnijiet bi produzzjoni li taqbeż il-kwota tagħhom. B'reazzjoni għal din is-sitwazzjoni, ġiet stabbilita sistema ta' rimborż tal-imposta applikabbli fil-qafas tas-sistema nazzjonali tat-TFA jew skont l-Artikolu 84(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, fil-każ li tinqabeż il-kwota nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 78 ta' dan ir-Regolament. Ir-rimborż laħaq il-proporzjonijiet li ġejjin:
|
(52) |
Skont l-awtoritajiet Franċiżi, jekk il-kwota nazzjonali ma tinqabiżx, is-sistema ta' rimborż hija konformi mad-dispożizzjonijiet kollha tas-sottokapitolu V.B.4 tal-Linji Gwida 2007-2013, kif ukoll mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 (19). B'mod partikolari huma jenfasizzaw il-punti li ġejjin:
|
VI. EVALWAZZJONI
Kamp ta' applikazzjoni
(53) |
Minħabba li ntwera, matul il-ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE (ara l-premessi 24 u 25 tad-deċiżjoni tal-ftuħ), li t-taxxa mħallsa ma kinitx taxxa imposta skont il-ġurisprudenza, din l-analiżi se tiffoka fuq żewġ elementi separati: ir-rimborżi tat-taxxa msemmija fil-premessa 16, minn naħa, u l-ACAL iffinanzjati sas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2011/2012, min-naħa l-oħra, filwaqt li jitqies li fil-15 ta' Mejju 2013 il-Kummissjoni approvat skema ta' għajnuna għall-waqfien tal-attività tal-ħalib li tkopri s-snin ta' kummerċjalizzazzjoni 2012/2013 u 2013/2014 (21). |
(54) |
Din l-analiżi mhux se tkopri l-għajnuniet għall-qerda tal-ħalib ikkontaminat mill-PCBs, minħabba li f'dan ir-rigward l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew ukoll aktar dettalji dwar l-applikazzjoni eżatta tar-regolamenti de minimis rilevanti (22) u li, peress li l-għajnuniet li jirrispettaw il-kundizzjonijiet ta' dawn ir-regolamenti jitqiesu, skont dawn ir-regolament, li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, il-Kummissjoni ma għandhiex tagħti l-opinjoni tagħha dwarhom aktar. Il-Kummissjoni lanqas mhi se tkopri l-għajnuniet kompensatorji marbuta mal-marda tal-ilsien blu. |
L-eżistenza ta' għajnuna
(55) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, “ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.” |
(56) |
Għalhekk biex miżura tiġi kkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat skont din id-dispożizzjoni jeħtieġ li l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin ikunu ssodisfati: (i) il-miżura għandha tkun imputabbli lill-Istat u ffinanzjata permezz tar-riżorsi tal-Istat; (ii) din trid tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tagħha; (iii) dan il-vantaġġ irid ikun selettiv, u (iv) il-miżura trid tkun waħda li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u trid taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. F'dan il-każ, meta jitqies il-kamp ta' applikazzjoni definit fil-premessi 53 u 54, din il-kwalifika għandha tiġi evalwata fil-livell tar-rimborżi msemmija fil-premessa 16 u fil-livell tal-ACAL. |
(57) |
Fir-rigward tar-rimborżi msemmija fit-tieni u t-tielet inċiż tal-premessa 16, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi kklassifikawhom taħt skema de minimis b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1408/2013, applikabbli b'mod retroattiv. Għalhekk, dawn ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
(58) |
Fir-rigward tar-rimborż imsemmi fl-ewwel inċiż tal-premessa 16, il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-informazzjoni li kellha u fil-qafas tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura formali, qieset li dan ir-rimborż (li kien parti mit-tnaqqis mit-taxxa imsemmi fid-deċiżjoni inkwistjoni) kellu element ta' għajnuna minħabba li kien iffinazjat mill-Istat li b'hekk kien qed jitlef mir-riżorsi tiegħu. Barra minn hekk, dan ir-rimborż jiffavorixxi ċerti intrapriżi (l-intrapriżi tal-ħalib li jibbenefikaw minnu li b'hekk ma għandhomx il-piż finanzjarju li għandhom l-intrapriżi tal-ħalib l-oħra) u jista' jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ minħabba l-pożizzjoni ta' Franza fis-suq. Il-Kummissjoni speċifikat ukoll li għalhekk ma kienx possibbli li jiġi determinat jekk l-eżistenza u l-modulazzjoni tar-rimborż kinux iġġustifikati mil-loġika tas-sistema tat-taxxi stabbilita, u enfasizzat li l-kapaċità tal-awtoritajiet pubbliċi li jimmodulaw ir-rimborż tindika l-eżistenza ta' trattament diskrezzjonali tal-operaturi lil hinn mill-ġestjoni tad-dħul mit-taxxa. Fl-aħħar nett, ma kien hemm xejn li jindika li l-ekwivalenti tas-sussidju tat-tnaqqis mit-taxxa seta' jaqa' fil-qafas ta' skema de minimis li tippermetti li wieħed iqis li l-għajnuniet ta' ammont baxx ma jikkostitwixxux għajnuniet mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
(59) |
Biex jevalwaw ir-rilevanza tal-argument tal-awtoritajiet Franċiżi li r-rimborż ma kienx jikkostitwixxi trattament preferenzjali għal kategorija ta' operaturi, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema ta' referenza li tippermetti li wieħed jivverifika jekk il-miżura għandhiex natura selettiva, jiġifieri li tiffavorixxi ċerti produtturi u mhux oħrajn li jinsabu f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika identika. F'dan il-każ, din is-sistema u dik applikata għall-produtturi li jaqbżu l-kwota (il-produtturi kollha li jaqgħu f'din il-kategorija jinsabu f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika identika, billi huma soġġetti għat-taxxa; madankollu, il-produtturi li ma jkunux qabżu l-kwota tagħhom ma jinsabux fl-istess sitwazzjoni fattwali u ġudirika identika, mhux biss minħabba li baqgħu fil-limiti tal-kwota tagħhom, iżda wkoll minħabba li ma ġewx soġġetti għat-taxxa). |
(60) |
Fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni tqis li r-rimborż ingħata mingħajr diskriminazzjoni lill-produtturi kollha li qabżu l-kwota tagħhom u ġie mmodulat minn sena ta' kummerċjalizzazzjoni għall-oħra u mhux bejn il-produtturi benefiċjarji fl-istess sena ta' kummerċjalizzazzjoni. Għalhekk, id-digriet tas-17 ta' Awwissu 2010 (23) kien jipprevedi rimborż tat-taxxa fuq 1 % tal-kwota għall-produtturi kollha li jkunu qabżu l-kwota tagħhom u d-digriet tas-16 ta' Awwissu 2011 (24), rimborż tat-taxxa fuq 2 % tal-kwota, għall-produtturi kollha li jkunu qabżu l-kwota tagħhom ukoll. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li s-sistema tikkostitwixxi penalizzazzjoni għaliex tapplika biss fil-każ li tinqabeż il-kwota. Billi din il-penalizzazzjoni tikkonċerna biss il-produtturi li jinsabu fl-istess sitwazzjoni fattwali u ġuridika, ir-rimborż ma jiffavorixxi l-ebda wieħed minnhom meta jiġi applikat b'mod uniformi u għalhekk mhuwiex selettiv.. Ir-rimborż għaldaqstant ma jissodisfax il-kriterji tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u għalhekk ma jistax jitqies li ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, mingħajr ma jkun meħtieġ li ssir analiżi tal-kriterji l-oħra tal-Artikolu 107(1). |
(61) |
Min-naħa tagħha, l-ACAL tagħti vantaġġ lill-benefiċjarji tagħha li, meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom, ikollhom riżorsi biex jiffinanzjaw attivitajiet oħrajn relatati mal-agrikoltura. Dan il-vantaġġ jingħata permezz tar-riżorsi tal-Istat (prodott mit-taxxa u r-riżorsi supplimentari tal-awtoritajiet pubbliċi – ara l-premessa 11 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura formali) u jiffavorixxi ċerti intrapriżi (l-intrapriżi li joperaw fis-settur tal-produzzjoni tal-ħalib). Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-fatt biss li l-kompetittività ta' intrapriża tissaħħaħ meta mqabbla ma' intrapriżi kompetituri billi tingħata vantaġġ ekonomiku li kieku ma kinitx tirċievi fit-twettiq ordinarju tal-attività tagħha jindika li hemm riskju ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni (25). |
(62) |
B'applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-għajnuniet tal-Istat jidher li qed jinfluwenzaw lill-kummerċ bejn l-Istati Membri meta l-intrapriża tkun attiva f'suq li huwa soġġett għall-kummerċ intra-UE (26). F'dan il-każ, il-benefiċjarji tal-għajnuna huma attivi fis-suq tal-prodotti tal-ħalib, fejn isir kummerċ intra-UE (27). Is-settur ikkonċernat huwa miftuħ għall-kompetizzjoni fil-livell tal-UE, u għalhekk huwa sensittiv għal kwalunkwe miżura favur il-produzzjoni fi Stat Membru wieħed jew aktar. Għalhekk, l-ACAL iwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u jinfluwenzaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(63) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal qabel, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE huma ssodisfati. Għalhekk jista' jiġi konkluż li l-ACAL jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont dak l-Artikolu. L-għajnuna tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern biss jekk tista' tibbenefika minn waħda mid-derogi previsti fit-TFUE. |
(64) |
F'dan il-każ, meta titqies in-natura tal-ACAL, l-unika deroga li tista' tkun invokata hija dik stipulata fl-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, li tistabbilixxi li l-għajnuniet maħsuba biex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi jistgħu jitqiesu kompatibbli mas-suq intern meta dawn ma jbiddlux il-kundizzjonijiet tal-kummerċ b'mod kuntrarju għall-interess komuni. |
(65) |
Peress li l-ACAL ma ġewx innotifikati lill-Kummissjoni, l-applikabbiltà tad-deroga prevista fl-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE jenħtieġ li tiġi analizzata fid-dawl tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli fil-mument meta ngħataw l-ACAL. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi, l-ACAL kellhom żewġ forom distinti: għajnuniet għall-pensjoni u għajnuniet għall-għeluq tal-kapaċità. L-indikazzjonijiet mogħtija fil-premessa 33 juru li l-ACAL mogħtija fil-forma ta' għajnuniet għall-pensjoni ħadu post is-sistema nazzjonali ta' għajnuna għall-pensjoni bikrija ffinanzjata fil-qafas tal-politika ta' żvilupp rurali mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2009-2010. Għalhekk, il-kriterji ta' kompatibbiltà tal-għajnuniet li għandhom jitqiesu huma dawk tal-Linji Gwida 2007-2013. Fir-rigward tal-għajnuniet għall-għeluq tal-kapaċità, it-tabella fil-premessa 21 turi li l-għajnuniet tħallsu għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2006-2007. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet tad-digriet li jirregolaw l-għajnuniet (28) juru li l-ewwel deċiżjonijiet tal-għoti ġew adottati, probabbilment fl-2007, jiġifieri wara d-data li fiha bdew japplikaw il-Linji Gwida 2007-2013. Għalhekk huma dawn il-Linji Gwida li se jservu wkoll ta' referenza għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuniet inkwistjoni. |
Għajnuniet għall-pensjoni
(66) |
Il-punt 85 tal-Linji Gwida 2007-2013 jindika li l-għajnuniet għandhom jiġu riżervati għall-produtturi primarji (il-bdiewa). Il-punt 87 jipprevedi li l-Kummissjoni se tiddikjara dawn l-għajnuniet mill-Istat mogħtija għall-pensjoni bikrija kompatibbli mal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat (li sar l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE) jekk huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Il-punt 88 tal-Linji Gwida 2007-2013 jimponi wkoll il-waqfien permanenti u definittiv ta' kull attività agrikola kummerċjali. |
(67) |
F'dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota, fid-dawl tal-premessa 33, li l-bdiewa biss ibbenefikaw mill-ACAL fil-forma ta' għajnuniet għall-pensjoni, li s-sistema ta' pensjoni bikrija implimentata fi Franza ġiet approvata fil-qafas tal-politika tal-iżvilupp rurali, b'mod partikolari minħabba li din kienet konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, u li l-kundizzjonijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, inkluż il-waqfien ta' kull attività agrikola, ġew rispettati meta ingħataw l-ACAL. |
(68) |
Fuq il-bażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida 2007-2013 dwar l-għajnuniet għall-pensjoni bikrija jew għall-waqfien tal-attivitajiet agrikoli ġew rispettati. |
Għajnuniet għall-waqfien tal-attività
(69) |
Il-Linji Gwida 2007-2013 jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà rilevanti li ġejjin:
|
(70) |
Peress li skont il-punt 11 tal-Linji Gwida 2007-2013 l-applikazzjoni tal-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE għas-setturi koperti mill-organizzazzjonijiet komuni tas-suq hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet stabbiliti mir-regolamenti kkonċernati, l-ewwel kundizzjoni eżaminata se tkun dik tan-nuqqas ta' interferenza mal-organizzazzjonijiet komuni tas-suq. |
(71) |
L-Artikolu (75) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li: “1. Bil-ħsieb tar-ristrutturazzjoni b'suċċess tal-produzzjoni tal-ħalib jew tat-titjib tal-ambjent, l-Istati Membri jistgħu, skont regoli dettaljati li huma għandhom jistabbilixxu, b'kont meħud tal-interessi leġittimi tal-partijiet konċernati:
[…]”. |
(72) |
Peress li l-Artikolu 75 imsemmi jiddeskrivi b'mod preċiż il-mekkaniżmi inerenti għas-sistema tal-ACAL implimentata minn Franza u li jħalli l-libertà lill-Istati Membri li jadottaw ir-regoli għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' għajnuna għall-waqfien tal-attività, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sistema tal-ACAL ma taffettwax l-organizzazzjoni komuni tas-swieq u ma tfixkilx il-funzjonament tajjeb tagħha. |
(73) |
Fir-rigward tal-interess li l-għajnuna għandu jkollha għas-settur, in-nuqqas ta' kapaċità żejda ma jistax jiġi invokat f'dan il-każ, kif jidher fil-premessa 74 hawn taħt, u l-għajnuna lanqas ma hija marbuta ma' obbligi relatati mas-saħħa jew mal-protezzjoni tal-ambjent. Madankollu, dawn mhumiex l-uniċi kriterji li jistgħu jkunu involuti (il-preżenza tagħhom hija biżżejjed biex tiġġustifika l-interess tal-għajnuna, iżda dan ma jfissirx li ma jistgħux jitqiesu kriterji oħrajn) u f'dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota li l-argumenti mressqa mill-awtoritajiet Franċiżi (29) huma validi, mhux biss għaliex l-għoti tal-għajnuna tippermetti fil-fatt li jinfetħu possibbiltajiet ta' produzzjoni, li tqassmu mill-ġdid biex tittejjeb il-kompetittività tal-intrapriżi fi skema ta' kwoti, iżda wkoll minħabba li l-mekkaniżmu użat jikkorrispondi għal dak li japplika fil-qafas tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq ikkonċernata. |
(74) |
Fir-rigward tal-eżistenza ta' programm ta' ristrutturar b'objettivi u skedi ta' żmien speċifiċi meta jkun hemm kapaċità żejda fis-settur, il-Kummissjoni tinnota li l-kriterji msemmija huma ssodisfati għar-raġunijiet li ġejjin:
|
(75) |
Fir-rigward tal-kontroparti li għandha tiġi offerta, il-Kummissjoni tinnota, fid-dawl tal-premessi 36, 37 u 38 li l-benefiċjarju, biex jikseb l-għajnuna, irid jabbanduna b'mod definittiv il-kwota tal-ħalib tiegħu kollha jew parti minnha. Filwaqt li l-punt 144(f) jindika li l-kontroparti normalment tikkonsisti fil-waqfien sħiħ tal-kapaċitajiet ta' intrapriża agrikola, għandu jiġi mfakkar li l-waqfien parzjali tal-kapaċità ta' produzzjoni, f'dan il-każ, kien previst mill-iskema tal-kwoti rregolata bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007. F'dan il-kuntest, il-waqfien parzjali jista' titqies bħala kontroparti suffiċjenti mill-benefiċjarju. Barra minn hekk, l-abbandun tal-kwoti f'dan il-każ jista' jitqies bħala għeluq effettiv ta' stabbiliment. Fir-rigward tal-impenji li jridu jittieħdu, il-kandidat benefiċjarju huwa obbligat li jippreżenta ċertifikat tal-abbandun definittiv tal-produzzjoni tiegħu u ma jistax jerġa' japplika għall-kwoti fil-ġejjieni. Fil-każ ta' waqfien parzjali, id-dikjarazzjonijiet li jridu jingħataw lix-xerrej minn sena għall-oħra juru t-tnaqqis effettiv tal-produzzjoni. Għalhekk il-kriterju tal-kontroparti huwa ssodisfat. |
(76) |
Fir-rigward tal-kriterju tal-eliġibbiltà marbut tal-attività u mal-użu tal-kapaċità ta' produzzjoni matul il-ħames snin ta' qabel l-għeluq tal-kapaċità, il-Kummissjoni tinnota, bħalma indikaw l-awtoritajiet Franċiżi (30), li l-benefiċjarji għandhom jeżerċitaw effettivament l-attività ta' produzzjoni, u b'hekk, jużaw il-kwota tagħhom biex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna. Id-digrieti li jirregolaw is-sistema tal-ACAL ma jinkludu l-ebda referenza għall-perjodu ta' ħames snin imsemmi fil-punt 144(g) tal-Linji Gwida, iżda r-rispett ta' dan il-perjodu huwa indikat fil-metodi tal-kalkolu tal-għajnuna nnifisha, peress li, kif imsemmi fil-premessa 43, kwantità ta' referenza individwali hija stabbilita għal medja ta' 20 % tal-kwantitajiet attribwiti matul il-ħames snin ta' kummerċjalizzazzjoni qabel l-applikazzjoni tal-ACAL, u dan huwa prova tal-attività ta' produzzjoni matul il-perjodu msemmi. Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-kriterju tat-tul ta' żmien tal-attività huwa ssodisfat. Peress li l-għajnuniet applikabbli għal setturi soġġetti għal limiti ta' produzzjoni jew għal kwoti għandhom jiġu eżaminati każ b'każ, il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1788/2003 u (KE) Nru 1234/2007 ma fihom l-ebda indikazzjoni dwar il-ħtieġa li wieħed jikkonforma ma' dan il-kriterju ta' ħames snin. |
(77) |
Fir-rigward tar-rispett tal-istandards, l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-awtoritajiet Franċiżi (31) juru b'mod suffiċjenti li l-kriterju huwa ssodisfat. |
(78) |
Fir-rigward tal-possibbiltà li jiġu esklużi l-intrapriżi f'diffikultà mill-benefiċċju tal-għajnuniet, il-Kummissjoni tinnota li l-kriterji elenkati fil-premessa 41 jikkorrispondu għal dawk tad-definizzjoni ta' intrapriża f'diffikultà msemmija fil-punti 10(c) u 11 tal-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuniet tal-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-intrapriżi f'diffikultà (32) tal-2004, applikabbli fil-mument tal-għoti tal-għajnuniet inkwistjoni. Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-kriterju tal-esklużjoni tal-intrapriżi f'diffikultà huwa ssodisfat. |
(79) |
Fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-iskema għall-operaturi kollha tas-settur, il-Kummissjoni tinnota li l-unika esklużjonijiet li jeżistu fis-sistema tal-ACAL jikkonċernaw il-produtturi li ma jirrispettawx il-leġiżlazzjoni applikabbli, pereżempju fir-rigward tal-ambjent jew il-konformità mal-istandards. Peress li dawk kollha li jirrispettaw il-leġiżlazzjoni għandhom aċċess għall-iskema, il-Kummissjoni tqis li l-kriterju tal-aċċessibbiltà ġenerali għas-sistema huwa ssodisfat. |
(80) |
Fir-rigward tal-limitu tal-għajnuna għal dak li huwa meħtieġ biex tpatti għat-telf tal-valur tal-assi, flimkien ma' inċentiv finanzjarju li ma jistax jaqbeż l-20 % ta' dan il-valur, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemmx kumpens żejjed tal-valur reali tal-kwota, fid-dawl taċ-ċifri fil-premessa 43 u b'mod partikolari minħabba l-fatt li wieħed mill-komponenti tal-kwantitajiet individwali li jirrappreżenta 20 % ta' dawn tal-aħħar huwa awtomatikament eskluż mill-bażi tal-kalkolu tal-għajnuna. |
(81) |
Fir-rigward li s-settur iħallas mill-inqas nofs l-ispejjeż, il-Kummissjoni tinnota, wara li qrat it-tabella fil-premessa 21 u l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-awtoritajiet Franċiżi (33), li l-maġġoranza tal-għajnuniet huma ffinanzjati mit-TSST, fejn il-produtturi stess jalimentaw is-sistema billi jixtru l-kwoti. Il-proporzjon bejn l-ammonti li ġejjin mit-TSST u dawk li ġejjin minn sorsi ta' finanzjament oħrajn, b'mod partikolari, juri li t-TSST (jiġifieri l-produtturi) tikkontribwixxi għal aktar minn 50 % tal-finanzjament tal-ACAL. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kriterju tal-ħlas ta' mill-inqas nofs l-ispejjeż mis-settur huwa ssodisfat. |
(82) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-projbizzjoni li jinħolqu kapaċitajiet ġodda fis-settur ikkonċernat matul il-ħames snin ta' wara l-waqfien tal-programm tal-għeluq tal-kapaċitajiet, il-Kummissjoni tinnota li dan il-kriterju mhuwiex rilevanti f'dan il-każ peress li l-għan tas-sistema tal-ACAL mhuwiex li tiżgura tnaqqis nett tal-kapaċità ta' produzzjoni fis-settur tal-ħalib fil-livell nazzjonali, iżda li tirristruttura l-produzzjoni fil-qafas tal-kwota nazzjonali, b'mod konformi mal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (34). |
VII. KONKLUŻJONI
(83) |
Il-Kummissjoni tinnota li r-rimborżi msemmijin fil-premessa 16 ma jinkludu l-ebda element ta' għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
(84) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-ACAL ingħataw fir-rispett tal-Linji Gwida 2007-2013 u li għalhekk jistgħu jitqiesu kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, anki jekk ġew implimentati b'mod illegali bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rimborżi relatati mat-taxxa stabbilita fl-Artikolu 25 tal-Liġi Nru 2005-1720 tat-30 ta' Diċembru 2005 favur l-Établissement national des produits de l'agriculture et de la mer (France AgriMer), ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
L-għajnuniet għall-waqfien tal-attività tal-ħalib (ACAL) iffinanzjati mill-bidu tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2006/2007 sa tmiem is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2011/2012 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-għajnuniet huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) Ittra SG-Greffe (2012) D/15827.
(2) ĠU C 361, 22.11.2012, p. 10.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123).
(4) Dan it-terminu jkopri wkoll it-“tnaqqis mit-taxxa” imsemmi fid-deċiżjoni ta' ftuħ.
(5) Fil-fatt, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi, ir-rimborż mhuwiex ikkalkulat fuq il-kwota iżda fuq il-kwantità li taqbeż il-kwota (ara l-premessa 29).
(6) Is-sistema tax-xiri tal-kwoti.
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(9) ĠU C 319, 27.12.2006, p. 1.
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuniet de minimis fis-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 35).
(11) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' Settembru 1996, Franza vs il-Kummissjoni, C-241/94, ECLI:EU:C:1996:353.
(12) Ara l-premessa 13.
(13) Ara l-premessa 25.
(14) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).
(15) Ara l-premessa 29.
(16) Ara l-premessa 16, it-tieni u t-tielet inċiż.
(17) ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3.
(18) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9).
(19) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3).
(20) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.).
(21) Għajnuna mill-Istat SA.36009 – Franza, għajnuna għall-waqfien tal-attività tal-ħalib (dokument C(2013)2762 final tal-15 ta' Mejju 2013).
(22) Ara l-premessa 27.
(23) Ara l-premessa 16.
(24) Digriet tas-16 ta' Awwissu 2011 dwar l-impożizzjoni ta' taxxa għax-xerrejja u għall-produtturi tal-ħalib li jkunu qabżu l-kwota individwali tagħhom għall-kunsinna għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2010-2011 (digriet tal-kunsinni għal tmiem is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni)
(25) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Settembru 1980 fil-Kawża 730/79, Philip Morris Holland BV vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ECLI:EU:C:1980:209.
(26) Ara, b'mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti tat-13 ta' Lulju 1988 fil-kawża Nru C-102/87, Ir-Repubblika ta' Franza vs. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ECLI:EU:C:1988:391.
(27) Fl-2011, sena li tinsab fil-perjodu li matulu tħallsu l-għajnuniet, Franza kienet it-tieni l-akbar produttur tal-ħalib fl-Unjoni bi produzzjoni ta' 25,27 miljun tunnellata, f'suq fejn il-kummerċ intra-Komunitarju kien ta' madwar 14-il miljun tunnellata, kemm bħala importazzjoni kif ukoll bħala esportazzjoni.
(28) Digriet tat-28 ta' Awwissu 2006 dwar l-għoti ta' indennizz għall-abbandun totali jew parzjali tal-produzzjoni tal-ħalib u l-implimentazzjoni ta' sistema speċifika ta' trasferiment tal-kwantitajiet ta' referenza tal-ħalib għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2006-2007.
(29) Ara l-premessa 35.
(30) Ara l-premessa 40.
(31) Ara l-premessa 41.
(32) ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2. It-tul tal-validità ta' dawn il-Linji Gwida, li inizjalment kien sad-9 ta' Ottubru 2009, ġie estiż għall-ewwel darba sad-9 ta' Ottubru 2012 (il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà – (ĠU C 156, 9.7.2009, p. 3)), u darba oħra (il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà tal-1 ta' Ottubru 2004 – (ĠU C 296, 2.10.2012, p. 3)), sakemm imbagħad ġew sostiwiti b'regoli ġodda li bdew japplikaw mill-1 ta' Awwissu 2014 (il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà – (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1)).
(33) Ara l-premessa 44.
(34) Ara għajnuna mill-Istat SA.36009 – Franza, għajnuna għall-waqfien tal-attività tal-ħalib.
8.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/43 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/342
tas-7 ta' Marzu 2018
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2018) 1509)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”) u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4). |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE jridu jinkludu minn tal-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu minn tal-inqas sad-dati stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għal dawk iż-żoni. |
(3) |
Mid-data tal-adozzjoni tagħha 'l hawn, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata diversi drabi sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tal-influwenza avjarja. B'mod partikolari, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 (5) sabiex jiġu stabbiliti r-regoli fir-rigward tad-dispaċċ tal-konsenji ta' flieles ta' ġurnata miż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247. Dik l-emenda qieset il-fatt li l-flieles ta' ġurnata jirrappreżentaw riskju baxx ħafna ta' tixrid tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja meta mqabbla ma' prodotti bażiċi oħra tat-tjur. |
(4) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata wkoll sussegwentement bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 (6) sabiex jissaħħu l-miżuri ta' kontroll tal-mard applikabbli fejn hemm riskju ikbar ta' tixrid tal-influenza avjarja b'patoġeniċità għolja. B'konsegwenza ta' dan, issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi l-istabbiliment fil-livell tal-Unjoni ta' żoni ristretti oħra fl-Istati Membri kkonċernati, kif imsemmi fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE, wara tifqigħa jew tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja, u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom. Issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll ir-regoli għad-dispaċċ ta' tjur ħaj, ta' flieles ta' ġurnata u ta' bajd għat-tifqis miż-żoni ristretti l-oħra lejn Stati Membri oħra, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
(5) |
Barra minn hekk, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat diversi drabi, l-aktar sabiex jitqiesu l-bidliet fil-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE. |
(6) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/314 (7), wara n-notifika tan-Netherlands dwar tifqigħa ġdida ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja fil-provinċja ta' Groningen ta' dak l-Istat Membru. In-Netherlands innotifikat ukoll lill-Kummissjoni li ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħet dik it-tifqigħa, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjenda tat-tjur infettata. |
(7) |
Mid-data li fiha saret l-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/314 'l hawn, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ġdida ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjenda tat-tjur li tinsab fir-reġjun ta' Dobrich ta' dak l-Istat Membru. Barra minn hekk, l-Italja nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ġdida ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fir-reġjun tal-Lombardia ta' dak l-Istat Membru. |
(8) |
L-Italja u l-Bulgarija nnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni li kienu ħadu l-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħew dawk it-tifqigħat reċenti, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjendi tat-tjur infettati f'dawk l-Istati Membri. |
(9) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni mal-Bulgarija u l-Italja, u l-Kummissjoni hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarja u tal-Italja, jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjendi tat-tjur fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat. |
(10) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex tiġi evitata l-impożizzjoni minn pajjiżi terzi ta' ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, huwa meħtieġ li, b'kollaborazzjoni mal-Bulgarija u mal-Italja, jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fil-Bulgarija u fl-Italja skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dawk l-Istati Membri. |
(11) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi aġġornata sabiex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Bulgarija u fl-Italja marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja. B'mod partikolari, jenħtieġ li fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġu elenkati ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Bulgarija u fl-Italja, li issa huma soġġetti għal restrizzjonijiet skont id-Direttiva 2005/94/KE. |
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu inklużi ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fil-Bulgarija u fl-Italja skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dawk l-Istati Membri, u d-durata tar-restrizzjonijiet applikabbli fihom. |
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan. |
(14) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 tal-10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 261, 11.10.2017, p. 26).
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/314 tal-1 ta' Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 60, 2.3.2018, p. 44).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti A hi emendata kif ġej:
|
(2) |
Il-Parti B hi emendata kif ġej:
|
Rettifika
8.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/48 |
Rettifika tar-Regolament (UE) 2017/1538 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/534 dwar ir-rapportar ta' informazzjoni finanzjarja superviżorja (BĊE/2017/25)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 240 tad-19 ta' Settembru 2017 )
F'paġna 20, punt 2(b) tal-Anness I,
minflok:
“(b) |
il-paragrafu 3 li ġej huwa miżjud:
|
aqra:
“(b) |
il-paragrafu 4 li ġej huwa miżjud:
|