ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 7

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
12ta' Jannar 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/44 tal-20 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2374 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/45 tal-20 ta' Ottubru 2017 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES għas-sena 2018

6

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/46 tal-20 ta' Ottubru 2017 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali u fil-baħar fond fl-ilmijiet tal-Majjistral għas-sena 2018

13

 

*

Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/47 tat-30 ta' Ottubru 2017 li jawtorizza l-użu ta' xbieki tat-tkarkir T90 alternattivi għas-sajd fil-Baħar Baltiku, b'deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005

21

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/48 tal-11 ta' Jannar 2018 li jdaħħal isem fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Suikerstroop (STG)]

23

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/49 tal-11 ta' Jannar 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 wara rieżami ta' esportatur ġdid skont l-Artikolu 11(4) u 13(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

31

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/50 tal-11 ta' Jannar 2018 li jemenda għall-280 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

35

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2018/51 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex tipprovdi l-finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli

37

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/52 tal-11 ta' Jannar 2018 li ttemm ir-rieżami interim parzjali dwar l-importazzjonijiet ta' ċerti fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja

39

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir- Regolament (KE) Nru 329/2007 ( ĠU L 224, 31.8.2017 )

41

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/44

tal-20 ta' Ottubru 2017

li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2374 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(6) u 18(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina b'mod progressiv il-qbid skartat fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti fuq il-qbid.

(2)

Sabiex jiġi implimentat l-obbligu tal-ħatt l-art, l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-pjanijiet għall-iskartar permezz ta' att delegat għal perjodu ta' mhux iżjed minn tliet snin abbażi tar-rakkomandazzjonijiet konġunti li jiġu żviluppati mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti.

(3)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 (2), stabbilixxa pjan għall-iskartar għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ wara rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata mill-Belġju, minn Spanja, minn Franza, min-Netherlands u mill-Portugall fl-2016.

(4)

Il-Belġju, Spanja, Franza, in-Netherlands u l-Portugall għandhom interess ta' ġestjoni dirett tas-sajd fl-ilmijiet tal-Lbiċ. Fit-2 ta' Ġunju 2017, dawk l-Istati Membri ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta ġdida lill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv għall-Ilmijiet tal-Lbiċ, li ssuġġerixxa ċerti emendi għall-pjan tal-iskartar.

(5)

Ir-Rakkomandazzjoni Konġunta l-ġdida ġiet evalwata mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (3). Il-miżuri li kienu ssuġġeriti f'dik ir-rakkomandazzjoni konġunta jikkonformaw mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u b'hekk jistgħu jiddaħħlu fil-pjan għall-iskartar.

(6)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi li s-sajd tal-istokkafixx (Micromesistius poutassou) li jinqabad bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u bit-tartaruni fid-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES jiddaħħal ukoll fil-pjan għall-iskartar stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/2374.

(7)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi wkoll li tiġi emendata d-definizzjoni tas-sajd għall-petriċa (Lophiidae) fid-Diviżjonijiet VIII a, b, d, u e tal-ICES, u fid-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES, kif stabbilit fil-pjan għall-iskartar billi jinżied kodiċi tal-irkaptu tal-pariti (GTR) u jitnaqqas id-daqs tal-malja għax-xbieki fissi kollha minn 200 għal 170 mm.

(8)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida ssuġġeriet ukoll li għandha tinżamm l-eżenzjoni mill-obbligu ta' ħatt l-art li ngħatat bil-pjan għall-skartar għall-iskampu maqbud mix-xbieki tat-tkarkir fis-subżoni VIII u IX tal-ICES, għaliex l-evidenza xjentifika eżistenti tindika l-possibbiltà ta' rati għoljin ta' sopravivenza, u dan filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-irkapti li jimmiraw għal din l-ispeċi, il-prattiki tas-sajd u l-ekosistema. Fl-evalwazzjoni tiegħu l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd ikkonkluda li l-esperimenti u l-istudji l-aktar riċenti li tlestew permezz tal-informazzjoni addizzjonali li taw l-Istati Membri juru biżżejjed provi dwar ir-rati tas-sopravivenza. Għalhekk, jinħtieġ li dik l-eżenzjoni li ngħatat darbtejn (għas-sena 2016 u għas-sena 2017) tinżamm fis-sena 2018.

(9)

L-eżenzjoni de minimis stabbilita fil-pjan għall-iskartar għall-merluzz, fl-2018 sa massimu ta' 6 % tal-qabdiet annwali totali ta' din l-ispeċi maqbuda minn bastimenti li jistadu għal din l-ispeċi fis-subżoni VIII u IX tal-ICES bix-xbieki tat-tkarkir, hija bbażata fuq il-fatt li ż-żidiet vijabbli fis-selettività jkunu diffiċli ħafna li jinkisbu. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd ikkonkluda li l-informazzjoni dwar is-selettività addizzjonali li ngħatat mill-Istati Membri kien fiha provi addizzjonali li juru li huwa diffiċli ħafna għall-mestieri involuti li jiksbu s-selettività. Madankollu, għandha ssir aktar ħidma sabiex tissaħħaħ il-ġustifikazzjoni għal din l-eżenzjoni. Għalhekk, jinħtieġ li din l-eżenzjoni tiġi estiża sal-2018, u bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni mtejba li tiġġustifika din l-eżenzjoni li tiġi vvalutata mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd.

(10)

Jinħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 jiġi emendat skont dan.

(11)

Billi l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament iħallu impatt dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-istaġun tas-sajd u mal-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, jinħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Jinħtieġ li jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(1), il-punt (a) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(a)

għall-merluzz (Merluccius merluccius), fl-2018 sa massimu ta' 6 % tal-qabda annwali totali ta' din l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir u t-tartaruni (il-kodiċijiet tal-irkaptu: OTT, OTB, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SDN, SX u SV) biex jaqbdu l-merluzz fis-subżoni VIII u IX tal-ICES.”;

(2)

Fl-Artikolu 3(2), is-sena “2017” tinbidel bis-sena “2018”;

(3)

L-Anness jinbidel bit-test ippreżentat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 28.1.2013, p. 22.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2374 tat-12 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 33).

(3)  2017-07_STECF PLEN 17-02_JRCxxx.pdf


ANNESS

Sajd li hu soġġett għall-obbligu tal-ħatt l-art

1.   Is-sajd tal-lingwata komuni (Solea solea)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu l-art

Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES

OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT,TX

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

Id-daqs tal-malja bejn 70 mm u 100 mm

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni

TBB

Ix-xbieki tat-tkarkir bi Travu kollha

Id-daqs tal-malja bejn 70 mm u 100 mm

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Il-Pariti u l-Għeżula kollha

Id-daqs tal-malja 100 mm jew iżjed

2.   Is-sajd tal-lingwata komuni (Solea solea) u tal-barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu l-art

It-taqsima IXa tal-ICES

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Il-Pariti u l-Għeżula kollha

Id-daqs tal-malja 100 mm jew iżjed

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni u tal-barbun tat-tbajja'

3.   Is-sajd tal-merluzz (Merluccius merluccius)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu l-art

Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES

OTT, OTB, PTB, SDN, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SX, SV

Ix-Xbieki tat-Tkarkir tal-Qiegħ u t-Tartaruni kollha

Id-daqs tal-malja 100 mm jew iżjed

Il-qabdiet kollha tal-merluzz

LL, LLS

Il-konzijiet kollha

Kollha

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN

L-Għeżula kollha

Id-daqs tal-malja 100 mm jew iżjed

Id-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES

OTT, OTB, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SDN, SX, SV

Ix-Xbieki tat-Tkarkir tal-Qiegħ u t-Tartaruni kollha

Bastimenti li jissodisfaw il-kriterji kumulattivi li ġejjin:

1.

Jużaw malja ta' daqs 70 mm jew iżjed

2.

Il-ħatt l-art totali fil-perjodu 2014/2015 jikkonsisti (1) minn: iktar minn 5 % tal-ispeċijiet kollha li jinħattu l-art u iktar minn 5 tunnellati metriċi.

Il-qabdiet kollha tal-merluzz

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN

L-Għeżula kollha

Malja tax-xbieki wiesgħa bejn 80 mm u 99 mm

LL, LLS

Il-konzijiet kollha

Sunnara ikbar minn 3,85 cm +/– 1,15 cm fit-tul u 1,6 cm +/– 0,4 cm fil-ħxuna

4.   Is-sajd tal-petriċa (Lophiidae)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu l-art

Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN, GTR

Il-Pariti u l-Għeżula kollha

Malja daqs 170 mm jew iżjed

Il-qabdiet kollha tal-petriċa

Id-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN, GTR

Il-Pariti u l-Għeżula kollha

Malja daqs 170 mm jew iżjed

Il-qabdiet kollha tal-petriċa

5.   Is-sajd tal-iskampu (Nephrops norvegicus)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu l-art

Id-Diviżjonijiet VIIIa, b, d, u e tal-ICES (fl-unitajiet funzjonali biss)

OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT,TX

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

Malja daqs 70 mm jew iżjed

Il-qabdiet kollha tal-Iskampu

Id-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES (fl-unitajiet funzjonali biss)

OTB, PTB, OTT, TBN, TBS, OT, PT, TX TB

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

Malja daqs 70 mm jew iżjed

Il-qabdiet kollha tal-Iskampu

6.   Is-sajd taċ-ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu l-art

Id-Diviżjonijiet VIIIc, IX, X tal-ICES u ż-żona 34.1.2 tas-CECAF

LLS, DWS

Konzijiet tal-qiegħ fissi

Il-qabdiet kollha taċ-ċinturin iswed meta l-ħatt l-art tal-ispeċijiet kollha totali għal kull bastiment fl-2014 u fl-2015 (2) kien fihom proporzjon ta' aktar minn 20 % ċinturin iswed

7.   Is-sajd tal-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu l-art

It-taqsima IX tal-ICES

LLS, DWS

Konzijiet tal-qiegħ fissi

Sunnara ikbar minn 3,95 cm fit-tul u 1,65 cm fil-ħxuna

Il-qabdiet kollha tal-paġella ħamra meta l-ħatt l-art tal-ispeċijiet kollha totali għal kull bastiment fl-2014 u fl-2015 (3) kien fihom proporzjon ta' aktar minn 20 % paġella ħamra

8.   Is-sajd tal-istokkafixx (Micromesistius poutassou)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu l-art

Id-Diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES

OTT, OTB, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SDN, SX, SV

Ix-Xbieki tat-Tkarkir tal-Qiegħ u t-Tartaruni kollha

Kollha

Il-qabdiet kollhatal-istokkafixx


(1)  Perjodu ta' referenza għas-sena 2017. Għall-2018 il-perjodu ta' referenza għandu jkun 2015/2016.

(2)  Perjodu ta' referenza għas-sena 2017. Għall-2018 il-perjodu ta' referenza għandu jkun 2015/2016.

(3)  Perjodu ta' referenza għas-sena 2017. Għall-2018 il-perjodu ta' referenza għandu jkun 2015/2016.


12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/6


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/45

tal-20 ta' Ottubru 2017

li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES għas-sena 2018

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(6) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 18a tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina b'mod progressiv il-qbid skartat fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti fuq il-qbid.

(2)

Sabiex jiġi implimentat l-obbligu ta' ħatt l-art, l-Artikolu 15(6) ta' dak ir-Regolament jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-pjanijiet għall-iskartar permezz ta' atti delegati għal perjodu ta' mhux iżjed minn tliet snin abbażi tar-rakkomandazzjonijiet konġunti li jiġu żviluppati mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti.

(3)

Il-Belġju, id-Danimarka,il-Ġermanja, Franza, in-Netherlands, l-Iżvezja u r-Renju Unit għandhom interess ta' ġestjoni dirett fis-sajd fil-Baħar tat-Tramuntana. Wara li kkonsultaw mal-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar tat-Tramuntana, fit-3 ta' Ġunju 2016 dawk l-Istati Membri ressqu rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni dwar pjan għall-iskartar għas-sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2250 (3) stabbilixxa pjan għall-iskartar li japplika għal dak is-sajd ibbażat fuq dik ir-rakkomandazzjoni konġunta.

(4)

Wara li kkonsultaw mal-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar tat-Tramuntana, fil-31 ta' Mejju 2017 il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, in-Netherlands, l-Iżvezja u r-Renju Unit ressqu rakkomandazzjoni konġunta ġdida lill-Kummissjoni dwar pjan għall-iskartar għas-sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana. Inkisbu kontribuzzjonijiet xjentifiċi mingħand il-korpi xjentifiċi rilevanti li ġew evalwati mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd. Fit-8 ta' Settembru saret laqgħa tal-grupp ta' esperti li għaliha attendew ir-rappreżentanti tat-28 Stat Membru, tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew bħala osservatur, u ġew diskussi l-miżuri kkonċernati.

(5)

Wara rakkomandazzjoni konġunta ġdida, jixraq li r-Regolament Delegat (UE) 2016/2250 jitħassar.

(6)

Il-miżuri li kienu ssuġġeriti fir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida jikkonformaw mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(7)

Għall-fini ta' dak ir-Regolament, il-Baħar tat-Tramuntana huwa magħmul miż-żoni IIIa u IV tal-ICES. Billi fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES jinsabu wkoll xi stokkijiet demersali li huma rilevanti għall-pjan għall-iskartar propost, l-Istati Membri kkonċernati jirrakkomandaw li d-Diviżjoni IIa tal-ICES tkun koperta wkoll mill-pjan għall-iskartar.

(8)

Il-pjan għall-iskartar il-ġdid għas-sena 2018 jenħtieġ li jinkludi d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2016/2250 fir-rigward tal-ispeċijiet li jridu jinħattu l-art u jenħtieġ li jispeċifika l-ispeċijiet u s-sajd addizzjonali li għalihom fl-2018 għandu japplika l-obbligu ta' ħatt l-art.

(9)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2250 introduċa l-eżenzjonijiet tas-sopravivenza, kif stipulat fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 (4), għall-qabdiet tal-iskampu li jkunu saru bin-nases u bl-ixbieki tat-tkarkir meta jintużaw ċerti apparati ta' selettività fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES. L-Istati Membri fornew l-evidenza xjentifika li kienet turi r-rati għoljin ta' sopravivenza għall-qabdiet tal-iskampu bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ. Dik l-informazzjoni ġiet ippreżentata u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd ikkonkluda li hija biżżejjed. Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi li dawk l-eżenzjonijiet għandhom jibqgħu japplikaw. Għalhekk jenħtieġ li jiddaħħlu fil-pjan għall-iskartar il-ġdid għas-sena 2018.

(10)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2250 introduċa eżenzjoni ta' sopravivenza għall-qabdiet tal-iskampu fis-Subżona IV tal-ICES għal ċertu rkaptu bil-kundizzjoni li jintuża apparat ta' selettività netgrid. Dak ir-Regolament Delegat kien jeżiġi li l-Istati Membri li għandhom interess ta' ġestjoni dirett fil-Baħar tat-Tramuntana jippreżentaw informazzjoni xjentifika addizzjonali li tappoġġa l-eżenzjonijiet għall-ixbieki tat-tkarkir tal-qiegħ speċifikati lill-Kummissjoni. L-informazzjoni ġiet ippreżentata u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd ikkonkluda li tissostanzja biss eżenzjoni waqt ix-xhur tax-xitwa u f'ċerti żoni (unitajiet funzjonali tal-ICES). Għaldaqstant, dik l-eżenzjoni jenħtieġ li tiddaħħal fil-pjan għall-iskartar il-ġdid għas-sena 2018, iżda li tkun limitata għax-xhur tax-xitwa u għal ċerti unitajiet funzjonali tal-ICES.

(11)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida fiha eżenzjoni tas-sopravivenza għall-qabdiet aċċessorji għas-sajd li jsir bin-nases u bix-xbieki fyke, kif ukoll għall-qabdiet tal-lingwata komuni li jsiru bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti.

(12)

Abbażi tal-evidenza xjentifika li ngħatat fir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida u li ġiet evalwata mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, u filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-ekosistema, dawk l-eżenzjonijiet tas-sopravivenza jenħtieġ li jiddaħħlu fil-pjan għall-iskartar il-ġdid għas-sena 2018.

(13)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2250 stabbilixxa l-eżenzjonijiet de minimis għal:

lingwata komuni li tinqabad bil-pariti u bl-għeżula fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES, fis-Subżona IV tal-ICES, u fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subżona IIa tal-ICES,

lingwata komuni li tinqabad b'ċerti xbieki tat-tkarkir bi travu armati bi pannell Fjamming fis-Subżona IV tal-ICES,

skampu li jinqabad b'ċerti xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fis-Subżona IV tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES.

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi li dawk l-eżenzjonijiet de minimus jibqgħu japplikaw. Għalhekk jixraq li dawk l-eżenzjonijiet jiddaħħlu fil-pjan għall-iskartar il-ġdid.

(14)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi eżenzjoni de minimis għal-lingwata komuni, għall-merluzz tal-linja sewda, għall-merlangu, għall-bakkaljaw u għall-pollakkju iswed flimkien, għall-qabdiet li jsiru b'ċerti xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES, eżenzjoni de minimis għal-lingwata, għall-merluzz tal-linja sewda, għall-merlangu, għall-bakkaljaw u għall-pollakkju iswed flimkien, li jinqabdu bil-kavetti fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES, eżenzjoni de minimis għall-merlangu u għall-bakkaljaw li jinqabad bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fid-Diviżjoni IVc tal-ICES, u eżenzjoni de minimis għall-merlangu li jinqabad b'ċerti xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES.

(15)

Abbażi ta' evidenza konvinċenti li tressqet mill-Istati Membri favur dawk l-eżenzjonijiet de minimis evalwata mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, li kkonkluda li dawk l-eżenzjonijiet kien fihom argumenti motivati li huwa diffiċli li jinkiseb aktar titjib fis-selettività, jew li jimplikaw spejjeż sproporzjonati għat-trattament ta' qabdiet inċidentali, jixraq li l-eżenzjonijiet de minimis jiġu stabbiliti skont il-livell perċentwali propost fir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida, fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(16)

Għall-fini li jiġu adottati l-pjanijiet għall-iskartar, u għall-ispeċijiet li huma soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art, l-Artikolu 18a tar-Regolament (KE) Nru 850/98 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tistabbilixxi daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni bil-għan li tkun żgurata l-protezzjoni taż-żgħar tal-organiżmi tal-baħar. Dawk id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni jistgħu jidderogaw, fejn ikun jixraq, mid-daqsijiet stabbiliti fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 850/98. Għall-iskampu fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES, jixraq li jinżammu d-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2440 (5), jiġifieri tul totali ta' 105 mm u tul tal-karapaċi ta' 32 mm. Jenħtieġ li jinżdied tul minimu tad-denb ta' 59 mm fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida u l-evalwazzjoni tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd li tiddikjara li dan it-tul tad-denb jikkorrispondi mal-valuri eżistenti għat-tul totali u għat-tul tal-karapaċi.

(17)

Il-pjanijiet għall-iskartar jistgħu jinkludu wkoll miżuri tekniċi għas-sajd jew għall-ispeċijiet koperti mill-obbligu ta' ħatt l-art. Biex tiżdied is-selettività tal-irkapti u biex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali fi Skagerrak, jixraq li jinżammu għadd ta' miżuri tekniċi li kienu ġew miftehma bejn l-Unjoni u n-Norveġja fl-2011 (6), u fl-2012 (7), u li l-użu tal-apparat ta' selettività SepNep jiġi awtorizzat.

(18)

Biex ikun żgurat kontroll xieraq, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi biex l-Istati Membri jistabbilixxu listi ta' bastimenti koperti minn dan ir-Regolament.

(19)

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajf tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi b'rabta ma' dan, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li japplika mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2018 biex ikun konformi mal-iskeda taż-żmien stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art

Bi qbil ma' dan ir-Regolament, l-obbligu ta' ħatt l-art previst fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika għas-sajd demersali fis-Subżona IV tal-ICES (fil-Baħar tat-Tramuntana), fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES (Kattegat u Skagerrak) u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES (fil-Baħar Norveġiż).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin

(1)

“Pannell Seltra” huwa apparat ta' selettività li:

huwa magħmul minn pannell ta' fuq b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 270 mm (malja maqrut) imqiegħed f'sezzjoni ta' erba' pannelli u magħqud f'daqqa bil-proporzjon ta' tliet malji ta' daqs 90 mm għal kull malja waħda ta' 270 mm, jew b'pannell ta' fuq li jkollu daqs tal-malja ta' mill-inqas 140 mm (malja kwadra);

ikun mill-inqas twil tliet metri;

jitqiegħed mhux aktar minn erba' metri 'l bogħod mis-siegla tal-għeluq; u

jkun daqs il-wisgħa kollha tas-saff ta' fuq tax-xibka tat-tkarkir (jiġifieri minn ċmusa sa ċmusa).

(2)

“Apparat ta' selettività Netgrid” huwa apparat ta' selettività magħmul minn sezzjoni b'erba' pannelli imdaħħla f'xibka tat-tkarkir b'żewġ pannelli b'xibka inklinata ta' malja maqrut b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 200 mm, li twassal għal toqba minn fejn jaħarbu l-ħut fil-parti ta' fuq tax-xibka.

(3)

“Pannell Fjamming” hija l-aħħar sezzjoni tal-malja tax-xibka tat-tkarkir bi travu, li tidjieq għal xejn għal xejn u li:

il-parti ta' quddiem tagħha tkun imqabbda direttament mal-manka;

is-sezzjonijiet ta' fuq u ta' taħt tal-malja huma magħmulin b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 120 mm bejn għoqda w oħra;

meta tkun minxura t-tul tagħha jkun ta' mill-inqas 3 m.

(4)

“SepNep” hija xibka tat-tkarkir bid-diriġenti magħmula

b'firxa tad-daqs tal-malja ta' minn 80 sa 99 +≥ 100 mm:

tkun armata b'ħafna mankijiet bid-daqs tal-malji li jkunu ta' mill-inqas 80 mm sa 120 mm, maqbudin ma' biċċa ta' estensjoni waħda, il-manka ta' fuq nett tkun magħmula b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 120 mm u tkun armata b'pannell li jissepara li jkollu daqs tal-malja massimu ta' 105 mm; u

tista' tkun armata bi gradilja selettiva fakultattiva bi spazju tal-vireg ta' mill-inqas 17-il mm dejjem jekk tkun mibnija b'mod li tippermetti li jaħarbu l-iskampi ż-żgħar.

Artikolu 3

Speċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art

L-obbligu ta' ħatt l-art għandu japplika għall-ispeċijiet imsemmijin fl-Anness ta' dan ir-Regolament, soġġett għall-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 7.

Artikolu 4

Eżenzjonijiet ta' sopravivenza għall-iskampu

1.   L-eżenzjoni ta' sopravivenza msemmija fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għall-qabdiet tal-iskampu li jidhru hawn taħt:

(a)

qabdiet bin-nases (FPO (8));

(b)

qabdiet fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, TBN) b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 70 mm armati b'gradilja tat-tgħarbil tal-ispeċijiet, bi spazju tal-vireg ta' mill-inqas 35 mm;

(c)

qabdiet fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, TBN) b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 90 mm armati b'pannell seltra;

(d)

fix-xhur tax-xitwa (Ottubru sa Marzu) il-qabdiet fl-unitajiet funzjonali Farn Deeps (FU6), Firth of Forth (FU8) u Moray Firth (FU9) bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, TBN) b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 80 mm armati b'apparat ta' selettività netgrid.

2.   Meta jiġi skartat l-iskampu li jinqabad fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, l-iskampu għandu jinħeles sħiħ, minnufih, u fiż-żona fejn ikun inqabad.

Artikolu 5

Eżenzjoni ta' sopravivenza għal-lingwata komuni

1.   L-eżenzjoni ta' sopravivenza msemmija fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għall-qabdiet tal-lingwata komuni li jkunu iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni li jkunu ttieħdu mhux iżjed minn sitt mili nawtiċi 'l barra mill-kosta fiż-żona IVc tal-ICES u barra ż-żoni ta' tkabbir identifikati, bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti (OTB) b'manka li jkollha daqs tal-malja ta' bejn 80 u 99 mm.

2.   L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika biss għall-bastimenti li għandhom tul massimu ta' 10 metri, qawwa tal-magna ta' 221 kW, meta jistadu f'ilmijiet b'fond ta' 30 metru jew inqas u b'tul ta' ħin tal-irmunkar li ma jkunx iżjed minn siegħa u nofs.

3.   Meta tiġi skartata l-lingwata komuni li tinqabad fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-lingwata komuni għandha tinħeles minnufih.

Artikolu 6

Eżenzjoni ta' sopravivenza għal-qabdiet aċċessorji ta' ħut fin-nases u fix-xbieki fyke

1.   L-eżenzjoni ta' sopravivenza msemmija fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika għall-qabdiet tal-bakkaljaw, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu, tal-barbun tat-tbajja', tal-lingwata, tal-merluzz u tal-pollakkju iswed li jsiru bin-nases u bix-xbieki fyke (FPO, FYK).

2.   Meta jiġi skartat il-ħut fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-ħut għandu jinħeles minnufih u taħt wiċċ il-baħar.

Artikolu 7

Eżenzjonijiet de minimis

B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwantitajiet li ġejjin skont l-Artikolu 15(4)(c) ta' dak ir-Regolament:

(a)

fis-sajd minn bastimenti li jużaw il-pariti u l-għeżula (GN, GNS, GND, GNC, GTN, GTR, GEN, GNF) fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES, fis-Subżona IV tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES:

kwantità ta' lingwata komuni li ma għandhiex taqbeż 3 % tal-qabdiet totali annwali ta' dik l-ispeċi;

(b)

fis-sajd minn bastimenti li jużaw xibka tat-tkarkir bi travu (TBB) b'daqs tal-malja ta' bejn 80 u 119 mm b'daqs tal-malja ikbar fl-estensjoni tax-xibka tat-tkarkir bi travu, pannell Fjamming, fis-Subżona IV tal-ICES;

kwantità ta' lingwata komuni li tkun iżgħar mid-daqsijiet ta' referenza minimi għall-konservazzjoni, li ma għandhiex taqbeż 6 % tal-qabdiet totali annwali ta' dik l-ispeċi;

(c)

fis-sajd minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, TB, TBN,) b'daqs tal-malja ta' bejn 80 u 99 mm fis-Subżona IV tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES:

kwantità ta' skampu li jkun iżgħar mid-daqsijiet ta' referenza minimi għall-konservazzjoni, li ma għandhiex jaqbeż 2 % tal-qabdiet totali annwali ta' dik l-ispeċi;

(d)

fis-sajd tal-iskampu minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, TBN) b'daqs tal-malja ta' 70 mm jew ikbar, armati b'gradilja tat-tgħarbil tal-ispeċijiet bi spazju tal-vireg ta' mill-inqas 35 mm fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES;

kwantità ta' lingwata komuni, merluzz tal-linja sewda, merlangu, bakkaljaw u pollakkju iswed flimkien, li jkunu iżgħar mid-daqsijiet ta' referenza minimi għall-konservazzjoni, li ma għandhiex taqbeż 4 % tal-qabdiet totali annwali tal-iskampu, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu, tal-gamblu tat-Tramuntana, tal-bakkaljaw u tal-pollakkju iswed;

(e)

fis-sajd tal-iskampu minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB) b'daqs tal-malja ta' 35 mm jew ikbar, armati b'gradilja tat-tgħarbil tal-ispeċijiet, bi spazju tal-vireg ta' mill-inqas 19 mm, bil-ħruġ mhux ibblukkat għall-ħut, fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES;

kwantità ta' lingwata komuni, merluzz tal-linja sewda, merlangu, bakkaljaw, barbun tat-tbajja' u pollakkju iswed flimkien, li jkunu iżgħar mid-daqsijiet ta' referenza minimi għall-konservazzjoni, li ma għandhiex taqbeż 1 % tal-qabdiet totali annwali tal-iskampu, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu, tal-bakkaljaw, tal-pollakkju iswed, tal-barbun tat-tbajja' u tal-gamblu tat-Tramuntana;

(f)

fis-sajd imħallat tal-lingwata, merlangu, barbun tat-tbajja', u ta' speċijiet li ma għandhomx limitu ta' qbid minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, SDN, SSC) bid-daqs tal-malja ta' bejn 70 u 99 mm fid-Diviżjoni IVc tal-ICES;

kwantità ta' merlangu u bakkaljaw flimkien, li jkunu iżgħar mid-daqsijiet ta' referenza minimi għall-konservazzjoni, li ma għandhomx jaqbżu 6 % tal-qabdiet totali annwali tal-iskampu, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-lingwata, tal-gamblu tat-Tramuntana, tal-merlangu, tal-barbun tat-tbajja', tal-pollakkju iswed, u tal-bakkaljaw; l-ammont massima ta' bakkaljaw li jista' jiġi skartat għandu jkun limitat għal 2 % ta' dawk il-qabdiet totali annwali;

(g)

fis-sajd minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, TBN) b'daqs tal-malja ta' bejn 90 u 119 mm, armati b'pannell Seltra, jew b'daqs tal-malja ta' 120 mm jew iżjed fid-Diviżjoni tal-ICES IIIa:

kwantità ta' merlangu li jkun iżgħar mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, sa massimu ta' 2 % tal-qabdiet totali annwali ta' awwista, bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, merlangu, pollakkju iswed, lingwata komuni, barbun tat-tbajja' u merluzz.

Artikolu 8

Daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni

B'deroga mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni stabbilit fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 850/98, id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tal-iskampu fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES għandu jkun kif ġej:

(a)

tul totali ta' 105 mm;

(b)

tul tad-denb ta' 59 mm;

(c)

tul tal-karapaċi ta' 32 mm.

Artikolu 9

Miżuri tekniċi speċifiċi fi Skagerrak

1.   Il-ġarr abbord jew l-użu ta' kull xibka tat-tkarkir, tartarun Daniż, xibka tat-tkarkir bi travu jew xibka simili rmunkata li jkollha daqs tal-malja inqas min 120 mm għandu jkun ipprojbit fi Skagerrak.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, jistgħu jintużaw ix-xbieki tat-tkarkir li ġejjin:

(a)

xbieki tat-tkarkir b'manka li jkollha malja ta' daqs ta' mill-inqas 90 mm, dejjem jekk ikunu armati b'pannell Seltra jew b'gradilja selettiva, bi spazju tal-vireg ta' mill-inqas 35 mm;

(b)

xbieki tat-tkarkir b'manka b'daqs tal-malja ta' mill-inqas 70 mm (malja kwadra) armati b'gradilja selettiva bi spazju tal-vireg mhux ikbar minn 35 mm;

(c)

xbieki tat-tkarkir b'daqs minimu tal-malja mhux inqas minn 70 mm meta s-sajd ikun ta' speċijiet pelaġiċi jew industrijali, dejjem jekk il-qabda jkun fiha iktar minn 80 % ta' speċi pelaġika jew industrijali waħda jew iżjed;

(d)

xbieki tat-tkarkir b'manka b'daqs tal-malja ta' mhux inqas minn 35 mm meta s-sajd ikun tal-gamblu tat-Tramuntana, dejjem jekk ix-xibka tkun armata b'gradilja selettiva bi spazju tal-vireg ta' 19 mm.

3.   Jista' jintuża apparat għall-konservazzjoni tal-ħut meta s-sajd ikun tal-gamblu tat-Tramuntana, skont il-paragrafu 2(d), dejjem jekk ikun hemm biżżejjed opportunitajiet ta' sajd biex ikopru l-qabdiet aċċessorji u jekk l-apparat għall-konservazzjoni tal-ħut ikun:

(a)

mibni b'pannell ta' fuq b'malja kwadra ta' daqs minimu ta' 120 mm;

(b)

mill-inqas twil tliet (3) metri; u

(c)

wiesa' mill-inqas daqs il-wisgħa tal-gradilja selettiva.

Artikolu 10

SepNep

B'deroga mill-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 850/98 għandu jkun permess l-użu tax-xbieki SepNep.

Artikolu 11

Revoka

Ir-Regolament (UE) 2016/2250 huwa mħassar.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22

(2)  ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2250 tal-4 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES (ĠU L 340, 15.12.2016, p. 2).

(4)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2440 tat-22 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 42).

(6)  Reġistrazzjoni aċċettata bil-miktub tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar ir-regolazzjoni tas-sajd fi Skagerrak u f'Kattegat għall-2012.

(7)  Reġistrazzjoni aċċettata bil-miktub tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja dwar miżuri għall-implimentazzjoni ta' projbizzjoni tal-iskartar u miżuri ta' kontroll fiż-żona ta' Skagerrak, fl-4 ta' Lulju 2012.

(8)  Il-kodiċijiet tal-irkapti li ntużaw f'dan ir-Regolament jirreferu għal dawk il-kodiċijiet fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Għall-bastimenti li t-tul totali tagħhom ikun inqas minn 10 metri, il-kodiċijiet tal-irkapti li ntużaw f'din it-tabella jirreferu għall-kodiċijiet tal-klassifikazzjoni tal-irkapti tal-FAO.


ANNESS

Irkaptu tas-sajd (1)  (2)

Daqs tal-malja

Speċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art

Xbieki tat-tkarkir:

OTB, OTT, OT, PTB, PT, TBN, TBS, OTM, PTM, TMS, TM, TX, SDN, SSC, SPR, TB, SX, SV

≥ 100 mm

Il-qabdiet kollha tal-bakkaljaw, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-barbun tat-tbajja', tal-pollakkju iswed, tal-gamblu tat-Tramuntana, u tal-iskampu u tal-merlangu.

Xbieki tat-tkarkir:

OTB, OTT, OT, PTB, PT, TBN, TBS, OTM, PTM, TMS, TM, TX, SDN, SSC, SPR, TB, SX, SV

70-99 mm

Il-qabdiet kollha tal-bakkaljaw (3), tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-pollakkju iswed, tal-gamblu tat-Tramuntana, u tal-iskampu u tal-merlangu.

Xbieki tat-tkarkir:

OTB, OTT, OT, PTB, PT, TBN, TBS, OTM, PTM, TMS, TM, TX, SDN, SSC, SPR, TB, SX, SV

32-69 mm

Il-qabdiet kollha tal-bakkaljaw, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-barbun tat-tbajja', tal-pollakkju iswed, tal-gamblu tat-Tramuntana, u tal-iskampu u tal-merlangu.

Xbieki tat-tkarkir bi travu:

TBB

≥ 120 mm

Il-qabdiet kollha tal-bakkaljaw, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-barbun tat-tbajja', tal-pollakkju iswed, tal-gamblu tat-Tramuntana, u tal-iskampu u tal-merlangu.

Xbieki tat-tkarkir bi travu:

TBB

80-119 mm

Il-qabdiet kollha tal-bakkaljaw, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-pollakkju iswed, tal-gamblu tat-Tramuntana, u tal-iskampu u tal-merlangu.

Għeżula, pariti u għeżula tat-tħabbil:

GN, GNS, GND, GNC, GTN, GTR, GEN, GNF

 

Il-qabdiet kollha tal-bakkaljaw (3), tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-pollakkju iswed, tal-gamblu tat-Tramuntana, u tal-iskampu u tal-merlangu.

Snanar u lenzi:

LLS, LLD, LL, LTL, LX, LHP, LHM

 

Il-qabdiet kollha tal-bakkaljaw, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merluzz, tal-barbun tat-tbajja', tal-pollakkju iswed, tal-gamblu tat-Tramuntana, u tal-iskampu u tal-merlangu.

Nases:

FPO, FIX, FYK, FPN

 

Il-qabdiet kollha tal-bakkaljaw, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-barbun tat-tbajja', tal-pollakkju iswed, tal-gamblu tat-Tramuntana, u tal-iskampu u tal-merlangu.


(1)  Il-kodiċijiet tal-irkapti użati f'din it-Tabella jirreferu għal dawk il-kodiċijiet fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).

(2)  Għall-bastimenti li t-tul totali tagħhom huwa inqas minn 10 metri, il-kodiċijiet tal-irkapti li ntużaw f'din it-tabella jirreferu għall-kodiċijiet mill-klassifikazzjoni tal-irkapti tal-FAO.

(3)  L-obbligu tal-ħatt l-art għall-bakkaljaw ma għandux japplika fis-subdiviżjoni IIIaS tal-ICES.


12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/13


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/46

tal-20 ta' Ottubru 2017

li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali u fil-baħar fond fl-ilmijiet tal-Majjistral għas-sena 2018

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(6) u 18(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina progressivament il-qbid skartat fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti ta' qbid.

(2)

Sabiex jiġi implimentat l-obbligu ta' ħatt l-art, l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-pjanijiet għall-iskartar permezz ta' att delegat għal perjodu ta' mhux iżjed minn tliet snin abbażi tar-rakkomandazzjonijiet konġunti żviluppati mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2375 (2), stabbilixxa pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral għall-perjodu 2016-2018, wara rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata mill-Belġju, l-Irlanda, Spanja, Franza, in-Netherlands u r-Renju Unit fl-2016.

(4)

Il-Belġju, l-Irlanda, Spanja, Franza, in-Netherlands u r-Renju Unit għandhom interess ta' ġestjoni dirett tas-sajd fl-ilmijiet tal-Majjistral. Wara li kkonsultaw lill-Kunsill Konsultattiv għall-Ilmijiet tal-Majjistral, fil-31 ta' Mejju 2017 dawk l-Istati Membri ressqu rakkomandazzjoni konġunta ġdida lill-Kummissjoni dwar pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali u fil-baħar fond fl-Ilmijiet tal-Majjistral għas-sena 2018. Inkiseb kontribut xjentifiku mill-korpi xjentifiċi rilevanti u rivedut mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) (3). Il-miżuri ssuġġeriti fir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida huma konformi mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għalhekk jistgħu jiġu inklużi f'dan ir-Regolament.

(5)

Skont l-Artikolu 15(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-obbligu ta' ħatt l-art japplika fl-Ilmijiet tal-Majjistral, sal-aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016, għall-ispeċijiet li jiddefinixxu s-sajd li huma soġġetti għal-limiti ta' qbid. Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tispeċifika l-flotot li jridu jikkonformaw mal-obbligu ta' ħatt l-art fis-sajd imħallat għall-merluzz, il-merluzz tal-linja sewda, il-merlangu u l-pollakkju iswed; fis-sajd għall-iskampu, fis-sajd imħallat għal-lingwata komuni u għall-barbun tat-tbajja' u fis-sajd għall-merluzz, il-megrim u l-pollakkju.

(6)

F'konformità mar-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida, minbarra s-sajd speċifikat fir-Regolament Delegat (UE) 2016/2375, (jiġifieri s-sajd imħallat ħafna għall-merluzz, il-merluzz tal-linja sewda, il-merlangu u l-pollakkju iswed, is-sajd għall-iskampu, is-sajd imħallat għal-lingwata komuni u għall-barbun tat-tbajja' u s-sajd għall-merluzz, il-megrim u l-pollakkju), jenħtieġ li l-pjan għall-iskartar għas-sena 2018 ikopri s-sajd għall-pollakkju iswed fid-diviżjonijiet VI u Vb, u VII tal-ICES. L-ispeċijiet tal-qabdiet aċċessorji wkoll jenħtieġ li jkunu koperti f'ċertu sajd.

(7)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi wkoll li l-obbligu ta' ħatt l-art jiġi applikat mill-2018 għas-sajd fil-baħar fond bl-użu tax-xbieki tat-tkarkir u t-tartaruni għall-qbid taċ-ċinturin iswed, il-linarda u l-grenadieri fis-subżoni VI tal-ICES u fid-diviżjoni Vb tal-ICES.

(8)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi, ghas-sena 2018, eżenzjoni ta' sopravivenza, kif imsemmi fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għall-iskampu maqbud f'nases, fi xbieki tat-tidwir u f'nases tal-gambli fid-diviżjoni VI u s-subżona VII tal-ICES, filwaqt li tqis il-karatteristiki tal-apparat, tal-prattiki tas-sajd u tal-ekosistema. L-STECF ikkonkluda li l-eżenzjoni hija ġġustifikata. Għalhekk, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiġi inkluża fil-pjan għall-iskartar għall-2018.

(9)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi, għas-sena 2018, eżenzjoni ta' sopravivenza, kif imsemmi fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għal-lingwata komuni taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni maqbudin minn xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti ta' 80-99 mm fid-diviżjoni VIId tal-ICES sa sitt mili nawtiċi mill-kosta u barra ż-żoni tat-tkabbir identifikati. L-STECF innota li jenħtieġ li jiġu definiti ż-żoni ta' tkabbir imsemmijin fir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiġi inkluża fil-pjan għall-iskartar għall-2018 bil-kundizzjoni li l-Istati Membri kkonċernati jwettqu provi addizzjonali u jipprovdu l-informazzjoni dwar il-post taż-żoni tat-tkabbir.

(10)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi, għas-sena 2018, seba' eżenzjonijiet de minimis mill-obbligu ta' ħatt l-art għal ċertu sajd u sa ċerti livelli. L-evidenza mogħtija mill-Istati Membri ġiet riveduta mill-STECF, li kkonkluda li r-rakkomandazzjoni konġunta kienet tinkludi argumenti raġunati li huwa diffiċli li jinkiseb aktar titjib fis-selettività u/jew argumenti relatati ma' spejjeż sproporzjonati fl-immaniġġar ta' qabdiet mhux mixtieqa, appoġġati f'xi każijiet minn valutazzjoni kwalitattiva tal-ispejjeż. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq u fin-nuqqas ta' informazzjoni xjentifika differenti, huwa xieraq li dawn l-eżenzjonijiet de minimis jiġu inklużi fil-pjan għall-iskartar għall-2018 skont il-perċentwali proposti fir-rakkomandazzjoni konġunta u f'livelli li ma jaqbżux dawk permessi skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(11)

L-eżenzjoni de minimis issuġġerita għall-merlangu, sa massimu ta' 6 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' din l-ispeċi bil-bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir u tartaruni tal-qiegħ ta' inqas minn 100 mm u xbieki tat-tkarkir pelaġiku biex jaqbdu l-merlangu fid-diviżjonijiet VIId u VIIe tal-ICES, hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività.

(12)

L-eżenzjoni de minimis issuġġerita għall-merlangu, sa massimu ta' 6 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' din l-ispeċi bil-bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir u tartaruni tal-qiegħ ta' mhux inqas minn 100 mm biex jaqbdu l-merlangu fid-diviżjonijiet VIIb – VIIj tal-ICES, hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività.

(13)

L-eżenzjoni de minimis issuġġerita għall-merlangu, sa massimu ta' 6 % fl-2018 tat-total tal-qabdiet annwali ta' din l-ispeċi bil-bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir u tartaruni tal-qiegħ ta' inqas minn 100 mm biex jaqbdu l-merlangu fis-subżona VII tal-ICES (esklużi VIIa, VIId u VIIe), hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività.

(14)

Rigward dawk it-tliet eżenzjonijiet de minimis issuġġeriti għall-merlangu, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2375 kien jeħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jippreżentaw lill-Kummissjoni aktar informazzjoni xjentifika li tappoġġa l-eżenzjonijiet. L-STECF ikkummenta li, għalkemm għadha meħtieġa evidenza kompluta, l-informazzjoni addizzjonali mressqa tindirizza ċertu tħassib tal-STECF. L-STECF enfasizza l-ħtieġa għal approċċ aktar koerenti rigward dan l-istokk. Abbażi tal-evidenza xjentifika eżaminata mill-STEFC u minħabba li kien hemm titjib fl-evidenza li tappoġġa l-eżenzjoni, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiġi inkluża fil-pjan għall-iskartar għall-2018.

(15)

L-eżenzjoni de minimis issuġġerita għall-iskampu, sa massimu ta' 6 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti li qed jistadu għall-iskampu fis-subżona VII tal-ICES, hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività. L-STECF ikkonkluda li l-eżenzjoni hija ġġustifikata. Għaldaqstant, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiġi inkluża fil-pjan għall-iskartar għall-2018.

(16)

L-eżenzjoni de minimis issuġġerita għall-iskampu, sa massimu ta' 2 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti li qed jistadu għall-iskampu fis-subżona VI tal-ICES, hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività u hemm informazzjoni kwantitattiva ta' sostenn dwar l-ispejjeż sproporzjonati għall-immaniġġar tal-qabdiet mhux mixtieqa. L-STECF ikkonkluda li l-eżenzjoni hija ġġustifikata. Għalhekk, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiġi inkluża fil-pjan għall-iskartar għall-2018.

(17)

L-eżenzjoni de minimis issuġġerita għal-lingwata komuni, sa massimu ta' 3 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' din l-ispeċi bil-bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu b'daqs tal-malja ta' bejn 80 u 199 mm b'selettività miżjuda fid-diviżjonijiet VIId, VIIe, VIIf u VIIg u VIIh tal-ICES, hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività. L-STECF innota li l-eżenzjoni hija maħsuba biex tikkumpensa għall-użu ta' rkaptu aktar selettiv u biex tkopri l-qbid skartat residwu. Għalhekk, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiġi inkluża fil-pjan għall-iskartar għall-2018.

(18)

L-eżenzjoni de minimis issuġġerita għal-lingwata komuni, sa massimu ta' 3 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti li jużaw pariti u xkitti biex jaqbdu l-lingwata komuni fid-diviżjonijiet VIId, VIIe, VIIf u VIIg tal-ICES, hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività. L-STECF ikkonkluda li l-eżenzjoni hija definita b'mod tajjeb. Għalhekk, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiġi inkluża fil-pjan għall-iskartar għall-2018.

(19)

Il-kamp ta' applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2016/2375 huwa limitat għas-sena 2017. Għalhekk jenħtieġ li dak ir-Regolament jitħassar u jiġi sostitwit b'Regolament ġdid b'effett mill-1 ta' Jannar 2018.

(20)

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament iħallu impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li japplika mill-1 ta' Jannar 2018,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art

Fiż-żoni V (esklużi Va u l-ilmijiet tal-Unjoni biss ta' Vb), VI u VII tal-ICES, l-obbligu ta' ħatt l-art previst fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika għal sajd demersali u fil-baħar fond skont dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Il-“Pannell Fjamming” tfisser l-aħħar parti li ġejja għad-djieq ta' xibka tat-tkarkir bi travu, li l-parti ta' quddiem tagħha hija direttament imwaħħla mal-manka. Il-partijiet ta' fuq u ta' taħt tax-xibka tal-pannell iridu jkunu magħmula minn malja ta' mill-inqas 120 mm imkejla bejn l-għoqiedi u l-pannell irid ikollu tul imġebbed ta' mill-inqas 3 m.

Artikolu 3

Speċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art

L-obbligu ta' ħatt l-art għandu japplika għal kull attività tas-sajd kif stabbilit fl-Anness, soġġett għall-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.

Artikolu 4

Eżenzjoni ta' sopravivenza

1.   L-eżenzjoni ta' sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika:

(a)

għall-iskampu (Nephrops norvegicus) maqbud f'nases, fi xbieki tat-tidwir jew f'nases tal-gambli (Kodiċijiet tal-irkaptu (4) FPO u FIX) fis-subżoni VI u VII tal-ICES;

(b)

għall-qabdiet tal-lingwata komuni (Solea solea) taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni maqbudin bi xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti (Kodiċijiet tal-irkaptu OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX) bid-daqs tal-malja tal-manka ta' bejn 80 u 99 mm fid-diviżjoni VIId tal-ICES sa sitt mili nawtiċi mill-kosta u barra ż-żoni tat-tkabbir identifikati fl-operazzjonijiet tas-sajd li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: bastimenti tat-tul massimu ta' 10 metri, b'qawwa massima tal-magna ta' 221 kW, meta jkunu qed jistadu f'ilmijiet b'fond ta' 30 metru jew inqas u b'ħinijiet ta' rmunkar limitati għal mhux aktar minn siegħa u nofs. Qabdiet bħal dawn tal-lingwata komuni għandhom jiġu rilaxxati minnufih.

2.   Qabel l-1 ta' Mejju 2018, l-Istati Membri li għandhom interess ta' ġestjoni dirett fl-ilmijiet tal-Majjistral għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni kull informazzjoni xjentifika addizzjonali favur l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1(b). Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jivvaluta dik l-informazzjoni qabel l-1 ta' Settembru 2018.

Artikolu 5

Eżenzjonijiet de minimis

B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwanitatijiet li ġejjin

(a)

għall-merlangu (Merlangius merlangus), sa massimu ta' 6 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti obbligati li jħottu l-merlangu u li jużaw xbieki tat-tkarkir u tartaruni ta' inqas minn 100 mm (OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, TB, SX, SV, OT, PT u TX) u xbieki tat-tkarkir pelaġiku (OTM, PTM) biex jinqabad il-merlangu fid-diviżjonijiet VIId u VIIe tal-ICES.

(b)

għall-merlangu (Merlangius merlangus), sa massimu ta' 6 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti obbligati li jħottu l-merlangu u li jużaw xbieki tat-tkarkir u tartaruni ta' mhux inqas minn 100 mm (OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, TB, SX, SV, OT, PT u TX) u xbieki tat-tkarkir pelaġiku (OTM, PTM) biex jinqabad il-merlangu fid-diviżjonijiet VIIb – VIIj tal-ICES.

(c)

għall-merlangu (Merlangius merlangus), sa massimu ta' 6 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti obbligati li jħottu l-merlangu u li jużaw xbieki tat-tkarkir u tartaruni ta' inqas minn 100 mm (OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, TB, SX, SV, OT, PT u TX) u xbieki tat-tkarkir pelaġiku (OTM, PTM) biex jinqabad il-merlangu fis-subżona VII tal-ICES, għajr id-diviżjonijiet VIIa, VIId u VIIe.

(d)

għall-iskampu (Nephrops norvegicus), sa massimu ta' 6 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti obbligati li jħottu l-iskampu u li qed jistadu għall-iskampu fis-subżona VII tal-ICES;

(e)

għall-iskampu (Nephrops norvegicus), sa massimu ta' 2 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti obbligati li jħottu l-iskampu u li qed jistadu għall-iskampu fis-subżona VI tal-ICES;

(f)

għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta' 3 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti obbligati li jħottu l-lingwata komuni u li jużaw pariti u xkitti biex jaqbdu l-lingwata komuni fid-diviżjonijiet VIId, VIIe, VIIf u VIIg tal-ICES;

(g)

għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta' 3 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti obbligati li jħottu l-lingwata komuni u li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu b'daqs tat-toqob ta' bejn 80 u 199 mm b'selettività miżjuda, bħal estensjoni ta' malja wiesgħa, fid-diviżjonijiet VIId, VIIe, VIIf, VIIg u VIIh tal-ICES.

Artikolu 6

Bastimenti soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, skont il-kriterji stipulati fl-Anness, il-bastimenti soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'kull attività tas-sajd partikolari.

Il-bastimenti li kienu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'ċerti attivitajiet ta' sajd fl-2017 għandhom jibqgħu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dik l-attività tas-sajd.

2.   Qabel il-31 ta' Diċembru 2017, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, permezz tas-sit web sigur ta' kontroll tal-Unjoni, il-listi ta' bastimenti stabbiliti skont il-paragrafu 1 għal kull attività tas-sajd partikolari stipulata fl-Anness. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati.

Artikolu 7

Tħassir

Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2375 huwa imħassar.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018.

Madanakollu, l-Artikolu 6 għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 352, 12.10.2016, p. 39.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2438 tat-12 ta' Ottubru 2015 stabbilixxa pjan tar-rimi għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral għall-perjodu (2016-2018) (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 29), u tħassar u ġie sostitwit bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2375 tat-12 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral għall-perjodu 2016-2018 (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 39)

(3)  2017-07_STECF PLEN 17-02_JRCxxx.pdf

(4)  Il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f'dan ir-Regolament huma definiti mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti.


ANNESS

Sajd soġġett għall-obbligu ta' ħatt l-art

a)

Is-sajd fl-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżona VI u tad-diviżjoni Vb tal-ICES

Sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Bakkaljaw (Gadus morhua), Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus), Merlangu (Merlangius merlangus) u Pollakkju iswed (Pollachius virens)

OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, OTM, PTM, TB, SX, SV, OT, PT, TX

Xbieki tat-Tkarkir u Tartaruni

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-merluzz tal-linja sewda u l-qabdiet aċċessorji tal-lingwata, il-barbun tat-tbajja' u l-megrims fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2015 u fl-2016 (*1) kien jikkonsisti f'aktar minn 5 % tal-gadojdi li ġejjin: bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, merlangu u pollakkju iswed flimkien

Skampu (Nephrops norvegicus)

OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, FPO, TBN, TB, TBS, OTM, PTM, SX, SV, FIX, OT, PT, TX

Xbieki tat-tkarkir, Tartaruni, Nases, Xbieki tat-tidwir u Nases tal-gambli

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-iskampu u l-qabdiet aċċessorji tal-merluzz tal-linja sewda, il-lingwata, il-barbun tat-tbajja' u l-megrim fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2015 u fl-2016 (*1) kien jikkonsisti f'aktar minn 5 % skampu.

Pollakkju iswed (Pollachius virens)

OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, OTM, PTM, TB, SX, SV, OT, PT, TX

Xbieki tat-tkarkir

≥ 100 mm

Il-qabdiet kollha tal-pollakkju iswed fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2015 u fl-2016 (*1) kien jikkonsisti f'aktar minn 50 % pollakkju iswed.

Ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, OTM, PTM, TB, SX, SV, OT, PT, TX

Xbieki tat-Tkarkir u Tartaruni

≥ 100 mm

Il-qabdiet kollha taċ-ċinturin iswed fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2015 u fl-2016 (*1) kien jikkonsisti f'aktar minn 20 % ċinturin iswed.

Linarda (Molva dypterygia)

OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, OTM, PTM, TB, SX, SV, OT, PT, TX

Xbieki tat-Tkarkir u Tartaruni

≥ 100 mm

Il-qabdiet kollha tal-linarda fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2015 u fl-2016 (*1) kien jikkonsisti f'aktar minn 20 % linarda.

Grenadieri (Coryphaeides rupestris, Macrourus berglax)

OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, OTM, PTM, TB, SX, SV, OT, PT, TX

Xbieki tat-Tkarkir u Tartaruni

≥ 100 mm

Il-qabdiet kollha tal-grenadieri fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2015 u fl-2016 (*1) kien jikkonsisti f'aktar minn 20 % grenadieri.

b)

Is-sajd fis-subżoni VI u VII tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tad-diviżjoni Vb tal-ICES

Sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Merluzz

(Merluccius merluccius)

OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, OTM, PTM TB, SX, SV, OT, PT, TX

Xbieki tat-Tkarkir u Tartaruni

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-merluzz fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2015 u fl-2016 (*2) kien jikkonsisti f'aktar minn 10 % merluzz.

Merluzz

(Merluccius merluccius)

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Ix-Xkitt kollu

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-merluzz

Merluzz

(Merluccius merluccius)

LL, LLS, LLD, LX, LTL, LHP, LHM

Il-konzijiet kollha

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-merluzz

c)

Is-sajd fis-subżona VII tal-ICES

Sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Skampu (Nephrops norvegicus)

OTB SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, FPO, TBN, TB, TBS, OTM, PTM, SX, SV, FIX, OT, PT, TX

Xbieki tat-tkarkir, Tartaruni, Nases, Xbieki tat-tidwir u Nases tal-gambli

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-iskampu fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2015 u fl-2016 (*3) kien jikkonsisti f'aktar minn 10 % skampu

Pollakkju iswed (Pollachius virens)

OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, OTM, PTM, TB, SX, SV, OT, PT, TX

Xbieki tat-tkarkir

≥ 100 mm

Il-qabdiet kollha tal-pollakkju iswed fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2015 u fl-2016 (*3) kien jikkonsisti f'aktar minn 50 % pollakkju iswed.

d)

Is-sajd fid-diviżjoni VIIa tal-ICES

Sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Bakkaljaw (Gadus morhua), Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus), Merlangu (Merlangius merlangus) u Pollakkju iswed (Pollachius virens)

OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, OTM, PTM, TB, SX, SV, OT, PT, TX

Xbieki tat-Tkarkir u Tartaruni

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-merluzz tal-linja sewda fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2015 u fl-2016 (*4) kien jikkonsisti f'aktar minn 10 % tal-gadojdi li ġejjin: bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, merlangu u pollakkju iswed flimkien

e)

Is-sajd fid-diviżjoni VIId tal-ICES

Sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Lingwata komuni (Solea solea)

Xbieki tat-tkarkir bi travu

Ix-Xbieki Kollha tat-tkarkir bi travu

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni

Lingwata komuni (Solea solea)

OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX

Xbieki tat-tkarkir

< 100 mm

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni

Lingwata komuni (Solea solea)

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Ix-Xbieki Kollha tal-Pariti u x-Xkitti

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni

Bakkaljaw (Gadus morhua), Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus), Merlangu (Merlangius merlangus) u Pollakkju iswed (Pollachius virens)

OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, OTM, PTM, TB, SX, SV, OT, PT, TX

Xbieki tat-tkarkir u Tartaruni

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-merlangu fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2015 u fl-2016 (*5) kien jikkonsisti f'aktar minn 10 % tal-gadojdi li ġejjin: bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, merlangu u pollakkju iswed flimkien

f)

Is-sajd fid-diviżjoni VIIe tal-ICES

Sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Lingwata komuni (Solea solea)

Xbieki tat-tkarkir bi travu

Ix-xbieki kollha tat-tkarkir bi travu

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni

Lingwata komuni (Solea solea)

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Ix-Xbieki Kollha tal-Pariti u x-Xkitti

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni

g)

Is-sajd fid-diviżjonijiet VIId u VIIe tal-ICES

Sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Pollakkju (Pollachius pollachius)

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Ix-Xbieki Kollha tal-Pariti u x-Xkitti

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-pollakkju

h)

Is-sajd fid-diviżjonijiet VIIb, VIIc u VIIf – VIIk tal-ICES

Sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Lingwata komuni (Solea solea)

Xbieki tat-tkarkir bi travu

Ix-Xbieki Kollha tat-tkarkir bi travu

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni

Lingwata komuni (Solea solea)

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Ix-Xbieki Kollha tal-Pariti u x-Xkitti

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni

i)

Is-sajd fid-diviżjonijiet VIIb, VIIc, VIIe u VIIf – VIIk tal-ICES

Sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Bakkaljaw (Gadus morhua), Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus), Merlangu (Merlangius merlangus) u Pollakkju iswed (Pollachius virens)

OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, OTM, PTM, TB, SX, SV, OT, PT, TX

Xbieki tat-Tkarkir u Tartaruni

Kollha

Il-qabdiet kollha tal-merlangu fejn il-ħatt l-art totali għal kull bastiment tal-ispeċijiet kollha fl-2015 u fl-2016 (*6) kien jikkonsisti f'aktar minn 10 % tal-gadojdi li ġejjin: bakkaljaw, merluzz tal-linja sewda, merlangu u pollakkju iswed flimkien.


(*1)  Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2375 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd.

(*2)  Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2375 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd.

(*3)  Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2375 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd.

(*4)  Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2375 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd.

(*5)  Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2375 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd.

(*6)  Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2375 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd.


12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/21


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/47

tat-30 ta' Ottubru 2017

li jawtorizza l-użu ta' xbieki tat-tkarkir T90 alternattivi għas-sajd fil-Baħar Baltiku, b'deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu l-għan li jelimina, b'mod gradwali, l-iskartar tal-ħut fis-sajd kollu tal-Unjoni permezz tal-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għall-qabdiet tal-ispeċijiet soġġetti għal limiti tal-qbid. Miżuri li gradwalment jeliminaw il-qbid skartat jistgħu jiġu inklużi fil-pjanijiet multiannwali.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2016/1139 jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. Dan jipprevedi, fost l-oħrajn, miżuri tekniċi li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni u li jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' dak il-pjan pluriennali. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati dwar modifiki għall-irkaptu tas-sajd maħsuba biex tiġi żgurata jew titjieb is-selettività, biex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali jew biex jiġi minimizzat l-impatt negattiv fuq l-ekosistema.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (3) jistabbilixxi l-miżuri tekniċi ta' konservazzjoni b'rabta mal-qbid u mal-ħatt l-art ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Baltiku. Dak ir-Regolament jiddefinixxi d-daqsijiet tal-malji tax-xbieki u speċifikazzjonijiet oħra, fost l-oħrajn, l-irkaptu tas-sajd ammissibbli għal kull speċi fil-mira fil-Baħar Baltiku.

(4)

Id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja għandhom interess ta' ġestjoni dirett b'rabta mas-sajd fil-Baħar Baltiku. Dawn l-Istati Membri ressqu rakkomandazzjoni konġunta (4) lill-Kummissjoni, wara li kkonsultaw mal-Kunsill Konsultattiv għall-Baħar Baltiku. Ir-rakkomandazzjoni tindika li ċerti modifiki għall-ispeċifikazzjonijiet tal-karatteristiċi tal-manka fix-xbieki tat-tkarkir T90 eżistenti, kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 2187/2005, se jtejbu s-selettività u jnaqqsu l-ammonti ta' qabdiet inċidentali tal-merluzz. Inkiseb kontribut xjentifiku mingħand il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF), li jikkonferma dik l-indikazzjoni.

(5)

Il-miżuri ssuġġeriti fir-rakkomandazzjoni konġunta, dwar l-użu tax-xbieki tat-tkarkir T90 alternattivi minbarra x-xbieki tat-tkarkir T90 definiti fir-Regolament (KE) Nru 2187/2005, jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan pluriennali stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/1139. Jenħtieġ għalhekk li dawk il-miżuri jiġu adottati b'mod konformi mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jawtorizza l-użu, f'ċertu sajd fil-Baħar Baltiku, ta' xbieki tat-tkarkir T90 li jilħqu speċifikazzjonijiet li huma differenti minn dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2187/2005.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għas-sajd fil-Baħar Baltiku kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2016/1139.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“xbieki tat-tkarkir T90” tfisser xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u rkapti simili li għandhom manka u biċċa tal-estensjoni prodotta minn tip ta' xbieki standard bl-għoqod forma ta' djamant imdawra 90° biex b'hekk id-direzzjoni prinċipali tal-malja tax-xibka tkun parallela għad-direzzjoni tal-irmunkar.

(b)

“l-Istati Membri kkonċernati” tfisser id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja.

Artikolu 4

Speċifikazzjonijiet alternattivi għall-manka tax-xbieki tat-tkarkir T90

1.   L-użu ta' xbieki tat-tkarkir T90 li għandhom manka konformi mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin għandu jiġi awtorizzat b'deroga mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005:

(a)

id-daqs tal-malja tal-manka għandu jkun tal-anqas ta' 115 mm, b'deroga min-nota ta' qiegħ il-paġna 2 tal-Anness II u mill-punt (b) tal-Appendiċi 2 ta' dak l-Anness;

(b)

l-għadd ta' malji fi kwalunkwe ċirkonferenza fil-manka sensu strictu u fil-biċċa tal-estensjoni, esklużi dawk fil-ġuntura u fiċ-ċmus, għandu jkun ta' 80 malja tonda, b'deroga mill-punt (e) tal-Appendiċi 2 ta' dak l-Anness;

(c)

it-tul tal-manka għandu jkun tal-inqas ta' 9 m;

2.   Il-manka għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet l-oħra kollha stipulati fl-Appendiċi 2 ta' dak l-Anness.

Artikolu 5

Registrazzjoni tal-qabdiet

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-qabdiet magħmula bl-użu tal-irkaptu tas-sajd deskritt fl-Artikolu 4 jiġu rreġistrati separatament mill-qabdiet magħmula bl-użu ta' rkaptu tas-sajd ieħor.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1).

(4)  Ir-Rakkomandazzjoni Konġunta tal-Grupp ta' Livell Għoli BALTFISH. Miżuri tekniċi għas-subżoni 22-32 tal-ICES (il-Baħar Baltiku) – manka alternattiva għax-xbieki T90.


12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/48

tal-11 ta' Jannar 2018

li jdaħħal isem fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Suikerstroop (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(3)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità mal-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tan-Netherlands għar-reġistrazzjoni tal-isem “Suikerstroop” bħala Speċjalità Tradizzjonali Garantita (STG) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

“Suikerstroop” huwa l-likwidu xropp li jirriżulta mill-massekit tal-pjanta li minnha jsir il-prodott wara l-estrazzjoni tal-kristalli taz-zokkor. L-isem ifisser “xropp taz-zokkor”.

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' oppożizzjoni mill-Finlandja, it-tieni wieħed mid-Danimarka u t-tielet wieħed minn Nordic Sugar AB (kumpanija stabbilita fid-Danimarka), ilkoll fis-16 ta' Settembru 2014.

(4)

L-avviżi ta' oppożizzjoni mid-Danimarka u l-Finlandja ntbagħtu lin-Netherlands.

(5)

Il-proċedura ta' oppożizzjoni abbażi ta' avviż mibgħut direttament lill-Kummissjoni minn Nordic Sugar AB ma nbdietx. Skont l-Artikolu 51(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom interess leġittimu, stabbiliti jew residenti fi Stat Membru ieħor għajr dak minn fejn tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni, jistgħu jippreżentaw avviż ta' oppożizzjoni lill-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti. Għalhekk, Nordic Sugar AB ma kinitx permessa tippreżenta avviż jew dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni direttament lill-Kummissjoni.

(6)

Fit-13 ta' Novembru 2014 il-Kummissjoni rċeviet id-dikjarazzjonijiet raġunati ta' oppożizzjoni mill-Finlandja. Id-dikjarazzjoni raġunata ta' oppożizzjoni mid-Danimarka kienet diġà tinsab fl-avviż ta' oppożizzjoni. Kemm id-dikjarazzjoni raġunata ta' oppożizzjoni mid-Danimarka kif ukoll dik mill-Finlandja ġew ikkunsidrati ammissibbli fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(7)

Skont l-Artikolu 51(3) tar-Regolament hawn fuq, permezz tal-ittri tad-19 ta' Diċembru 2014 il-Kummissjoni stiednet lin-Netherlands u lill-Finlandja min-naħa waħda, u lin-Netherlands u lid-Danimarka min-naħa l-oħra, biex jidħlu f'konsultazzjonijiet xierqa għal perjodu ta' tliet xhur mid-data ta' dawk l-ittri bil-ħsieb li jaslu għal qbil.

(8)

Fuq talba tan-Netherlands, skont l-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, permezz tal-ittra tat-8 ta' April 2015 il-Kummissjoni tat estensjoni tal-iskadenza għall-konsultazzjonijiet fost il-partijiet interessati fiż-żewġ proċeduri ta' oppożizzjoni li jikkonċernaw l-applikazzjoni msemmija hawn fuq. L-aħħar skadenza għall-proċedura amikevoli ġiet għalhekk estiża sad-19 ta' Ġunju 2015.

(9)

Ma ntlaħaq l-ebda qbil fiż-żmien stipulat. Permezz tal-ittra tat-22 ta' Frar 2017 in-Netherlands bagħtet lill-Kummissjoni r-riżultati tal-konsultazzjonijiet mal-Finlandja u d-Danimarka. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiddeċiedi dwar ir-reġistrazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 52(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, filwaqt li tqis ir-riżultati ta' dawn il-konsultazzjonijiet.

(10)

Fid-dikjarazzjoni raġunata ta' oppożizzjoni tagħhom, il-Finlandja u d-Danimarka stqarrew li: 1) l-isem mhuwiex speċifiku (ifisser sempliċiment xropp taz-zokkor); 2) isem identiku jintuża għal diversi prodotti simili li jeżistu diġà fis-swieq Daniżi, Żvediżi, Finlandiżi, Ġermaniżi u Baltiċi; 3) il-karatteristiċi tal-prodott u l-metodu tal-produzzjoni tiegħu mhumiex uniċi għall-prodott għaliex prodotti simili, li jinbiegħu fid-Danimarka, fil-Finlandja u fl-Iżvezja, għandhom l-istess karatteristiċi u metodi speċifiċi. B'mod partikolari, il-Finlandja tikkunsidra li l-prodott kif deskritt fl-applikazzjoni ma jistax jiġi kkunsidrat “speċjali” bħala tip ta' xropp għaliex prodotti oħrajn minbarra s-“Suikerstroop” huma wkoll magħmula minn 100 % pitrava zokkrija jew zokkor tal-kannamiela.

(11)

Addizzjonalment, id-Danimarka stqarret li l-punt 3.1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, fih previst li “il-kliem ‘prodott Olandiż tradizzjonali’ se jidhru fuq it-tikketta fil-lingwa tal-pajjiż li fih jinbiegħ il-prodott”, jenħtieġ li jiġi riformulat biex ikun konformi mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Min-naħa l-oħra, il-Finlandja sfidat id-definizzjoni “prodott Olandiż tradizzjonali” bħala mhux speċifika għall-prodott deskritt fl-applikazzjoni għaliex prodotti simili li jinbiegħu fl-Ewropa tat-Tramuntana wkoll jistgħu jikkwalifikaw bħala tradizzjonali.

(12)

Il-Finlandja sussegwentement talbet, matul il-konsultazzjonijiet man-Netherlands, li titħassar l-aħħar sentenza tat-Taqsima 3.2 “Ma hemmx prodotti oħra bl-istess isem jew prodotti simili b'isem li għandu ħoss simili”, għaliex mhix korretta.

(13)

Il-Kummissjoni vvalutat l-argumenti mogħtija fid-dikjarazzjonijiet raġunati ta' oppożizzjoni u fl-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fir-rigward tan-negozjati bejn il-partijiet interessati, u kkonkludiet li jenħtieġ li l-isem “Suikerstroop” jiġi rreġistrat bħala STG.

(14)

L-oppożizzjonijiet huma bbażati fuq il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(15)

Fir-rigward tal-inkompatibbiltà mat-termini tar-Regolament, issemmew tliet punti: 1) l-isem mhuwiex speċifiku; 2) il-karatteristiċi tal-prodott u l-metodu tal-produzzjoni tiegħu mhumiex uniċi; 3) il-punt 3.1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott mhux konformi mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 sa fejn jikkonċerna “prodott Olandiż tradizzjonali”.

(16)

Fir-rigward taċ-ċirkostanza li l-isem huwa legali, magħruf u ekonomikament sinifikanti għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel simili, issemma punt wieħed: isem identiku jintuża għal diversi prodotti simili li jeżistu diġà fis-swieq Daniżi, Żvediżi, Finlandiżi, Ġermaniżi u Baltiċi.

(17)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ma jirrikjedix li l-isem ta' STG ikun speċifiku. Dan kien rikjest skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 (3). Minkejja l-fatt li l-applikazzjoni ġiet sottomessa lill-Kummissjoni meta kien fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 509/2006, ġiet ippubblikata skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u, għalhekk, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet tranżitorji speċifiċi, japplika r-Regolament tal-aħħar. Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, isem huwa eliġibbli għal STF jekk intuża tradizzjonalment biex jirreferi għal prodott speċifiku jew jekk jidentifika l-karattru tradizzjonali jew speċifiku tal-prodott. F'dan il-każ, l-isem “Suikerstroop” kien ilu jintuża għal sekli biex jiddefinixxi dan il-prodott speċifiku. Jidentifika l-karattru speċifiku tal-prodott, minħabba l-fatt li huwa xropp magħmul mil-likwidu li jibqa' matul il-produzzjoni taz-zokkor mill-pitrava zokkrija jew miz-zokkor tal-kannamiela. Għalhekk, l-isem huwa konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(18)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ma jirrikjedix li l-isem ta' STG ikun uniku jew speċifiku. Irid ikun identifikabbli u distingwibbli. Skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 huma esklużi biss ismijiet li jirreferu għal talbiet ta' natura ġenerali li jintużaw għal sett ta' prodotti jew talbiet previsti minn leġiżlazzjoni partikolari tal-Unjoni. “Suikerstroop” huwa identifikat b'mod ċar fir-rigward tal-karatteristiċi u l-metodu tal-produzzjoni tiegħu. Addizzjonalment, il-prodott kopert mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-isem “Suikerstroop” jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 18(1), il-punti (a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, għaliex il-metodu tal-produzzjoni jikkorrispondi għal prattika tradizzjonali għal dan il-prodott u l-ingredjenti huma dawk użati tradizzjonalment.

(19)

Is-sentenza fil-punt 3.1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott “Wara li tkun tlestiet il-proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, hemm l-intenzjoni li l-kliem ‘prodott Olandiż tradizzjonali’ jidhru fuq it-tikketta fil-lingwa tal-pajjiż li fih se jinbiegħ il-prodott” ma tikkonformax mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Jenħtieġ li tiġi sostitwita bis-sentenza li ġejja: “Mal-isem għandu jiżdied il-kliem ‘magħmul skont it-tradizzjoni tan-Netherlands’”. L-awtoritajiet Olandiżi qablu li din l-emenda tiġi inkluża fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, li jrid jerġa' jiġi ppubblikat għall-informazzjoni.

(20)

Għalkemm prodotti simili għal “Suikerstroop” jinbiegħu fi Stati Membri oħrajn taħt l-isem li huwa meqjus it-traduzzjoni, fil-lingwi uffiċjali ta' dawk l-Istati Membri, tat-terminu “Suikerstroop”, ma jistax jiġi konkluż li “isem identiku” qed jintuża fis-suq ta' dawk l-Istati Membri għal prodotti simili. L-isem użat f'dawk l-Istati Membri fil-fatt għandu l-istess tifsira bħal “Suikerstroop” fil-lingwa Olandiża, iżda mhux identiku għal “Suikerstroop” għaliex huwa espress f'lingwa differenti. Addizzjonalment, l-isem “Suikerstroop” mhux protett kif inhu iżda biss flimkien mad-dikjarazzjoni “magħmul skont it-tradizzjoni tan-Netherlands”.

(21)

Għalhekk, dawk l-ismijiet ta' prodotti simili għall-prodott imsemmi fl-applikazzjoni ta' “Suikerstroop”, li jinbiegħu fis-swieq Daniżi, Żvediżi, Finlandiżi, Ġermaniżi u Baltiċi, li t-tifsira tagħhom hija “xropp taz-zokkor” u li jirrappreżentaw it-traduzzjoni tal-isem “Suikerstroop” fil-lingwi rispettivi tagħhom, jistgħu jkomplu jintużaw. Mhumiex identiċi għal “Suikerstroop” u jenħtieġ li ma jiġux ikkunsidrati bħala imitazzjonijiet jew evokazzjonijiet tal-isem “Suikerstroop”, għaliex l-isem “Suikerstroop”, ladarba reġistrat, se jkun jeħtieġ li jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni “magħmul skont it-tradizzjoni tan-Netherlands”. Għalhekk il-protezzjoni ta' dan l-isem hija limitata għall-isem b'referenza għat-tradizzjoni Olandiża.

(22)

Addizzjonalment, huwa ovvju li r-reġistrazzjoni tal-isem “Suikerstroop” ma tistax twaqqaf l-użu tat-termini individwali “zokkor” u “xropp”, li huma ismijiet komuni.

(23)

In-Netherlands u l-Finlandja qablu wkoll li jħassru l-aħħar sentenza tat-Taqsima 3.2 li tgħid: “Ma hemmx prodotti oħra bl-istess isem jew prodotti simili b'isem li għandu ħoss simili.” Tali sentenza jenħtieġ li għalhekk titħassar mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott, li jrid jerġa' jiġi ppubblikat għal finijiet ta' informazzjoni.

(24)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-isem “Suikerstroop” jenħtieġ li jiddaħħal fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti. Il-verżjoni konsolidata tad-dokument uniku jenħtieġ li tiġi ppubblikata għall-informazzjoni.

(25)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Politika dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Suikerstroop” (STG) huwa b'dan reġistrat.

L-isem fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-Klassi 2.3. ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (4).

Artikolu 2

L-isem imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni “magħmul skont it-tradizzjoni tan-Netherlands”. L-ispeċifikazzjoni konsolidata tal-prodott hija stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 187, 19.6.2014, p. 9.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


ANNESS

APPLIKAZZJONI GĦAL REĠISTRAZZJONI TA' STG

Ir-Regolament (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (*1)

“SUIKERSTROOP”

Nru tal-KE: NL-TSG-0007-01203 – 27.1.2014

1.   ISEM U INDIRIZZ TAL-GRUPP APPLIKANT

Isem:

Kenniscentrum suiker & voeding

Indirizz:

Amsterdamsestraatweg 39a, 3744 MA BAARN

Telefon:

+31 (0)35 - 5433455

Fax

+31 (0)35 - 5426626

Posta elettronika:

info@kenniscentrumsuiker.nl

2.   STAT MEMBRU JEW PAJJIŻ TERZ

In-Netherlands

3.   SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

3.1.   Isem/ismijiet li għandu/għandhom jiġi/u reġistrat(i) (l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007  (1) )

“Suikerstroop”

L-isem għandu jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni “magħmul skont it-tradizzjoni tan-Netherlands”.

3.2.   Indika jekk l-isem

hux speċifiku minnu nnifsu

jesprimix il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

Il-prodott ilu b'dan l-isem għal sekli sħaħ. “Suikerstroop” jiġi mill-proċess tal-produzzjoni taz-zokkor. L-Artikolu 12 tad-Digriet taz-Zokkor u x-Xropp tal-1977 (Att tal-Komoditajiet) jistipula li: “L-isem ‘Suikerstroop’, li fejn jixraq jiġi preċedut mill-isem tal-pjanta li l-prodott ikun magħmul minnha, irid u jista' jintuża biss biex jiddeskrivi l-likwidu xropp miksub mill-massekit tal-pjanta li minnha jsir il-prodott wara l-estrazzjoni tal-kristalli taz-zokkor…”.

3.3.   Indika jekk it-talba għar-riżerva tal-isem hux qed issir skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006

Reġistrazzjoni bir-riżerva tal-isem

Reġistrazzjoni mingħajr ir-riżerva tal-isem

3.4.   Tip ta' prodott

Klassi 2.3: Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

3.5.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel li għalih japplika l-isem fil-punt 3.1. (l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007)

“Suikerstroop” huwa l-likwidu xropp li jirriżulta mill-massekit tal-pitrava zokkrija jew iz-zokkor tal-kannamiela li minnu jsir il-prodott wara l-estrazzjoni tal-kristalli taz-zokkor. Dan il-likwidu għandu kontenut tal-estratt ta' mill-inqas 80 %, kontenut minerali ta' mhux iktar minn 4,0 %, u purezza apparenti ta' mill-inqas 73 %. Il-kontenut għoli ta' materja niexfa tal-prodott flimkien mal-konċentrazzjoni għolja tiegħu taz-zokkor (iktar minn 60 g għal kull 100 g) ifisser li jibqa' tajjeb għal żmien twil. Iz-zokkor jiżgura li hemm disponibbiltà baxxa ta' “ilma liberu”, li jfisser li ma jistgħux jiżviluppaw mikroorganiżmi.

Il-prodott għandu l-karatteristiċi speċifiċi li ġejjin:

 

Kulur

Brix (2)

Zokkor totali

“Suikerstroop”

2 000 - 30 000 IU (3)

min. 79°

min. 70 %

Karatteristiċi fiżiċi

“Suikerstroop” huwa likwidu xropp li jwaħħal, magħqud, viskuż, kannella skur. Fih kwantità kbira ta' zokkor (mill-inqas 70 %).

Karatteristiċi kimiċi

“Suikerstroop” għandu purezza apparenti ta' mill-inqas 73 %. Il-kontenut tal-estratt għandu jkun mill-inqas 80 % u l-kontenut minerali ta' “suikerstroop” ma għandux ikun ogħla minn 4 %.

Karatteristiċi organolettiċi

“Suikerstroop” għandu togħma ħelwa/mielħa u daqsxejn morra. Il-ħlewwa tiġi mill-kontenut għoli ta' zokkor u t-togħma mielħa mill-minerali u komponenti oħrajn (li jdubu) tal-pitrava zokkrija jew iz-zokkor tal-kannamiela li jinsabu fix-xropp b'riżultat tal-proċess tal-produzzjoni.

3.6.   Deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni li japplika għall-isem skont il-punt 3.1

Il-materja prima ta' “Suikerstroop” hija l-likwidu xropp li jibqa' wara l-produzzjoni taz-zokkor mill-pitrava zokkrija jew iz-zokkor tal-kannamiela wara l-estrazzjoni tal-kristalli taz-zokkor.

Matul il-produzzjoni taz-zokkor granulat, il-proċess ta' estrazzjoni jinvolvi t-tidwib taz-zokkor mill-pitrava zokkrija jew iz-zokkor tal-kannamiela fl-ilma. Komponenti - li jdubu fl-ilma - oħrajn (mhux zokkor) mill-pitrava zokkrija jew iz-zokkor tal-kannamiela jdubu wkoll.

Dan l-estratt jiġi ppurifikat, ridott u kristallizzat. Wara li s-soluzzjoni taz-zokkor miksuba b'dan il-mod tikkristallizza, il-kristalli taz-zokkor jiġu estratti. Dak li mhux zokkor ma jinġabarx mas-soluzzjoni taz-zokkor li jifdal, li hija magħrufa wkoll bħala l-likur tal-mamma (jew ix-xropp, xropp oriġinali). Il-likur tal-mamma jkun għad fih ħafna zokkor imdewweb (madwar 85 %). Sabiex iz-zokkor li jkun għadu mdewweb jikkristallizza, il-likur tal-mamma jiġi ridott għal darb'oħra sakemm il-kristalli taz-zokkor jerġgħu jibdew jiffurmaw. Għal darb'oħra dawn il-kristalli jiġu estratti. Ix-xropp li jifdal huwa magħruf bħala xropp B u fih madwar 75 % zokkor (abbażi tal-materja niexfa) u livelli relattivament ogħla ta' materjali li mhumiex zokkor. Ix-xropp B huwa l-materja prima użata għall-produzzjoni ta' “Suikerstroop”.

Ix-xropp B jitferra' f'tank tat-taħlit biex jitneħħew l-impuritajiet. Il-materja prima tiġi trattata bil-karbonju attiv, li jassorbi l-impuritajiet, li jitneħħew permezz tal-filtrazzjoni flimkien mal-karbonju. Ix-xropp B purifikat miksub huwa l-ingredjent prinċipali ta' “Suikerstroop”. Ma' din is-soluzzjoni purifikata tax-xropp B (soluzzjoni ta' zokkor fl-ilma) jiżdied iz-zokkor u/jew iz-zokkor invers (xropp) sabiex ikun konformi mal-karatteristiċi msemmija fil-punt 3.5. Iz-zokkor invers (xropp) huwa xropp miksub permezz tas-separazzjoni taz-zokkor (sukrożju) fi glukożju u fruttożju. Ix-xropp B purifikat, is-soluzzjoni taz-zokkor u/jew iz-zokkor invers (xropp) jitħalltu biex jiffurmaw massa omoġenja.

Sabiex jinkiseb “Suikerstroop” skont il-kompożizzjoni deskritta fil-punt 3.5, din il-massa ta' xropp omoġenja tiġi evaporata f'vakwu sakemm jinkiseb il-valur tal-grad Brix mixtieq (mill-inqas 79° Brix).

Ix-xropp jinħażen f'tankijiet tal-ħażna, li minnhom jitferra' f'diversi tipi ta' pakketti.

3.7.   Karattru speċifiku tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel

Il-karattru speċifiku ta' “Suikerstroop” jirriżulta mill-fatt li l-kwalitajiet tiegħu huma differenti ferm minn tipi oħra ta' xropp bħax-xropp tat-tuffieħ jew tal-lanġas, iżda wkoll mill-melassa minħabba l-karatteristiċi li ġejjin:

Materja prima

“Suikerstroop” jingħaraf mill-fatt li x-xropp huwa derivat 100 % mill-pitrava zokkrija/zokkor tal-kannamiela.

Kompożizzjoni taz-zokkor

Ix-xropp ftit li xejn fih karboidrati apparti mis-sukrożju u z-zokkor invers minħabba l-fatt li ġej 100 % mill-pitrava zokkrija/zokkor tal-kannamiela. Il-kontenut taz-zokkor huwa mill-inqas 70 % (ara l-karatteristiċi wkoll imsemmija taħt il-punt 3.5). Dan jiddistingwi wkoll ix-xropp mill-melassa, fejn il-kontenut taz-zokkor huwa inqas minn 68 %.

Togħma

Il-materjali li “mhumiex zokkor” fil-materja prima jagħtu lil “Suikerstroop” togħma mielħa u daqsxejn morra. Din tikkombina mal-kontenut għoli ta' zokkor biex tipproduċi togħma ħelwa/mielħa u aroma li huma uniċi meta mqabbla ma' tipi oħrajn ta' xropp.

3.8.   Karattru tradizzjonali tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel

L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni hija bbażata fuq il-fatt li l-prodott huwa karatterizzat minn metodu tradizzjonali tal-produzzjoni u kompożizzjoni tradizzjonali.

Metodu tradizzjonali tal-produzzjoni

Sa mill-bidu tas-seklu 17 “Suikerstroop” kien isir bl-idejn, iżda fl-1908 beda jsir b'metodu industrijali fil-fabbrika. Il-metodu tal-produzzjoni tal-fabbrika ma nbidilx minn dak iż-żmien, għalkemm il-proċess tal-produzzjoni tjieb, ġie ssimplifikat u iktar mekkanizzat. Il-fabbriki (li nbnew fil-bidu tal-20 seklu, madwar l-1910) għadhom joperaw. Hekk kif it-teknoloġija avvanzat dawn ġew modernizzati internament.

Is-sekli 17, 18 u 19

Storikament “Suikerstroop” huwa prodott sekondarju tal-irfinar taz-zokkor. De Suikerraffinadeur minn J.H. Resig, li jmur lura għall-1783, jiddeskrivi kif ix-xropp kien jinġabar fil-laned tal-qtar matul il-produzzjoni tal-ħbejżiet taz-zokkor. Matul il-proċess tal-kristallizzazzjoni, il-massekit taz-zokkor purifikat (viskuż) kien jitferra' fil-forom tal-ħbejżiet taz-zokkor. Il-forom wara kienu jitħallew fuq il-laned tal-qtar għal jumejn. Ix-xropp li kien jinġabar kien jissejjaħ xropp “mikxuf”. Il-ħbejżiet wara kienu jiġu mgħottija bit-tafal imxarrab (li kien iqanqal il-proċess tal-kristallizzazzjoni u ma jħallix il-ħbejżiet idubu) u jerġgħu jitpoġġew fuq il-laned. L-ilma kien jitferra' bil-mod fuq il-wiċċ, u bil-mod kien joqtor ġewwa l-ħbejża. Ix-xropp prodott b'dan il-mod kien magħruf bħala x-xropp “mgħotti”. Wara kien jitneħħa l-għatu (tafal niexef), u l-ħbejżiet taz-zokkor kienu jitħallew joqogħdu għal ftit jiem, fejn wara kienu jiġu mgħottija b'saff ta' tafal irqiq u jitpoġġew lura fuq il-laned tal-qtar qabel ma jerġa' jitferra' l-ilma fuqhom. Ix-xropp li kien jirriżulta kien magħruf bħala xropp tal-aħħar filtrazzjoni (l-iktar pur).

Mis-seklu 20 sal-lum

Minħabba li l-progress fit-teknoloġija (industrijalizzazzjoni) irriżulta f'żieda fil-kwantità ta' zokkor granulat li jista' jinkiseb matul il-proċess tal-produzzjoni, il-melado/melassa (xropp) fihom iktar materjal li mhux zokkor u inqas zokkor (il-kontenut totali taz-zokkor huwa inqas minn 68 %, u għalhekk il-purezza apparenti hija inqas minn 73 %). L-akkumulazzjoni tal-impuritajiet (minħabba l-effiċjenza tal-proċess industrijali tal-produzzjoni) ukoll tagħti lix-xropp togħma differenti ħafna, ħafna iktar mielħa minn tax-xropp tal-aħħar filtrazzjoni tal-passat (ix-xropp tal-aħħar miksub fil-proċess tal-produzzjoni manwali). Madankollu, minħabba l-fatt li kien għad hemm domanda għal “Suikerstroop”, dan beda jiġi prodott apposta. Il-proċess tal-produzzjoni ġie żviluppat madwar is-sena 1900 (ara d-deskrizzjoni fil-punt 3.6) u fl-1908 il-prodott beda jsir bil-mod li jsir illum.

Ħarsa ġenerali tal-metodu tal-produzzjoni fl-1908 u llum:

Metodu tal-produzzjoni (kif deskritt fil-punt 3.6)

1908

Illum

Ix-xropp B miksub mill-produzzjoni taz-zokkor miz-zokkor tal-kannamiela jew mill-pitrava zokkrija jikkostitwixxi l-materja prima

X

X

Purifikazzjoni tax-xropp B permezz tal-karbonju attiv

X

X

Soluzzjoni taz-zokkor u/jew xropp taz-zokkor invers miżjud f'konformità mar-riċetta

X

X

Jitħallat biex isir massa omoġenja

X

X

Evaporazzjoni permezz ta' tisħin sakemm tinkiseb il-materja niexfa mixtieqa

X

X

Kompożizzjoni tradizzjonali

“Suikerstroop” huwa tradizzjonalment magħmul mill-karboidrati tas-sukrożju u z-zokkor invers, li jiġu miz-zokkor tal-kannamiela jew il-pitrava zokkrija.

Il-kompożizzjoni ta' “Suikerstroop” tal-lum, li r-rekwiżiti tiegħu huma deskritti fil-punt 3.9, hija l-istess bħal dik stipulata fid-Digriet taz-Zokkor u x-Xropp (l-Att tal-Komoditajiet) tal-1977.

Id-Digriet taz-Zokkor u x-Xropp (l-Att tal-Komoditajiet) tal-1977 jiddeskrivi l-kompożizzjoni bħala xropp likwidu miksub mill-massekit tal-pjanta li minnha jsir il-prodott wara l-estrazzjoni tal-kristalli taz-zokkor. Barra minn hekk, il-kontenut tal-estratt kellu jkun ta' mill-inqas 80 % u l-purezza apparenti 73 %. Il-kontenut minerali massimu kien 4,0 %. Il-karatteristiċi ewlenin tal-kompożizzjoni ma nbidlux u huma identiċi għar-rekwiżiti għall-kompożizzjoni ta' “Suikerstroop” tal-lum, kif deskritt fil-punt 3.5.

Użu tradizzjonali

“Suikerstroop” huwa ingredjent użat ħafna fil-platti tradizzjonali. Is-serje Streekgerechten en wetenswaardigheden ta' Jo van Lamoen, 1987-88, turi li “Suikerstroop” jintuża f'ħafna riċetti lokali, bħal Groningse kruidkoek, Limburgse zoervleisj, Drentse proemenkreuze, Zeeuwse boterbabbelaars u l-fażola kannella bit-tuffieħ. Hemm ukoll ħafna riċetti li jużaw “Suikerstroop” f'Het kookboek van de Amsterdamse huishoudschool ta' C.J. Wannée, is-6 edizzjoni, datat 1910. Eżempji ta' dawn huma boluskoek u stroopmoppen, u stroopsaus, li huwa zalza magħmula minn “Suikerstroop”, kien kontorn rakkomandat għal ħafna riċetti, għaliex ħafna mill-platti tradizzjonali Olandiżi spiss kienu jkunu bla togħma.

3.9.   Rekwiżiti minimi u proċeduri għall-verifika tal-karattru speċifiku

Il-karattru speċifiku ta' “Suikerstroop” jista' jiġi ttestjat abbażi tar-rekwiżiti minimi li jistgħu jitkejlu, fejn iridu jiġu ssodisfati l-karatteristiċi tax-xropp imsemmija fil-punt 3.5 (kulur, Brix u zokkor totali). Il-produttur jikkontrolla li r-rekwiżiti jiġu ssodisfati f'kull kunsinna prodotta (matul kull produzzjoni).

Nederlandse Voedsel en Waren Autoriteit (NVWA - l-Awtorità Olandiża tas-Sikurezza tal-Ikel u l-Prodotti tal-Konsum) tivverifika dan billi tagħmel monitoraġġ tal-kontrolli. NVWA twettaq verifika amministrattiva fuq il-post għand il-produtturi tal-inqas darba fis-sena billi tikkontrolla d-dejta maħżuna fir-rigward tal-kulur, il-valur Brix u l-kontenut totali taz-zokkor (imkejla mill-produttur għal kull kunsinna prodotta u maħżuna diġitalment).

4.   AWTORITAJIET JEW KORPI LI JIVVERIFIKAW IL-KONFORMITÀ MAL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

4.1.   Isem u indirizz

Isem

:

Nederlandse Voedsel en Waren Autoriteit

Indirizz

:

Catharijnesingel 59, 3511 GG UTRECHT

Telefon

:

+31– 088- 223 33 33

Posta elettronika

:

info@vwa.nl

Pubbliku

Privat

4.2.   Kompiti speċifiċi tal-awtorità jew tal-entità

Nederlandse Voedsel en Waren Autoriteit hija responsabbli mill-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal “Suikerstroop”.


(*1)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.

(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007 tat-18 ta' Ottubru 2007 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u prodotti ta' l-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (ĠU L 275, 19.10.2007, p. 3).

(2)  Kejl tal-konċentrazzjoni tas-solidi mdewba (f'dan il-każ zokkor) f'soluzzjoni tal-ilma determinata bl-użu ta' refrattometru.

(3)  Unitajiet ICUMSA (International Commission for Uniform Methods of Sugar Analysis). Iżjed ma jkun għoli l-IU, iżjed ikun skur il-kulur.

Dan huwa kejl indirett tal-purezza.


12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/49

tal-11 ta' Jannar 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 wara rieżami ta' “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) u 13(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4), 13(4) u 14(5) tiegħu,

Billi:

A.   MIŻURI FIS-SEĦĦ

(1)

Fit-29 ta' Mejju 2013, permezz tar-Regolament (UE) Nru 502/2013 (2), il-Kunsill, wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, emenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 (3) li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-miżuri eżistenti”).

(2)

Fl-istess jum, il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 501/2013 (4) estenda l-miżuri għal importazzjonijiet ta' biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ('RPĊ') għall-importazzjonijiet ta' biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le ('il-miżuri estiżi').

(3)

Fit-18 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/776 (5), estendiet il-miżuri għal importazzjonijiet ta' biċikletti li joriġinaw mir-RPĊ għal importazzjonijiet ta' biċikletti kkunsinjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le.

B.   IL-PROĊEDURA ATTWALI

1.   Talba għal rieżami

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet talba għal eżenzjoni mill-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-RPĊ estiżi għal importazzjonijiet ta' roti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le, skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku.

(5)

It-talba ġiet imressqa fit-13 ta' Settembru 2016 minn Look Design System SA (“l-applikant”), produttur esportatur tar-roti fit-Tuneżija (“il-pajjiż ikkonċernat”).

(6)

L-applikant allega li ma huwa marbut ma' ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma soġġetti mal-miżuri estiżi fuq ir-roti.

(7)

Ukoll, l-applikant allega li ma esportax ir-roti lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' rapportar użat fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri estiżi, jiġifieri mill-perjodu tal-1 ta' Settembru 2011 sal-31 ta' Awwissu 2012 ('il-perjodu oriġinali tar-rapportar').

(8)

Minbarra dan, l-applikant allega li ma evitax il-miżuri eżistenti.

(9)

Fl-aħħar nett, l-applikant ipprovda evidenza li huwa kien esporta l-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni f'Awwissu 2016.

2.   Il-bidu ta' rieżami ta' esportatur ġdid

(10)

Wara li ddeterminat li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament bażiku għall-għanijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li l-applikant jingħata eżenzjoni mill-miżuri estiżi, u li l-industrija tal-Unjoni kkonċernata ngħatat l-opportunità li tikkummenta, il-Kummissjoni bdiet, permezz tar-Regolament (UE) 2017/777 (6), rieżami tar-Regolament (UE) Nru 501/2013 rigward l-applikant.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 2017/777 ħassar id-dazju antidumping fuq roti impost bir-Regolament (UE) Nru 501/2013 fir-rigward ta' importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ għal esportazzjonijiet lill-Unjoni mill-applikant. Fl-istess waqt, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-awtoritajiet doganali ġew ordnati jieħdu l-passi neċessarji biex jirreġistraw dawn l-importazzjonijiet.

3.   Prodott taħt rieżami

(12)

Il-prodott taħt rieżami huwa roti u tipi oħrajn tagħhom (inkluż triċikletti għat-tqassim, imma esklużi l-uniċikli), mhux motorizzati, ikkunsinjati mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le, attwalment koperti mill-kodiċijiet NM ex 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (il-kodiċijiet TARIC 8712003010 u 8712007091).

4.   Il-partijiet ikkonċernati

(13)

Il-Kummissjoni nnotifikat uffiċjalment lill-industrija tal-Unjoni, lill-applikant u lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur dwar il-bidu tar-rieżami. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità jressqu l-opinjoni tagħhom bil-miktub u jinstemgħu.

(14)

Il-Kummissjoni bagħtet formola ta' eżenzjoni lill-applikant u rċeviet tweġiba qabel ma' skorriet id-data tal-iskadenza ffissata għal dak l-għan.

(15)

Il-Kummissjoni fittxet li tivverifika l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa għad-determinazzjoni tal-istatus tal-esportatur ġdid u t-talba għal eżenzjoni tal-applikant mill-miżuri estiżi. Saret żjara ta' verifika fl-istabbiliment tal-applikant fit-Tuneżija.

5.   Il-perjodu ta' rapportar u l-perjodu ta' investigazzjoni

(16)

Il-perjodu ta' rapportar kien bejn l-1 ta' April 2016 u l-31 ta' Marzu 2017 u l-perjodu ta' investigazzjoni kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Marzu 2017 rilevanti biex jiġu vvalutati l-effetti rimedjali tal-miżuri.

C.   IR-RIŻULTATI TAL-INVESTIGAZZJONI

1.   Il-kwalifika ta' “esportatur ġdid”

(17)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk it-tliet kundizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku biex jingħata status ta' esportatur ġdid ġewx issodisfati.

(18)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-kumpanija ma kinitx esportat il-prodott taħt rieżami matul il-perjodu ta' rappurtar oriġinali, li jissodisfa l-ewwel kundizzjoni. Barra minn hekk, l-applikant wera li ma kellux rabtiet, diretti jew indiretti, ma' xi produtturi esportaturi Tuneżini soġġetti għall-miżura estiża fir-rigward tal-prodott taħt rieżami, li jissodisfa t-tieni kundizzjoni. Fl-aħħar nett, l-investigazzjoni wriet li l-applikant kien beda jesporta l-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni biss wara l-perjodu oriġinali tar-rappurtar, u b'hekk jissodisfa t-tielet kundizzjoni.

(19)

B'mod xieraq, il-Kummissjoni stabbiliet li l-kumpanija għandha tkun ikkunsidrata bħala “esportatriċi ġdida” skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, u għalhekk it-talba għal eżenzjoni għandha tiġi vvalutata b'mod xieraq.

2.   Talba għal eżenzjoni

(20)

Is-sorsi tal-materja prima (komponenti tar-roti) u l-ispiża tal-produzzjoni kienu analizzati sabiex jiġi ddeterminat jekk din kinitx twettaq operazzjonijiet ta' mmuntar skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku.

(21)

L-investigazzjoni wriet li r-roti esportati lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' rappurtar ma kinux jinkludu komponenti tar-roti mir-RPĊ. Il-komponenti prinċipalment joriġinaw minn pajjiżi oħra u l-materja prima (il-komponenti tar-roti) mir-RPĊ kienu jikkostitwixxu għalhekk inqas minn 60 % tal-valur totali tal-komponenti tal-prodott assemblat (test 60/40).

(22)

Konsegwentement, peress li l-applikant issodisfa t-test 60/40, huwa ma kienx obbligat li jevalwa jekk il-valur miżjud mal-komponenti miġjuba, matul l-operazzjoni ta' assemblaġġ jew ta' kompletazzjoni, kienx ikbar minn 25 % tal-ispiża tal-manifattura. Lanqas ma kien meħtieġ jivvaluta jekk l-effetti ta' rimedju tad-dazju kinux qed jiddgħajfu f'termini ta' prezzijiet u/jew kwantitajiet u jekk kienx hemm evidenza ta' dumping kif previst fl-Artikolu 13(2)(c) tar-Regolament bażiku.

(23)

Barra minn hekk, ma nstabet l-ebda evidenza li l-applikant xtara roti mir-RPĊ, jew li trasborda r-roti Ċiniżi prodotti lejn l-Unjoni.

(24)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-applikant huwa produttur ġenwin ta' roti, mhux relatat mal-ebda produttur ta' roti li jinsab fir-RPĊ. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li teżenta lill-applikant mill-miżuri estiżi.

D.   IR-REĠISTRAZZJONI

(25)

Fid-dawl tas-sejbiet ta' hawn fuq, ir-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet imposta bir-Regolament (UE) 2017/777 għandha tieqaf mingħajr l-ebda impożizzjoni retroattiva tad-dazji antidumping.

E.   DIVULGAZZJONI

(26)

Il-partijiet ikkonċernati ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tingħata eżenzjoni mill-miżuri estiżi lill-applikant u li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 501/2013 kif xieraq. Ma wasal ebda kumment li seta' jibdel d-deċiżjoni ta' eżenzjoni lill-applikant mill-miżuri estiżi mingħand il-partijiet interessati.

(27)

Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 501/2013, dan li ġej għandu jiddaħħal fit-tabella taħt il-produtturi fit-Tuneżija:

Il-pajjiż

Il-kumpanija

Il-kodiċi TARIC addizzjonali

It-Tuneżija

Look Design System

Route de Tunis Km6 - BP 18, 8020 Soliman, Tunisia

C206

2.   L-awtoritajiet doganali huma b'dan ordnati jwaqqfu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw fit-Tuneżija prodott minn Look Design System SA mingħajr l-ebda impożizzjoni retroattiva tad-dazji ta' antidumping.

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 tad-29 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 153, 5.6.2013, p. 17).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 tat-3 ta' Ottubru 2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 261, 6.10.2011, p. 2).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 tad-29 ta' Mejju 2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta' biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (ĠU L 153, 5.6.2013, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/776 tat-18 ta' Mejju 2015 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal fuq importazzjonijiet ta' roti kkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le (ĠU L 122, 19.5.2015, p. 4).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/777 tal-4 ta' Mejju 2017 li jagħti bidu għal rieżami tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 (li jestendi d-dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' biċikletti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le) għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawk il-miżuri lil produttur esportatur Tuneżin wieħed, li jirrevoka d-dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet minn dak il-produttur esportatur u li l-importazzjonijiet minn dak il-produttur esportatur jagħmilhom soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 20).


12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/50

tal-11 ta' Jannar 2018

li jemenda għall-280 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fis-26 ta' Diċembru 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jħassar annotazzjoni waħda u jemenda annotazzjoni waħda mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi għandu japplika. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Estera


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni “Zayn Al-Abidin Muhammad Hussein (magħrufa ukoll bħala (a) Abu Zubaida, (b) Abd Al-Hadi Al-Wahab, (c) Zain Al-Abidin Muhammad Husain, (d) Zayn Al-Abidin Muhammad Husayn, (e) Zeinulabideen Muhammed Husein Abu Zubeidah, (f) Abu Zubaydah, (g) Tariq Hani). Jum tat-twelid: 12.3.1971. Post tat-twelid: Riyadh, l-Arabja Sawdija. Nazzjonalità: Palestinjan. Informazzjoni oħra: (A) Sieħeb mill-qrib ta' Usama bin Laden u jiffaċilita l-ivvjaġġar tat-terroristi; (B) Miżmum taħt arrest fl-Istati Uniti tal-Amerka, sa minn Lulju 2007. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001”, taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” hija mħassra:

(2)

L-annotazzjoni “Seifallah Ben-Hassine (isem assunt (a) Seif Allah ben Hocine; (b) Saifallah ben Hassine; (c) Sayf Allah 'Umar bin Hassayn; (d) Sayf Allah bin Hussayn; (e) Abu Iyyadh al-Tunisi; (f) Abou Iyadh el-Tounsi; (g) Abu Ayyad al-Tunisi; (h) Abou Aayadh; (i) Abou Iyadh). Jum tat-twelid: 8.11.1965. Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.9.2014”, taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” hija emendata kif ġej:

“Seifallah Ben Omar Ben Mohamed Ben Hassine (magħruf ukoll bħala (a) Seif Allah ben Hocine; (b) Saifallah ben Hassine; (c) Sayf Allah 'Umar bin Hassayn; (d) Sayf Allah bin Hussayn; (e) Abu Iyyadh al-Tunisi; (f) Abou Iyadh el-Tounsi; (g) Abu Ayyad al-Tunisi; (h) Abou Aayadh; (i) Abou Iyadh; (j) Seifallah ben Amor ben Hassine). Indirizz: a) 60 Rue de la Libye, Hammam Lif, Ben Arous, Tunisia; b) Libya (possibbilment minn Lulju 2017). Jum tat-twelid: 8.11.1965. Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Nru tal-Passaport: Numru Tuneżin G557170, maħruġ fis-16 ta' Novembru 1989. Numru tal-identifikazzjoni nazzjonali: Karta tal-Identità Nazzjonali Tunesina 05054425, maħruġa fit-3.5.2011 (maħruġa f'Hammam Lif). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.9.2014.”


DEĊIŻJONIJIET

12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/37


DEĊIŻJONI (UE) 2018/51 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Ottubru 2017

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex tipprovdi l-finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Istrument ta' Flessibbiltà huwa maħsub biex jippermetti l-finanzjament ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fil-limiti disponibbli għal intestatura waħda jew aktar.

(2)

Il-limitu massimu fuq l-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà huwa EUR 600 000 000 (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2).

(3)

Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi kurrenti tal-migrazzjoni, l-influssi tar-refuġjati u t-theddid għas-sigurtà, huwa meħtieġ li jiġu mmobilizzati ammonti addizzjonali importanti għall-finanzjament ta' miżuri xierqa bħala kwistjoni ta' urġenza.

(4)

Wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt il-limitu massimu tan-nefqa għall-intestatura 4 (Ewropa Globali), huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat l-Istrument ta' Flessibbiltà biex jissupplimenta l-finanzjament disponibbli fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017, lil hinn mil-limiti massimi tal-Intestatura 4 b'EUR 275 000 000 biex jiġi pprovdut il-finanzjament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD). Dan l-ammont jinkludi l-ammonti li skadew fis-snin preċedenti tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea u tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u li saru disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013.

(5)

Abbażi tal-profil tal-pagamenti mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu ml-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà jenħtieġ li jkunu għall-2017 biss,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017, l-Istrument ta' Flessibbiltà għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta' EUR 275 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-Intestatura 4 (Ewropa Globali).

L-ammont imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jiġi użat biex jipprovdi l-finanzjament tal-Fond ta' Garanzija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli.

2.   Abbażi tal-profil tal-pagamenti mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà ser ikunu EUR 275 000 000 għall-2017. L-ammont ser jiġi awtorizzat f'konformità mal-proċedura baġitarja.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Ottubru 2017.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/39


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/52

tal-11 ta' Jannar 2018

li ttemm ir-rieżami interim parzjali dwar l-importazzjonijiet ta' ċerti fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Europea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu.

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013 (2), ġew imposti miżuri definittivi antidumping fuq ċerti fittings fonduti ta' tubi jew pajpijiet bil-kamin ta' ħadid fondut malleabbli li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) u t-Tajlandja.

(2)

Fit-23 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet rieżami interim parzjali dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajlandja, abbażi tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ir-Regolament bażiku). Hija ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3) (“in-Notifika ta' Bidu”).

(3)

Il-Kummissjoni bdiet ir-rieżami li jikkonċerna r-RPĊ wara talba ppreżentata fil-25 ta' Lulju 2016 minn Hebei Yulong Casting Co., Ltd (“l-applikant”), produttur esportatur Ċiniż ta' ċerti fittings tal-fondut ta' tubi jew pajpijiet bil-kamin ta' ħadid fondut malleabbli, għall-importazzjonijiet mir-RPĊ. L-applikant talab rieżami bl-għan li jiġi ddeterminat jekk korpi b'fittings ta' kompressjoni li jużaw ħajt DIN 28601, u fittings b'forma ta' salib b'żewġ toqob ċentrali minn naħa għall-oħra (“il-prodotti li potenzjalment jistgħu jiġu esklużi”) għandhomx jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 430/2013. Billi l-miżuri japplikaw ukoll għal importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajlandja, il-Kummissjoni ddeċidiet fuq inizjattiva tagħha stess li tibda rieżami għal importazzjonijiet mit-Tajlandja wkoll. It-talba kien fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika il-bidu ta' rieżami.

(4)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fir-rieżami. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikant, lil produtturi magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ u fit-Tajlandja u lill-awtoritajiet tar-RPĊ u tat-Tajlandja, lil importaturi, fornituri u utenti, kummerċjanti magħrufa, kif ukoll lill-assoċjazzjoni, dwar il-bidu tar-rieżami, u stednithom jieħdu sehem.

(5)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-ftuħ tar-rieżami u li jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

2.   IRTIRAR TAT-TALBA GĦAL RIEŻAMI U TERMINAZZJONI TAL-INVESTIGAZZJONI

(6)

Fit-8 ta' Settembru 2017 l-applikant irtira t-talba tiegħu għal rieżami.

(7)

Skont l-Artikoli 9(1) u 11(5) tar-Regolament bażiku, meta l-applikant jirtira t-talba tiegħu, ir-rieżami jista' jintemm dment li tali terminazzjoni ma tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

(8)

Il-Kummissjoni qieset li r-rieżami għandu jintemm fir-rigward tar-RPĊ peress li l-investigazzjoni ma sabet ebda konsiderazzjoni li turi li din it-terminazzjoni tmur kontra l-interess tal-Unjoni.

(9)

Fir-rigward tat-Tajlandja, l-ebda kumpanija magħrufa u l-ebda awtorità Tajlandiża ma pprovdew xi informazzjoni rilevanti għall-investigazzjoni rigward il-prodott għall-esklużjoni potenzjali li tiġġustifika li jitwettaq rieżami. L-ebda importatur magħruf ikkuntattjat ma rriferixxa xi importazzjonijiet tal-prodott għall-esklużjoni potenzjali mit-Tajlandja. L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda informazzjoni oħra rilevanti li fuqha jista' jiġi bbażat ir-rieżami tal-ambitu tal-prodott.

(10)

Ġaladarba l-applikant rtira t-talba tiegħu fir-rigward tar-RPĊ u peress li ma hemm l-ebda informazzjoni rilevanti oħra fir-rigward tat-Tajlandja, ir-rieżami fir-rigward tat-Tajlandja għandu jintemm ex officio skont l-Artikolu 9(2) u 11(5) tar-Regolament bażiku.

(11)

Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b'dan u ngħataw ċans jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment fil-limitu ta' żmien preskritt.

(12)

Il-Kummissjoni għaldaqstant tikkonkludi li r-rieżami interim parzjali dwar l-importazzjonijiet ta' ċerti fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajlandja għandu jintemm.

(13)

Din id-Deċiżjoni hija f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rieżami interim parzjali dwar l-importazzjoni ta' ċerti fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja, li jeskludi komponenti ta' fittings b'kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13 u kaxxi ta' ġunzjoni tondi bil-kamini u mingħajr għatu tal-ħadid malleabbli, li bħalissa jaqgħu fil-kodiċi NM ex 7307 19 10 (kodiċi TARIC 7307191010) intemm.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' fittings fonduti ta' tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja (ĠU L 129, 14.5.2013, p. 1).

(3)  Notifika ta' bidu ta' rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta' ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja (ĠU C 162, 23.5.2017, p. 12).


Rettifika

12.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/41


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir- Regolament (KE) Nru 329/2007

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 224 tal-31 ta' Awwissu 2017 )

Fil-paġna 96, l-Anness XIII, il-Parti (b) (Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi), l-entrata 23, it-tielet kolonna (Post):

minflok:

“… SWIFT: DCBK KKPY”,

aqra:

“… SWIFT: DCBK KPPY”.