ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 5

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
10ta' Jannar 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/18 tal-21 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-grenadier rasu raffa fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/19 tal-21 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-bakkaljaw fl-ilmijiet ta' Greenland NAFO 1F u l-ilmijiet ta' Greenland XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/20 tal-21 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għaċ-ċiċċirell u l-qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni IIa, IIIa u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/21 tal-21 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-kavall fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/22 tal-21 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet Norveġiżi IV fit-Tramuntana ta' 53° 30′ N minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/23 tal-21 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-aringa fiż-żoni VIaS, VIIb u VIIc minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/24 tal-21 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-barbun tat-tbajja' fiż-żoni VIIf u VIIg minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/25 tal-21 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-barbun tat-tbajja' fiż-żoni VIIh, VIIj u VIIk minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

22

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/26 tad-9 ta' Jannar 2018 li japprova emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott fir-rigward ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta (Montravel (DOP))

25

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/27 tad-9 ta' Jannar 2018 li jikkonferixxi l-protezzjoni fuq l-isem Ribeiras do Morrazo (IĠP) skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

26

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/28 tad-9 ta' Jannar 2018 li jimponi mill-ġdid dazju definittiv tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' roti, kemm jekk dawn ikunu ddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka jew le minn City Cycle Industries

27

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/996 tad-19 ta' Mejju 2015 li tistabbilixxi metodi komuni ta' valutazzjoni tal-istorbju skont id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 168, 1.7.2015 )

35

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

10.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 5/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/18

tal-21 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-grenadier rasu raffa fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 tat-12 ta' Diċembru 2016 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-fond u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 32).


ANNESS

Nru

47/TQ2285

Stat Membru

Franza

Stokk

RHG/124-

Speċi

Grenadier rasu raffa (Macrourus berglax)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali I, II u IV

Data tal-għeluq

7.12.2017


10.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 5/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/19

tal-21 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-bakkaljaw fl-ilmijiet ta' Greenland NAFO 1F u l-ilmijiet ta' Greenland XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

51/TQ127

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

COD/N1GL14 u l-kundizzjonijiet speċjali relatati għall-COD/GRL1 u COD/GRL2

Speċi

Bakkaljaw (Gadus morhua)

Żona

L-ilmijiet ta' Greenland NAFO 1F u l-ilmijiet ta' Greenland XIV

Data tal-għeluq

9.12.2017


10.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 5/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/20

tal-21 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għaċ-ċiċċirell u l-qabdiet aċċessorji assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni IIa, IIIa u IV minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

49/TQ127

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

SAN/2A3A4. u l-kundizzjonijiet speċjali relatati OT1/*2A3A4, SAN/234_1R, SAN/234_2R, SAN/234_4, SAN/234_5R, SAN/234_6, SAN/234_7R, SAN/234_3R

Speċi

Iċ-ċiċċirell u l-qabdiet aċċessorji assoċjati (Ammodytes spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IIIa u IV

Data tal-għeluq

9.12.2017


10.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 5/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/21

tal-21 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-kavall fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

50/TQ127

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

MAC/8C3411 u l-kundizzjoni speċjali relatata MAC/*08B.

Speċi

Kavall (Scomber scombrus)

Żona

VIIIc, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

Data tal-għeluq

9.12.2017


10.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 5/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/22

tal-21 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet Norveġiżi IV fit-Tramuntana ta' 53° 30′ N minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

48/TQ127

Stat Membru

Franza

Stokk

HER/4AB. u l-kundizzjoni speċjali relatata HER/*4AB-C

Speċi

Aringa (Clupea harengus)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet Norveġiżi IV fit-Tramuntana ta' 53° 30′ N

Data tal-għeluq

7.12.2017


10.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 5/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/23

tal-21 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-aringa fiż-żoni VIaS, VIIb u VIIc minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

52/TQ127

Stat Membru

L-Irlanda

Stokk

HER/6AS7BC

Speċi

Aringa (Clupea harengus)

Żona

VIaS, VIIb, VIIc

Data tal-għeluq

12.12.2017


10.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 5/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/24

tal-21 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-barbun tat-tbajja' fiż-żoni VIIf u VIIg minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

41/TQ127

Stat Membru

Franza

Stokk

PLE/7FG.

Speċi

Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

Żona

VIIf u VIIg

Data tal-għeluq

6.11.2017


10.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 5/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/25

tal-21 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-barbun tat-tbajja' fiż-żoni VIIh, VIIj u VIIk minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).


ANNESS

Nru

42/TQ127

Stat Membru

Franza

Stokk

PLE/7HJK.

Speċi

Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

Żona

VIIh, VIIj u VIIk

Data tal-għeluq

6.11.2017


10.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 5/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/26

tad-9 ta' Jannar 2018

li japprova emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott fir-rigward ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta (Montravel (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Montravel”, imressqa minn Franza skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(3)

Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(4)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi approvata l-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Montravel” (DOP), hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 255, 5.8.2017, p. 10.


10.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 5/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/27

tad-9 ta' Jannar 2018

li jikkonferixxi l-protezzjoni fuq l-isem “Ribeiras do Morrazo” (IĠP) skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Billi:

(1)

Bi qbil mal-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Spanja biex tirreġistra l-isem “Ribeiras do Morrazo” u sussegwentement ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(3)

Skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li l-isem “Ribeiras do Morrazo” jiġi protett u jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta' dak ir-Regolament.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem “Ribeiras do Morrazo” (IĠP) b'dan huwa protett.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU C 255, 5.8.2017, p. 15.


10.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 5/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/28

tad-9 ta' Jannar 2018

li jimponi mill-ġdid dazju definittiv tal-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' roti, kemm jekk dawn ikunu ddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka jew le minn City Cycle Industries

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

A.   MIŻURI FIS-SEĦĦ U S-SENTENZI TAL-QRATI

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Fl-2011, bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 (2) li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-miżuri oriġinali”) wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(2)

Fl-2013, bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 501/2013 (3) (“ir-Regolament ikkontestat”), il-Kunsill estenda l-miżuri oriġinali għall-importazzjonijiet ta' biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (“il-miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni” jew “il-miżuri estiżi”), wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku.

2.   Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(3)

Fid-9 ta' Awwissu 2013, produttur ta' Sri Lanka, City Cycle Industries (“City Cycle”) ressaq applikazzjoni fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti Ġenerali”) intiża għall-annullament tar-Regolament ikkontestat, sa fejn dan japplika għal dan il-produttur (4). Fis-sentenza tagħha tad-19 ta' Marzu 2015 (5), il-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament ikkontestat sa fejn japplika għal City Cycle.

(4)

F'Lulju 2015, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (6), il-Kummissjoni Ewropea (7) u Maxcom Ltd (8) (manifattur tal-Unjoni ta' roti), appellat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali. Permezz tas-sentenza tagħha tas-26 ta' Jannar 2017 (“is-Sentenza”), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti tal-Ġustizzja”) ċaħdet l-appelli mressqa mill-industrija tal-Unjoni, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(5)

B'mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, fil-paragrafu 73 tas-sentenza tagħha, li l-premessa (78) tar-Regolament ikkontestat ma kien fiha l-ebda analiżi individwali ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni li City Cycle setgħet kienet involuta fihom. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat ukoll fil-paragrafi 75 u 76, li l-konklużjoni dwar l-eżistenza ta' operazzjonijiet ta' trasbord fis-Sri Lanka ma setgħux ikunu legalment ibbażati biss fuq iż-żewġ konstatazzjonijiet li saru espressament mill-Kunsill, jiġifieri, l-ewwel, li kien hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ u, it-tieni, li xi wħud mill-produtturi esportaturi naqsu milli jikkooperaw (9).

3.   Konsegwenzi tas-sentenza

(6)

Skont l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jridu jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jikkonformaw mas-sentenza tas-26 ta' Jannar 2017.

(7)

F'każijiet fejn il-proċedimenti jkunu jikkonsistu minn għadd ta' stadji amministrattivi, l-annullament ta' wieħed minn dawn l-istadji ma jannullax il-proċediment kollu (10). Il-proċediment antidumping huwa eżempju ta' proċediment b'bosta stadji bħal dan. Konsegwentement, l-annullament tar-Regolament ikkontestat fil-konfront ta' parti waħda ma jimplikax l-annullament tal-proċedura sħiħa qabel l-adozzjoni ta' dak ir-Regolament. L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom il-possibbiltà li jirrimedjaw l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li wasslu għall-annullament tiegħu, filwaqt li ma jbiddlux il-partijiet mhux ikkontestati li ma kinux milquta mis-sentenza tal-Qorti (11).

B.   PROĊEDURA

1.   Il-proċedura sal-għoti tas-sentenza

(8)

Il-Kummissjoni tikkonferma l-premessi (1) sa (23) tar-Regolament ikkontestat. Dawn mhumiex affettwati mis-sentenza.

2.   Ftuħ mill-ġdid

(9)

Wara s-sentenza, fil-11 ta' April 2017, il-Kummissjoni ppubblikat Avviż (12) fejn tiftaħ parzjalment l-investigazzjoni ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni li tikkonċerna l-importazzjonijiet tar-roti kkonsenjati mis-Sri Lanka, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka u kemm jekk le, li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat (“l-Avviż ta' ftuħ mill-ġdid”) u li tkompliha mill-punt fejn kienet seħħet l-irregolarità. Il-ftuħ mill-ġdid huwa limitat fil-kamp tal-applikazzjoni tiegħu għall-implimentazzjoni tas-sentenza fir-rigward ta' City Cycle.

(10)

Il-Kummissjoni infurmat lil City Cycle, lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, lill-industrija tal-Unjoni u partijiet interessati oħra magħrufa li huma kkonċernati mill-investigazzjoni oriġinali, dwar il-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-investigazzzjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu li jinstemgħu fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż.

(11)

Il-partijiet interessati kollha li talbu dan ingħataw l-opportunità li jinstemgħu mis-servizzi tal-Kummissjoni u/jew mill-Uffiċjal tas-smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. Ħadd ma talab smigħ, la mas-servizzi tal-Kummissjoni u lanqas mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali.

3.   Reġistrazzjoni ta' oġġetti importati

(12)

Wara s-sentenza, il-European Bicycle Manufacturers Association u Maxcom Ltd talbu li l-importazzjonijiet tar-roti sa fejn jikkonċerna lil City Cycle isiru suġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku ħalli l-miżuri jkunu jistgħu sussegwentement jiġu applikati fuq dawk l-importazzjonijiet mid-data ta' dik ir-reġistrazzjoni.

(13)

Fil-11 ta' April 2017, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tar-roti konsenjati mis-Sri Lanka, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka u kemm jekk le, sakemm ikunu jikkonċernaw il-kumpanija Sri Lankana, City Cycle Industries, suġġetti għal reġistrazzjoni (“ir-Regolament ta' Reġistrazzjoni”) (13).

4.   Il-prodott investigat

(14)

Il-prodott suġġett ta' din l-investigazzjoni huwa l-istess fir-Regolament ikkontestat, jiġifieri roti u roti oħra (inklużi t-triċikli għall-ġarr tal-prodotti iżda esklużi l-uniċikli), mhux motorizzati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ”), li attwalment jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 8712 00 30 u ex 8712 00 70 Il-Kummissjoni tikkonferma l-premessi (25) sa (27) tar-Regolament ikkontestat.

C.   VALUTAZZJONI WARA S-SENTENZA

1.   Kummenti preliminari

(15)

L-ewwel nett, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li r-Regolament ikkontestat ma kien fih l-ebda analiżi individwali ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni li City Cycle setgħet kienet involuta fihom. Iż-żewġ sejbiet magħmula espressament mill-Kunsill, dak li kien hemm bidla fix-xejra tal-kummerċ u li xi wħud mill-produtturi-esportaturi kienu naqsu milli jikkooperaw meta kkonstatati mill-Qorti tal-Ġustizzja li mhumiex biżżejjed biex jippermettu lill-Kunsill jikkonkludi li City Cycle kienet involuta f'operazzjonijiet tat-trasbord jew operazzjonijiet ta' trasbord kienu jeżistu fil-livell nazzjonali fis-Sri Lanka.

(16)

It-tieni nett, hija rrikonoxxiet, fil-paragrafi 29 u 31 tas-sentenza, li l-evidenza kkomunikata minn City Cycle matul l-investigazzjoni ma wrietx li hija kienet produttur ġenwin jew li l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ tagħha ma kinux jikkostitwixxu evażjoni skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. Il-premessi (124) sa (127) tar-Regolament ikkontestat huma għalhekk ikkonfermati.

(17)

It-tielet nett, jirriżulta mis-sentenza, flimkien mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, li l-Kunsill kien initolat li jikkunsidra City Cycle bħala parti li ma kkooperatx fl-investigazzjoni u li kien hemm ċertu livell ta' nuqqas ta' kooperazzjoni fil-livell nazzjonali fis-Sri Lanka. Il-premessi (35) sa (42) tar-Regolament ikkontestat huma għalhekk ikkonfermati.

2.   L-imminar tal-effett rimedjali tad-dazju antidumping

(18)

Il-Kummissjoni kienet ikkonstatat, fil-premessi (93) sa (96) tar-Regolament ikkontestat, l-imminar tal-effett rimedjali tad-dazju antidumping. Dawn is-sejbiet huma kkonfermati.

3.   Evidenza ta' dumping

(19)

Il-Kummissjoni kienet ikkonstatat, fil-premessi (97) u (98) kif ukoll (107) sa (110) tar-Regolament ikkontestat, evidenza ta' dumping. Dawn is-sejbiet huma kkonfermati.

4.   L-eżistenza ta' prattiki ta' evażjoni

(20)

Ir-Regolament ikkontestat ġie annullat minħabba li l-Kunsill naqas milli jipprovdi, fir-Regolament ikkontestat, prova suffiċjenti dwar l-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni għal City Cycle Industries. Għandu jiġi mfakkar li l-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni tista' tiġi stabbilita, fost oħrajn, abbażi ta' trasbord jew fuq il-bażi ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ.

(21)

L-investigazzjoni li nfetħet mill-ġdid żvelat li ma kienx hemm aktar evidenza disponibbli fil-livell tal-kumpanija li tista' ssostni konstatazzjoni ta' trasbord. Għalhekk, l-ebda spjegazzjoni ulterjuri rigward it-trasbord ma tista' titressaq skont il-premessa (78) tar-Regolament ikkontestat.

(22)

Madankollu, l-evidenza disponibbli turi li seħħew prattiki ta' ċirkomvenzjoni permezz ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ. L-evidenza kienet ibbażata fuq id-dejta sottomessa minn City Cycle stess matul l-investigazzjoni oriġinali. Il-Kunsill ma kienx ivvaluta dik id-dejta fid-dettall, għaliex hu kkunsidra li dan ma kienx meħtieġ sabiex tintwera, sal-grad rikjest mil-liġi, l-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni. Issa li l-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat l-istandard legali applikabbli, il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq li tivvaluta mill-ġdid l-evidenza kollha disponibbli fil-fajl amministrattiv fid-dawl tal-istandard legali applikabbli.

(23)

Matul l-investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, City Cycle ppreżentat ruħha u talbet li tiġi eżentata mill-miżuri possibbli kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Kif deskritt fil-premessi (37), (38) u (144) tar-Regolament ikkontestat, City Cycle ma kinitx kapaċi tipprova li timmerita eżenzjoni. Il-kumpanija ma tatx kooperazzjoni suffiċjenti u ġie applikat l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. In-nuqqas ta' informazzjoni affidabbli fir-rigward tal-valur u l-volum tal-komponenti ta' oriġini Ċiniża mixtrija mill-kumpanija għamlitha impossibbli biex b'mod pożittiv jiġi stabbilit li City Cycle kienet produttur ġenwin mhux involut f'ċirkomvenzjoni u lanqas il-fatt li l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ tagħha ma kinux forma ta' ċirkomvenzjoni. Kif spjegat fil-premessi (16) u (17) hawn fuq, dawn il-konstatazzjonijiet ma kinux milquta mis-sentenza.

(24)

Fi kwalunkwe każ, madankollu, id-dejta sottomessa mill-kumpanija stess turi li:

(1)

il-materja prima (il-komponenti tar-roti) miċ-Ċina kienet tikkostitwixxi iktar minn 60 % tal-valur totali tal-komponenti tal-prodott assemblat, (test 60/40), filwaqt li

(2)

l-valur miżjud tal-komponenti li ddaħħlu matul l-operazzjoni ta' assemblaġġ kien inqas minn 25 % tal-ispiża tal-manifattura (it-test ta' 25 % tal-valur miżjud).

(25)

Skont il-kriterji tal-Artikolu 13(2)(a) u (b) tar-Regolament bażiku, dan ifisser li tali operazzjonijiet ta' assemblaġġ għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu prattika ta' ċirkomvenzjoni minħabba l-issodisfar tal-kriterji l-oħrajn kif deskritt fil-premessi (18) u (19) hawn fuq.

(26)

B'konsegwenza ta' dan, l-eżistenza ta' prattiċi ta' ċirkomvenzjoni permezz ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ għandha tiġi stabbilita fuq il-livell tal-pajjiż fis-Sri Lanka fuq il-bażi tal-evidenza ta' hawn fuq disponibbli fil-livell tal-kumpanija li turi prattiki ta' ċirkomvenzjoni u minħabba l-livell għoli ta' nuqqas ta' kooperazzjoni fis-Sri Lanka.

(27)

Konsegwentement, l-eżistenza ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ fis-sens tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku kienet stabbilita fis-Sri Lanka.

(28)

Wara d-divulgazzjoni, City Cycle ikkontestat il-kompetenza tal-Kummissjoni li tadotta l-konklużjonijiet dwar l-eżistenza ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ fis-sens tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku. Hi argumentat li l-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta mill-ġdid il-konstatazzjoni dwar operazzjoni ta' assemblaġġ, għaliex din ma kinitx ġiet ikkontestata fil-kuntest ta' proċedimenti fil-qrati u li għaldaqstant il-Kummissjoni kienet obbligata tabbanduna li tqiegħed miżuri fir-rigward ta' City Cycle.

(29)

Dan l-argument għandu jiġi miċħud. L-ewwel nett, jirriżulta mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitati fil-premessi (4) u (5) li l-kundizzjoni li timponi l-miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni hija marbuta mal-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni kif definita fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, u mhux għal subsett speċifiku ta' dawn il-prattiki. It-tieni nett, City Cycle interpretat b'mod żbaljat l-obbligu impost fuq il-Kummissjoni skont l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) f'dan il-każ. Kif inhu ċar fil-premessa (6) tal-Avviz tal-ftuħ mill-ġdid, huwa n-nuqqas ta' raġunament suffiċjenti fir-Regolament ikkontestat dwar l-evidenza disponibbli dwar l-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni fis-Sri Lanka li jrid jiġi rettifikat fil-proċedura attwali. Il-Kummissjoni hija għalhekk kompetenti biex terġa' tadotta miżura b'raġunament imtejjeb li jagħmilha ċara li City Cycle hi involuta fi prattiki ta' ċirkomvenzjoni fis-Sri Lanka, u dan huwa kompletament konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament ikkontestat ġie annullat fl-intier tiegħu. Għalhekk, l-ebda waħda mill-premessi tiegħu ma saret definittiva. Minflok, il-Kummissjoni teħtieġ li tivvaluta mill-ġdid l-aspetti kollha tal-fajl. Fejn l-ebda żviluppi ġodda ma seħħew waqt il-proċeduri tal-Qorti, il-Kummissjoni tista' tillimita ruħha li tikkonferma r-riżultati tal-investigazzjoni inizjali. Għall-parti kkontestata, fil-każ attwali tal-prattiċi taċ-ċirkomvenzjoni, għandha ssir valutazzjoni ġdida.

(30)

Wara d-divulgazzjoni, City Cycle ikkontestat ukoll il-kompetenza tal-Kummissjoni li tibbaża ruħha fuq evidenza li hija kienet ippreżentat matul l-investigazzjoni li wasslet biex ikunu imposti miżuri ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni msemmija fil-premessa (2) u li tasal għal konklużjoni differenti.

(31)

Dan l-argument għandu wkoll jiġi miċħud. Il-Kummissjoni hija intitolata li tivvaluta b'mod differenti l-evidenza diġà pprovduta, sal-punt li tali valutazzjoni ġdida hija konformi mal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku kif interpretat mill-Qrati tal-Unjoni, u peress li City Cycle kellha l-opportunitajiet kollha biex tikkummenta dwar din il-valutazzjoni l-ġdida. Kif spjegat fil-premessi li ġejjin, City Cycle ġiet mogħtija bis-sħiħ id-dritt tagħha li tissottometti kummenti dwar il-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Madankollu, il-kummenti pprovduti minn City Cycle ma biddlux il-konklużjoni tal-Kummissjoni li kienet involuta fi prattiki ta' ċirkomvenzjoni.

(32)

Wara d-divulgazzjoni addizzjonali, City Cycle kompliet ma taqbilx mal-approċċ tal-Kummissjoni li tivvaluta mill-ġdid l-evidenza disponibbli fil-fajl amministrattiv. Hija sostniet li, wara s-sentenza tal-qorti, il-Kummissjoni ngħatat permess biex tikkoreġi biss il-konstatazzjonijiet ta' trasbord u mhux dawk fuq operazzjonijiet ta' assemblaġġ.

(33)

Din it-talba għandha tiġi miċħuda. Fir-regolament attwali l-Kummissjoni qed tikkoreġi l-konstatazzjonijiet ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni li, kif mistqarr fil-premessa (20), jistgħu jiġu stabbiliti, fost oħrajn, abbażi ta' trasbord jew fuq il-bażi ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ. Fir-Regolament ikkontestat, il-Kummissjoni ma vvalutatx jekk City Cycle kinitx involuta f'operazzjonijiet ta' assemblaġġ hekk kif hija kkonkludiet li kienet involuta f'operazzjonijiet ta' trasbord. Wara l-kjarifki mogħtija mill-qorti kif spjegat fil-premessa (22), il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid jekk City Cycle kinitx involuta fi prattiċi ta' ċirkomvenzjoni. Il-konklużjoni tal-Kummissjoni kienet kif ġej: l-ewwel nett, kif indikat fil-premessa (21), l-ebda evidenza disponibbli fil-livell tal-kumpanija li tista' ssostni l-konstatazzjoni ta' trasbord ma ġiet identifikata; it-tieni nett, kif spjegat fil-premessi (23) u (24), City Cycle kienet instabet b'mod konklussiv li kienet involuta f'ċirkomvenzjoni permezz ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ bbażati fuq valutazzjoni tad-dejta tagħha stesss pprovduta matul l-investigazzjoni.

(34)

Wara d-divulgazzjoni, City Cycle ikkummenta ulterjorment dwar il-metodoloġija tal-kalkolu użata mill-Kummissjoni fit-twettiq tat-testijiet ta' valur miżjud ta' 60/40 u 25 % skont l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament bażiku. L-ewwel nett, City Cycle ressqet l-argument li l-Kummissjoni bbażat il-kalkolu tagħha fuq dejta insuffiċjenti, jiġifieri biss fuq prodotti nofshom lesti mixtrija matul il-perjodu ta' rapportar tal-investigazzjoni ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni. It-tieni nett, hija sostniet li l-Kummissjoni ma tatx kas ta' ċerta dejta u, konsegwentement, ċaħdet b'mod żbaljat l-allokazzjoni ta' proporzjon ibbażat fuq il-bejgħ, kif issuġġerit minn City Cycle. Fl-aħħar nett, City Cycle sostniet li ċerti fatturi datati barra mill-perjodu ta' rapportar u/jew il-fatturi li ġew rappurtati mingħajr data jew b'format inkorrett għandhom jiġu esklużi mill-kalkoli. Dawn it-talbiet kienu mtennija wara d-divulgazzjoni addizzjonali mingħajr ma ġew ipprovduti elementi addizzjonali f'dan ir-rigward.

(35)

Fir-rigward tal-metodoloġija, hi ċċarat li t-test 60/40 ma twettaqx abbażi biss tal-informazzjoni pprovduta fuq prodotti nofshom lesti fit-tabella F.2 tal-formola ta' eżenzjoni, iżda wkoll fuq l-ispejjeż tal-manifattura rrappurtati tal-komponenti tar-roti, iddikjarati li kienu mmanifatturati minn City Cycle. Barra minn hekk, it-test tal-valur miżjud ta' 25 % twettaq fuq l-ispiża tal-ipproċessar minn prodotti nofshom lesti, li jiġifieri l-ispiża tal-assemblaġġ tar-roti fit-tabella F.4.2 tal-formola ta' eżenzjoni. Barra minn hekk, peress li City Cycle ma pprovditx it-tqassim tal-komponenti tar-roti li oriġinaw mir-RPĊ u dawk li ma oriġinawx mir-RPĊ fit-tabella F.4.2 kif mitlub, il-Kummissjoni ħadet din id-dejta mit-tabella F.2.

(36)

Rigward il-kumment rigward l-użu tal-metodu ta' allokazzjoni, il-Kummissjoni tinnota li d-dejta miksuba fuq il-bażi ta' din il-metodoloġija ma setgħetx tiġi rrikonċiljata mal-kontijiet awditjati. Waqt il-verifika fuq il-post din l-inkonsistenza ġiet enfasizzata lil City Cycle. City Cycle ma kinitx tuża softwer għall-kontijiet, u l-kontabbiltà saret fuq il-karti u f'worksheets tal-Excel. Il-kumpanija ma kellha l-ebda sistema fis-seħħ biex timmonitorja l-oriġini tal-komponenti importati, u li setgħet tidentifika biss jekk il-komponenti speċifiċi kinux miksuba lokalment jew importati. Barra minn hekk, il-kumpanija ammettiet li ma kinitx iżżomm kont fil-kontijiet tagħha tal-oriġini tal-komponenti mixtrija. Għalhekk, sabiex jirrappurtaw id-dejta skont l-oriġini kif mitlub fil-formola ta' eżenzjoni, City Cycle użat koeffiċjent tal-kontribuzzjoni ibbażat fuq bejgħ ta' roti. Madankollu, il-metodu ta' allokazzjoni applikat minn City Cycle ma setgħax jiġi rrikonċiljat mal-kontijiet awditjati u l-kumpanija nnifisha ammettiet li ċ-ċifri pprovduti f'dan ir-rigward kienu żbaljati. Għaldaqstant, l-argumenti rigward l-użu tal-metodu ta' allokazzjoni ġew miċħuda u għalhekk ukoll d-dejta pprovduta abbażi ta' din il-metodoloġija għax kien ikkonstatat li tikkontradixxi l-kontijiet awditjati u l-Kummissjoni minflok użat id-dejta neċessarja pprovduta f'tabelli oħrajn fil-formola ta' eżenzjoni.

(37)

Fl-aħħar nett, għal dak li jirrigwarda l-fatturi msemmija fil-premessa (34), il-Kummissjoni kkonstatat li t-talba kienet waħda raġonevoli u ma tatx kashom għall-kalkolu ta' testijiet tal-valur miżjud ta' 60/40 u 25 %. Kien stabbilit li din ma kellha l-ebda impatt fuq ir-riżultat, jiġifieri l-materja prima (il-komponenti tar-roti) miċ-Ċina għadhom jikkostitwixxu iktar minn 60 % tal-valur totali tal-komponenti tal-prodott assemblat, filwaqt li l-valur miżjud tal-komponenti li ddaħħlu matul l-operazzjoni ta' assemblaġġ kien għadu aktar baxx minn 25 % tal-ispiża tal-manifattura.

(38)

Wara d-divulgazzjoni addizzjonali, City Cycle stqarret li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li City Cycle storikament kienet produttur ta' roti mis-suq domestiku ta' Sri Lanka u qed topera taħt il-kontroll tal-amministrazzjoni doganali tas-Sri Lanka. Din it-talba hija miċħuda peress li hija irrelevanti għall-finijiet ta' din il-valutazzjoni hekk kif l-analiżi twettqet skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku.

(39)

Konsegwentement, it-talbiet kollha relatati mal-metodoloġija tal-kalkolu użata mill-Kummissjoni fit-twettiq tat-testijiet ta' valur miżjud ta' 60/40 u 25 % skont l-Artikolu 13(2)(b) ġew miċħuda.

5.   It-talba għal eżenzjoni

(40)

Minħabba l-kooperazzjoni insuffiċjenti tal-kumpanija u l-inabbiltà li turi li din ma għamlet l-ebda ċirkomvenzjoni fil-miżuri fuq il-bażi tad-dejta tagħha, it-talba għal eżenzjoni ta' City Cycle skont l-Artikolu 13(4) ma tistax tkun ikkunsidrata bħala ġustifikata.

6.   Il-kummenti tal-partijiet interessati

(41)

Il-Kummissjoni rċeviet sottomissjonijiet minn City Cycle u l-industrija tal-Unjoni.

(42)

City Cycle sostniet li l-Kummissjoni ma setgħetx tibdel is-sejbiet tagħha dwar operazzjonijiet ta' assemblaġġ billi r-Regolament ikkontestat ikkonstata li l-eżistenza ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ ma kinitx stabbilita fi Sri Lanka u dan il-punt ma ġiex ikkontestat quddiem il-qrati. Din l-affermazzjoni saret wara d-divulgazzjoni. Għar-raġunijiet spjegati iktar 'il fuq, din l-affermazzjoni għandha tiġi miċħuda.

(43)

Huwa nnutat li d-dejta tal-kumpanija stess, ikkomunikata mill-kumpanija nnifisha, u n-nuqqasijiet tagħha b'mod partikolari, għamluha impossibbli li jiġi stabbilit b'mod pożittiv li City Cycle kienet produttur ġenwin jew li l-operazzjonijiet ta' assemblaġġ tagħha ma kinux jikkostitwixxu ċirkomvenzjoni. B'riżultat ta' dan, il-kumpanija ma setgħetx tkun eżentata minn dazji ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Id-dejta stess tal-kumpanija, madankollu, uriet li l-materja prima (il-komponenti tar-roti) miċ-Ċina tikkostitwixxi iktar minn 60 % tal-valur totali tal-komponenti tal-prodott assemblat, filwaqt li l-valur miżjud tal-komponenti li ddaħħlu matul l-operazzjoni ta' assemblaġġ kien aktar baxx minn 25 % tal-ispiża tal-manifattura. Fil-kuntest ta' livell għoli ta' nuqqas ta' kooperazzjoni, din l-evidenza tista' tittieħed biex turi l-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni fil-pajjiż.

(44)

City Cycle sostniet ukoll li l-Kummissjoni ma setgħetx tiftaħ mill-ġdid l-investigazzjoni b'avviż bl-għan li terġa' tadotta Regolament finali jew li temenda r-Regolament ikkontestat minħabba li l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku jistipula li l-Kummissjoni tista' tibda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni permezz ta' Regolament tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, hija sostniet li l-fatt li l-Kummissjoni tikkunsidra li l-proċedura kompluta ma ġietx annullata mill-qrati ma teżentahiex milli tadotta Regolament formali.

(45)

Din l-affermazzjoni saret wara d-divulgazzjoni. B'mod partikolari, City Cycle sostniet li l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni permezz ta' Avviż jillimita d-drittijiet tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Dan l-argument ġie rifjutat, peress li l-avviż huwa sempliċement att preparatorju u City Cycle tista' teżerċita d-drittijiet tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kontra dan ir-Regolament.

(46)

Għandu jiġi nnutat ukoll li l-Kummissjoni ma bdietx investigazzjoni ġdida, iżda sempliċement reġgħet infetħet l-investigazzjoni li wasslet għall-adozzjoni ta' miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni sabiex jikkoreġu l-irregolaritajiet identifikati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha fil-kuntest ta' din l-investigazzjoni.

(47)

Barra minn hekk, City Cycle sostniet li r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet ta' roti tagħha hija bbażata fuq żball ta' fatt u raġunament żbaljat hekk kif l-prattiki ta' assemblaġġ ta' City Cycle ma kinux ikkonfermati fir-Regolament ikkontestat. Għalhekk, hija sostniet li l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta' Regolament ma kinux issodisfati.

(48)

Madankollu, kif spjegat fil-premessa (24) hawn fuq, il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni kkonfermat li l-evidenza fil-livell tal-kumpanija li tikkonċerna l-perjodi tal-investigazzjoni li waslet għall-estensjoni tal-miżuri fl-2013 kienet diġà uriet l-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni. Barra minn hekk, fid-dawl tan-natura speċifika tal-istrument kontra ċ-ċirkomvenzjoni, li huwa intiż sabiex jipproteġi l-effettività tal-istrument tal-antidumping, ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet hija mezz standard li żżid tali effettività. Għalhekk, it-talba ta' City Cycle li l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni tar-Regolament ta' Reġistrazzjoni ma kinux issodisfati ġiet miċħuda.

(49)

Barra minn hekk, City Cycle talbet lill-Kummissjoni biex tħassar id-dazji kontra ċ-ċirkomvenzjoni imposti fuq l-importazzjonijiet tar-roti tas-Sri Lanka, inkluż dawk ta' City Cycle.

(50)

F'dan ir-rigward għandu jiġi nnutat li City Cycle ma ppreċiżatx fuq liema bażi legali l-Kummissjoni għandha tirrevoka l-miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni fuq importazzjonijiet ta' roti tas-Sri Lanka. Kif mistqarr fil-premessi (3) u (4), is-sentenza ma annullatx ir-Regolament ikkontestat fl-intier tiegħu, iżda biss f'dak li jikkonċerna City Cycle. Għalhekk, din it-talba ġiet rifjutata.

(51)

Wara d-divulgazzjoni, City Cycle sostniet li l-estensjoni mill-ġdid tal-miżuri oriġinali ta' City Cycle mid-data ta' reġistrazzjoni ma kinitx ġustifikata u li l-Kummissjoni ma tistax timponi dazji wara t-tul ta' żmien tal-miżuri inizjali, li jiskadi ħames snin wara l-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat, jiġifieri fit-28 ta' Mejju 2018. Din it-talba kienet imtennija wara d-divulgazzjoni addizzjonali.

(52)

Skont ġurisprudenza konsistenti stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-uniku skop ta' regolament li jestendi dazju antidumping huwa li jiżgura l-effettività tiegħu u sabiex jevita li ssir ċirkomvenzjoni tiegħu. Konsegwentemet, miżura li testendi dazju antidumping definittiv hija biss ta' natura anċillari fir-rigward tal-att inizjali li jistabbilixxi dan id-dazju li jipproteġi l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri definittivi.

(53)

Miżuri antidumping ġew estiżi, inter alia għall-esportazzjonijiet ta' City Cycle mis-Sri Lanka lejn is-suq tal-Unjoni, wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri imposti fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-RPĊ skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku kif imsemmi fil-premessa (2) ta' dan ir-Regolament. Konsegwentement, il-miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni imposti mir-Regolament ikkontestat ser jibqgħu fis-seħħ sakemm il-miżuri oriġinali fuq l-importazzjonijiet tar-roti mir-RPĊ huma fis-seħħ. Għalhekk, l-affermazzjoni li l-Kummissjoni ma tistax timponi miżuri fuq l-esportazzjonijiet ta' City Cycle mis-Sri Lanka lejn l-Unjoni wara t-28 ta' Mejju 2018 hi miċħuda għaliex hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku.

(54)

Barra minn hekk, wara d-divulgazzjoni addizzjonali City Cycle sostniet li l-Kummissjoni ma tistax ittawwal b'mod indefinit id-dazji taċ-ċirkomvenzjoni mingħajr eżaminazzjoni mill-ġdid tal-prattiċi ta' ċirkomvenzjoni tal-esportaturi, filwaqt li l-prattiċi ta' dumping tal-esportaturi Ċiniżi jiġu vvalutati mill-ġdid kull ħames snin.

(55)

Din it-talba għandha tiġi miċħuda għaliex hi bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni tagħmel rivalutazzjoni tal-miżuri antidumping fis-seħħ wara talba mressqa mill-industrija tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta' tali talba, il-miżuri antidumping fis-seħħ jiskadu fi tmiem it-terminu ta' ħames snin. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (53), il-miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni jibqgħu fis-seħħ sakemm il-miżuri oriġinali jibqgħu fis-seħħ. Madankollu, miżuri ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni fis-seħħ jistgħu wkoll jiġu vvalutati mill-ġdid wara talba mill-kumpaniji li kienu soġġetti għal miżuri ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni.

D.   DIVULGAZZJONI

(56)

Il-partijiet ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni mill-ġdid ta' dazju ta' antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' roti kemm jekk dikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka jew le minn City Cycle. Huma ngħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni.

(57)

L-argumenti miktuba sottomessi mill-partijiet tqiesu u fejn kien xieraq, ġew ikkunsidrati.

E.   IMPOŻIZZJONI TA' MIŻURI

(58)

Fuq il-bażi ta' hawn fuq, huwa kkunsidrat xieraq l-estensjoni mill-ġdid tal-miżuri oriġinali għall-importazzjonijiet ta' roti u tipi oħrajn tagħhom (inkluż triċikletti għat-tqassim, imma esklużi l-uniċikli), mhux motorizzati, ikkunsinjati mis-Sri Lanka, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka kif ukoll jekk le, attwalment koperti mill-kodiċijiet NM ex 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (il-kodiċijiet TARIC 8712003010 u 8712007091) minn City Cycle Industries.

(59)

Fid-dawl tan-natura speċifika tal-istrument kontra ċ-ċirkomvenzjoni, li huwa intiż sabiex jipproteġi l-effettività tal-istrument tal-antidumping, u fid-dawl tal-fatt li l-investigazzjoni żvelat evidenza li turi l-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni abbażi tad-dejta rrapportata mill-kumpanija stess, il-Kummissjoni tqis li hu xieraq li timponi mill-ġdid miżuri sa mid-data tar-reġistrazzjoni.

(60)

Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju antidumping definittiv huwa b'hekk impost fuq l-importazzjonijiet ta' roti u tipi oħrajn tagħhom (inkluż triċikletti għat-tqassim, imma esklużi l-uniċikli), mhux motorizzati, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u qiegħed jiġi estiż għal importazzjonijiet ta' roti u tipi oħrajn tagħhom (inkluż triċikletti għat-tqassim, imma esklużi l-uniċikli), mhux motorizzati, ikkunsinjati mis-Sri Lanka, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka kif ukoll jekk le, attwalment koperti mill-kodiċijiet NM ex 8712 00 30 u ex 8712 00 70 (il-kodiċijiet TARIC 8712003010 u 8712007091) minn City Cycle Industries (kodiċi addizzjonali TARIC B131).

2.   Id-dazju impost mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet ikkunsinnati mis-Sri Lanka, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka kif ukoll jekk le, irreġistrati skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/678.

Artikolu 2

L-awtoritajiet doganali huma b'dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/678.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 tat-3 ta' Ottubru 2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 261, 6.10.2011, p. 2).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 tad-29 ta' Mejju 2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta' biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (ĠU L 153, 5.6.2013, p. 1).

(4)  Il-kawża T-413/13, City Cycle Industries vs il-Kunsill

(5)  ĠU C 146, 4.5.2015, p. 38.

(6)  Il-kawża C-260/15 P il-Kunsill vs City Cycle Industries

(7)  Il-kawża C-254/15 P il-Kummissjoni vs City Cycle Industries

(8)  Il-kawża C-248/15 P Maxcom vs City Cycle Industries

(9)  Fis-sentenza tagħha ta' dakinhar stess fil-Kawżi Magħquda C-247/15 P, C-253/15 P u C-259/15 P, il-Qorti tal-Ġustizzja annullat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2015 fil-Kawża T-412/13 Chin Haur Indonesia PT vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (3), u ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat minn Chin Haur kontra r-Regolament (UE) Nru 501/2013. Fil-paragrafu 98 tas-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li, f'dak il-każ, il-Kunsill kien spjega biżżejjed l-evidenza tiegħu dwar l-eżistenza ta' prattiki ta' ċirkomvenzjoni fl-Indoneżja.

(10)  Il-Kawża T-2/95 Industrie des poudres sphériques (IPS) vs il-Kunsill [1998] ECR II-3939.

(11)  Il-Kawża C-458/98 P Industrie des poudres sphériques (IPS) vs il-Kunsill [2000] ECR I-08147.

(12)  Avviż li jikkonċerna s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2015 fil-Kawża T-413/13 City Cycle Industries vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' Jannar 2017 fil-Kawżi C-248/15 P, C-254/15 P u C-260/15 P fir-rigward tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta' biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (2017/C 113/05), ĠU C 113, 11.4.2017, p. 4.

(13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/678 tal-10 ta' April 2017 li jagħmel l-importazzjonijiet tal-bajsikils konsenjati mis-Sri Lanka, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mis-Sri Lanka u kemm jekk le, sakemm ikunu jikkonċernaw il-kumpanija Sri Lankana City Cycle Industries, suġġetti għal reġistrazzjoni (ĠU L 98, 11.4.2017, p. 7).


Rettifika

10.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 5/35


Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/996 tad-19 ta' Mejju 2015 li tistabbilixxi metodi komuni ta' valutazzjoni tal-istorbju skont id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 168 tal-1 ta' Lulju 2015 )

F'paġna 4, fl-Anness, fil-punt 2.1.1, fl-ewwel paragrafu:

minflok:

“fil-firxa tal-frekwenza minn 63 Hz sa 8 kHz”;

aqra:

“fil-firxa tal-frekwenza minn 63 Hz sa 8 kHz f'baned ta' ottava”.

F'paġna 8, fl-Anness, fil-punt 2.2.1, fit-tieni paragrafu taħt l-intestatura Fluss tat-traffiku:

minflok:

“kull banda ta' ottava i minn 125 Hz sa 4 kHz”;

aqra:

“kull banda ta' ottava i minn 63 Hz sa 8 kHz”.

F'paġna 19, fl-Anness, fil-punt 2.3.2, fit-tieni paragrafu taħt l-intestatura Definizzjoni:

minflok:

“u v hija l-veloċità tal-ferrovija f'km/h”;

aqra:

“u v hija l-veloċità tal-ferrovija f'm/s”.

F'paġna 19, fl-Anness, fil-punt 2.3.2, fil-ħames paragrafu taħt l-intestatura Definizzjoni:

minflok:

“A3(λ)”;

aqra:

“A3(λ)”.

F'paġna 21, fl-Anness, fil-punt 2.3.2, fit-tielet paragrafu taħt l-intestatura Storbju tal-impatt (qasmiet, devjaturi u ġonot):

minflok:

“u v hija l-veloċità tal-vettura numru s tat-tip ta' vettura numru t f'km/h”;

aqra:

“u v hija l-veloċità tal-vettura numru s tat-tip ta' vettura numru t f'm/s”.

F'paġna 35, fl-Anness, fil-punt 2.5.6, fl-ewwel paragrafu taħt l-intestatura Kalkolu f'kundizzjonijiet favorevoli, f'(b):

minflok:

Image”;

aqra:

Image”.

F'paġna 39, fl-Anness, fil-punt 2.5.6, fl-ewwel paragrafu taħt l-intestatura Kundizzjonijiet favorevoli:

minflok:

“SO, OR, u SR”;

aqra:

Image, Image uImage”.

F'paġna 129, l-Appendiċi G tal-Anness għandu jinqara kif ġej:

Appendiċi G

Bażi tad-dejta għas-sors tal-ferroviji

Dan l-appendiċi jippreżenta l-bażi tad-dejta għall-biċċa l-kbira tas-sorsi eżistenti tal-istorbju mill-ferroviji li għandhom jintużaw biex jikkalkulaw l-istorbju mill-ferroviji bil-metodu deskritt f'2.3 Storbju tal-ferroviji.

Tabella G-1

Koeffċijenti Lr,TR,i u Lr,VEH,i għall-ħruxija tal-binarji u tar-roti

Lr,VEH,i

Medda tal-frekwenza

Tip ta' brejk

c

k

n

Brejk għal wiċċ ir-roti tal-ħadid fondut

Brejk kompożitu

Diska tal-brejk

1 000 mm

2,2

– 4,0

– 5,9

800 mm

2,2

– 4,0

– 5,9

630 mm

2,2

– 4,0

– 5,9

500 mm

2,2

– 4,0

– 5,9

400 mm

2,2

– 4,0

– 5,9

315 mm

2,2

– 4,0

– 5,9

250 mm

2,2

– 4,0

2,3

200 mm

2,2

– 4,0

2,8

160 mm

2,4

– 4,0

2,6

120 mm

0,6

– 4,0

1,2

100 mm

2,6

– 4,0

2,1

80 mm

5,8

– 4,3

0,9

63 mm

8,8

– 4,6

– 0,3

50 mm

11,1

– 4,9

– 1,6

40 mm

11,0

– 5,2

– 2,9

31,5 mm

9,8

– 6,3

– 4,9

25 mm

7,5

– 6,8

– 7,0

20 mm

5,1

– 7,2

– 8,6

16 mm

3,0

– 7,3

– 9,3

12 mm

1,3

– 7,3

– 9,5

10 mm

0,2

– 7,1

– 10,1

8 mm

– 0,7

– 6,9

– 10,3

6,3 mm

– 1,2

– 6,7

– 10,3

5 mm

– 1,0

– 6,0

– 10,8

4 mm

0,3

– 3,7

– 10,9

3,2 mm

0,2

– 2,4

– 9,5

2,5 mm

1,3

– 2,6

– 9,5

2 mm

3,1

– 2,5

– 9,5

1,6 mm

3,1

– 2,5

– 9,5

1,2 mm

3,1

– 2,5

– 9,5

1 mm

3,1

– 2,5

– 9,5

0,8 mm

3,1

– 2,5

– 9,5


Lr,TR,i

Medda tal-frekwenza

Ħruxija tal-binarji

E

M

EN ISO 3095:2013 (Miżmum sew u lixx ħafna)

Netwerk medju (normalment miżmum lixx)

1 000 mm

17,1

11,0

800 mm

17,1

11,0

630 mm

17,1

11,0

500 mm

17,1

11,0

400 mm

17,1

11,0

315 mm

15,0

10,0

250 mm

13,0

9,0

200 mm

11,0

8,0

160 mm

9,0

7,0

120 mm

7,0

6,0

100 mm

4,9

5,0

80 mm

2,9

4,0

63 mm

0,9

3,0

50 mm

– 1,1

2,0

40 mm

– 3,2

1,0

31,5 mm

– 5,0

0,0

25 mm

– 5,6

– 1,0

20 mm

– 6,2

– 2,0

16 mm

– 6,8

– 3,0

12 mm

– 7,4

– 4,0

10 mm

– 8,0

– 5,0

8 mm

– 8,6

– 6,0

6,3 mm

– 9,2

– 7,0

5 mm

– 9,8

– 8,0

4 mm

– 10,4

– 9,0

3,2 mm

– 11,0

– 10,0

2,5 mm

– 11,6

– 11,0

2 mm

– 12,2

– 12,0

1,6 mm

– 12,8

– 13,0

1,2 mm

– 13,4

– 14,0

1 mm

– 14,0

– 15,0

0,8 mm

– 14,0

– 15,0

Tabella G-2:

Koeffiċjenti A3,i għall-filtru ta' kuntatt

A3,i

Medda tal-frekwenza

Tagħbija fuq il-fus 50kN - dijametru tar-rota 360 mm

Tagħbija fuq il-fus 50kN - dijametru tar-rota 680 mm

Tagħbija fuq il-fus 25kN - dijametru tar-rota 920 mm

Tagħbija fuq il-fus 50kN - dijametru tar-rota 920 mm

Tagħbija fuq il-fus 100kN - dijametru tar-rota 920 mm

1 000 mm

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

800 mm

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

630 mm

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

500 mm

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

400 mm

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

315 mm

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

250 mm

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

200 mm

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

160 mm

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

120 mm

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

100 mm

0,0

0,0

0,0

0,0

0,0

80 mm

0,0

0,0

0,0

– 0,2

– 0,2

63 mm

0,0

– 0,2

– 0,2

– 0,5

– 0,6

50 mm

– 0,2

– 0,4

– 0,5

– 0,9

– 1,3

40 mm

– 0,5

– 0,7

– 0,9

– 1,6

– 2,2

31,5 mm

– 1,2

– 1,5

– 1,6

– 2,5

– 3,7

25 mm

– 2,0

– 2,8

– 2,5

– 3,8

– 5,8

20 mm

– 3,0

– 4,5

– 3,8

– 5,8

– 9,0

16 mm

– 4,3

– 7,0

– 5,8

– 8,5

– 11,5

12 mm

– 6,0

– 10,3

– 8,5

– 11,4

– 12,5

10 mm

– 8,4

– 12,0

– 12,0

– 12,0

– 12,0

8 mm

– 12,0

– 12,5

– 12,6

– 13,5

– 14,0

6,3 mm

– 11,5

– 13,5

– 13,5

– 14,5

– 15,0

5 mm

– 12,5

– 16,0

– 14,5

– 16,0

– 17,0

4 mm

– 13,9

– 16,0

– 16,0

– 16,5

– 18,4

3,2 mm

– 14,7

– 16,5

– 16,5

– 17,7

– 19,5

2,5 mm

– 15,6

– 17,0

– 17,7

– 18,6

– 20,5

2 mm

– 16,6

– 18,0

– 18,6

– 19,6

– 21,5

1,6 mm

– 17,6

– 19,0

– 19,6

– 20,6

– 22,4

1,2 mm

– 18,6

– 20,2

– 20,6

– 21,6

– 23,5

1 mm

– 19,6

– 21,2

– 21,6

– 22,6

– 24,5

0,8 mm

– 20,6

– 22,2

– 22,6

– 23,6

– 25,4

Tabella G-3

Koeffiċjenti LH,TR,i LH,VEH,i u LH,VEH,SUP,i għal funzjonijiet ta' trasferiment

(Il-valuri huma espressi f'Livell tal-Potenza Akustika għal kull fus)

LH,TR,i

Frekwenza

Bażi tal-binarji/Tip ta' suletta

B/S

B/M

B/H

B/S

B/M

B/H

B/H

Traversa blokka waħda fuq suletta ratba

Traversa blokka waħda fuq suletta ta' ebusija medja

Traversa blokka waħda fuq suletta iebsa

Traversa ta' żewġ blokok fuq suletta ratba

Traversa ta' żewġ blokok fuq suletta ta' ebusija medja

Traversa ta' żewġ blokok fuq suletta iebsa

Traversi tal-injam

50 Hz

53,3

50,9

50,1

50,9

50,0

49,8

44,0

63 Hz

59,3

57,8

57,2

56,6

56,1

55,9

51,0

80 Hz

67,2

66,5

66,3

64,3

64,1

64,0

59,9

100 Hz

75,9

76,8

77,2

72,3

72,5

72,5

70,8

125 Hz

79,2

80,9

81,6

75,4

75,8

75,9

75,1

160 Hz

81,8

83,3

84,0

78,5

79,1

79,4

76,9

200 Hz

84,2

85,8

86,5

81,8

83,6

84,4

77,2

250 Hz

88,6

90,0

90,7

86,6

88,7

89,7

80,9

316 Hz

91,0

91,6

92,1

89,1

89,6

90,2

85,3

400 Hz

94,5

93,9

94,3

91,9

89,7

90,2

92,5

500 Hz

97,0

95,6

95,8

94,5

90,6

90,8

97,0

630 Hz

99,2

97,4

97,0

97,5

93,8

93,1

98,7

800 Hz

104,0

101,7

100,3

104,0

100,6

97,9

102,8

1 000 Hz

107,1

104,4

102,5

107,9

104,7

101,1

105,4

1 250 Hz

108,3

106,0

104,2

108,9

106,3

103,4

106,5

1 600 Hz

108,5

106,8

105,4

108,8

107,1

105,4

106,4

2 000 Hz

109,7

108,3

107,1

109,8

108,8

107,7

107,5

2 500 Hz

110,0

108,9

107,9

110,2

109,3

108,5

108,1

3 160 Hz

110,0

109,1

108,2

110,1

109,4

108,7

108,4

4 000 Hz

110,0

109,4

108,7

110,1

109,7

109,1

108,7

5 000 Hz

110,3

109,9

109,4

110,3

110,0

109,6

109,1

6 350 Hz

110,0

109,9

109,7

109,9

109,8

109,6

109,1

8 000 Hz

110,1

110,3

110,4

110,0

110,0

109,9

109,5

10 000 Hz

110,6

111,0

111,4

110,4

110,5

110,6

110,2


LH,VEH,i

Frekwenza

Rota b'dijametru ta' 920 mm, ebda kejl

Rota b'dijametru ta' 840 mm, ebda kejl

Rota b'dijametru ta' 680 mm, ebda kejl

Rota b'dijametru ta' 1 200  mm, ebda kejl

50 Hz

75,4

75,4

75,4

75,4

63 Hz

77,3

77,3

77,3

77,3

80 Hz

81,1

81,1

81,1

81,1

100 Hz

84,1

84,1

84,1

84,1

125 Hz

83,3

82,8

82,8

82,8

160 Hz

84,3

83,3

83,3

83,3

200 Hz

86,0

84,1

83,9

84,5

250 Hz

90,1

86,9

86,3

90,4

316 Hz

89,8

87,9

88,0

90,4

400 Hz

89,0

89,9

92,2

89,9

500 Hz

88,8

90,9

93,9

90,1

630 Hz

90,4

91,5

92,5

91,3

800 Hz

92,4

91,5

90,9

91,5

1 000 Hz

94,9

93,0

90,4

93,6

1 250 Hz

100,4

98,7

93,2

100,5

1 600 Hz

104,6

101,6

93,5

104,6

2 000 Hz

109,6

107,6

99,6

115,6

2 500 Hz

114,9

111,9

104,9

115,9

3 160 Hz

115,0

114,5

108,0

116,0

4 000 Hz

115,0

114,5

111,0

116,0

5 000 Hz

115,5

115,0

111,5

116,5

6 350 Hz

115,6

115,1

111,6

116,6

8 000 Hz

116,0

115,5

112,0

117,0

10 000  Hz

116,7

116,2

112,7

117,7


LH,VEH,SUP,i

Frekwenza

Tip tal-vettura

a

Standard UE

50 Hz

0,0

63 Hz

0,0

80 Hz

0,0

100 Hz

0,0

125 Hz

0,0

160 Hz

0,0

200 Hz

0,0

250 Hz

0,0

316 Hz

0,0

400 Hz

0,0

500 Hz

0,0

630 Hz

0,0

800 Hz

0,0

1 000 Hz

0,0

1 250 Hz

0,0

1 600 Hz

0,0

2 000 Hz

0,0

2 500 Hz

0,0

3 160 Hz

0,0

4 000 Hz

0,0

5 000 Hz

0,0

6 350 Hz

0,0

8 000 Hz

0,0

10 000 Hz

0,0

Tabella G-4

Koeffiċjenti LR,IMPACT,i għall-istorbju tal-impatt

LR,IMPACT,i

Medda tal-frekwenza

Qalba/konġunzjoni/intersezzjoni unika/100 m

1 000 mm

22,4

800 mm

22,4

630 mm

22,4

500 mm

23,8

400 mm

24,7

315 mm

24,7

250 mm

23,4

200 mm

21,7

160 mm

20,2

120 mm

20,4

100 mm

20,8

80 mm

20,9

63 mm

19,8

50 mm

18

40 mm

16

31,5 mm

13

25 mm

10

20 mm

6

16 mm

1

12 mm

– 4

10 mm

– 11

8 mm

– 16,5

6,3 mm

– 18,5

5 mm

– 21

4 mm

– 22,5

3,2 mm

– 24,7

2,5 mm

– 26,6

2 mm

– 28,6

1,6 mm

– 30,6

1,2 mm

– 32,6

1 mm

– 34

0,8 mm

– 34


Tabella G-5

Koeffiċjenti LW,0,idling għall-istorbju tat-trazzjoni

(Il-valuri huma espressi f'Livell tal-Potenza Akustika għal kull vettura)

LW,0,idling

Frekwenza

Tip tal-vettura

d

d

d

e

e

Lokomotiva diżil (c. 800 kW)

Lokomotiva diżil (c. 2 200 kW)

Unità multipla diżil

Lokomotiva elettrika

Unità multipla elettrika

 

Sors A

Sors B

Sors A

Sors B

Sors A

Sors B

Sors A

Sors B

Sors A

Sors B

50 Hz

98,9

103,2

99,4

103,7

82,6

86,9

87,9

92,2

80,5

84,8

63 Hz

94,8

100,0

107,3

112,5

82,5

87,7

90,8

96,0

81,4

86,6

80 Hz

92,6

95,5

103,1

106,0

89,3

92,2

91,6

94,5

80,5

83,4

100 Hz

94,6

94,0

102,1

101,5

90,3

89,7

94,6

94,0

82,2

81,6

125 Hz

92,8

93,3

99,3

99,8

93,5

94,0

94,8

95,3

80,0

80,5

160 Hz

92,8

93,6

99,3

100,1

99,5

100,3

96,8

97,6

79,7

80,5

200 Hz

93,0

92,9

99,5

99,4

98,7

98,6

104,0

103,9

79,6

79,5

250 Hz

94,8

92,7

101,3

99,2

95,5

93,4

100,8

98,7

96,4

94,3

316 Hz

94,6

92,4

101,1

98,9

90,3

88,1

99,6

97,4

80,5

78,3

400 Hz

95,7

92,8

102,2

99,3

91,4

88,5

101,7

98,8

81,3

78,4

500 Hz

95,6

92,8

102,1

99,3

91,3

88,5

98,6

95,8

97,2

94,4

630 Hz

98,6

96,8

101,1

99,3

90,3

88,5

95,6

93,8

79,5

77,7

800 Hz

95,2

92,7

101,7

99,2

90,9

88,4

95,2

92,7

79,8

77,3

1 000 Hz

95,1

93,0

101,6

99,5

91,8

89,7

96,1

94,0

86,7

84,6

1 250 Hz

95,1

92,9

99,3

97,1

92,8

90,6

92,1

89,9

81,7

79,5

1 600 Hz

94,1

93,1

96,0

95,0

92,8

91,8

89,1

88,1

82,7

81,7

2 000 Hz

94,1

93,2

93,7

92,8

90,8

89,9

87,1

86,2

80,7

79,8

2 500 Hz

99,4

98,3

101,9

100,8

88,1

87,0

85,4

84,3

78,0

76,9

3 160 Hz

92,5

91,5

89,5

88,5

85,2

84,2

83,5

82,5

75,1

74,1

4 000 Hz

89,5

88,7

87,1

86,3

83,2

82,4

81,5

80,7

72,1

71,3

5 000 Hz

87,0

86,0

90,5

89,5

81,7

80,7

80,0

79,0

69,6

68,6

6 350 Hz

84,1

83,4

31,4

30,7

78,8

78,1

78,1

77,4

66,7

66,0

8 000 Hz

81,5

80,9

81,2

80,6

76,2

75,6

76,5

75,9

64,1

63,5

10 000  Hz

79,2

78,7

79,6

79,1

73,9

73,4

75,2

74,7

61,8

61,3


Tabella G-6

Koeffiċjenti LW,0,1 , LW,0,2 , α1 , α2 għal storbju ajrudinamiku

Il-valuri huma espressi f'Livell tal-Potenza Akustika għal kull vettura (għal tul ta' vettura ta' 20 m)

 

Storbju ajrudimaniku għal 300 km/h

α1

α2

50

50

Frekwenza

LW,0,1

LW,0,2

50 Hz

112,6

36,7

63 Hz

113,2

38,5

80 Hz

115,7

39,0

100 Hz

117,4

37,5

125 Hz

115,3

36,8

160 Hz

115,0

37,1

200 Hz

114,9

36,4

250 Hz

116,4

36,2

316 Hz

115,9

35,9

400 Hz

116,3

36,3

500 Hz

116,2

36,3

630 Hz

115,2

36,3

800 Hz

115,8

36,2

1 000 Hz

115,7

36,5

1 250 Hz

115,7

36,4

1 600 Hz

114,7

105,2

2 000 Hz

114,7

110,3

2 500 Hz

115,0

110,4

3 160 Hz

114,5

105,6

4 000 Hz

113,1

37,2

5 000 Hz

112,1

37,5

6 350 Hz

110,6

37,9

8 000 Hz

109,6

38,4

10 000 Hz

108,8

39,2


Tabella G-7

Koeffiċjenti Cbridge għal radjazzjoni strutturali

Cbridge

Bażi tal-binarju

N

L

Pontijiet predominatament tal- konkrit jew tal-ġebel għal kull forma ta' binarji

Pontijiet predominatament tal- azzar għal binarji bil-ballast

1

4

”.