ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 45

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
17 ta' Frar 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/230 tas-16 ta' Frar 2018 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq id-denominazzjoni Monor, Monori (DOP)

1

 

*

Regolament (UE) 2018/231 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' Jannar 2018 dwar rekwiżiti ta' rappurtar statistiku għal fondi tal-pensjoni (BĊE/2018/2)

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/232 tal-15 ta' Frar 2018 dwar l-estensjoni tal-azzjoni li ħa l-Belġju dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali VectoMax G u Aqua-K-Othrine bi qbil mal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2018) 759)

31

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/233 tal-15 ta' Frar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument C(2018) 818)  ( 1 )

33

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/234 tal-14 ta' Frar 2018 rigward it-tisħiħ tan-natura Ewropea u t-tmexxija effiċjenti tal-elezzjonijiet 2019 lill-Parlament Ewropew

40

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2017 tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp Sostenibbli bejn l-UE u l-Ukrajna tat-30 ta' Mejju 2017 li biha jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu [2018/235]

44

 

 

FTEHIM INTERISTITUZZJONALI

 

*

Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea li jemenda l-punt 4 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea

46

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta' listi ta' territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 178, 28.6.2013 )

47

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/230

tas-16 ta' Frar 2018

li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq id-denominazzjoni “Monor, Monori” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Monor, Monori” mibgħuta mill-Ungerija u ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

Skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, id-denominazzjoni “Monor, Monori” jenħtieġ li jkun protett u li jidħol fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta' dak ir-Regolament.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Monor, Monori” (DOP) huwa b'dan protett.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-16 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 329, 30.9.2017, p. 4.


17.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/3


REGOLAMENT (UE) 2018/231 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-26 ta' Jannar 2018

dwar rekwiżiti ta' rappurtar statistiku għal fondi tal-pensjoni (BĊE/2018/2)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jipprovdi illi, għat-twettiq tar-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), għandu d-dritt jiġbor informazzjoni statistika fil-limiti tal-popolazzjoni tar-rappurtar ta' referenza u ta' dak li huwa neċessarju sabiex jitwettqu l-kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ). Isegwi mill-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 li l-fondi tal-pensjoni (PFs) jagħmlu parti mill-popolazzjoni attwali ta' rappurtagg ta' referenza għall-finijiet li jiġu sodisfatti l-obbligi ta' rappurtar statistiku tal-BĊE, inter alia, fil-qasam tal-istatistika monetarja u finanzjarja. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jeħtieġ li l-BĊE jispeċifika l-popolazzjoni attwali li tirrapporta fil-limiti tal-popolazzjoni ta' rappurtar ta' referenza u jagħtih is-setgħa sabiex jeżenta totalment jew parti minn klassijiet speċifiċi ta' aġenti ta' rappurtar mir-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku tiegħu.

(2)

L-iskop tal-impożizzjoni ta' rekwiżiti ta' rappurtar statistiku fuq PFs huwa li l-BĊE jingħata statistika adegwata dwar l-attivitajiet finanzjarji tas-subsettur tal-PFs fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem “Stati Membri taż-żona tal-euro”), li għandhom jitqiesu bħala territorju ekonomiku wieħed. Il-ġbir ta' informazzjoni statistika dwar PFs huwa meħtieġ sabiex jissodisfa ħtiġijiet analitiċi regolari u ad hoc, biex jagħti appoġġ lill-BĊE fit-twettiq ta' analiżi monetarja u finanzjarja, u għall-kontribut tas-SEBĊ għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

(3)

Il-BĊNi għandu jkollhom is-setgħa li jiġbru u jivverifikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar PFs mingħand il-popolazzjoni attwali tar-rappurtar bħala parti minn qafas ta' rappurtar statistiku aktar wiesa', sakemm it-twettiq tal-obbligi statistiċi tal-BĊE ma jkunx ippreġudikat. F'każijiet bħal dawn, huwa xieraq illi t-trasparenza tiġi żgurata billi l-aġenti li jirrapportaw jiġu informati bl-għanijiet statistiċi varji li għalihom jinġabar It-tagħrif statistiku. Sabiex jiġi mminimizzat il-piż tar-rappurtar fuq il-PFs, il-BĊNi għandu jkollhom is-setgħa illi jikkombinaw l-obbligi ta' rappurtar tagħhom taħt dan ir-Regolament mal-obbligi ta' rappurtar tagħhom taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2012/24) (3).

(4)

Barra minn hekk, sabiex jiġi minimizzat il-piż tar-rappurtar fuq il-PFs, il-BĊNi għandu jkollhom is-setgħa li jiġbru l-informazzjoni meħtieġa dwar PFs permezz tal-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti (AKN) li diġà tiġbor it-tagħrif statistiku dwar PFs, skont l-arranġamenti ta' kooperazzjoni lokali.

(5)

Is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (iktar 'il quddiem l-“ESA 2010”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) teħtieġ li l-assi u l-obbligazzjonijiet ta' unitajiet istituzzjonali jiġu rrapportati fil-pajjiż tar-residenza.

(6)

L-istandards għall-protezzjoni u l-użu ta' tagħrif statistiku kunfidenzjali stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 għandhom japplikaw għall-ġbir ta' informazzjoni statistika taħt dan ir-Regolament.

(7)

Filwaqt li huwa rikonoxxut li r-regolamenti adottati taħt l-Artikolu 34.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) ma jassenjaw l-ebda drittijiet jew jimponu l-ebda obbligu fuq Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro (minn hawn 'il quddiem “Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro”), l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ japplika kemm għall-Istati Membri taż-żona tal-euro kif ukoll għal dawk li mhumiex fiż-żona tal-euro. L-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ, flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jimplika li hemm obbligu biex jitfasslu u jiġu implimentati f'livell nazzjonali l-miżuri kollha illi l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro jqisu xierqa sabiex jinġabar it-tagħrif statistikumeħtieġ biex jiġu sodisfatti l-obbligi ta' rappurtar statistiku tal-BĊE u jsiru t-tħejjijiet f'waqthom fil-qasam tal-istatistika sabiex huma jsiru Stati Membri taż-żona tal-euro.

(8)

Għalkemm dan ir-Regolament huwa indirizzat primarjament lil PFs, informazzjoni kompleta dwar l-assi ta' PFs tista' ma tkunx direttament disponibbli minn PFs u għalhekk il-BĊN rilevanti jista' jinkludi maniġers tal-pensjoni fil-popolazzjoni attwali li tirrapporta.

(9)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jistabbilixxi illi l-BĊE għandu l-poter jimponi sanzjonijiet fuq aġenti għar-rappurtar li jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-rappurtar tal-istatistika stabbiliti fir-regolamenti jew id-deċiżjonijiet tal-BĊE.

(10)

Sas-sena 2022, il-Kunsill Governattiv għandu jevalwa l-merti u l-kosti ta': (a) tnaqqis fil-ħin għat-trażmissjoni ta' It-tagħrif statistiku dwar assi minn aġenti ta' rappurtar għal ħames ġimgħat wara t-tmiem tat-trimestru li lilu tikkonċerna t-tagħrif statistiku; u (b) estensjoni fl-ambitu tar-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku biex tkopri r-rapportaġġ ta' self b'self minn PFs, wara li titqies iż-żieda fis-sinifikat ekonomiku ta' self minn dan is-settur,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

1.

“fond tal-pensjoni (PF)” (subsettur S.129 tal-ESA 2010) tfisser korporazzjoni finanzjarja jew kważi-korporazzjoni li hija prinċipalment imqabbda f'intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ġabra ta' riskji soċjali u bżonnijiet tal-persuni assigurati (assigurazzjoni soċjali). Fond tal-pensjoni bħala skema ta' assigurazzjoni soċjali jipprovdi dħul fl-irtirar u jista' jipprovdi benefiċċji għall-mewt u d-diżabilità.

Dawn li ġejjin mhumiex inklużi fid-definizzjoni:

(a)

fondi ta' investiment (IFs) kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/38) (5).

(b)

korporazzjonijiet ta' vetturi finanzjarji involuti f'operazzjonijiet ta' titolizzazzjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/40) (6);

(c)

istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs) kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (7).

(d)

korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (ICs) kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/50) (8);

(e)

il-fondi mhux awtonomi tal-pensjonijiet li mhumiex unitajiet istituzzjonali u jibqgħu parti mill-unità istituzzjonali li tistabbilixxihom.

(f)

fondi tas-sigurtà soċjali kif iddefiniti fil-paragrafu 2.117 tal-ESA 2010;

2.

“aġenti li jirrapportaw” għandha l-istess tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98;

3.

“resident” għandha l-istess tifsira kif iddefinita fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98; Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, jekk entità legali jkun jonqosha dimensjoni fiżika, ir-residenza tagħha għandha tiġi ddeterminata mit-territorju ekonomiku li skont il-liġijiet tiegħu l-entità tkun ġiet inkorporata. Jekk l-entità mhijiex inkorporata, ir-residenza għandha tiġi ddeterminata mid-domiċilju legali tagħha, jiġifieri l-pajjiż li s-sistema legali tiegħu tirregola l-ħolqien u l-eżistenza kontinwata tal-entità;

4.

“BĊN relevanti” tfisser il-BĊN tal-Istat Membru taż-żona tal-euro li fih hija residenti l-PF u/jew il-maniġer tal-pensjoni;

5.

“AKN relevanti” tfisser l-AKN tal-Istat Membru taż-żona tal-euro li fih huma residenti l-PF u/jew il-maniġer tal-pensjoni;

6.

“maniġer tal-pensjoni” għandha l-istess tifsira kif iddefinit fil-paragrafu 5.185 tal-ESA 2010;

7.

“tagħrif statistiku titolu b'titolu” tfisser it-tagħrif statistiku mqassam skont titoli individwali;

8.

“tagħrif statistiku partita b'partita” tfisser it-tagħrif statistiku mqassam skont assi jew obbligazzjonijiet individwali;

9.

“tagħrif statistiku aggregat” tfisser it-tagħrif statistiku li ma jkunx tqassam f'assi jew obbligazzjonijiet individwali;

10.

“tranżazzjoni finanzjarja” tfisser tranżazzjoni li tirriżulta mill-ħolqien, il-likwidazzjoni jew it-tibdil fis-sjieda ta' assi jew obbligazzjonijiet finanzjarji, kif deskritt aktar fil-Parti 5 tal-Anness II;

11.

“aġġustament ta' rivalutazzjonijiet” jirreferi għal bidliet fil-valutazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw jew minn bidiliet fil-prezz ta' assi jew ta' obbligazzjonijiet u/jew mill-effett tar-rati tal-kambju fuq il-valuri, imfissra f'euro ta' assi u obbligazzjonijiet iddenominati f'valuta barranija, kif deskritti aktar fil-Parti 5 tal-Anness II.

Artikolu 2

Popolazzjoni attwali li tirrapporta

1.   Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tikkonsisti fil-PFs residenti fiż-żona tal-euro tal-Istati Membri parteċipanti.

2.   Il-PFs fil-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandhom ikunu soġġetti għal ħtiġijiet ta' rappurtar statistiku sħiħ sakemm ma tkunx tapplika deroga mogħtija bis-saħħa tal-Artikolu 7.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, bil-għan li tinġabar informazzjoni dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-PFs skont il-Parti 3 tal-Anness I, il-BĊN rilevanti jista' jiddeċiedi li l-popolazzjoni attwali li tirrapporta tinkludi maniġers tal-pensjonijiet individwali residenti fl-Istat Membru tagħha. F'każijiet bħal dawn, dak il-BĊN jista' jagħti deroga lil PF marbuta mal-maniġer tal-pensjoni inkluż fil-popolazzjoni attwali tar-rappurtar sakemm l-informazzjoni statistika meħtieġa skont il-Parti 3 tal-Anness I tinġabar mill-maniġer tal-pensjoni rispettiv jew sorsi oħra disponibbli. Il-BĊNi għandhom jivverifikaw it-twettiq tal-kundizzjoni fil-ħin sabiex jikkonċedu jew jirtiraw, jekk ikun hemm bżonn, kull deroga b'effett mill-bidu tas-sena kalendarja li jmiss, bi ftehim mal-BĊE.

Artikolu 3

Lista ta' PFs għal skopijiet ta' statistika

1.   Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jistabbilixxi u jżomm, għal skopijiet statistiċi, lista ta' PFs u maniġers tal-pensjoni li jifformaw il-popolazzjoni attwalment soġġetta għar-rappurtar skont dan ir-Regolament. Il-lista tista' tkun ibbażata fuq listi ta' PFs li bħalissa huma mħejjija minn awtoritajiet nazzjonali, fejn dawn il-listi huma disponibbli, supplimentati minn PFs oħra u maniġers tal-pensjonijiet li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' PF u maniġer tal-pensjonijiet fl-Artikolu 1.

2.   Il-BĊNi u l-BĊE għandhom jagħmlu din il-lista u kull aġġornament tagħha disponibbli f'forma xierqa, inkluż b'mezzi elettroniċi, permezz tal-Internet jew, fuq talba mill-aġenti li jirrapportaw ikkonċernati, bil-karti.

3.   Jekk l-aħħar verżjoni elettronika tal-lista msemmija fil-paragrafu 2 hija skorretta, il-BĊE ma għandux jimponi sanzjonijiet fuq aġent li jirrapporta li ma jkunx wettaq kif suppost l-obbligi ta' rappurtar tiegħu sal-punt li jkun straħ fuq il-lista skorretta bil-bona fede.

Artikolu 4

Rekwiżiti ta' rappurtar statistiku

1.   L-aġenti ta' rappurtar għandhom jipprovdu lill-BĊN relevanti, jew direttament jew permezz tal-AKN relevanti, bis-saħħa ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni lokali, u skont l-Annessi I u II:

(a)

fuq bażi trimestrali, it-tagħrif statistiku dwar l-istokk ta' tmiem it-trimestru dwar l-assi tal-PFs u, skont l-Artikolu 5, aġġustamenti ta' rivalutazzjoni trimestrali jew tranżazzjonijiet finanzjarji dwar assi, fejn applikabbli;

(b)

fuq bażi annwali, it-tagħrif statistiku tal-istokk ta' tmiem is-sena dwar obbligazzjonijiet ta' PFs bħala minimu u, skont l-Artikolu 5, aġġustamenti annwali ta' rivalutazzjoni jew tranżazzjonijiet finanzjarji rigward obbligazzjonijiet, fejn applikabbli;

(c)

fuq bażi annwali, data ta' tmiem is-sena dwar in-numru ta' membri ta' skemi tal-pensjoni maqsuma f'membri attivi, membri differiti u membri rtirati.

2.   Il-BĊNi għandhom joħorġu estimi trimestrali għal obbligazzjonijiet ta' PFs ibbażati fuq it-tagħrif statistiku pprovdut fuq bażi annwali mill-aġenti ta' rappurtar skont l-Artikolu 4(1)(b).

3.   Il-BĊNi għandhom jinformaw lill-aġenti li jirrapportaw bl-iskopijiet varji li għalihom jinġabar it-tagħrif statistiku tagħhom.

4.   Sabiex jitnaqqas il-piż tar-rappurtar fuq il-PFs, il-BĊNi għandhom jingħataw is-setgħa li jikkombinaw ir-rekwiżiti ta' rappurtar tagħhom skont dan ir-Regolament mar-rekwiżiti tagħhom ta' rappurtar skont ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24).

5.   Fejn il-BĊN rilevanti ma jkunx iddeċieda li jinkludi maniġer tal-pensjoni fil-popolazzjoni attwali ta' rappurtar skont l-Artikolu 2(3), il-maniġer tal-pensjoni rispettiv li għandu t-tagħrif statistiku li huwa meħtieġ li jiġi rrappurtat skont l-Artikolu 4(1) u (2) u l-Artikolu 5(1)(a) għandu jipprovdi dan it-tagħrif statistiku lill-PF fil-ħin biex jippermetti lill-PF jikkonforma mar-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku tiegħu skont l-Artikolu 8. Jekk il-PF ma jikkonformax mal-obbligi tar-rappurtar statistiku tiegħu għaliex il-maniġer tal-fond tal-pensjoni jonqos milli jipprovdi dan it-tagħrif statistiku lill-PF, il-BĊN għandu jiddeċiedi li jinkludi lill-maniġer tal-pensjoni fil-popolazzjoni attwali ta' rappurtar skont l-Artikolu 2(3).

Artikolu 5

Aġġustamenti ta' rivalutazzjoni u tranzazzjonijiet finanzjarji

1.   Informazzjoni dwar aġġustamenti ta' rivalutazzjoni u tranżazzjonijiet finanzjarji għandha tinkiseb kif ġej.

(a)

L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw aġġustamenti ta' rivalutazzjoni jew tranżazzjonijiet finanzjarji, skont l-istruzzjonijiet rilevanti tal-BĊN, għal informazzjoni rrapportata fuq bażi aggregata.

(b)

Il-BĊNi għandhom jew iġibu approssimazzjonijiet tal-valur ta' tranżazzjonijiet ta' titoli minn It-tagħrif statistiku titolu b'titolu jew għandhom indirettament jiġbru t-tagħrif statistiku dwar tranżazzjonijiet bħal dawn mill-aġenti tar-rappurtar fuq bażi ta' titolu b'titolu. Il-BĊNi jistgħu jsegwu approċċ simili għal assi li ma humiex titoli meta jkunu qegħdin jiġbru t-tagħrif statistiku partita b'partita;

(c)

Fil-każ ta' intitolamenti tal-pensjoni maħruġa minn PFs, għandhom jinkisbu approssimazzjonijiet tal-valur tat-tranżazzjonijiet finanzjarji:

(i)

minn aġenti li jirrapportaw, skont il-gwida tal-BĊN relevanti fuq il-bażi tal-aqwa prattiki komuni li jistgħu jiġu ddefiniti fil-livell taż-żona tal-euro; jew

(ii)

mill-BĊN relevanti, fuq il-bażi ta' tagħrif statistiku fornit minn PFs.

2.   Linji gwida oħrajn dwar il-kumpilazzjoni ta' aġġustamenti jew tranżazzjonijiet finanzjarji ta' rivalutazzjoni huma stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 6

Regoli tal-kontabilità

1.   Sakemm mhux stipulat mod ieħor f'dan ir-Regolament, ir-regoli tal-kontabilità segwiti minn PFs għall-finijiet ta' rappurtar taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu dawk stipulati fil-liġi nazzjonali relevanti li timplimenta d-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill (9) jew fi kwalunkwe standards nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li japplikaw għal PFs abbażi ta' struzzjonijiet mogħtija minn BĊNi.

2.   It-tħassir u tnaqqis fil-valur kif iddeterminat mill-prattiki ta' kontabbiltà relevanti għandhom ikunu esklużi minn dan l-ammont prinċipali pendenti ta' self u jiġi rrapportat separatament.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-prattiċi tal-kontabilità u l-arranġamenti ta' netting l-aktar użati fl-Istati Membri taż-żona tal-euro, l-assi u l-obbligazzjonijiet finanzjarji kollha għandhom jiġu rrapportati fuq bażi grossa għal finijiet statistiċi.

Artikolu 7

Derogi

1.   Derogi jistgħu jingħataw lil PFs żgħar, kif ġej:

(a)

Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-iżgħar PFs f'termini ta' assi totali, kemm-il darba l-PF li jikkontribwixxu għall-kont trimestrali aggregat tal-karta tal-bilanċ ikunu jirrappreżentaw ta' lanqas 85 % tat-total tal-assi tal-PFs residenti fi Stat Membru taż-żona tal-euro.

(b)

Suġġett għall-Artikolu 13, il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-iżgħar PFs fejn l-assi totali aggregati trimestrali tal-PF huma anqas minn EUR 25 miljun jew in-numru tal-membri tiegħu huwa inqas minn 100, ibbażat fuq l-aħħar sottomissjoni annwali tat- tagħrif statistiku, jew, għall-ewwel rappurtar, fuq it-tagħrif statistiku rrappurtat għall-2018 disponibbli fil-BĊN jew AKN rilevanti. Il-BĊN rilevanti għandu jiżgura li l-PFs li jikkontribwixxu għall-karta tal-bilanċ aggregat trimestrali jikkostitwixxu mill-inqas 80 % tal-assi totali ta' PFs residenti fl-Istat Membru rilevanti taż-żona tal-euro.

(c)

PF mogħti deroga taħt il-punt (a) jew (b) mill-obbligi ta' rappurtar fl-Artikolu 4, għandu minkejja dan jikkonforma mar-rekwiżiti ta' rappurtar fl-Artikolu 4(1)(a) fuq bażi annwali, sakemm il-PFs li jikkontribwixxu għall-karta tal-bilanċ aggregata annwali jikkostitwixxu għal mill-inqas 95 % tal-assi totali ta' PFs residenti fl-Istat Membru rilevanti taż-żona tal-euro.

(d)

PF mogħti deroga taħt il-punt (a) jew (b) għandu jirrapporta, bħala minimu, assi totali mqassma f'titoli ta' dejn, ekwità, ishma/unitajiet ta' fondi ta' investiment u kontijiet oħra riċevibbli/pagabbli fuq bażi annwali.

(e)

Il-BĊNi għandhom jivverifikaw it-twettiq tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (ċ) ta' kull sena u fi żmien biżżejjed minn qabel sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk ikun meħtieġ, xi deroga b'effett mill-bidu tat-tieni sena kalendarja konsekuttiva.

2.   Il-PFs jistgħu jagħżlu li ma jagħmlux użu minn deroga u li minnflok jissodisfaw l-obbligi ta' rappurtar statistiku kollha speċifikati fl-Artikolu 4. Jekk PF jagħmel għażla bħal din, għandu jikseb il-kunsens tal-BĊN rilevanti qabel kwalunkwe użu tad-deroga.

Artikolu 8

Tempestività

1.   L-aġenti li jirrapportaw għandhom jittrażmettu lill-BĊN relevanti jew lill-AKN relevanti jew lit-tnejn, skont l-arranġamenti ta' kooperazzjoni lokali, It-tagħrif statistiku trimestrali meħtieġa, ta' mill-inqas għaxar ġimgħat wara t-tmiem tat-trimestru li miegħu ikun relatat it-tagħrif statistiku. Din id-data ta' skadenza għandha titressaq 'il quddiem b'ġimgħa fis-sena minn hemm 'il quddiem u għandha tkun ta' seba' ġimgħat għall-2022.

2.   L-aġenti li jirrapportaw għandhom jittrażmettu lill-BĊN relevanti jew lill-AKN relevanti jew lit-tnejn, skont l-arranġamenti ta' kooperazzjoni lokali, It-tagħrif statistiku annwali meħtieġ, ta' mill-inqas għoxrin ġimgħa wara t-tmiem tat-trimestru li miegħu jkun relatat it-tagħrif statistiku. Din id-data ta' skadenza għandha titressaq 'il quddiem b'ġimgħatejn fis-sena minn hemm 'il quddiem u għandha tkun ta' 14-il ġimgħa għall-2022.

Artikolu 9

Standards minimi u arranġamenti ta' rappurtar nazzjonali

1.   L-aġenti li jirrappurtaw għandhom jikkonformaw mal-obbligi tar-rappurtar statistiku li għalihom huma suġġetti b'konformità mal-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness III.

2.   Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti tar-rappurtar li jridu jiġu segwiti mill-popolazzjoni attwali li tirrapporta. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti tar-rappurtar jipprovdu l-informazzjoni statistika meħtieġa u jippermettu verifika preċiża li huma sodisfatti l-istandards minimi għat-trasmissjoni, il-preċiżjoni u l-konformità mal-kunċetti u reviżjonijiet speċifikati fl-Anness III.

Artikolu 10

Fużjonijet, diviżjonijiet u riorganizzazzjonijiet

Fil-każ ta' fużjoni, diviżjoni jew riorganizzazzjoni li tista' taffettwa t-twettiq tal-obbligi statistiċi tagħhom, kull aġent li jirrapporta kkonċernat għandu jinforma lill-BĊN relevanti, direttament jew permezz tal-AKN rilevanti skont arranġamenti ta' kooperazzjoni lokali, hekk kif l-intenzjoni tal-implimentazzjoni ta' tali operazzjoni tkun ġiet ippubblikata u fi żmien raġonevoli qabel ma tidħol fis-seħħ, bil-proċeduri li huma ppjanati sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku stabbiliti f'dan ir-Regolament;

Artikolu 11

Verifika u ġbir obbligatorju

Il-BĊNi għandhom jeżerċitaw id-dritt biex jivverifikaw jew jiġbru b'mod obbligatorju l-informazzjoni li l-aġenti li jirrapportaw huma mitluba jagħtu skont dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-BĊE li jeżerċità dawn id-drittijiet huwa stess. B'mod partikolari, il-BĊNi għandhom jeżerċitaw dan id-dritt meta istituzzjoni inkluża fil-popolazzjoni attwali tar-rappurtar ma tissodisfax l-istandards minimi tat-trażmissjoni, l-eżattezza, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness III.

Artikolu 12

L-ewwel rappurtar

1.   L-ewwel rappurtar għandu jibda b' tagħrif statistiku trimestrali fuq l-assi għat-tielet trimestru tal-2019 u bIt-tagħrif statistiku annwali dwar il-passiv u l-membri għall-2019. Dan it-tagħrif statistiku għandu jiġi rrappurtat b'konformità mal-Artikolu 8.

2.   Il-PFs imsemmija fl-Artikolu 7(1)(ċ) u (d) għandhom jirrapportaw It-tagħrif statistiku annwali dwar l-assi skont dawk id-dispożizzjonijiet għall-2018 sal-aħħar tal-2019.

3.   Sabiex jinkisbu estimi trimestrali għall-passiv tal-PFs skont l-Artikolu 4(2) għall-2019, il-BĊNi għandhom jużaw it-tagħrif statistiku annwali dwar il-passiv għall-2018disponibbli mingħand il-BĊN jew il-AKN relevanti.

Artikolu 13

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Jekk BĊN jagħti deroga skont l-Artikolu 7(1)(b), il-BĊN relevanti għandu jiżgura li l-PFs li jikkontribwixxu gġall-karta tal-bilanċ aggregata trimestrali jammontaw għal tal-anqas75 % tal-assi totali taż PFs residenti fl-Istat Membru relevanti taż-żona tal-euro għall-ewwel rappurtar u sa mhux aktar tard mid-data sa meta l-aġenti tar-rappurtar għandhom jittrażmettu it-tagħrif statistiku trimestrali u annwali għall-2022 skont l-Artikolu 8.

Artikolu 14

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament ghandu jidhol fis-sehh fl-ghoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tieghu f'Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta' Jannar 2018.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3, p. 23.

(2)  Opinjoni mogħtija fis-26 ta' Settembru 2017.

(3)  Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24) (ĠU L 305, 1.11.2012, p. 6).

(4)  Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

(5)  Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2013/38) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 73).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika fuq l-attiv u l-passiv ta' korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 107).

(7)  Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).

(8)  Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' Novembru 2014 dwar rekwiżiti ta' rappurtar statistiku għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (BĊE/2014/50) (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 36).

(9)  Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-sorveljanza tal-istituzzjonijiet li jipprovdu għall-irtirar mix-xogħol (ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10).


ANNESS I

REKWIŻITI TA' RAPPURTAR STATISTIKU

PARTI 1

Rekwiżiti ġenerali ta' rappurtar statistiku

1.

Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tipprovdi ta' mill-inqas it-tagħrif statistiku li ġej, fuq bażi trimestrali:

(a)

It-tagħrif statistiku titolu b'titolu għal titoli b'kodiċijiet ISIN;

(b)

It-tagħrif statistiku dwar titoli mingħajr kodiċijiet ISIN jew fuq bażi ta' titolu b'titolu jew inkella fuq bażi aggregata, imqassma skont il-kategoriji tal-istrument/maturità u l-kontropartijiet;

(c)

It-tagħrif statistiku dwar assi u obbligazzjonijiet minbarra titoli jew fuq bażi ta' titolu b'titolu jew inkella fuq bażi aggregata, imqassma skont il-kategoriji tal-istrument/maturità u l-kontropartijiet;

2.

It-tagħrif statistiku b'formaaggregata għandha tiġi pprovduta f'termini ta' stokks u, skont l-istruzzjonijiet tal-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) relevanti, f'termini ta' jew: (a) rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju; jew (b) tranżazzjonijiet finanzjarji.

3.

Barra minn hekk, fondi tal-pensjoni (PFs) residenti fi Stat Membru taż-żona tal-euro għandhom jipprovdu, fuq bażi annwali, it-tagħrif statistiku dwar obbligazzjonijiet kif speċifikat fl-Anness II.

4.

It-tagħrif statistiku li għandu jiġi pprovdut lill-BĊN relevanti fuq il-bażi ta' titolu b'titolu huwa speċifikat fit-Tabella 2.1 għal titoli b'kodiċi ISIN u fit-Tabella 2.2 għal titoli mingħajr kodiċi ISIN. Ir-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku trimestrali aggregat għal stokks u għar-rivalutazzjonijiet minħabba bidliet fil-prezz u r-rata tal-kambju jew tranżazzjonijiet finanzjarji, huma speċifikati fit-Tabelli 1a u 1c. Ir-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku annwali aggregat għal stokks u għar-rivalutazzjonijiet minħabba bidliet fil-prezz u r-rata tal-kambju huma jew tranżazzjonijiet finanzjarji, huma speċifikati fit-Tabella 1b. It-tagħrif statistiku annwali li għandha tingħata rigward in-numru ta' membri tal-iskemi tal-pensjoni hija speċifikata fit-Tabella 3.

PARTI 2

Riżervi ta' fond tal-pensjoni

1.

F'dak li jirrigwarda riżervi ta' fond tal-pensjoni, għar-rekwiżiti ta' rappurtar annwali elenkati hawn isfel, l-aġenti li jirrappurtaw għandhom jidderivaw stimi, jekk it-tagħrif statistiku ma jkunx jista' jiġi identifikat b'mod dirett, skont il-gwida tal-BĊN relevanti, fuq il-bażi tal-aħjar prattiki komuni iddefiniti fil-livell taż-żona tal-euro:

intitolamenti tal-pensjoni mqassma bil-kontribuzzjoni ddefinita u skemi ta' benefiċċju ddefiniti;

aġġustamenti ta' rivalutazzjoni (inklużi aġġustamenti tar-rata tal-kambju) jew tranżazzjonijiet finanzjarji għat-tqassimi meħtieġ kollu kif jidher fit-Tabella 1b.

2.

Il-BĊNi għandhom jidderivaw stimi trimestrali bbażati fuq it-tagħrif statistiku pprovdut fuq bażi annwali mill-aġenti li jirrapportaw.

PARTI 3

Tabelli ta' rappurtar

Tabella 1a

ASSI

Stokks u aġġustament ta' rivalutazzjoni (inklużi aġġustament tar-rata tal-kambju) jew tranżazzjonijiet finanzjarji

Dejta meħtieġa biex tiġi pprovduta fuq bażi trimestrali

 

Total

Stati Membri taż-żona tal-euro/domestiċi minbarra domestiċi (total)

Il-Bqija Tad-Dinja (total)

 

MFIs (S.121 + 122)

Mhux-MFI - Total

 

Gvern ġenerali (S.13)

Residenti oħra

Total

Fondi ta' investiment mhux MMF (S.124)

Intermedjarji finanzjarji oħrajn (S.125), awżiljari finanzjarji (S.126), istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u dawk li jisilfu l-flus (S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Fondi tal-pensjoni (S.129)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet bla qligħ li jservu unitajiet domestiċi (S.14 + S.15)

ASSI (totali)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

Munita u depożiti (ESA 2010: F.21, F.22 u F.29)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom depożiti trasferibbli (ESA 2010: F.22)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

Titoli ta' dejn (ESA 2010: F.3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

Selfiet (ESA 2010: F.4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sena u sa 5 snin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn 5 snin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

Ekwità (ESA 2010: F.51)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ishma kkwotati (ESA 2010: F.511)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ishma kkwotati (ESA 2010: F. 512)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ekwità oħra (ESA 2010: F.519)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

Ishma/unitajiet ta' fondi tal-investiment (ESA 2010: F.52)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

unitajiet/ishma MMF (ESA 2010: F.521)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

unitajiet/ishma mhux MMF (ESA 2010: F.522)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

l/m fondi ta' bonds

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

l/m fondi ta' ekwità

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

l/m fondi mħallta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

l/m fondi ta' proprjetà immobbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

l/m fondi hedge

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

l/m fondi oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

Riservi ta' fondi tal-pensjonijiet (ESA 2010: F. 6)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom pretenzjonijiet ta' fondi ta' pensjoni fuq maniġers tal-pensjonijiet [2010] F.64)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ammonti rekuperabbli mir-riassigurazzjoni (F.61)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

Derivattivi finanzjarji [ESA 2010: F.7)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

Kontijiet oħra riċevibbli/pagabbli (ESA 2010: F.8)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9

Assi mhux finanzjarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 1b

OBBLIGAZZJONIJIET

Stokks u aġġustament ta' rivalutazzjoni (inklużi aġġustament tar-rata tal-kambju) jew tranżazzjonijiet finanzjarji

Dejta li għandha tiġi pprovduta fuq bażi  (1) annwali

 

Total

Stati Membri taż-żona tal-euro/domestiċi minbarra domestiċi (total)

Il-Bqija Tad-Dinja (total)

 

MFIs (S.121 + 122)

Mhux-MFI - Total

 

Gvern ġenerali (S.13)

Residenti oħra

Total

Fondi ta' investiment mhux MMF (S.124)

Intermedjarji finanzjarji oħrajn (S.125), awżiljari finanzjarji (S.126), istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u dawk li jisilfu l-flus (S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Fondi tal-pensjoni (S.129)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet bla qligħ li jservu unitajiet domestiċi (S.14 + S.15) (4)

OBBLIGAZZJONIJNIET (total)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10

Selfiet (ESA 2010: F.4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Aktar minn sena u sa ħames snin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Aktar minn ħames snin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11

Titoli ta' dejn maħruġa (ESA 2010: F.3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12

Ekwità (ESA 2010: F.5, F.519)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13

Riservi tekniċi tal-assigurazzjoni (ESA 2010: F.6)  (2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13.1

Intitolamenti tal-pensjonijiet (ESA 2010: F.63)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

l/m skemi ta' kontribuzzjonijiet definiti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

l/m skemi ta' benefiċċju definiti (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13.2

li minnhom pretenzjonijiet ta' fondi ta' pensjoni fuq maniġers tal-pensjonijiet [ESA 2010] F.64)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.3

Intitolamenti lil benefiċċji mhux tal-pensjoni (ESA 2010: F.65).

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

14

Derivattivi finanzjarji [ESA 2010: F.71)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15

Kontijiet oħra riċevibbli/pagabbli (ESA 2010: F.8)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16

A25:A48 Valur nett (ESA 2010: B.90)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tabella 1c

TQASSIM SKONT IL-PAJJIŻ

Stokks u aġġustament ta' rivalutazzjoni (inklużi aġġustamenti tar-rata tal-kambju) jew tranżazzjonijiet finanzjarji

Assi meħtieġa li jiġu pprovduti fuq bażi trimestrali u dejta tal-obbligazzjonijiet meħtieġa li jiġu pprovduti fuq bażi  (5) annwali

 

Residenti taż-żona tal-euro oħrajn (ħlief domestiċi)

 

BE

DE

EE

IE

EL

ES

FR

IT

CY

LV

LT

LU

MT

NL

AT

PT

SI

SK

FI

ASSI (totali)

Munita u depożiti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Titoli ta' dejn (ESA 2010: F.3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

maħruġa minn MFIs

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iktar minn sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

maħruġa minn mhux MFIs

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Gvern Ġenerali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iktar minn sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Residenti oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iktar minn sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ekwità (ESA 2010: F.51)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

maħruġa minn MFIs

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ishma kkwotati (ESA 2010: F.511)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ishma kkwotati (ESA 2010: F. 512)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ekwità oħra (ESA 2010: F.519)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

maħruġa minn mhux MFIs

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Gvern Ġenerali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ishma kkwotati (ESA 2010: F.511)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ishma kkwotati (ESA 2010: F. 512)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ekwità oħra (ESA 2010: F.519)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Residenti oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ishma kkwotati (ESA 2010: F.511)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ishma kkwotati (ESA 2010: F. 512)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ekwità oħra (ESA 2010: F.519)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ishma/unitajiet ta' fondi tal-investiment (ESA 2010: F.52)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

OBBLIGAZZJONIJNIET (total)

Intitolamenti għal pensjoni (ESA 2010: F. 63)  (6)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


 

Stati Membri li ma jipparteċipawx

 

BG

CZ

DK

HR

HU

PL

RO

SE

ir-Renju Unit

ASSI (totali)

Munita u depożiti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Titoli ta' dejn (ESA 2010: F.3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

maħruġa minn MFIs

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iktar minn sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

maħruġa minn mhux MFIs

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Gvern ġenerali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iktar minn sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Residenti oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iktar minn sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ekwità (ESA 2010: F.51)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

maħruġa minn MFIs

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ishma kkwotati (ESA 2010: F.511)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ishma kkwotati (ESA 2010: F. 512)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ekwità oħra (ESA 2010: F.519)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

maħruġa minn mhux MFIs

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Gvern ġenerali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ishma kkwotati (ESA 2010: F.511)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ishma kkwotati (ESA 2010: F. 512)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ekwità oħra (ESA 2010: F.519)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Residenti oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ishma kkwotati (ESA 2010: F.511)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ishma kkwotati (ESA 2010: F. 512)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ekwità oħra (ESA 2010: F.519)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ishma/unitajiet ta' fondi tal-investiment (ESA 2010: F.52)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

OBBLIGAZZJONIJNIET (total)

Intitolamenti għal pensjoni (ESA 2010: F.63)  (7)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


 

Kontropartijiet prinċipali barra mill-UE

 

Il-Brażil

Il-Kanada

Iċ-Ċina

Ħong Kong

L-Indja

Il-Ġappun

ir-Russja

L-Isvizzera

L-Istati Uniti

L-istituzzjonijiet tal-UE

Organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn

Ċentri finanzjarji offshore (bħala grupp)

ASSI (totali)

Munita u depożiti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Titoli ta' dejn (ESA 2010: F.3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iktar minn sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ekwità (ESA 2010: F.51)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ishma kkwotati (ESA 2010: F.511)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ishma kkwotati (ESA 2010: F. 512)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

li minnhom ekwità oħra (ESA 2010: F.519)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ishma/unitajiet ta' fondi tal-investiment (ESA 2010: F.52)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

OBBLIGAZZJONIJIET (total)

Intitolamenti għal pensjoni (ESA 2010: F.63)  (8)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tabella 2

It-tagħrif statistiku meħtieġ titolu b'titolu

It-tagħrif statistiku għall-oqsma fit-Tabella 2.1 u t-Tabella 2.2 għandu jiġi rrapportat għal kull titolu kklassifikat taħt il-kategoriji “titoli ta' debitu”, “ekwità” u “ishma/unitajiet ta' fondi ta' investiment” (kif iddefinit fl-Anness II, Parti 1, Tabella A). Filwaqt li t-Tabella 2.1 tirreferi għal titoli li ġew assenjati kodiċi ISIN, it-Tabella 2.2 tirreferi għal titoli mingħajr kodiċi ISIN.

Tabella 2.1: Investimenti f'titoli b'kodiċi ISIN

It-tagħrif statistiku għall-oqsma għandua jiġi rrapportat għal kull titolu skont ir-regoli li ġejjin:

1.

It-tagħrif statistiku għall-qasam 1 għandha tiġi rrapportata.

2.

Jekk il-BĊN relevanti ma jiġborx direttament informazzjoni titolu b'titolu dwar tranżazzjonijiet, it-tagħrif statistiku għal tnejn mit-tliet oqsma 2, 3 u 4 għandha tiġi rrapportata (jiġifieri l-oqsma 2 u 3; l-oqsma 2 u 4; jew l-oqsma 3 u 4). Jekk jinġabar it-tagħrif statistiku għall-qasam 3, irid jinġabar ukoll it-tagħrif statistiku għall-qasam 3b.

3.

Jekk il-BĊN relevanti jiġbor direttament informazzjoni titolu b'titolu dwar tranżazzjonijiet, irid jiġi rrappurtat ukoll it-tagħrif statistiku għall-oqsma li ġejjin:

(a)

qasam 5; jew oqsma 6 u 7; u

(b)

qasam 4; jew oqsma 2 u 3.

4.

Il-BĊN relevanti jista' jitlob ukoll lill-aġenti li jirrapportaw biex jirrapportaw it-tagħrif statistiku għall-oqsma 8, 9, 10 u 11.

5.

Il-BĊN rilevanti għandu jiżgura li l-kopertura bbażata fuq it-tagħrif statistiku pprovdut tkun 95 % tat-titoli bil-kodiċijiet ISIN iżda l-BĊN mhux meħtieġ iżid il-popolazzjoni li tirrapporta b'assi totali fejn jingħataw derogi skont l-Artikolu 7.

Qasam

Titolu

1

Kodiċi ISIN

2

Numru ta' unitajiet jew ammont nominali aggregat

3

Prezz

3b

Bażi ta' kwotazzjoni

4

Ammont totali tal-valur fis-suq

5

Tranżazzjonijiet finanzjarji

6

Titoli mixtrija (assi) jew maħruġa (obbligazzjonijiet)

7

Titoli mibjugħa (assi) jew mifdija (obbligazzjonijiet)

8

Munita li fiha huwa rreġistrat it-titolu

9

Bidliet oħra fil-volum b'valur nominali

10

Bidliet oħra fil-volum b'valur tas-suq

11

Investiment f'portafoll jew investiment dirett

Tabella 2.2: Investimenti f'titoli mingħajr kodiċi ISIN

It-tagħrif statistiku għal kull qasam għandu jiġi rrappurtat jew: (a) għal kull titolu; jew (b) billi jiġu aggregati kwalunkwe numru ta' titoli bħala oġġett wieħed.

Fil-każ ta' (a) japplikaw ir-regoli li ġejjin:

1.

Għandu jiġi rrappurtat it-tagħrif statistiku għall-oqsma 1, 12, 13, 14, 15 u 17.

2.

Jekk il-BĊN relevanti ma jiġborx direttament it-tagħrif statistiku titolu b'titolu dwar tranżazzjonijiet, it-tagħrif statistiku għal tnejn mit-tliet oqsma 2, 3 u 4 għandu jiġi rrappurtat (jiġifieri l-oqsma 2 u 3; l-oqsma 2 u 4; jew l-oqsma 3 u 4).

3.

Jekk il-BĊN relevanti jiġbor direttament informazzjoni titolu b'titolu dwar tranżazzjonijiet, irid jiġi rrappurtat ukoll it-tagħrif statistiku għall-oqsma li ġejjin:

(a)

qasam 5; jew oqsma 6 u 7; u

(b)

qasam 4; jew oqsma 2 u 3.

4.

Jekk jinġabar it-tagħrif statistiku għall-qasam 3, irid jinġabar ukoll it-tagħrif statistiku għall-qasam 3b.

5.

Il-BĊN relevanti jista' jitlob ukoll lill-aġenti li jirrapportaw biex jirrapportaw it-tagħrif statistiku għall-oqsma 3b, 8, 9, 10 u 11.

Fil-każ ta' (b) japplikaw ir-regoli li ġejjin:

1.

Għandu jiġi rrappurtat it-tagħrif statistiku għall-oqsma 4, 12, 13, 14 u 15.

2.

Għandu jiġi rrappurtat it-tagħrif statistiku għall-qasam 5 jew għall-oqsma 10 u 16.

3.

Il-BĊN relevanti jista' jitlob ukoll lill-aġenti li jirrapportaw biex jirrapportaw it-tagħrif statistiku għall-oqsma 8, 9 u 11.

Qasam

Titolu

1

Kodiċi għall-identifikazzjoni tat-titolu

2

Numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat

3

Prezz

3b

Bażi ta' kwotazzjoni

4

Ammont totali tal-valur fis-suq

5

Tranżazzjonijiet finanzjarji

6

Titoli mixtrija (assi) jew maħruġa (obbligazzjonijiet)

7

Titoli mibjugħa (assi) jew mifdija (obbligazzjonijiet)

8

Munita li fiha huwa rreġistrat it-titolu

9

Bidliet oħra fil-volum b'valur nominali

10

Bidliet oħra fil-volum b'valur tas-suq

11

Investiment f'portafoll jew investiment dirett

12

Strument:

Titoli ta' dejn (F.3)

Ekwità (F.51)

li minnhom ishma kkwotati (F.511)

li minnhom ishma mhux kkwotati (F.512)

li minnhom ekwità oħra (F.519)

Ishma/unitajiet ta' fond ta' investiment (F.52)

li minnhom ishma jew unitajiet f'fond tas-suq tal-flus (MMF) (F.521)

li minnhom ishma/unitajiet f'fond ta' investiment mhux ta' MMF (F.522)

13

Data ta' ħruġ u data ta' maturità għal titoli ta dejn. Alternattivament, rendikont skont il-kategoriji ta' maturità kif ġej: maturità oriġinali sa sena, minn sena sa sentejn, aktar minn sentejn u l-kumplament tal-maturità sa sena, bejn sena u sentejn, sentejn sa ħames snin, aktar minn ħames snin.

14

Settur jew sottosettur tal-emittent:

Bank ċentrali (S.121);

Korporazzjoniet li jaċċettaw id-depożiti għajr għall-bank ċentrali (S.122)

Fondi ta' suq tal-flus (S.123)

Fondi ta' investiment li mhumiex MMF (S.124)

Intermedjarji finanzjarji oħrajn, minbarra korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet; awżiljarji finanzjarji; u istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.125 + S.126 + S.127)

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Fondi tal-pensjoni (S.129)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Gvern ġenerali (S.13)

Unitajiet domestiċi u istituzzjonijiet li m'għandhomx skop ta' qligħ li jservu unitajiet domestiċi (S.14 + S.15) (9)

15

Pajjiż emittent

16

Aġġustamenti ta' rivalutazzjoni

17

Data tal-qasma (10) u fattur tal-qasma (11)

Tabella 3

Numru ta' membri ta' skema tal-pensjonijiet

Dejta li għandha tiġi pprovduta fuq bażi annwali - Dejta tal-aħħar tas-sena

 

Total

 

Li minnhom: membri attivi

Li minnhom: membri differiti

Li minnhom: membri rtirati

Numru ta' membri

 

 

 

 


(1)  Stimi trimestrali li għandhom jiġu pprovduti mill-BĊNi

(2)  Riżervi tekniċi totali jistgħu jinkludu assigurazzjoni fuq il-ħajja

(3)  Skemi nozzjonali ta' kontribuzzjoni definita u skemi ibridi jinġabru flimkien bħala skemi ta' benefiċċju definit.

(4)  Drittijiet relevanti biss għall-unitajiet domestiċi (S.14)

(5)  Stimi trimestrali li għandhom jiġu pprovduti mill-BĊNi.

(6)  Stimi trimestrali li għandhom jiġu pprovduti mill-BĊNi

(7)  Stimi trimestrali li għandhom jiġu pprovduti mill-BĊNi

(8)  Stimi trimestrali li għandhom jiġu pprovduti mill-BĊNi

(9)  Il-BĊN relevanti jista' jeħtieġ lill-aġenti li jirrapportaw attwali biex jidentifikaw separatament is-subsetturi “unitajiet domestiċi” (S.14) u “istituzzjonijiet li ma għandhomx skop ta' qligħ li jservu lil unitajiet domestiċi” (S.15).

(10)  Id-data tal-qasma hija d-data li fiha seħħet l-aħħar qasma tal-istokk jew qasma b'lura. Il-qasmiet tal-ishma huma operazzjonijiet li jaqsmu l-ishma eżistenti, b'hekk inaqqsu l-prezz tal-ishma u jżidu l-għadd ta' ishma disponibbli fis-suq fl-istess proporzjon. Il-qasmiet b'lura jżidu l-prezz tal-ishma u jnaqqsu n-numru ta' ishma disponibbli fis-suq fl-istess proporzjon.

(11)  Il-fattur tal-qasma huwa kkalkulat bħala n-numru ta' ishma wara l-qasma diviż bin-numru ta' ishma qabel il-qasma.


ANNESS II

DESKRIZZJONIJIET

PARTI 1

Deskrizzjonijiet ta' kategoriji ta' strumenti

1.

Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni dettaljata u standard tal-kategoriji tal-istrumenti li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom jittrasponu fil-kategoriji nazzjonali tagħhom skont dan ir-Regolament. La l-lista ta' strumenti finanzjarji individwali fit-tabella u lanqas id-deskrizzjonijiet korrispondenti tagħhom ma huma intiżi li jkunu eżawrjenti. Id-deskrizzjonijiet jirreferu għas-sistema Ewropea ta' kontijiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 549/2013 (iktar 'il quddiem l-“ESA 2010”).

2.

Għal uħud mill-kategoriji ta' strumenti, huma meħtieġa klassifikazzjonijiet skont il-maturità. Dawn jirreferu għall-maturità oriġinali, jiġifieri l-maturità mal-ħruġ, li huwa l-perijodu fiss tal-ħajja ta' strument finanzjarju li qablu ma jistax jinfeda, eż. titoli ta' dejn, jew li qablu jista' jinfeda biss b'penali, eż. xi tipi ta' depożiti;

3.

Tista' ssir distinzjoni bejn pretensjonijiet finanzjarji skont jekk ikunux negozjabbli jew le. Pretensjoni tkun negozjabbli jekk is-sjieda tagħha tkun faċilment tista' tiġi trasferita minn unità għal oħra b'konsenja jew approvazzjoni jew tkun paċuta fil-każ ta' derivattivi finanzjarji. Filwaqt li kwalunkwe strument finanzjarju jista' potenzjalment jiġi nnegozjat, l-istrumenti negozjabbli huma mfassla biex ikunu nnegozjati permezz ta' borża organizzata jew barra l-borża, minkejja li jekk attwalment ikunux innegozjati mhix kundizzjoni neċessarja għan-negozjabbiltà.

Tabella A

Deskrizzjoni ta' kategoriji ta' strumenti fl-assi u l-obbligazzjonijiet ta' korporazzjonijiet ta' fondi tal-pensjonij

ASSI

Kategorija ta' strumenti

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin

1.

Valuta u depożiti

Investimenti f'karti tal-flus u muniti tal-euro u ta' karti tal-flus barranin fiċ-ċirkolazzjoni li jintużaw b'mod komuni sabiex isiru ħlasijiet u depożiti li jsiru mill-fond tal-pensjoni (PF) ma' istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM). Dawn jistgħu jinkludu depożiti ta' matul il-lejl, depożiti b'maturità miftiehma u depożiti li jistgħu jinfdew b'avviż, kif ukoll pretensjonijiet taħt retroriakkwisti jew teħid ta' titoli b'self kontra kollaterali fi flus kontanti (dan japplika biss jekk il-kontroparti hija korporazzjoni li tieħu d-depożiti (ESA 2010, paragrafu 5.130)).

1.1

Depożiti trasferibbli

Depożiti trasferibbli huma depożiti li huma trasferibbli direttament fuq talba biex jagħmlu ħlasijiet lil aġenti ekonomiċi oħra permezz ta' mezzi ta' ħlas użati normalment, bħal trasferiment ta' kreditu u debitu dirett, possibbilment ukoll permezz ta' karta ta' kreditu jew ta' debitu, tranżazzjonijiet ta' flus elettroniċi, ċekkijiet, jew mezzi simili, mingħajr dewmien sinifikanti, restrizzjoni jew penali. Depożiti li jistgħu jintużaw biss għal ġbid ta' flus, u/jew depożiti li minnhom jistgħu jinġibdu jew jiġu ttrasferiti flus permezz ta' kont ieħor tal-istess sid, m'għandhomx jiddaħħlu bħala depożiti trasferibbli.

2.

Titoli ta' dejn

Investimenti f'titoli ta dejn, li huma strumenti finanzjarji negozjabbli li jservu bħala prova ta' dejn, normalment jiġu nnegozjati fis-swieq sekondarji. Dawn jistgħu jiġu paċuti wkoll fuq is-suq u ma jagħtu ebda dritt ta' proprjetà lid-detentur kontra l-istituzzjoni ta-ħruġ.

Din il-kategorija tinkludi:

investimenti f'titoli li jagħtu lid-detentur id-dritt mingħajr kundizzjoni għal qligħ fiss jew qligħ stabbilit b'kuntratt fil-forma ta' pagamenti ta' ċedoli u/jew ta' somma fissa stabbilita minn qabel f'data jew dati speċifiċi, jew li tibda minn data stabbilita fil-ħin tal-ħruġ;

self li jkun sar negozjabbli f'suq organizzat, jiġifieri self innegozjat, sakemm ikun hemm prova ta' kummerċ f'suq sekondarju, inkluża l-eżistenza ta' ġeneraturi tas-suq, u l-ipprezzar frekwenti tal-ass finanzjarju, bħal dik ipprovduta minn bid-offer spreads. Meta dawn il-kriterji ma jkunux sodisfatti, dawn għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kategorija ta' strumenti 3 “Self” (ara wkoll “self innegozjat” taħt l-istess kategorija);

debitu subordinat fil-forma ta' titoli ta' dejn (ara ukoll “debitu subordinat fil-forma ta' depożiti jew self” fil-kategorija 3 “Self”).

Titoli mislufa taħt operazzjonijiet ta' self ta' titoli jew mibjugħa taħt ftehim ta' xiri mill-ġdid jibqgħu fuq il-karta tal-bilanċ tas-sid oriġinali (u ma għandhomx jiġu rreġistrati fil-karta tal-bilanċ tal-akkwirent temporanju) meta jkun hemm impenn sod li tinqeleb l-operazzjoni, u mhux sempliċement għażla biex isir dan. Meta l-akkwirent temporanju jbiegħ it-titoli rċevuti, dan il-bejgħ għandu jitniżżel bħala tranżazzjoni ċara f'titoli u jiddaħħal fil-karta tal-bilanċ tal-akkwirent temporanju bħala pożizzjoni negattiva fil-portafoll tat-titoli.

3.

Self

Għall-finijiet tal-iskema ta' rappurtar, din il-kategorija tikkonsisti f'fondi mislufa minn PFs lil mutwatarji, jew self akkwistat minn PFs, li tagħhom ikun hemm prova permezz ta' dokumenti mhux negozjabbli jew inkella ma jkunx hemm prova b'dokumenti.

Din tinkludi dawn il-partiti:

investimenti f'titoli ta' dejn li ma humiex negozjabbli: investimenti f'titoli ta' dejn li mhumiex negozjalli u li ma jistgħux jiġu nnegozjati u ma jistgħux jiġu nnegozjati fi swieq sekondarji;

self innegozjat: self li de facto jkun sar negozjabbli huwa kklassifikat taħt il-kategorija “Self” kemm-il darba ma jkun hemm ebda evidenza ta' negozjar f'suq sekondarju. Inkella jiġu kklassifikati bħala titoli ta' dejn (kategorija 2);

dejn subordinat fil-forma ta' self: strumenti ta' dejn subordinat jipprovdu pretensjoni sussidjarja kontra l-istituzzjoni emittenti li tista' tiġi eżerċitata biss wara li jkunu ġew sodisfatti l-pretensjonijiet kollha bi status ogħla, biex b'hekk jingħatawlhom xi wħud mill-karatteristiċi ta' ekwità. Għal finijiet ta' statistika, dejn subordinat jiġi kklassifikat bħala “self” jew bħala “titoli ta' dejn” skont in-natura tal-istrument finanzjarju. Meta investimenti ta' PF ta' kull forma ta' dejn subordinat ikunu identifikati bħala ċifra unika għal skopijiet statistiċi, din iċ-ċifra trid tiġi klassifikata taħt il-kategorija “titoli ta' dejn”, fuq il-bażi li debitu subordinat huwa kkostitwit b'mod predominanti fil-forma ta' titoli ta' dejn, aktar milli bħala self;

pretensjonijiet taħt retroriakkwisti jew self ta' titoli kontra kollateral fi flus kontanti (dan japplika biss jekk il-kontroparti mhix korporazzjoni li tieħu d-depożiti (ESA 2010, paragrafu 5.130); kontroparti ta' flus kontanti mħallsa bi skambju għal titoli mixtrija minn aġenti li jirrapportaw bi prezz mogħti taħt impenn fiss li jinbiegħu mill-ġdid l-istess titoli jew titoli simili bi prezz fiss f'data futura speċifikata, jew self ta' titoli kontra kollateral fi flus.

Din il-kategorija teskludi assi fil-forma ta' depożiti li jsiru minn PFs (li huma inklużi fil-kategorija 1).

4.

Ekwità

Assi finanzjarji li jirrappreżentaw drittijiet ta' proprjetà f'korporazzjonijiet jew kważikorporazzjonijiet. Assi finanzjarji bħal dawn ġeneralment jintitolaw lid-detenturi għal sehem mill-profitti tal-korporazzjonijiet jew kważikorporazzjonijiet u għal sehem mill-assi netti tagħhom fil-każ ta likwidazzjoni.

Din il-kategorija tinkludi ishma kkwotati u mhux ikkwotati u ekwità oħra.

Titoli ta' ekwità mislufa taħt operazzjonijiet ta' self ta' titoli jew mibjugħa taħt ftehim ta' riakkwist, jiġu ttrattati b'mod konformi mal-kategorija 2 “Titoli ta' dejn”.

4.1

Ishma kkwotati

It-titoli ta' ekwità kkwotati f'borża. Din il-borża tista' tkun borża rikonoxxuta jew kwalunkwe forma oħra ta' suq sekondarju. L-ishma kkwotati huma wkoll imsejħin ishma kkwotati fil-borża.

4.2

Ishma mhux ikkwotati

L-ishma mhux ikkwotati huma titoli ta' ekwità mhux ikkwotati f'borża.

4.3.

Ekwità oħra

Ekwità oħra tinkludi kull forma ta' ekwità minbarra ishma elenkati u ishma mhux elenkati.

5.

Ishma/unitajiet ta' fond ta' investiment

Din il-kategorija tinkludi investimenti f'ishma jew unitajiet maħruġa minn fondi tas-suq monetarju (MMFs) u fondi ta' investiment li mhumiex MMF (jiġifieri fondi ta' investiment apparti MMFs).

5.1

Ishma/unitajiet ta' MMF

Investimenti f'ishma jew unitajiet maħruġa minn MMFs kif iddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33).

5.2

Ishma/unitajiet mhux MMF

Investimenti f'ishma jew unitajiet maħruġa minn fondi ta' investiment (FI) apparti MMFs kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38).

6.

Riżervi ta' fond tal-pensjoni

Din il-kategorija tinkludi:

Pretensjonijiet ta' PFs dwar maniġers tal-pensjoni kif iddefiniti fl-ESA 2010, paragrafi 5.186 u 17.78;

pretensjonijiet finanzjarji ta' PFs kontra korporazzjonijiet ta' riassigurazzjoni konnessi ma' riżervi tal-pensjoni (li jistgħu jiġu rkuprati bir-riassigurazzjoni).

7.

Derivattivi finanzjarji

Derivattivi finanzjarji huma strumenti finanzjarji li huma marbuta ma' strument finanzjarju, indikatur jew kommodità speċifikati, li permezz tagħhom riskji finanzjarji speċifiċi jistgħu jkunu nnegozjati fi swieq finanzjarji per se.

Din il-kategorija tinkludi:

opzjonijiet

liċenzji (warrants),

futures,

forwards,

swaps,

derivattivi tal-kreditu.

Id-derivattivi finanzjarji huma rreġistrati bil-valur tas-suq fuq il-karta tal-bilanċ fuq bażi grossa. Kuntratti individwali ta' derivattivi b'valuri tas-suq pożittivi għandhom jitniżżlu fuq in-naħa tal-attiv tal-karta tal-bilanċ, u l-kuntratti b'valuri tas-suq negattivi fuq in-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ.

Rabtiet futuri grossi li joħorġu minn kuntratti ta' derivattivi m'għandhomx jiddaħħlu bħala partiti ta' fuq il-karta tal-bilanċ.

Ir-reżidwi finanzjarji jistgħu jiġu rreġistrati fuq bażi netta skont il-metodi ta' valutazzjoni differenti. Fil-każ li jkunu disponibbli biss pożizzjonijiet netti, jew li l-pożizzjonijiet ma jiġux irreġistrati skont il-valur tas-suq imma b'valuri oħra, dawn il-pożizzjonijiet għandhom jiġu rrapportati minflok.

Din il-kategorija ma tinkludix derivattivi finanzjarji li ma humiex soġġetti għal reġistrazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ skont ir-regoli nazzjonali.

8.

Kontijiet oħra riċevibbli/pagabbli

Din hija l-partita residwa fuq in-naħa tal-assi tal-karta tal-bilanċ, iddefinita bħala “assi mhux inklużi x'imkien ieħor”. Il-BĊNi jistgħu jeħtieġu li jiġu rrapportati subpożizzjonijiet speċifiċi inklużi taħt din il-kategorija, bħal:

dividendi riċevibbli;

imgħax akkumulat riċevibbli fuq id-depożiti;

imgħax akkumulat riċevibbli fuq self;

imgħax akkumulat fuq investimenti f'titoli ta' dejn;

imgħax akkumulat fuq kera riċevibbli;

ammonti riċevibbli li mhumiex relatati man-negozju prinċipali tal-PF.

9.

Assi mhux finanzjarji

Assi tanġibbli jew intanġibbli minbarra assi finanzjarji.

Din il-kategorija tinkludi residenzi, binjiet u strutturi oħrajn, makkinarju u tagħmir, oġġetti prezzjużi, prodotti tal-proprjetà intellettwali bħal programmi tal-kompjuter u databases.


OBBLIGAZZJONIJIET

Kategoriji ta' strumenti

Deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin

10.

Self irċevut

Ammonti dovuti lil kredituri mill-PF, minbarra dawk li jirriżultaw mill-ħruġ ta' titoli negozjabbli. Din il-kategorija tikkonsisti f'dawn li ġejjin:

self: self mogħti lill-PFs li tagħhom ikun hemm prova permezz ta' dokumenti mhux negozjabbli jew li tagħhom ma jkunx hemm prova permezz ta' dokumenti,

riakkwisti u operazzjonijiet tat-tip ta' riakkwisti kontra kollateral fi flus kontanti: kontroparti ta' flus kontanti rċevuti bi skambju għal titoli mibjugħa mill-PF bi prezz miftiehem taħt rabta soda biex l-istess titoli (jew simili) jerġgħu jinxtraw bi prezz fiss f'data speċifikata aktar 'il quddiem. Ammonti rċevuti mill-PF bi skambju għal titoli ttrasferiti lil parti terza (l-“akkwirent temporanju”) għandhom jiġu kklassifikati hawnhekk meta jkun hemm rabta soda biex jinqaleb l-operat u mhux sempliċement għażla biex isir dan. Dan jimplika li l-PF iżomm ir-riskji u l-benefiċċji kollha tat-titoli sottostanti matul l-operazzjoni;

kollateral fi flus kontanti riċevuti fi skambju għal self ta' titoli: ammonti rċevuti bi skambju għal titoli ittrasferiti temporanjament lil parti terza fil-forma ta' self ta' titoli kontra kollateral fi flus kontanti,

kollateral fi flus kontanti riċevuti f'operazzjonijiet li jinvolvu t-trasferiment temporanju ta' deheb kontra kollateral.

11.

Titoli ta' dejn maħruġin:

Titoli maħruġa mill-PF, minbarra ekwità, li huma strumenti normalment negozjabbli u nnegozjati fi swieq sekondarji jew li jistgħu jiġu paċuti fis-suq u li ma jagħtu ebda drittijiet ta' proprjetà lid-detentur fuq l-istituzzjoni emittenti.

12.

Ekwità

Ara l-kategorija 4

13.

Riżervi tekniċi

L-ammont ta' kapital li l-PF iżomm sabiex jissodisfa l-pretenzjonijiet tal-pensjoni futuri tad-detenturi tal-polza tagħha.

13.1

li minnhom drittijiet għal pensjoni

L-ammont ta' kapital li l-PF iżomm sabiex jissodisfa l-pretenzjonijiet futuri tal-iskemi tal- pensjoni tiegħu.

Drittijiet għal pensjoni l/m skemi ta' kontribuzzjonijiet iddefiniti

L-ammont ta' kapital li l-PF iżomm sabiex jissodisfa l-pretenzjonijiet futuri tal-pensjoni tad-detenturi tal-poloz tal-iskema b'kontribuzzjoni ddefinita tiegħu.

Fi skema b'kontribuzzjoni ddefinita, il-benefiċċji mħallsa jiddependu mir-rendiment tal-assi akkwistati mill-iskema tal-pensjoni. Il-passiv ta' skema b'kontribuzzjoni ddefinita hu l-valur tas-suq attwali tal-assi tal-fond.

Drittijiet għal pensjoni l/m skemi ta' benefiċċju ddefinit

L-ammont ta' kapital li l-PF iżomm sabiex jissodisfa l-pretenzjonijiet futuri tal-pensjoni tad-detenturi tal-poloz tal-iskema b'benefiċċju ddefinit tiegħu.

Fi skema tal-pensjoni b'benefiċċju ddefinit, il-livell tal-benefiċċji tal-pensjoni mwiegħda lil impjegati parteċipanti jiġi determinat b'formola miftiehma minn qabel. Il-passiv ta' skema tal-pensjoni ta' benefiċċju ddefinit huwa ugwali għall-valur preżenti tal-benefiċċji mwiegħda.

L-iskemi nozzjonali ta' kontribuzzjoni ddefinita u l-iskemi ibridi jinġabru flimkien bħala skemi ta' benefiċċju ddefiniti (ESA 2010, paragrafu 17.59). Skema nozzjonali ta' kontribuzzjoni ddefinita hija simili għal skema ta' kontribuzzjoni ddefinita iżda b'ammont minimu garantit pagabbli. L-iskemi ibridi huma dawk l-iskemi li għandhom kemm element ta' benefiċċju ddefinit kif ukoll wieħed ta' kontribuzzjoni ddefinita. Skema hija kklassifikata bħala “ibrida” jew għaliex ikunu preżenti kemm dispożizzjonijiet ta' benefiċċju ddefinit kif ukoll ta' kontribuzzjoni ddefinita jew għaliex fiha skema nozzjonali ta' kontribuzzjoni ddefinita u, fl-istess ħin, benefiċċju ddefinit jew dispożizzjoni ta' kontribuzzjoni ddefinita.

13.2

Pretensjonijiet ta' fondi tal-pensjoniji fuq maniġers tal-pensjoni

Ara l-kategorija 6

13.3

Intitolamenti għal benefiċċji mhux tal-pensjoni

Dan huwa l-eċċess tal-kontribuzzjonijiet netti fuq il-benefiċċji, li jirrappreżenta żieda fir-responsabbiltà tal-iskema tal-assigurazzjoni lejn il-benefiċjarji (ddefinita fl-ESA 2010, paragrafu 5.187).

14.

Derivattivi finanzjarji

Ara l-kategorija 7

15.

Kontijiet oħra riċevibbli/pagabbli

Din hija l-partita residwa fuq in-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ, iddefinita bħala “obbligazzjonijiet mhux inklużi x'imkien ieħor”. Il-BĊNi jistgħu jeħtieġu li jiġu rrapportati subpożizzjonijiet speċifiċi inklużi taħt din il-kategorija, bħal:

ammonti pagabbli mhux relatati man-negozju prinċipali tal-PF, jiġifieri ammonti dovuti lil fornituri, taxxi, pagi, kontribuzzjonijiet soċjali, eċċ.;

dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw responsabbiltajiet kontra partijiet terzi, jiġifieri pensjonijiet, dividendi, eċċ.;

pożizzjonijiet netti li joħorġu mis-self ta' titoli mhux garantiti bi flus kontanti;

ammonti netti pagabbli fir-rigward ta' settlements futuri ta' tranżazzjonijiet f'titoli;

imgħax akkumulat pagabbli fuq self;

16.

Valur nett

Din hija l-partita ta' bilanċ tal-karta tal-bilanċ (B.90) (ESA 2010, paragrafu 7.02). L-istokk tal-assi u l-obbligazzjonijiet irreġistrati fil-karta tal-bilanċ huma vvalutati bil-prezzijiet xierqa, li normalment huma l-prezzijiet tas-suq prevalenti fid-data li għaliha tirrelata l-karta tal-bilanċ. Fi skema tal-pensjoni ta' benefiċċju ddefinit, madankollu, il-livell tal-benefiċċji tal-pensjoni mwiegħda lil impjegati parteċipanti jiġi determinat b'formola miftiehma minn qabel. Ir-responsabbiltà ta' skema ta' pensjoni ta' benefiċċju ddefinit hija ugwali għall-valur preżenti tal-benefiċċji mwiegħda, u għalhekk fi skema ta' pensjoni ta' benefiċċju ddefinit il-valur nett jista' jkun differenti minn żero.

Fi skema ta' kontribuzzjoni ddefinita, il-benefiċċji mħallsa jiddependu mir-rendiment tal-assi akkwistati mill-iskema tal-pensjoni. Il-passiv ta' skema b'kontribuzzjoni ddefinita hu l-valur tas-suq attwali tal-assi tal-fond. Il-valur nett tal-fond ikun dejjem żero.

PARTI 2

Deskrizzjonijiet ta' attributi titolu b'titolu

Tabella B

Deskrizzjonijiet ta' attributi titolu b'titolu

Qasam

Deskrizzjoni

Kodiċi għall-identifikazzjoni tat-titolu

Kodiċi li tidentifika titolu b'mod uniku, soġġett għall-istruzzjonijiet tal-BĊN (eż. in-numru ta' identifikazzjoni tal-BĊN, CUSIP, SEDOL). Dan il-kodiċi għandu jinżamm konsistenti tul iż-żmien.

Numru ta' unitajiet jew ammont nominali aggregat

Numru ta' unitajiet ta' titolu, jew ammont nominali aggregat fil-każ li t-titolu huwa nnegozjat f'ammonti aktar milli f'unitajiet, eskluż imgħax akkumulat.

Prezz

Prezz tas-suq għal kull unità ta' titolu, jew perċentwal tal-ammont nominali aggregat fil-każ li t-titolu huwa nnegozjat f'ammonti aktar milli f'unitajiet. Il-BĊNi jistgħu jitolbu wkoll li l-imgħax akkumulat ikun irrapportat taħt din il-pożizzjoni.

Bażi ta' kwotazzjoni

Jindika kif inhu kkwotat it-titolu, bħala perċentwali jew f'unitajiet

Ammont totali

Valur tas-suq totali ta' titolu Fil-każ ta' titoli li huma nnegozjati f'unitajiet, dan l-ammont huwa l-istess daqs in-numru ta' titoli multiplikat bil-prezz għal kull unità. Meta t-titoli jkunu nnegozjati f'ammonti aktar milli f'unitajiet, dan l-ammont huwa l-istess daqs l-ammont nominali aggregat immultiplikat bil-prezz imfisser bħala persentaġġ tal-ammonti nominali.

Il-BĊNi jistgħu fil-prinċipju jitolbu li l-imgħax akkumulat ikun irrapportat jew taħt din il-pożizzjoni jew inkella separatament. Madankollu, il-BĊNi jistgħu fid-diskrezzjoni tagħhom jitolbu t-tagħrif statistiku li jeskludi imgħax akkumulat.

Tranżazzjonijiet finanzjarji

Is-somma tax-xiri wara li jitnaqqsu l-bejgħ (titoli fuq in-naħa tal-assi) jew l-emissjonijiet wara li jitnaqqsu l-fidjiet (titoli fuq in-naħa tal-passiv) ta' titolu rreġistrat bil-valur tat-tranżazzjoni f'euro.

Titoli mixtrija (assi) jew maħruġa (obbligazzjonijiet)

Is-somma tax-xiri (titoli fuq in-naħa tal-assi) jew emissjonijiet (titoli fuq in-naħa tal-passiv) ta' titolu rreġistrat bil-valur tat-tranżazzjoni.

Titoli mibjugħa (assi) jew mifdija (obbligazzjonijiet)

Is-somma tal-bejgħ (titoli fuq in-naħa tal-assi) jew fidi (titoli fuq in-naħa tal-passiv) ta' titolu rreġistrat bil-valur tat-tranżazzjoni.

Munita tar-reġistrazzjoni tat-titolu

Kodiċi ISO jew ekwivalenti tal-munita użata biex tfisser il-prezz u/jew l-ammont pendenti tat-titolu.

Bidliet oħra fil-volum b'valur nominali

Bidliet oħrajn fil-volum tat-titolu miżmum, bil-valur nominali fil-valuta/unità nominali jew f'euro.

Bidliet oħra fil-volum b'valur tas-suq

Bidliet oħrajn fil-volum tat-titolu miżmum, bil-valur tas-suq f'euro.

Investiment f'portafoll jew investiment dirett

Il-funzjoni tal-investiment skont il-klassifikazzjoni tiegħu fl-istatistika tal-bilanċ tal-ħlasijiet (1).

Pajjiż emittent

Ir-residenza tal-emittent Fil-każ ta' ishma/unitajiet ta' fond ta' investiment, il-pajjiż emittent jirreferi għall-post fejn il-fond ta' investiment ikun residenti u mhux għar-residenza tal-maniġer tal-fond.

PARTI 3

Deskrizzjonijiet tan-numru ta' membri ta' skemi tal-pensjoni

Tabella C

Deskrizzjonijiet tan-numru ta' membri ta' skemi tal-pensjoni

Kategorija

Deskrizzjoni

1.

Numru ta' membri tal-iskemi tal-pensjoni (totali)

In-numru totali ta' membri ta' skemi tal-pensjoni. Dan l-ammont huwa daqs is-somma ta' membri attivi, membri differiti u membri rtirati.

Ara l-kategoriji 2, 3 u 4.

2.

li minnhom membri attivi

Numru ta' membri attivi tal-iskema tal-pensjoni.

Membru attiv huwa membru tal-iskema tal-pensjoni li qed jagħmel kontribuzzjonijiet (u/jew f'isem min qed isiru kontribuzzjonijiet) u qed jakkumula assi jew ikun akkumula assi fil-passat u għadu mhux irtirat.

3.

li minnhom membri diferiti

Numru ta' membri differiti tal-iskema tal-pensjoni.

Membru differit huwa membru tal-iskema tal-pensjoni li m'għadux jikkontribwixxi lil jew jakkumula benefiċċji mill-iskema iżda għadu ma rċeviex benefiċċji ta' irtirar minn dik l-iskema.

4.

li minnhom membri rtirati

Numru ta' membri rtirati tal-iskema tal-pensjoni.

Membru rtirat huwa membru tal-iskema tal-pensjoni li m'għadux jikkontribwixxi lil jew jakkumula benefiċċji mill-iskema u beda jirċievi benefiċċji ta' irtirar minn dik l-iskema.

PARTI 4

Deskrizzjonijiet skont is-settur

L-ESA 2010 tipprovdi l-istandard għall-klassifikazzjoni settorjali. It-Tabella D tipprovdi deskrizzjoni dettaljata ta' dawk is-setturi li l-BĊNi għandhom jittrasponu fil-kategoriji nazzjonali tagħhom skont dan ir-Regolament. Il-kontropartijiet residenti fi Stati Membri taż-żona tal-euro huma identifikati skont is-settur tagħhom b'mod konformi mal-listi miżmuma mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal finijiet statistiċi u l-gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-kontropartijiet ipprovduta fil-“Manwal dwar is-Settur tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Monetarji u Statistika dwar is-Swieq: Gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-klijenti” tal-BĊE.

Tabella D

Deskrizzjonijiet skont is-settur

Settur

Deskrizzjoni

1.

IFM

IFM huma ddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Din it-taqsima tikkonsisti minn BĊNi (S.121), istituzzjonijiet ta' kreditu kif iddefiniti fil-liġi tal-Unjoni, MMFs, istituzzjonijiet finanzjarji oħra li n-negozju tagħhom huwa li jirċievu depożiti u/jew sostituti viċini għal depożiti mingħand entitajiet li mhumiex MFIs u, f'isimhom, tal-anqas f'termini ekonomiċi, jagħtu self u/jew jagħmlu investimenti f'titoli, u istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi li huma prinċipalment involuti f'intermedjazzjoni finanzjarja fil-forma ta' ħruġ ta' flus elettroniċi (S.122).

2.

Gvern ġenerali

Is-settur tal-gvern ġenerali (S.13) jikkonsisti fl-unitajiet istituzzjonali kollha li huma produtturi mhux għas-suq li l-output tagħhom huwa intiż għall-konsum individwali u kollettiv, u li huma ffinanzjati minn pagamenti obbligatorji magħmula minn unitajiet li jappartjenu lil setturi oħra, u l-unitajiet istituzzjonali li huma prinċipalment involuti fir-ridistribuzzjoni tal-introjtu nazzjonali u l-ġid (ESA 2010, paragrafi 2.111 sa 2.113)

3.

Intermedjarji finanzjarji oħrajn, minbarra korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni + awżiljarji finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus

L-intermedjarji finanzjarji oħrajn, minbarra s-subsettur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tal-fondi ta' pensjonijiet (S.125) jikkonsistu fil-korporazzjonijiet finanzjarji u kważi-korporazzjonijiet kollha li huma involuti prinċipalment fl-intermedjazzjoni finanzjarja jew billi jġarrbu obbligazzjonijiet f'forma oħra minbarra valuta, depożiti (jew sostituti mill-qrib għal depożiti), ishma/unitajiet ta' FI, jew b'rabta ma' assigurazzjoni, pensjonijiet u skemi ta' garanzija standardizzati minn unitajiet istituzzjonali. Korporazzjonijiet finanzjarji vettura kif iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40) huma inklużi f'dan is-subsettur (ESA 2010, paragrafi 2.86 sa 2.94).

Is-sottosettur tal-awżiljari finanzjarji (S.126) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet u l-entitajiet bi status kważi ta' korporazzjoni finanzjarji kollha li huma involuti prinċipalment f'attivitajiet marbuta mill-qrib ma' intermedjazzjoni finanzjarja iżda li huma nfushom mhumiex intermedjarji finanzjarji. Dan is-subsettur jinkludi wkoll uffiċċji prinċipali li s-sussidjarji tagħhom huma kollha jew prinċipalment korporazzjonijiet finanzjarji (ESA 2010, paragrafi 2.95 sa 2.97).

Is-sottosettur tal-istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u tas-selliefa tal- flus (S.127) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet finanzjarji kollha u kważi-korporazzjonijiet li la huma involuti f'intermedjazzjoni finanzjarja u lanqas ma jipprovdu servizzi awżiljarji finanzjarji, u fejn il-parti l-kbira jew tal-assi tagħhom jew l-obbligazzjonijiet tagħhom mhumiex innegozjati fi swieq miftuħa. Dan is-subsettur jinkludi kumpaniji holding li jżommu livelli ta' ekwità li jagħtuhom kontroll fuq grupp ta' korporazzjonijiet sussidjarji u li l-attività prinċipali tagħhom hija s-sjieda tal-grupp mingħajr ma jipprovdu ebda servizz ieħor lin-negozji li fihom tkun qed tinżamm l-ekwità, jiġifieri, la jamministraw u lanqas ma jiġġestixxu unitajiet oħra (ESA 2010, paragrafi 2.98 u 2.99)

4.

FIs mhux MMF

FIs huma ddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38). Dan is-sottosettur jikkonsisti fl-impriżi kollha ta' investiment kollettiv, ħlief għall-MMFs, li jinvestu f'assi finanzjarji u/jew mhux finanzjarji, sal-punt li l-objettiv ikun l-investiment ta' kapital miġbur mill-pubbliku (S.124).

5.

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (Ics, S.128) huma ddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1374/2014 (BĊE/2014/50).

6.

Fondi tal-pensjonijiet

PFs kif iddefiniti fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament (S.129).

6.1

Maniġers tal-pensjoni

Maniġer tal-pensjoni kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament

7.

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Is-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) jikkonsisti fl-unitajiet istituzzjonali li huma entitajiet legali indipendenti u li huma produtturi tas-suq, u li l-attività prinċipali tagħhom hija l-produzzjoni ta' oġġetti u servizzi mhux finanzjarji. Dan is-settur jinkludi wkoll kważi-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (ESA 2010, paragrafi 2.45 sa 2.50).

8.

Unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet li ma għandhomx skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi

Is-settur tal-unitajiet domestiċi (S.14) jikkonsisti f'individwi jew gruppi ta' individwi bħala konsumaturi u bħala imprendituri li jipproduċu prodotti għas-suq u jipprovdu servizzi finanzjarji u mhux finanzjarji (produtturi għas-suq) sakemm il-produzzjoni ta' prodotti u servizzi ma tkunx imwetqa minn entitajiet separati li huma ttrattati bħala kważi-korporazzjonijiet. Jinkludi wkoll individwi jew gruppi ta' individwi li jipproduċu oġġetti u servizzi mhux finanzjarji esklużivament għal użu finali proprju. Is-settur tal-unitajiet domestiċi jinkludi proprjetarjati uniċi u soċjetajiet mhux inkorporati li mhumiex entitajiet legali indipendenti, minbarra dawk ittrattati bħala kważi-korporazzjonjiet, u li huma produtturi għas-suq (ESA 2010, paragrafi 2.118 sa 2.128).

Is-settur tal-istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISHs) (S.15) jikkonsisti f'istituzzjonijiet mingħajr skop ta' profitt li huma entitajiet legali separati, li jservu lill-unitajiet domestiċi u li huma produtturi privati mhux għas-suq. Ir-riżorsi prinċipali tagħhom huma l-kontribuzzjonijiet volontarji fi flus kontanti jew in natura minn unitajiet domestiċi fil-kapaċità tagħhom bħala konsumaturi, minn pagamenti magħmula minn gvern ġenerali u minn introjtu minn proprjetà (ESA 2010, paragraphs 2.129 u 2.130).

PARTI 5

Deskrizzjonijiet ta' tranżazzjonijiet finanzjarji u aġġustamenti ta' rivalutazzjoni

1.

“Tranżazzjonijiet finanzjarji” tirreferi għal dawk it-tranżazzjonijiet li jirriżultaw mill-ħolqien, il-likwidazzjoni jew it-tibdil fis-sjieda ta' assi jew obbligazzjonijiet finanzjarji. Dawn it-tranżazzjonijiet finanzjarji jitkejlu f'termini tad-differenza bejn il-pożizzjonijiet tal-istokk f'dati ta' rappurtar ta' tmiem il-perijodu, li minnha jitneħħew l-effetti ta' bidliet li jirriżultaw mill-influwenza ta' “aġġustamenti ta' rivalutazzjoni” (bħala konsegwenza ta' tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju) u mir-“riklassifikazzjonijiet u aġġustamenti oħra”. Il-BĊE jeħtieġ informazzjoni statistika għall-finijiet ta' kumpilazzjoni ta' tagħrif statistiku dwar tranżazzjonijiet finanzjarji fil-forma ta' aġġustamenti li jinvolvu “riklassifikazzjonijiet u aġġustamenti oħra” kif ukoll “rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju”.

2.

“Aġġustamenti ta' rivalutazzjonijiet” tirreferi għal bidliet fil-valutazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw jew minn bidiliet fil-prezz ta' assi jew ta' obbligazzjonijiet u/jew mill-effett tar-rati tal-kambju fuq il-valuri, mfissra f'euro, ta' assi u obbligazzjonijiet iddenominati f'valuta barranija. L-aġġustament fir-rigward tar-rivalutazzjoni tal-prezz tal-assi/obbligazzjonijiet jirreferi għal tibdil fil-valutazzjoni ta' assi/obbligazzjonijiet li jirriżulta minħabba bidla fil-prezz li bih l-assi/obbligazzjonijiet huma rregistrati jew innegozjati. Ir-rivalutazzjonijiet tal-prezz jinkludu l-bidliet li jseħħu tul iż-żmien fil-valur tal-istokks ta' tmiem il-perijodu minħabba tibdiliet fil-valur ta' referenza li huma rreġistrati bih, jiġifieri qligħ/telf ta' investiment. Movimenti fir-rati tal-kambju kontra l-euro li jseħħu bejn id-dati tar-rappurtar ta' tmiem il-perijodu jwasslu għal aktar bidliet fil-valur tal-attiv/passiv f'valuta barranija meta mfissra f'euro. Billi dawn il-bidliet jirrappreżentaw qligħ/telf ta' investiment u mhumiex dovuti għal tranżazzjonijiet finanzjarji, dawn l-effetti għandhom jitneħħew mit-tagħrif statistiku tat-tranżazzjonijiet. Fil-prinċipju, aġġustamenti ta' rivalutazzjoni jinkludu wkoll bidliet fil-valutazzjoni li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet fl-assi/obbligazzjonijiet, jiġifieri qligħ/telf realizzat; madankollu, hemm prattiċi nazzjonali differenti f'dan ir-rigward.

3.

“Tħassir/tniżżil fil-valur” tirreferi għat-tnaqqis fil-valur ta' self irreġistrat fuq il-karta tal-bilanċ fejn is-self huwa meqjus bħala assi mingħajr valur (tħassir) jew fejn jitqies li s-self mhux se jiġi rkuprat kompletament (tniżżil fil-valur). Tħassir/tnaqqis fil-valur ta' self rikonoxxut fil-ħin li s-self jinbiegħ jew jiġi ttrasferit lil parti terza huma inklużi wkoll, fejn ikun jista' jiġi identifikat.


(1)  Linja Gwida BĊE/2011/23 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (ĠU L 65, 3.3.2012, p. 1).


ANNESS III

STANDARDS MINIMI LI GĦANDHOM IKUNU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI ATTWALI LI TIRRAPPORTA

L-aġenti li jirrappurtaw għandhom jissodisfaw l-istandards minimi li ġejjin biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

1.

Standards minimi għat-trażmissjoni:

(a)

ir-rappurtar għandu jkun f'waqtu u fl-iskandenzi stabbiliti mill-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) rilevanti;

(b)

ir-rapporti statistiċi jridu jieħdu l-forma u l-format mill-obbligi ta' rappurtar tekniċi stabbiliti mill-BĊN relevanti;

(c)

l-aġent li jirrapporta għandu jagħti d-dettalji ta' persuna ta' kuntatt waħda jew aktar lill-BĊN relevanti;

(d)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni ta' tagħrif statistiku lill-BĊN relevanti jridu jiġu segwiti.

(e)

fil-każ ta' rappurtar titolu b' titolu, jekk il-BĊN rilevanti jitlob dan, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jagħtu aktar informazzjoni (eż. l-isem tal-emittent, id-data tal-ħruġ) meħtieġ għall-identifikazzjoni ta' titoli li l-kodiċi ta' sikurezza għall-identifikazzjoni tagħhom ikun jew żbaljat jew mhux disponibbli pubblikament.

2.

Standards minimi għall-preċiżjoni:

(a)

l-informazzjoni statistika għandha tkun korretta: kull limitazzjoni lineari għandha tiġi sodisfatta (eż. is-subtotali għandhom jammontaw għat-totali);

(b)

l-aġenti li jirrapportaw għandhom ikunu kapaċi jagħtu informazzjoni dwar l-iżviluppi implikati mit-tagħrif statistiku mibgħut;

(c)

l-informazzjoni statistika għandha tkun kompleta u m'għandhiex ikollha lakuni kontinwi u strutturali; il-lakuni eżistenti għandhom jiġu rikonoxxuti, spjegati lill-BĊN relevanti u, fejn applikabbli, mimlija mill-aktar fis possibbli;

(d)

l-operaturi li jirrapportaw għandhom isegwu d-dimensjonijiet, il-politika tal-approssimazzjoni u d-deċimali stabbiliti mill-BĊN relevanti għat-trażmissjoni teknika ta-t-tagħrif statistiku.

3.

Standards minimi għal konformità mal-kunċetti:

(a)

l-informazzjoni statistika għandha tikkonforma mad-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet li jinsabu f'dan ir-Regolament;

(b)

f'każ ta' devjazzjonijiet minn dawn id-definizzjonijiet u klassifikazzjonijiet, l-aġenti li jirrappurtaw għandhom jimmonitorjaw fuq bażi regolari u jikkwantifikaw id-differenza bejn il-miżura użata u l-miżura li tinsab f'dan ir-Regolament;

(c)

l-aġenti li jirrapportaw għandhom ikunu jistgħu jispjegaw interruzzjonijiet fit-tagħrif statistiku mibgħut meta mqabbla maċ-ċifri tal-perijodi preċedenti.

4.

Standards minimi għal reviżjonijiet:

Il-politika ta' reviżjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-BĊE u l-BĊN relevanti għandhom jiġu segwiti. Reviżjonijiet li jiddevjaw mir-reviżjonijiet regolari jridu jkunu akkumpanjati minn nota spjegattiva.


DEĊIŻJONIJIET

17.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/31


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/232

tal-15 ta' Frar 2018

dwar l-estensjoni tal-azzjoni li ħa l-Belġju dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali VectoMax G u Aqua-K-Othrine bi qbil mal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2018) 759)

(It-testi bl-Olandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 55(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-3 ta' Mejju 2017, il-Belġju adotta deċiżjoni bi qbil mal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 biex sal-31 ta' Ottubru 2017 jippermetti t-tqegħid fis-suq u l-użu fir-Reġjun Fjamming tal-prodotti bijoċidali VectoMax G u Aqua-K-Othrin għall-kontroll tal-larvi u tal-adulti tan-nemus eżotiku invażiv (tal-ġeneru Aedes, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “nemus”) u ta' kull popolazzjoni ġdida li tinsab fir-Reġjun Fjamming fil-kuntest tal-proġett ta' monitoraġġ tan-nemus eżotiku tal-Belġju, imsejjaħ “MEMO” (“l-azzjoni”). Il-Belġju informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien dwar din l-azzjoni u ta ġustifikazzjoni tagħha bi qbil mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 55(1) ta' dak ir-Regolament.

(2)

Il-VectoMax G fih il-Bacillus thuringiensis subsp. israelensis tas-serotip H14, razza AM65-52 u l-Bacillus sphaericus subsp. 2362, tar-razza ABTS-1743 (minn hawn 'il quddiem imsemmijin rispettivament “Bacillus thuringiensis israelensis” u “Bacillus sphaericus”) bħala sustanzi attivi u l-Aqua-K-Othrine fih id-deltametrina bħala sustanza attiva, kollha biex jintużaw fi prodotti tat-tip 18 kif iddefinit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Skont l-informazzjoni li ngħatat mill-Belġju, l-azzjoni kienet meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika billi dawk in-nemus, li nstabu f'żewġ postijiet fil-Provinċja ta' Fjandri tal-Lvant, jistgħu ikunu vetturi ta' mard bħad-dengue u ċ-chikungunya, u t-tifrix possibbli ta' dawn għandu jitwaqqaf kemm jista' jkun u malajr kemm jista' jkun.

(3)

Fis-27 ta' Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet talba motivata mingħand il-Belġju biex jestendi l-azzjoni, skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. It-talba motivata saret minħabba t-tħassib li tqajjem dwar it-theddida għas-saħħa pubblika li jikkawża n-nemus. Billi l-kampanja kontra l-popolazzjonijiet tan-nemus identifikati fil-Belġju għadha ma spiċċatx, u billi l-proġett ta' monitoraġġ MEMO għadu għaddej, il-prodotti msemmijin hawn fuq huma meħtieġa għall-kontroll tal-popolazzjonijiet identifikati u ta' kull popolazzjoni ġdida ta' nemus li tista' tinstab fir-Reġjun Fjamming, minħabba li ma hemmx prodotti alternattivi xierqa fil-Belġju.

(4)

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard jirrikonoxxi li n-nemus invażiv, fost ġeneri oħrajn dak tal-Aedes, infirex b'mod drammatiku madwar id-dinja, iffaċilitat b'mod partikolari mill-attivitajiet tal-bniedem, u għandu l-potenzjal li jsir theddida serja għas-saħħa.

(5)

Billi n-nuqqas ta' kontroll xieraq tan-nemus, li ma jistax jitrażżan b'mezzi oħrajn, jista' jwassal għal periklu għas-saħħa pubblika, jixraq li l-Belġju jingħata l-permess li jestendi l-azzjoni għal perjodu ta' mhux iktar minn 550 jum u b'ċerti kundizzjonijiet.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Belġju jista' jestendi għal perjodu ta' mhux aktar minn 550 jum l-azzjoni li jitqiegħdu fis-suq u jintużaw il-prodotti bijoċidali VectoMax G u Aqua-K-Othrine bħala prodotti tat-tip 18 kif iddefinit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-kontroll tan-nemus vetturi, filwaqt li jiżgura li dawk il-prodotti jintużaw biss minn operaturi ċċertifikati u bis-sorveljanza tal-awtorità kompetenti.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.


17.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/33


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/233

tal-15 ta' Frar 2018

li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument C(2018) 818)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tas-sustanzi u tal-gruppi ta' residwi elenkati fl-Anness I tagħha. L-Artikolu 29 ta' dik id-Direttiva jeħtieġ li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw l-annimali u l-prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva jissottomettu pjan ta' monitoraġġ tar-residwi li jipprovdi l-garanziji meħtieġa (“il-pjan”). Il-pjan jenħtieġ li mill-inqas japplika għall-gruppi ta' residwi u sustanzi elenkati f'dak l-Anness I.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi dwar l-annimali u l-prodotti tal-annimali speċifikati kif elenkati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni (“il-lista”).

(3)

Filwaqt li Andorra ma pprovdietx pjan ta' monitoraġġ tar-residwi għall-porċini prodotti domestikament, Andorra pprovdiet garanziji fir-rigward ta' materja prima tal-porċini li toriġina mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi li huma approvati għall-esportazzjoni ta' din il-materja prima lejn l-Unjoni Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li tiżdied entrata fil-lista għal Andorra għall-porċini bin-nota f'qiegħ il-paġna xierqa.

(4)

Il-Burkina Faso ssottomettiet pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jagħti biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li tiġi inkluża entrata fil-lista għall-Burkina Faso għall-għasel.

(5)

Il-Benin issottometta pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jagħti biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li tiġi inkluża entrata fil-lista għall-Benin għall-għasel.

(6)

Filwaqt li Mauritius ma pprovdiex pjan ta' monitoraġġ tar-residwi għall-għasel prodott domestikament, Mauritius ipprovda garanziji fir-rigward ta' materja prima tal-għasel li toriġina mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi li huma approvati għall-esportazzjoni ta' din il-materja prima lejn l-Unjoni Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li tiżdied entrata fil-lista għal Mauritius għall-għasel bin-nota f'qiegħ il-paġna xierqa.

(7)

San Marino ssottometta pjan għall-ħalib lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jagħti biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li tiġi inkluża entrata fil-lista għal San Marino għall-ħalib.

(8)

L-Afrika t'Isfel bħalissa hija inkluża fil-lista għall-annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet. Madankollu, l-aħħar awditu li wettqet il-Kummissjoni fl-Afrika t'Isfel ikkonferma nuqqasijiet fil-kapaċità tal-awtoritajiet tal-Afrika t'Isfel biex iwettqu verifiki affidabbli għall-annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet. Għalhekk l-entrata għall-Afrika t'Isfel li tikkonċerna l-annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet jenħtieġ li titħassar mil-lista. L-Afrika t'Isfel ġiet infurmata b'dan.

(9)

Iż-Żimbabwe bħalissa huwa inkluż fil-lista għall-akkwakultura u l-annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet. Madankollu, iż-Żimbabwe ma pprovdiex pjan kif meħtieġ mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE u ddikjara li l-ittestjar tar-residwi mhux qed jitwettaq u mhux mistenni jiġi implimentat u li l-esportazzjoni tal-akkwakultura lejn l-UE ma setgħetx tibqa' sseħħ. Għalhekk l-entrati għaż-Zimbabwe li jikkonċernaw l-akkwakultura u l-annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet jenħtieġ li jitħassru mil-lista. Iż-Żimbabwe ġie infurmat b'dan.

(10)

Sabiex jiġi evitat kull tfixkil għall-kummerċ, għandhom jiġu stabbiliti perjodi tranżizzjonali li jkopru l-konsenji rilevanti mibgħuta mill-Afrika t'Isfel lejn l-Unjoni qabel id-data tal-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(11)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2011/163/UE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Għall-perjodu ta' tranżizzjoni sal-15 ta' April 2018, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw il-konsenji ta' annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet mill-Afrika t'Isfel u ż-Żimbabwe sakemm l-importatur ikun jista' juri li dawn il-konsenji jkunu ġew iċċertifikati u jkunu ntbagħtu lill-Unjoni qabel l-1 ta' Marzu 2018 skont id-Deċiżjoni 2011/163/UE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta' Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi minn pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).


ANNESS

ANNESS

Kodiċi tal-ISO2

Pajjiż

Bovini

Ovini/kaprini

Porċini

Ekwini

Pollam

Akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Annimali tal-kaċċa slavaġ

Annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet

Għasel

AD

Andorra

X

X

X (3)

X

 

 

 

 

 

 

 

X

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X (3)

X (1)

 

 

 

 

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

AM

L-Armenja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

BD

Il-Bangladesh

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BF

Il-Burkina Faso

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

BJ

Il-Benin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

BN

Il-Brunei

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

X

BW

Il-Botswana

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

BY

Il-Belarussja

 

 

 

X (2)

 

X

X

X

 

 

 

 

BZ

Il-Belize

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH

L-Iżvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċilì

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

CM

Il-Kamerun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

X

X

 

 

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

CR

Il-Costa Rica

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

DO

Ir-Repubblika Dominicana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ET

L-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

FK

Il-Gżejjer Falkland

X

X

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GE

Il-Georgia

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

GH

Il-Ghana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

GL

Greenland

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

HN

Il-Honduras

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IL

Iżrael (7)

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

X

X

IN

L-Indja

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

IR

L-Iran

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

JP

Il-Ġappun

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KE

Il-Kenja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KG

Il-Kirgiżistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KR

Il-Korea t'Isfel

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

LK

Is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

MD

Il-Moldova

 

 

 

 

X

X

 

X

 

 

 

X

ME

Il-Montenegro

X

X

X

 

X

X

X

X

 

 

 

X

MG

Il-Madagascar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

MK

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4)

X

X

X

 

X

X

X

X

 

X

 

X

MM

Ir-Repubblika tal-Unjoni tal-Myanmar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MU

Il-Mauritius

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X (3)

MX

Il-Messiku

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

MY

Il-Malasja

 

 

 

 

X (3)

X

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Mozambique

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NC

New Caledonia

X (3)

 

 

 

 

X

 

 

 

X

X

X

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

NZ

New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

PN

Il-Gżejjer Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RS

Is-Serbja (5)

X

X

X

X (2)

X

X

X

X

 

X

 

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X (6)

X

RW

Ir-Rwanda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SA

L-Arabja Sawdija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SG

Singapor

X (3)

X (3)

X (3)

X (8)

X (3)

X

X (3)

 

 

X (8)

X (8)

 

SM

San Marino

X

 

X (3)

 

 

 

X

 

 

 

 

X

SR

Is-Suriname

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

Is-Swaziland

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TH

It-Tajlandja

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

X

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

 

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

TZ

It-Tanzanija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

UA

L-Ukrajna

X

 

X

 

X

X

X

X

X

 

 

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

US

L-Istati Uniti

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

 

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

ZA

L-Afrika t'Isfel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X


(1)  Il-ħalib tal-iġmla biss.

(2)  L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' ekwidi ħajjin għat-tbiċċir (annimali li jipproduċu l-ikel biss).

(3)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkunu approvati għall-importazzjoni ta' din il-materja prima lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2.

(4)  L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi miftiehma wara n-negozjati attwali fil-livell tan-NU.

(5)  Il-Kosovo mhux inkluż (dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo).

(6)  Għar-renni mir-reġjuni ta' Murmansk u Yamalo-Nenets biss.

(7)  Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat ta' Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li jinsabu taħt l-amministrazzjoni ta' Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, l-Istrixxa ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

(8)  Għall-prodotti bażiċi ta' laħam frisk li joriġinaw minn New Zealand biss, li jkunu ddestinati għall-Unjoni, u li jitħattu u jitgħabbew mill-ġdid u jgħaddu minn Singapore, kemm jekk jinħażnu hemm, kif ukoll jekk le.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

17.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/40


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/234

tal-14 ta' Frar 2018

rigward it-tisħiħ tan-natura Ewropea u t-tmexxija effiċjenti tal-elezzjonijiet 2019 lill-Parlament Ewropew

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li fil-livell tal-Unjoni, iċ-ċittadini huma rrappreżentati direttament fil-Parlament Ewropew.

(2)

L-Artikolu 10(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li kull ċittadin għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni u li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod kemm jista' jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadini.

(3)

L-Artikolu 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Kunsill Ewropew irid iqis l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew meta jipproponi kandidat għal President tal-Kummissjoni Ewropea.

(4)

Sabiex tkompli tissaħħaħ in-natura Ewropea u t-tmexxija effiċjenti tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, jeħtieġ li jiġu aġġornati u kkomplimentati xi elementi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/142/UE (1) fi żmien tajjeb qabel l-elezzjonijiet tal-2019.

(5)

Huwa essenzjali li tkun rinforzata l-leġittimità demokratika tal-UE u li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja politika fuq livell Ewropew. Iċ-ċittadini jkunu aktar lesti jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jekk dawn ikunu aktar konxji dwar l-impatt tal-politiki tal-UE fuq il-ħajja ta' kuljum tagħhom, u jekk ikollhom fiduċja li jistgħu jgħidu tagħhom dwar l-aktar għażliet importanti, bħalma huma l-għażla tal-mexxejja tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-istabbiliment ta' prijoritajiet għall-ġejjieni tal-Unjoni.

(6)

Il-bżonn li jissaħħu l-akkontabilità pubblika u t-trasparenza għandu implikazzjonijiet ukoll għall-Kummissjoni. Il-Kummissjoni rrevediet il-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni (2). Il-Kodiċi l-ġdid jippermetti lill-Membri tal-Kummissjoni joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew mingħajr ma jkollhom għalfejn jieħdu l-liv. Ir-regoli rilevanti tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea ġew riveduti biex jirriflettu din il-bidla (3).

(7)

Il-politiki deċiżi fil-livell Ewropew għandhom konsegwenzi diretti fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u jinħassu fil-livell lokali. Iċ-ċittadini għandhom bżonn ikunu jafu x'hemm involut fil-livell Ewropew biex jagħmlu l-għażla tagħhom fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. L-involviment maċ-ċittadini dwar kwistjonijiet Ewropej jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni demokratika taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-UE. Minn Jannar 2015, il-Kummissjoni attwali organizzat 478 Djalogu maċ-Ċittadini fl-Istati Membri kollha, anki f'kooperazzjoni ma' sħab istituzzjonali bħall-Parlament Ewropew, il-Parlamenti nazzjonali, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Bejn Frar 2018 u d-9 ta' Mejju 2019, il-Kummissjoni se torganizza jew tgħin biex torganizza 500 Djalogu addizzjonali f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, kif ukoll mal-Parlament Ewropew u istituzzjonijiet Ewropej oħra.

(8)

Bosta Stati Membri esprimew ir-rieda tagħhom li jinteraġġixxu f'diskussjonijiet pubbliċi wiesa' dwar il-futur tal-Ewropa, u dawn id-djalogi nazzjonali diġà qed isiru f'għadd ta' Stati Membri. Permezz tal-interazzjoni maċ-ċittadini madwar l-Ewropa u tal-organizzazzjoni ta' avvenimenti ta' sensibilizzazzjoni, organizzati skont l-istrutturi politiċi u l-prattiki rispettivi tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jgħinu biex titqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini dwar l-importanza tal-vot tagħhom biex jiġi ddeterminat liema viżjoni hija l-aħjar biex tavvanza l-proġett Ewropew. Jenħtieġ li attivitajiet bħal dawn isiru matul il-perjodu bejn il-laqgħa tal-Mexxejja tat-23 ta' Frar 2018 u s-Summit f'Sibiu fid-9 ta' Mejju 2019, ftit qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, fejn il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern huma mistennija jaslu għal konklużjonijiet dwar il-passi li jmiss għall-Unjoni.

(9)

Il-partiti politiċi Ewropej għandhom rwol ewlieni fit-tiswir ta' sensibilizzazzjoni politika Ewropea, fl-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni tal-votanti u fl-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni. Dan ir-rwol jista' jissaħħaħ jekk, matul ix-xhur li ġejjin, il-partiti politiċi Ewropej jikkomunikaw mal-partiti nazzjonali affiljati magħhom u mas-soċjetà ċivili u jqajmu kuxjenza dwar l-għażliet dwar il-ġejjieni tal-Ewropa u l-interessi taċ-ċittadini li qed jirrappreżentaw.

(10)

Is-sistema ta' kandidati prinċipali għal President tal-Kummissjoni — “Spitzenkandidaten” — ġiet implimentata għall-ewwel darba fl-elezzjonijiet tal-2014 tal-Parlament Ewropew.

(11)

Dan il-proċess għen biex isaħħaħ l-effiċjenza tal-Unjoni u l-leġittimità demokratika tagħha, li hija bbażata fuq iż-żewġ pilastri tar-rappreżentazzjoni diretta taċ-ċittadini fil-Parlament Ewropew u r-rappreżentazzjoni indiretta tagħhom mill-gvernijiet tal-Istati Membri fil-Kunsill Ewropew u fil-Kunsill. Huwa kkontribwixxa wkoll biex isaħħaħ l-akkontabilità tal-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li dan jitkompla u jittejjeb fid-dawl tal-elezzjonijiet tal-2019 tal-Parlament Ewropew.

(12)

Il-partiti politiċi Ewropej u nazzjonali għandhom iħabbru ferm qabel il-bidu tal-kampanja elettorali, idealment sa tmiem l-2018, il-kandidat li se jkunu qed jappoġġaw għall-funzjoni ta' President tal-Kummissjoni u idealment sa tmiem l-2019, il-programm ta' dan il-kandidat. Dan se jagħmel aktar trasparenti r-rabta bejn il-vot individwali ta' ċittadin tal-Unjoni għal partit politiku partikolari fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-kandidat għal President tal-Kummissjoni appoġġat minn dak il-partit u l-viżjoni tiegħu għall-ġejjieni tal-Ewropa.

(13)

Billi jagħżlu l-kandidati prinċipali tagħhom b'mod miftuħ, inklużiv u trasparenti, pereżempju permezz ta' elezzjonijiet “primarji”, il-partiti politiċi Ewropej u l-partiti membri nazzjonali tagħhom ikomplu jsaħħu dan il-proċess. Dan jgħin ukoll biex iqajjem aktar attenzjoni, kif ukoll biex jiġu mobilizzati l-votanti.

(14)

L-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 12(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jassenja rwol ċentrali lill-partiti politiċi Ewropej. L-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej huma rregolati fuq livell Ewropew. Għal raġunijiet ta' trasparenza, skrutinju u akkontabilità demokratika tal-partiti politiċi Ewropej, il-Kummissjoni pproponiet li tibdel ir-regoli rilevanti qabel l-elezzjonijiet tal-2019 tal-Parlament Ewropew (4). B'mod partikolari, jenħtieġ li l-aċċess għal finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jkun bil-kundizzjoni li l-programm u l-logo tal-partit politiku Ewropew ikkonċernat jiġu ppubblikati mill-partiti affiljati. Jenħtieġ li ċ-ċittadini jingħataw informazzjoni ċara u rilevanti minn qabel, sabiex jifhmu l-impatt tal-voti tagħhom fil-livell tal-partit Ewropew. Attivitajiet tal-partiti, bħal kungressi, u l-kampanji elettorali tal-partiti nazzjonali huma mezzi addizzjonali xierqa u effiċjenti biex din l-affiljazzjoni ssir magħrufa u tingħata viżibilità ċara.

(15)

Li l-kampanji għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jinbdew ferm iktar kmieni milli fil-passat u li l-affiljazzjonijiet Ewropej li jipparteċipaw fil-partiti nazzjonali isiru magħrufa qabel il-kampanja, għandhom jikkontribwixxu sabiex tiżdied id-dimensjoni Ewropea ta' dawn l-elezzjonijiet.

(16)

Filwaqt li jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet tal-pajsaġġi politiċi tal-partiti nazzjonali tal-Istati Membri, il-partiti politiċi Ewropej huma mħeġġa jgħarrfu minn qabel il-bidu tal-kampanja, u preferibbilment meta jħabbru l-kandidati tagħhom għal President tal-Kummissjoni, liema grupp politiku fil-Parlament Ewropew għandhom il-ħsieb li jingħaqdu miegħu jew joħolqu fil-leġiżlatura li jmiss. Dan ikompli jżid it-trasparenza tar-rabta bejn il-partiti nazzjonali, il-partiti politiċi Ewropej u l-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew.

(17)

Billi jħeġġu u jiffaċilitaw l-għoti tal-informazzjoni lill-elettorat dwar l-affiljazzjoni tal-partiti nazzjonali mal-partiti politiċi Ewropej matul il-kampanji elettorali għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, u meta jkun possibbli, anki dwar il-poloz tal-votazzjoni użati f'dawk l-elezzjonijiet, l-Istati Membri se jżidu l-viżibilità tal-partiti politiċi Ewropej u pjattaformi li jipproponu matul il-proċess elettorali Ewropew kollu..

(18)

L-Artikolu 22(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom id-dritt tal-vot u li joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-Istat Membru fejn għażlu li joqogħdu, bid-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE (5) li tistabbilixxi arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini.

(19)

Sabiex tiġi appoġġata l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u d-dimensjoni Ewropea tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, huwa inkoraġġit li jitrawmu l-identifikazzjoni u t-tixrid tal-aħjar prattiki tal-Istati Membri u l-miżuri tal-Istati Membri implimentati mill-Istati Membri fit-tħejjija u l-amministrazzjoni ta' dawn l-elezzjonijiet, inkluż fir-rigward tad-dritt tal-vot ta' ċittadini Ewropej li jgħixu fi Stat Membru ieħor, kif ukoll il-promozzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet elettorali ta' gruppi sottorappreżentanti, inklużi persuni b'diżabbiltà.

(20)

Fid-dawl tar-riskji għall-proċess elettorali minn attakki ċibernetiċi u diżinformazzjoni li dehru f'elezzjonijiet u kampanji riċenti, jenħtieġ li tiġi mħeġġa l-kondiviżjoni tal-esperjenza fost l-Istati Membri dwar kwistjonijiet relatati.

(21)

L-Istati Membri, kif ukoll il-partiti politiċi Ewropej u nazzjonali, għandhom responsabbiltà partikolari li jsaħħu t-tmexxija demokratika u effiċjenti tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

L-interazzjoni maċ-ċittadini Ewropej f'dibattiti dwar kwistjonijiet Ewropej qabel l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew

1.

Mil-laqgħa tal-Mexxejja tat-23 ta' Frar 2018, u meta wieħed iqis l-istrutturi u l-prattiki politiċi nazzjonali rispettivi, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw avvenimenti ta' sensibilizzazzjoni biex jinteraġixxu maċ-ċittadini f'dibattiti pubbliċi li jikkonċernaw il-kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-futur tal-Ewropa. Dawn l-avvenimenti ta' sensibilizzazzjoni għandhom ikomplu sal-laqgħa tal-Mexxejja f'Sibiu tad-9 ta' Mejju 2019, ftit qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Fl-istess perjodu, jenħtieġ li l-partiti politiċi Ewropej u l-partiti nazzjonali jgħinu biex iqajmu kuxjenza fost iċ-ċittadini dwar il-kwistjonijiet involuti fil-livell tal-Unjoni u dwar kif bi ħsiebhom jindirizzawhom matul il-leġiżlatura li jmiss.

Appoġġ għal kandidat għal President tal-Kummissjoni Ewropea

2.

Kmieni biżżejjed qabel l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, u idealment sa tmiem l-2018, kull partit politiku għandu jgħarraf liema kandidat jappoġġa għall-kariga ta' President tal-Kummissjoni Ewropea. Idealment sa tmiem l-2019, jenħtieġ li huma jgħarrfu wkoll il-programm politiku tal-kandidat innifsu.

Il-partiti politiċi Ewropej u l-partiti membri nazzjonali tagħhom huma mħeġġa jagħżlu l-kandidati prinċipali tagħhom b'mod miftuħ, inklużiv u trasparenti.

Il-partiti politiċi nazzjonali għandhom jiżguraw li l-informazzjoni politika tagħhom, inklużi x-xandiriet politiċi tagħhom, fid-dawl tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jintużaw ukoll biex jinfurmaw liċ-ċittadini dwar il-kandidat li jkunu qed jappoġġaw għall-funzjoni ta' President tal-Kummissjoni Ewropea u dwar il-programm tal-kandidat tagħhom.

Informazzjoni lill-votanti dwar l-affiljazzjoni bejn il-partiti nazzjonali u l-partiti politiċi Ewropej

3.

Filwaqt li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet tal-pajsaġġi politiċi tal-partiti nazzjonali tal-Istati Membri, il-partiti politiċi nazzjonali li jieħdu sehem fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandhom jgħarrfu pubblikament qabel l-elezzjonijiet u qabel il-bidu tal-kampanja elettorali, jekk u ma' liema partit politiku Ewropew huma affiljati u liema kandidat prinċipali jappoġġaw.

Safejn ikun possibbli, il-partiti politiċi nazzjonali għandhom juru din l-informazzjoni, inkluż, fejn xieraq, il-logo tal-partit politiku Ewropew fil-materjali, komunikazzjonijiet u xandiriet politiċi kollha tal-kampanja elettorali b'mod prominenti.

Il-partiti politiċi Ewropej huma mħeġġa jgħarrfu minn qabel il-bidu tal-kampanja, u preferibbilment meta jħabbru l-kandidati tagħhom għal President tal-Kummissjoni, liema grupp politiku fil-Parlament Ewropew għandhom il-ħsieb li jingħaqdu miegħu jew joħolqu fil-leġiżlatura li jmiss.

L-inkoraġġiment u l-faċilitazzjoni tal-informazzjoni lill-votanti dwar l-affiljazzjoni bejn il-partiti nazzjonali u l-partiti politiċi Ewropej

4.

Jenħtieġ li l-Istati Membri jħeġġu u jiffaċilitaw l-għoti ta' informazzjoni lill-elettorat dwar l-affiljazzjoni bejn il-partiti nazzjonali u l-partiti politiċi Ewropej, kif ukoll il-kandidati prinċipali tagħhom qabel u waqt l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, fost l-oħrajn billi jippermettu u jinkoraġġixxu l-indikazzjoni ta' tali affiljazzjoni fil-materjal tal-kampanja, fuq is-siti web u l-partiti membri reġjonali, u, fejn ikun possibbli, fuq il-poloz tal-vot użati f'dawk l-elezzjonijiet.

Tmexxija effiċjenti

5.

Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini Ewropej residenti fi Stat Membru ieħor jistgħu jużaw id-dritt ta' votazzjoni tagħhom f'dak l-Istat Membru, biex jippromwovu l-eżerċizzju tad-drittjiet elettorali tal-gruppi sottorappreżentati, inluż persuni b'diżabbiltà, u b'mod ġenerali biex jaġġoġġaw imġiba demokratika u għadd kbir ta' votanti li joħorġu jivvotaw, l-awtoritajiet kompetenti huma mħeġġa jiltaqgħu fr-rebbiegħa tal-2018, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, biex jiskambjaw l-aħjar prattiki u miżuri prattiċi.

L-awtoritajiet responsabbli kompetenti huma mħeġġa wkoll jidentifikaw, fuq il-bażi tal-esperjenzi tal-Istati Membri, l-aħjar prattiki fl-identifikazzjoni, il-mitigazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji għall-proċess elettorali minn attakki ċibernetiċi u diżinformazzjoni.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partiti politiċi Ewropej u nazzjonali.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/142/UE tat-12 ta' Marzu 2013 dwar it-tisħiħ tal-kondotta demokratika u effiċjenti tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (ĠU L 79, 21.3.2013, p. 29).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Jannar 2018 dwar Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea (C(2018) 700 final).

(3)  Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Frar 2018 dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (2017/2233(ACI))

(4)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej — COM(2017) 481 tat-13 ta' Settembru 2017.

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta' Diċembru 1993 tistabbilixxi arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini (ĠU L 329, 30.12.1993, p. 34).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

17.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/44


DEĊIŻJONI Nru 1/2017 TAS-SOTTOKUMITAT TAL-KUMMERĊ U TAL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U L-UKRAJNA

tat-30 ta' Mejju 2017

li biha jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu [2018/235]

IS-SOTTOKUMITAT TAL-KUMMERĊ U TAL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U L-UKRAJNA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 300 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 486 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), partijiet tal-Ftehim, inkluż il-Kapitolu 13 (Kummerċ u żvilupp sostenibbli) tat-Titolu IV (Kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ), huma applikati proviżorjament mill-1 ta' Jannar 2016.

(2)

L-Artikolu 300 tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp Sostenibbli (“is-Sottokumitat TSD”) għandu jiltaqa' sabiex tiġi ssorveljata l-implimentazzjoni tal-Kapitolu 13 tat-Titolu IV tal-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 300(1) tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat TSD għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp Sostenibbli, kif stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Mejju 2017

Għas-Sottokumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp Sostenibbli bejn l-UE u l-Ukrajna

Il-President

M. TUININGA

Is-Segretarji

M. VADIS

D. KRAMER


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


ANNESS

Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp Sostenibbli bejn l-UE u l-Ukrajna

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Is-Sottokumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp Sostenibbli (“is- Sottokumitat TSD”), stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 300 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), għandu jassisti lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ, kif imsemmi fl-Artikolu 465(4) tal-Ftehim, fil-qadi ta' dmirijietu.

2.   Is-Sottokumitat TSD għandu jwettaq il-funzjonijiet stipulati fil-Kapitolu 13 (Kummerċ u żvilupp sostenibbli) tat-Titolu IV (Kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ) tal-Ftehim.

3.   Is-Sottokumitat TSD għandu jkun kompost minn rappreżentanti li jaħdmu fl-amministrazzjoni ta' kull Parti, responsabbli għall-kwistjonijiet dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli.

4.   Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-Ukrajna r-responsabbli għall-kwistjonijiet tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli għandu jaġixxi bħala President tas-Sottokumitat TSD.

5.   Għall-finijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, tapplika d-definizzjoni tat-terminu “Partijiet” stabbilita fl-Artikolu 482 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet speċifiċi

1.   L-Artikoli minn 2 sa 14 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna għandhom japplikaw mutatis mutandis, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

2.   Ir-referenzi għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ. Ir-referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jew il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għas-Sottokumitat TSD.

Artikolu 3

Laqgħat

Is-Sottokumitat TSD għandu jiltaqa' kif meħtieġ. Il-Partijiet għandhom jimmiraw li jiltaqgħu darba fis-sena.

Artikolu 4

Emenda

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat TSD bejn l-UE u l-Ukrajna skont l-Artikolu 300(1) tal-Ftehim.


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


FTEHIM INTERISTITUZZJONALI

17.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/46


FTEHIM BEJN IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUMMISSJONI EWROPEA

li jemenda l-punt 4 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 295 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

JIFTIEHMU KIF ĠEJ:

Il-punt 4 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.

Kull Membru tal-Kummissjoni għandu jerfa' r-responsabbiltà politika għal azzjoni fil-qasam li jkun responsabbli għalih, bla ma jagħmel ħsara lill-prinċipju tal-kulleġġjalità tal-Kummissjoni.

Hija r-responsabbiltà sħiħa tal-President tal-Kummissjoni li jidentifika kull kunflitt ta' interess li jimpedixxi lil xi Membru tal-Kummissjoni milli jaqdi dmirijietu.

Il-President tal-Kummissjoni huwa wkoll responsabbli għal kull azzjoni sussegwenti meħuda f'tali ċirkustanzi u għandu immedjatament javża bil-miktub lill-President tal-Parlament.

Il-parteċipazzjoni tal-Membri tal-Kummissjoni f'kampanji elettorali hija regolata mill-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Membri tal-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw f'kampanji elettorali fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, anki bħala kandidati. Jistgħu jintgħażlu wkoll mill-partiti politiċi Ewropej bħala kandidati prinċipali (‘Spitzenkandidaten’) għall-kariga ta' President tal-Kummissjoni.

Il-President tal-Kummissjoni għandu jgħarraf lill-Parlament fi żmien xieraq jekk Membru wieħed jew aktar tal-Kummissjoni humiex se jikkandidaw ruħhom fil-kampanji elettorali tal-elezzjonijiet għall-Parlament, kif ukoll dwar il-miżuri meħuda biex ikun żgurat ir-rispett tal-prinċipji tal-indipendenza, l-integrità u d-diskrezzjoni previsti fl-Artikolu 245 TFUE u fil-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea.

Kwalunkwe Membru tal-Kummissjoni li jikkandida ruħu jew jipparteċipa f'kampanja elettorali tal-elezzjonijiet għall-Parlament irid iwiegħed li, matul il-kampanja, ma jaċċettax kariga li ma tkunx konformi mad-dmir tiegħu ta' kunfidenzjalità jew li tikser il-prinċipju tal-kulleġġjalità.

Membri tal-Kummissjoni li jikkandidaw irwieħhom jew jipparteċipaw f'kampanji elettorali tal-elezzjonijiet għall-Parlament ma jistgħux jużaw ir-riżorsi umani jew materjali tal-Kummissjoni għal attivitajiet marbuta mal-kampanja elettorali.”.

Magħmul fi Strasburgu, is-7 ta' Frar 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kummissjoni Ewropea

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.


Rettifika

17.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/47


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta' listi ta' territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 178 tat-28 ta' Ġunju 2013 )

F'paġna 109, fit-Titolu tad-Dokument,

minflok:

“dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell”,

aqra:

“dwar il-mudell tad-dokumenti ta' identifikazzjoni”.