ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 17

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
23ta' Jannar 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-data tal-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tat-Trattat dwar il-Komunità tat-Trasport bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent

1

 

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat Indipendenti ta' Samoa dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/92 tat-18 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 658/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġġustament fir-rata tal-inflazzjoni tal-ammonti tat-tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għat-twettiq ta' attivitajiet ta' farmakoviġilanza fir-rigward ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem ( 1 )

2

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/93 tas-16 ta' Novembru 2017 dwar iż-żieda fil-perċentwal tar-riżorsi baġitarji allokati lill-proġetti appoġġati permezz ta' għotjiet ta' azzjoni taħt is-Sottoprogramm għall-Ambjent dedikat lill-proġetti li jappoġġaw il-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 ( 1 )

5

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/94 tas-16 ta' Novembru 2017 li jiffissa tnaqqis b'rata fissa għad-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu fi Spanja importat minn pajjiżi terzi

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/95 tad-9 ta' Jannar 2018 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Slavonski med (DOP)

9

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/96 tad-9 ta' Jannar 2018 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti Oignon doux des Cévennes (DOP)

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/97 tat-22 ta' Jannar 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tas-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa fil-prodotti fini tal-forn ( 1 )

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/98 tat-22 ta' Jannar 2018 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tas-sorbat tal-kalċju (E 203) ( 1 )

14

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/99 tat-22 ta' Jannar 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2378 fir-rigward tal-forma u l-kondizzjonijiet ta' komunikazzjoni għall-valutazzjoni annwali tal-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni kif ukoll il-lista tad-data statistika li għandha tingħata mill-Istati Membri għall-finijiet tal-evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE

29

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/100 tat-22 ta' Jannar 2018 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli u speċijiet ta' ħxejjex ( 1 )

34

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/101 tat-22 ta' Jannar 2018 dwar il-Promozzjoni ta' Kontrolli Effettivi fuq l-Esportazzjoni tal-Armi

40

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/102 tad-19 ta' Jannar 2018 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-Komunitajiet Awtonomi ta' Aragona u tal-Katalonja fi Spanja bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) (notifikata bid-dokument C(2018) 159)  ( 1 )

48

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/103 tal-20 ta' Diċembru 2017 dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja kumplimentari għar-Rakkomandazzjonijiet (UE) 2016/1374, (UE) 2017/146 u (UE) 2017/1520

50

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

23.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/1


Informazzjoni dwar id-data tal-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tat-Trattat dwar il-Komunità tat-Trasport bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent

Bejn it-12 ta' Lulju u d-9 ta' Ottubru 2017, l-Unjoni Ewropea u sitt sħab tal-Balkani tal-Punent iffirmaw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (1). Wara n-notifiki f'dan ir-rigward, it-Trattat japplika provviżorjament bejn l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina u l-Kosovo (2) sa mid-9 ta' Ottubru 2017, u bejn dawn il-partijiet u r-Repubblika tas-Serbja sa mid-29 ta' Novembru 2017, skont l-Artikolu 41(3) tat-Trattat.


(1)  It-test tat-Trattat: ĠU L 278, 27.10.2017, p. 3.

(2)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mar-Riżoluzzjoni 1244(1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet u mal-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza ta' Kosovo.


23.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/1


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat Indipendenti ta' Samoa dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat Indipendenti ta' Samoa dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2018, ladarba l-proċedura prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim tlesliet fid-9 ta' Jannar 2018.


REGOLAMENTI

23.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/2


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/92

tat-18 ta' Ottubru 2017

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 658/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġġustament fir-rata tal-inflazzjoni tal-ammonti tat-tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għat-twettiq ta' attivitajiet ta' farmakoviġilanza fir-rigward ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 658/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għat-twettiq ta' attivitajiet ta' farmakoviġilanza fir-rigward ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), u b'modpartikolari l-Artikolu 15(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), id-dħul tal-Aġenzija għandu jikkonsisti minn kontribut mill-Unjoni u l-ħlasijiet imħallsa mill-impriżi biex jiksbu u jżommu awtorizzazzjonijiet tal-Unjoni għat-tqegħid fis-suq u għal servizzi oħra pprovduti mill-Aġenzija, jew mill-grupp ta' koordinazzjoni fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti tiegħu f'konformità mal-Artikoli 107c, 107e, 107 g, 107k u 107q tad-Direttiva 2001/83/KE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

Ir-rata tal-inflazzjoni tal-Unjoni, kif ippubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, kienet 0,2 % għall-2015 u 1,2 % għall-2016. Filwaqt li tqieset ir-rata tal-inflazzjoni baxxa ħafna fl-2015, ma kienx meqjus bħala ġustifikat l-aġġustament, skont l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 658/2014, tal-ammonti ta' dawk it-tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għat-twettiq ta' attivitajiet ta' farmakoviġilanza fir-rigward ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem. Fid-dawl tar-rata tal-inflazzjoni tal-Unjoni għall-2016, huwa meqjus bħala ġustifikat li jiġu aġġustati dawk l-ammonti. Jenħtieġ li jiġi applikat aġġustament kumulattiv li jqis ir-rati ta' inflazzjoni għall-2015 u għall-2016.

(3)

Għal raġunijiet ta' sempliċità, jenħtieġ li l-ammonti aġġustati jiġu approssimati sal-eqreb EUR 10, bl-eċċezzjoni tat-tariffa annwali għas-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-monitoraġġ tal-letteratura li għaliha jenħtieġ li l-livell aġġustat jiġi approssimat sal-eqreb EUR 1.

(4)

It-tariffi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 658/2014, huma dovuti jew fid-data meta tibda l-proċedura rispettiva jew, fil-każ tat-tariffa annwali għas-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-monitoraġġ tal-letteratura, fl-1 ta' Lulju ta' kull sena. Konsegwentement, l-ammont applikabbli jiġi determinat mid-data meta tkun dovuta t-tariffa mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżitorji speċifiċi għal proċeduri pendenti.

(5)

Skont l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 658/2014, fejn att delegat li jaġġusta l-ammonti tat-tariffi stabbiliti fil-Partijiet I sa IV tal-Anness ta' dak ir-Regolament jidħol fis-seħħ qabel l-1 ta' Lulju, l-aġġustamenti għandhom jieħdu effett mill-1 ta' Lulju, filwaqt li fejn jidħol fis-seħħ wara t-30 ta' Ġunju, l-aġġustamenti għandhom jieħdu effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat.

(6)

Jenħtieġ għalhekk li l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 658/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 658/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti I, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

“EUR 19 500” jinbidel għal “EUR 19 770”;

(b)

“EUR 13 100” jinbidel għal “EUR 13 290”;

(2)

fil-Parti II, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

fis-sentenza tal-introduzzjoni, “EUR 43 000” jinbidel għal “EUR 43 600”;

(b)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

(i)

“EUR 17 200” jinbidel għal “EUR 17 440”;

(ii)

“EUR 7 280” jinbidel għal “EUR 7 380”;

(c)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(i)

“EUR 25 800” jinbidel għal “EUR 26 160”;

(ii)

“EUR 10 920” jinbidel għal “EUR 11 070”;

(3)

fil-Parti III, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

(i)

“EUR 179 000” jinbidel għal “EUR 181 510”;

(ii)

“EUR 38 800” jinbidel għal “EUR 39 350”;

(iii)

“EUR 295 400” jinbidel għal “EUR 299 560”;

(b)

it-tieni subparagrafu huwa emendat b'dan li ġej:

(i)

fil-punt (a), “EUR 119 333” jinbidel għal “EUR 121 000”;

(ii)

fil-punt (b), “EUR 145 200” jinbidel għal “EUR 147 240”;

(iii)

fil-punt (c), “EUR 171 066” jinbidel għal “EUR 173 470”;

(iv)

fil-punt (d), “EUR 196 933” jinbidel għal “EUR 199 700”;

(c)

fir-raba' subparagrafu, il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(i)

“EUR 1 000” jinbidel għal “EUR 1 010”;

(ii)

“EUR 2 000” jinbidel għal “EUR 2 020”;

(iii)

“EUR 3 000” jinbidel għal “EUR 3 050”;

(4)

fil-punt 1 tal Parti IV, “EUR 67” jinbidel għal “EUR 68”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika minn 12 ta' Frar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 189, 27.6.2014, p. 112.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).


23.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/5


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/93

tas-16 ta' Novembru 2017

dwar iż-żieda fil-perċentwal tar-riżorsi baġitarji allokati lill-proġetti appoġġati permezz ta' għotjiet ta' azzjoni taħt is-Sottoprogramm għall-Ambjent dedikat lill-proġetti li jappoġġaw il-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kundizzjonijiet għal żieda tal-perċentwali tar-riżorsi baġitarji dedikati għall-proġetti li jappoġġaw il-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiveristà msemmija fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament LIFE b'massimu ta' 10 % huma ssodisfati, peress il-fondi totali mitlubin fuq sentejn konsekuttivi permezz ta' proposti li jaqgħu fil-qasam prijoritarju tan-Natura u l-Bijodiversità u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kwalità minima jkunu jaqbżu b'aktar minn 20 % l-ammont korrispondenti kkalkolat għas-sentejn ta' qabel dawk is-snin;

(2)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Kontroll tal-Idoneità tad-Direttivi dwar in-Natura (2) dwar il-ħtieġa li tiżdied id-disponibbiltà finanzjarja biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tad-Direttivi u l-Azzjoni 8 tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija (3), il-Kummissjoni ddeċidiet li żżid ir-riżorsi baġitarji allokati ta' 55 % għall-proġetti sostnuti permezz ta' għotjiet ta' azzjoni taħt is-sottoprogramm għall-Ambjent li jaqgħu taħt il-qasam prijoritarju tan-Natura u l-Bijodiversità;

(3)

Iż-żieda fil-perċentwal tar-riżorsi baġitarji għall-qasam prijoritarju tan-Natura u l-Bijodiversità mhux mistenni li jnaqqas ir-riżorsi ddedikati lill-proġetti ffinanzjati taħt l-oqsma l-oħra ta' prijorità għas-sottoprogramm għall-Ambjent, minħabba ż-żieda ppjanata fil-pakkett finanzjarju annwali għall-implimentazzjoni tal-Programm LIFE fis-snin 2018-2020 u t-tnaqqis tar-rata ta' kofinanzjament tal-UE għall-maġġoranza tal-għotjiet ta' azzjoni taħt oqsma oħra ta' prijorità minn 60 % għal 55 %.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 9(3) tar-Regolament LIFE jinbidel bit-test li ġej: “Tal-inqas 60,5 % tar-riżorsi baġitarji allokati lill-proġetti appoġġati permezz ta' għotjiet ta' azzjoni taħt is-sottoprogramm għall-Ambjent għandhom jiġu ddedikati lill-proġetti li jappoġġaw il-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament LIFE”.

(2)  SWD(2016) 472 final (Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Il-Kontroll tal-Idoneità tal-Leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-Natura (Id-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats)).

(3)  COM(2017) 198 final u SWD (2017) 139 final (Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija).


23.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/7


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/94

tas-16 ta' Novembru 2017

li jiffissa tnaqqis b'rata fissa għad-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu fi Spanja importat minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-kuntest tal-ftehimiet konklużi fiċ-Ċiklu tal-Urugwaj tan-negozjati kummerċjali multilaterali (2), l-Unjoni ntrabtet li tippermetti lil Spanja timporta kwantità ta' 300 000 tunnellata sorgu fis-sena.

(2)

Bejn l-1 ta' Jannar 2017 u s-7 ta' Awwissu 2017, 103 967 tunnellata sorgu ġew importati fi Spanja. Matul dak il-perjodu, id-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu kien stipulat fi EUR 0 kull tunnellata, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 (3). Mit-8 ta' Awwissu 2017, u wara l-introduzzjoni mill-ġdid ta' dazju tal-importazzjoni ta' aktar minn żero għas-sorgu skont ir-Regolament (UE) Nru 642/2010, 26 250 tunnellata sorgu ġew importati fi Spanja.

(3)

Biex jiġi żgurat li l-kwoti tal-importazzjoni jintużaw bis-sħiħ, l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 (4) jipprevedi li jista' jiġi applikat tnaqqis għad-dazju tal-importazzjoni ffissat skont ir-Regolament (UE) Nru 642/2010.

(4)

Meta jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-suq tas-sorgu, partikularment il-fatt li l-prezz tas-sorgu fis-suq dinji huwa ogħla minn dak tal-qamħirrum, huwa meħtieġ li jiġi applikat tnaqqis b'rata fissa ta' 100 % għad-dazju tal-importazzjoni ffissat skont ir-Regolament (UE) Nru 642/2010 fir-rigward tal-kwantitajiet ta' sorgu maħsubin għall-importazzjoni fi Spanja taħt il-kwota tariffarja miftuħa fl-1 ta' Jannar 2017 skont ir-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

(5)

Fid-dawl tal-limiti ta' żmien marbutin mal-adozzjoni ta' att delegat u l-ħtieġa li jkun permess l-użu bis-sħiħ tal-kwota tal-importazzjoni, jixraq li tiġi prevista l-applikazzjoni tat-tnaqqis b'rata fissa għal perjodu li jmur lil hinn mis-sena tal-kwota 2017,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tnaqqis b'rata fissa tad-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008, huwa b'dan stabbilit għal 100 % tad-dazju tal-importazzjoni għas-sorgu ffissat skont ir-Regolament (UE) Nru 642/2010. Dan it-tnaqqis għandu japplika għall-bilanċ disponibbli tal-kwantitajiet tas-sorgu maħsub li jiġi importat fi Spanja taħt il-kwota tariffarja miftuħa fl-1 ta' Jannar 2017 skont ir-Regolament (KE) Nru 1296/2008.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jiskadi fit-28 ta' Frar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fiċ-Ċiklu tal-Urugwaj tan-negozjati multilaterali (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta' qamħirrum fil-Portugall (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57).


23.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/95

tad-9 ta' Jannar 2018

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti “Slavonski med” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Kroazja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Slavonski med” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li d-denominazzjoni “Slavonski med” tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Slavonski med” (DOP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 292, 2.9.2017, p. 7.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


23.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/96

tad-9 ta' Jannar 2018

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Oignon doux des Cévennes” (DOP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni minn Franza għall-approvazzjoni ta' emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta “Oignon doux des Cévennes”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 723/2008 (2) kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2013 (3).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat talba għal emenda, permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Oignon doux des Cévennes” (DOP), hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 723/2008 tal-25 ta' Lulju 2008 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Afuega'l Pitu (DPO), Mazapán de Toledo (IĠP), Agneau de Lozère (IĠP), Oignon doux des Cévennes (DPO), Butelo de Vinhais jew Bucho de Vinhais jew Chouriço de Ossos de Vinhais (IĠP), Chouriça Doce de Vinhais (IĠP)) (ĠU L 198, 26.7.2008, p. 28).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2013 tas-16 ta' Lulju 2013 li japprova emenda minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Oignon doux des Cévennes (DPO)] (ĠU L 196, 19.7.2013, p. 4).

(4)  ĠU C 294, 5.9.2017, p. 8.


23.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/97

tat-22 ta' Jannar 2018

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tas-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa fil-prodotti fini tal-forn

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b'inizjattiva tal-Kummissjoni, jew wara li titressaq applikazzjoni.

(3)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni kkonkludiet li jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġi emendat f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu tal-Acesulfame K (E 950), tal-Aspartame (E 951), tal-Aċidu ċiklamiku (E 952) u tal-imluħa Na u Ca tiegħu, taz-Zakkarina (E 954) u tal-imluħa Na, K u Ca tagħha, tas-Sukralożju (E 955), tan-Neoesperidina DC (E 959), tan-Neotame (E 961), tal-Melħ tal-aspartame-acesulfame (E 962) u tal-Advantame (E 969) fi “prodotti fini tal-forn għal użu nutrittiv speċjali”.

(4)

L-użu ta' sustanzi li jagħtu l-ħlewwa fi “prodotti fini tal-forn għal użu nutrittiv speċjali” ġie awtorizzat bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE (3). L-ikel “prodotti fini tal-forn għal użu nutrittiv speċjali” kopra l-“ikel għall-persuni li jbatu minn disturbi fil-metaboliżmu tal-karboidrati (dijabete)” irregolati bid-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE (4). Din id-Direttiva stabbiliet definizzjoni komuni għall-“oġġetti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari” u pprevediet li jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta' “ikel għall-persuni li jbatu minn disturbi fil-metaboliżmu tal-karboidrati (dijabete)”, kategorija ta' ikel li taqa' taħt id-definizzjoni ta' oġġetti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari.

(5)

Madankollu, kif ġie konkluż fir-rapport tal-Kummissjoni (5) dwar ikel għall-persuni li jbatu mid-dijabete, il-bażi xjentifika għat-twaqqif ta' rekwiżiti speċifiċi ta' kompożizzjoni għal dak l-ikel kienet nieqsa. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) ħassar il-kunċett ta' “oġġetti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari”, inkluż dak ta' “ikel għall-persuni li jbatu minn disturbi fil-metaboliżmu tal-karboidrati (dijabete)”.

(6)

Għalhekk, l-awtorizzazzjoni ta' dawk is-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa fi “prodotti fini tal-forn għal użu nutrittiv speċjali” skont l-Artikolu 7(c) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 ma għadhiex iġġustifikata u jenħtieġ li dawk il-prodotti ma jibqgħux jiġu kkummerċjalizzati.

(7)

Barra minn hekk, l-applikazzjoni uniformi tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' sustanzi li jagħtu l-ħlewwa tiżgura ċ-ċarezza u l-funzjonament kif suppost tas-suq intern.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li jitħassru l-annotazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel Acesulfame K (E 950), tal-Aspartame (E 951), tal-Aċidu ċiklamiku (E 952) u tal-imluħa Na u Ca tiegħu, taz-Zakkarina (E 954) u tal-imluħa Na, K u Ca tagħha, tas-Sukralożju (E 955), tan-Neoesperidina DC (E 959), tan-Neotame (E 961), tal-Melħ tal-aspartame-acesulfame (E 962) u tal-Advantame (E 969) li jirreferu għall-użu fi “prodotti fini tal-forn [biss] għal użu nutrittiv speċjali” fil-kategorija tal-ikel 07.2 — prodotti fini tal-forn.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġi emendat skont dan.

(10)

Sabiex l-operaturi ekonomiċi jitħallew jadattaw għar-regoli l-ġodda, huwa xieraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali li matulu l-prodotti fini tal-forn għal użu nutrittiv speċjali li jkun fihom xi waħda minn dawk is-sustanzi li jagħtu ħlewwa jkunu jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-prodotti fini tal-forn għal użu nutrittiv speċjali li jkun fihom l-Acesulfame K (E 950), tal-Aspartame (E 951), tal-Aċidu ċiklamiku (E952) u tal-imluħa Na u Ca tiegħu, taz-Zakkarina (E 954) u tal-imluħa Na, K u Ca tagħha, tas-Sukralożju (E 955), tan-Neoesperidina DC (E 959), tan-Neotame (E 961), tal-Melħ tal-aspartame-acesulfame (E 962) u tal-Advantame (E 969) li jkunu tqiegħdu fis-suq b'mod legali qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm il-ħażniet jiġu eżawriti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f'oġġetti tal-ikel (ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari (89/398/KEE) (ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27).

(5)  Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ikel għal persuni li jbatu minn taqlib fil-metaboliżmu tal-karboidrati (dijabete) tal-1 ta' Lulju 2008 (KUMM/2008/ 392 finali).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).


ANNESS

Il-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 hija emendata kif ġej:

1.

L-annotazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel Acesulfame K (E 950), Aspartame (E 951), Aċidu ċiklamiku (E 952) u l-imluħa Na u Ca tiegħu, Zakkarina (E 954) u l-imluħa Na, K u Ca tagħha, Sukralożju (E 955), Neoesperidina DC (E 959), Neotame (E 961), Melħ tal-aspartame-acesulfame (E 962) u Advantame (E 969) li jirreferu għall-użu fi “prodotti fini tal-forn [biss] għal użu nutrittiv speċjali” fil-kategorija tal-ikel 07.2 — “Prodotti fini tal-forn” — jitħassru.


23.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/98

tat-22 ta' Jannar 2018

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tas-sorbat tal-kalċju (E 203)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 14 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-addittivi tal-ikel, fl-enżimi tal-ikel, fl-aromatizzanti tal-ikel u fin-nutrijenti, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (2) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel li huma elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(4)

Is-sorbat tal-kalċju (E 203) huwa sustanza awtorizzata bħala preservattiv f'diversità ta' ikel, kif ukoll fil-preparazzjonijiet tal-kulur tal-ikel u fl-aromatizzanti tal-ikel, b'konformità mal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(5)

L-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistipula li l-addittivi tal-ikel kollha li kienu diġà permessi fl-Unjoni qabel l-20 ta' Jannar 2009 huma soġġetti għal valutazzjoni tar-riskju ġdida mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(6)

Għal dak l-għan, programm għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel huwa stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 (3). Skont ir-Regolament (UE) Nru 257/2010, ir-rivalutazzjoni tal-preżervattivi kellha titlesta sal-31 ta' Diċembru 2015.

(7)

Fit-30 ta' Ġunju 2015, l-Awtorità ppreżentat Opinjoni Xjentifika dwar ir-rivalutazzjoni tal-aċidu sorbiku (E 200), tas-sorbat tal-potassju (E 202) u tas-sorbat tal-kalċju (E 203) bħala addittivi tal-ikel (4). L-opinjoni ddikjarat li kien hemm nuqqas ta' dejta dwar il-ġenotossiċità tas-sorbat tal-kalċju. B'konsegwenza ta' dan, l-Awtorità ma setgħetx tikkonferma li s-sorbat tal-kalċju huwa sikur bħala addittiv tal-ikel u kkonkludiet li jenħtieġ li jiġi eskluż mill-grupp tad-Doża Aċċettabbli ta' Kuljum iddefinit għall-aċidu sorbiku (E 200) u għas-sorbat tal-potassju (E 202). L-opinjoni ddikjarat li jeħtieġ li jitwettqu studji dwar il-ġenotossiċità tas-sorbat tal-kalċju sabiex jitqies jekk is-sorbat tal-kalċju għandux jiġi inkluż f'dak il-grupp tad-Doża Aċċettabbli ta' Kuljum.

(8)

Fl-10 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni nediet sejħa pubblika għal dejta xjentifika u teknoloġika dwar l-aċidu sorbiku (E 200), dwar is-sorbat tal-potassju (E 202) u dwar is-sorbat tal-kalċju (E 203) (5), li timmira lejn il-ħtiġijiet ta' dejta li ġew identifikati fl-Opinjoni Xjentifika dwar ir-rivalutazzjoni ta' dawk is-sustanzi bħala addittivi tal-ikel. Madankollu, l-ebda operatur tan-negozju ma ħa l-impenn li jipprovdi d-dejta mitluba dwar il-ġenotossicità għas-sorbat tal-kalċju (E 203). Mingħajr dik id-dejta, l-Awtorità ma tistax tlesti r-rivalutazzjoni tas-sikurezza tas-sorbat tal-kalċju bħala addittiv tal-ikel u b'hekk ma jistax jiġi stabbilit jekk dik is-sustanza għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għal inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati.

(9)

Għaldaqstant jixraq li s-sorbat tal-kalċju (E 203) jitneħħa mil-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati.

(10)

Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, il-lista tal-Unjoni ta' adittivi tal-ikel approvati għandha tiġi emendata b'konformità mal-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(11)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 jistipula li l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel tista' tiġi aġġornata jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew inkella wara li ssir applikazzjoni.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 jiġu emendati bit-tħassir tas-sorbat tal-kalċju (E 203) mil-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel awtorizzati peress li l-inklużjoni tiegħu fil-lista ma tistax tkun iġġustifikata iktar minħabba n-nuqqas ta' dejta xierqa dwar il-ġenotossicità.

(13)

Sabiex l-operaturi tan-negozji tal-ikel ikunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda jew isibu alternattivi għas-sorbat tal-kalċju (E 203), jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

(14)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huma emendati b'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, titħassar l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 203, sorbat tal-kalċju.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-12 ta' Awwissu 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 tal-25 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi programm għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 19).

(4)  EFSA Journal 2015;13(6):4144.

(5)  http://ec.europa.eu/food/safety/food_improvement_agents/additives/re-evaluation_en

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).


ANNESS

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Tabella 3 tal-Parti B: Addittivi għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, titħassar l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 203, sorbat tal-kalċju;

(b)

fil-Parti C, fit-Tabella 5: Addittivi oħra li jistgħu jiġu rregolati kkombinati, hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt (a) “E 200 – 203: Aċidu sorbiku – sorbati (AS)” huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

E 200 – 202: Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju (AS)

Numru E

Isem

E 200

Aċidu sorbiku

E 202

Sorbat tal-potassju”

(ii)

fil-punt (c) “E 200 – 213: Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati (AS + AB)”, titħassar l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 203, sorbat tal-kalċju;

(iii)

fil-punt (d) “E 200 – 219: Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati (AS + AB + PIB)”, titħassar l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 203, sorbat tal-kalċju;

(iv)

il-punt (e) “E 200 – 203; 214 – 219: Aċidu sorbiku – sorbati; p-idrossibenżoati (AS + PIB)” huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(e)

E 200 – 202; 214 – 219: Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; p-idrossibenżoati (AS + PIB)

Numru E

Isem

E 200

Aċidu sorbiku

E 202

Sorbat tal-potassju

E 214

Etil-p-idrossibenżoat

E 215

Etil p-idrossibenżoat tas-sodju

E 218

Metil p-idrossibenżoat

E 219

Metil p-idrossibenżoat tas-sodju”

(c)

Il-Parti E hija emendata kif ġej:

1.

Fil-kategorija 01.3 (Prodotti tal-ħalib iffermentat mingħajr togħmiet miżjuda, trattati bis-sħana wara l-fermentazzjoni), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

baqta biss”

2.

Fil-kategorija 01.4 (Prodotti tal-ħalib iffermentat b'togħmiet miżjuda inklużi prodotti trattati bis-sħana), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

300

(1) (2)

deżerti abbażi ta' prodotti tal-ħalib mhux ittrattati bis-sħana biss”

3.

Fil-kategorija 01.7.1 (Ġobon mhux misjur minbarra prodotti fil-kategorija 16), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)”

 

4.

Fil-kategorija 01.7.2 (Ġobon misjur), l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

ġobon biss, ippakkjat minn qabel, imfettet u maqtugħ; ġobon bis-saffi u ġobon b'ikel miżjud

 

E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

quantum satis

 

trattament tas-superfiċe għal prodotti misjura biss”

5.

Fil-kategorija 01.7.4 (Ġobon tax-xorrox), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

ġobon biss, ippakkjat minn qabel, imfettet; ġobon bis-saffi u ġobon b'ikel miżjud”

6.

Fil-kategorija 01.7.5 (Ġobon ipproċessat), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)”

 

7.

Fil-kategorija 01.7.6 (Prodotti tal-ġobon (minbarra prodotti fil-kategorija 16)), l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

prodotti mhux misjura biss; prodotti misjura, ippakkjati minn qabel, imfettin; prodotti misjura bis-saffi u prodotti misjura b'ikel miżjud

 

E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

quantum satis

 

trattament tas-superfiċe għal prodotti misjura biss”

8.

Fil-kategorija 01.8 (Analogi ta' prodotti tal-ħalib, inklużi whiteners tax-xorb), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)

analogi tal-ġobon abbażi ta' proteina biss

 

E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

quantum satis

(1) (2)

analogi tal-ġobon biss (trattament tas-superfiċe biss)”

9.

Fil-kategorjia 02.2.2 (Emulsjonijiet oħra tax-xaħam u ż-żejt inklużi pejsts kif definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 u emulsjonijiet likwidi), l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

emulsjonijiet tax-xaħam biss (eskluż il-butir) b'kontenut tax-xaħam ta' 60 % jew iktar

 

E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)

emulsjonijiet tax-xaħam biss b'kontenut tax-xaħam ta' inqas minn 60 %”

10.

Fil-kategorija 04.1.1 (Frott u ħxejjex friski, sħaħ), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

20

 

trattament tas-superfiċe biss ta' frott taċ-ċitru frisk mhux imqaxxar”

11.

Fil-kategorija 04.2.1 (Frott u ħxejjex imnixxfa), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

frott imnixxef biss”

12.

Il-kategorija 04.2.2 (Frott u ħxejjex fil-ħall, żejt jew ilma mielaħ) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

2 000

(1) (2)

ħxejjex biss (eskluż iż-żebbuġ)”

(ii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

żebbuġ u preparazzjonijiet abbażi taż-żebbuġ biss”

(iii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)

żebbuġ u preparazzjonijiet abbażi taż-żebbuġ biss”

13.

Il-kategorija 04.2.4.1 (Preparazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex għajr għall-frott preżervat fil-ġulepp) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

preparazzjonijiet ta' frott u ħxejjex biss, inklużi preparazzjonijiet abbażi tal-alka, zlazi abbażi tal-frott, aspic, eskluż purée, mousse, zalza tal-frott, insalata u prodotti simili, fil-laned jew fil-fliexken”

(ii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)

preparazzjonijiet abbażi taż-żebbuġ biss”

14.

Fil-kategorija 04.2.5.1 (Ġamm żejjed u ġelatina żejda kif definit bid-Direttiva 2001/113/KE), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)

prodotti b'ammont baxx ta' zokkor u prodotti simili b'ammont baxx ta' kaloriji jew mingħajr zokkor biss, mermeladas

15.

Fil-kategorija 04.2.5.2 (Ġamm, ġelatini u marmellati u puree tal-qastan dolċifikata kif definit bid-Direttiva 2001/113/KE), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)

prodotti b'ammont baxx ta' zokkor u pesjts minn prodotti simili b'ammont baxx ta' kaloriji jew minn prodotti mingħajr zokkor biss, mermeladas

16.

Fil-kategorija 04.2.5.3 (Taħlitiet oħra li jiddellku tal-frott u tal-ħaxix simili), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)

pejsts oħra abbażi tal-frott, mermeladas

 

E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 500

(1) (2)

marmelada biss”

17.

Fil-kategorija 04.2.6 (Prodotti tal-patata pproċessati), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)

għaġina tal-patata u biċċiet tal-patata moqlija minn qabel biss”

18.

Il-kategorija 05.2 (Ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 219 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 219

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati

1 500

(1) (2) (5)

ħlief frott u ħxejjex f'konfettura, kristallizzati jew glacé”

(ii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)

frott u ħxejjex f'konfettura, kristallizzati jew glacé biss”

19.

Fil-kategorija 05.3 (Ċuwingamm), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 500

(1) (2)”

 

20.

Il-kategorija 05.4 (Tiżjin, kisi u mili, ħlief mili abbażi tal-frott kopert mill-kategorija 4.2.4) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

oġġetti li jintraxxu fil-wiċċ biss (ġuleppijiet għal pancakes, ġuleppijiet b'togħma għal milkshakes u ġelat; prodotti simili)”

(ii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 219 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 219

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati

1 500

(1) (2) (5)”

 

21.

Fil-kategorija 06.4.4 (Njokki tal-patata), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1)”

 

22.

Fil-kategorija 06.4.5 (Mili ta' għaġin mimli (ravjul u simili)), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)”

 

23.

Fil-kategorija 06.6 (Panuri), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)”

 

24.

Fil-kategorija 06.7 (Ċereali msajrin minn qabel jew ipproċessati), l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)

polenta biss

 

E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)

Semmelknödelteig biss”

25.

Fil-kategorija 07.1 (Ħobż u bziezen), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)

ħobż imqatta' ppakkjat minn qabel u ħobż tas-segala, moħmi parzjalment, prodotti tal-forn ippakkjati minn qabel maħsuba għall-bejgħ bl-imnut u ħobż b'enerġija mnaqqsa maħsub għall-bejgħ bl-imnut biss”

26.

Fil-kategorija 07.2 (Prodotti fini tal-forn), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)

b'attività tal-ilma ta' iktar minn 0,65 biss”

27.

Fil-kategorija 08.3.1 (Prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 219 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 219

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati

quantum satis

(1) (2)

trattament tas-superfiċe ta' prodotti tal-laħam imnixxfin biss”

28.

Il-kategorija 08.3.2(Prodotti tal-laħam trattati bis-sħana) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203; 214 – 219 (Aċidu sorbiku – sorbati; p-idrossibenżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202; 214 – 219

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; p-idrossibenżoati

1 000

(1) (2)

pâté biss”

(ii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

aspic biss”

(iii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 219 (Aċidu sorbiku – sorbati, Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 219

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju, Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati

quantum satis

(1) (2)

trattament tas-superfiċe ta' prodotti tal-laħam imnixxfin biss”

29.

Il-kategorija 08.3.3 (Kisi ta' protezzjoni u kisjiet u tiżjin għal-laħam) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

quantum satis

 

kisi abbażi ta' kollaġen biss b'attività tal-ilma ta' iktar minn 0,6”

(ii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203; 214 – 219 (Aċidu sorbiku – sorbati; p-idrossibenżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202; 214 – 219

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; p-idrossibenżoati

1 000

(1) (2)

kisi tal-ġelatina tal-prodotti tal-laħam biss (imsajrin, staġjonati jew imnixxfin)”

30.

Il-kategorija 09.2 (Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

aspic”

(ii)

l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

200

(1) (2)

ħut immellaħ u mnixxef biss

 

E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

2 000

(1) (2)

ħut u prodotti tal-ħut semikonservati biss, inklużi l-krustaċji, il-molluski, is-surimi u l-pejst tal-ħut u tas-surimi/tal-krustaċji; il-krustaċji u l-molluski msajrin

 

E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

6 000

(1) (2)

Crangon crangon u Crangon vulgaris imsajrin biss”

31.

Fil-kategorija 09.3 (Bajd tal-ħut), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

2 000

(1) (2)

prodotti tal-ħut semikonservati biss inklużi prodotti tal-bajd tal-ħut”

32.

Il-kategorija 10.2 (Bajd u prodotti tal-bajd ipproċessati) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

prodotti tal-bajd deidrati u kkonċentrati ffriżati u ffriżati f'temperatura baxxa ħafna biss”

(ii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

5 000

(1) (2)

bajd likwidu biss (l-abjad jew l-isfar tal-bajd jew bajda sħiħa)”

33.

Fil-kategorija 11.4.1 (Prodotti li jżidu l-ħlewwa ta' fuq il-mejda f'forma likwida), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 219 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 219

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati; p-idrossibenżoati

500

(1) (2)

jekk il-kontenut tal-ilma jkun ogħla minn 75 % biss”

34.

Fil-kategorija 12.2.2 (Ħwawar u kondimenti), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)”

 

35.

Fil-kategorija 12.4 (Mustarda), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)”

 

36.

Fil-kategorija 12.5 (Sopop u brodi), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

500

(1) (2)

sopop u brodi likwidi biss (esklużi tal-bott)”

37.

Il-kategorija 12.6 (Zlazi) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

zlazi emulsifikati b'kontenut tax-xaħam ta' 60 % jew iktar biss

 

E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)

zlazi emulsifikati b'kontenut tax-xaħam ta' inqas minn 60 % biss”

(ii)

l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)

zlazi emulsifikati b'kontenut tax-xaħam ta' 60 % jew iktar biss; zlazi mhux emulsifikati

 

E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

2 000

(1) (2)

zlazi emulsifikati b'kontenut tax-xaħam ta' inqas minn 60 % biss”

38.

Fil-kategorija 12.7 (Insalati u taħlitiet li jiddellku mal-ħobż abbażi ta' ikel mhux ħelu), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 500

(1) (2)”

 

39.

Fil-kategorija 12.9 (Prodotti tal-proteina, esklużi prodotti koperti fil-kategorija 1.8), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)

prodotti simili tal-laħam, ħut, krustaċji u ċefalopodi u ġobon abbażi ta' proteini”

40.

Fil-kategorija 13.2 (Ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fid-Direttiva 1999/21/KE (minbarra prodotti mill-kategorija tal-ikel 13.1.5)), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200–213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 500

(1) (2)”

 

41.

Fil-kategorija 13.3 (Ikel djetetiku għal dieti ta' kontroll tal-piż maħsub biex jieħu post l-ikel totali li wieħed jiekol kuljum jew ikla individwali (id-dieta ta' kuljum totali jew parti minnha)), l-entrata li tikkonċerna l-additivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 500

(1) (2)”

 

42.

Il-kategorija 14.1.2 (Meraq tal-frott kif iddefinit mid-Direttiva 2001/112/KE u meraq tal-ħaxix) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

500

(1) (2)

Sød … saft u sødet … saft biss”

(ii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

2 000

(1) (2)

meraq tal-għeneb biss, mhux iffermentat, għal użu fis-sagramenti”

43.

Fil-kategorija 14.1.3 (Nettari tal-frott kif definiti mid-Direttiva 2001/112/KE u nettari tal-ħaxix u prodotti simili), l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

250

(1) (2)

ġuleppijiet Żvediżi tradizzjonali tal-frott biss, japplika l-massimu jekk ikunu ntużaw ukoll E 210 – 213, aċidu benżojku – benżoati

 

E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

300

(1) (2)

ġuleppijiet tradizzjonali Żvediżi u Finlandiżi tal-frott biss”

44.

Fil-kategorija 14.1.4 (Xarbiet bit-togħma), l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

250

(1) (2)

japplika l-massimu jekk ikunu ntużaw ukoll E 210 – 213, aċidu benżojku – benżoati

 

E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

300

(1) (2)

esklużi x-xarbiet abbażi ta' prodotti tal-ħalib”

45.

Fil-kategorija 14.1.5.2 (Oħrajn), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

600

(1) (2)

konċentrati tat-te likwidi u konċentrati tal-infużjonijiet likwidi tal-frott u tal-ħxejjex aromatiċi biss”

46.

Fil-kategorija 14.2.1 (Birra u xarbiet tax-xgħir), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)

birra f'kegs li fihom iktar minn 0,5 % zokkor miżjud li jiffermenta u/jew meraq tal-frott jew konċentrati biss”

47.

Fil-kategorjia 14.2.2 (Inbid u prodotti oħra definiti bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u prodotti simili mingħajr alkoħol), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)

mingħajr alkoħol biss”

48.

Fil-kategorija 14.2.3 (Sidru u perry), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)”

 

49.

Fil-kategorija 14.2.4 (Inbid tal-frott u nbid magħmul), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)”

 

50.

Fil-kategorija 14.2.5 (Mead), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)”

 

51.

Fil-kategorija 14.2.7.1 (Inbid aromatizzat), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)”

 

52.

Fil-kategorija 14.2.7.2 (Xarbiet abbażi ta' inbid aromatizzat), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)”

 

53.

Fil-kategorija 14.2.7.3 (Cocktails ta' prodotti tal-inbid aromatizzati), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)”

 

54.

Fil-kategorija 14.2.8 (Xarbiet alkoħoliċi oħra inkluż taħlit ta' xarbiet alkoħoliċi ma' xarbiet mhux alkoħoliċi u spirti b'inqas minn 15 % ta' alkoħol), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

200

(1) (2)

xarbiet alkoħoliċi b'kontenut alkoħoliku ta' inqas minn 15 % u nalewka na winie owocowym, aromatyzowana nalewka na winie owocowym, nalewka na winie z soku winogronowego, aromatyzowana nalewka na winie z soku winogronowego, napój winny owocowy lub miodowy, aromatyzowany napój winny owocowy lub miodowy, wino owocowe niskoalkoholowe u aromatyzowane wino owocowe niskoalkoholowe biss”

55.

Fil-kategorija 15.1 (Ikel ħafif abbażi ta' patata, ċereali, dqiq jew lamtu), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203; 214 – 219 (Aċidu sorbiku – sorbati; p-idrossibenżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202; 214 – 219

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; p-idrossibenżoati

1 000

(1) (2) (5)”

 

56.

Fil-kategorija 15.2 (Ġewż ipproċessat), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 203; 214 – 219 (Aċidu sorbiku – sorbati; p-idrossibenżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202; 214 – 219

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; p-idrossibenżoati

1 000

(1) (2) (5)

ġewż miksi biss”

57.

Il-kategorija 16 (Deżerti minbarra prodotti koperti fil-kategoriji 1, 3 u 4) hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203 (Aċidu sorbiku – sorbati) huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

1 000

(1) (2)

frugtgrød, rote Grütze u pasha biss

 

E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

2 000

(1) (2)

ostkaka biss”

(ii)

l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

300

(1) (2)

deżerti abbażi ta' ħalib mhux trattati bis-sħana biss”

58.

Fil-kategorija 17.1 (Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'forma solida inklużi kapsuli u pilloli u forom simili, minbarra f'forom li jistgħu jintmagħdu), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

1 000

(1) (2)

meta jiġu pprovduti f'forma niexfa u li fihom preparazzjonijiet tal-vitamina A u kombinazzjonijiet tal-vitamini A u D biss”

59.

Fil-kategorija 17.2 (Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'forma likwida), l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 200 – 213 (Aċidu sorbiku – sorbati; Aċidu benżojku – benżoati) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

“E 200 – 213

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju; Aċidu benżojku – benżoati

2 000

(1) (2)”

 

(2)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti 2 (Addittivi tal-ikel minbarra l-carriers fl-addittivi tal-ikel), l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203, E 210, E 211 u E 212 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju (it-Tabella 2 tal-Parti 6)

1 500 mg/kg waħedhom jew ikkombinati fil-preparazzjoni ta' 15 mg/kg fil-prodott finali espress bħala aċidu liberu

Preparazzjonijiet tal-kulur”

E 210

Aċidu benżojku

E 211

Benżoat tas-sodju

E 212

Benżoat tal-potassju

(b)

Fil-Parti 4 (Addittivi tal-ikel inklużi l-carriers fl-aromatizzanti tal-ikel), l-entrati li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel E 200 – 203, E 210, E 211, E 212 u E 213 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“E 200 – 202

Aċidu sorbiku u sorbat tal-potassju (it-Tabella 2 tal-Parti 6)

L-aromatizzanti kollha

1 500 mg/kg (waħedhom jew f'kombinazzjoni espressi bħala l-aċidu liberu) fl-aromatizzanti”

E 210

Aċidu benżojku

E 211

Benżoat tas-sodju

E 212

Benżoat tal-potassju

E 213

Benżoat tal-kalċju

(c)

Fil-Parti 6 (Definizzjonijiet tal-gruppi tal-addittivi tal-ikel għall-finijiet tal-Partijiet 1 sa 5), it-Tabella 2 (Tabella 2: Aċidu sorbiku – sorbati) hija sostitwita b'dan li ġej:

“Tabella 2

Aċidu sorbiku – sorbat tal-potassju

Numru E

Isem

E 200

Aċidu sorbiku

E 202

Sorbat tal-potassju”


23.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/99

tat-22 ta' Jannar 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2378 fir-rigward tal-forma u l-kondizzjonijiet ta' komunikazzjoni għall-valutazzjoni annwali tal-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni kif ukoll il-lista tad-data statistika li għandha tingħata mill-Istati Membri għall-finijiet tal-evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(3) u (4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2011/16/UE jipprevedi l-valutazzjoni annwali tal-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(2)

L-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2011/16/UE jipprevedi lista tad-data statistika li għandha tingħata mill-Istati Membri għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta' dik id-Direttiva.

(3)

Il-lista ma tinkludix id-data statistika relatata mal-iskambju obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8a tad-Direttiva 2011/16/UE billi din id-data tiġi miġbura mill-Kummissjoni mid-direttorju ċentrali stabbilit skont l-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2011/16/UE.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2378 (2) jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva għat-Tassazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2378

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2378 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

jiddaħħlu l-Artikoli 2c u 2d li ġejjin:

“Artikolu 2c

Il-forma u l-kondizzjonijiet għall-komunikazzjoni tal-valutazzjoni annwali

1.   Il-formola għall-komunikazzjoni tal-valutazzjoni annwali tal-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni u tar-riżultati prattiċi miksuba skont l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2011/16/UE hija stabbilita fl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament.

2.   Qabel l-1 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, permezz ta' mezzi elettroniċi, il-valutazzjoni annwali billi jużaw il-formola msemmija fil-paragrafu 1. Il-valutazzjoni għandha tkopri l-perjodu tas-sena kalendarja ta' qabel.

Artikolu 2d

Lista tad-data statistika

1.   Il-lista tad-data statistika meħtieġa għall-forom kollha ta' kooperazzjoni amministrattiva, għajr għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2011/16/UE, hija stabbilita fl-Anness IX ta' dan ir-Regolament.

Il-lista tad-data statistika meħtieġa għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/16/UE, hija stabbilita fl-Anness X ta' dan ir-Regolament.

Il-lista tad-data statistika meħtieġa għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8(3a) tad-Direttiva 2011/16/UE hija stabbilita fl-Anness XI ta' dan ir-Regolament.

Il-lista tad-data statistika meħtieġa għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8aa tad-Direttiva 2011/16/UE hija stabbilita fl-Anness XII ta' dan ir-Regolament.

2.   Qabel l-1 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, permezz ta' mezzi elettroniċi, id-data statistika relatata mal-forom kollha ta' kooperazzjoni amministrattiva, għajr għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni, f'konformità mal-lista stabbilita fl-Anness IX, fir-rigward tas-sena kalendarja ta' qabel.

3.   Qabel l-1 ta' Novembru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, permezz ta' mezzi elettroniċi, id-data statistika relatata mal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni f'konformità mal-lista stabbilita fl-Anness X, fl-Anness XI u fl-Anness XII.”

(2)

L-Annessi VIII, IX, X, XI u XII jiddaħħlu kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2378 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1156/2012 (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 19).


ANNESS

L-Annessi li ġejjin jiżdiedu mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2378:

ANNESS VIII

Il-formola msemmija fl-Artikolu 2c

Il-formola għall-komunikazzjoni skont l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2011/16/UE tkopri l-informazzjoni li ġejja:

L-identifikazzjoni tal-Istat Membru li jwieġeb għall-kwestjonarju

Id-disponibbiltà tal-informazzjoni fl-Istat Membru

Il-monitoraġġ ta' jekk intbagħatx il-feedback bilaterali annwali skont l-Artikolu 14(2)

L-effettività tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni:

L-ipproċessar tal-informazzjoni riċevuta u l-kwistjonijiet tekniċi (IT) ġenerali ewlenin li nqalgħu

Il-kwalità tal-informazzjoni riċevuta, li jkun fiha l-identifikazzjoni tar-riċevitur/tal-partijiet; il-kwistjonijiet marbuta mal-kontenut tal-informazzjoni riċevuta u s-suġġerimenti relatati

Il-konformità fl-użu u fl-effettività, li fil-prinċipju tinkludi l-utilità tal-informazzjoni; l-użu attwali u futur tal-informazzjoni; l-użu tal-informazzjoni skont il-qasam tat-taxxa; il-kooperazzjoni amministrattiva mħeġġa mill-użu tal-informazzjoni riċevuta

Ir-riżultati prattiċi miksuba, li jkun fihom l-eżitu totali (inklużi proġetti speċjali); l-eżitu speċifiku minn proġetti speċjali; l-ispejjeż amministrattivi u oħrajn rilevanti għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni (AEOI); l-ispejjeż amministrattivi għall-operazzjonijiet AEOI rikorrenti; l-ispejjeż rilevanti oħra għall-operazzjonijiet ta' konformità mar-regoli tat-taxxa; l-esperjenzi pożittivi u negattivi; l-aspetti ewlenin li jiġġeneraw litigazzjoni u proċedimenti tal-qorti

Ir-rata ta' suċċess fir-rigward tal-obbligu li jiġu kkomunikati r-rapporti għal kull pajjiż lill-Istati Membri kkonċernati (Għadd ta' rapporti għal kull pajjiż riċevuti mingħand l-awtoritajiet tat-taxxa ta' Stati Membri oħra/Għadd ta' rapporti għal kull pajjiż li għandhom jiġu riċevuti mingħand l-awtoritajiet tat-taxxa ta' Stati Membri oħra

Ir-rata ta' konformità tal-Entitajiet tar-Rapportar fir-rigward tal-obbligu li jiġu pprovduti rapporti għal kull pajjiż (Għadd ta' rapporti għal kull pajjiż riċevuti/Għadd ta' rapporti għal kull pajjiż li għandu jiġi rrappurtat)

Il-lista ta' kwalunkwe ġurisdizzjoni fejn ikunu residenti Entitajiet Omm Apikali ta' Entitajiet tar-Rapportar ibbażati fl-Unjoni, iżda fejn ma ġewx ippreżentati jew skambjati rapporti għal kull pajjiż.

ANNESS IX

Lista msemmija fl-Artikolu 2d

Id-data statistika meħtieġa għall-forom ta' kooperazzjoni amministrattiva għajr għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2011/16/UE tkopri l-informazzjoni li ġejja:

L-identifikazzjoni ta' Stat Membru

Is-sena

Il-Parti A: L-istatistika għal kull Stat Membru dwar l-iskambju ta' informazzjoni

dwar l-iskambju ta' informazzjoni fuq talba (l-Artikoli 5, 6 u 7 tad-Direttiva 2011/16/UE)

L-għadd ta' talbiet mibgħuta

L-għadd ta' tweġibiet riċevuti

L-għadd ta' tweġibiet sħaħ riċevuti fi żmien sitt xhur

L-għadd ta' tweġibiet li għalihom (parti minnhom jew kollha) l-informazzjoni waslet fi żmien xahrejn

L-għadd ta' talbiet riċevuti

L-għadd ta' tweġibiet mibgħuta

L-għadd ta' rifjuti abbażi tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2011/16/UE

dwar l-iskambju spontanju ta' informazzjoni (l-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2011/16/UE)

L-għadd ta' skambji spontanji mibgħuta

L-għadd ta' skambji spontanji riċevuti

L-għadd ta' deċiżjonijiet transfruntiera mibgħuta

L-għadd ta' deċiżjonijiet transfruntiera riċevuti

L-għadd ta' arranġamenti unilaterali preliminari ta' prezzijiet mibgħuta

L-għadd ta' arranġamenti unilaterali preliminari ta' prezzijiet riċevuti

Il-Parti B: L-istatistika dwar forom oħra ta' kooperazzjoni amministrattiva

dwar il-preżenza fl-uffiċċji amministrattivi u l-parteċipazzjoni f'indaġnijiet amministrattivi (l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/16/UE)

L-għadd ta' preżenzi li jidħlu fl-uffiċċji amministrattivi u ta' parteċipazzjoni f'indaġnijiet amministrattivi

dwar il-kontrolli simultanji (l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/16/UE)

L-għadd ta' kontrolli simultanji mibdijin mill-Istat Membru

L-għadd ta' kontrolli simultanji li l-Istat Membru ħa sehem fihom

dwar it-talbiet għal notifika (l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2011/16/UE)

L-għadd ta' talbiet għal notifika mibgħuta

L-għadd ta' talbiet għal notifika riċevuti

dwar il-feedback (l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2011/16/UE)

L-għadd ta' talbiet għal feedback mibgħuta

L-għadd ta' feedback riċevut

L-għadd ta' talbiet għal feedback riċevuti

L-għadd ta' feedback mibgħut

Il-Parti C: L-istatistika dwar id-dħul addizzjonali stmat jew iż-żieda fit-taxxa vvalutata dovuti għall-kooperazzjoni amministrattiva. L-informazzjoni f'din il-parti mhix obbligatorja.

Minn skambju ta' informazzjoni fuq talba

Minn skambju spontanju ta' informazzjoni

B'riżultat ta' kontroll simultanju

Iċ-ċifra globali u l-għadd ta' każijiet.

ANNESS X

Lista msemmija fl-Artikolu 2d

Id-data statistika meħtieġa għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kategoriji ta' dħul u ta' kapital imsemmija fl-Artikolu 8(1) ta' dik id-Direttiva tkopri l-informazzjoni li ġejja:

Għall-kategoriji kollha ta' dħul u ta' kapital imsemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/16/UE: l-istatistika dwar il-messaġġi u l-kontribwent

Fil-każ ta' dħul minn impjieg u l-miżati tad-diretturi: l-istatistika dwar il-messaġġi u r-riċevitur, il-messaġġi u l-pagatur, ir-riċevitur u r-relazzjoni, il-pagatur u r-relazzjoni, ir-riċevitur u d-dħul

Fil-każ ta' pensjonijiet: l-istatistika dwar il-messaġġi u r-riċevitur, il-messaġġi u l-pagatur, ir-riċevitur, il-pagatur, l-iskema, id-dħul

Fil-każ ta' prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja: l-istatistika dwar il-messaġġi u l-politika, il-politika ġenerali, l-avveniment

Fil-każ ta' sjieda ta' proprjetà immobbli u d-dħul minnha: l-istatistika dwar il-messaġġi u l-parti, il-parti ġenerali, il-kwantità u l-valur tal-proprjetà, il-kwantità u l-valur tat-tranżazzjoni, il-kwantità u l-valur tas-self, il-kwantità u l-valur tad-dritt tad-dħul

Fil-każ ta' messaġġi dwar l-istatus: l-istatistika dwar il-messaġġi marbuta mal-istatus u dwar l-iżbalji tal-messaġġi marbuta mal-istatus

Fil-każ ta' messaġġi bla data: l-istatistika dwar messaġġi bla data.

ANNESS XI

Lista msemmija fl-Artikolu 2d

Id-data statistika meħtieġa għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8(3a) tad-Direttiva 2011/16/UE, skont l-Artikolu 23(4) ta' dik id-Direttiva tkopri l-informazzjoni li ġejja:

Għal kull messaġġ, l-istatistika dwar il-pajjiż ta' oriġini u l-pajjiż ta' destinazzjoni, l-għadd totali ta' rekords, l-ammonti totali tal-pagament

Għal kull pajjiż ta' oriġini, l-istatistika dwar l-għadd totali ta' istituzzjonijiet finanzjarji rapportanti, l-ammonti totali tal-pagament

Għal kull kont uniku, l-istatistika dwar il-kwantità tad-detentur tal-kont, il-kategorija tal-pagament, l-ammont għal kull kategorija ta' pagament

Għal kull kont, l-istatistika dwar it-tip ta' detentur tal-kont, in-numru ta' identifikazzjoni tal-kontribwent tad-detentur tal-kont jew l-ekwivalenti funzjonali, il-pajjiż ta' residenza tad-detentur tal-kont, il-persuna fiżika bħala d-detentur tal-kont, il-kont magħluq, il-kont inattiv

Għal kull detentur ta' kont, l-istatistika dwar it-tip ta' persuna kkontrollata, in-numru ta' identifikazzjoni tal-kontribwent tal-persuna kkontrollata jew l-ekwivalenti funzjonali, il-pajjiż ta' residenza tal-persuna kkontrollata, il-persuna fiżika bħala l-persuna kkontrollata.

ANNESS XII

Lista msemmija fl-Artikolu 2d

Id-data statistika meħtieġa għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8aa tad-Direttiva 2011/16/UE, skont l-Artikolu 23(4) ta' dik id-Direttiva tkopri l-informazzjoni li ġejja:

L-għadd ta' rapporti għal kull pajjiż riċevuti minn Entitajiet tar-Rapportar

L-għadd ta' rapporti għal kull pajjiż li għandhom jiġu rapportati minn Entitajiet tar-Rapportar iżda li ma waslux jew ġie pprovdut biss rapport mhux komplut, it-tqassim skont il-ġurisdizzjonijiet tal-Entitajiet Omm Apikali

L-għadd ta' rapporti għal kull pajjiż riċevuti mingħand kull Stat Membru.

L-għadd ta' rapporti għal kull pajjiż li kellhom jiġu pprovduti iżda ma waslux mingħand mingħand kull Stat Membru.

L-għadd ta' rapporti għal kull pajjiż mibgħuta lil kull Stat Membru.


DIRETTIVI

23.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/34


DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/100

tat-22 ta' Jannar 2018

li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli u speċijiet ta' ħxejjex

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) (a) u (b) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/90/KE (3) u 2003/91/KE (4) ġew adottati biex jiżguraw li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-protokolli stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami tad-diversi speċijiet u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti tali protokolli. Għall-ispeċijiet mhux koperti minn protokolli tas-CPVO, dawk id-Direttivi jistipulaw li għandhom japplikaw il-linji gwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (UPOV).

(2)

Mindu saret l-aħħar emenda lid-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE bid-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1914 (5), is-CPVO u l-UPOV stabbilixxew aktar protokolli u linji gwida u aġġornaw dawk eżistenti.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE jiġu emendati skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/90/KE huma sostitwiti bit-test fil-parti A tal-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Annessi tad-Direttiva 2003/91/KE huma sostitwiti bit-test fil-parti B tal-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta' Settembru 2018, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fil-verżjoni li tapplika qabel l-emenda tagħhom permezz ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Settembru 2018.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE tas-6 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7).

(4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas-6 ta' Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta' implimentazzjoni għall-għanijiet ta' Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta'ċerti varjetajiet ta'speċi ta' ħaxix (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11).

(5)  Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1914 tal-31 ta' Ottubru 2016 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli u speċijiet ta' ħxejjex (ĠU L 296, 1.11.2016, p. 7).


ANNESS

PARTI A

ANNESS I

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO  (1)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Festuca arundinacea Schreb.

Tall fescue

TP 39/1 tal-1.10.2015

Festuca filiformis Pourr.

Fine-leaved sheep's fescue

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca ovina L.

Sheep's fescue

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca pratensis Huds.

Meadow fescue

TP 39/1 tal-1.10.2015

Festuca rubra L.

Red fescue

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca trachyphylla (Hack.) Krajina

Żwien iebes

TP 67/1 tat-23.6.2011

Lolium multiflorum Lam.

Sikrana Taljana

TP 4/1 tat-23.6.2011

Lolium perenne L.

Sikrana perenni

TP 4/1 tat-23.6.2011

Lolium × hybridum Hausskn.

Sikrana ibrida

TP 4/1 tat-23.6.2011

Pisum sativum L.

Piżelli

TP 7/2 Rev. 2 tal-15.3.2017

Poa pratensis L.

Smooth-stalked meadow grass

TP 33/1 tal-15.3.2017

Vicia sativa L.

Silla tal-blat

TP 32/1 tad-19.4.2016

Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb.

Swede

TP 89/1 tal-11.3.2015

Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers.

Ravanell tal-għalf

TP 178/1 tal-15.3.2017

Brassica napus L.

Rapa tas-Swede

TP 36/2 tas-16.11.2011

Cannabis sativa L.

Qanneb

TP 276/1 tat-28.11.2012

Glycine max (L.) Merr.

Żerriegħa tas-sojja

TP 80/1 tal-15.3.2017

Gossypium spp.

Qoton

TP 88/1 tad-19.4.2016

Helianthus annuus L.

Ġirasoll

TP 81/1 tal-31.10.2002

Linum usitatissimum L.

Kittien/Żerriegħa tal-kittien

TP 57/2 tad-19.3.2014

Sinapis alba L.

Mustarda bajda

TP 179/1 tal-15.3.2017

Avena nuda L.

Ħafur għeri żgħir, Ħafur bla buq

TP 20/2 tal-1.10.2015

Avena sativa L. (jinkludi A. byzantina K. Koch)

Ħafur u Ħafur aħmar

TP 20/2 tal-1.10.2015

Hordeum vulgare L.

Xgħir

TP 19/4 tal-1.10.2015

Oryza sativa L.

Ross

TP 16/3 tal-1.10.2015

Secale cereale L.

Segala

TP 58/1 tal-31.10.2002

xTriticosecale Wittm. ex A. Camus

Ibridi li jirriżultaw mill-ibridizzazzjoni ta' speċi tal-ġeneru Triticum ma' speċi tal-ġeneru Secale

TP 121/2 rev. 1 tas-16.2.2011

Triticum aestivum L.

Qamħ

TP 3/4 rev. 2 tas-16.2.2011

Triticum durum Desf.

Qamħ durum

TP 120/3 tad-19.3.2014

Zea mays L.

Qamħirrum

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum tuberosum L.

Patata

TP 23/3 tal-15.3.2017

ANNESS II

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV  (2)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Beta vulgaris L.

Fodder beet

TG/150/3 tal-4.11.1994

Agrostis canina L.

Velvet bent

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis gigantea Roth.

Red top

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis stolonifera L.

Creeping bent grass

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis capillaris L.

Brown top

TG/30/6 tat-12.10.1990

Bromus catharticus Vahl

Rescue grass

TG/180/3 tal-4.4.2001

Bromus sitchensis Trin.

Bunixxief tal-Alaska

TG/180/3 tal-4.4.2001

Dactylis glomerata L.

Sieq is-serduq

TG/31/8 tas-17.4.2002

xFestulolium Asch. et Graebn.

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta' speċi tal-ġeneru Festuca ma' speċi tal-ġeneru Lolium

TG/243/1 tad-9.4.2008

Phleum nodosum L.

Small timothy

TG/34/6 tas-7.11.1984

Phleum pratense L.

Timothy

TG/34/6 tas-7.11.1984

Lotus corniculatus L.

Qrempuċ tal-mogħoż

TG 193/1 tad-9.4.2008

Lupinus albus L.

Lupin abjad

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus angustifolius L.

Lupin b'weraq dojoq

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus luteus L.

Lupin isfar

TG/66/4 tal-31.3.2004

Medicago doliata Carmign.

Nefel tal-fergħa dritta

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago italica (Mill.) Fiori

Nefel tal-midalja

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago littoralis Rohde ex Loisel.

Nefel tax-xtut

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago lupulina L.

Nefel iswed

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago murex Willd.

Nefel tal-globu

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago polymorpha L.

Nefel komuni

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago rugosa Desr.

Nefel imkemmex

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago sativa L.

Alfalfa

TG/6/5 tas-6.4.2005

Medicago scutellata (L.) Mill.

Nefel tal-bebbux

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago truncatula Gaertn.

Nefel tal-fosdqa

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago × varia T. Martyn

Xnien ir-ramel

TG/6/5 tas-6.4.2005

Trifolium pratense L.

Xnien aħmar

TG/5/7 tal-4.4.2001

Trifolium repens L.

Silla bajda

TG/38/7 tad-9.4.2003

Vicia faba L.

Favetta

TG/8/6 tas-17.4.2002

Arachis hypogaea L.

Karawett

TG/93/4 tad-9.4.2014

Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs

Rapa tan-nevew

TG/185/3 tas-17.4.2002

Carthamus tinctorius L.

Għosfor

TG/134/3 tat-12.10.1990

Papaver somniferum L.

Peprin

TG/166/4 tad-9.4.2014

Sorghum bicolor (L.) Moench

Sorgu

TG/122/4 tal-25.3.2015

Sorghum sudanense (Piper) Stapf.

Sorgu tas-Sudan

TG 122/4 tal-25.3.2015

Sorghum bicolor (L.) Moench × Sorghum sudanense (Piper) Stapf

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta' Sorghum bicolor u Sorghum sudanense

TG 122/4 tal-25.3.2015

PARTI B

ANNESS I

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tal-ittestjar tas-CPVO  (3)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Allium cepa L. (Grupp Cepa)

Basal u Ekaljun

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium cepa L. (Grupp Aggregatum)

Shallot

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium fistulosum L.

Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion)

TP 161/1 tal-11.3.2010

Allium porrum L.

Kurrat

TP 85/2 tal-1.4.2009

Allium sativum L.

Tewm

TP 162/1 tal-25.3.2004

Allium schoenoprasum L.

Kurrat salvaġġ

TP 198/2 tal-11.3.2015

Apium graveolens L.

Karfus

TP 82/1 tat-13.3.2008

Apium graveolens L.

Celeriac (Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi)

TP 74/1 tat-13.3.2008

Asparagus officinalis L.

Asparagu

TP 130/2 tas-16.2.2011

Beta vulgaris L.

Pitravi inkluża l-pitrava ta' Cheltenham

TP 60/1 tal-1.4.2009

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-ispinaċi jew Chard

TP 106/1 tal-11.3.2015

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mberfla

TP 90/1 tas-16.2.2011

Brassica oleracea L.

Pastard

TP 45/2 rev. tal-15.3.2017

Brassica oleracea L.

Brokkli li qed inibbet jew Kalabriż

TP 151/2 rev. tal-15.3.2017

Brassica oleracea L.

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

TP 54/2 rev. tal-15.3.2017

Brassica oleracea L.

Ġidra

TP 65/1 rev. tal-15.3.2017

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mfelfla (savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

TP 48/3 rev. tal-15.3.2017

Brassica rapa L.

Kaboċċa ċiniża

TP 105/1 tat-13.3.2008

Capsicum annuum L.

Bżar aħmar jaħraq jew Bżar

TP 76/2 rev. tal-15.3.2017

Cichorium endivia L.

Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa sempliċi

TP 118/3 tad-19.3.2014

Cichorium intybus L.

Ċikwejra industrijali

TP 172/2 tal-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra Witloof

TP 173/1 tal-25.3.2004

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai

Dulliegħ

TP 142/2 tad-19.3.2014

Cucumis melo L.

Bettieħ

TP 104/2 tal-21.3.2007

Cucumis sativus L.

Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat (Gherkin)

TP 61/2 tat-13.3.2008

Cucurbita maxima Duchesne

Qargħa tat-tip gourd

TP 155/1 tal-11.3.2015

Cucurbita pepo L.

Qara' bagħli jew Zukkini

TP 119/1rev. tad-19.3.2014

Cynara cardunculus L.

Qaqoċċ tond u Kardun

TP 184/2 tas-27.2.2013

Daucus carota L.

Karrotti u Karrotti għall-għalf

TP 49/3 tat-13.3.2008

Foeniculum vulgare Mill.

Bużbież

TP 183/1 tal-25.3.2004

Lactuca sativa L.

Ħass

TP 13/5 Rev. 2 tal-15.3.2017

Solanum lycopersicum L.

Tadam

TP 44/4 Rev. 2 tad-19.4.2016

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Tursin

TP 136/1 tal-21.3.2007

Phaseolus coccineus L.

Fażola ta' Spanja

TP 9/1 tal-21.3.2007

Phaseolus vulgaris L.

Fażola żgħira ta' Franza u Fażola tixxeblek ta' Franza

TP 12/4 tas-27.2.2013

Pisum sativum L. (partim)

Piżelli mkemmxa, Piżelli tonda u Piżelli ħelwa (sugar pea)

TP 7/2 Rev. 2 tal-15.3.2017

Raphanus sativus L.

Ravanell, Ravanell iswed

TP 64/2 rev. tal-11.3.2015

Rheum rhabarbarum L

Rabarbru

TP 62/1 tad-19.4.2016

Scorzonera hispanica L.

Scorzonera jew Salsafja sewda

TP 116/1 tal-11.3.2015

Solanum melongena L.

Brunġiel

TP 117/1 tat-13.3.2008

Spinacia oleracea L.

Spinaċi

TP 55/5 Rev. 2 tal-15.3.2017

Valerianella locusta (L.) Laterr.

Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf

TP 75/2 tal-21.3.2007

Vicia faba L. (partim)

Ful

TP Ful Kbir/1 tal-25.3.2004

Zea mays L. (partim)

Qamħirrum u Popkorn

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum lycopersicum L. × Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. × Solanum peruvianum (L.) Mill.; Solanum lycopersicum L. × Solanum cheesmaniae (L. Ridley) Fosberg

Selvaġġ tat-tadam

TP 294/1 Rev. 2 tal-15.3.2017

Cucurbita maxima × Cucurbita moschata

L-ibridi interspeċifiċi tal-Cucurbita maxima Duch. × Cucurbita moschata Duch. għal użu bħala salvaġġ (rootstock)

TP 311/1 tal-15.3.2017

ANNESS II

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV  (4)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Brassica rapa L.

Nevew

TG/37/10 tal-4.4.2001

Cichorium intybus L.

Ċikwejra b'weraq kbir jew Ċikwejra Taljana

TG/154/4 tal-5.4.2017


(1)  It-test ta' dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

(2)  It-test ta' dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int).

(3)  It-test ta' dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

(4)  It-test ta' dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int).


DEĊIŻJONIJIET

23.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/40


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/101

tat-22 ta' Jannar 2018

dwar il-Promozzjoni ta' Kontrolli Effettivi fuq l-Esportazzjoni tal-Armi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

L-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003 tiddeskrivi ħames sfidi ewlenin li jridu jiġu indirizzati mill-Unjoni: it-terroriżmu, il-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva, il-konflitti reġjonali, il-falliment tal-Istat u l-kriminalità organizzata. Il-konsegwenzi taċ-ċirkolazzjoni mhux ikkontrollata ta' armi konvenzjonali huma ċentrali għal erba' minn dawk il-ħames sfidi. Dik l-Istrateġija tissottolinja l-importanza ta' kontrolli fuq l-esportazzjoni biex titrażżan il-proliferazzjoni tal-armi. L-Istrateġija Globali ġdida għall-politika barranija u ta' sigurtà tal-Unjoni, intitolata “Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa aktar b'Saħħitha”, ippreżentata mir-Rappreżentant Għoli fit-28 ta' Ġunju 2016, tikkonferma l-appoġġ tal-Unjoni għall-universalizzazzjoni, l-implimentazzjoni sħiħa u l-infurzar ta' trattati u reġimi multilaterali dwar id-diżarmament, in-nonproliferazzjoni u l-kontroll tal-armi.

(2)

Fil-5 ta' Ġunju 1998, l-Unjoni adottat Kodiċi ta' Kondotta dwar l-Esportazzjoni tal-Armi li huwa politikament vinkolanti, li jistabbilixxi kriterji komuni biex jirregola l-kummerċ legali tal-armi konvenzjonali.

(3)

L-Istrateġija tal-Unjoni għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u traffikar illeċiti ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom, adottata mill-Kunsill Ewropew fil-15 u s-16 ta' Diċembru 2005, tipprevedi li l-Unjoni, kemm f'livell reġjonali kif ukoll f'livell internazzjonali, tappoġġa t-tisħiħ tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni u l-promozzjoni tal-kriterji tal-Kodiċi ta' Kondotta dwar l-Esportazzjoni ta' Armi billi, fost l-oħrajn, tgħin lil pajjiżi terzi jabbozzaw leġislazzjoni nazzjonali rilevanti u jippromwovu miżuri biex tittejjeb it-trasparenza.

(4)

Il-Kodiċi ta' Kondotta dwar l-Esportazzjoni ta' Armi ġie ssostitwit fit-8 ta' Diċembru 2008 bil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (1), li tistabbilixxi tmien kriterji li fuqhom għandhom jiġu vvalutati l-applikazzjonijiet għall-esportazzjoni ta' armi konvenzjonali. Hija tinkludi wkoll mekkaniżmu ta' notifika u konsultazzjoni għal ċaħdiet ta' esportazzjoni tal-armi, u miżuri ta' trasparenza bħall-pubblikazzjoni annwali ta' rapport annwali tal-UE dwar l-esportazzjoni tal-armi. Għadd ta' pajjiżi terzi allinjaw ruħhom mal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK.

(5)

L-Artikolu 11 tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK jistipula li l-Istati Membri għandhom jagħmlu mill-aħjar sabiex iħeġġu lil Stati oħrajn li jesportaw teknoloġija jew tagħmir militari sabiex japplikaw il-kriterji ta' dik il-Pożizzjoni Komuni.

(6)

It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (TKA) ġie adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU f'April 2013 u daħal fis-seħħ fl-24 ta' Diċembru 2014. It-Trattat għandu l-għan li jsaħħaħ it-trasparenza u r-responsabbiltà fil-kummerċ tal-armi. B'mod simili għall-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK, it-TKA jistabbilixxi għadd ta' kriterji għall-valutazzjoni tar-riskju li fuqhom trid tiġi vvalutata l-esportazzjoni tal-armi. L-Unjoni tappoġġa b'mod konkret l-implimentazzjoni effettiva u l-universalizzazzjoni tat-TKA permezz tal-programmi dedikati tagħha adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/768/PESK (2) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/915 (3). Dawk il-programmi jgħinu għadd ta' pajjiżi terzi, fuq talba tagħhom, biex isaħħu s-sistemi tagħhom ta' kontroll tat-trasferiment tal-armi f'konformità mar-rekwiżiti tat-Trattat.

(7)

Huwa għalhekk importanti li tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni u ta' assistenza previsti f'din id-Deċiżjoni u dawk previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2017/915.

(8)

Mill-2008 'l hawn, l-attivitajiet tal-Unjoni biex jippromwovu kontrolli effettivi u trasparenti fuq l-esportazzjoni tal-armi żviluppaw bis-saħħa tal-Azzjoni Konġunta 2008/230/PESK (4) u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/1012/PESK (5) u 2012/711/PESK (6) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2309 (7). L-attivitajiet imwettqa appoġġaw notevolament aktar kooperazzjoni reġjonali, aktar trasparenza u responsabbiltà akbar, f'konformità mal-prinċipji tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK u l-kriterji ta' valutazzjoni tar-riskju mħaddna fiha. L-attivitajiet inkwistjoni tradizzjonalment indirizzaw pajjiżi terzi tal-viċinat tal-lvant u dak tan-nofsinhar tal-Unjoni.

(9)

Fl-aħħar snin, l-Unjoni tat ukoll assistenza biex jitjiebu l-kontrolli tal-esportazzjoni fuq oġġetti b'użu doppju f'pajjiżi terzi, u jenħtieġ li tiġi żgurata l-koordinazzjoni effettiva bejn l-attivitajiet ta' kontroll fuq l-esportazzjoni tal-armi koperti minn din id-Direttiva u dawk l-attivitajiet ta' kontrolli fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju.

(10)

L-Uffiċċju Federali Ġermaniż tal-Ekonomija u l-Kontroll tal-Esportazzjoni (“BAFA”) ġie inkarigat mill-Kunsill bl-implimentazzjoni teknika tad-Deċiżjonijiet 2009/1012/PESK u 2012/711/PESK u d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2309. Il-BAFA huwa wkoll aġenzija ta' implimentazzjoni għal proġetti li jappoġġaw l-implimentazzjoni effettiva tat-TKA skont id-Deċiżjoni 2013/768/PESK u d-Deċiżjoni (PESK) 2017/915. Il-BAFA huwa l-aġenzija kompetenti għall-kontroll tal-armi ta' Stat Membru tal-UE, u żviluppa korp kbir ta' għarfien u għarfien espert dwar attivitajiet ta' komunikazzjoni, dan minbarra li jikkondividi l-kompetenzi ewlenin tiegħu ma' stati oħra,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-fini tal-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà, u f'konformità mal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà, l-Unjoni għandha ssegwi l-objettivi li ġejjin:

(a)

il-promozzjoni ta' kontrolli effettivi fuq l-esportazzjoni tal-armi minn pajjiżi terzi f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK u fit-TKA, u, fejn xieraq, it-tfixxija ta' komplementarjetà u sinerġiji mal-proġetti ta' assistenza tal-Unjoni fil-qasam tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju;

(b)

l-appoġġ tal-isforzi ta' pajjiżi terzi fil-livelli nazzjonali u reġjonali, biex il-kummerċ internazzjonali tal-armi konvenzjonali jsir aktar responsabbli u trasparenti, u li ttaffi r-riskju tad-devjazzjoni ta' armi lejn utenti mhux awtorizzati.

2.   L-Unjoni għandha ssegwi l-objettivi msemmija fil-paragrafu 1 permezz tal-attivitajiet li ġejjin marbutin mal-proġetti:

(a)

il-promozzjoni ulterjuri, fost pajjiżi terzi, tal-kriterji u l-prinċipji stipulati fil-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK u fit-TKA, abbażi tal-kisbiet li saru permezz tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet (PESK) 2015/2309/, id-Deċiżjonijiet 2012/711/PESK u 2009/1012/PESK, u l-Azzjoni Konġunta 2008/230/PESK;

(b)

l-assistenza lil pajjiżi terzi fl-abbozzar, l-aġġornament u l-implimentazzjoni, kif xieraq, tal-miżuri leġislattivi u amministrattivi rilevanti li għandhom l-għan li jistabbilixxu sistema effettiva tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni ta' armi konvenzjonali;

(c)

l-assistenza lill-pajjiżi benefiċjarji fit-taħriġ ta' uffiċjali tal-liċenzjar u l-infurzar biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni u infurzar adegwati tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni tal-armi;

(d)

l-assistenza lill-pajjiżi benefiċjarji biex iwasslu l-messaġġ tagħhom lill-industriji nazzjonali tagħhom tal-armi biex tiġi żgurata l-konformità mar-regolamenti dwar il-kontroll tal-esportazzjoni;

(e)

il-promozzjoni ta' trasparenza u responsabbiltà fil-kummerċ internazzjonali tal-armi, inkluż permezz ta' appoġġ għall-miżuri nazzjonali u reġjonali li jippromwovu t-trasparenza u l-iskrutinju adatt fl-esportazzjoni ta' armi konvenzjonali;

(f)

l-inkoraġġiment lil dawk il-pajjiżi benefiċjarji li ma ħadu l-ebda pass lejn l-adeżjoni mat-TKA biex jissieħbu fih, u l-inkoraġġiment lill-firmatarji tat-TKA biex jirratifikawh;

(g)

il-promozzjoni ta' aktar konsiderazzjoni tar-riskji tad-devjazzjoni tal-armi u l-mitigazzjoni tagħhom, kemm mill-perspettiva tal-importazzjoni kif ukoll dik tal-esportazzjoni.

Deskrizzjoni dettaljata tal-attivitajiet proġettwali msemmija f'dan il-paragrafu tinsab fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”), għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni tal-attivitajiet proġettwali msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq mill-Uffiċċju Federali Ġermaniż tal-Ekonomija u l-Kontroll tal-Esportazzjoni (“BAFA”). L-għażla tal-BAFA hi ġġustifikata mill-esperjenza ppruvata, il-kwalifiki u l-għarfien espert meħtieġ tiegħu fil-firxa sħiħa ta' attivitajiet rilevanti tal-Unjoni ta' kontroll ta' esportazzjonijiet tal-armi.

3.   Il-BAFA għandu jwettaq il-kompiti tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli. Għal dik il-fini, ir-Rappreżentant Għoli għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-BAFA.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet proġettwali msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 1 304 107,28.

2.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni tajba tal-infiq tal-ammont finanzjarju ta' referenza msemmi fil-paragrafu 1. Għal dak il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta' finanzjament mal-BAFA. Il-ftehim ta' finanzjament għandu jistipula li l-BAFA jrid jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, adatta għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehimiet ta' finanzjament imsemmija fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f'dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament.

Artikolu 4

Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari mħejjija mill-BAFA. Dawk ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet marbutin mal-proġetti kif imsemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 30 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3), jew sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni tagħha jekk ebda ftehim ta' finanzjament ma jkun ġie konkluż f'dak il-perijodu.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Jannar 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/768/PESK tas-16 ta' Diċembru 2013 dwar l-attivitajiet tal-UE f'appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, fil- qafas tal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà (ĠU L 341, 18.12.2013, p. 56).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/915 tad-29 ta' Mejju 2017 dwar attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tal-Unjoni b'appoġġ għall-implimentazzjoni tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ĠU L 139, 30.5.2017, p. 38).

(4)  L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/230/PESK tas-17 ta' Marzu 2008 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-UE sabiex issir promozzjoni tal-kontroll ta' armi għall-esportazzjoni u l-prinċipji u l-kriterji tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjoni tal-Armi bejn pajjiżi terzi (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 81).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/1012/PESK tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-UE għall-promozzjoni tal-kontroll tal-esportazzjoni ta' armi u l-prinċipji u l-kriterji tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK fost pajjiżi terzi (ĠU L 348, 29.12.2009, p. 16).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/711/PESK tad-19 ta' Novembru 2012 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-Unjoni sabiex issir promozzjoni, fost pajjiżi terzi, tal-kontroll tal-esportazzjoni ta' armi u tal-prinċipji u l-kriterji tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK (ĠU L 321, 20.11.2012, p. 62).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2309 tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar il-promozzjoni ta' kontrolli effettivi fuq l-esportazzjoni tal-armi (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 56).


ANNESS

L-ATTIVITAJIET MARBUTIN MAL-PROĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(2)

1.   Objettivi

L-objettivi ta' din id-Deċiżjoni huma l-promozzjoni ta' kontrolli mtejba fuq trasferimenti tal-armi minn pajjiżi terzi u l-appoġġ ta' sforzi ta' pajjiżi terzi fil-livelli nazzjonali u reġjonali, biex il-kummerċ internazzjonali tal-armi konvenzjonali jsir aktar responsabbli u trasparenti, u biex jittaffa r-riskju tad-devjazzjoni ta' armi lejn utenti mhux awtorizzati. Fejn rilevanti, jenħtieġ li dawk l-objettivi jinkludu l-promozzjoni tal-prinċipji u l-kriterji stipulati fil-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK u fit-TKA. Jenħtieġ li dawk l-objettivi jiġu segwiti biex jinkisbu, fejn xieraq, il-komplementarjetà u sinerġiji ma' proġetti ta' assistenza tal-Unjoni fil-qasam tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju.

Sabiex jinkisbu l-objettivi msemmija hawn fuq, jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tippromwovi l-istandards tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK, abbażi ta' dak li ntlaħaq permezz tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/2309, id-Deċiżjonijiet 2012/711/PESK u 2009/1012/PESK, u l-Azzjoni Konġunta 2008/230/PESK. Għal dak l-għan, għandha tiġi pprovduta assistenza lill-pajjiżi terzi benefiċjarji għall-abbozzar, l-aġġornament u l-implimentazzjoni, kif xieraq, ta' miżuri leġislattivi u amministrattivi rilevanti li jappoġġaw sistema effettiva ta' kontrolli tal-esportazzjoni tal-armi konvenzjonali. Jenħtieġ li jiġi pprovdut ukoll appoġġ għall-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju tad-devjazzjoni tal-armi.

Jenħtieġ li jingħata appoġġ ukoll għat-taħriġ tal-uffiċjali tal-liċenzjar u l-infurzar responsabbli għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni tal-armi, u għall-miżuri nazzjonali u reġjonali li jippromwovu t-trasparenza u l-iskrutinju adatt fl-esportazzjoni tal-armi konvenzjonali. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu promossi kuntatti mas-settur privat u konformità mad-dispożizzjonijiet legali u amministrattivi nazzjonali rilevanti li jirregolaw it-trasferiment tal-armi.

2.   Għażla tal-aġenzija ta' implimentazzjoni

Il-BAFA huwa inkarigat mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill. Fejn adatt, il-BAFA ser jissieħeb mal-aġenziji ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti, il-gruppi ta' riflessjoni, l-istituti tar-riċerka u l-NGOs.

Il-BAFA għandu esperjenza kbira fl-għoti ta' assistenza għall-kontroll tal-esportazzjoni u f'attivitajiet ta' komunikazzjoni. Huwa żviluppa din l-esperjenza fl-oqsma rilevanti kollha ta' kontroll strateġiku tal-esportazzjoni, fl-indirizzar tal-oqsma relatati mas-CBRN, oġġetti b'użu doppju u armi. Permezz ta' dawk il-programmi u attivitajiet, il-BAFA kiseb għarfien fil-fond tas-sistemi ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi koperti minn din id-Deċiżjoni.

Fir-rigward tal-assistenza għall-kontroll tat-trasferiment tal-armi u l-ħidma ta' komunikazzjoni, il-BAFA lesta b'suċċess l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/1012/PESK u 2012/711/PESK u d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2309. Il-BAFA huwa wkoll inkarigat mill-implimentazzjoni teknika tal-programm ta' appoġġ tal-implimentazzjoni tat-TKA stabbilit mid-Deċiżjoni 2013/768/PESK u d-Deċiżjoni (PESK) 2017/915.

L-effett ġenerali huwa li l-BAFA jinsab f'pożizzjoni unika biex jidentifika l-punti qawwija u d-dgħufijiet fis-sistemi ta' kontroll tal-esportazzjoni ta' pajjiżi li ser ikunu l-benefiċjarji tal-attivitajiet previsti f'din id-Deċiżjoni. Għaldaqstant huwa l-iktar li jista' jiffaċilita sinerġiji bejn il-programmi varji ta' assistenza għall-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi u dawk ta' komunikazzjoni u li jevita d-duplikazzjoni.

3.   Koordinazzjoni ma' proġetti oħra ta' assistenza tal-Unjoni fil-qasam tal-kontrolli tal-esportazzjoni

Abbażi tal-esperjenza ta' attivitajiet preċedenti ta' komunikazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-kontrolli tal-esportazzjoni li jkopru kemm oġġetti b'użu doppju kif ukoll armi konvenzjonali, jenħtieġ li jsiru sforzi biex jinkisbu s-sinerġija u l-komplementarjetà. Għal dak l-għan, l-attivitajiet imsemmijin fil-punti 5.2.1 sa 5.2.3 u 5.2.5 jenħtieġ li jsiru, fejn xieraq, flimkien ma' attivitajiet oħrajn iffinanzjati permezz tal-baġit tal-PESK, b'mod partikolari dawk l-attivitajiet previsti mid-Deċiżjoni (PESK) 2017/915, jew ma' attivitajiet oħrajn fuq kontrolli tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju ffinanzjati permezz ta' strumenti finanzjarji tal-Unjoni għajr il-baġit tal-PESK. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiġu esplorati avvenimenti konsekuttivi. Dan jenħtieġ li jsir b'rispett sħiħ għal-limitazzjonijiet legali u finanzjarji stabbiliti għall-użu tal-istrumenti finanzjarji rilevanti tal-Unjoni.

4.   Koordinazzjoni ma' proġetti oħrajn ta' assistenza tad-donaturi fil-qasam tal-kontrolli tal-esportazzjoni

Fejn xieraq, jenħtieġ ukoll li jitfittxu s-sinerġija u l-komplementarjetà ma' proġetti oħrajn ta' assistenza tad-donaturi fil-qasam tal-kontrolli tal-esportazzjoni. Kif jissemma fil-punt 3, il-koordinazzjoni ma' donaturi oħrajn jenħtieġ li ssir b'mod speċjali għall-attivitajiet imsemmijin fil-punti 5.2.1 sa 5.2.3 u 5.2.5. Ir-referenza fil-punt 3 b'rabta ma' ppjanar ta' avvenimenti konsekuttivi għadha valida.

5.   Deskrizzjoni tal-attivitajiet marbutin mal-proġett

5.1.   Objettivi tal-proġett

L-objettiv ewlieni huwa li tiġi pprovduta assistenza teknika lil għadd ta' pajjiżi benefiċjarji li wrew ir-rieda tagħhom li jiżviluppaw l-istandards u l-prattiki tagħhom fir-rigward tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi. Għal dan l-għan, l-attivitajiet li ser jitwettqu ser iqisu l-istatus tal-pajjiżi benefiċjarji, b'mod partikolari fir-rigward ta':

l-adeżjoni possibbli, jew l-applikazzjoni għall-adeżjoni, ma' sistemi internazzjonali ta' kontroll tal-esportazzjoni relatati mat-trasferiment ta' armi konvenzjonali u oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju;

il-kandidaturi għal adeżjoni mal-Unjoni u jekk il-pajjiżi benefiċjarji humiex kandidati uffiċjali jew kandidati potenzjali;

il-pożizzjoni rigward it-TKA.

Fejn il-pajjiżi benefiċjarji indirizzati jkunu firmatarji biss tat-TKA, jenħtieġ li l-attivitajiet - fejn fattibbli - jippruvaw jiddeterminaw aħjar x'inhuma l-ostakoli għar-ratifika tat-TKA, b'mod partikolari fejn dawk l-ostakoli jkunu ta' natura ġuridika jew regolatorja u jkunu relatati ma' nuqqasijiet jew ħtiġijiet fil-kapaċitajiet ta' implimentazzjoni. Fejn rilevanti, jenħtieġ li jiġi promoss appoġġ possibbli tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni (PESK) 2017/915. Meta l-pajjiżi indirizzati ma jkunu ħadu ebda pass lejn it-Trattat (ebda firma, ratifika jew adeżjoni), l-attivitajiet jenħtieġ li jippromwovu l-adeżjoni għat-TKA, possibbilment bl-appoġġ ta' pajjiżi benefiċjarji oħrajn li jkunu rratifikaw it-TKA.

Objettiv komplementari ieħor huwa li għadd ta' pajjiżi terzi jiġu sensibilizzati għall-valutazzjoni tar-riskju tad-devjazzjoni tal-armi u l-mitigazzjoni tad-devjazzjoni, kemm mill-perspettiva tal-esportazzjoni kif ukoll dik tal-importazzjoni.

5.2.   Deskrizzjoni tal-proġett

5.2.1.   Sessjonijiet ta' ħidma reġjonali

Il-proġett ser jieħu l-forma ta' mhux aktar minn tmien sessjonijiet ta' ħidma ta' jumejn li jipprovdu taħriġ fl-oqsma rilevanti tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni ta' armi konvenzjonali.

Il-parteċipanti fis-sessjoni ta' ħidma (mhux aktar minn 35) ikunu jinkludu uffiċjali tal-gvern mill-pajjiżi benefiċjarji koperti. Jistgħu wkoll jiġu mistiedna, fejn xieraq, rappreżentanti mill-parlamenti nazzjonali, u rappreżentanti mill-industrija u s-soċjetà ċivili.

It-taħriġ ser jingħata minn esperti mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri (inklużi eks uffiċjali), rappreżentanti ta' pajjiżi li allinjaw ruħhom mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK, u rappreżentanti tas-settur privat u mis-soċjetà ċivili.

Is-sessjonijiet ta' ħidma jistgħu jsiru f'pajjiż benefiċjarju jew f'post ieħor li jrid jiġi determinat mir-Rappreżentant Għoli, f'konsultazzjoni mal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Esportazzjoni ta' Armi Konvenzjonali (COARM).

Is-sessjonijiet ta' ħidma reġjonali ser jiġu organizzati kif ġej:

(a)

sa żewġ sessjonijiet ta' ħidma għall-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ewropa; għal mill-inqas waħda mis-sessjonijiet ta' ħidma ser jiġu mistiedna pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa u tal-Kawkasu li huma parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u t-Turkija;

(b)

sa żewġ sessjonijiet ta' ħidma għall-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa u tal-Kawkasu li huma parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat; għal mill-inqas waħda mis-sessjonijiet ta' ħidma ser jiġu mistiedna l-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ewropa u t-Turkija;

(c)

sa żewġ sessjonijiet ta' ħidma għall-pajjiżi Mediterranji tal-Afrika ta' Fuq li huma parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat; għal mill-inqas waħda mis-sessjonijiet ta' ħidma ser jiġu mistiedna l-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar tal-Politika Ewropea tal-Viċinat;

(d)

sa żewġ sessjonijiet ta' ħidma għall-Asja Ċentrali; għal mill-inqas waħda mis-sessjonijiet ta' ħidma ser jiġu mistiedna pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa u tal-Kawkasu li huma parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat.

Din id-diviżjoni reġjonali ta' żewġ sessjonijiet ta' ħidma għal kull reġjun tista' ma tintlaħaqx jekk iċ-ċirkustanzi ma jkunux favorevoli (pereżempju jekk l-għadd ta' parteċipanti jkun aktar baxx milli mistenni, jekk l-ebda pajjiż benefiċjarju tar-reġjun ma jagħmel offerta serja li jospita, jew jekk ikun hemm duplikazzjoni ma' attivitajiet oħra ta' fornituri oħra ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni). Fil-każ li sessjoni ta' ħidma waħda jew aktar ma jsirux, l-għadd ta' sessjonijiet ta' ħidma għar-reġjun(i) l-oħrajn imsemmijin hawn fuq jista' jiżdied skont il-każ fi ħdan il-limitu globali ta' tmien sessjonijiet ta' ħidma.

5.2.2.   Żjarat ta' studju

Il-proġett ser jieħu l-forma ta' mhux aktar minn erba' żjarat ta' studju ta' jumejn minn uffiċjali tal-gvern lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri.

Iż-żjarat ta' studju jenħtieġ li jkopru bejn żewġ u erba' pajjiżi benefiċjarji. Il-pajjiżi benefiċjarji taż-żjarat ta' studju mhux bilfors jeħtieġ li jkunu mill-istess reġjun.

Il-proġett ser jieħu wkoll il-forma ta' mhux aktar minn tliet żjarat ta' studju ta' jumejn minn uffiċjali tal-gvern, tad-dwana u/jew tal-liċenzjar ta' pajjiżi benefiċjarji lill-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi benefiċjarji oħrajn.

5.2.3.   Assistenza individwali lill-pajjiżi benefiċjarji

Il-proġett ser jieħu l-forma ta' sessjonijiet ta' ħidma ta' tul massimu ta' mhux aktar minn 10 ijiem għall-pajjiżi benefiċjarji individwali li jitolbuha, li fihom ser jieħdu sehem uffiċjali tal-istat, mill-pajjiżi benefiċjarji, fosthom uffiċjali tal-gvern, tal-liċenzjar u tal-infurzar. Dawn l-avvenimenti ser isiru preferibbilment fil-pajjiżi benefiċjarji. Skont il-ħtiġijiet eżatti u d-disponibbiltà tal-esperti tal-pajjiżi benefiċjarji u tal-Istati Membri tal-UE, it-total ta' 10 ijiem disponibbli ser jiġu allokati b'format minimu ta' jumejn.

Esperti mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri (inkluż eks uffiċjali), rappreżentanti ta' pajjiżi li allinjaw rwieħhom mal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK, u rappreżentanti tas-settur privat u s-soċjetà ċivili ser jaqsmu l-għarfien tagħhom.

Dawk is-sessjonijiet ta' ħidma ta' assistenza individwali ser isiru prinċipalment fuq it-talba tal-pajjiżi benefiċjarji. Dawn huma maħsuba biex jindirizzaw kwistjoni speċifika jew ħtieġa speċifika mqajma mill-pajjiż benefiċjarju, pereżempju, fil-marġini ta' sessjoni ta' ħidma reġjonali jew matul kuntatti regolari ma' esperti tal-UE u mal-BAFA.

5.2.4.   Laqgħat tal-Esperti

Il-proġett ser jieħu l-forma ta' laqgħa tal-esperti ta' jum fi Brussell iddedikata għal uffiċjali tal-gvern, inkluż uffiċjali tal-gvern, tal-liċenzjar u tal-infurzar mill-pajjiżi benefiċjarji li huma parti mir-reġjun tax-Xlokk tal-Ewropa. Il-laqgħa ser issir fil-marġni tal-laqgħat tal-COARM.

5.2.5.   Avvenimenti ta' Valutazzjoni

Sabiex tingħata valutazzjoni intermedja u finali tal-attivitajiet li jsiru fil-qafas ta' din id-Deċiżjoni, tnejn mil-laqgħat tal-esperti ser jiġu organizzati fi Brussell, idealment eżatt wara laqgħa regolari tal-COARM.

L-avveniment ta' valutazzjoni intermedja ser ikollu l-għamla ta' sessjoni ta' ħidma ta' mhux aktar minn jum bis-sehem tal-Istati Membri tal-UE.

L-avveniment ta' valutazzjoni finali ser ikollu l-għamla ta' avveniment ta' jumejn fi Brussell bis-sehem tal-pajjiżi benefiċjarji u l-Istati Membri tal-UE.

Ser jiġu mistiedna jattendu l-avveniment ta' valutazzjoni finali mhux aktar minn żewġ rappreżentanti (uffiċjali adatti tal-gvern) ta' kull pajjiż benefiċjarju.

6.   Benefiċjarji

6.1.   Pajjiżi li jibbenefikaw mill-attivitajiet skont din id-Deċiżjoni tal-Kunsill

(i)

il-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ewropa (l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u l-Kosovo (skont UNSCR/1244/99 (1)));

(ii)

il-pajjiżi Mediterranji tal-Afrika ta' Fuq li huma parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat (l-Alġerija, l-Eġittu, il-Marokk u t-Tuneżija);

(iii)

il-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa u l-Kawkasu li huma parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat (l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna);

(iv)

il-pajjiżi tal-Asja Ċentrali (il-Każakistan, it-Taġikistan, l-Użbekistan, il-Kirgiżistan, it-Turkmenistan);

(v)

il-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (il-Ġordan u l-Libanu);

(vi)

it-Turkija.

6.2.   Emenda għall-kamp ta' applikazzjoni tal-pajjiżi benefiċjarji

Il-Grupp ta' Ħidma COARM jista', fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli, jiddeċiedi li jimmodifika l-lista ta' benefiċjarji abbażi ta' ġustifikazzjoni adegwata. Il-modifiki jenħtieġ li jiġu kkomunikati b'mod formali bejn il-BAFA u l-UE.

7.   Riżultati tal-proġett u indikaturi tal-implimentazzjoni

Minbarra l-avveniment ta' valutazzjoni finali msemmi f'5.2.5, il-valutazzjoni tar-riżultati tal-proġett ser tieħu kont ta' dan li ġej:

7.1.   Valutazzjoni individwali tal-pajjiżi benefiċjarji

Hekk kif jitlestew l-attivitajiet previsti, jenħtieġ li l-BAFA tipprovdi lis-SEAE u lill-Kummissjoni rapport ta' progress dwar kull wieħed mill-pajjiżi benefiċjarji msemmija f'6.1. Dak ir-rapport ser jitħejja f'kollaborazzjoni mad-Delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi kkonċernati u ser jiġbor fil-qosor l-attivitajiet li seħħew fil-pajjiż benefiċjarju matul il-perijodu tad-Deċiżjoni. Ir-rapport ser jivvaluta wkoll il-kapaċità tal-pajjiż benefiċjarju fil-qasam tal-kontrolli tat-trasferiment tal-armi. Fejn il-pajjiż benefiċjarju jkun parti għat-TKA, il-valutazzjoni ser tevalwa kif il-kapaċità fis-seħħ tippermetti lil dak il-pajjiż jimplimenta t-TKA.

7.2.   Valutazzjoni tal-impatt u indikaturi tal-implimentazzjoni

L-impatt tal-attivitajiet previsti minn din id-Deċiżjoni, għall-pajjiżi benefiċjarji jenħtieġ li jiġi vvalutat wara li jitwettqu l-attivitajiet. Il-valutazzjoni tal-impatt ser issir mir-Rappreżentant Għoli, f'kooperazzjoni mal-COARM u, kif xieraq, mad-Delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi benefiċjarji, kif ukoll ma' partijiet ikkonċernati oħrajn rilevanti.

Għal dak l-iskop, ser jintużaw l-indikaturi li ġejjin:

jekk hemmx fis-seħħ regolamenti nazzjonali rilevanti dwar kontrolli fuq it-trasferiment tal-armi u jekk/sa liema punt dawn jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK (fost oħrajn, l-applikazzjoni tal-kriterji ta' valutazzjoni, l-implimentazzjoni tal-lista militari komuni tal-UE, rappurtar);

fejn disponibbli, informazzjoni dwar każijiet ta' infurzar;

jekk il-pajjiżi benefiċjarji jistgħux jirrapportaw l-esportazzjoni u/jew l-importazzjoni tal-armi (eż. ir-reġistru tan-NU, ir-rappurtar annwali tat-TKA, l-Arranġament ta' Wassenaar, l-OSKE, rapporti nazzjonali);

jekk il-pajjiż benefiċjarju allinjax ruħu uffiċjalment mal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK, jew hux biħsiebu jagħmel dan.

Ir-rapporti ta' valutazzjoni individwali taħt 7.1 jenħtieġ li jirreferu għal dawk l-indikaturi ta' implimentazzjoni, kif xieraq.

8.   Promozzjoni tal-użu tal-portal web tal-UE għall-komunikazzjoni  (2)

Il-portal web P2P tal-UE previst fid-Deċiżjoni 2012/711/PESK ġie żviluppat bħala riżorsa proprja tal-Unjoni. Huwa jopera bħala pjattaforma konġunta għall-programmi kollha ta' komunikazzjoni tal-Unjoni (użu doppju, armi). L-attivitajiet elenkati taħt 5.2.1 sa 5.2.5 iridu jżidu l-għarfien dwar il-portal web tal-Unjoni għall-komunikazzjoni u jippromwovu l-użu tiegħu. Il-parteċipanti fl-attivitajiet ta' komunikazzjoni jenħtieġ li jiġu infurmati dwar it-taqsima privata tal-portal web li toffri aċċess permanenti għal riżorsi, dokumenti u kuntatti. Bl-istess mod, l-użu tal-portal web jenħtieġ li jiġi promoss għal uffiċjali oħra li ma jistgħux jipparteċipaw direttament f'attivitajiet ta' assistenza u komunikazzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-attivitajiet jiġu promossi permezz tal-Bullettin P2P tal-UE.

9.   Viżibbiltà tal-UE

Il-BAFA jenħtieġ li tieħu l-miżuri adatti kollha biex tippubbliċizza l-fatt li l-azzjoni hija ffinanzjata mill-Unjoni Ewropea. Dawn il-miżuri ser jiġu implimentati skont il-manwal dwar il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà għal azzjonijiet esterni tal-Unjoni ppubblikat mill-Kummissjoni Ewropea. B'hekk il-BAFA ser tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni permezz ta' mmarkar u pubbliċità adatti, filwaqt li tenfasizza r-rwol tal-Unjoni u twettaq sensibilizzazzjoni dwar ir-raġunijiet għad-Deċiżjoni, kif ukoll l-appoġġ tal-Unjoni għad-Deċiżjoni u r-riżultati ta' dak l-appoġġ. Il-materjal prodott mill-proġett ser juri b'mod prominenti l-bandiera tal-Unjoni f'konformità mal-linji gwida rilevanti tal-Unjoni, u jinkludi l-logo “programm P2P tal-UE ta' kontroll tal-esportazzjonijiet”. Jenħtieġ li d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni jiġu involuti f'avvenimenti f'pajjiżi terzi biex jissaħħu s-segwitu politiku u l-viżibbiltà.

Peress li l-attivitajiet ippjanati jvarjaw ħafna fl-iskop u n-natura tagħhom, ser tintuża firxa ta' għodod promozzjonali, inklużi mezzi ta' informazzjoni tradizzjonali, is-sit web, il-mezzi ta' komunikazzjoni soċjali, materjal informattiv u promozzjonali (inklużi infografika, fuljetti, bullettini, stqarrijiet għall-istampa u oħrajn kif adatt). Il-pubblikazzjonijiet u l-avvenimenti pubbliċi akkwistati taħt il-proġett ser jiġu mmarkati skont dan.

10.   Tul ta' żmien

It-tul ta' żmien totali tal-proġett hu stmat li jkun ta' 24 xahar.

11.   Rappurtar

Il-BAFA għandha tħejji rapporti regolari kull 6 xhur, inkluż wara t-tlestija ta' kull waħda mill-attivitajiet. Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati lir-Rappreżentant Għoli mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara t-tlestija tal-attivitajiet rilevanti.

12.   Spiża totali stmata tal-proġett u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni

L-ispiża totali stmata tal-proġett hija ta' EUR 1 451 597,28 b'kofinanzjament mill-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. L-ispiża totali stmata tal-proġett iffinanzjat mill-UE hija ta' EUR 1 304 107,28.


(1)  Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Kosovo.

(2)  https://export-control.jrc.ec.europa.eu/


23.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/48


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/102

tad-19 ta' Jannar 2018

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-Komunitajiet Awtonomi ta' Aragona u tal-Katalonja fi Spanja bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis)

(notifikata bid-dokument C(2018) 159)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (1), u b'mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tal-Anness A tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/68/KEE tiddefinixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tal-annimali ovini u kaprini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE (2) telenka, fl-Anness II tagħha, ir-reġjuni tal-Istati Membri li huma rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) skont id-Direttiva 91/68/KEE.

(3)

Spanja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-Komunitajiet Awtonomi ta' Aragona u tal-Katalonja mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE għall-istatus ta' uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet ovini u kaprini.

(4)

Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni mressqa minn Spanja, il-Komunitajiet Awtonomi ta' Aragona u tal-Katalonja jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward tal-merħliet ovini u kaprini.

(5)

Għalhekk l-entrata għal Spanja fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huwa emendat b'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta' Diċembru 1992 li tieħu nota tal-konformità ta' ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellożi (B. melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta' Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda (ĠU L 13, 21.1.1993, p. 14).


ANNESS

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE, l-entrata għal Spanja tinbidel b'dan li ġej:

“Fi Spanja:

Il-Komunità Awtonoma ta' Aragona,

Il-Komunità Awtonoma tal-Asturji,

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi,

Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji,

Il-Komunità Awtonoma tal-Cantabria,

Il-Komunità Awtonoma ta' Kastilja-La Mancha: il-Provinċji ta' Albacete, Cuenca u Guadalajara,

Il-Komunità Awtonoma ta' Kastilja u León,

Il-Komunità Awtonoma tal-Katalonja,

Il-Komunità Awtonoma ta' Extremadura,

Il-Komunità Awtonoma tal-Galicia,

Il-Komunità Awtonoma ta' La Rioja,

Il-Komunità Awtonoma ta' Navarra,

Il-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask,

Il-Komunità Awtonoma ta' Valenzja.”


RAKKOMANDAZZJONIJIET

23.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/50


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/103

tal-20 ta' Diċembru 2017

dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja kumplimentari għar-Rakkomandazzjonijiet (UE) 2016/1374, (UE) 2017/146 u (UE) 2017/1520

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja (1), fejn esprimiet it-tħassib tagħha dwar is-sitwazzjoni tat-Tribunal Kostituzzjonali u fejn irrakkomandat kif jeħtieġ li dan jiġi indirizzat. Fil-21 ta' Diċembru 2016 u fis-26 ta' Lulju 2017, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjonijiet kumplimentari dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja (2).

(2)

Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ġew adottati taħt il-Qafas tal-Istat tad-Dritt (3). Il-Qafas tal-Istat tad-Dritt juri kif il-Kummissjoni se tirreaġixxi jekk jitfaċċaw indikazzjonijiet ċari ta' theddid għall-istat tad-dritt fi Stat Membru tal-Unjoni u jispjega l-prinċipji involuti fl-istat tad-dritt. Il-Qafas tal-Istat tad-Dritt jipprovdi gwida għal djalogu bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru sabiex jipprevjenu li jseħħ theddid sistemiku għall-istat tad-dritt li jista' jiżviluppa f'“riskju ċar ta' ksur serju” li potenzjalment jiskatta l-użu tal-“Proċedura tal-Artikolu 7 TUE”. Fejn hemm indikazzjonijiet ċari ta' theddida sistemika għall-istat tad-dritt fi Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tagħti bidu għal djalogu ma' dak l-Istat Membru taħt il-Qafas tal-Istat tad-Dritt.

(3)

L-Unjoni Ewropea hija mwaqqfa fuq sett ta' valuri komuni mnaqqxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”), li jinkludu r-rispett għall-istat tad-dritt. Il-Kummissjoni, lil hinn mill-kompitu tagħha li tiżgura r-rispett tal-liġi tal-UE, hija responsabbli wkoll, flimkien mal-Parlament Ewropew, mal-Istati Membri u mal-Kunsill, sabiex tiggarantixxi l-valuri komuni tal-Unjoni.

(4)

Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll dokumenti mħejjija mill-Kunsill tal-Ewropa, li jibnu b'mod partikolari fuq il-kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tad-Dritt (“Il-Kummissjoni ta' Venezja”), jipprovdu lista mhux eżawrjenti ta' dawn il-prinċipji u għalhekk jiddefinixxu t-tifsira ewlenija tal-istat tad-dritt bħala valur komuni tal-Unjoni skont l-Artikolu 2 TUE. Dawn il-prinċipji jinkludu l-legalità, li timplika proċess trasparenti, responsabbli, demokratiku u pluralista għall-promulgazzjoni tal-liġijiet; iċ-ċertezza tad-dritt; il-projbizzjoni tal-arbitrarjetà tas-setgħat eżekuttivi; il-qrati indipendenti u imparzjali; stħarriġ ġudizzjarju effettiv, li jinkludi r-rispett għad-drittijiet fundamentali; u ugwaljanza f'għajnejn il-liġi (4). Minbarra li jsostnu dawk il-prinċipji u l-valuri, l-istituzzjonijiet tal-Istat għandhom ukoll id-dmir ta' kooperazzjoni leali.

(5)

Fir-Rakkomandazzjoni tagħha tas-27 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni spjegat iċ-ċirkostanzi li fihom iddeċidiet, fit-13 ta' Jannar 2016, li teżamina s-sitwazzjoni taħt il-Qafas tal-Istat tad-Dritt u li fihom adottat, fl-1 ta' Ġunju 2016, Opinjoni dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja. Ir-Rakkomandazzjoni spjegat ukoll li l-iskambji bejn il-Kummissjoni u l-Gvern Pollakk ma rnexxielhomx isolvu t-tħassib tal-Kummissjoni.

(6)

Fir-Rakkomandazzjoni tagħha, il-Kummissjoni sabet li kien hemm theddida sistemika għall-istat tad-dritt fil-Polonja u rrakkomandat li l-awtoritajiet Pollakki jieħdu azzjoni xierqa sabiex jindirizzaw din it-theddida b'urġenza.

(7)

Fir-Rakkomandazzjoni tagħha tal-21 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni qieset l-aħħar żviluppi fil-Polonja li kienu ġraw sa mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Lulju 2016. Il-Kummissjoni sabet li filwaqt li xi wħud mill-kwistjonijiet li tqajmu fl-aħħar Rakkomandazzjoni tagħha kienu ġew indirizzati, kwistjonijiet importanti baqgħu ma ssolvewx, u sadanittant kien tqajjem tħassib ġdid. Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-proċedura li kienet wasslet għall-ħatra ta' President ġdid tat-Tribunal qajmet tħassib serju fir-rigward tal-istat tad-dritt. Il-Kummissjoni kkonkludiet li kien għad baqa' theddid sistemiku għall-istat tad-dritt fil-Polonja. Il-Kummissjoni stiednet lill-Gvern Pollakk biex isolvi l-problemi identifikati b'urġenza, fi żmien xahrejn, u biex jinforma lill-Kummissjoni bil-passi li jittieħdu f'dan ir-rigward. Il-Kummissjoni nnotat li hi baqgħet lesta li ssegwi djalogu kostruttiv mal-Gvern Pollakk abbażi tar-Rakkomandazzjoni.

(8)

Fis-26 ta' Lulju 2017, il-Kummissjoni adottat it-tielet Rakkomandazzjoni dwar l-Istat tad-Dritt fil-Polonja, li tikkomplementa r-Rakkomandazzjonijiet tagħha tas-27 ta' Lulju u tal-21 ta' Diċembru 2016. Fir-Rakkomandazzjoni tagħha, il-Kummissjoni qieset l-iżviluppi li kienu ġraw fil-Polonja sa mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2016. It-tħassib tal-Kummissjoni huwa marbut man-nuqqas ta' eżami indipendenti u leġittimu u mal-adozzjoni mill-Parlament Pollakk ta' leġiżlazzjoni ġdida relatata mal-ġudikatura Pollakka li tqajjem tħassib gravi fir-rigward tal-indipendenza ġudizzjarja u żżid b'mod sinifikanti t-theddid sistemiku għall-istat tad-dritt fil-Polonja. Fir-Rakkomandazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjoni ta' theddida sistemika għall-istat tad-dritt fil-Polonja kif ippreżentata fir-Rakkomandazzjoni tagħha tas-27 ta' Lulju 2016 u tal-21 ta' Diċembru 2016 iddeterjorat serjament.

(9)

B'mod partikolari, ir-Rakkomandazzjoni tenfasizza li l-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura tal-15 ta' Lulju 2017 u l-liġi dwar il-Qorti Suprema tat-22 ta' Lulju 2017, jekk jidħlu fis-seħħ, idgħajfu strutturalment l-indipendenza tal-ġudikatura fil-Polonja u jkollhom impatt immedjat u konkret fuq il-funzjonament indipendenti tal-ġudikatura kollha kemm hi. Billi l-indipendenza tal-ġudikatura hija komponent ewlieni tal-istat tad-dritt, dawn il-liġijiet ġodda jżidu b'mod sinifikanti t-theddida sistemika għall-istat tad-dritt kif identifikat f'Rakkomandazzjonijiet preċedenti. Ir-Rakkomandazzjoni tenfasizza li t-tneħħija tal-imħallfin tal-Qorti Suprema, il-possibbiltà tal-ħatra tagħhom mill-ġdid u miżuri oħra li hemm fil-liġi dwar il-Qorti Suprema jaggravaw b'mod serju ħafna t-theddida sistemika tal-istat tad-dritt. Fost l-azzjonijiet rakkomandati, il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-awtoritajiet Pollakki jiżguraw li ż-żewġ liġijiet dwar il-Qorti Suprema u dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura ma jidħlux fis-seħħ u li kull riforma tal-ġustizzja ssostni l-istat tad-dritt u tikkonforma mad-dritt tal-UE u mal-istandards Ewropej dwar l-indipendenza ġudizzjarja u tkun ippreparata b'kooperazzjoni mill-qrib mal-ġudikatura u l-partijiet kollha interessati. Il-Kummissjoni titlob ukoll lill-awtoritajiet biex ma jieħdu l-ebda miżura biex ineħħu jew jisfurzaw l-irtirar tal-imħallfin tal-Qrati Supremi billi dawn il-miżuri jaggravaw b'mod serju ħafna t-theddida sistemika għall-istat tad-dritt. Il-Kummissjoni ddikjarat li jekk l-awtoritajiet Pollakki jieħdu kwalunkwe miżura ta' din ix-xorta, hija tkun lesta li tattiva immedjatament l-Artikolu 7(1) TUE.

(10)

Il-Kummissjoni stiednet lill-Gvern Pollakk biex isolvi l-problemi identifikati f'din ir-Rakkomandazzjoni fi żmien xahar mir-riċevuta tar-Rakkomandazzjoni.

(11)

Fil-31 ta' Lulju 2017, is-Sejm ġie formalment notifikat dwar id-deċiżjoni tal-President tar-Repubblika biex jagħmel veto kontra l-liġi li temenda l-Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u l-Liġi dwar il-Qorti Suprema.

(12)

Fl-4 ta' Awwissu u fis-16 ta' Awwissu 2017 il-Gvern Pollakk talab lill-Kummissjoni għal kjarifiki dwar ir-Rakkomandazzjoni tagħha tas-26 ta' Lulju 2017, u l-Kummissjoni wieġbet b'ittri fit-8 ta' Awwissu u fil-21 ta' Awwissu 2017 rispettivament.

(13)

Fit-28 ta' Awwissu 2017, il-Gvern Pollakk bagħat tweġiba għar-Rakkomandazzjoni tas-26 ta' Lulju 2017. It-tweġiba ma qablitx mal-kwistjonijiet kollha li tqajmu fir-Rakkomandazzjoni u ma ħabbret l-ebda azzjoni ġdida biex tindirizza t-tħassib identifikat mill-Kummissjoni.

(14)

Fit-30 ta' Awwissu 2017, l-opinjoni tal-OSKE Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (Office for Democratic Institutions and Human Rights, ODIHR) ikkonkludiet li l-liġi sospiża dwar il-Qorti Suprema ma tikkonformax mal-istandards internazzjonali dwar l-indipendenza ġudizzjarja (5).

(15)

Fil-11 ta' Settembru 2017, il-Gvern Pollakk nieda kampanja li jisimha “Qrati Ġusti” li għandha l-għan li tikseb appoġġ soċjali għar-riforma ġudizzjarja li għaddejja. Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u l-qrati ordinarji ppubblikaw diversi dikjarazzjonijiet li jirrettifikaw l-allegazzjonijiet diretti kontra l-qrati, l-imħallfin u l-Kunsill matul il-kampanja.

(16)

Fil-11 ta' Settembru 2017, it-Tribunal Kostituzzjonali f'bord ta' ħames imħallfin iddikjara l-antikostituzzjonalità ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili li jippermetti li l-qrati ordinarji u l-Qorti Suprema jivvalutaw il-legalità tal-ħatra tal-President u tal-Viċi President tat-Tribunal (6).

(17)

Fit-13 ta' Settembru 2017, il-Ministru tal-Ġustizzja beda jeżerċita s-setgħat biex ikeċċi l-presidenti u l-viċi presidenti tal-qrati skont il-liġi l-ġdida dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji.

(18)

Fil-15 ta' Settembru u fit-18 ta' Ottubru 2017, il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura kkritika d-deċiżjonijiet tal-Ministru tal-Ġustizzja li jkeċċi l-presidenti tal-qrati. Il-Kunsill indika li din is-setgħa arbitrarja tal-Ministru tal-Ġustizzja tikser il-prinċipju kostituzzjonali tal-indipendenza tal-qrati u tista' taffettwa ħażin l-imparzjalità tal-imħallfin.

(19)

Fil-15 ta' Settembru 2017, is-Sejm ħatar persuna għal kariga diġà okkupata tat-tribunal Kostituzzjonali, u l-President tar-Repubblika aċċetta l-ġurament fit-18 ta' Settembru 2017.

(20)

Fil-15 ta' Settembru 2017 is-Sejm adotta l-liġi dwar l-Istitut tal-Libertà Nazzjonali – iċ-Ċentru għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Ċivili li tiċċentralizza d-distribuzzjoni tal-fondi inkluż għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

(21)

Fit-22 ta' Settembru 2017, il-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem iddiskuta r-rapporti dwar il-Polonja li ġew ippreżentati fil-qafas tat-tielet eżami perjodiku li fihom rakkomandazzjonijiet dwar l-indipendenza ġudizzjarja u l-istat tad-dritt.

(22)

Fil-25 ta' Settembru 2017, il-Kummissjoni infurmat lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Polonja. Kien hemm ftehim ġenerali dwar il-fatt li l-Istat tad-dritt huwa interess komuni u responsabbiltà komuni u dwar il-ħtieġa li l-Polonja u l-Kummissjoni jimpenjaw ruħhom fi djalogu sabiex isibu soluzzjoni.

(23)

Fis-26 ta' Settembru 2017, il-President tar-Repubblika bagħat żewġ abbozzi ta' liġijiet lis-Sejm dwar il-Qorti Suprema u dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura.

(24)

Fit-3 ta' Ottubru 2017, is-Sejm bagħat iż-żewġ abbozzi ta' liġijiet presidenzjali dwar il-Qorti Suprema u dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura għal konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-Ombudsman, il-Qorti Suprema u l-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura.

(25)

Fis-6 u fil-25 ta' Ottubru 2017, il-Qorti Suprema ppubblikat l-opinjonijiet tagħha dwar iż-żewġ abbozzi ta' liġijiet dwar il-Qorti Suprema u dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura. L-opinjonijiet iqisu li l-abbozz tal-liġi dwar il-Qorti Suprema tnaqqas b'mod sostanzjali l-indipendenza tagħha u li l-abbozz tal-liġi dwar il-Kunsill għall-Ġudikatura ma jistax jiġi rrikonċiljat mal-kunċett ta' Stat demokratiku rregolat mill-istat tad-dritt.

(26)

Fil-11 ta' Ottubru 2017, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa adottat riżoluzzjoni dwar theddid ġdid għall-istat tad-dritt fl-Istati Membri tal-Kunsill tal-Ewropa, u esprimiet tħassib ukoll dwar żviluppi fil-Polonja, li jpoġġu f'periklu r-rispett għall-istat tad-dritt, u, b'mod partikolari, l-indipendenza tal-ġudikatura u l-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat (7).

(27)

Fit-13 ta' Ottubru 2017, in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (European Network of Councils for the Judiciary, ENCJ) ħareġ opinjoni (8) dwar l-abbozz ta' liġi ġdid dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura, u enfasizza l-inkonsistenza tiegħu mal-istandards Ewropej dwar il-Kunsilli għall-Ġudikatura.

(28)

Fit-23 ta' Ottubru 2017, wara t-tielet ċiklu tal-Eżami Perjodiku tal-Polonja, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem talab lill-awtoritajiet Pollakki sabiex jaċċettaw ir-rakkomandazzjonijiet tan-NU dwar ir-rispett għall-indipendenza ġudizzjarja.

(29)

Fl-24 ta' Ottubru 2017, it-Tribunal Kostituzzjonali, f'bord li kien jinkludi żewġ imħallfin maħtura illegalment, iddikjara l-antikostituzzjonalità tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-Qorti Suprema li abbażi tagħhom, fost l-oħrajn, kien inħatar l-Ewwel President attwali tal-Qorti Suprema.

(30)

Fl-24 ta' Ottubru 2017, it-Tribunal Kostituzzjonali, f'bord li kien jinkludi żewġ imħallfin maħtura illegalment, iddikjara l-antikostituzzjonalità tad-dispożizzjonijiet tat-tliet liġijiet dwar it-Tribunal Kostituzzjonali ta' Diċembru 2016, inklużi d-dispożizzjonijiet li abbażi tagħhom iż-żewġ imħallfin maħtura illegalment li aġġudikaw fil-kawża tħallew jaġġudikaw fit-Tribunal Kostituzzjonali. Il-mozzjoni tal-Ombudsman Pollakk dwar l-iskwalifika taż-żewġ imħallfin maħtura illegalment minn din il-kawża ġiet rifjutata mit-Tribunal Kostituzzjonali.

(31)

Fis-27 ta' Ottubru 2017, ir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Indipendenza tal-Imħallfin u l-Avukati, is-Sur Diego Garcia-Sayán, ippreżenta l-osservazzjonijiet preliminari tiegħu (9), li skonthom iż-żewġ abbozzi tal-liġijiet dwar il-Qorti Suprema u l-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura jqajmu tħassib rigward l-indipendenza ġudizzjarja.

(32)

Fil-31 ta' Ottubru 2017, il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura adotta opinjoni dwar l-abbozz il-ġdid tal-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura ppreżentat mill-President tar-Repubblika. Il-Kunsill osserva li l-abbozz tal-liġi huwa fundamentalment inkonsistenti mal-Kostituzzjoni Pollakka billi jagħti lis-Sejm is-setgħa li jaħtar imħallfin membri tal-Kunsill u billi jtemm b'mod prematur il-mandat protett kostituzzjonalment tal-imħallfin membri attwali tal-Kunsill.

(33)

Fl-10 ta' Novembru 2017, il-Kunsill Konsultattiv tal-Opinjonijiet ta' Mħallfin Ewropej (CCJE) adotta dikjarazzjoni li tqajjem tħassib dwar l-indipendenza ġudizzjarja fil-Polonja (10).

(34)

Fil-11 ta' Novembru 2017, l-Ombudsman bagħat ittra lill-President tar-Repubblika li kienet tinkludi valutazzjoni taż-żewġ abbozzi ġodda tal-liġijiet dwar il-Qorti Suprema u dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u tirrakkomanda li jenħtieġ li dawn ma jiġux adottati billi ma jiggarantixxux li l-fergħa ġuridika tibqa' indipendenti mill-fergħa eżekuttiva u li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt kostituzzjonali tagħhom li jkollhom aċċess għal qorti indipendenti.

(35)

Fit-13 ta' Novembru 2017, l-OSKE Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) adottat l-abbozz ġdid tal-liġi dwar il-Qorti Suprema li jiddikjara li d-dispożizzjonijiet eżaminati huma inkompatibbli mal-istandards internazzjonali (11).

(36)

Fil-15 ta' Novembru 2017, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u d-demokrazija fil-Polonja, u esprima l-appoġġ tiegħu għar-Rakkomandazzjonijiet tal-Istat tad-Dritt maħruġa mill-Kummissjoni, kif ukoll għall-proċeduri ta' ksur, u qies li s-sitwazzjoni attwali fil-Polonja tirrappreżenta riskju ċar ta' ksur serju tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE (12).

(37)

Fl-24 ta' Novembru 2017, il-Kunsill tal-Għaqdiet Ewropej tal-Avukati (CCBE) talab lill-awtoritajiet Pollakki biex ma jadottawx iż-żewġ abbozzi tal-liġijiet dwar il-Qorti Suprema u dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura billi dawn jistgħu jimminaw is-separazzjoni tas-setgħat garantita mill-kostituzzjoni Pollakka (13). Fid-29 ta' Novembru 2017, l-Organizzazzjoni tal-Imħallfin “Iustitia”, il-Fondazzjoni Helsinki għad-Drittijiet tal-Bniedem u Amnesty International ħarġu dikjarazzjoni konġunta li tikkritika l-proċedura leġiżlattiva dwar iż-żewġ abbozzi presidenzjali tal-liġijiet.

(38)

Fil-5 ta' Diċembru 2017, in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (ENCJ) adotta opinjoni li tikkritika l-abbozz tal-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura talli ma rrispettax l-istandards tal-ENCJ (14).

(39)

Fit-8 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni ta' Venezja, fuq talba mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, adottat opinjoni dwar l-abbozz tal-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-ġudikatura, l-abbozz tal-liġi dwar il-Qorti Suprema, u l-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji, kif ukoll opinjoni dwar il-liġi dwar l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku (15). Il-Kummissjoni ta' Venezja waslet għall-konklużjoni li l-liġi u l-abbozzi tal-liġijiet, speċjalment meta meħuda flimkien u fil-kuntest tal-liġi tal-2016 dwar l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku, jippermettu li s-setgħat leġiżlattivi u eżekuttivi jinterferixxu b'mod sever u estensiv fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, u għaldaqstant huma ta' theddida serja għall-indipendenza ġudizzjarja bħala element ewlieni tal-istat tad-dritt. Hija titlob lill-President tar-Repubblika jirtira l-proposti tiegħu u jibda djalogu qabel ma tkompli l-proċedura tal-leġiżlazzjoni. Tisħaq ukoll biex il-Parlament Pollakk jerġa' jaħsibha rigward l-emendi riċenti għal-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji.

(40)

Fit-8 ta' Diċembru 2017, il-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem għamel dikjarazzjoni li fiha jesprimi d-dispjaċir tiegħu talli s-Sejm adotta l-liġijiet dwar il-Qorti Suprema u dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura li jkomplu jimminaw l-indipendenza tal-ġudikatura.

(41)

Fit-8 ta' Diċembru 2017, iż-żewġ abbozzi tal-liġijiet ġew adottati mis-Sejm. Fil-15 ta' Diċembru 2017, iż-żewġ liġijiet ġew approvati mis-Senat.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

Jenħtieġ li r-Repubblika tal-Polonja tqis kif xieraq l-analiżi tal-Kummissjoni deskritta hawn taħt u li tieħu l-miżuri li jidhru fit-Taqsima 4 ta' din ir-Rakkomandazzjoni sabiex it-tħassib identifikat jiġi solvut fil-limitu taż-żmien stabbilit.

1.   AMBITU U OBJETTIV TAR-RAKKOMANDAZZJONI

2.

Ir-Rakkomandazzjoni attwali tikkumplimenta r-Rakkomandazzjonijiet tas-27 ta' Lulju 2016, tal-21 ta' Diċembru 2016 u tas-26 ta' Lulju 2017. Apparti t-tħassib li qajmu dawn ir-Rakkomandazzjonijiet, din ir-Rakkomandazzjoni tqajjem tħassib ġdid tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja minn dak iż-żmien sa issa. It-tħassib jikkonċerna l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

il-liġi dwar il-Qorti Suprema, adottata mis-Sejm fit-8 ta' Diċembru 2017;

(b)

il-liġi li temenda l-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u ċerti liġijiet oħra (“il-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura”), adottata mis-Sejm fit-8 ta' Diċembru 2017;

3.

It-tħassib u l-azzjonijiet rakkomandati stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tas-26 ta' Lulju 2017 marbutin mat-Tribunal Kostituzzjonali, il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qorti Ordinarja u l-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura (16) għadhom validi.

2.   IT-THEDDID GĦALL-INDIPENDENZA ĠUDIZZJARJA

4.

Il-liġi dwar il-Qorti Suprema u l-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura fihom għadd ta' dispożizzjonijiet li jqajmu tħassib serju dwar il-prinċipji tal-indipendenza ġudizzjarja u s-separazzjoni tas-setgħat.

2.1.   Il-Qorti Suprema

2.1.1.   Tneħħija u rtirar obbligatorju tal-imħallfin attwali tal-Qorti Suprema

5.

Il-liġi dwar il-Qorti Suprema tbaxxi l-età tal-irtirar ġenerali tal-imħallfin tal-Qorti Suprema minn 70 għal 65 (17). Din il-miżura tapplika għall-imħallfin attwalment fil-kariga. L-imħallfin li laħqu l-età ta' 65 sena, jew li se jilħqu dik l-età fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ tal-liġi, se jiġu rtirati (18).

6.

Bit-tnaqqis tal-età tal-irtirar u l-applikazzjoni tagħha għall-imħallfin attwali tal-Qorti Suprema, il-liġi ttemm il-mandat u potenzjalment tirtira għadd sinifikanti ta' mħallfin attwali tal-Qorti Suprema: 31 minn 83 (37 %) skont il-Qorti Suprema. L-applikazzjoni ta' din l-età ta' rtirar baxxa għall-imħallfin attwali tal-Qorti Suprema għandha impatt negattiv partikolarment b'saħħtu fuq din il-Qorti speċifika, li hija magħmula minn imħallfin li min-natura tagħhom fi tmiem il-karriera tagħhom. Dan l-irtirar obbligatorju ta' għadd sinifikanti mill-imħallfin attwali tal-Qorti Suprema jippermetti rikompożizzjoni wiesgħa u immedjata tal-Qorti Suprema. Din il-possibbiltà tqajjem tħassib partikolari fir-rigward tas-separazzjoni tas-setgħat, b'mod partikolari meta titqies flimkien mar-riformi simultanji tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura. Fil-fatt: minħabba t-tnaqqis tal-età ta' rtirar l-imħallfin il-ġodda kollha se jinħatru mill-President tar-Repubblika fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura li għadu kif ġie ffurmat u li se jkun fil-parti l-kbira tiegħu ddominat minn ħatriet politiċi. Rtirar furzat tal-imħallfin attwali tal-Qorti Suprema jqajjem tħassib ukoll rigward il-prinċipju li l-imħallfin ma jitneħħewx, li huwa element ewlieni mill-indipendenza tal-imħallfin kif imnaqqax fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (19), u fl-istandards Ewropej (20). Fl-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tal-liġi dwar il-Qorti Suprema, il-Kummissjoni ta' Venezja tenfasizza li l-irtirar bikri tal-imħallfin li qed jippresjedu attwalment jimmina kemm is-sigurtà fil-kariga kif ukoll l-indipendenza tal-Qorti inġenerali (21).

7.

Jenħtieġ li l-imħallfin jiġu protetti kontra t-tneħħija permezz tal-eżistenza ta' salvagwardji effettivi kontra indħil żejjed jew pressjoni minn setgħat oħra tal-Istat (22). L-indipendenza ġudizzjarja titlob biżżejjed garanziji biex tipproteġi lill-persuna minn dawk li għandhom il-kompitu li jaġġudikaw f'tilwima (23). Il-fatt li l-imħallfin ma jistgħux jitneħħew matul il-mandat tal-kariga tagħhom hija konsegwenza tal-indipendenza tagħhom u b'hekk hija inkluża fil-garanziji tal-Artikolu 6(1) tal-KEDB (24). B'konsegwenza ta' dan, l-imħallfin iridu jitneħħew biss individwalment, jekk dan ikun iġġustifikat abbażi ta' proċediment dixxiplinari li jikkonċerna l-attività individwali tagħhom u l-preżentazzjoni tal-garanziji kollha għall-ħarsien f'soċjetà demokratika. L-imħallfin ma jistgħux jitneħħew bħala grupp u l-imħallfin ma jistgħux jitneħħew għal raġunijiet ġenerali mhux marbuta mal-imġiba individwali tagħhom. Il-garanziji u s-salvagwardji ta' hawn fuq huma neqsin fil-każ preżenti u d-dispożizzjonijiet ikkonċernati jikkostitwixxu ksur sfaċċat tal-indipendenza tal-imħallfin tal-Qorti Suprema u tas-separazzjoni tas-setgħat (25), u għalhekk tal-istat tad-dritt.

8.

Barra minn hekk, il-mandat ta' sitt snin tal-Ewwel President attwali, li huwa stabbilit fil-kostituzzjoni, se jintemm b'mod prematur (kostituzzjonalment għandu jintemm fl-2020). Jekk jintemm il-mandat tal-Ewwel President, il-ħatra tal-“Ewwel President Aġent” mill-President tar-Repubblika sseħħ barra mill-proċedura normali (26): skont il-kostituzzjoni, jenħtieġ li l-Ewwel President jinħatar mill-President tar-Repubblika minn fost il-kandidati proposti mill-assemblea ġenerali tal-Qorti Suprema (27). Din it-terminazzjoni prematura ta' mandat kostituzzjonalment imnaqqax tikkostitwixxi ksur serju tal-prinċipju li l-imħallfin ma jistgħux jitneħħew u s-sigurtà fil-kariga. Il-ħatra tal-Ewwel President Aġent skont proċedura ad hoc mingħajr involviment tal-ġudikatura iqajjem tħassib serju rigward il-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat.

9.

Skont il-memorandum ta' spjegazzjoni tal-liġi, ir-rikompożizzjoni tal-Qorti Suprema hija indispensabbli minħabba l-mod kif il-Qorti Suprema indirizzat il-każijiet ta' “dekomunizzazzjoni” wara l-1989 u minħabba li għad hemm imħallfin fil-Qorti li ħadmu għar-reġim preċedenti jew li aġġudikaw taħtu (28). Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem enfasizzat biċ-ċar li jrid jiġi individwalizzat proċess ta' tisfija (pereżempju jridu jsiru distinzjonijiet bejn il-livelli differenti ta' involviment mar-reġim preċedenti) u tqis li l-miżuri ta' tisfija li seħħew ħafna wara t-tmiem tar-reġim Komunista jistgħu jkunu inqas ġustifikati fid-dawl tat-tnaqqis tar-riskji li jeżistu għad-demokraziji ġodda (29). Hemm miżuri proporzjonati oħra li l-Istat jista' jadotta sabiex jindirizza mħallfin individwali li għandhom sfond Komunista (li jinkludi proċedimenti trasparenti applikati fil-każijiet individwali quddiem organi imparzjali li jaġixxu abbażi tal-kriterji prestabbiliti bil-liġi) (30).

10.

Fl-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tal-liġi dwar il-Qorti Suprema, il-Kummissjoni ta' Venezja tqis li huwa diffiċli li wieħed jara għaliex persuna meqjusa xierqa biex twettaq dmirijiet uffiċjali għal diversi snin oħra f'salt titqies mhux xierqa. Il-memorandum ta' spjegazzjoni tal-liġi jista' jinftiehem li jimplika li, bħala riżultat tar-riforma, ħafna mill-imħallfin għolja, li ħafna minnhom servew taħt ir-reġim preċedenti, jirtiraw. Jekk din l-interpretazzjoni hija korretta, dan l-approċċ huwa inaċċettabbli: jekk l-awtoritajiet jiddubitaw mill-fiduċja tal-imħallfin individwali, jenħtieġ li dawn japplikaw il-proċeduri dixxiplinari jew ta' tisfija eżistenti, u mhux jibdlu l-età tal-irtirar.

11.

Il-Kummissjoni ta' Venezja tikkonkludi li t-tneħħija bikrija ta' għadd kbir ta' mħallfin tal-Qorti Suprema (inkluż l-Ewwel President) billi japplikawlhom, b'effett immedjat, età tal-irtirar aktar baxxa tikser id-drittijiet individwali tagħhom u tipperikola l-indipendenza tal-ġudikatura kollha kemm hi; jenħtieġ li dawn jitħallew iservu sal-età tal-irtirar attwalment eżistenti (31). Il-Kummissjoni ta' Venezja tenfasizza wkoll b'mod partikolari li l-irtirar bikri tal-imħallfin li qed jippresjedu attwalment jimmina kemm is-sigurtà fil-kariga kif ukoll l-indipendenza tal-Qorti inġenerali (32).

12.

Fl-aħħar nett, dawn id-dispożizzjonijiet iqajmu tħassib ta' kostituzzjonalità. Kif innutaw il-Qorti Suprema u l-Ombudsman, it-tneħħija u l-irtirar furzat tal-imħallfin attwali tal-Qorti Suprema jiksru l-prinċipju tal-indipendenza ġudizzjarja u jaffettwaw direttament id-dritt għal qorti indipendenti. L-Ombudsman jinnota li l-istituzzjoni tal-Ewwel President Aġent tal-Qorti Suprema tikkostitwixxi ksur tal-istat tad-dritt billi tikser il-prinċipju ta' nuqqas ta' suppożizzjoni tal-kompetenzi tas-setgħat tal-Istat, il-prinċipju tas-separazzjoni u l-bilanċ tas-setgħat, u l-prinċipju tal-indipendenza ġudizzjarja.

2.1.2.   Is-setgħa li jiġi estiż il-mandat tal-imħallfin tal-Qorti Suprema

13.

Skont il-liġi, l-imħallfin tal-Qorti Suprema affettwati mit-tbaxxija tal-età tal-irtirar u li jixtiequ jestendu l-mandat attiv tagħhom jistgħu jagħmlu talba lill-President tar-Repubblika (33).

14.

Rigward is-setgħa tal-President tar-Repubblika li jiddeċiedi li jestendi l-mandat attiv tal-imħallfin tal-Qorti Suprema, ma hemm l-ebda kriterju, l-ebda perjodu ta' żmien biex tittieħed deċiżjoni u l-ebda stħarriġ ġudizzjarju previst fil-liġi. Mħallef li jkun talab għall-estenzjoni jkun “jiddependi” mid-deċiżjoni tal-President tar-Repubblika. Barra minn hekk, il-President tar-Repubblika se jkun f'pożizzjoni li jiddeċiedi darbtejn dwar l-estensjoni (kull darba għal tliet snin). Dawn l-elementi jaffettwaw is-sigurtà fil-kariga u se jippermettu li l-President tar-Repubblika jeżerċita influwenza fuq l-imħallfin attivi tal-Qorti Suprema. Ir-reġim huwa kontra r-Rakkomandazzjoni tal-KtE tal-2010 li titlob li jenħtieġ li d-deċiżjonijiet rigward l-għażla u l-karriera tal-imħallfin ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi prestabbiliti bil-liġi u li jenħtieġ li jkun hemm awtorità indipendenti u kompetenti li parti sostanzjali minnha tkun ġejja mill-ġudikatura awtorizzata biex tagħmel rakkomandazzjonijiet jew tesprimi opinjonijiet li l-awtorità tal-ħatra rilevanti timxi magħhom fil-prattika (34). Titlob ukoll li jenħtieġ li l-imħallfin ikkonċernati jkollhom id-dritt li jikkontestaw deċiżjoni marbuta mal-karriera tagħhom (35).

15.

Ir-reġim tal-irtirar il-ġdid ikollu impatti negattivi fuq l-indipendenza tal-imħallfin (36). Ir-regoli l-ġodda joħolqu għodda addizzjonali li biha l-President tar-Repubblika jista' jeżerċita influwenza fuq imħallfin individwali. B'mod partikolari, in-nuqqas ta' kwalunkwe kriterju għall-estensjoni tal-mandati jippermetti diskrezzjoni bla bżonn, u dan idgħajjef il-prinċipju li l-imħallfin ma jitneħħewx. Filwaqt li titbaxxa l-età tal-irtirar, il-liġi tippermetti li l-imħallfin ikollhom il-mandat tagħhom estiż mill-President tar-Repubblika sa massimu ta' sitt snin. Barra dan, ma hemmx perjodu ta' żmien stipulat biex il-President tar-Repubblika jieħu deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-mandat, u dan jippermetti li l-President iżomm l-influwenza fuq l-imħallfin ikkonċernati għall-bqija taż-żmien tal-mandat ġudizzjarju tagħhom. Anki qabel ma tintlaħaq l-età tal-irtirar, is-sempliċi prospett li trid issir talba lill-President għal din l-estensjoni tista' tagħmel pressjoni fuq l-imħallfin ikkonċernati.

16.

Fl-opinjoni tiegħu tal-abbozz tal-liġi dwar il-Qorti Suprema, il-Kummissjoni ta' Venezja tenfasizza li din is-setgħa tal-President tar-Repubblika tagħtih influwenza eċċessiva fuq l-imħallfin tal-Qorti Suprema li jkunu qed joqorbu lejn l-età tal-irtirar. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ta' Venezja tikkonkludi li jenħtieġ li l-President tar-Repubblika bħala politiku elett ikollu s-setgħa diskrezzjonali li jestendi l-mandat ta' mħallef ta' Qorti Suprema aktar mill-età tal-irtirar (37).

17.

Ir-regoli l-ġodda jqajmu wkoll tħassib tal-kostituzzjonalità. Skont l-opinjonijiet tal-Qorti Suprema u tal-Ombudsman, il-mekkaniżmu l-ġdid għall-estensjoni tal-mandati ġudizzjarji ma jirrispettax il-prinċipju tal-legalità u tas-separazzjoni tas-setgħat.

2.1.3.   L-appell straordinarju

18.

Il-liġi tintroduċi forma ġdida ta' stħarriġ ġudizzjarju tas-sentenzi u d-deċiżjonijiet finali u vinkolanti, l-appell straordinarju (38). Fi żmien tliet snin (39) mid-dħul fis-seħħ tal-liġi l-Qorti Suprema tkun tista' tibdel (40) kompletament jew parzjalment (41) kull sentenza finali mogħtija minn qorti Pollakka f'dawn l-aħħar 20 sena, inklużi s-sentenzi li jingħataw mill-Qorti Suprema, soġġetti għal xi eċċezzjonijiet (42). Is-setgħa għall-preżentazzjoni tal-appell hija konferita inter alia lill-Prosekutur Ġenerali u lill-Ombudsman (43). Ir-raġunijiet għall-appell huma wesgħin: l-appell straordinarju jista' jiġi ppreżentat jekk ikun meħtieġ biex jiġi żgurat l-istat tad-dritt u l-ġustizzja soċjali u d-deċiżjoni ma tistax titħassar jew tiġi emendata permezz ta' rimedji straordinarji oħra, u jew (1) tikser il-prinċipji jew id-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni u ċittadini minquxa fil-Kostituzzjoni; jew (2) tikkostitwixxi ksur flagranti tal-liġi fuq il-bażi ta' interpretazzjoni żbaljata jew applikazzjoni ħażina tagħha; jew (3) ikun hemm kontradizzjoni ovvja bejn il-konstatazzjonijiet tal-qorti u l-evidenza miġbura (44).

19.

Din il-proċedura l-ġdida ta' appell straordinarju tqajjem tħassib fir-rigward tal-prinċipju ta' ċertezza legali li hija komponent ewlieni tal-istat tad-dritt (45). Kif innotat mill-Qorti tal-Ġustizzja, għandha tinġibed l-attenzjoni lejn l-importanza, kemm tal-ordni ġuridiku tal-UE kif ukoll tal-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali, tal-prinċipju ta' res judicata:“sabiex jiġu ggarantiti kemm l-istabbiltà tal-liġi u tar-relazzjonijiet ġuridiċi kif ukoll l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, huwa importanti li d-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jkunu saru definittivi wara li jkunu ntużaw il-mezzi kollha disponibbli għall-appell jew wara l-iskadenza tat-termini previsti f'dan ir-rigward ma jistgħux jibqgħu jiġu kkontestati (46)”. Kif ġie nnutat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, jenħtieġ li reviżjoni straordinarja ma tkunx “appell moħbi”, filwaqt li “is-sempliċi possibbiltà li jkun hemm żewġ fehmiet dwar is-suġġett ma tistax titqies bħala raġuni għal eżaminazzjoni mill-ġdid” (47).

20.

Fl-opinjoni tagħha dwar l-abbozz ta' liġi dwar il-Qorti Suprema, il-Kummissjoni ta' Venezja enfasizzat li l-proċedura ta' appell straordinarju hija perikoluża għall-istabbiltà fl-ordinament ġuridiku Pollakk. L-opinjoni tinnota li se jkun possibbli li terġa' tiftaħ kull każ deċiż fil-pajjiż f'dawn l-aħħar 20 sena għal prattikament kull raġuni u s-sistema tista' twassal għal sitwazzjoni li fiha l-ebda sentenza ma tkun qatt aktar finali (48).

21.

L-appell straordinarju l-ġdid iqajjem ukoll tħassib dwar il-kostituzzjonalità. Skont il-Qorti Suprema u l-Ombudsman, il-liġi taffettwa l-prinċipju tal-istabbiltà tal-ġurisprudenza u l-finalità tas-sentenzi (49), il-prinċipju ta' protezzjoni u fiduċja fl-istat u d-dritt, kif ukoll id-dritt li każ jinstema' fi żmien raġonevoli (50).

2.1.4.   Dispożizzjonijiet oħra

22.

Kif enfasizzat fl-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja u ta' korpi oħra (51), għadd ta' dispożizzjonijiet oħra tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema jqajmu tħassib fir-rigward tal-prinċipji ta' indipendenza ġudizzjarja u s-separazzjoni tal-poteri.

23.

Il-liġi l-ġdida tistabbilixxi sistema dixxiplinari ġdida għall-imħallfin tal-Qorti Suprema. Żewġ tipi ta' uffiċjali dixxiplinari huma previsti: l-uffiċjal dixxiplinari tal-Qorti Suprema maħtur mill-Kulleġġ tal-Qorti Suprema għal mandat ta' erba' snin (52), u l-uffiċjal dixxiplinari straordinajru maħtur fuq bażi ta' każ b'każ mill-President tar-Repubblika minn fost l-imħallfin tal-Qorti Suprema, l-imħallfin ordinarji, l-imħallfin tal-qorti militari, u l-prosekuturi (53). Skont il-liġi Pollakka, l-uffiċjali dixxiplinari biss jistgħu jiddeċiedu dwar il-bidu ta' proċedimenti dixxiplinari kontra l-imħallfin. Il-ħatra ta' uffiċjal straordinarju mill-President tar-Repubblika isseħħ mingħajr l-involviment tal-ġudikatura u tammonta għal talba biex tinbeda investigazzjoni preliminari. Il-ħatra ta' uffiċjal dixxiplinari straordinarju għal proċediment dixxiplinari li jkun għaddej teskludi lill-uffiċjal dixxiplinari tal-Qorti Suprema minn dan il-proċediment (54). Il-fatt li l-President tar-Repubblika (u f'xi każijiet ukoll il-Ministru tal-Ġustizzja (55)) għandu s-setgħa li jeżerċita influwenza fuq il-proċedimenti dixxiplinari kontra l-imħallfin tal-Qorti Suprema bil-ħatra ta' uffiċjal dixxiplinari li jinvestiga l-każ (“l-uffiċjal dixxiplinari”) li jkun jeskludi l-uffiċjal dixxiplinari tal-Qorti Suprema minn proċediment li jkun għaddej, joħloq tħassib fir-rigward tal-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat u jista' jaffettwa l-indipendenza ġudizzjarja. Tali tħassib tqajjem ukoll fl-opinjonijiet tal-OSKE-ODHIR u tal-Qorti Suprema (56).

24.

Il-liġi tneħħi wkoll sett ta' garanziji proċedurali fi proċedimenti dixxiplinari kontra l-imħallfin fil-ġudikatura ordinarja (57) u l-imħallfin tal-Qorti Suprema (58): evidenza miġbura li tmur kontra l-liġi tista' tintuża kontra mħallef (59); taħt ċerti kundizzjonijiet, l-evidenza ppreżentata mill-imħallef ikkonċernat tista' tiġi injorata (60); il-preskrizzjoni għal każijiet dixxiplinari tiġi sospiża għall-perjodu ta' proċedimenti dixxiplinari, li jfisser li mħallef jista' jkun soġġett għal proċediment għal tul ta' żmien indefinit (61); fl-aħħar nett, proċedimenti dixxiplinari jistgħu jibqgħu għaddejjin anki jekk l-imħallef ikkonċernat ma jkunx preżenti (inkluż meta l-assenza tkun ġustifikata) (62). Ir-reġim dixxiplinari l-ġdid iqajjem tħassib ukoll fir-rigward tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti tal-proċess dovut tal-liġi tal-Art. 6(1) QEDB li huma applikabbli għal proċedimenti dixxiplinari kontra l-imħallfin (63).

25.

Il-liġi timmodifika l-istruttura interna tal-Qorti Suprema, filwaqt li tissupplimentaha b'żewġ Awliet ġodda. Awla ġdida tal-kontroll straordinarju u l-kwistjonijiet pubbliċi se tivvaluta l-kawżi imressqa skont il-proċedura l-ġdida ta' appell straordinarju (64). Din l-Awla l-ġdida se tkun magħmula fil-maġġoranza minn imħallfin ġodda (65) u se tivverifika l-validità tal-elezzjonijiet ġenerali u lokali, u l-eżaminazzjoni tal-kwistjonijiet elettorali, inkluż it-tilwim elettorali fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (66). Barra minn hekk, Awla dixxiplinari awtonoma (67) ġdida magħmula biss minn imħallfin ġodda (68) se tiġi fdata bil-kompitu ta' rieżami fil-kawżi dixxiplinari tal-ewwel u t-tieni istanza kontra l-imħallfin tal-Qorti Suprema (69). Dawn iż-żewġ Awliet ġodda ġeneralment awtonomi magħmula minn imħallfin ġodda jqajmu tħassib dwar is-separazzjoni tas-setgħat. Kif indikat mill-Kummissjoni ta' Venezja, filwaqt li ż-żewġ Awliet huma parti mill-Qorti Suprema, fil-prattika huma aktar superjuri mill-awliet l-oħra, u joħolqu r-riskju li s-sistema ġudizzjarja kollha kemm hi tkun iddominata minn dawn l-awliet magħmula minn imħallfin ġodda eletti b'influwenza deċiżiva tal-maġġoranza fil-gvern (70). Barra minn hekk, il-Kummissjoni ta' Venezja tenfasizza li l-liġi se tirrendi l-istħarriġ ġudizzjarju tat-tilwim elettorali partikolarment vulnerabbli għall-influwenza politika, u b'hekk jinħoloq riskju serju għall-funzjonament tad-demokrazija Pollakka (71).

26.

Il-liġi tintroduċi imħallfin onorarji, li għandhom jinħatru mis-Senat tar-Repubblika (72), fil-proċedimenti quddiem il-Qorti Suprema dwar appelli straordinarji u kawżi dixxiplinari eżaminati mill-Qorti Suprema. Kif ġie osservat mill-Kummissjoni ta' Venezja, l-introduzzjoni ta' mħallfin onorarji għaż-żewġ Awliet il-ġodda tal-Qorti Suprema tpoġġi l-effiċjenza u l-kwalità tal-ġustizzja f'periklu (73).

2.2.   Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura

27.

Skont il-Kostituzzjoni Pollakka l-indipendenza tal-imħallfin hi salvagwardjata mill-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura (74). Ir-rwol tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura għandu impatt dirett fuq l-indipendenza tal-imħallfin b'mod partikolari fir-rigward tal-promozzjoni, it-trasferiment, il-proċedimenti dixxiplinari, it-tneħħija u l-irtirar kmieni tagħhom. Pereżempju, il-promozzjoni ta' mħallef (eż. minn qorti distrettwali għal qorti reġjonali) teħtieġ li l-President tar-Repubblika jerġa' jaħtar l-imħallef għal darb'oħra, u għalhekk il-proċedura għall-valutazzjoni u l-ħatra ġudizzjarja li tinvolvi l-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura tkun trid terġa' tiġi segwita. Barra minn hekk, l-imħallfin assistenti li diġà qegħdin iwettqu kompiti ta' imħallef għandhom jiġu evalwati mill-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura qabel jinħatru bħala mħallfin mill-President tar-Repubblika.

28.

Għal din ir-raġuni, fl-Istati Membri fejn ġie stabbilit Kunsill għall-Ġudikatura, l-indipendenza tiegħu hija partikolarment importanti biex tiġi evitata influwenza żejda mill-Gvern jew mill-Parlament fir-rigward tal-indipendenza tal-imħallfin (75).

29.

Il-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura iżżid it-tħassib dwar l-indipendenza tal-ġudikatura b'mod ġenerali billi tipprevedi t-terminazzjoni prematura tal-mandat tal-imħallfin membri kollha tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura, u billi tistabbilixxi sistema kompletament ġdida għall-ħatra tal-imħallfin membri tagħha li tippermetti grad għoli ta' influwenza politika.

30.

Skont l-Artikolu 6 tal-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura l-mandati tal-imħallfin membri attwali tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura se tintemm qabel iż-żmien. Din it-terminazzjoni deċiża bis-setgħat leġiżlattivi tqajjem tħassib dwar l-indipendenza tal-Kunsill u s-separazzjoni tas-setgħat. Il-Parlament se jikseb influwenza deċiżiva fuq il-kompożizzjoni tal-Kunsill għad-detriment tal-influwenza tal-imħallfin infushom. Din ir-rikompożizzjoni tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura diġà tista' sseħħ fi żmien xahar u nofs wara l-pubblikazzjoni tal-liġi (76). It-terminazzjoni prematura tqajjem ukoll tħassib dwar il-kostituzzjonalità, kif enfasizzat fl-opinjoni tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura, tal-Qorti Suprema u tal-Ombudsman.

31.

Barra minn hekk, is-sistema l-ġdida għall-ħatra tal-imħallfin membri tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura iqajjem tħassib serju. L-istandards Ewropej stabbiliti sew, b'mod partikolari r-Rakkomandazzjoni tal-2010 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, jistipulaw li “mhux inqas min-nofs il-membri tal-[Kunsilli għall-Ġudikatura] jridu jkunu mħallfin magħżula mill-kollegi tagħhom mil-livelli kollha tal-ġudikatura u b'rispett għall-pluraliżmu fil-ġudikatura” (77). Hija responsabbiltà tal-Istati Membri li jorganizzaw is-sistemi ġudizzjarji tagħhom, inkluż jekk għandhomx jistabbilixxu Kunsill għall-Ġudikatura. Madankollu, fejn ġie stabbilit Kunsill bħal dan, kif inhu l-każ fil-Polonja, l-indipendenza tiegħu trid tiġi ggarantita skont l-istandards Ewropej.

32.

Sal-adozzjoni tal-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura, is-sistema Pollakka kienet kollha konformi ma' dawn l-istandards peress li l-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura kien magħmul minn maġġoranza ta' mħallfin magħżula mill-imħallfin. L-Artikoli 1(1) u 7 tal-liġi li temenda l-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura se jbiddlu radikalment dan ir-reġim billi jipprevedu li l-15-il imħallef membru tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura jinħatru, u jistgħu jerġgħu jinħatru mill-ġdid, mis-Sejm  (78). Barra minn hekk, ma hemm l-ebda garanzija li taħt il-liġi l-ġdida s-Sejm se jaħtar imħallfin membri tal-Kunsill approvati mill-ġudikatura, billi l-kandidati għal dawn il-karigi jistgħu jiġu ppreżentati mhux biss minn gruppi ta' 25 imħallef, iżda wkoll minn gruppi ta' mill-anqas 2 000 ċittadin (79). Barra minn hekk, il-lista finali ta' kandidati, li għaliha s-Sejm se jkollu jagħti l-approvazzjoni tiegħu en bloc (f'daqqa) hija stabbilita minn qabel minn kumitat tas-Sejm  (80). Ir-regoli l-ġodda dwar il-ħatra tal-imħallfin membri tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura jżidu b'mod sinifikanti l-influwenza tal-Parlament fuq il-Kunsill u jaffettwaw b'mod negattiv l-indipendenza tiegħu waqt li jikkontradixxu l-istandards Ewropej. Il-fatt li l-imħallfin membri se jinħatru mis-Sejm b'maġġoranza ta' tlieta minn kull ħamsa ma jtaffix dan it-tħassib, billi l-imħallfin membri xorta mhux se jintgħażlu mill-kollegi tagħhom. Barra minn hekk, f'każ li tali maġġoranza ta' tlieta minn ħamsa ma tintlaħaqx, il-membri mħallfin tal-Kunsill se jinħatru mis-Sejm b'maġġoranza assoluta ta' voti.

33.

Din is-sitwazzjoni tqajjem tħassib mill-perspettiva tal-indipendenza tal-ġudikatura. Pereżempju, imħallef ta' qorti distrettwali li jkollu jagħti sentenza f'kawża politikament sensittiva, filwaqt li l-imħallef ikun qiegħed fl-istess ħin japplika għall-promozzjoni biex isir imħallef ta' qorti reġjonali, jista' jkollu t-tendenza li jsegwi l-pożizzjoni ppreferuta mill-maġġoranza politika sabiex ma jipperikolax il-possibbiltà tiegħu li jikseb promozzjoni. Anki jekk dan ir-riskju ma jimmaterjalizzax, ir-reġim il-ġdid ma jipprovdix għal biżżejjed garanziji biex jassigura d-dehra ta' indipendenza li hija kruċjali biex tinżamm il-fiduċja li t-tribunali f'soċjetà demokratika jridu jispiraw fil-pubbliku (81). Barra minn hekk, l-imħallfin assistenti se jkollhom jiġu valutati minn Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura influenzat politikament qabel il-ħatra tagħhom bħala mħallfin.

34.

Il-Kummissjoni ta' Venezja tikkonkludi li l-elezzjoni ta' 15-il membru ġudizzjarju tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura mill-Parlament, flimkien mas-sostituzzjoni immedjata tal-membri li attwalment qed iżommu siġġu fil-Parlament, jwasslu għal politiċizzazzjoni estensiva ta' dan il-korp. Il-Kummissjoni ta' Venezja, tirrakkomanda li minflok, jenħtieġ li l-membri tal-ġudikatura tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura jiġu eletti mill-kollegi tagħhom, skont l-Att attwali (82). Hija osservat ukoll li l-liġi ddgħajjef l-indipendenza tal-Kunsill fir-rigward tal-maġġoranza fil-Parlament u tikkontribwixxi biex iddgħajjef l-indipendenza tal-ġustizzja b'mod ġenerali (83).

35.

Fl-opinjonijiet tagħhom dwar l-abbozz ta' liġi, il-Qorti Suprema, il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u l-Ombudsman qajmu għadd ta' punti ta' tħassib rigward il-kostituzzjonalità tar-reġim il-ġdid. B'mod partikolari, il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura jinnota li skont l-kostituzzjoni Pollakka, il-Kunsill iservi bħala kontrapiż tal-Parlament li kien kostituzzjonalment awtorizzat biex jiddeċiedi dwar il-kontenut tal-liġi. Il-ħatra politika tal-imħallfin membri u t-tmiem prematur ta' mandati tal-imħallfin membri attwali tal-Kunsill għalhekk jiksru l-prinċipji ta' separazzjoni tas-setgħat u l-indipendenza ġudizzjarja. Kif spjegat fir-Rakkomandazzjonijiet preċedenti, rieżami kostituzzjonali effettiv ta' dawn id-dispożizzjonijiet mhuwiex possibbli fil-preżent.

3.   SEJBA TA' THEDDIDA SISTEMIKA GĦALL-ISTAT TAD-DRITT

36.

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li t-tħassib espress fir-Rakkomandazzjoni tal-Istat tad-Dritt, tas-26 ta' Lulju 2017, dwar il-liġijiet tal-Qorti Suprema u l-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura ma ġewx indirizzati miż-żewġ liġijiet il-ġodda għall-Qorti Suprema u għall-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura.

37.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-ebda tħassib ieħor stipulat fir-Rakkomandazzjoni tas-26 ta' Lulju 2017 dwar it-Tribunal Kostituzzjonali, il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji u l-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura ma ġie indirizzat.

38.

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjoni ta' theddida sistemika għall-istat tad-dritt fil-Polonja kif ippreżentata fir-Rakkomandazzjoni tagħha tas-27 ta' Lulju 2016, tal-21 ta' Diċembru 2016, u tas-26 ta' Lulju 2017, iddeterjorat serjament. Il-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u l-liġi dwar il-Qorti Suprema, flimkien ukoll mal-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura, u l-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji jżidu b'mod sinifikanti t-theddida sistemika għall-istat tad-dritt kif identifikat fir-Rakkomandazzjonijiet preċedenti. B'mod partikolari:

(1)

l-irtirar obbligatorju ta' għadd sinifikanti ta' mħallfin tal-Qorti Suprema attwali flimkien mal-possibbiltà li jestendu l-mandat ġudizzjarju attiv tagħhom, kif ukoll ir-reġim dixxiplinari l-ġdid għall-imħallfin tal-Qorti Suprema, idgħajfu b'mod strutturali l-indipendenza tal-imħallfin tal-Qorti Suprema, filwaqt li l-indipendenza tal-ġudikatura hija komponent ewlieni tal-istat tad-dritt;

(2)

l-irtirar obbligatorju ta' għadd sinifikanti ta' mħallfin tal-Qorti Suprema attwali jippermetti wkoll għal rikompożizzjoni estensiva u immedjata tal-Qorti Suprema. Din il-possibbiltà tqajjem tħassib fir-rigward tas-separazzjoni tas-setgħat, b'mod partikolari meta titqies flimkien mar-riformi simultanji tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura. Fil-fatt l-imħallfin il-ġodda kollha tal-Qorti Suprema se jinħatru mill-President tar-Repubblika, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura li għadu kif ġie kompost, li se jkun fil-biċċa l-kbira tiegħu iddominat minn persuni maħtura fuq bażi ta' politika. B'riżultat ta' dan, il-maġġoranza parlamentari attwali se tkun tista' tistabbilixxi, tal-inqas indirettament, il-kompożizzjoni futura tal-Qorti Suprema sa punt ferm akbar milli possibbli f'sistema fejn ir-regoli eżistenti dwar id-durata ta' mandati ġudizzjarji joperaw normalment – tkun xi tkun id-durata u jkun li jkun il-korp tal-istat li jkollu s-setgħa li jiddeċiedi dwar il-ħatriet ġudizzjarji;

(3)

il-proċedura l-ġdida ta' appell straordinarju tqajjem tħassib fir-rigward taċ-ċertezza legali u, meta meqjusa flimkien mal-possibbiltà ta' rikompożizzjoni estensiva u immedjata tal-Qorti Suprema, fir-rigward tas-separazzjoni tas-setgħat;

(4)

it-terminazzjoni tal-mandat tal-imħallfin membri kollha tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura kif ukoll il-ħatra mill-ġdid tal-imħallfin membri tagħha skont proċess li jippermetti grad għoli ta' influwenza politika, huma daqstant ieħor każ serju ta' tħassib;

(5)

il-liġijiet il-ġodda jqajmu tħassib serju rigward il-kompatibilità tagħhom mal-Kostituzzjoni Pollakka kif enfasizzat minn għadd ta' opinjonijiet, b'mod partikolari mill-Qorti Suprema, mill-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u mill-Ombudsman. Madankollu, kif spjegat fir-Rakkomandazzjoni dwar l-Istat tad-Dritt tas-26 ta' Lulju 2017, stħarriġ kostituzzjonali effettiv ta' dawn il-liġijiet ma għadux possibbli.

39.

Il-Kummissjoni tenfasizza li jkun xi jkun il-mudell tas-sistema ġudizzjarja magħżula, l-istat tad-dritt jeħtieġ li l-indipendenza tal-ġudikatura, is-separazzjoni tas-setgħat u ċ-ċertezza legali jiġu ssalvagwardjati. Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jorganizzaw is-sistemi ġudizzjarji tagħhom, inkluż jekk għandhomx jistabbilixxu Kunsill għall-Ġudikatura li r-rwol tiegħu hu li jissalvagwardja l-indipendenza ġudizzjarja. Madankollu, fejn Kunsill bħal dan ġie stabbilit minn Stat Membru, kif inhu l-każ fil-Polonja fejn il-Kostituzzjoni Pollakka inkarigat b'mod espliċitu lill-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura bil-kompitu li jissalvagwardja l-indipendenza ġudizzjarja, l-indipendenza ta' dan il-Kunsill trid tiġi ggarantita f'konformità mal-istandards Ewropej. Huwa bi tħassib kbir li l-Kummissjoni tosserva li b'konsegwenza tal-liġijiet il-ġodda msemmija hawn fuq, ir-reġim legali fil-Polonja ma jibqax jikkonforma ma' dawn ir-rekwiżiti.

40.

Barra minn hekk, azzjonijiet u dikjarazzjonijiet pubbliċi kontra l-imħallfin u l-qrati fil-Polonja magħmula mill-Gvern Pollakk u mill-membri Parlamentari mill-maġġoranza li tiggverna ħassru l-fiduċja fis-sistema ġudizzjarja kollha kemm hi. Il-Kummissjoni tenfasizza l-prinċipju ta' kooperazzjoni leali bejn il-korpi tal-istat li hu, kif enfasizzat fl-opinjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja, prekundizzjoni kostituzzjonali fi stat demokratiku rregolat mill-istat tad-dritt.

41.

Ir-rispett għall-istat tad-dritt mhuwiex biss prerekwiżit għall-ħarsien tal-valuri fundamentali kollha elenkati fl-Artikolu 2 tat-TUE. Huwa wkoll prerekwiżit għas-sostenn tad-drittijiet u l-obbligi kollha li joħorġu mit-Trattati u biex tiġi stabbilita l-fiduċja reċiproka taċ-ċittadini, in-negozji u l-awtoritajiet nazzjonali fl-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri l-oħra kollha.

42.

Il-funzjonament xieraq tal-istat tad-dritt huwa wkoll essenzjali b'mod partikolari biex is-Suq Intern jiffunzjona mingħajr xkiel billi l-operaturi ekonomiċi jridu jkunu jafu li se jiġu ttrattati b'mod ugwali taħt il-liġi. Dan ma jistax jiġi assigurat mingħajr ġudikatura indipendenti f'kull Stat Membru.

43.

Il-Kummissjoni tinnota li firxa wiesgħa ta' atturi fil-livell Ewropew u internazzjonali esprimew it-tħassib profond tagħhom fir-rigward taż-żewġ liġijiet ġodda dwar il-Qorti Suprema u l-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura, b'mod partikolari l-Kummissjoni ta' Venezja, ir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Indipendenza tal-Imħallfin u tal-Avukati, l-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem u r-rappreżentanti tal-ġudikatura madwar l-Ewropa, inklużi l-Kunsill Konsultattiv ta' Mħallfin Ewropej, in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura u l-Kunsill tal-Għaqdiet Ewropej tal-Avukati.

44.

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-15 ta' Novembru 2017 dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u d-demokrazija fil-Polonja, il-Parlament Ewropew iddikjara li huwa mħasseb ħafna dwar il-leġiżlazzjoni abbozzata mill-ġdid marbuta mal-ġudikatura Pollakka u talab lill-President Pollakk biex ma jiffirmax liġijiet ġodda sakemm dawn ma jiggarantixxux għalkollox l-indipendenza tal-ġudikatura.

4.   AZZJONI RAKKOMANDATA

45.

Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-awtoritajiet Pollakki jieħdu azzjoni xierqa sabiex jindirizzaw it-theddida sistemika għall-istat tad-dritt identifikata fit-Taqsima 2 b'urġenza.

46.

B'mod partikolari, il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-awtoritajiet Pollakki jieħdu l-azzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-liġijiet li jkunu għadhom kemm ġew adottati sabiex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti li jissalvagwardjaw l-indipendenza tal-ġudikatura, is-separazzjoni tas-setgħat u taċ-ċertezza legali kif ukoll mal-Kostituzzjoni Pollakka u l-istandards Ewropej dwar l-indipendenza ġudizzjarja:

(a)

ikun żgurat li l-liġi dwar il-Qorti Suprema tiġi emendat sabiex:

ma tapplikax età tal-irtirar baxxa għall-imħallfin attwali tal-Qorti Suprema;

titneħħa s-setgħa diskrezzjonali tal-President tar-Repubblika li jittawwal il-mandat ġudizzjarju attiv tal-imħallfin tal-Qorti Suprema;

titneħħa l-proċedura ta' appell straordinarju;

(b)

ikun żgurat li l-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura tiġi emendata biex il-mandat tal-imħallfin membri tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura ma jintemmx u s-sistema ta' ħatra l-ġdida titneħħa biex tkun żgurata l-elezzjoni tal-imħallfin membri mill-kollegi tagħhom;

(c)

ma jittiħdux azzjonijiet u ma jsirux dikjarazzjonijiet pubbliċi li jistgħu jkomplu jdgħajfu l-leġittimità tal-Qorti Suprema, il-qrati ordinarji, l-imħallfin, individwalment jew kollettivament, jew il-ġudikatura inġenerali.

47.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li l-ebda waħda mill-azzjonijiet li ġejjin, irrakkomandati fir-Rakkomandazzjoni tagħha tas-26 ta' Lulju 2017, dwar it-Tribunal Kostituzzjonali, il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji u l-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura ma ttieħdu u għalhekk ittenni r-rakkomandazzjoni tagħha biex jittieħdu l-azzjonijiet li ġejjin:

(d)

li terġa' tinkiseb l-indipendenza u l-leġittimità tat-Tribunal Kostituzzjonali bħala garanti tal-Kostituzzjoni Pollakka billi jkun żgurat li l-imħallfin, il-President u l-Viċi President tagħha jiġu eletti u maħtura legalment u billi jiġu implimentati għalkollox is-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali tat-3 u tad-9 ta' Diċembru 2015 li jirrikjedu li t-tliet imħallfin li kienu maħtura legalment f'Ottubru 2015 mil-leġiżlatura ta' qabel ikunu jistgħu jassumu l-funzjoni ta' mħallef fit-Tribunal Kostituzzjonali, u li t-tliet imħallfin maħtura mill-leġiżlatura l-ġdida mingħajr bażi ġuridika valida ma jibqgħux jaġġudikaw mingħajr ma ġew eletti b'mod validu;

(e)

li jiġu ppubblikati u eżegwiti għalkollox is-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali tad-9 ta' Marzu 2016, tal-11 ta' Awwissu 2016 u tas-7 ta' Novembru 2016;

(f)

li jkun żgurat li l-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati ġudizzjarji u dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura tiġi rtirata jew emendata sabiex tiġi żgurata l-konformità tagħha mal-Kostituzzjoni u mal-istandards Ewropej dwar l-indipendenza ġudizzjarja; b'mod konkret, il-Kummissjoni tirrakkomanda, b'mod partikolari li:

jitneħħa r-reġim tal-irtirar il-ġdid għall-imħallfin tal-qrati ordinarji, inkluża s-setgħa diskrezzjonali tal-Ministru tal-Ġustizzja li jtawwal il-mandat tagħhom;

titneħħa s-setgħa diskrezzjonali tal-Ministru tal-Ġustizzja li jaħtar u jkeċċi l-presidenti tal-qrati u jiġu rimedjati d-deċiżjonijiet diġà meħuda;

(g)

jkun żgurat li kull riforma tal-ġustizzja ssostni l-istat tad-dritt u tikkonforma mal-liġi tal-UE u mal-istandards Ewropej dwar l-indipendenza ġudizzjarja u titħejja b'kooperazzjoni mill-qrib mal-ġudikatura u mal-partijiet interessati kollha.

48.

Il-Kummissjoni tenfasizza li l-kooperazzjoni leali li hi meħtieġa fost l-istituzzjonijiet differenti tal-istat fi kwistjonijiet relatati mal-istat tad-dritt hija essenzjali sabiex tinstab soluzzjoni fis-sitwazzjoni attwali. Il-Kummissjoni tinkoraġġixxi wkoll lill-awtoritajiet Pollakki biex jimplimentaw il-fehmiet tal-Kummissjoni ta' Venezja rigward il-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura, il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji u l-liġi dwar il-Qorti Suprema kif ukoll biex jitolbu l-opinjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar kull proposta legiżlattiva ġdida li għandha l-għan li tirriforma s-sistema ġudizzjarja fil-Polonja.

49.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Gvern Pollakk isolvi l-problemi identifikati f'din ir-Rakkomandazzjoni fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi din ir-Rakkomandazzjoni, u jinforma lill-Kummissjoni bil-passi li ttieħdu f'dan ir-rigward.

50.

Ir-Rakkomandazzjoni preżenti qed tinħareġ fl-istess ħin flimkien mal-proposta motivata ppreżentata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja. Il-Kummissjoni hija lesta, f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, li tikkunsidra mill-ġdid din il-proposta motivata, jekk l-awtoritajiet Pollakki jimplimentaw l-azzjonijiet rakkomandati stabbiliti f'din ir-Rakkomandazzjoni fiż-żmien preskritt.

51.

Abbażi ta' din ir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tinsab lesta biex issegwi djalogu kostruttiv mal-Gvern Pollakk.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

L-ewwel Viċi President


(1)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1374 tas-27 ta' Lulju 2016 dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja (ĠU L 217, 12.8.2016, p. 53).

(2)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/146 tal-21 ta' Diċembru 2016 dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja kumplimentari għar-Rakkomandazzjoni (UE) 2016/1374 (ĠU L 22, 27.1.2017, p. 65); u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1520 tas-26 ta' Lulju 2017 dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja kumplimentari għar-Rakkomandazzjonijiet (UE) 2016/1374 u (UE) 2016/1374 (ĠU L 228, 2.9.2017, p. 19).

(3)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014, “Qafas ġdid tal-UE biex Jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt”, COM(2014) 158 final.

(4)  Ara COM(2014) 158 final, it-Taqsima 2, l-Anness I.

(5)  L-OSKE Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR), it-30 ta' Awwissu 2017, l-Opinjoni dwar Ċerti Dispożizzjonijiet tal-Abbozz tal-Att dwar il-Qorti Suprema tal-Polonja.

(6)  K 10/17.

(7)  PACE, il-11 ta' Ottubru 2017, ir-Riżoluzzjoni 2188 (2017), New threats to the rule of law in Council of Europe member States: selected examples.

(8)  ENCJ, it-13 ta' Ottubru 2017, Opinion of the ENCJ Executive Board on the request of the Krajowa Rada Sądownictwa (il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura) of Poland.

(9)  United Nations Special Rapporteur on the independence of judges and lawyers, 27 October 2017, Preliminary observations on the official visit to Poland (23-27 October 2017).

(10)  CCJE(2017)9, l-10 ta' Novembru 2017, Statement as regards the Situation on the Independence of the Judiciary in Poland.

(11)  OSKE-ODIHR, it-13 ta' Novembru 2017, Opinion on Certain Provisions of the Draft Act on the Supreme Court of Poland (as of 26 September 2017).

(12)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-qagħda tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija fil-Polonja (2017/2931(RSP)).

(13)  CCBE, l-24 ta' Novembru 2017, Resolution of the Plenary Session of the Council of Bars and Law Societies of Europe (CCBE).

(14)  ENCJ, il-5 ta' Diċembru 2017, Opinion of the ENCJ Executive Board on the adoption of the amendments to the law on the National Council for the Judiciary.

(15)  Opinion 904/2017 CDL(2017)035 of the Venice Commission on the draft act amending the Act on the National Council of the Judiciary, on the draft act amending the Act on the Supreme Court proposed by the President of Poland, and on the Act on the Organisation of Ordinary Courts (“CDL(2017)035”), u Opinion 892/2017 CDL(2017)037 of the Venice Commission on the Act on the Public Prosecutor's Office as amended (“CDL(2017)037”).

(16)  Il-liġi li temenda l-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura u l-Prosekuzzjoni Pubblika, il-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji u ċerti liġijiet oħra (“il-liġi dwar l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura”);

(17)  L-Artikolu 37(1) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema. Din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għall-imħallfin tal-Qorti Amministrattiva Suprema billi l-Artikolu 49 tal-liġi tal-25 ta' Lulju 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-qrati amministrattivi jistipula li l-kwistjonijiet marbuta mal-Qorti Amministrattiva Suprema li mhumiex regolati minn dak l-att (is-sistema tal-irtirar mhijiex) huma regolati mutatis mutandis mil-liġi dwar il-Qorti Suprema.

(18)  L-Artikolu 111(1) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 111(3) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema, l-imħallfin kollha tal-awla militari (hi x'inhi l-età tagħhom) jitneħħew u jiġu rtirati mingħajr il-possibbiltà li jitolbu lill-President tar-Repubblika biex jiġi estiż il-mandat attiv tagħhom.

(19)  Il-Kawża tal-QEDB Campbell and Fell v ir-Renju Unit, it-28 ta' Ġunju 1984, il-paragrafu 80. il-Kawża Henryk Urban and Ryszard Urban v il-Polonja, it-30 ta' Novembru 2011 (final), il-paragrafu 45; il-Kawża Fruni v is-Slovakkja, il-21 ta' Ġunju 2011 (final), il-paragrafu 145; u l-Kawża Brudnicka and others v il-Polonja, it-3 ta' Marzu 2005 (final), il-paragrafu 41.

(20)  Il-paragrafi 49 u 50 tar-Recommendation CM/Rec(2010)12 of the Committee of Ministers to member states on judges: independence, efficiency and responsibilities (“ir-Rakkomandazzjoni tal-KtE tal-2010”).

(21)  CDL(2017)035, il-paragrafu 48.

(22)  Sentenza tal-31 ta' Mejju 2005 fil-Kawża C-53/03 Syfait u Oħrajn, ECLI:EU:C:2005:333, il-paragrafu 31; Sentenza tal-4 ta' Frar 1999 fil-Kawża C-103/97 Köllensperger u Atzwanger, ECLI:EU:C:1999:52, il-paragrafu 20.

(23)  Sentenza tad-9 ta' Ottubru 2014 fil-Kawża C-222/13 TDC, ECLI:EU:C:2014:2265 il-paragrafi 29-32; Sentenza tad-19 ta' Settembru 2006 fil-Kawża C-506/04 Wilson, ECLI:EU:C:2006:587, il-paragrafu 53; Sentenza tal-4 ta' Frar 1999 fil-Kawża C-103/97 Köllensperger u Atzwanger, ECLI:EU:C:1999:52, il-paragrafi 20-23; Sentenza tas-17 ta' Settembru 1997 fil-Kawża C-54/96 Dorsch Consult, ECLI:EU:C:1997:413, il-paragrafu 36; Sentenza tad-29 ta' Novembru 2001 fil-Kawża C-17/00, De Coster, ECLI:EU:C:2001:651, il-paragrafi 18-21; Sentenza tat-13 ta' Diċembru 2017 fil-Kawża C-403/16 Hassani ECLI:EU:C:2017:960, il-paragrafu 40; Il-Kawża tal-QEDB Baka vs. l-Ungerija, 20261/12, it-23 ta' Ġunju 2016, il-paragrafu 121.

(24)  Il-Kawża tal-QEDB Campbell u Fell vs. ir-Renju Unit, A80 (1984), it-28 ta' Ġunju 1984, il-paragrafu 80.

(25)  Ir-regoli l-ġodda jikkontradixxu l-prinċipju li l-imħallfin ma jistgħux jitneħħew bħala element ewlieni tal-indipendenza tal-imħallfin kif minquxa fir-Rakkomandazzjoni tal-2010 tal-KtE (il-paragrafu 49). Skont dan, jenħtieġ li l-imħallfin tal-Qorti Suprema jkollhom ħatra fissa garantita u jenħtieġ li l-mandati tagħhom ma jiġux terminati b'mod prematur. Barra minn hekk, jenħtieġ li deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-għażla u l-karriera tal-imħallfin jiġu bbażati fuq kriterji oġġettivi prestabbiliti bil-liġi jew mill-awtoritajiet kompetenti, u meta l-gvern jew is-setgħa leġiżlattiva tieħu deċiżjonijiet dwar l-għażla u l-karriera tal-imħallfin, jenħtieġ li awtorità indipendenti u kompetenti li parti sostanzjali minnha tkun ġejja mill-ġudikatura tkun awtorizzata biex tagħmel rakkomandazzjonijiet jew tesprimi opinjonijiet li l-awtorità tal-ħatra rilevanti timxi magħhom fil-prattika (il-paragrafi 44-48).

(26)  Skont l-Artikolu 111(4) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema, il-President tar-Repubblika se jafda t-tmexxija tal-Qorti Suprema lil imħallef tal-Qorti Suprema tal-għażla tiegħu. Dan l-“Ewwel President Aġent” se jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu sakemm l-Assemblea Ġenerali tal-imħallfin tippreżenta ħames kandidati għall-kariga tal-Ewwel President tal-Qorti Suprema (l-Artikolu 12). L-imħallfin tal-Assemblea Ġenerali tal-Qorti Suprema se tkun kapaċi tippreżenta dawn il-kandidati mhux qabel jinħatru mill-inqas 110 imħallfin tal-Qorti Suprema.

(27)  L-Artikolu 183(3) tal-kostituzzjoni Pollakka jistipula li l-Ewwel President tal-Qorti Suprema għandhom jinħatru mill-President tar-Repubblika għal mandat ta' sitt snin minn fost il-kandidati proposti mill-Assemblea Ġenerali tal-Imħallfin tal-Qorti Suprema.

(28)  Paġna 2 tal-memorandum ta' spjegazzjoni.

(29)  Il-Kawża tal-QEDB Sõro v. l-Estonja, it-3 ta' Settembru 2015, il-paragrafi 60-62.

(30)  Il-paragrafi 44-47 u 50 tar-Rakkomandazzjoni tal-KtE tal-2010.

(31)  L-Opinjoni CDL(2017)035, il-paragrafu 130.

(32)  L-Opinjoni CDL(2017)035, il-paragrafu 48.

(33)  It-talba trid issir permezz tal-Ewwel President tal-Qorti Suprema li jagħti opinoni fuq talba ta' mħallef. Għall-estensjoni tal-mandat tal-Ewwel President, jenħtieġ li l-Ewwel President jagħti l-opinjoni tal-kulleġġ tal-Qorti Suprema lill-President tar-Repubblika. Waqt il-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni, il-President tar-Repubblika jista' jitlob għall-opinjoni mhux vinkolanti tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura (ara l-Artikolu 37(2) flimkien mal-Artikolu 111(1) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema. Ta' min jinnota li, skont l-opinjoni tal-Qorti Suprema, taħt il-kostituzzjoni din id-deċiżjoni mill-President tar-Repubblika titlob kontrofirma tal-Prim Ministru, skont l-Artikolu 144(1) u (2) tal-kostituzzjoni Pollakka.

(34)  Il-paragrafi 46 u 47. Dan ir-reġim iqajjem tħassib ukoll mal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar it-Tisħiħ tal-Indipendenza Ġudizzjarja u l-Imparzjalità CM(2016)36 final (fis-C. ii; “Pjan ta' Azzjoni tal-KtE tal-2016”) u l-paragrafumetri referenzjarji tas-CCJE (l-Opinjoni nru 1 dwar l-Istandards li jikkonċernaw l-Indipendenza tal-Ġudikatura u l-Poizzjoni Fissa tal-Imħallfin (il-paragrafu 25)).

(35)  Il-paragrafu 48 tar-Rakkomandazzjoni tal-KtE tal-2010.

(36)  Il-paragrafu 49 tar-Rakkomandazzjoni tal-KtE tal-2010.

(37)  Ara l-Opinjoni CDL(2017)035, il-paragrafi 51 u 130.

(38)  L-Artikolu 89(1) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.

(39)  L-Artikolu 115 tal-liġi dwar il-Qorti Suprema. Wara l-perjodu ta' tliet snin l-appell ikun irid jiġi ppreżentat fi żmien ħames snin minn meta s-sentenza kkonċernata tkun saret definittiva u legali u fi żmien sena jekk ikun sar l-appell ta' kassazzjoni, sakemm l-appell straordinarju ma jkunx sar għad-detriment tal-intimat, f'dan il-każ, l-appell jista' jiġi ppreżentat sa mhux aktar tard minn sena wara li d-deċiżjoni ssir definittiva (jew, jekk tkun ġiet ippreżentata l-kassazzjoni, mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-eżami tal-kassazzjoni; ara l-Artikolu 89(4) tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema).

(40)  Jekk ikunu għaddew ħames snin minn meta d-deċiżjoni kkontestata tkun saret definittiva u d-deċiżjoni kellha effetti legali irriversibbli jew jekk tkun iġġustifikata mill-prinċipji jew mid-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni u ċittadini minquxa fil-Kostituzzjoni, il-Qorti Suprema tista' tillimita ruħha li tikkonferma li d-deċiżjoni kkontestata tkun qed tikser il-liġi u tindika ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-ħruġ ta' deċiżjoni bħal din (Ara Artikolu 89(4) u l-Artikolu 115(2) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema).

(41)  L-Artikolu 91(1) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.

(42)  Każijiet kriminali ma jistgħux jiġu straordinarjament appellati għad-detriment tal-intimat iktar minn sena wara li d-deċiżjoni ssir definittiva (jew, jekk tkun ġiet ippreżentata kassazzjoni, mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-eżami tal-kassazzjoni); barra minn hekk, ma hemm l-ebda possibbiltà ta' appelli kontra sentenzi li jistabbilixxu n-nullità ta' żwieġ, l-annullament ta' żwieġ jew id-dikjarazzjoni ta' divorzju (ħlief jekk waħda mill-partijiet jew iż-żewġ partijiet ikunu reġgħu żżewġu wara li d-deċiżjoni tkun saret definittiva) jew deċiżjoni dwar adozzjoni. L-appell straordinarju ma jistax jikkonċerna offiżi żgħar jew reati fiskali minuri; ara l-Artikolu 89(3) u 90(3) u (4) tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema.

(43)  L-Artikolu 89(2) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.

(44)  L-Artikolu 89(1) u l-punti 1-3 tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema.

(45)  Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) fil-Kawża, Brumărescu v. ir-Rumanija tat-28 ta' Ottubru 1999, il-paragrafu 61; Il-kawża Ryabykh v. ir-Russja, tat-3 ta' Marzu 2003, il-paragrafi 54 u 57; Il-Kawża Miragall Escolano u oħrajn v Spanja, tal-25 ta' Jannar 2000, il-paragrafu 33; ukoll Phinikaridou v Ċipru, tal-20 ta' Diċembru 2007, il-paragrafu 52.

(46)  Sentenza tat-30 ta' Settembru 2003 fIl-Kawża C-224/01 Köbler, ECLI:EU:C:2003:513, il-paragrafu 38.

(47)  Moreira Ferreira v. il-Portugall (nru. 2), tal-11 ta' Lulju 2017 (final), il-paragrafu 62.

(48)  L-Opinjoni CDL(2017)035 il-paragrafi 58, 63 u 130.

(49)  Iż-żewġ prinċipji tqiesu bħala parti mill-istat tad-dritt mit-Tribunal Kostituzzjonali; ara s-sentenzi tat-Tribunal Kostituzzjonali SK 7/06 tal-24 ta' Ottubru 2007 u SK 77/06 tal-1 ta' April 2008.

(50)  Is-Sentenza SK 19/05 tat-28 ta' Novembru 2006; SK 16/05 tal-14 ta' Novembru 2007.

(51)  B'mod partikolari l-opinjonijiet tal-Qorti Suprema tas-6 u tat-23 ta' Ottubru, u tat-30 ta' Novembru 2017, l-opinjoni tal-Ombudsman tal-11 ta' Novembru 2017 u l-opinjoni tat-13 ta' Novembru 2017 tal-OSKE-ODIHR.

(52)  L-Artikolu 74 tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.

(53)  L-Artikolu 76(8) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema; il-President tar-Repubblika jista' jaħtar l-uffiċjal dixxiplinari straordinarju minn fost il-prosekuturi proposti mill-Prosekutur tal-Istat jekk każ dixxiplinari jikkonċerna imġiba ħażina dixxiplinari li tissodisfa l-kriterji ta' reat intenzjonat imħarrek minn akkuża pubblika jew ta' reati fiskali intenzjonati.

(54)  L-Artikolu 76(8) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.

(55)  Skont l-Artikolu 76(9) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema, il-Ministru tal-Ġustizzja jista' jinnotifika lill-President tar-Repubblika dwar il-ħtieġa li jaħtar uffiċjal dixxiplinari straordinarju jekk ikun hemm każ ta' kondotta ħażina dixxiplinari li jissodisfa l-kriterji ta' reat intenzjonat imħarrek minn akkuża pubblika jew reat fiskali intenzjonat. Milli jidher, il-fatt jekk każ jissodisfax dawn il-kriterji jew le jiġi stabbilit b'mod awtonomu mill-Ministru tal-Ġustizzja u mill-President tar-Repubblika billi d-deċiżjonijiet tagħhom dwar il-ħatra tal-uffiċjal dixxiplinari straordinarju ma tistax tiġi appellata.

(56)  L-opinjoni tal-OSKE-ODIHR tat-13 ta' Novembru 2017; il-paragrafi 119-121; L-opinjoni tal-Qorti Suprema tas-6 ta' Ottubru, paġna 34.

(57)  Skont l-Artikolu 108 minn (17) sa (19) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema, il-Ministru tal-Ġustizzja qed jingħata s-setgħa li jistabbilixxi n-numru ta' mħallfin dixxiplinari u jaħtar l-imħallfin għall-qorti ordinarja mingħajr ma jikkonsulta mal-ġudikatura. Barra minn hekk, il-Ministru tal-Ġustizzja jkun jista' personalment jikkontrolla każijiet dixxiplinari kontra l-imħallfin tal-qorti ordinarja permezz ta' uffiċjali dixxiplinari u uffiċjal dixxiplinari straordinarju tal-Ministru tal-Ġustizzja maħtur minnu nnifsu (inkluż taħt ċerti ċirkostanzi wkoll minn prosekuturi). L-uffiċjali dixxiplinari maħtura mill-Ministru tal-Ġustizzja jkunu jistgħu jerġgħu jiftħu investigazzjonijiet magħluqa wara talba mill-Ministru tal-Ġustizzja.

(58)  Skont il-liġi, d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qorti ta' Ġudikatura Ordinarja, inklużi dawk dwar aspetti proċedurali ta' proċedimenti dixxiplinari li japplikaw mutatis mutandis għall-imħallfin tal-Qorti Suprema; ara l-Artikolu 72(1) u l-Artikolu 108 flimkien mal-Artikolu 10(1) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema. Il-liġi dwar il-Qorti Suprema temenda fl-Artikolu 108 tagħha l-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati ta' Ġudikatura Ordinarja.

(59)  L-Artikolu 108(23) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema f'termini tal-Artikolu 115c li ġiet miżjuda mal-liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati ta' Ġudikatura Ordinarja.

(60)  Jekk l-evidenza tkun ġiet ippreżentata wara ż-żmien preskritt, ara l-Artikolu 108(22) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.

(61)  L-Artikolu 108(13)(b) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.

(62)  L-Artikolu 108(23) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.

(63)  Il-QEDB fil-Kawża Vilho Eskelinen u l-oħrajn v il-Finlandja, id-19 ta' April 2007 il-paragrafu 62;il-Kawża Olujić v il-Kroazja, il-5 ta' Frar 2009, il-paragrafu 34-43; Il-Kawża Harabin v is-Slovakkja, l-20 ta' Novembru 2012 il-paragrafu 118-124; u l-Kawża Baka v l-Ungerija, it-23 ta' Ġunju 2016, il-paragrafu 100-119.

(64)  L-Artikolu 26 u l-Artikolu 94 tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.

(65)  L-Artikolu 134 tal-liġi dwar il-Qorti Suprema. l-ewwel Awla tal-ħidma, is-sigurtà soċjali u l-affarijiet pubbliċi hija maqsuma f'żewġ Awliet, l-Awla tal-ħidma u s-sigurtà soċjali u l-Awla l-ġdida tal-kontroll straordinarju u l-affarijiet pubbliċi; din l-Awla l-ġdida se tkun magħmula minn imħallfin ġodda billi l-imħallfin attwali kollha ġew ittrasferiti għall-Awla tal-ħidma u s-sigurtà soċjali; l-imħallfin attwali tal-Qorti Suprema jistgħu jitolbu trasferiment għal din l-Awla l-ġdida.

(66)  Lista sħiħa tal-kompiti trattati minn din l-Awla tinsab fl-Artikolu 26.

(67)  Il-President tal-kamra dixxiplinari huwa awtonomu fil-konfront tal-Ewwel President tal-Qorti Suprema u l-baġit ta' din l-Awla jista' jiżdied b'mod sostanzjali meta mqabbel mal-baġit ġenerali tal-Qorti Suprema (ara l-Artikolu 7(2) u (4), u l-Artikolu 20 tal-liġi dwar il-Qorti Suprema).

(68)  Skont l-Artikolu 131 tal-liġi dwar il-Qorti Suprema, sakemm jinħatru l-imħallfin kollha tal-Qorti Suprema fl-Awla Dixxiplinari, imħallfin oħra tal-Qorti Suprema ma jistgħux jiġu ttrasferiti biex jokkupaw kariga f'din l-Awla.

(69)  Lista sħiħa tal-kompiti ttrattati mill-Awla Dixxiplinari tinsab fl-Artikolu 27 tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.

(70)  L-Opinjoni CDL(2017)035, il-paragrafu 92.

(71)  L-Opinjoni CDL(2017)035, il-paragrafu 43.

(72)  L-Artikolu 61(2) tal-liġi dwar il-Qorti Suprema.

(73)  L-Opinjoni CDL(2017)035, il-paragrafu 67.

(74)  L-Artikolu 186(1) tal-Kostituzzjoni Pollakka: “Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura għandu jissalvagwardja l-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin”.

(75)  Pereżempju, fil-kuntest ta' proċedimenti dixxiplinari kontra l-imħallfin immexxija minn Kunsill, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem staqsiet dwar il-livell ta' influwenza tal-awtoritajiet leġiżlattivi jew eżekuttivi billi l-Kunsill kien kompost minn maġġoranza ta' membri maħtura direttament minn dawn l-awtoritajiet; Il-QEDB fil-Kawża Ramos Nunes de Carvalho E Sá v Portugal, 55391/13, 57728/13 u 74041/13, il-21 ta' Ġunju 2016, il-paragrafu 77.

(76)  Il-mandati tal-imħallfin membri attwali jkunu jiskadu fil-jum ta' qabel il-bidu tal-mandat konġunt tal-imħallfin membri l-ġodda tal-Kunsill, iżda mhux aktar tard minn 90 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġi. L-iskeda ta' żmien hija kif ġej: fi żmien tlett ijiem wara l-pubblikazzjoni tal-liġi, il-Marixxall tas-Sejm iħabbar il-bidu tal-proċedura ta' nomina. Fi żmien 21 jum minn dan l-avviż, il-kandidati għal karigi ta' mħallfin membri tal-Kunsill jiġu ppreżentati lill-Marixxall tas-Sejm mill-entitajiet awtorizzati (gruppi ta' mill-anqas 25 imħallef jew 2 000 ċittadin). Wara li jgħaddi dan it-terminu ta 21 jum, il-Marixxall jittrażmetti l-lista ta' kandidati lill-gruppi parlamentari li jkollhom sebat ijiem biex jipproponu sa disa' kandidati minn din il-lista. Sussegwentement, il-proċedura ta' ħatra ssir skont id-dispożizzjonijiet regolari (ara hawn taħt); ara l-Artikoli 6 u 7 tal-liġi li temenda l-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura u l-Artikolu 1(1), u (3) f'termini tal-Artikoli miżjuda 11a u 11d tal-liġi li temenda l-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura.

(77)  Il-paragrafu 27; ara wkoll C il-punt (ii) tal-Pjan ta' Azzjoni tal-2016; Il-paragrafu 27 tal- Opinjoni tas-CCJE (Kunsill Konsultattiv ta' Mħallfin Ewropej) Nru 10 dwar il-Kunsill għall-Ġudikatura fis-servizz tas-soċjetà; u l-paragrafu. 2.3 tal-istandards ENCJ (Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura) fir-Rapport “Kunsilli għall-Ġudikatura” 2010-11.

(78)  Il-Kostituzzjoni tistipula li l-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura jkun magħmul minn membri ex officio (l-Ewwel President tal-Qorti Suprema, il-Ministru tal-Ġustizzja, il-President tal-Qorti Amministrattiva Suprema u persuna maħtura mill-president) u l-membri eletti. Il-membri eletti jikkonsistu minn erba' deputati “magħżula mis-Sejm”, żewġ senaturi “magħżula mis-Senat” u 15-il imħallef (“magħżula minn fost” il-qrati komuni, amministrattivi u militari u mill-Qorti Suprema).

(79)  L-Artikolu 1(3) tal-liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura li jżid l-Artikolu 11a(2) u (3): Qed tinġibed l-attenzjoni lejn il-fatt li kull grupp (ta' mħallfin u ta' ċittadini) jista' jressaq aktar minn nomina waħda għal imħallef membru tal-Kunsill.

(80)  Jekk il-gruppi parlamentari ma jippreżentawx, b'kollox, 15-il kandidat, il-Presidju tas-Sejm jagħżilhom hu stess sabiex tinħoloq lista ta' 15-il kandidat li sussegwentement tintbagħat lill-kumitat tas-Sejm (ara l-Artikolu 1(3) li jżid l-Artikolu 11c u l-Artikolu 11d(1)-(4)).

(81)  Il-QEDB fil-Kawżi Morice v Franza, 29369/10, it-23 ta' April 2015, il-paragrafu 78; Ċipru vs. It-Turkija, 25781/94, l-10 ta' Mejju 2001, il-paragrafu. 233.

(82)  L-Opinjoni CDL(2017)035, il-paragrafu 130.

(83)  L-Opinjoni CDL(2017)035, il-paragrafu 31.