ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 60

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
2 ta' Marzu 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/306 tat-18 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art fir-rigward tal-bakkaljaw u tal-barbun tat-tbajja' fis-sajd fil-Baħar Baltiku

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/307 tat-28 ta' Frar 2018 dwar l-estensjoni ta' garanziji speċjali li jikkonċernaw is-Salmonella spp. stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għal-laħam li joriġina mit-tiġieġ tas-simna (Gallus gallus) maħsub għad-Danimarka ( 1 )

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/308 tal-1 ta' Marzu 2018 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni għad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' formati, mudelli u definizzjonijiet uniformi għall-identifikazzjoni u t-trasmissjoni ta' informazzjoni mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għall-fini li tiġi mgħarrfa l-Awtorità Bankarja Ewropea bir-rekwiżit minimu għal fondi propji u obbligazzjonijiet eliġibbli ( 1 )

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/309 tal-1 ta' Marzu 2018 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva propineb, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

16

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/310 tal-1 ta' Marzu 2018 li jistabbilixxi d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali, applikabbli mit-2 ta' Marzu 2018

19

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/311 tas-27 ta' Frar 2018 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li trid tiġi meħuda f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi, fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni ta' dak il-Ftehim

23

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/312 tas-27 ta' Frar 2018 li taħtar membru, propost mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

39

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/313 tat-28 ta' Frar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (notifikata bid-dokument C(2018) 1149)  ( 1 )

40

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/314 tal-1 ta' Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2018) 1401)  ( 1 )

44

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni UE-Armenja tal-20 ta' Novembru 2017 dwar il-Prijoritajiet ta' Sħubija UE-Armenja [2018/315]

51

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għal-Linja Gwida (UE) 2017/697 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' April 2017 dwar il-mod kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni Ewropea mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta' istituzzjonijiet inqas sinifikanti (BĊE/2017/9) ( ĠU L 101, 13.4.2017 )

56

 

*

Rettifika għal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Novembru 2016 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rapport finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2016/34) ( ĠU L 347, 20.12.2016 )

57

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni (UE) 2017/2081 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE (BĊE/2017/30) ( ĠU L 295, 14.11.2017 )

57

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2379 tat-18 ta' Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tar-rapport tal-Kanada li jinkludi l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 337, 19.12.2017 )

57

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/306

tat-18 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art fir-rigward tal-bakkaljaw u tal-barbun tat-tbajja' fis-sajd fil-Baħar Baltiku

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

L-għan tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) huwa li bil-mod il-mod jelimina l-iskartar tal-ħut fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu tal-iżbark għall-qabdiet ta' speċijiet li huma suġġetti għal limitu ta' qbid.

(2)

Skont l-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-obbligu ta' ħatt l-art japplika mill-1 ta' Jannar 2015 fis-sajd tal-aringa u tal-laċċa kaħla fis-sajd għal skopijiet industrijali.

(3)

Skont l-Artikolu 15(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fis-sajd tal-Baħar Baltiku minbarra dak kopert mill-Artikolu 15(1)(a) ta' dak ir-Regolament, l-obbligu ta' ħatt l-art japplika mill-1 ta' Jannar 2015 għall-ispeċijiet li jiddefinixxu s-sajd u mill-1 ta' Jannar 2017 għall-ispeċijiet kollha li huma suġġetti għal limitu ta' qbid. Il-bakkaljaw huwa meqjus bħala speċi li tiddefinixxi ċerti żoni tas-sajd fil-Baħar Baltiku. Il-barbun tat-tbajja' jinqabad l-iktar bħala qabda aċċessorja f'ċerti żoni tas-sajd tal-bakkaljaw u huwa suġġett għal limitu ta' qbid. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 15(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-obbligu ta' ħatt l-art għandu japplika għall-bakkaljaw mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2015 u għall-barbun tat-tbajja', mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2017.

(4)

L-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi li, meta ma jkunx hemm adottat pjan pluriennali għas-sajd ikkonċernat, il-Kummissjoni tista' tadotta pjan ta' skartar li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art fuq bażi temporanja.

(5)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1396/2014 (3) stabbilixxa pjan ta' skartar għas-sajd tas-salamun, tal-aringa, tal-laċċa kaħla, u tal-bakkaljaw, fil-Baħar Baltiku. Fost affarijiet oħra, dak il-pjan ta' skartar jinkludi eżenzjoni mill-obbligu ta' ħatt l-art tal-bakkaljaw u tas-salamun minħabba li ntwerew rati ta' sopravivenza għoljin għal dawk l-ispeċijiet, kif previst fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1396/2014 jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017.

(6)

Ir-Regolament (UE) 2016/1139 jwaqqaf pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, tal-aringa, u tal-laċċa kaħla fil-Baħar Baltiku u fis-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. Il-pjan pluriennali fih ukoll dispożizzjonijiet li japplikaw għall-istokk tal-barbun tat-tbajja'. L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2016/1139 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta d-dispożizzjonijiet b'rabta mal-obbligu ta' ħatt l-art permezz ta' att delegat ibbażat fuq ir-rakkomandazzjonijiet konġunti żviluppati mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti.

(7)

Id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja għandhom interess ta' ġestjoni dirett fis-sajd fil-Baħar Baltiku. Fil-31 ta' Mejju 2017 dawk l-Istati Membri ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta (4) lill-Kummissjoni wara kkonsultazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar Baltiku u wara li ngħataw l-opinjoni xjentifika mill-korpi xjentifiċi rilevanti.

(8)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta tipproponi li l-eżenzjoni mill-obbligu ta' ħatt l-art għall-bakkaljaw u għall-barbun tat-tbajja' li jinqabdu bix-xbieki tad-tidwir, bil-kavetti jew bin-nases, bix-xbieki fyke, u bix-xbieki nases, kif ukoll id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tal-bakkaljaw, stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1396/2014 jibqgħu japplikaw wara l-31 ta' Diċembru 2017.

(9)

Din l-eżenzjoni hija bbażata fuq evidenza xjentifika ta' livell għoli ta' sopravivenza, li ngħatat mill-Forum dwar is-Sajd fil-Baltiku (BALTFISH) u li ġiet analizzata mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

(10)

Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd qal li tkun utli aktar informazzjoni dettaljata dwar il-barbun tat-tbajja' biex jiġu vvalutati r-rappreżentattività u l-kwalità tal-istima tas-sopravivenza tal-ħut skartat. Madankollu l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd ikkonkluda li peress li dawn it-tipi ta' rkapti jaħdmu billi jaqbdu l-ħut fi struttura ta' xbieki fissa, u mhux, pereżempju, billi l-ħut jitgħaqqad f'xibka jew jibla' sunnara, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li b'dawn it-tipi ta' apparat il-mortalità tkun baxxa.

(11)

Il-miżuri li ddaħħlu fir-rakkomandazzjoni konġunta jikkonformaw mal-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għaldaqstant, b'konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandhom jiddaħħlu f'dan ir-Regolament.

(12)

Skont l-Artikolu 15(10) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u l-Artikolu 7(d) tar-Regolament (UE) 2016/1139, jistgħu jiġu stabbiliti daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni biex jiżguraw il-protezzjoni taż-żgħar tal-organiżmi tal-baħar. Għandu jibqa' japplika daqs minimu ta' 35 cm għall-bakkaljaw, li kien introdott mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1396/2014, meta jitqies li l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd ikkonkluda li jista' jkun hemm raġunijiet bijoloġiċi sodi li d-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jiġi ffissat għal 35 cm.

(13)

Ir-Regolament (UE) 2016/1139 ma jiffissax limitu ta' żmien għall-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet minħabba s-sopravivenza mill-obbligu ta' ħatt l-art. Madankollu jixraq li jkun żgurat li l-impatt ta' din l-eżenzjoni jiġi evalwat b'mod regolari abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli. Jekk ikun hemm evidenza ġdida, ikun jenħtieġ li l-eżenzjoni tiġi riveduta skont din l-evidenza.

(14)

Skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2016/1139, il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tadotta l-atti delegati dwar l-obbligu ta' ħatt l-art għal perjodu ta' ħames snin mill-20 ta' Lulju 2016. Għaldaqstant jixraq li l-impatt tal-eżenzjonijiet minħabba s-sopravivenza mill-obbligu ta' ħatt l-art jiġi evalwat fit-tielet sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(15)

Billi r-Regolament Delegat (UE) Nru 1396/2014 jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jispeċifika d-dettalji għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għall-bakkaljaw u għall-barbun tat-tbajja' li jinqabad fis-sajd tal-aringa, tal-laċċa kaħla u tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:

 

“Il-Baħar Baltiku” huwa d-diviżjonijiet tal-ICES IIIb, IIIc u IIId, kif speċifikat fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

Artikolu 3

Eżenzjoni minħabba s-sopravivenza

1.   B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-obbligu ta' ħatt l-art ma għandux japplika għall-bakkaljaw u għall-barbun tat-tbajja' li jinqabad bix-xbieki tad-tidwir, bil-kavetti jew bin-nases, bix-xbieki fyke u bix-xbieki nases fis-sajd tal-aringa, tal-laċċa kaħla u tal-bakkaljaw.

2.   Dawn l-ispeċijiet li jinqabdu mingħajr ma jkun hemm kwota disponibbli, jew jekk ikunu iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni fiċ-ċirkostanzi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinħelsu fil-baħar.

Artikolu 4

Id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni

Id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku għandu jkun ta' 35 cm.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet finali

1.   Sal-1 ta' Marzu 2019, l-Istati Membri li jkollhom interess ta' ġestjoni dirett għandhom jibagħtu l-informazzjoni li tippermetti l-evalwazzjoni tar-rappreżentattività u tal-kwalità tal-istima tas-sopravivenza tal-barbun tat-tbajja' skartat wara li jinqabad bix-xbieki tad-tidwir, bil-kavetti jew bin-nases, bix-xbieki fyke u bix-xbieki nases, lill-Kummissjoni.

2.   Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jivvaluta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sa mhux iktar tard mill-1 ta' Awwissu 2019.

Artikolu 6

Evalwazzjoni tal-eżenzjoni minħabba s-sopravivenza

Abbażi tal-parir tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt tal-eżenzjoni minħabba s-sopravivenza fuq l-istokkijiet ikkonċernati u fuq is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet fit-tielet sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1396/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jwaqqaf pjan ta' skartar fil-Baħar Baltiku (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 40).

(4)  “BALTFISH High Level Group Joint Recommendation on the Outline of a Discard Plan for the Baltic Sea” (Rakkomandazzjoni Konġunta tal-Grupp ta' Livell Għoli tal-BALTFISH dwar Qafas ta' Pjan ta' Skartar għall-Baħar Baltiku), ippreżentata fil-31 ta' Mejju 2017.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/307

tat-28 ta' Frar 2018

dwar l-estensjoni ta' garanziji speċjali li jikkonċernaw is-Salmonella spp. stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għal-laħam li joriġina mit-tiġieġ tas-simna (Gallus gallus) maħsub għad-Danimarka

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi dwar l-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel, b'ċerti garanziji speċjali għal ċertu ikel li joriġina mill-annimali maħsub għas-swieq tal-Finlandja u tal-Iżvezja. Għaldaqstant, l-operaturi tan-negozju tal-ikel li beħsiebhom iqiegħdu fis-suq laħam minn annimali speċifikati f'dawk l-Istati Membri jridu jikkonformaw ma' ċerti regoli fir-rigward tas-Salmonella. Barra minn hekk, il-konsenji ta' dan il-laħam iridu jkunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali li jiddikjara li twettaq test mikrobijoloġiku b'riżultati negattivi skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(2)

Minbarra dan, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1688/2005 (2) jispeċifika dawk il-garanziji speċjali, li jistabbilixxu r-regoli dwar il-kampjunar ta' dan il-laħam u l-metodi mikrobijoloġiċi għall-eżami ta' dawk il-kampjuni. Jistabbilixxi wkoll mudell dokument kummerċjali li jakkumpanja l-konsenji tal-laħam.

(3)

Fil-5 ta' Ottubru 2007, l-Amministrazzjoni Veterinarja u Alimentari Daniża ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għal garanziji speċjali biex jiġu awtorizzati għad-Danimarka fir-rigward tas-Salmonella fil-laħam li joriġina mit-tiġieġ tas-simna (Gallus gallus) għad-Danimarka kollha skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004. L-applikazzjoni tinkludi deskrizzjoni tal-Programm Daniż ta' Kontroll tas-Salmonella għal-laħam li ġej mit-tiġieġ tas-simna (Gallus gallus).

(4)

Matul il-laqgħa tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2008, il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali qabel dwar dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni intitolat “Dokument ta' gwida dwar ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta' kontroll tas-Salmonella li jridu jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk approvati għall-Iżvezja u għall-Finlandja fir-rigward tal-laħam u l-bajd tal-Gallus gallus  (3)” (id-“Dokument ta' gwida”).

(5)

Il-Programm ta' Kontroll tas-Salmonella Daniż għal-laħam li joriġina mit-tiġieġ tas-simna (Gallus gallus) jitqies bħala ekwivalenti għal dak approvat għall-Finlandja u għall-Iżvezja u hu konformi mad-Dokument ta' gwida. Madankollu, l-prevalenza tas-Salmonella fil-qatgħat ta' Gallus gallus għat-tnissil kienet ogħla mil-limitu massimu propost fid-Dokument ta' gwida, u għalhekk ma setgħetx titqies bħala ekwivalenti għas-sitwazzjoni fil-Findlandja u fl-Iżvezja.

(6)

Fis-6 ta' Frar 2017, l-Amministrazzjoni Veterinarja u Alimentari Daniża għaddiet dejta dwar il-prevalenza tas-Salmonella fil-qatgħat ta' tiġieġ Gallus gallus għat-tnissil, fit-tiġieġ adulti għat-tnissil, fit-tiġieġ tas-simna u l-laħam tal-Gallus gallus għall-perjodu bejn l-2011-2016. Il-prevalenzi għall-2015-2016 huma skont il-limiti massimi stabbiliti fid-Dokument ta' gwida.

(7)

Għaldaqstant, il-garanziji speċjali jenħtieġ li jiġu estiżi għall-konsenji tal-laħam mit-tiġieġ tas-simna (Gallus gallus) maħsub għad-Danimarka. Barra minn hekk, ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1688/2005 dwar it-teħid ta' kampjuni ta' dan il-laħam, il-metodi mikrobijoloġiċi għall-eżami ta' dawk il-kampjuni u d-dokument kummerċjali, jenħtieġ li japplikaw għal dawn il-konsenji.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Danimarka hi awtorizzata tapplika l-garanziji speċjali dwar is-Salmonella spp. stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-konsenji tal-laħam li joriġina mit-tiġieġ tas-simna (Gallus gallus), kif definit fil-punt 1.1 tal-Anness I ta' dak ir-Regolament, maħsub għad-Danimarka.

Artikolu 2

Il-konsenji tal-laħam imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat li jikkonforma mal-mudell previst fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1688/2005.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1688/2005 tal-14 ta' Ottubru 2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' garanziji speċjali li jikkonċernaw is-salmonella għall-konsenji lejn il-Finlandja u l-Iżvezja ta' ċertu laħam u bajd (ĠU L 271, 15.10.2005, p. 17).

(3)  https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/safety/docs/biosafety_food-borne-disease_salmonella_guidance_min-req_eggs-poultry-meat.pdf


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/308

tal-1 ta' Marzu 2018

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni għad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' formati, mudelli u definizzjonijiet uniformi għall-identifikazzjoni u t-trasmissjoni ta' informazzjoni mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għall-fini li tiġi mgħarrfa l-Awtorità Bankarja Ewropea bir-rekwiżit minimu għal fondi propji u obbligazzjonijiet eliġibbli

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikulari, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 45(17) tagħha,

Billi:

(1)

Awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ingħataw il-kompitu li jistabbilixxu, għal kull istituzzjoni, ir-rekwiżit minimu għal fondi propji u obbligazzjonijiet eliġibbli (“MREL”) skont ir-rekwiżiti u l-proċeduri stipulati fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE kif ulterjorment speċifikat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450 (2).

(2)

Skont l-Artikolu 45(16) tad-Direttiva 2014/59/UE, awtoritajiet ta' riżoluzzjoni huma meħtieġa li jinfurmaw lill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti, bir-rekwiżiti li jkunu stabbilixxew. Jenħtieġ li jiġu mfassla formati uniformi, mudelli u definizzjonijiet għall-identifikazzjoni u t-trażmissjoni ta' dik l-informazzjoni lill-ABE b'mod li jiffaċilitaw il-monitoraġġ mill-ABE ta' deċiżjonijiet MREL u jiżguraw valutazzjoni sinifikattiva ta' konverġenza fl-approċċ fl-Unjoni.

(3)

Fir-rigward ta' gruppi li huma soġġetti għal MREL ikkonsolidat, huwa meħtieġ li tiġi ċċarata liem awtorità ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li tibgħat lill-ABE l-informazzjoni dwar, l-ewwel, l-MREL stipulat għall-impriża omm ikkonċernata, u t-tieni, l-MREL applikat lis-sussidjarji, kemm jekk abbażi ta' deċiżjoni konġunta milħuqa bejn awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp u l-awtorità ta' riżoluzzjoni responsabbli għas-sussidjarju fuq bażi individwali, kif ukoll jekk abbażi ta' deċiżjoni meħuda mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarju fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta. Sabiex jiġi żgura li l-ABE tkun ipprovduta bl-informazzjoni meħtieġa kemm dwar l-impriża omm kif ukoll is-sussidjarji, jenħtieġ li l-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti fil-livell tal-grupp jkollha tinforma lill-ABE, f'koordinazzjoni mas-superviżur konsolidanti, kemm tal-MREL stipulat fuq bażi individwali kif ukoll tal-MREL stipulat fuq bażi konsolidata għall-impriża omm ikkonċernata, u jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni responsabbli għas-sussidjarji ta' grupp, f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, jinfurmaw lill-ABE dwar l-MREL li jkun ġie stipulat għal kull istituzzjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

(4)

Sabiex tiġi promossa l-konverġenza ta' prattika fir-rigward ta' deċiżjoni MREL u jissaħħaħ l-irwol ta' monitoraġġ tal-ABE, perjodi uniformi ta' rapportar u dati ta' sottomissjoni għat-trażmissjoni ta' informazzjoni mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni lill-ABE għandhom jiġu stabbiliti.

(5)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentat mill-ABE lill-Kummissjoni.

(6)

L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Informazzjoni inkluża fil-mudelli

1.   Għall-fini li jinfurmaw lill-ABE dwar ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (“MREL”), u fejn rilevanti ir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 45(13) tad-Direttiva 2014/59/UE, li ġew stipulati għal kull istituzzjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom skont l-Artikolu 45(16) ta' din id-Direttiva fuq bażi individwali jew konsolidata, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti, għandhom jittrażmettu lill-ABE l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli stipulati fl-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament.

2.   Fir-rigward ta' istituzzjonijiet li huma parti minn grupp soġġett għal MREL ikkonsolidat, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, f'koordinazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti, għandhom ukoll jibagħtu lill-ABE l-informazzjoni kif speċifikata fil-mudell stipulat fl-Anness III.

3.   Għall-fini tal-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom, fejn indikat fil-mudell stipulat fl-Anness II, jipprovdu informazzjoni kwalitattiva li tispjega r-raġunijiet għal deċiżjonijiet MREL abbażi tal-aħjar sforz inklużi, fejn xieraq, referenzi għal pjanijiet ta' riżoluzzjoni individwali jew ta' grupp, deċiżjonijiet pubbliċi jew dikjarazzjonijiet ta' politika tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, jew dokumenti oħra ta' prova.

4.   It-termini użati fl-Anness II għandu jkollhom it-tifsira marbuta magħhom fid-dispożizzjonijiet rilevanti msemmija fil-kolonna rilevanti tat-tabella inkluża f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Rekwiżit ta' rappurtar simplifikat għal istituzzjoni soġġetti għal rinunzji u istituzzjoni li għalihom l-ammont ta' rikapitalizzazzjoni huwa żero

1.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward ta' dawk l-istituzzjonijiet li għalihom l-applikazzjoni tal-MREL ġiet irrinunzjata skont l-Artikolu 45(11) jew (12) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jibagħtu lill-ABE l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I, kolonni 10 sa 90 tal-Anness II u, fir-rigward ta' istituzzjonijiet li huma parti minn grupp soġġett għal MREL ikkonsolidat, l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

2.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward ta' dawk l-istituzzjonijiet li għalihom ir-rikapitalizzazzjoni hija żero skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1450, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jibagħtu lill-ABE l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I, kolonni 10 sa 120 tal-Anness II u, fir-rigward ta' istituzzjonijiet li huma parti minn grupp soġġett għal MREL ikkonsolidat, l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Awtorità ta' rappurtar fir-rigward tal-gruppi

Fir-rigward ta' gruppi li huma soġġetti għal MREL konsolidat, l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 1 u 2 għandha tiġi sottomessa bil-metodu li ġej:

(a)

l-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti fil-livell ta' grupp, f'koordinazzjoni mas-superviżur konsolidanti, għandha tinforma lill-ABE kemm bl-MREL stipulat fuq bażi individwali kif ukoll bl-MREL stipulat fuq bażi konsolidata għall-impriża omm tal-Unjoni jew l-impriża omm imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (4);

(b)

l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti, f'koordinazzjoni mal-awtorità kompetenti, għandhom jinformaw lill-ABE bl-MREL li jkun se jiġi applikat għas-sussidjarji ta' grupp taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom fuq bażi individwali.

Artikolu 4

Perjodi ta' rapportar u dati ta' preżentazzjoni

1.   Awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jibagħtu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 mingħajr dewmien żejjed wara li d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-MREL tittieħed jew tiġi aġġornata.

2.   Awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jibagħtu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 għall-MRELL li jkun ġie stipulat u jibqa' applikabbli kif ikun fl-1 ta' April ta' kull sena sat-30 ta' April tal-istess sena.

Artikolu 5

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450 tat-23 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x'jaqsmu ma' metodoloġija għall-iffissar tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (ĠU L 237, 3.9.2016, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).


ANNESS I

Informazzjoni dwar l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' rapportar

Awtorità ta' riżoluzzjoni ta' rapportar

 

 

 

Data tas-sottomissjoni

 

 

 

Persuna ta' kuntatt

 

Isem

 

Posta elettronika

 

Telefon

 

 

 

Kummenti ġenerali (jekk hemm)

 


ANNESS II

Informazzjoni MREL

Obbligatorja

Mudell ta' rappurtar simplifikat

(jekk 90 hija “Iva”)

Mhux mandatorju għal istituzzjonijiet li għalihom l-ammont ta' rikapitalizzazzjoni huwa żero fl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

Biex timtela għall-istituzzjonijiet kollha

Għal istituzzjonijiet li għalihom l-ammont ta' rikapitalizzazzjoni huwa żero fl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

It-tip tar-rekwiżit

Obbligazzjonijiet totali u fondi proprji

L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju

Id-denominatur tal-proporzjon ta' ingranaġġ

Ammont ta' assorbiment ta' telf

Ammont ta' rikapitalizzazzjoni

Aġġustamenti relatati ma' impedimenti għar-riżolvibbiltà, id-daqs, ir-riskju sistemiku u l-kontributi tal-SGD

Valutazzjoni kkombinata ta' MREL

Arranġamenti tranżizzjonali jew wara r-riżoluzzjoni (jekk applikabbli)

 

Referenza ġuridika

L-Artikolu 45(7) u (8) tad-Direttiva 2014/59/UE jew l-Artikolu 12(8) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014

Informazzjoni ġenerali

L-Artikolu 45(11) u (12) tad-Direttiva 2014/59/UE jew l-Artikolu 12(10) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014

Mudell ta' rappurtar simplifikat

(jekk applikabbli)

L-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/962

L-Artikolu 1(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

L-Artikolu 1(5)(b)(i) u l-Artikolu 1(5)(b)(ii) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

L-Artikolu 45(9) u (10) tad-Direttiva 2014/59/UE

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

L-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450 u l-Artikolu 92(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (1)

L-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450 u l-Artikolu 429(4) sa (11) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-Artikolu 1(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

L-Artikolu 1(5)(b)(i) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

L-Artikoli 1(5)(b)(ii) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

 

L-Artikoli 2(5) u (6) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

L-Artikoli 2(7) u (8) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

L-Artikolu 2(8) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

L-Artikolu 2(9) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

L-Artikolu 2(10) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

 

L-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

L-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

L-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

 

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

L-Artikolu 45(13) tad-Direttiva 2014/59/UE

 

L-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

L-Artikolu 8(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

Identifikatur ta' Entità Ġuridika (kodiċi LEI)

Rekwiżit ikkonsolidat jew individwali?

Isem tal-entità

Stat membru ta' inkorporazzjoni

L-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' rapportar hija l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-Grupp?

Id-data tad-deċiżjoni MREL jew tad-deċiżjoni ta' rinunzja

L-applikazzjoni ta' MREL rinunzjata minn awtorità ta' riżoluzzjoni?

Noti

Il-mudell ta' rappurtar simplifikat (jekk applikabbli)

Il-kategorija ta' istituzzjoni (jekk applikabbli)

MREL ugwali għall-ammont ta' assorbiment tat-telf f'każ ta' inadempjenza?

It-tipi ta' aġġustament għall-ammont ta' assorbiment tat-telf (jekk applikabbli)

MREL stabbilit b'deċiżjoni konġunta

Rappurtar

Attwali data ta' referenza tal-oġġett 140

Rappurtar

Attwali data ta' referenza tal-oġġett 160

Assunt wara r-riżoluzzjoni

Noti

Rappurtar

Attwali data ta' referenza tal-oġġett 200

Assunt wara r-riżoluzzjoni

Noti

Ammont ta' assorbiment tat-telf f'każ ta' inadempjenza skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1450

Aġġustament 'il fuq

Tip(i) ta' aġġustament 'il fuq

Noti

Aġġustament 'l isfel

Tip(i) ta' aġġustament 'l isfel

Noti

Total (240 + 250 + 280)

Biex jintlaħqu kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni

L-ammont ta' inadempjenza addizzjonali biex tinżamm il-fiduċja tas-suq billi jiġu ssodisfatti l-bafers

Aġġustament biex tinżamm il-fiduċja tas-suq wara paragun ma' gruppi pari

Noti

Aġġustament 'l isfel jieħu inkonsiderazzjoni informazzjoni rċevuta mill-awtorità kompetenti dwar il-mudell ta' negozju, il-mudell ta' finanzjament, u l-profil ġenerali tar-riskju tal-istituzzjoni

Noti

Aġġustament għall-kolonna 330 għal sussidjarji tal-grupp

Noti

Total (320 + 330 + 340 + 360 + 380)

Għal esklużjonijiet minn rikapitalizzazzjoni

Noti

Għad-daqs u riskju sistemiku

Noti

Għal kontributi mid-DGS għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni

Noti

Total (410 + 430 + 450)

Total (310 + 400 + 470)

MREL bħala % tal-obbligazzjonijiet totali u fondi proprji (480 / 140)

Perċentwal tal-MREL li għandu jiġi ssodisfatt permezz ta' strumenti ta' rikapitalizzazzjoni kuntrattwali

Data li fiha r-rekwiżit stipulat f'490 irid jiġi sodisfatt

Tip ta' arranġamenti tranżizzjonali

MREL ippjanat (bħala % tal-obbligazzjonijiet totali u fondi proprji)

Data maħsuba tal-applikazzjoni

MREL ippjanat (bħala % tal-obbligazzjonijiet totali u fondi proprji)

Data maħsuba tal-applikazzjoni

MREL ippjanat (bħala % tal-obbligazzjonijiet totali u fondi proprji)

Data maħsuba tal-applikazzjoni

MREL ippjanat (bħala % tal-obbligazzjonijiet totali u fondi proprji)

Data maħsuba tal-applikazzjoni

Qafas ta' kontabbiltà

10

20

30

40

50

60

70

80

90

100

110

120

130

140

150

160

170

180

190

200

210

220

230

240

250

260

270

280

290

300

310

320

330

340

350

360

370

380

390

400

410

420

430

440

450

460

470

480

490

500

510

520

530

540

550

560

570

580

590

600

610

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)


ANNESS III

Lokazzjoni MREL

Istituzzjoni

L-impriża omm aħħarija

L-impriża omm tal-Unjoni

L-impriża omm immedjata rilevanti

Identifikatur ta' Entità Ġuridika (kodiċi LEI)

Isem tal-entità

Stat membru ta' inkorporazzjoni

Kodiċi tal-LEI

Isem tal-entità

Pajjiż ta' inkorporazzjoni

Kodiċi tal-LEI

Isem tal-entità

Stat membru ta' inkorporazzjoni

Kodiċi tal-LEI

Isem tal-entità

Pajjiż ta' inkorporazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/309

tal-1 ta' Marzu 2018

li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva propineb, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/39/KE (2) inkludiet il- propineb bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi li hemm fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u qegħdin elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva propineb tiskadi fil-31 ta' Jannar 2019.

(4)

Tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-propineb skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu taż-żmien previst f'dak l-Artikolu.

(5)

L-applikant ressaq id-dossiers supplimentari meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet sħiħa.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fl-1 ta' Ottubru 2015.

(7)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li rċeviet lill-Kummissjoni. L-Awtorità qiegħdet ukoll id-dossier tas-sommarju supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(8)

Fil-15 ta' Novembru 2016, l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (6) dwar jekk jistax ikun mistenni li l-propineb jissodisfa l-kriterji ta' approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-Awtorità kkonkludiet li l-valutazzjoni permezz tal-konsum ta' kuljum ma tistax issir għall-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u mill-annimali. Fuq il-bażi tad-dejta disponibbli fid-dossier ma kienx possibbli li titlesta l-valutazzjoni tal-metaboliti rilevanti tal-propineb.

(9)

Barra minn hekk, l-Awtorità enfasizzat qasam kritiku ta' tħassib għal propineb relatat ma' proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali tal-metabolit rilevanti 4-metilimidażolidin-2-tijon (PTU) li huwa kklassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni tal-kategorija 2 u għandu t-tirojde bħala l-organi fil-mira għat-tossiċità.

(10)

Barra minn hekk, l-Awtorità ma setgħetx tiffinalizza l-valutazzjoni tar-riskju għal-larva tan-naħal tal-għasel u kkonkludiet li ma setax jiġi eskluż riskju għoli għall-iżvilupp tal-larvae tan-naħal tal-għasel għall-propineb.

(11)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant jissottometti l-kummenti tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Awtorità. Barra minn hekk, b'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, il-Kummissjoni stiednet lill-applikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport tat-tiġdid. L-applikant issottometta l-kummenti tiegħu, u dawn ġew eżaminati bir-reqqa.

(12)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib relatat mas-sustanza ma setax jiġi eliminat.

(13)

Abbażi ta' dawn ir-riskji identifikati, fir-rigward ta' wieħed jew iktar mill-użi rappreżentattivi ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti ma ġiex stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 ġew sodisfatti. Huwa għalhekk xieraq li ma tiġġeddidx l-approvazzjoni tal-propineb f'konformità mal-Artikolu 20(1)(b) ta' dak ir-Regolament.

(14)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(15)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw żmien biżżejjed biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-propineb.

(16)

Rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-propineb, meta l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta' grazzja f'konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dan il-perjodu għandu jiskadi sa mhux aktar tard mit-22 ta' Ġunju 2019.

(17)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/84 (7) estenda d-data ta' skadenza tal-propineb sal-31 ta' Jannar 2019 biex jippermetti li l-proċess ta' tiġdid jitlesta qabel ma tiskadi l-approvazzjoni ta' dik is-sustanza. Madankollu, billi ttieħdet deċiżjoni qabel din id-data ta' skadenza estiża, dan ir-Regolament għandu japplika minnufih.

(18)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax it-tressiq ta' applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tal-propineb skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(19)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni ta' sustanza attiva

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva propineb mhijiex imġedda.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, titħassar ir-ringiela 54 dwar il-propineb.

Artikolu 3

Miżuri tranżitorji

L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-propineb bħala sustanza attiva sa mhux aktar tard mit-22 ta' Ġunju 2018.

Artikolu 4

Perjodi ta' grazzja

Kull perjodu ta' grazzja li jagħtu l-Istati Membri skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mit-22 ta' Ġunju 2019.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/39/KE tal-15 ta' Mejju 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-propineb u l-propiżammid bħala sustanzi attivi (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 30).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(6)  EFSA (European Food Safety Authority), 2016. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance propineb. EFSA Journal 2016;14(11):4605, 26 pp. doi:10.2903/j.efsa.2016.4605.

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/84 tad-19 ta' Jannar 2018 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi klorpirifos, klorpirifos-metil, klotijanidin, komposti tar-ram, dimoksistrobina, mankożeb, mekoprop-p, metiram, oksamil, petoksamid, propikonażol, propineb, propiżamid, piraklostrobina u żoksamid (ĠU L 16, 20.1.2018, p. 8).


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/310

tal-1 ta' Marzu 2018

li jistabbilixxi d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali, applikabbli mit-2 ta' Marzu 2018

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 183 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 (2) jipprevedi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 11 00, 1001 19 00, ex 1001 91 20 [il-qamħ komuni għaż-żrigħ], ex 1001 99 00 [il-qamħ komuni ta' kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ], 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni tagħhom, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni tas-CIF applikabbli għall-kunsinna kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu, kull tant żmien għandhom jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni tas-CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz tal-importazzjoni li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dak ir-Regolament huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni tas-CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu previst fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

(4)

Sa mill-21 ta' Settembru 2017 id-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-Kanada li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 11 00, 1001 19 00, ex 1001 99 00 [il-qamħ komuni ta' kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ] 1002 10 00 u 1002 90 00 għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010.

(5)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu li jibda fit-2 ta' Marzu 2018, li jkunu applikabbli sa ma jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda.

(6)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mit-2 ta' Marzu 2018, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5).


ANNESS I

Id-dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 li japplikaw mit-2 ta' Marzu 2018

Il-Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Dazju tal-importazzjoni (1)  (2)

(EUR/t)

1001 11 00

QAMĦ durum għaż-żrigħ

0,00

1001 19 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ

0,00

ta' kwalità medja minbarra dak għaż-żrigħ

0,00

ta' kwalità baxxa minbarra dak għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ

0,00

1002 10 00

SEGALA għaż-żrigħ

0,56

1002 90 00

SEGALA minbarra dik għaż-żrigħ

0,56

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra l-qamħirrum ibridu

0,56

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak għaż-żrigħ (3)

0,56

1007 10 90

SORGU tal-qamħ minbarra dak ibridu għaż-żrigħ

0,56

1007 90 00

SORGU tal-qamħ minbarra dak għaż-żrigħ

0,56


(1)  Bl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fid-dazji ta':

3 Euro għal kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt ikun jinsab fil-Baħar Mediterran (lil hinn mill-Istrett ta' Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed u jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta' Suez,

2 Euro għal kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt ikun jinsab fid-Danimarka, fl-Estonja, fl-Irlanda, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja, fir-Renju Unit jew mal-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika u jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  Għall-prodotti li joriġinaw fil-Kanada u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 11 00, 1001 19 00, ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żrigħ), 1002 10 00, u 1002 90 00, id-dazju għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010.

(3)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 għal kull tunnellata jekk jitħarsu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010.


ANNESS II

FATTURI GHALL-KALKOLU TAD-DAZJI STABBILITI FL-ANNESS I

1.

Il-prezzijiet medji għall-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Il-Borża

ta' Minneapolis

ta' Chicago

Kwotazzjoni

193,300

117,450

Primjum fuq il-Golf

84,902

21,549

Primjum fuq l-Għadajjar il-Kbar

2.

Il-prezzijiet medji għall-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku – Rotterdam:

17,471 EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għadajjar il-Kbar – Rotterdam:

— EUR/t


(1)  Primjum pożittiv ta' 14-il EUR/t inkorporata (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DEĊIŻJONIJIET

2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/311

tas-27 ta' Frar 2018

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li trid tiġi meħuda f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi, fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni ta' dak il-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari il-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/242/UE tal-14 ta' April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi (2) (“il-Ftehim”) jistabbilixxi Kumitat Konġunt. (il-“Kumitat Konġunt”). Huwa jipprovdi, b'mod partikolari, li l-Kumitat Konġunt irid jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) stabbilixxa l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' viżi għal tranżitu minn, jew soġġorni previsti fit-territorju tal-Istati Membri ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 ijiem.

(3)

Linji gwida komuni huma neċessarji sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata sħiħa tal-Ftehim mill-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri, u biex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u d-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Partijiet kontraenti li jibqgħu japplikaw għal ħruġ ta' viżi mhux koperti mill-Ftehim.

(4)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt rigward l-adozzjoni tal-linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (4); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (5); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 12 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi, fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni ta' dak il-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li hu mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  ĠU L 128, 30.4.2014, p. 47.

(2)  ĠU L 128, 30.4.2014, p. 49.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/201… TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-AŻERBAJĠAN DWAR IL-FAĊILITAZZJONI TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI

ta'…

fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni ta' dak il-Ftehim

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi (1) (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi l-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi huma indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi…

Għall-Unjoni Ewropea

Għar-Repubblika tal-Ażerbajġan


(1)  ĠU UE L 128, 30.4.2014, p. 49.


ANNESS

LINJI GWIDA KOMUNI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-AŻERBAJĠAN DWAR IL-FAĊILITAZZJONI TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI

L-għan tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi (“il-Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2014, huwa li jiffaċilita, fuq il-bażi ta' reċiproċità, il-proċeduri għall-ħruġ ta' viżi għal soġġorn previst ta' mhux aktar minn 90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan.

Il-Ftehim jistabbilixxi, fuq il-bażi ta' reċiproċità, drittijiet u obbligi legalment vinkolanti għall-iskop ta' simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-ħruġ tal-viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u tar-Repubblika tal-Ażerbajġan.

Dawn il-Linji Gwida, adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 12 tal-Ftehim, (“il-Kumitat Konġunt”), għandhom l-għan li jiżguraw implimentazzjoni armonizzata tal-Ftehim mill-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri tal-Unjoni (“Stati Membri”) u r-Repubblika tal-Ażerbajġan. Dawn il-Linji Gwida mhumiex parti mill-Ftehim u għalhekk mhumiex legalment vinkolanti. Madankollu, huwa rrakkomandat ħafna li l-persunal diplomatiku u konsulari jsegwihom b'mod konsistenti meta jimplimenta l-Ftehim.

Dawn il-Linji Gwida huma maħsuba biex jiġu aġġornati fid-dawl tal-esperjenzi miksuba fl-implimentazzjoni tal-Ftehim taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Konġunt.

Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni kontinwa u armonizzata tal-Ftehim u f'konformità mar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viżi, il-Partijiet qablu li jkollhom kuntatti informali bejn il-laqgħat formali tal-Kumitat Konġunt, sabiex jittrattaw kwistjonijiet urġenti. Rapporti dettaljati dwar dawn il-kwistjonijiet u l-kuntatti informali jiġu preżentati fil-laqgħa sussegwenti tal-Kumitat Konġunt.

I.   KWISTJONIJIET ĠENERALI

1.1.   Għan u kamp ta' applikazzjoni

L-Artikolu 1 tal-Ftehim jipprevedi li: “L-għan ta' dan il-Ftehim hu sabiex jiffaċilita, fuq il-bażi ta' reċiproċità, il-ħruġ ta' viżi għal soġġorn previst għal mhux aktar minn 90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum għaċ-ċittadini tal-Unjoni u tar-Repubblika tal-Azerbajġan”.

Il-Ftehim japplika għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u tar-Repubblika tal-Ażerbajġan li japplikaw għal viża għal soġġorn qasir, irrispettivament mill-pajjiż ta' residenza tagħhom.

Il-Ftehim ma japplikax għal persuni apolidi li għandhom permess ta' residenza maħruġ minn kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri jew mir-Repubblika tal-Ażerbajġan. Ir-regoli tal-acquis tal-Unjoni dwar il-viżi u tal-liġi nazzjonali tar-Repubblika tal-Azerbajġan japplikaw għal dik il-kategorija ta' persuni.

1.2.   Kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim

L-Artikolu 2 tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   Il-faċilitazzjonijiet tal-viża previsti f'dan il-Ftehim għandhom japplikaw għaċ-ċittadini tal-Unjoni u tar-Repubblika tal-Azerbajġan biss sakemm ma jkunux eżenti mill-ħtieġa tal-viża bil-liġijiet u r-regolamenti tar-Repubblika tal-Azerbajġan, tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, tal-Ftehim preżenti jew ftehimiet internazzjonali oħra.

2.   Il-liġi nazzjonali tar-Repubblika tal-Azerbajġan, jew tal-Istati Membri jew il-liġi tal-Unjoni għandhom japplikaw fi kwistjonijiet li mhumiex koperti mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, bħaċ-ċaħda milli tinħareġ viża, rikonoxximent ta' dokumenti ta' vvjaġġar, prova ta' mezzi ta' għejxien suffiċjenti u ċ-ċaħda tad-dħul u miżuri ta' espulsjoni.”.

Il-Ftehim, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tiegħu (li jipprovdi għall-eżenzjoni mir-rekwiżit tal-viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni u r-Repubblika tal-Ażerbajġan li huma detenturi ta' passaporti diplomatiċi validi) ma jaffettwax ir-regoli eżistenti dwar l-obbligi tal-viża u l-eżenzjonijiet mill-viża. Pereżempju, l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (1) jippermetti lill-Istati Membri li jeżentaw mir-rekwiżit ta' viża, fost kategoriji oħra ta' persuni, ekwipaġġi ċivili tal-ajru u tat-tbaħħir.

F'dak il-kuntest jenħtieġ li jiġi miżjud li skont l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' 14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (2), l-Istati Membri kollha ta' Schengen huma obbligati li jirrikonoxxu l-viżi għal soġġorn twil u l-permessi ta' residenza maħruġa minn xulxin bħala validi għal soġġorni qosra fit-territorji ta' xulxin. L-Istati Membri kollha ta' Schengen jaċċettaw il-permessi ta' residenza, il-viżi D u l-viżi għal soġġorni qosra ta' stati assoċjati ma' Schengen għal dħul u soġġorni qosra u viċi versa.

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (il-“Kodiċi dwar il-Viżi”) (3) japplika għall-ħruġ kollu mhux kopert mill-Ftehim, bħalma huma d-determinazzjoni tal-Istat Membru ta' Schengen responsabbli għall-ipproċessar ta' applikazzjoni għal viża, il-motivazzjoni għal rifjut li tinħareġ viża, id-dritt ta' appell kontra deċiżjoni negattiva u r-regola ġenerali ta' intervista personali mal-applikant tal-viża u l-provvista tal-informazzjoni kollha rilevanti relatata mal-applikazzjoni għal viża. Barra minn hekk, ir-regoli ta' Schengen b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (jiġifieri r-rifjut ta' dħul fit-territorju, prova ta' mezzi suffiċjenti ta' għejxien eċċ) u l-liġi nazzjonali, fejn adatt, ikomplu japplikaw ukoll għal kwistjonijiet li mhumiex koperti mill-Ftehim, bħar-rikonoxximent ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, prova ta' mezzi suffiċjenti ta' għajxien, iċ-ċaħda tad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri u miżuri ta' espulsjoni.

Anki jekk il-kundizzjonijiet previsti fil-Ftehim ikunu ssodisfati, pereżempju, l-applikant għall-viża jagħti prova ta' dokumenti ġustifikattivi rigward l-iskop tal-vjaġġ għall-kategoriji previsti fl-Artikolu 4, il-ħruġ tal-viża xorta jkun jista' jiġi rifjutat jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (il-“Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen”) ma jiġux issodisfati, jiġifieri l-persuna ma jkollhiex fil-pussess tagħha dokument validu tal-ivvjaġġar, ikun inħareġ allert fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), il-persuna titqies bħala ta' periklu għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna, eċċ.

Flessibbiltajiet oħra għall-ħruġ ta' viżi permessi mill-Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi jibqgħu japplikaw. Pereżempju, viżi għal dħul multiplu għal perjodu ta' validità twil - sa ħames snin - jistgħu jinħarġu lil kategoriji ta' persuni apparti dawk imsemmija fl-Artikolu 5 tal-Ftehim, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 24 tal-Kodiċi dwar il-Viżi (l-Artikolu 24). Bl-istess mod, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 16(5) u (6) tal-Kodiċi dwar il-Viżi li jippermettu eżenzjoni jew tnaqqis tat-tariffa tal-viża jkomplu japplikaw.

F'dak li għandu x'jaqsam mar-Repubblika tal-Ażerbajġan, il-Kodiċi dwar il-Migrazzjoni (5) u l-atti legali normattivi korrispondenti tar-Repubblika tal-Ażerbajġan japplikaw għall-kwistjonijiet kolha mhux koperti mill-Ftehim, bħalma huma l-motivazzjoni ta' rifjut li tinħareġ viża, id-dritt ta' appell kontra deċiżjoni negattiva jew ir-regola ġenerali ta' intervista personali mal-applikant u l-għoti ta' informazzjoni b'rabta mal-applikazzjoni għal viża, ir-rikonoxximent ta' dokumenti ta' vvjaġġar, prova ta' mezzi għall-għajxien suffiċjenti, iċ-ċaħda ta' dħul fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan, miżuri ta' espulsjoni.

Flessibiltajiet oħra fil-ħruġ tal-viżi permessi mil-liġi nazzjonali tar-Repubblika tal-Azerbajġan ikomplu japplikaw jekk jistabbilixxu reġim aktar favorevoli għall-applikant. Pereżempju, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17.2 tal-Liġi tar-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar it-tariffi tal-istat li jippermettu l-eżenzjoni mit-tariffa tal-viża u tal-Artikolu 38tal-Kodiċi tal-Migrazzjoni tar-Repubblika tal-Azerbajġan li jippermettu l-ħruġ ta' viżi elettroniċi jkomplu japplikaw.

Anki jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet previsti fil-Ftehim, pereżempju, tingħata prova ta' evidenza dokumentata dwar l-iskop tal-vjaġġ għall-kategoriji previsti fl-Artikolu 4 mill-applikant għall-viża, il-ħruġ tal-viża xorta jista' jiġi rifjutat jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 36 tal-Kodiċi dwar il-Migrazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan (ħlief għall-paragrafu 36.1.7 tiegħu) ma jiġux sodisfati jew jekk ikun hemm ċirkostanzi kif imniżżla fl-Artikolu 16 tal-Kodiċi dwar il-Migrazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan.

1.3.   Tipi ta' viżi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim.

Il-punt (d) tal-Artikolu 3 tal-Ftehim jiddefinixxi “viża” bħala “awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru jew ir-Repubblika tal-Azerbajġan bl-intenzjoni ta' transitu minn, jew soġġorn previst għal durata ta' mhux aktar minn 90 jum f'kwalunkwe perjodu ta' 180 jum, fit-territorju tal-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Ażerbajġan”.

Il-faċilitazzjonijiet ipprovduti mill-Ftehim japplikaw kemm għal viżi uniformi validi għat-territorju kollu tal-Istati Membri kif ukoll għal viżi b'validità territorjali limitata.

Il-faċilitazzjonijiet ipprovduti mill-Ftehim japplikaw għall-viżi kollha stabbiliti fil-Kapitolu 5 tal-Kodiċi dwar il-Migrazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan.

1.4.   Kalkolu tat-tul ta' soġġorn awtorizzat b'viża

Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen jiddefinixxi l-kunċett ta' soġġorn qasir kif ġej: “mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum, li jinkludi li jitqies il-perjodu ta' 180 jum li jippreċedi kull jum ta' soġġorn”.

Din id-definizzjoni tapplika wkoll għal viżi għal soġġorn qasir maħruġa mir-Repubblika tal-Ażerbajġan, f'konformità mal-Ftehim.

Il-jum tad-dħul jiġi kkalkulat bħala l-ewwel jum tas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri u l-jum tal-ħruġ jiġi kkalkulat bħala l-aħħar jum tas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri. Il-kunċett ta' “kwalunkwe” jimplika l-applikazzjoni ta' perjodu ta' referenza “mobbli” ta' 180 jum, b'mod li wieħed iħares lura, lejn kull ġurnata tal-aħħar perjodu ta' 180 jum, sabiex jiġi vverifikat jekk ir-rekwiżit tad-90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum għadux jiġi ssodisfat. Dak ifisser li nuqqas mit-territorju tal-Istati Membri għal perjodu mhux interrott ta' 90 jum jippermetti soġġorn ġdid ta' mhux aktar minn 90 jum.

Kalkolatur ta' soġġorni qosra, li jista' jintuża biex jiġi kkalkolat il-perjodu tas-soġġorn permissibbli skont ir-regoli l-ġodda, jinsab onlajn fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/borders-and-visas/border-crossing/index_en.htm.

Eżempju tal-kalkolu tas-soġġorn fuq il-bażi tad-definizzjoni preżenti:

Persuna li jkollha viża għal dħul multiplu valida għal (1) sena (18 ta' April 2014 – 18 ta' April 2015) tidħol għall-ewwel darba fid-19 ta' April 2014 u toqgħod hemm għal tlett ijiem. Imbagħad l-istess persuna tidħol mill-ġdid fit-18 ta' Ġunju.2014 u toqgħod hemm għal 86 jum. X'inhi s-sitwazzjoni f'dati speċifiċi? Dik il-persuna meta titħalla tidħol mill-ġdid?

Fil-11 ta' Settembru.2014: matul l-aħħar 180 jum (16 ta' Marzu 2014-11 ta' Settembru 2014) il-persuna kienet qagħdet hemm għal tlett ijiem (19 -21 ta' April 2014) flimkien ma' 86 jum (18 ta' Ġunju 2014-11 ta' Settembru 2014) = 89 jum = l-ebda soġġorn eċċessiv. Il-persuna tista' tibqa' għal massimu ta' ġurnata oħra.

Mis-16 ta' Ottubru 2014: il-persuna tista' tidħol għal soġġorn ta' tlett ijiem addizzjonali (Fis-16 ta' Ottubru 2014 is-soġġorn tad-19 ta' April 2014 isir irrilevanti (lil hinn mill-perjodu ta' 180 jum); fis-17 ta' Ottubru 2014, is-soġġorn fl-20 ta' April 2014 isir irrilevanti (lil hinn mill-perjodu ta' 180 jum; eċċ.).

Mill-15 ta' Diċembru 2014: il-persuna tista' tidħol għal soġġorn ta' 86 jum addizzjonali (Fil-15 ta' Diċembru 2014 is-soġġorn tat-18 ta' Ġunju 2014 isir irrilevanti (lil hinn mill-perjodu ta' 180 jum); fis-16 ta' Diċembru 2014 is-soġġorn fid-19 ta' Ġunju 2014 isir irrilevanti, eċċ.

1.5.   Is-sitwazzjoni rigward l-Istati Membri li għadhom ma japplikawx għal kollox l-acquis ta' Schengen, l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-politika komuni tal-Unjoni dwar il-viżi u pajjiżi assoċjati.

L-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fl-2004 (ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja), fl-2007 (il-Bulgarija u r-Rumanija), u fl-2013 (il-Kroazja) huma marbuta b'dan il-Ftehim mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Il-Bulgarija, Ċipru, il-Kroazja u r-Rumanija għadhom mhux qed jimplimentaw għalkollox l-acquis ta' Schengen. Dawn ikomplu joħorġu viżi nazzjonali b'validità limitata għat-territorju nazzjonali tagħhom stess. Ladarba dawk l-Istati Membri jimplimentaw għalkollox l-acquis ta' Schengen, huma jjapplikaw il-Ftehim.

Il-liġi nazzjonali tibqa' tapplika għall-kwistjonijiet kollha mhux koperti mill-Ftehim sad-data tal-implimentazzjoni totali tal-acquis ta' Schengen minn dawk l-Istati Membri. Minn dik id-data, ir-regoli ta' Schengen u/jew il-liġi nazzjonali għandhom japplikaw għal kwistjonijiet mhux irregolati mill-Ftehim.

Il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija huma awtorizzati li jirrikonoxxu l-permessi ta' residenza, il-viżi D u l-viżi għal soġġorn qasir maħruġa mill-Istati Membri kollha ta' Schengen u mill-pajjiżi assoċjati għal soġġorni qosra fit-territorju tagħhom (6).

Skont l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 dwar it-tneħħija gradwali ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, il-Partijiet kollha f'din il-Konvenzjoni huma obbligati li jirrikonoxxu l-viżi għal soġġorn twil u l-permessi ta' residenza maħruġa minn xulxin bħala validi għal soġġorni qosra fit-territorji ta' xulxin. Huma jaċċettaw il-permessi ta' residenza, il-viżi D u l-viżi għal soġġorni qosra ta' pajjiżi assoċjati għal dħul u soġġorni qosra u viċi versa.

Il-Ftehim ma japplikax għad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit iżda jinkludi dikjarazzjonijiet konġunti dwar kemm ikun xieraq li dawk l-Istati Membri jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-viża mar-Repubblika tal-Ażerbajġan.

Għalkemm assoċjati ma' Schengen, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera mhumiex marbuta bil-Ftehim. Madankollu, il-Ftehim jinkludi Dikjarazzjoni Konġunta dwar kemm ikun xieraq li dawk il-pajjiżi assoċjati li jikkonkludu, mingħajr dewmien, ftehimiet bilaterali dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi għal soġġorni qosra mar-Repubblika tal-Ażerbajġan.

Il-Ftehim dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan u l-Gvern tar-Renju tan-Norveġja kien iffirmat fit-3 ta' Diċembru 2013, u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2015. Il-Ftehim dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Azerbajġan u l-Kunsill Federali Żvizzeru kien iffirmat fl-10 ta' Ottubru 2016, u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2017. Barra minn hekk, il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Ażerbajġan u l-Gvern tal-Prinċipat ta' Liechtenstein dwar l-applikazzjoni reċiproka tar-regoli, imsemmija fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi daħal fis-seħħ fil-15 ta' Frar 2017.

1.6.   Il-Ftehim u l-ftehimiet bilaterali.

L-Artikolu 13 tal-Ftehim jipprevedi li:

“Sa minn meta jidħol fis-seħħ, dan il-Ftehim jieħu preċedenza fuq dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali jew multilaterali konkluż bejn Stati Membri individwali u r-Repubblika tal-Azerbajġan, sa fejn id-dispożizzjonijiet ta' dawn il-ftehimiet jew arranġamenti jkopru kwistjonijiet koperti minn dan il-Ftehim.”

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali fis-seħħ bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar kwistjonijiet koperti mill-ftehim ma jibqgħux japplikaw. F'konformità mal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeliminaw l-inkompatibilitajiet bejn il-ftehimiet bilaterali tagħhom u l-Ftehim.

F'każ li Stat Membru jkun ikkonkluda ftehim bilaterali jew arranġament mar-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar kwistjonijiet mhux koperti mill-Ftehim, pereżempju billi jipprovdi għall-eżenzjoni mill-obbligu ta' viża għal detenturi ta' passaporti ta' servizz, dik l-eżenzjoni tibqa' tapplika wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

L-Istati Membri li ġejjin għandhom ftehim bilaterali mar-Repubblika tal-Ażerbajġan li jipprovdi għal eżenzjoni mill-obbligu tal-viża għal detenturi ta' passaporti ta' servizz: l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Ungerija, l-Italja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Latvja u s-Slovakkja (7).

L-eżenzjoni mill-viża għad-detenturi ta' passaporti ta' servizz konċessi minn Stat Membru tapplika biss għall-ivvjaġġar fit-territorju ta' dan l-Istat Membru u mhux għall-ivvjaġġar lejn Stati Membri oħra ta' Schengen.

II.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

2.1.   Regoli li japplikaw għall-applikanti kollha għall-viżi

Huwa mfakkar li l-faċilitazzjonijiet imsemmija hawn taħt rigward it-tariffa tal-viża, it-tul tal-proċeduri għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet, it-tluq f'każ ta' dokumenti mitlufa jew misruqa, u l-estensjoni tal-viża f'ċirkostanzi eċċezzjonali japplikaw għall-applikanti kollha tal-viżi u d-detenturi tal-viżi li huma ċittadini tar-Repubblika tal-Ażerbajġan jew tal-Istati Membri marbuta bil-Ftehim, inkluż it-turisti.

2.1.1.   Tariffa għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-viżi

L-Artikolu 6(1) tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   It-tariffa għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-viża għandha tammonta għal EUR 35.”

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Ftehim, it-tariffa għall-ipproċessar ta' applikazzjoni għall-viża hija ta' EUR 35. Dik it-tariffa tapplika għall-applikanti għal viża kollha li jkunu ċittadini tar-Repubblika tal-Ażerbajġan jew tal-Unjoni (inklużi t-turisti) u tirrigwarda viżi għal soġġorni qosra, irrispettivament min-numru ta' dħul.

L-Artikolu 6(2) tal-Ftehim jipprevedi li:

“2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 it-tariffi għall-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-viża jitneħħew għal dawn il-kategoriji ta' persuni:

(a)

għal qraba mill-viċin — konjugi, tfal (inklużi dawk adottati), ġenituri (inklużi kustodji), nanniet u tfal tat-tfal (grand-children) — li jżuru liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jirrisjedu legalment fit-territorju tar-Repubblika tal-Ażerbajġan jew ċittadini tar-Repubblika tal-Ażerbajġan li jirrisjedu legalment fl-Istati Membri, jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini, jew ċittadini tar-Repubblika tal-Ażerbajġan residenti fit-territorju tar-Repubblika tal-Ażerbajġan;

(b)

għal membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali, inklużi membri permanenti ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea jew ir-Repubblika tal-Azerbajġan, jieħdu sehem f'laqgħat uffiċjali, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll f'avvenimenti li jsiru minn organizzazzjonijiet intergovernattivi fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew f'wieħed mill-Istati Membri;

(c)

tfal tal-iskola, studenti, studenti postuniversitarji u għalliema li jakkumpanjawhom li jivvjaġġaw għall-iskop ta' studju jew taħriġ edukattiv, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-iskola;

(d)

persuni b'diżabbiltà u l-persuni li jakkumpanjawhom, jekk meħtieġ;”

Sabiex wieħed igawdi mill-eżenzjoni mit-tariffa, trid tinġieb evidenza li turi li ż-żewġ applikanti għal viża jaqgħu taħt din il-kategorija. F'każijiet fejn id-diżabbiltà tal-applikant għall-viża hi ovvja (persuni għomja, b'driegħ nieqsa), ir-rikonoxximent viżwali f'uffiċċju konsulari dwar il-viżi huwa aċċettabbli.

F'każijiet ġustifikati l-applikazzjoni tista' tkun ippreżentata minn rappreżentant jew tutur tal-persuna b'diżabbiltà.

“(e)

il-parteċipanti f'avvenimenti internazzjonali tal-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali; (N.B. Sostenituri mhux ser jitqiesu bħala persuni li jkunu qed jakkumpanjaw);

(f)

persuni li jieħdu sehem f'attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi universitarji u programmi oħrajn ta' skambju;

(g)

persuni li jkunu ppreżentaw dokumenti li jippruvaw il-ħtieġa li jivvjaġġaw għal raġunijiet umanitarji, inkluż biex jirċievu trattament mediku urġenti u l-persuna li takkumpanjahom, jew li jattendu funeral ta' qarib mill-viċin jew biex iżuru qarib mill-viċin li għandu mard serju;

(h)

rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta jivvjaġġaw għal raġunijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju;”.

Sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-tariffa għal din il-kategorija, l-applikanti għall-viża jridu jġibu prova li huma membri ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ irreġistrati fl-Istati Membri jew fir-Repubblika tal-Ażerbajġan - ara l-Artikolu 4 tal-Ftehim.

“(i)

pensjonanti;”.

Sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni tat-tariffa għal din il-kategorija ta' persuni, l-applikanti tal-viża jridu jippreżentaw evidenza li turi l-istatus tagħhom ta' pensjonant. L-eżenzjoni mhijiex ġustifikata f'każijiet fejn l-għan tal-vjaġġ huwa attività bi ħlas

“(j)

tfal taħt l-età ta' 12-il sena;

(k)

ġurnalisti u ekwipaġġ tekniku li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali;”.

Sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-tariffa għal din il-kategorija ta' persuni, l-applikanti għall-viża jridu jġibu prova li huma membri ta' organizzazzjoni ġurnalistika jew tal-midja professjonali - ara l-Artikolu 4 tal-Ftehim.

F'dak li jirrigwarda l-Istati Membri, it-tariffa tiġi eżentata għall-kategoriji ta' persuni msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, it-tariffa tkun ukoll eżentata skont l-Artikolu 16(4) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, għall-kategoriji segwenti ta' persuni:

riċerkaturi minn pajjiżi terzi li jkunu qed jivvjaġġaw fl-Unjoni Ewropea bil-għan li jagħmlu riċerka xjentifika kif definita fir-Rakkomandazzjoni 2005/761/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ li ma għandhomx aktar minn 25 sena li jipparteċipaw f'seminars, konferenzi, avvenimenti kulturali u edukattivi, organizzati minn organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ.

L-Artikolu 16(6) tal-Kodiċi dwar il-Viżi jipprevedi li:

“6.   F'każijiet individwali, l-ammont tat-tariffa tal-viża li għandha tiġi imposta tista' tiġi eżentata jew imnaqqsa meta dan isir biex jippromwovi interessi kulturali jew sportivi kif ukoll interessi fil-qasam tal-politika estera, il-politika tal-iżvilupp u oqsma oħrajn ta' interess pubbliku vitali jew għal raġunijiet umanitarji.”.

L-Artikolu 16(7) tal-Kodiċi dwar il-Viżi jipprevedi li t-tariffa tal-viża trid tiġi imposta f'euro, fil-munita nazzjonali tal-pajjiż terz jew fil-munita li hi normalment użata fil-pajjiż terz fejn qiegħda tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, u ma tistax tiġi rifuża minbarra fil-każijiet ta' applikazzjoni inammissibbli jew fejn il-konsulat ma jkunx kompetenti.

Sabiex jiġu evitati diskrepanzi li jistgħu jwasslu għal visa shopping, il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri fir-Repubblika tal-Ażerbajġan jenħtieġ li jiżguraw tariffi tal-viża simili għall-applikanti għal viża kollha mill-Ażerbajġan meta l-ammont tat-tariffa tal-viża jkun impost f'munita barranija.

Bl-istess mod, f'dak li għandu x'jaqsam mar-Repubblika tal-Ażerbajġan, it-tariffa tkun ukoll eżentata, skont l-Artikolu 17(2) tal-Liġi tar-Repubblika tal-Azerbajġan “Dwar it-Tariffi tal-Istat”, għal dawn il-kategoriji ta' persuni barranin;

membri tad-delegazzjoni u uffiċjali tal-Istat;

rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet umanitarji internazzjonali fir-Repubblika tal-Azerbajġan;

persuni li qegħdin jistudjaw jew li huma involuti f'attivitajiet pedagoġiċi permezz ta' programmi tal-istat;

persuni li jivvjaġġaw għal skopijiet ta' difiża.

L-applikanti għal viża mill-Unjoni u mir-Repubblika tal-Ażerbajġan jingħataw irċevuta għat-tariffa tal-viża mħallsa.

L-Artikolu 6(3) tal-Ftehim jipprevedi li:

“3.   Jekk Stat Membru jew ir-Repubblika tal-Azerbajġan jikkoopera ma' fornitur tas-servizzi estern bl-iskop ta' ħruġ ta' viża, il-fornitur tas-servizzi estern jista' jitlob tariffa biex titħallas għas-servizz. Din it-tariffa tkun proporzjonata ma' kemm ikun nefaq il-fornitur tas-servizzi estern waqt it-twettiq tal-ħidmiet tiegħu, u ma għandhiex tkun aktar minn EUR 30. L-Istati Membri u r-Repubblika tal-Azerbajġan iżommu l-possibbiltà għall-applikanti kollha li jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom direttament fil-konsulati tagħhom.

Għall-Unjoni, il-fornitur estern tas-servizzi jwettaq l-operazzjonijiet tiegħu skont il-Kodiċi tal-Viżi u fir-rispett sħiħ tal-leġiżlazzjoni tar-Repubblika tal-Azerbajġan.

Għar-Repubblika tal-Azerbajġan, il-fornitur estern tas-servizzi jwettaq l-operazzjonijiet tiegħu skont il-leġiżlazzjoni tal-Azerbajġani u l-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri tal-UE.”.

Rigward l-arranġamenti ta' kooperazzjoni ma' fornituri tas-servizzi esterni, l-Artikolu 43 tal-Kodiċi dwar il-Viżi jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-kompiti tagħhom.

2.1.2.   It-tul tal-proċeduri għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-viża

L-Artikolu 7 tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Azerbajġan għandhom jieħdu deċiżjoni fuq it-talba li tinħareġ viża fi żmien għaxart (10) ijiem mid-data ta' meta tasal l-applikazzjoni u d-dokumenti meħtieġa għall-ħruġ tal-viża.

2.   Il-perjodu ta' żmien għat-teħid ta' deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-viża jista' jkun estiż sa 30 jum f'każijiet individwali, notevolment meta jkun jinħtieġ aktar skrutinju tal-applikazzjoni.

3.   Il-perjodu ta' żmien għat-teħid ta' deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-viża jista' jitnaqqas għal jumejn (2) jew inqas f'każijiet urġenti.”.

Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-viża tittieħed, bħala prinċipju, fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data ta' meta tiġi ppreżentata applikazzjoni għall-viża ammissibbli.

Dak il-perjodu jista' jiġi estiż sa 30 jum kalendarju f'każijiet individwali, notevolment meta huwa meħtieġ skrutinju aktar dettaljat tal-applikazzjoni jew f'każijiet ta' rappreżentanza fejn jiġu kkonsultati l-awtoritajiet tal-Istat Membru rappreżentat.

Dawk l-iskadenzi kollha ma jibdewx jiddekorru qabel ma jitlesta l-fajl tal-applikazzjoni għall-viża, jiġifieri mid-data ta' meta tasal l-applikazzjoni għall-viża flimkien mad-dokumenti ġustifikattivi.

Bħala regola, għall-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari li jkollhom sistema ta' appuntamenti, iż-żmien ta' stennija biex jinkiseb appuntament mhuwiex inkluż fiż-żmien tal-ipproċessar. Ir-regoli ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 9 tal-Kodiċi dwar il-Viża u fil-Kodiċi tal-Migrazzjoni tar-Repubblika tal-Azerbajġan huma applikabbli għal dik il-kwistjoni kif ukoll għal arranġamenti prattiċi oħra għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal viża.

L-Artikolu 7(3) tal-Ftehim jipprovdi li:

“Jekk l-applikanti jkunu jridu jiksbu appuntament għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, l-appuntament iseħħ, bħala regola, fi żmien ġimagħtejn mid-data ta' meta jkun intalab l-appuntament.”.

“F'każijiet ta' urġenza ġġustifikata (fejn ma setgħatx tiġi ppreżentata applikazzjoni għall-viża aktar kmieni għal raġunijiet li ma setgħux jiġu previsti mill-applikant), l-applikanti jistgħu jitħallew mill-konsulat jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom jew mingħajr appuntament, jew għandu jingħata appuntament minnufih.”.

Meta jiġi stabbilit l-appuntament, l-urġenza possibbli mitluba mill-applikant għall-viża jenħtieġ li titqies fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(3) tal-Ftehim. Id-deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-perjodu għat-teħid ta' deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-viża tittieħed mill-uffiċjal konsulari.

2.1.3.   Tluq mill-pajjiż f'każ tat-telf jew serq ta' dokumenti tal-identità

L-Artikolu 8 tal-Ftehim jipprevedi li:

“Ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Azerbajġan li jkunu tilfu d-dokumenti ta' identità tagħhom, jew li jkunu nsterqulhom dawn id-dokumenti waqt iż-żjara tagħhom fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew l-Istati Membri, jistgħu jħallu dak it-territorju fuq il-bażi ta' dokumenti ta' identità validi li jippermettu l-qsim tal-fruntiera, maħruġa minn missjonijiet diplomatiċi jew postijiet konsulari tal-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Azerbajġan mingħajr viża jew awtorizzazzjoni oħra.”.

F'każ ta' telf jew serq ta' dokumenti tal-identità, dokumenti tal-identità validi li jintitolaw id-detenturi tal-viża biex jaqsmu l-fruntiera maħruġa mill-missjonijiet diplomatiċi jew l-uffiċċji konsulari tkun suffiċjenti bħala bażi biex jitilqu mit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew miż-żona ta' Schengen. L-ebda dokument, awtorizzazzjoni jew formalitajiet oħra ta' kwalunkwe xorta ma jista' jiġi mistenni mill-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti mid-detentur tal-viża jew mill-uffiċċju konsulari.

2.1.4.   Estensjoni tal-viża f'ċirkostanzi eċċezzjonali

L-Artikolu 9 tal-Ftehim jipprevedi li:

“Ċittadini tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan li ma jkunux jistgħu jitilqu mit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew it-territorju tal-Istati Membri sad-data ddikjarata fil-viżi tagħhom għal raġunijiet ta' force majeure jkollhom il-perjodu ta' validità u/jew it-tul ta' soġġorn tal-viża maħruġa tagħhom estiż mingħajr ħlas konformement mal-leġiżlazzjoni applikata mir-Repubblika tal-Azerbajġan jew l-Istat Membru riċeventi għall-perjodu meħtieġ għar-ritorn lejn l-Istat ta' residenza tagħhom”.

Rigward l-estensjoni tal-validità tal-viża f'każijiet ta' raġunijiet personali ġustifikati, fejn id-detentur tal-viża ma jkunx jista' jitlaq mit-territorju tal-Istat Membru sad-data indikata fuq l-istiker tal-viża, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33 tal-Kodiċi dwar il-Viżi għandhom japplikaw sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-Ftehim. Madankollu, skont il-Ftehim l-estensjoni tal-viża ssir mingħajr ħlas f'każ ta' force majeure jew raġunijiet umanitarji.

Fir-rigward tar-Repubblika tal-Ażerbajġan, il-Kodiċi tal-Migrazzjoni japplika għal kwistjonijiet dwar l-estensjoni tal-perjodu ta' residenza temporanju għall-barranin fir-Repubblika tal-Azerbajġan.

Id-deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-perjodu ta' residenza temporanja għall-barranin fir-Repubblika tal-Ażerbajġan hija dokument uffiċjali li jawtorizza persuni barranin li joqogħdu temporanjament fir-Repubblika tal-Azerbajġan.

Barranin b'perjodu ta' soġġorn temporanju estiż fir-Repubblika tal-Azerbajġan jistgħu joħorġu mill-pajjiż permezz ta' punti ta' qsim tal-fruntiera billi jippreżentaw il-passaporti jew dokumenti oħra tagħhom tal-qsim tal-fruntieri u d-deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-perjodu ta' soġġorn temporanju.

2.2.   Regoli li japplikaw għal ċerti kategoriji ta' applikanti għall-viża

2.2.1.   Provi dokumentati dwar l-għan tal-vjaġġ

Għall-kategoriji tal-persuni elenkati fl-Artikolu 4(1) tal-Ftehim, tkun meħtieġa biss l-evidenza dokumentarja indikata li tagħti prova tal-għan tal-vjaġġ. Kif previst fl-Artikolu 4(3) tal-Ftehim, l-ebda ġustifikazzjoni, stedina jew validazzjoni oħra dwar l-għan tal-vjaġġ ma tkun meħtieġa.

Madankollu, dan ma jfissirx eżenzjoni mir-rekwiżit ġenerali li persuna għandha tidher personalment sabiex tippreżenta l-applikazzjoni għall-viża jew biex tipprovdi dokumenti ġustifikattivi rigward eżempju l-mezzi ta' għejxien.

Jekk f'każijiet individwali jkun għad fadal xi dubji rigward l-awtentiċità tad-dokument li jagħti prova tal-għan reali tal-vjaġġ, skont l-Artikolu 21(8) tal-Kodiċi dwar il-Viżi u l-Kodiċi tal-Migrazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan, l-applikant għall-viża jista' jissejjaħ għal intervista addizzjonali fl-ambaxxata u/jew fil-konsulat fejn dak l-applikant ikun jista' jiġi mistoqsi dwar l-iskop reali taż-żjara jew dwar l-intenzjoni tal-applikant li jirritorna. F'każijiet individwali bħal dawn, jistgħu jiġu provduti dokumenti addizzjonali b'mod volontarju mill-applikant għall-viża jew jistgħu jintalbu b'mod eċċezzjonali mill-uffiċjal konsulari. Dik il-prattika, madankollu, ma għandhiex tkun sistematika u tiġi mmonitorjata mill-qrib mill-Kumitat Konġunt.

Fil-prinċipju, id-dokument oriġinali mitlub mill-Artikolu 4(1) tal-Ftehim jiġi ppreżentat mal-applikazzjoni għall-viża. Madankollu, il-konsulat jista' jibda l-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-viża bbażata fuq il-facsimile jew kopji tad-dokument. Madankollu, il-konsulat jista' jitlob id-dokument oriġinali fil-każ tal-ewwel applikazzjoni għall-viża u jitlob għalih f'każijiet individwali f'każ ta' xi dubju.

Għall-kategoriji ta' persuni mhux imsemmija fl-Artikolu 4 tal-Ftehim (pereżempju turisti), ikomplu japplikaw ir-regoli ġenerali rigward dokumentazzjoni li sservi ta' prova tal-għan tal-vjaġġ. L-istess japplika għal dokumenti rigward il-kunsens tal-ġenituri għall-ivvjaġġar ta' tfal taħt it-18-il sena.

Ir-regoli ta' Schengen u tal-liġi nazzjonali għndhom japplikaw fi kwistjonijiet li mhumiex koperti mill-Ftehim, bħar-rikonoxximent ta' dokumenti tal-ivvjaġġar u l-garanziji dwar ir-ritorn u l-mezzi suffiċjenti ta' għejxien.

L-Artikolu 4(1) tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   Għal dawn il-kategoriji ta' ċittadini tal-Unjoni u r-Repubblika tal-Azerbajġan, id-dokumenti li ġejjin huma suffiċjenti sabiex ikun ġustifikat l-għan tal-vjaġġ lejn il-Parti l-oħra:

(a)

għal qraba mill-viċin — konjugi, tfal (inklużi dawk adottati), ġenituri (inklużi kustodji), nanniet u tfal tat-tfal (grand-children) — li jżuru liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jirrisjedu legalment fit-territorju tar-Repubblika tal-Ażerbajġan jew ċittadini tar-Repubblika tal-Ażerbajġan li jirrisjedu legalment fl-Istati Membri, jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini, jew ċittadini tar-Repubblika tal-Ażerbajġan residenti fit-territorju tar-Repubblika tal-Ażerbajġan:

talba bil-miktub mill-persuna ospitanti;”.

L-awtentiċità tal-firma tal-persuna li tagħmel l-istedina trid tkun ikkonfermata mill-awtorità kompetenti skont il-leġislazzjoni nazzjonali tal-pajjiż ta' residenza. L-istedina jenħtieġ li tiġi validata mill-awtoritajiet kompetenti.

Din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għall-qraba ta' persunal li jaħdem f'missjonijiet diplomatiċi u konsulati li jivvjaġġaw għal żjara lill-familja ta' mhux aktar minn 90 jum fit-territorju tal-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Ażerbajġan, minbarra l-ħtieġa li tinġieb prova ta' residenza legali u tar-rabtiet familjari.

“(b)

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, għall-membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali inklużi l-membri permanenti tat-tali delegazzjonijiet li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea jew ir-Repubblika tal-Azerbajġan, jieħdu sehem f'laqgħat uffiċjali, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll f'avvenimenti li jsiru minn organizzazzjonijiet intergovernattivi fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew f'wieħed mill-Istati Membri:

ittra maħruġa minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew minn istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea li tikkonferma li l-applikant ikun membru tad-delegazzjoni tagħha rispettivament jew membru permanenti tad-delegazzjoni tagħha, li qed jivvjaġġa lejn it-territorju tal-Parti l-oħra biex jipparteċipa f'dawn l-avvenimenti msemmija, flimkien ma' kopja tal-istedina uffiċjali;”.

Isem l-applikant għall-viża irid ikun indikat fl-ittra maħruġa mill-awtorità kompetenti li tikkonferma li l-persuna tkun parti mid-delegazzjoni li qed tivvjaġġa lejn it-territorju tal-Parti l-oħra biex tipparteċipa fil-laqgħa uffiċjali. Isem l-applikant għall-viża ma għandux neċessarjament jiġi indikat ukoll fl-istedina uffiċjali biex jieħu sehem fil-laqgħa, għalkemm dan jista' jkun il-każ meta l-istedina uffiċjali tkun indirizzata lil persuna speċifika.

Dik id-dispożizzjoni tapplika għal membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali irrispettivament mit-tip ta' passaport (ta' servizz jew ordinarju) li jkollhom.

“(c)

għal nies tan-negozju jew rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tan-negozju:

talba bil-miktub mill-persuna ġuridika jew kumpanija ospitanti, organizzazzjoni jew uffiċċju jew fergħa ta' tali persuna ġuridika, jew kumpanija jew awtoritajiet statali jew lokali tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew l-Istati Membri jew kumitati organizzattivi jew wirjiet ta' kummerċ u industrija, konferenzi u simpożji li jsiru fit-territorji tar-Repubblika tal-Ażerbajġan jew f'xi wieħed mill-Istati Membri, approvata mill-awtoritajiet kompetenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali;”.

Barra minn dan ta' hawn fuq, ir-reġistru pubbliku nazzjonali joħroġ dokument li jikkonferma l-eżistenza ta' organizzazzjonijiet tan-negozju.

“(d)

għal xufiera li jwasslu tagħbija internazzjonali u servizzi ta' trasport ta' passiġġieri bejn it-territorji tar-Repubblika tal-Azerbajġan u l-Istati Membri f'vetturi reġistrati fl-Istati Membri jew fir-Repubblika tal-Azerbajġan:

talba bil-miktub mill-assoċjazzjoni jew il-kumpanija nazzjonali (trejdjunji) ta' min iġorr fir-Repubblika tal-Ażerbajġan jew l-assoċjazzjonijiet nazzjonali oħra ta' min iġorr fl-Istati Membri li jfornu trasport internazzjonali bit-triq, li tagħti l-għan, l-itinerarju, it-tul u l-frekwenza tal-vjaġġi;”.

L-assoċjazzjoni b'kompetenza biex toħroġ it-talba bil-miktub hija l-assoċjazzjoni nazzjonali tal-pajjiż tal-oriġini tax-xufier. Fergħat reġjonali jew fergħat oħra ta' assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri jistgħu wkoll joħorġu t-talbiet bil-miktub.

“(e)

għal studenti, studenti gradwati u għalliema li jakkumpanjawhom li jivvjaġġaw għall-iskop ta' studju jew taħriġ edukattiv, inkluż il-qafas ta' programmi ta' skambju kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-iskola:

talba bil-miktub jew ċertifikat ta' reġistrazzjoni mill-università, akkademja, istitut, kulleġġ jew skola li tospita, jew karti tal-istudenti jew ċertifikati tal-korsijiet li jkunu se jattendu;”.

Karti tal-istudent tista' tiġi aċċettata biss bħala ġustifikazzjoni tal-iskop ta' vjaġġ meta tinħareġ mill-università, kulleġġ jew skola ospitanti fejn ikun ser isir l-istudju jew it-taħriġ edukattiv.

“(f)

għal persuni li jkunu qed jipparteċipaw f'attivitajiet xjentifiċi, akkademiċi, kulturali jew artistiċi, inklużi programmi universitarji u programmi oħra ta' skambju:

talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li qed tospita biex jieħdu sehem f'dawk l-attivitajiet;

(g)

għall-ġurnalisti u l-ekwipaġġ tekniku li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali:

ċertifikat jew dokument ieħor maħruġ minn organizzazzjoni professjonali jew minn impjegatur lill-applikant, li jixhed li l-persuna konċernata hi ġurnalist kwalifikat u li jistqarr li l-għan tal-vjaġġ hu li jwettaq xogħol ġurnalistiku jew li jixhed li l-persuna hi membru tal-ekwipaġġ tekniku li qed jakkumpanja l-ġurnalist f'kapaċità professjonali;”.

Din il-kategorija ma tkoprix ġurnalisti li jkunu qed jaħdmu għal rashom u l-assistenti tagħhom.

Iridu jiġu ppreżentati ċertifikat jew dokument maħruġ minn organizzazzjoni professjonali ġurnalistika jew minn min iħaddem lill-applikant għall-viża, li jagħti prova li l-applikant hu ġurnalist kwalifikat jew persuna li takkumpanjaha f'kapaċità professjonali, u li jiddikjara li l-għan tal-vjaġġ huwa li jitwettaq xogħol ġurnalistiku jew li tingħata assistenza f'dak ix-xogħol.

“(h)

għal parteċipanti f'avvenimenti sportivi internazzjonali u persuni li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali:

talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li tkun qed tospita, mill-awtoritajiet kompetenti, mill-Federazzjonijiet sportivi nazzjonali tal-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew il-Kumitat Olimpiku Nazzjonali tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew Kumitati Olimpiċi Nazzjonali tal-Istati Membri;”.

Il-lista ta' persuni li jakkumpanjaw fil-każ ta' avvenimenti sportivi internazzjonali jkun limitat għal dawk li jakkumpanjaw lill-isportivi f'kapaċità professjonali: allenaturi, massaġġaturi, maniġers, persunal mediku, u l-kap tal-klabb sportiv. Għalhekk is-sostenituri ma jitqisux bħala persuni li jkunu qed jakkumpanjaw.

“(i)

għal parteċipanti fi programmi uffiċjali ta' bdil organizzati minn bliet ġemellati:

talba bil-miktub mill-Kap tal-Amministrazzjoni/mis-Sindku ta' dawn l-ibliet;”.

Il-Kap tal-Amministrazzjoni/is-Sindku tal-belt jew il-lokalità kompetenti li toħroġ talba bil-miktub ikun il-Kap tal-Amministrazzjoni/is-Sindku tal-belt ospitanti jew tal-lokalità fejn l-attività ta' ġemellaġġ tkun ser isseħħ. Dik il-kategorija tkopri biss ġemellaġġi uffiċjali.

“(j)

għal persuni li jkunu qed jivvjaġġaw għal raġunijiet mediċi u l-persuni li jkun jeħtieġ li jakkumpanjawhom:

dokument uffiċjali tal-istituzzjoni medika li jikkonferma l-ħtieġa ta' kura medika f'din l-istituzzjoni, in-neċessità tal-akkumpanjament, u evidenza ta' mezzi finanzjarji suffiċjenti sabiex jitħallas it-trattament mediku.”.

Irid jiġi ppreżentat dokument maħruġ minn istituzzjoni medika li jikkonferma t-tliet elementi (il-ħtieġa ta' kura medika f'din l-istituzzjoni, in-neċessità tal-akkumpanjament u l-prova ta' mezzi finanzjarji suffiċjenti sabiex jitħallas it-trattament mediku, pereżempju prova ta' ħlas bil-quddiem).

“(k)

għal membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f'wirjiet internazzjonali, konferenzi, simposji, seminars jew attivitajiet simili oħra li jsiru fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew tal-Istati Membri:

talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li tkun qed tospita li tikkonferma li l-persuna kkonċernata qed tipparteċipa fl-avveniment;

(l)

għar-rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta jagħmlu vjaġġi għall-għanijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inklużi fil-qafas ta' programmi ta' bdil:

talba bil-miktub maħruġa mill-organizzazzjoni li tospita, konferma li l-persuna tkun qiegħda tirrappreżenta l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u ċ-ċertifikat dwar l-istabbiliment ta' tali organizzazzjoni mir-Reġistru rilevanti maħruġ minn awtorità tal-Istat skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali;”.

Irid jiġi ppreżentat dokument mingħand l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili li jikkonferma li l-applikant għall-viża jkun qed jirrappreżenta dik l-organizzazzjoni.

Membri individwali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mhumiex koperti mill-Ftehim.

“(m)

qraba li jżuru għal ċerimonji ta' dfin:

dokument uffiċjali li jikkonferma l-fatt ta' mewt kif ukoll ir-relazzjoni familjali jew oħra bejn l-applikant u l-midfun;

(n)

għal żjarat f'ċimiterji militari u ċivili.

dokument uffiċjali li jikkonferma l-eżistenza u l-preservazzjoni tal-qabar kif ukoll tar-relazzjoni familjali jew oħra bejn l-applikant u l-midfun.”.

Il-Ftehim ma jispeċifikax jekk id-dokument uffiċjali msemmi hawn fuq jenħtiġx jinħareġ mill-awtoritajiet tal-pajjiż fejn ikun hemm il-post tad-difna jew inkella minn dawk tal-pajjiż fejn tirresjedi l-persuna li tkun trid iżżur il-post tad-difna. Jenħtieġ li jiġi aċċettat li l-awtoritajiet kompetenti ta' kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi jistgħu joħorġu dokument uffiċjali bħal dan.

Irid jiġi ppreżentat id-dokument uffiċjali msemmi hawn fuq li jikkonferma l-eżistenza u l-preservazzjoni tal-qabar kif ukoll tar-relazzjoni familjali jew ta' xort'oħra bejn l-applikant għall-viża u l-persuna midfuna.

Il-Ftehim ma joħloq l-ebda regoli ġodda ta' responsabbiltà għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li joħorġu t-talbiet bil-miktub. Il-liġi tal-Unjoni u/jew dik nazzjonali rispettiva tapplika fil-każ ta' ħruġ falz ta' talbiet bħal dawn.

2.2.2.   Ħruġ ta' viżi għal dħul multiplu.

F'każijiet fejn l-applikant tal-viża jeħtieġ li jivvjaġġa sikwit fit-territorju tal-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Ażerbajġan, jistgħu jinħarġu viżi għal soġġorn qasir għal diversi soġġorni, sakemm it-tul totali ta' dawk iż-żjarat ma jaqbiżx id-90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum.

L-Artikolu 5 tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Azerbajġan għandhom joħorġu viżi b'terminu ta' validità sa massimu ta' ħames (5) snin għal dawn il-kategoriji ta' ċittadini:

(a)

Konjugi, tfal (inklużi dawk adottati), li jkunu taħt l-età ta' 21 jew ikunu dipendenti, ġenituri (inklużi l-kustodi), li jżuru liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jirrisjedu legalment fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew ċittadini tar-Repubblika tal-Azerbajġan li jkunu legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini, jew ċittadini tar-Repubblika tal-Azerbajġan residenti fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan;

(b)

membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea jew ir-Repubblika tal-Azerbajġan, jieħdu sehem b'mod regolari f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll f'avvenimenti li jsiru minn organizzazzjonijiet intergovernattivi fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew f'wieħed mill-Istati Membri;

B'deroga mill-ewwel sentenza, fejn il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolarment hija manifestament limitata għal perjodu iqsar, it-terminu tal-validità tal-viża ta' diversi dħul hu limitat għal dak il-perjodu, partikolarment meta:

fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt (a), il-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni għal residenza legali ta' ċittadini tar-Repubblika tal-Azerbajġan li jirrisjedu legalment f'wieħed mill-Istati Membri jew ċittadini tal-Unjoni li jirrisjedu legalment fir-Repubblika tal-Azerbajġan,

fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt (b), il-perjodu tal-validità tal-istatus bħala membru permanenti ta' delegazzjoni uffiċjali,

ikun inqas minn ħames snin.”

Filwaqt li jitqies l-istatus professjonali ta' dawk il-kategoriji ta' persuni, jew ir-relazzjoni familjali tagħhom ma' ċittadin tar-Repubblika tal-Ażerbajġan li jkun legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri, ċittadin tal-Unjoni li jkun legalment residenti fit-territorju tar-Repubblika tal-Ażerbajġan, jew ma' ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fi Stat Membru li tiegħu dik il-persuna jkollha ċ-ċittadinanza, huwa ġustifikat li jingħataw viża għal dħul multiplu b'terminu ta' validità ta' ħames snin, jew limitata għat-terminu tal-kariga jew residenza legali tagħhom jekk dawn ikunu ta' inqas minn ħames snin.

Il-persuni li jaqgħu taħt il-punt (a) tal-Artikolu 5(1) tal-Ftehim, iridu jippreżentaw prova tar-residenza legali tal-persuna ospitanti.

Fir-rigward ta' persuni li jaqgħu taħt il-punt (b) tal-Artikolu 5(1), trid tingħata konferma rigward l-istatus professjonali tagħhom u t-tul tal-mandat tagħhom.

Dik id-dispożizzjoni ma tapplikax għal persuni li jaqgħu taħt l-Artikolu 5(1)(b) tal-Ftehim, jekk dawn ikunu eżentati mill-ħtieġa ta' viża mill-Ftehim, jiġifieri jekk ikunu detenturi ta' passaport diplomatiku.

F'każijiet fejn il-bżonn jew l-intenzjoni ta' vjaġġar ta' sikwit jew regolari jkun manifestament limitat għal perjodu iqsar, il-validità tal-viża ta' dħul multiplu tkun limitata għal dak il-perjodu.

“2.   Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri u r-Repubblika tal-Azerbajġan joħorġu viżi għal dħul multiplu b'perjodu ta' validità ta' sena għal dawn il-kategoriji ta' ċittadini, jekk kemm-il darba matul is-sena ta' qabel ikunu kisbu mill-inqas viża waħda, ikunu użawha skont il-liġijiet ta' dħul u residenza fit-territorju tal-Istat li żaru:

(a)

studenti, studenti gradwati li jivvjaġġaw regolarment għall-għanijiet ta' studju jew taħriġ edukattiv, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju;

(b)

ġurnalisti u ekwipaġġ tekniku li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali;

(c)

parteċipanti fi programmi uffiċjali ta' bdil organizzati minn bliet ġemellati;

(d)

xufiera li jwasslu tagħbija internazzjonali u servizzi ta' trasport ta' passiġġieri bejn it-territorji tar-Repubblika tal-Azerbajġan u l-Istati Membri f'vetturi reġistrati fl-Istati Membri jew fir-Repubblika tal-Azerbajġan;

(e)

il-persuni li jeħtieġu li jżuru regolarment għal raġunijiet mediċi u l-persuni meħtieġa li jakkumpanjawhom;

(f)

membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f'wirjiet internazzjonali, konferenzi, simposji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili li jivvjaġġaw b'mod regolari lejn ir-Repubblika tal-Azerbajġan jew l-Istati Membri;

(g)

rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jivvjaġġaw b'mod regolari lejn ir-Repubblika tal-Azerbajġan jew l-Istati Membri għall-għanijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju;

(h)

persuni li jkunu qed jipparteċipaw f'attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi, inklużi programmi universitarji u programmi oħra ta' bdil, li jivvjaġġaw regolarment fir-Repubblika tal-Azerbajġan jew fl-Istati Membri;

(i)

parteċipanti f'avvenimenti internazzjonali tal-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali;

(j)

membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea jew ir-Repubblika tal-Azerbajġan, jieħdu sehem b'mod regolari f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll f'avvenimenti li jsiru minn organizzazzjonijiet intergovernattivi fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew tal-Istati Membri;

(k)

nies fin-negozju u rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet ta' negozju li jivvjaġġaw regolarment fir-Repubblika tal-Azerbajġan jew fl-Istati Membri;

B'deroga mill-ewwel sentenza, fejn il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolarment hija manifestament limitata għal perjodu iqsar, it-terminu tal-validità tal-viża għal dħul multiplu jkun limitat għal dak il-perjodu.”.

Fil-prinċipju, viżi għal dħul multiplu b'perjodu ta' validità ta' sena jinħarġu lill-kategoriji ta' applikanti għall-viżi msemmija hawn fuq jekk matul is-sena ta' qabel (12-il xahar) l-applikant għall-viża jkun kiseb tal-anqas viża waħda u jkun għamel użu minnha skont il-liġijiet dwar id-dħul u s-soġġorn fit-territorju/i tal-Istat(i) viżitati (pereżempju, il-persuna ma tkunx baqgħet aktar milli kien imissha) u jekk ikun hemm raġunijiet biex tintalab viza għal dħul multiplu.

F'każijiet fejn ma jkunx ġustifikat li tinħareġ viża valida għal sena, pereżempju jekk it-tul tal-programm ta' skambju jkun ta' inqas minn sena jew il-persuna ma jkollhiex bżonn li tivvjaġġa għal sena sħiħa, il-perjodu ta' validità tal-viża tkun ta' anqas minn sena, sakemm ir-rekwiżiti l-oħra għall-ħruġ tal-viża jkunu ssodisfati.

“3.   Missjonijiet diplomatiċi u pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Azerbajġan joħorġu viżi ta' dħul multiplu b'perjodu ta' validità minimu ta' sentejn (2) u massimu ta' ħames (5) snin għall-kategoriji ta' ċittadini msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jekk kemm-il darba fis-sentejn (2) ta' qabel ikunu wżaw il-viżi ta' dħul multiplu għal sena skont il-liġijiet dwar id-dħul u r-residenza fit-territorju tal-Istat li żaru sakemm il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolarment ma tkunx manifestament limitata għal perjodu iqsar, li f'dan il-każ il-perjodu tal-validità tal-viża ta' dħul multiplu jkun limitat għal dak il-perjodu.

4.   Il-perjodu totali ta' residenza ta' persuni msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż id-90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum fit-territorju tal-Istati Membri jew fir-Repubblika tal-Azerbajġan.”.

Il-viżi għal dħul multiplu b'perjodu ta' validità ta' sentejn u massimu ta' ħames snin jinħarġu għall-kategoriji ta' applikanti għall-viżi msemmija fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim, bil-kondizzjoni li matul is-sentejn ta' qabel (24 xahar) ikunu użaw iż-żewġ viżi ta' sena għal dħul multiplu skont il-liġijiet dwar id-dħul u s-soġġorni fit-territorju/i tal-Istat(i) viżitat(i) u li l-ħtiġijiet għat-talba ta' viża għal dħul multiplu jkunu għadhom validi. Għandu jiġi nnutat li viża b'perojdu ta' validità ta' minimu ta' ħames snin, tinħareġ biss jekk l-applikant għall-viża jkun ingħata żewġ viżi validi għal mill-anqas sena matul is-sentejn ta' qabel (24 xahar), u jekk dik il-persuna tkun użat dawk il-viżi skont il-liġijiet tad-dħul u s-soġġorn fit-territorju(i) tal-Istat(i) viżitat(i). Il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari jiddeċiedu, fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta' kull applikazzjoni għall-viża, dwar il-perjodu ta' validità ta' dawk il-viżi, jiġifieri minn sentejn sa ħames snin.

Ma hemm l-ebda obbligu li tinħareġ viża għal dħul multiplu jekk l-applikant tal-viża ma jkunx għamel użu minn viża maħruġa preċedentement.

2.2.3.   Id-detenturi ta' passaporti diplomatiċi.

L-Artikolu 10 tal-Ftehim jipprevedi li:

“1.   Ċittadini tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan li huma detenturi ta' passaporti diplomatiċi validi jistgħu jidħlu, joħorġu jew jagħmlu tranżitu mit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew l-Istati Membri mingħajr viżi.

2.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu joqogħdu fit-territorju tar-Repubblika tal-Azerbajġan jew fit-territorji tal-Istati Membri għal perjodu li ma jaqbiżx id-90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum.”

Il-proċeduri għall-postazzjoni ta' diplomatiċi fl-Istati Membri mhumiex koperti bil-Ftehim. Tapplika l-proċedura ta' akkreditazzjoni normali.

III.   KOOPERAZZJONI DWAR DOKUMENTI TAL-IVVJAĠĠAR

F'Dikjarazzjoni Konġunta annessa mal-Ftehim il-Partijiet qablu li l-Kumitat Konġunt jenħtieġ li jevalwa l-impatt tal-livell ta' sigurtà tad-dokumenti rispettivi tal-ivvjaġġar fuq il-funzjonament tal-Ftehim. Għal dan il-għan, il-Partijiet qablu li jinformaw lil xulxin b'mod regolari dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu biex jiġi evitat it-tifrix ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, billi jiġu żviluppati l-aspetti tekniċi tas-sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar kif ukoll dwar il-proċess tal-personalizzazzjoni tal-ħruġ ta' dokumenti tal-ivvjaġġar.

IV.   L-ISTATISTIKA

Sabiex il-Kumitat Konġunt ikun jista' jimmonitorja b'mod effettiv l-implimentazzjoni tal-Ftehim, il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri għandhom jippreżentaw statistika lill-Kummissjoni kull sitt xhur. Fejn ikun possibbli, dik l-istatistika jenħtieġ li tinkludi, ippreżentat b'analiżi ta' kull xahar:

l-għadd ta' viżi miċħuda;

l-għadd ta' viżi għal dħul multiplu maħruġa;

it-tul tal-validità tal-viżi għal dħul multiplu maħruġa;

l-għadd ta' viżi maħruġa mingħajr tariffi.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa, ĠU UE L 81, tal-21.3.2001, p. 1).

(2)  ĠU UE L 239, 22.9.2000, p. 19.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU UE L 243, 15.9.2009, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU UE L 77, 23.3.2016, p. 1).

(5)  Il-Kodiċi dwar il-Migrazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan ġie adottat mil-Liġi tar-Repubblika tal-Azerbajġan Nru 713-IVQ, fit-2 ta' Lulju 2013, u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2013.

(6)  Id-Deċiżjoni Nru 565/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorji tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 895/2006/KE u Nru 582/2008/KE (ĠU L 157, 27.5.2014, p. 23). Minħabba n-nuqqas ta' relazzjonijiet diplomatiċi, Ċipru bħalissa jeżenta d-detenturi tal-passaporti tal-Azerbajġan (ħlief passaporti diplomatiċi) mid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 565/2014/UE.

(7)  L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 539/2001.

(8)  Ir-Rakkomandazzjoni (2005/761/KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2005 biex jiġi faċilitat il-ħruġ mill-Istati Membri ta' viżi għal waqfiet qosra uniformi għal riċerkaturi minn pajjiżi terzi li jkunu qed jivvjaġġaw fil-Komunità bil-għan li jagħmlu riċerka xjentifika (OJ L 289, 3.11.2005, p. 23).


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/312

tas-27 ta' Frar 2018

li taħtar membru, propost mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Iñigo de la SERNA HERNÁIZ, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Hija b'dan maħtura membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sinjura Concepción GAMARRA RUIZ-CLAVIJO, Alcaldesa de Logroño.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/40


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/313

tat-28 ta' Frar 2018

li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces

(notifikata bid-dokument C(2018) 1149)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b'mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 6(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (4) tistabbilixxi lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Dik il-lista hija stabbilita fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni.

(2)

Il-Belġju informa lill-Kummissjoni li l-approvazzjoni taċ-ċentri ta' spezzjoni, Avia Partner u WFS, fl-ajruport ta' Brussel-Zaventem jenħtieġ li tiġi ristretta għal prodotti taħt ċerti temperaturi kkontrollati. Għalhekk, l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(3)

Wara l-proposta mid-Danimarka, l-approvazzjoni għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta' København jenħtieġ li tiġi restritta għal prodotti ppakkjati biss. Għalhekk, l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni li rtirat l-approvazzjoni għal prodotti għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruport ta' Hannover-Langenhagen. Għalhekk, l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

L-Irlanda infurmat lill-Kummissjoni li rtirat l-approvazzjoni għall-annimali ungulati ħajjin fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruport ta' Shannon. Għalhekk, l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(6)

Spanja infurmat lill-Kummissjoni li ssospendiet l-approvazzjoni ta' post ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruport ta' Alicante fir-rigward ta' annimali ħajjin u ta' prodotti mhux maħsuba għall-konsum uman. Għalhekk, l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(7)

Wara l-proposta minn Spanja, jenħtieġ li tiżdied l-approvazzjoni ta' ċentru ta' spezzjoni ġdid imsejjaħ Alaire fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruport ta' Madrid u jenħtieġ li terġa' tiddaħħal l-approvazzjoni għaċ-ċentru ta' spezzjoni imsejjaħ Frigalsa fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta' Vigo. Għalhekk, l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(8)

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista tal-unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces).

(9)

Wara li rċeviet informazzjoni mill-Kroazja, jenħtieġ li jsiru ċerti bidliet fil-lista ta' unitajiet lokali fit-Traces għal dak l-Istat Membru. Għalhekk id-Deċiżjoni 2009/821/KE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 dwar it-tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-parti li tikkonċerna lill-Belġju, l-entrata għall-ajruport ta' Brussell-Zaventem tinbidel b'dan li ġej:

“Brussel–Zaventem

Bruxelles-Zaventem

BE BRU 4

A

Flight Care 2

NHC(2)

U,E,O

Avia Partner

HC-T(2)

 

WFS

HC-T(CH)(2)

 

Swiss Port

HC(2)”

 

(b)

fil-parti li tikkonċerna lid-Danimarka, l-entrata għall-port ta' København tinbidel b'dan li ġej:

“København

DK CPH 1

P

 

HC(1)(2), NHC-T(FR)(2), NHC-NT(2)”

 

(c)

fil-parti li tikkonċerna lill-Ġermanja, l-entrata għall-ajruport ta' Hannover-Langenhagen tinbidel b'dan li ġej:

“Hannover-Langenhagen

DE HAJ 4

A

 

 

O(10)”

(d)

fil-parti li tikkonċerna lill-Irlanda, l-entrata għall-ajruport f'Shannon tinbidel b'dan li ġej:

“Shannon

IE SNN 4

A

 

HC(2), NHC(2)

E”

(e)

il-parti li tikkonċerna lil Spanja hi emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-ajruport ta' Alicante tinbidel b'dan li ġej:

“Alicante

ES ALC 4

A

 

HC(2), NHC(2) (*)

O(10) (*)”

(ii)

l-entrata għall-ajruport ta' Madrid timbidel b'dan li ġej:

“Madrid

ES MAD 4

A

Iberia

HC-T(FR)(2) (*), HC-NT(2) (*), NHC(2)

U,E,O

Swissport

HC(2), NHC(2)

O

PER4

HC-T(CH)(2)

 

WFS World Wide Flight Services

HC(2), NHC-T(CH)(2), NHC-NT

O

Alaire

HC-T(2)”

 

(iii)

l-entrata għall-port ta' Vigo tinbidel b'dan li ġej:

“Vigo

ES VGO 1

P

T.C. Guixar

HC, NHC-T(FR), NHC-NT

 

Frioya

HC-T(FR)(2)(3)

 

Frigalsa

HC-T(FR)(3)

 

Pescanova

HC-T(FR)(2)(3)

 

Fandicosta (*)

HC-T(FR)(2)(3) (*)

 

Frig. Morrazo

HC-T(FR)(3)”

 

(2)

Fl-Anness II, fil-parti li tikkonċerna lill-Kroazja, dawn l-entrati jinbidlu b'dan li ġej:

“HR00001

BJELOVAR

HR00007

GRAD ZAGREB

HR00002

VUKOVAR

HR00003

PULA

HR00009

ŠIBENIK

HR00008

SLAVONSKI BROD

HR00004

SPLIT

HR00005

VARAŽDIN

HR00006

ZAGREB

HR00010

KARLOVAC

HR00011

SISAK

HR00012

VIROVITICA”


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/44


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/314

tal-1 ta' Marzu 2018

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2018) 1401)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”) u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4).

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE jridu jinkludu minn tal-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu minn tal-inqas sad-dati stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għal dawk iż-żoni.

(3)

Mid-data tal-adozzjoni tagħha 'l hawn, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata diversi drabi sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tal-influwenza avjarja. B'mod partikolari, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 (5) sabiex jiġu stabbiliti r-regoli fir-rigward tad-dispaċċ tal-konsenji ta' flieles ta' ġurnata miż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247. Dik l-emenda qieset il-fatt li l-flieles ta' ġurnata jirrappreżentaw riskju baxx ħafna ta' tixrid tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja meta mqabbla ma' prodotti bażiċi oħra tat-tjur.

(4)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata wkoll sussegwentement bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 (6) sabiex jissaħħu l-miżuri ta' kontroll tal-mard applikabbli fejn hemm riskju ikbar ta' tixrid tal-influenza avjarja b'patoġeniċità għolja. B'konsegwenza ta' dan, issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi l-istabbiliment fil-livell tal-Unjoni ta' żoni ristretti oħra fl-Istati Membri kkonċernati, kif imsemmi fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE, wara tifqigħa jew tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja, u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom. Issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll ir-regoli għad-dispaċċ ta' tjur ħaj, ta' flieles ta' ġurnata u ta' bajd għat-tifqis miż-żoni ristretti l-oħra lejn Stati Membri oħra, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1841 emendat ukoll l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 sabiex il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dak l-att jiġi estiż sal-31 ta' Mejju 2018.

(5)

Barra minn hekk, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat diversi drabi sabiex jitqiesu l-bidliet fil-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE.

(6)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2412 (7), wara n-notifika tan-Netherlands u tal-Italja dwar tifqigħat ulterjuri ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dawk l-Istati Membri. Dawk l-Istati Membri nnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni li kienu ħadu l-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħew dawk it-tifqigħat, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjendi tat-tjur infettati.

(7)

Mid-data li fiha saret l-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2412 'l hawn, in-Netherlands innotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ġdida ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N6 f'azjenda tat-tjur li tinsab fil-provinċja ta' Groningen fit-Tramuntana ta' dak l-Istat Membru. In-Netherlands innotifikaw ukoll lill-Kummissjoni li ħadu l-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħet dik it-tifqigħa reċenti, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjenda tat-tjur infettata.

(8)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni man-Netherlands, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru, jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjenda tat-tjur fejn ġiet konfermata t-tifqigħa.

(9)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex tiġi evitata l-impożizzjoni minn pajjiżi terzi ta' ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, huwa meħtieġ li, b'kollaborazzjoni man-Netherlands, jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti f'dak l-Istat Membru skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dak l-Istat Membru.

(10)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi aġġornata sabiex tiġi meqjusa s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fin-Netherlands marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja. B'mod partikolari, jenħtieġ li fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġu elenkati ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fin-Netherlands, li issa huma soġġetti għal restrizzjonijiet skont id-Direttiva 2005/94/KE.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu inklużi ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fin-Netherlands skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħa reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dak l-Istat Membru, u d-durata tar-restrizzjonijiet applikabbli fihom.

(12)

Barra minn hekk, meta titqies il-konferma tat-tifqigħa reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja fin-Netherlands, u r-riskju kontinwu ta' tifqigħat ulterjuri ta' dik il-marda fl-Unjoni, li jistgħu jippersistu għal perjodi ta' żmien twal anki matul ix-xhur tas-sajf, il-miżuri stipulati f'dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jenħtieġ li jibqgħu japplikaw sa tmiem is-sena. Għalhekk, huwa xieraq li l-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2018.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan.

(14)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 5, id-data “31 ta' Mejju 2018” tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2018”.

(2)

L-Anness huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 tal-10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 261, 11.10.2017, p. 26).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2412 tal-20 ta' Diċembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (OJ L 342, 21.12.2017, p. 29).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti A, l-annotazzjoni għan-Netherlands tinbidel b'dan li ġej:

Stat Membru: In-Netherlands

Iż-żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

Fil-provinċja ta' Groningen

Vanaf de kruising van Heirweg (Visvliet) en de N355, de N355 volgend in oostelijke richting tot aan de Bosscherweg.

De Bosscherweg volgend in noordelijke richting tot aan de Westerwaarddijk.

De Westwaarddijk volgend in oostelijke richting overgaand in de Oosterwaarddijk overgaand in zuidelijke richting tot aan de Pamaweg.

De Pamaweg volgend in oostelijke richting tot aan de Heereburen.

De Heereburen volgend in zuidelijke richting overgaand in oostelijke richting overgaand in zuidelijke richting overgaand in oostelijke richting tot aan de Frijtumerweg.

De Frijtumerweg volgend in zuidelijke richting tot aan de Balmahuisterweg.

De Balmahuisterweg volgend in zuidelijke richting tot aan de N355.

De N355 volgend in oostelijke richting overgaand in zuidelijke richting tot aan de Van Starkenborghkanaal ZZ.

De Van Starkenborghkanaal ZZ volgend in westelijke richting tot aan de Hoendiep Oostzijde.

De Hoendiep Oostzijde volgend in zuidelijke richting tot aan de Niekerkerdiep ZZ.

De Niekerkerdiep ZZ volgend in westelijke richting tot aan de Millinghaweg.

De Millinghaweg volgend in zuidelijke richting overgaand in de Fanerweg tot aan de Maarsdijk.

De Maarsdijk volgend in westelijke richting overgaand in noordelijke richting tot aan de N980.

De N980 volgend in zuidelijke richting overgaand in westelijke richting tot aan de De Noord.

De De Noord volgend in noordelijke richting tot aan de Caspar Roblesdijk.

De Caspar Roblesdijk volgend in westelijke richting tot aan de De Wieren.

De De Wieren volgend in noordelijke richting tot aan de Abel Tasmanweg.

De Abel Tasmanweg volgend in westelijke richting tot aan de Stationsweg.

De Stationsweg volgend in noordelijke richting tot aan de Heirweg.

De Heirweg volgend in oostelijke richting tot aan de kruising met de N355.

29.3.2018”

(2)

Fil-Parti B, l-annotazzjoni għan-Netherlands tinbidel b'dan li ġej:

Stat Membru: In-Netherlands

Iż-żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

Fil-provinċja ta' Groningen

Vanaf de kruising van de Kuipersweg en de N355 (Buitenpost), de N355 volgen in oostelijke richting tot aan de Steenharts.

De Steenharst volgend in noordelijke richting tot aan de Zevenhuisterweg.

De Zevenhuisterweg volgend in west noordelijke richting tot aan de Hesseweg.

De Hesseweg volgend in oostelijke richting tot aan de Brongersmaweg.

De Brongersmaweg volgend in noordelijke richting tot aan de Foijingaweg.

De Foijingaweg volgend in oostelijke richting tot aan de Wester-Nieuwkruisland.

De Wester-Nieuwkruisland volgend in noordelijke richting tot aan de Kwelderweg.

De Kwelderweg volgend in oostelijke richting tot aan de W. van der Ploegweg.

De W. van der Ploegweg volgend in noordelijke richting tot aan de Hooge Zuidwal.

De Hooge Zuidwal volgend in oostzuidelijke richting tot aan de N388.

De N388 volgend in noordelijke richting tot aan de Stationsstraat.

De Stationsstraat volgend in noordoostelijke richting tot aan het Hunsingokanaal (Water).

Het Hunsingokanaal (Water) volgend in oostelijke richting tot aan de Kanaalstraat.

De Kanaalstraat volgend in oostzuidelijke richting tot aan de Hoofdstraat.

De Hoofdstraat volgend in noordelijke richting tot aan de Vlakkeriet.

De Vlakkeriet volgend in oostelijke richting tot aan de Kattenburgerweg.

De Kattenburgerweg volgend in noordelijke richting overgaand in oostelijke richting overgaand in zuidelijke richting tot aan de Zuurdijksterweg.

De Zuurdijksterweg volgend in oostelijke richting tot aan de N983.

De N983 volgend in zuidelijke richting tot aan het Reitdiep (Water).

Het Reitdiep (Water) volgend in oostelijke richting tot aan het Aduarderdiep (Water)

Het Aduarderdiep (Water) volgend in zuidelijke richting tot aan het van Starkenborgh Kanaal (Water).

Het Starkenborgh Kanaal (Water) volgend in oostelijke richting tot aan de Gaaikemadijk.

De Gaaikemadijk volgend in zuidelijke richting tot aan de N355.

De N355 volgend in oostelijke richting tot aan de N977.

De N977 volgend in zuidelijke richting tot aan de Hoendiep.

De Hoendiep volgend in westelijke richting tot aan de Roderwolderdijk.

De Roderwolderdijk volgend in zuidelijke richting tot aan de A7.

De A7 volgend in westelijke richting tot aan de Matsloot.

De Matsloot volgend in zuidelijke richting tot aan de Sandebuur.

De Sandebuur volgend in westelijke richting overgaand in zuidelijke richting tot aan de Sandebuursedijk.

De Sandebuursedijk volgend in westelijke richting tot aan de Aan De Vaart.

De Aan de Vaart volgend in zuidelijke richting tot aan de Damweg.

De Damweg volgend in westelijke richting overgaand in de Turfweg tot aan de N372.

De N372 volgend in west noordelijke richting tot aan de Van Panhuijslaan.

De Van Panhuijslaan volgend in zuidelijke richting tot aan de Lindensteinlaan.

De Lindensteinlaan volgend in westelijke richting tot aan de Auwemalaan.

De Auwemalaan volgend in zuidelijke richting tot aan de Pastoor Hopperlaan.

De Pastoor Hopperlaan volgend in westelijke richting overgaand in de Veenderij tot aan de Turfring.

De Turfring volgend in zuidelijke richting overgaand in westelijke richting tot aan de Tolbertervaart.

De Tolbertervaart volgend in zuidelijke richting tot aan de N979.

De N979 volgend in westzuidelijke richting tot aan de Carolieweg.

De Carolieweg volgend in noordelijke richting overgaand in westelijke richting overgaand in de Grouwweg tot aan de Jonkersweg.

De Jonkersweg volgend in noordelijke richting tot aan de Nieuweweg.

De Nieuweweg volgend in westelijke richting overgaand in de Kruisweg tot aan de N980.

De N980 volgend in noordelijke richting tot aan de Leidijk.

De Leidijk volgend in westelijke richting tot aan de Zuiderweg.

De Zuiderweg volgend in westelijke richting tot aan de Oude Dijk.

De Oude Dijk volgend in noordelijke richting tot aan de N981.

De N981 volgend in westelijke richting tot aan de N358.

De N358 volgend in noordelijke richting overgaand in Lutkepost overgaand in de Kuipersweg tot aan de kruising met de N355.

29.3.2018

Vanaf de kruising van Heirweg (Visvliet) en de N355, de N355 volgend in oostelijke richting tot aan de Bosscherweg.

De Bosscherweg volgend in noordelijke richting tot aan de Westerwaarddijk.

De Westwaarddijk volgend in oostelijke richting overgaand in de Oosterwaarddijk overgaand in zuidelijke richting tot aan de Pamaweg.

De Pamaweg volgend in oostelijke richting tot aan de Heereburen.

De Heereburen volgend in zuidelijke richting overgaand in oostelijke richting overgaand in zuidelijke richting overgaand in oostelijke richting tot aan de Frijtumerweg.

De Frijtumerweg volgend in zuidelijke richting tot aan de Balmahuisterweg.

De Balmahuisterweg volgend in zuidelijke richting tot aan de N355.

De N355 volgend in oostelijke richting overgaand in zuidelijke richting tot aan de Van Starkenborghkanaal ZZ.

De Van Starkenborghkanaal ZZ volgend in westelijke richting tot aan de Hoendiep Oostzijde.

De Hoendiep Oostzijde volgend in zuidelijke richting tot aan de Niekerkerdiep ZZ.

De Niekerkerdiep ZZ volgend in westelijke richting tot aan de Millinghaweg.

De Millinghaweg volgend in zuidelijke richting overgaand in de Fanerweg tot aan de Maarsdijk.

De Maarsdijk volgend in westelijke richting overgaand in noordelijke richting tot aan de N980.

De N980 volgend in zuidelijke richting overgaand in westelijke richting tot aan de De Noord.

De De Noord volgend in noordelijke richting tot aan de Caspar Roblesdijk.

De Caspar Roblesdijk volgend in westelijke richting tot aan de De Wieren.

De De Wieren volgend in noordelijke richting tot aan de Abel Tasmanweg.

De Abel Tasmanweg volgend in westelijke richting tot aan de Stationsweg.

De Stationsweg volgend in noordelijke richting tot aan de Heirweg.

De Heirweg volgend in oostelijke richting tot aan de kruising met de N355.

29.3.2018”


RAKKOMANDAZZJONIJIET

2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/51


RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2017 TAL-KUNSILL TA' KOOPERAZZJONI UE-ARMENJA

tal-20 ta' Novembru 2017

dwar il-Prijoritajiet ta' Sħubija UE-Armenja [2018/315]

IL-KUNSILL TA' KOOPERAZZJONI UE-ARMENJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 78 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fit-22 ta' April 1996 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 78 tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa biex jinkisbu l-għanijiet tal-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 95(1) tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u għandhom jagħmlu ħilithom biex l-objettivi stabbiliti fil-Ftehim jintlaħqu.

(4)

Ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat ippropona fażi ġdida ta' involviment mas-sħab, li tippermetti sens akbar ta' sjieda miż-żewġ naħat.

(5)

L-Unjoni u l-Armenja qablu li jikkonsolidaw is-sħubija tagħhom billi jaqblu fuq sett ta' prijoritajiet għall-perjodu 2017-2020 bl-għan li jappoġġjaw u jsaħħu r-reżiljenza u l-istabbiltà tal-Armenja.

(6)

Il-Partijiet għall-Ftehim għalhekk qablu fuq it-test tal-Prijoritajiet ta' Sħubija UE-Armenja, li ser jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim, filwaqt li jiffokaw fuq il-kooperazzjoni f'interessi kondiviżi identifikati b'mod komuni,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Artikolu 1

Il-Kunsill ta' Kooperazzjoni jirrakkomanda li l-Partijiet jimplimentaw il-Prijoritajiet ta' Sħubija UE-Armenja, kif stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill ta' Kooperazzjoni

L-Unjoni Ewropea

F. MOGHERINI

Ir-Repubblika tal-Armenja

E. NALBANDIAN


(1)  ĠU L 239, 9.9.1999, p. 3.


ANNESS

PRIJORITAJIET TAS-SĦUBIJA BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ARMENJA

I.   KUNTEST

Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u l-Armenja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni”), ġie ffirmat fit-22 ta' April 1996 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999. L-UE u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Armenja, min-naħa l-oħra, fis-27 ta' Frar 2017, temmew in-negozjati dwar Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Mtejjeb (CEPA), li t-test tiegħu qed jiġi ffinalizzat għall-iffirmar. Il-Prijoritajiet tas-Sħubija bejn l-UE u l-Armenja għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni bejn is-sħab, inkluż fil-kuntest tal-ftehim il-ġdid. Il-Prijoritajiet tas-Sħubija jfittxu li jsaħħu r-relazzjoni bejn l-UE u l-Armenja u jippromwovu l-valuri universali u l-istabbiltà, ir-reżiljenza, is-sigurtà u l-prosperità mibnija fuq id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u t-tkabbir u l-ftuħ ekonomiku sostenibbli. Dawn huma allinjati mal-prijoritajiet stabbiliti mir-Repubblika tal-Armenja u l-UE, inklużi dawk stabbiliti fir-Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) (1). Il-Prijoritajiet tas-Sħubija jsegwu l-prinċipji ta' sjieda konġunta u divrenzjar u joħorġu minn erba' prijoritajiet (2) miftiehma b'mod konġunt fis-Summit ta' Riga tas-Sħubija tal-Lvant (Eastern Partnership, EaP) tal-2015, li kienu kkonfermati miż-żewġ naħat fil-Laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin għas-Sħubija tal-UE-Lvant f'Mejju 2016 bħala l-qafas ta' gwida għal ħidma futura. Fl-aħħar nett, il-Prijoritajiet tas-Sħubija huma wkoll skont l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli tal-2030 u l-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima u l-impenn tagħhom għal kwistjonijiet ta' sostenibbiltà ekonomika, ambjentali u soċjali u t-tibdil fil-klima.

L-UE u l-Armenja jaqsmu interessi u valuri komuni, b'mod partikolari fid-dawl tal-impenn tal-Armenja f'riformi ekonomiċi u politiċi kif ukoll il-kooperazzjoni reġjonali, inkluż fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant. Il-ftehim komprensiv il-ġdid ser iġedded u jifforma l-bażi ġuridika għar-relazzjonijiet bilaterali u trid tinħataf l-okkażjoni biex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Armenja, anke billi jaqblu fuq il-Prijoritajiet tas-Sħubija. Dan il-qafas ġenerali ġdid u l-oqsma prijoritarji ta' kooperazzjoni ser jibnu fuq l-interess reċiproku fit-tisħiħ tal-involviment tagħna filwaqt li jitqiesu l-impenji internazzjonali l-oħra tal-UE u tal-Armenja.

Il-Prijoritajiet tas-Sħubija jibnu fuq il-kooperazzjoni produttiva tal-passat inkluż fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-PEV, li ser jissostitwuh. Dawn il-Prijoritajiet tas-Sħubija jenħtieġu li jifformaw l-aġenda għal laqgħat regolari ta' djalogu politiku u djalogi settorjali kif definit fil-Ftehim il-ġdid, li ser ikun ukoll il-qafas għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Prijoritajiet.

Il-kooperazzjoni u programmar futuri bejn l-UE u l-Armenja, b'mod partikolari l-Qafas ta' Appoġġ Uniku għall-Armenja għall-2020-2017, ser ikunu bbażati fuq dawn il-Prijoritajiet tas-Sħubija.

II.   PRIJORITAJIET

Il-Prijoritajiet tas-Sħubija jirriflettu l-interessi komuni u jiffokaw fuq dawk l-oqsma fejn il-kooperazzjoni hija ta' benefiċċju reċiproku. L-Armenja u l-UE ser ikomplu jsegwu l-għanijiet ewlenin ta' appoġġ għall-istabbiltà reġjonali bbażata fuq valuri komuni u impenn qawwi għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem. Is-soċjetà ċivili hija attur importanti fil-kuntest tas-Sħubija tal-Lvant, u l-UE u l-Armenja ser ikomplu jiffaċilitaw iktar l-involviment tagħha fl-implimentazzjoni ta' dawn il-prijoritajiet. Il-kooperazzjoni ekonomika lejn tkabbir sostenibbli huwa qasam fejn l-interess reċiproku huwa qawwi u fejn aħna ser nesploraw l-opportunitajiet kollha possibbli biex jitjieb l-ambjent tan-negozju. Tkabbir aktar mgħaġġel u iktar inklużiv ser jeħtieġ it-tisħiħ tal-ħiliet xierqa u tal-kapital uman tal-istituzzjonijiet pubbliċi, u governanza iktar mtejba u konnessjonijiet infrastrutturali aħjar. L-indirizzar ta' dawn il-kwistjonijiet ser joħloq kundizzjonijiet favorevoli għal kooperazzjoni aktar b'saħħitha fis-setturi ewlenin u għal żieda fil-mobbiltà, għall-benefiċċju taċ-ċittadini kemm fl-UE kif ukoll fl-Armenja. Il-prijoritajiet huma interkonnessi u jsaħħu lil xulxin b'mod reċiproku. Kull tema ta' prijorità tinkludi diversi elementi f'approċċ multidixxiplinarju u trasversali li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan. Dan jinkludi l-involviment attiv konġunt f'fora ta' kooperazzjoni multilaterali, inkluż fil-qafas ta' Sħubija tal-Lvant.

1.   It-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-governanza tajba

L-UE u l-Armenja huma impenjati f'aktar kooperazzjoni bl-għan tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, u l-libertajiet fundamentali. Huma ser jaħdmu flimkien lejn titjib kontinwu tal-amministrazzjoni pubblika Armena, il-governanza u l-ġudikatura tajba, iżidu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jsaħħu s-soċjetà ċivili. L-ugwaljanza bejn is-sessi, il-kwistjonijiet ambjentali u soċjali ser jiġu integrati fl-oqsma kollha.

L-enfasi ser tkun fuq l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġislazzjoni rilevanti, inkluż l-Kostituzzjoni l-ġdida. Ir-riforma elettorali, li dwarha sar qbil f'Settembru 2016 fuq il-bażi ta', inter alia, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u l-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tagħha, tapplika mill-elezzjonijiet parlamentari tat-2 ta' April 2017. Il-partijiet ser jirsistu wkoll biex jiżviluppaw aktar ambjent favorevoli għas-soċjetà ċivili, inkluż l-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali, u l-parteċipazzjoni tagħhom fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Is-soċjetà ċivili ġiet ikkonsultata dwar it-twaqqif ta' dawn il-Prijoritajiet tas-Sħubija u ser ikollha wkoll rwol importanti billi tikkontribwixxi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom.

Il-partijiet ser jintensifikaw l-isforzi tagħhom għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż l-awtoritajiet lokali u l-eżekuzzjoni tal-liġi. ser tingħata importanza partikolari lill-istat tad-dritt, il-promozzjoni tal-indipendenza tal-ġudikatura, l-aċċess għall-ġustizzja u d-dritt għal proċess ġust. Din ir-riforma ser tibda b'qafas strateġiku għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika. L-għan tal-kooperazzjoni tagħna huwa li nsaħħu r-responsabilità u l-effikaċja tal-gvern b'mezzi li jinkludu ġestjoni tar-riżorsi umani moderna u sensittiva għad-differenza bejn is-sessi u l-użu mifrux tal-gvern elettroniku, inkluż fis-settur tas-saħħa. L-iżvilupp u l-evalwazzjoni tal-politika ser ikunu bbażati fuq evidenza ċara pprovduta minn, fost affarijiet oħra, servizz ta' statistika ta' kwalità għolja.

Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ser tkun fil-qalba tar-riforma amministrattiva u l-isforzi tal-pajjiż biex isaħħaħ l-istat tad-dritt. Il-kooperazzjoni ser tiffoka kemm fuq it-tisħiħ tal-korpi ta' kontra l-korruzzjoni kif ukoll fuq ir-rieżami tal-leġislazzjoni, b'mod partikolari s-sistema tal-akkwist pubbliku, is-sistema ta' dikjarazzjoni tal-assi biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tagħha, u l-ġestjoni ta' funzjonijiet pubbliċi fejn ir-riskji ekonomiċi u oħrajn huma l-ogħla (l-akkwist pubbliku, id-dwana, il-permessi) bl-għan li jiġu żgurati standards etiċi għoljin u jiġu evitati l-kunflitti ta' interess. Il-partijiet għandhom jimplimentaw l-għajnuna skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u jikkooperaw fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u tal-Armenja skont d-dispożizzjonijiet rilevanti tas-CEPA.

Il-Kooperazzjoni fis-settur tas-sigurtà ser tfittex biex issaħħaħ ir-responsabbiltà tal-operaturi tas-sigurtà u tindirizza tħassib komuni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, id-droga u t-terroriżmu, inkluż il-finanzjament tat-terroriżmu u l-ħasil tal-flus, b'mezzi li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet dwar il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà stabbiliti fid-diversi ftehimiet li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Armenja. Il-modernizzazzjoni ulterjuri tal-ġestjoni tal-fruntieri ser tikkontribwixxi kemm għas-sigurtà tal-pajjiż u r-reġjun kif ukoll għall-iżvilupp ekonomiku billi jiġu ffaċilitati l-iskambji leġittimi. Il-partijiet ser jikkooperaw ukoll fuq l-irkupru tal-assi kriminali permezz tat-titjib tal-qafas legali tal-Armenja u l-istabbiliment ta' uffiċċju sħiħ għall-irkupru tal-assi.

2.   Żvilupp ekonomiku u opportunitajiet tas-suq

L-għan komuni tal-partijiet huwa żvilupp ekonomiku sostenibbli u inklużiv tal-Armenja. It-tkabbir sostenibbli jeħtieġ politiki ekonomiċi sodi li jiżguraw l-istabbiltà makroekonomika u finanzjarja. Dawn jenħtieġ li jinkludu impenn kontinwu għal politiki baġitarji sostenibbli filwaqt li jżommu l-kapital u l-infiq soċjali u l-bafers tal-konsolidazzjoni kontra x-xokkijiet esterni. Il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi (li huwa element importanti kemm għall-governanza u d-demokrazija kif ukoll għall-iżvilupp ekonomiku) ser taderixxi mal-prinċipji tal-aħjar prattika internazzjonali. Is-superviżjoni bankarja ser issaħħaħ aktar skont in-normi internazzjonali u l-aħjar prattiki, biex tiżdied ir-robustezza u r-reżiljenza tas-settur finanzjarju. Il-modernizzazzjoni u r-riformi fl-amministrazzjoni doganali u tat-taxxa, inklużi l-kooperazzjoni u t-tisħiħ internazzjonali tal-ġlieda kontra l-frodi, ser jixprunaw il-ġbir tad-dħul.

Titjib fl-ambjent tan-negozju huwa kundizzjoni fundamentali għall-iżvilupp ekonomiku. Aktar proċeduri amministrattivi simplifikati u spejjeż amministrattivi mnaqqsa, aċċess imtejjeb għall-finanzjament għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) f'suq finanzjarju b'saħħtu u diversifikat, u protezzjoni u nfurzar imsaħħa tad-drittijiet tal-proprjetà ser ikunu l-oqsma ta' prijorità f'dan ir-rigward. Organizzazzjonijiet ta' appoġġ kummerċjali u assoċjazzjonijiet ta' impriżi b'saħħithom jistgħu jgħinu lill-operaturi ekonomiċi biex jaħtfu opportunitajiet ġodda u jsaħħu l-vuċijiet tagħhom fit-tfassil tal-politika ekonomika. L-UE u l-Armenja ser ifittxu li jsaħħu l-kapaċità tal-impriżi Armeni sabiex jipparteċipaw fi ktajjen ta' valur internazzjonali, li jinvolvu kemm l-UE kif ukoll l-operaturi ekonomiċi Armeni, li ser irawwmu t-trasferiment tat-teknoloġija u tal-għarfien. Ir-rwol tal-Organizzazzjonijiet ta' Appoġġ għan-Negozju (Business Support Organisations - BSO) f'dan is-sens huwa ta' importanza kruċjali u l-appoġġ tal-UE għal tqabbil bejn impriżi Armeni u dawk Ewropej jista' jsaħħaħ l-isforzi nazzjonali. Il-parteċipazzjoni Armena fi ktajjen ta' valur internazzjonali tista' tinkludi u tiġi msaħħa u mgħaġġla mill-investiment Dirett Barrani, li jista' jikkontribwixxi biex jibni u jsaħħaħ il-ħiliet u l-kompetenzi lokali; għal dan l-għan huwa essenzjali li jittejjeb il-qafas tal-investiment billi jissaħħu t-trasparenza, il-kredibbiltà u l-effiċjenza tiegħu. Ambjent ta' investiment li jagħti appoġġ lin-negozju jinkludi wkoll kompetizzjoni effikaċi fi swieq għal prodotti u servizzi, żgurati permezz ta' awtorità tal-kompetizzjoni indipendenti u b'saħħitha li topera skont l-ogħla standards etiċi, b'aċċess għal mekkaniżmu ta' infurzar effikaċi għal leġislazzjoni dwar l-antitrust u l-protezzjoni effikaċi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż indikazzjonijiet ġeografiċi. L-integrazzjoni tal-iffaċilitar li bih isir in-negozju fil-politiki kollha ser tkun strumentali biex jitrawwem it-tkabbir. Il-politiki moderni tal-impjieg u soċjali li ser ikunu meħtieġa biex jiżguraw li l-iżvilupp ekonomiku huwa inklużiv u jikkontribwixxu biex itejbu l-benesseri taċ-ċittadini Armeni kollha. Dan jinkludi istituzzjonijiet xierqa biex jiżguraw superviżjoni effikaċi tal-kundizzjonijiet tax-xogħol inklużi s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Huwa importanti li tiġi implimentata l-Istrateġija ta' Żvilupp Armen ġenerali kif ukoll strateġiji speċifiċi għas-settur (Strateġija dwar l-SMEs u r-rakkomandazzjonijiet tal-Valutazzjoni SBA, Strateġija għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni, żvilupp rurali eċċ.) biex jipparteċipaw b'mod attiv fil-programmi tal-UE għall-SMEs (COSME) u għar-riċerka u l-innovazzjoni (Orizzont 2020), kif ukoll biex jiġi aġġornat l-ambjent regolatorju u infrastutturali tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT), biex b'hekk isir użu sħiħ mill-appoġġ tal-UE f'dawn l-oqsma.

It-trawwim tal-ekonomija diġitali, inkluż permezz tal-approssimazzjoni tal-ambjent diġitali tal-Armenja mas-Suq Uniku Diġitali tal-UE, ser ikun importanti biex jimmodernizza l-ekonomija u s-soċjetà tal-Armenja.

Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dawn l-istrateġiji jenħtieġ li jinkludi djalogu pubbliku-privat u konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili, inkluż mal-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali.

L-ekonomija ekoloġika toffri triq ta' tkabbir importanti għall-iżvilupp sostenibbli. Kwistjonijiet ambjentali, inkluż it-tibdil fil-klima, ser jiġu integrati fil-politiki rilevanti kollha.

L-UE u l-Armenja stabbilixxew kooperazzjoni effikaċi fl-agrikoltura, l-iżvilupp reġjonali u rurali biex jiġi promoss l-iżvilupp ta' gruppi ta' bdiewa u katini ta' valur miżjud madwar l-Armenja. Filwaqt li l-agrikulturali u s-sussistenza minn fuq il-biedja jippreżentaw opportunitajiet għas-sigurtà tal-ikel u l-impjieg informali, huwa importanti li tiġu żviluppata aktar il-kompetittività tas-settur inkluż permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-aċċess għall-finanzjament. Filwaqt li jibnu fuq il-kisbiet tal-passat u b'koordinazzjoni mar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika fil-livelli kollha, il-partijiet ser ikomplu jsaħħu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali madwar ir-reġjuni.

3.   Il-konnettività, l-effiċjenza enerġetika, l-ambjent u l-azzjoni klimatika

Bħala pajjiż maqbud bejn ħafna artijiet, l-Armenja trid tegħleb l-isfidi tal-konnettività tagħha. Anke ġewwa l-pajjiż stess, ċerti żoni jsofru minn iżolament u konnessjonijiet limitati lejn ċentri ta' attività ekonomika, politika u soċjali. Il-kooperazzjoni mal-UE u pajjiżi oħra tas-Sħubija tal-Lvant fl-oqsma msemmija hawn fuq, b'mod partikolari l-Georgia, tista' tikkontribwixxi biex ittaffi l-konsegwenzi tas-sitwazzjoni ġeografika tal-pajjiż.

Il-potenzjal tat-tkabbir tal-Armenja jitjieb permezz ta' opportunitajiet aħjar ta' negozju, tat-trasport, tal-loġistika u r-rabtiet mal-katina tal-valur, imrawma permezz ta' konnettività interna u transfruntiera mtejba. Ir-rotot tat-toroq, tal-ferroviji u tal-ajru huma l-mezzi ewlenin tat-trasport fl-Armenja. Peress li s-sħab kummerċjali ewlenin tal-Armenja huma l-UE, ir-Russja u ċ-Ċina, il-merkanzija tkun normalment mgħoddija permezz ta' servizzi ferrovjarji mill-portijiet tal-Georgia. Il-partijiet ser jikkooperaw fl-iżvilupp ta' proċeduri ta' kklerjar mħaffa fil-fruntieri peress li huma essenzjali għal kull mezz ta' trasport sabiex jiġi evitat dewmien għali.

Il-partijiet ser jikkooperaw ukoll fil-qafas tan-Netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) ċentrali estiż, imsejjes fuq prijoritizzazzjoni ċara, biex jitjieb l-aċċess għas-swieq internazzjonali tal-Armenja. ser tiġi promossa wkoll il-kooperazzjoni dwar is-sikurezza stradali, li tkopri kemm l-aspetti infrastrutturali kif ukoll dawk ta' politika. L-investiment fl-infrastruttura jenħtieġ li jkun favur l-ambjent u reżiljenti għat-tibdil fil-klima.

Sabiex jiġu żgurati konnessjonijiet u żvilupp tas-suq effikaċi lil hinn mill-viċinat immedjat, huwa importanti li ssir riforma tal-avjazzjoni ċivili, li eventwalment twassal għall-konklużjoni ta' ftehim dwar l-avjazzjoni mal-UE.

Il-governanza ambjentali tajba (b'mod partikolari l-użu tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali u l-Valutazzjoni tal-Impatt Strateġiku, l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali) u l-integrazzjoni tal-azzjoni ambjentali u klimatika fl-oqsma ta' politika rilevanti ser joħolqu bażi soda għall-iżvilupp sostenibbli. Impenji fil-qasam tal-ambjent kif inklużi fil-Ftehim il-ġdid ser jifformaw il-bażi għal riformi rilevanti. Żieda fl-effiċjenza fl-enerġija ser tiġġenera tfaddil rapidu, sinifikanti u sostnut, filwaqt li tavvanza t-transizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet u reżiljenti għat-tibdil fil-klima; fis-settur residenzjali, azzjonijiet bħal dawn jistgħu jkunu marbuta mal-ħidma tal-Patt tas-Sindki. Sakemm l-enerġija nukleari tintuża biex iżżomm livell adegwat ta' provvista tal-enerġija fil-pajjiż, jenħtieġ l-iżgurar ta' livelli għolja ta' sikurezza nukleari: L-istandards tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) u l-istandards u l-prattiki tal-UE, kif imsemmija fis-CEPA, għandhom iservu bħala bażi.

Provvisti ta' enerġija affidabbli u affordabbli huma kundizzjoni meħtieġa għall-funzjonament ta' soċjetà moderna u t-trażżin tal-impatt ambjentali u klimatiku tagħhom hija kundizzjoni għas-sostenibbiltà tagħha. Titjib fl-effiċjenza tal-enerġija u tar-riżorsi, inkluż fis-settur residenzjali, u l-użu iktar mifrux tal-enerġija rinnovabbli ser jikkontribwixxu għal dan l-għan permezz tal-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-għola livell fl-effiċjenza fl-enerġija, sorsi rinnovabbli tal-enerġija u s-suq tal-elettriku. Dawn l-għanijiet jistgħu jiġu segwiti wkoll permezz tal-akkwist pubbliku għal servizzi u infrastruttura.

Is-sigurtà tal-enerġija tista' wkoll tiġi msaħħa billi jitjiebu u jiżdiedu l-konnessjonijiet mal-pajjiżi ġirien. Il-parteċipazzjoni attiva kontinwa tal-Armenja fil-kooperazzjoni multilaterali fis-Sħubija tal-Lvant ser tkun essenzjali biex jiġu identifikati proġetti ta' interess komuni li jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju mill-UE. It-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u t-trawwim ta' enerġija rinnovabbli fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet u prijoritizzazzjoni ċara ta' investimenti huma kruċjali biex jiġu żgurati s-sikurezza u s-sigurtà fl-Armenja.

Fl-aħħar nett, l-għeluq u d-dekummissjonar sikur tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta' Medzamor (MNPP) u l-adozzjoni bikrija ta' pjan direzzjonali/pjan ta' azzjoni għal dan l-għan għandhom jibqgħu mira prinċipali, filwaqt li titqies il-ħtieġa għas-sostituzzjoni tiegħu b'kapaċità ġdida sabiex tiġi żgurata sigurtà tal-enerġija u l-kundizzjonijiet għall-iżvilupp sostenibbli tal-Armenja.

4.   Il-mobbiltà u l-kuntatti bejn il-persuni

Il-partijiet ser jikkooperaw bl-għan li jiffaċilitaw il-mobbiltà taċ-ċittadini tagħhom, iwessgħu l-firxa ta' kuntatti bejn il-persuni permezz ta' azzjonijiet immirati inkluż għaż-żgħażagħ, l-istudenti, ir-riċerkaturi, l-artisti, l-operaturi kulturali u n-nies tan-negozju, filwaqt li jikkonfermaw mill-ġdid li l-mobbiltà msaħħa f'ambjent sigur u ġestit tajjeb għaċ-ċittadini tal-partijiet tibqa' objettiv ewlieni, u filwaqt li, fi żmien debitu, iqisu l-ftuħ ta' djalogu dwar il-viża mal-Armenja, dment li l-kondizzjonijiet għal mobbiltà sigura u ġestita tajjeb ikunu stabbiliti, inkluż l-implimentazzjoni effettiva ta' ftehimiet dwar il-faċilitazzjoni tal-viża u r-riammissjoni bejn il-partijiet. Huma ser jikkooperaw fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-ftehim ta' riammissjoni, il-promozzjoni ta' politika dwar il-ġestjoni tal-fruntieri kif ukoll oqfsa legali u operazzjonali.

Il-ġestjoni tal-flussi migratorji ser tkun ibbażata fuq il-Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Viża / Ftehim ta' Riammissjoni. L-UE tirrikonoxxi r-rwol tal-Armenja li tilqa' fiha refuġjati mis-Sirja, u b'hekk tagħmilha eliġibbli għall-appoġġ mill-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b'Reazzjoni għall-Kriżi Sirjana. (3)

Biex niffaċċjaw l-isfidi tas-suq globali neħtieġu pakkett sod ta' ħiliet fil-livelli kollha, kemm jekk ikunu f'intrapriżi kif ukoll fl-amministrazzjoni pubblika. L-edukazzjoni bikrija tat-tfal, primarja, sekondarja u għolja, kif ukoll l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll il-kooperazzjoni bejn is-sistema tal-edukazzjoni u t-taħriġ u n-negozji kollha jeħtieġu li jiġu msaħħa sabiex jagħtu l-kontribut sħiħ tagħhom biex jiżviluppaw dawn il-ħiliet. Ser tingħata attenzjoni partikolari lir-riċerka u l-innovazzjoni b'segwitu għall-Assoċjazzjoni tal-Armenja mal-programm Orizzont 2020.


(1)  JOIN(2015) 50 finali tat-18 ta' Novembru 2015

(2)  Ara l-erba' titli taħt il-Parti II. Prijoritajiet

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9615 tal-10 ta' Diċembru 2014 dwar l-istabbiliment tal-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-Unjoni Ewropea b'reazzjoni għall-kriżi Sirjana, “il-Fond Madad”


Rettifika

2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/56


Rettifika għal-Linja Gwida (UE) 2017/697 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' April 2017 dwar il-mod kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-liġi tal-Unjoni Ewropea mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta' istituzzjonijiet inqas sinifikanti (BĊE/2017/9)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 101 tat-13 ta' April 2017 )

Fil-paġna 157, il-premessa 7,

minflok:

“(7)

Opzjonijiet u diskrezzjonijiet fir-rigward tal-eżenzjoni ta' skoperturi mill-applikazzjoni ta' limiti ta' skopertura kbar stabbiliti fl-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiġu applikati b'mod konsistenti kemm għal istituzzjonijiet sinifikanti u istituzzjonijiet inqas sinifikanti sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għal istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Istati Membri parteċipanti, sabiex jiġu limitati r-riskji ta' konċentrazzjoni li ġejjin minn skoperturi speċifiċi u biex jiġi żgurat li l-istess standards minimi jiġu applikati fl-MSU għall-valutazzjoni ta' konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 400(3) tal-istess Regolament. B'mod partikolari, riskji ta' konċentrazzjoni li jinħolqu minn bonds koperti li jaqgħu fi ħdan it-termini tal-Artikolu 129(1), (3) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skoperturi lejn jew iggarantiti minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali tal-Istati Membri, fejn dawk il-krediti jingħataw piż ta' riskju ta' 20 % taħt il-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiġu limitati. Għal skoperturi intragrupp, inklużi parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta' investimenti, għandu jiġi żgurat li d-deċiżjoni biex dawn l-iskoperturi jkunu eżenti għal kollox mill-applikazzjoni ta' limiti ta' skoperturi kbar tkun ibbażata fuq evalwazzjoni fil-fond kif speċifikat fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/445 (BĊE/2016/4). Hija ġġustifikata l-applikazzjoni ta' kriterji komuni għall-valutazzjoni ta' jekk skopertura, inklużi parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta' investimenti, għal instituzzjonijiet ta' kreditu reġjonali jew ċentrali li magħhom hija assoċjata istituzzjoni ta' kreditu f'netwerk skont id-dispożizzjonijiet legali jew statutorji u li huma responsabbli, taħt dawk id-dispożizzjonijiet, għal operazzjonijiet tal-ikklerjar tal-flus fi ħdan in-netwerk, tissodisfax il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni mil-limiti tal' skopertura kbira kif speċifikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/445 (BĊE/2016/4). Applikazzjoni bħal dik tiżgura li istituzzjonijiet sinifikanti u inqas sinifikanti assoċjati fl-istess netwerk jiġu ttrattati b'mod konsistenti. Il-mod kif tiġi eżerċitata l-opzjoni pprovduta fl-Artikolu 400(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif stabbilit f'din il-Linja Gwida għandu japplika biss jekk l-Istat Membru relevanti ma jkunx eżerċita l-opzjoni pprovduta fl-Artikolu 493(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”,

aqra:

“(7)

Opzjonijiet u diskrezzjonijiet fir-rigward tal-eżenzjoni ta' skoperturi mill-applikazzjoni ta' limiti ta' skopertura kbar stabbiliti fl-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiġu applikati b'mod konsistenti kemm għal istituzzjonijiet sinifikanti u istituzzjonijiet inqas sinifikanti sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għal istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Istati Membri parteċipanti, sabiex jiġu limitati r-riskji ta' konċentrazzjoni li ġejjin minn skoperturi speċifiċi u biex jiġi żgurat li l-istess standards minimi jiġu applikati fl-MSU għall-valutazzjoni ta' konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 400(3) tal-istess Regolament. B'mod partikolari, riskji ta' konċentrazzjoni li jinħolqu minn bonds koperti li jaqgħu fi ħdan it-termini tal-Artikolu 129(1), (3) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skoperturi lejn jew iggarantiti minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali tal-Istati Membri, fejn dawk il-krediti jingħataw piż ta' riskju ta' 20 % taħt il-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jiġu limitati. Hija ġġustifikata l-applikazzjoni ta' kriterji komuni għall-valutazzjoni ta' jekk skopertura, inklużi parteċipazzjonijiet jew tipi oħra ta' investimenti, għal instituzzjonijiet ta' kreditu reġjonali jew ċentrali li magħhom hija assoċjata istituzzjoni ta' kreditu f'netwerk skont id-dispożizzjonijiet legali jew statutorji u li huma responsabbli, taħt dawk id-dispożizzjonijiet, għal operazzjonijiet tal-ikklerjar tal-flus fi ħdan in-netwerk, tissodisfax il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni mil-limiti ta' skopertura kbira kif speċifikat fl-Anness ta' din il-Linja Gwida. Applikazzjoni bħal dik tiżgura li istituzzjonijiet sinifikanti u inqas sinifikanti assoċjati fl-istess netwerk jiġu ttrattati b'mod konsistenti. Il-mod kif tiġi eżerċitata l-opzjoni pprovduta fl-Artikolu 400(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif stabbilit f'din il-Linja Gwida għandu japplika biss jekk l-Istat Membru relevanti ma jkunx eżerċita l-opzjoni pprovduta fl-Artikolu 493(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.”


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/57


Rettifika għal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Novembru 2016 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rapport finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2016/34)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2016 )

Fil-paġna 43, l-Artikolu 13,

minflok:

“2.   B'deroga mill-Artikolu 3(b) u l-Artikolu 9(4), 15(1) u 17(2), it-trattament alternattiv li ġej jista' jiġi applikat għall-valutazzjoni ta' strumenti sintetiċi:”,

aqra:

“2.   B'deroga mill-Artikolu 3(2), 9(4), 15(1) u 17(2), it-trattament alternattiv li ġej jista' jiġi applikat għall-valutazzjoni ta' strumenti sintetiċi:”


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/57


Rettifika għad-Deċiżjoni (UE) 2017/2081 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE (BĊE/2017/30)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 295 tal-14 ta' Novembru 2017 )

Fil-paġna 89, l-Artikolu 1,

minflok:

“1.   Qiegħed jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:”,

aqra:

“Id-Deċiżjoni BĊE/2007/7 hija emendata kif ġej:

1.

Qiegħed jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:”


2.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/57


Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2379 tat-18 ta' Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tar-rapport tal-Kanada li jinkludi l-emissjonijiet tipiċi ta' gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta' materja prima agrikola skont id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 337 tad-19 ta' Diċembru 2017 )

F'paġna 87, fis-subintestatura tal-aħħar kolonna tat-tabella fl-ANNESS,

minflok:

“Kg CO2eq/MJ FAME”,

aqra:

“g CO2eq/MJ FAME”.