|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 340 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
Direttiva (UE) 2017/2380 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2010/40/UE fir-rigward tal-perijodu għall-adozzjoni ta' atti delegati ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
20.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 340/1 |
DIRETTIVA (UE) 2017/2380 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Diċembru 2017
li temenda d-Direttiva 2010/40/UE fir-rigward tal-perijodu għall-adozzjoni ta' atti delegati
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tipprevedi l-iżvilupp ta' speċifikazzjonijiet għal azzjonijiet ta' prijorità fi ħdan oqsma ta' prijorità. |
|
(2) |
Minn mindu daħlet fis-seħħ id-Direttiva 2010/40/UE, erba' atti delegati relatati ma' azzjonijiet ta' prijorità ta' dik id-Direttiva ġew adottati mill-Kummissjoni. Dawn jindirizzaw b'mod partikulari l-eCall u l-mekkaniżmi tal-qsim tad-data li jiffaċilitaw l-iskambju elettroniku tad-data bejn l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u l-partijiet ikkonċernati u l-fornituri rilevanti tas-servizzi tas-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (STI). Hemm ħtieġa għal aktar atti delegati dwar azzjonijiet li għad iridu jiġu indirizzati u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2010/40/UE. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2010/40/UE, is-setgħa konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tiskadi fis-27 ta' Awwissu 2017. |
|
(4) |
Sabiex jinkisbu l-għanijiet tad-Direttiva 2010/40/UE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa biex jiġu żgurati l-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà u l-kontinwità għall-varar u l-użu operattiv tal-STI għall-azzjonijiet ta' prijorità għal perijodu addizzjonali ta' ħames snin li jibda mis-27 ta' Awwissu 2017. Jenħtieġ li dan il-perijodu jiġi estiż b'mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux għal tali estensjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (4). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2010/40/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 12 Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' tti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 7 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mis-27 ta' Awwissu 2017. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu. 3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. 5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”; |
|
(2) |
l-Artikoli 13 u 14 huma mħassra; |
|
(3) |
fl-Artikolu 17, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “5. F'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2), il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta' ħidma, sas-27 ta' Frar 2011. Il-programm ta' ħidma għandu jinkludi objettivi u dati għall-implimentazzjoni tiegħu kull sena u jekk ikun meħtieġ għandu jipproponi l-adattamenti meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha taġġorna il-programm ta' ħidma relatat mal-azzjonijiet taħt l-Artikolu 6(3) sal-10 ta' Jannar 2019 u qabel kull estensjoni sussegwenti ta' ħames snin tas-setgħa li jiġu adottati atti delegati skont l-Artikolu 12(2).”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta' Diċembru 2017.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) ĠU C 345, 13.10.2017, p. 67.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2017(għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2017.
(3) Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1).
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
20.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 340/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2381
tal-5 ta' Diċembru 2017
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati għal ftehim man-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud. |
|
(2) |
It-test tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (“il-Ftehim”), li jirriżulta min-negozjati, jirrifletti kif xieraq id-direttivi ta' negozjar maħruġa mill-Kunsill. |
|
(3) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f'isem Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irkupru tat-talbiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni ta' dan il-Ftehim. (2)
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar lill-persuna jew lill-persuni li għandhom is-setgħa jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TÕNISTE
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(2) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.
REGOLAMENTI
|
20.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 340/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2382
tal-14 ta' Diċembru 2017
li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' formoli, mudelli u proċeduri standard għat-trażmissjoni tal-informazzjoni f'konformità mad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 34(9) u 35(12) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ikun xieraq li jiġu stabbiliti formoli, proċeduri u mudelli standard komuni għas-sottomissjoni tal-informazzjoni mitluba minn ditti ta' investiment, operaturi tas-suq u jekk previst mid-Direttiva 2014/65/UE, istituzzjonijiet ta' kreditu li jixtiequ jipprovdu servizzi ta' investiment u li jwettqu attivitajiet fi Stat Membru ieħor taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew taħt id-dritt ta' stabbiliment. |
|
(2) |
Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament, fid-dawl tal-Artikoli 34(1) u 35(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, japplikaw ukoll għal istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati taħt id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li jużaw aġenti marbuta biex jipprovdu servizzi ta' investiment bil-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta' investiment jew bit-twaqqif ta' fergħa. |
|
(3) |
Huwa importanti li jiġu stabbiliti formoli standard li jkopru l-lingwa u l-mezz ta' komunikazzjoni ta' notifiki ta'passaport li jistgħu jintużaw minn ditti tal-investiment, operaturi tas-suq, u meta meħtieġ, istituzzjonijiet ta' kreditu, u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti sabiex jiġi ffaċilitat il-provvediment ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment fl-Istati Membri kollha u l-prestazzjoni effiċjenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-kompiti u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom. |
|
(4) |
Hija meħtieġa valutazzjoni tal-preċiżjoni u tal-kompletezza tan-notifika mressqa mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membru tad-domiċilju sabiex tiġi żgurata l-kwalità ta' (i) l-informazzjoni sottomessa mid-ditta tal-investiment, l-operatur tas-suq, jew, meta meħtieġ, l-istituzzjonijiet ta' kreditu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u (ii) l-informazzjoni sottomessa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju. |
|
(5) |
Huma meħtieġa dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tindika meta n-notifika tinstab li tkun inkompluta jew żbaljata biex tkun żgurata ċ-ċarezza fl-identifikazzjoni u l-komunikazzjoni ta' kwalunkwe element nieqes jew żbaljat u biex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-indirizzar ta' kwistjonijiet bħal dawn u tas-sottomissjoni mill-ġdid tal-informazzjoni kompluta u korretta. |
|
(6) |
Ir-rikonoxximent tal-wasla ta' notifika ta' passaport ta' fergħa sottomessa jew notifika ta' passaport ta' aġent marbut hija meħtieġa biex tiżgura ċarezza rigward id-data tal-wasla tan-notifika rilevanti u d-data eżatta li fiha ditta tal-investiment tista' tistabbilixxi l-fergħa jew tagħmel użu minn aġent marbut stabbilit fl-Istat Membru ospitanti. |
|
(7) |
Biex tiġi żgurata l-koerenza, jenħtieġ li jintużaw forom speċifiċi meta ditta tal-investiment jew operatur tas-suq, li joperaw faċilità multilaterali tan-negozjar jew li jorganizzaw faċilità tan-negozjar, ikunu jixtiequ jipprovdu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor arranġamenti xierqa biex jiffaċilitaw l-aċċess għal dawk is-sistemi u negozjar fuqhom, minn utenti remoti, membri jew parteċipanti stabbiliti f'dak l-Istat Membru, sabiex tiġi żgurata l-adegwatezza kemm tal-informazzjoni sottomessa mid-ditta tal-investiment jew mill-operatur tas-suq lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, kif ukoll tal-informazzjoni sottomessa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. |
|
(8) |
Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data. |
|
(9) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni. |
|
(10) |
Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 ta' dak ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal ditti tal-investiment u operaturi tas-suq li joperaw faċilità multilaterali tan-negozjar (MTF) jew faċilità organizzata tan-negozjar (“OTF”).
2. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE li jipprovdu servizz ta' investiment wieħed jew aktar jew iwettqu attivitajiet ta' investiment skont id-Direttiva 2014/65/UE, u jixtiequ jużaw aġenti li jorbtu skont kwalunkwe wieħed mid-drittijiet li ġejjin:
|
(a) |
id-dritt tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u attivitajiet ta' investiment skont l-Artikolu 34(5) tad-Direttiva 2014/65/UE; |
|
(b) |
id-dritt tal-istabbiliment skont l-Artikolu 35(7) tad-Direttiva 2014/65/UE. |
Artikolu 2
Rekwiżiti ġenerali
1. Kwalunkwe notifika jew komunikazzjoni sottomessa taħt dan ir-Regolament għandha tiġi pprovduta b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni li tkun aċċettata kemm mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, kif ukoll mill-Istat Membru tad-domiċilju.
Għandha tiġi sottomessa f'forma stampata jew, meta tkun aċċettata mill-awtorità kompetenti rilevanti, permezz ta' mezz elettroniku.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jqiegħdu l-informazzjoni gaħd-dispożizzjoni tal-pubbliku bil-lingwa/(i) u l-mezz ta' sottomissjoni aċċettati, inklużi d-dettalji tal-kuntatt għal notifiki tal-passaport.
Artikolu 3
Sottomissjoni tan-notifika ta' passaport ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment
1. Id-ditta tal-investiment għandha tissottometti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju notifika ta' passaport ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment skont l-Artikolu 34(2) jew (5) tad-Direttiva 2014/65/UE il-formola stipulata fl-Anness I.
2. Id-ditta tal-investiment għandha tissottometti, għal kull Stat Membru li fih biħsiebha topera, notifika ta' passaport ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment separata lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membru tad-domiċilju skont il-paragrafu 1.
3. Id-ditta tal-investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li tixtieq tipprovdi servizzi jew attivitajiet ta' investiment permezz ta' aġent marbut stabbilit fl-Istat Membru tad-domiċilju għandha tissottometti notifika ta' passaport ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, billi timla biss dawk il-partijiet rilevanti mal-aġent marbut fil-formola stipulata fl-Anness I.
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-kompletezza u l-preċiżjoni tan-notifika ta' passaport ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment
1. Mal-wasla tan-notifika ta' passaport tas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment skont l-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tivvaluta l-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta.
2. Meta jinstab li l-informazzjoni pprovduta tkun inkompluta jew żbaljata, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha, minħajr dewmien żejjed, tinforma lid-ditta tal-investiment jew lill-istitutuzzjoni ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tagħha. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tindika f'liema rigward partikolari l-informazzjoni nstabet li kienet inkompluta jew żbaljata.
3. Il-perjodu ta' xahar imsemmi fl-Artikolu 34(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(5) tad-Direttiva 2014/65/UE għandu jibda mill-wasla ta' notifika ta' passaport tas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment li jkunu fiha informazzjoni li tinstab li hija kompluta u korretta.
Artikolu 5
Komunikazzjoni rigward in-notifika ta' passaport ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment
1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinforma, fi żmien xahar mill-wasla tan-notifika skont l-Artikolu 3, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar dik in-notifika, bl-użu tal-formola stipulata fl-Anness II, flimkien ma' kopja tan-notifika.
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinforma, mingħajr dewmien żejjed, lid-ditta tal-investiment jew lill-istituzzjoni ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) dwar il-komunikazzjoni skont il-paragrafu 1, inkluż dwar id-data ta' dik il-komunikazzjoni.
Artikolu 6
Sottomissjoni tan-notifika ta' bidla fil-partikularitajiet tas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment
1. Fil-każ ta' bidla fi kwalunkwe partikularità f'notifika ta' passaport ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment, id-ditta tal-investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) għandha tissottometti notifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju bl-użu tal-formola deskritta fl-Anness I.
2. Għall-finijiet tan-notifika skont l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, id-ditta tal-investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) għandha timla biss dawk il-partijiet tal-formola stipulati fl-Anness I li huma rilevanti għall-bidliet fil-partikularitajiet tan-notifika tal-passaport tas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment.
3. Għall-finijiet tan-notifika ta' bidliet relatati mas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment, is-servizzi anċillari jew l-istrumenti finanzjarji pprovduti, id-ditta tal-investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) għandha telenka s-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment, is-servizzi anċillari jew l-istrumenti finanzjarji kollha li tipprovdi fiż-żmien tan-notifika, jew li biħsiebha tipprovdi fil-futur.
Artikolu 7
Komunikazzjoni rigward in-notifika ta' bidla fil-partikularitajiet ta' servizzi u attivitajiet ta' investiment
1. Wara li tirċievi notifika skont l-Artikolu 6, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika, mingħajr dewmien żejjed, il-bidliet notifikati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, bl-użu tal-formola stipulata fl-Anness III, flimkien ma' kopja tan-notifika skont l-Artikolu 6.
2. Fil-każ li l-awtorizzazzjoni tad-ditta tal-investiment jew l-istitutuzzjoni ta' kreditu tiġi rtirata jew ikkanċellata, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinnotifka lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, bl-użu tal-formola stipulata fl-Anness III.
Artikolu 8
Sottomissjoni tan-notifika għall-provvediment ta' arranġamenti biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal MTF jew OTF
Ditta tal-investiment jew operatur tas-suq li jopera MTF jew OTF li biħsiebu jipprovdi arranġamenti xierqa biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal dawk is-sistemi u negozjar fuqhom fit-territorju ta' Stat Membru ospitanti ieħor, minn utenti remoti, membri jew parteċipanti stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju l-partikularitajiet tal-Istat Membru ospitanti li fih biħsiebu jipprovdi arranġamenti bħal dawn, bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness IV.
Artikolu 9
Komunikazzjoni rigward notifika għall-provvediment ta' arranġamenti biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal MTF jew OTF.
1. L-awtorità komptenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b'dik in-notifika fi żmien xahar minn meta tirċievi n-notifika skont l-Artikolu 8, bl-użu tal-formola stipulata fl-Anness V, flimkien ma' kopja tan-notifika.
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinforma, mingħajr dewmien żejjed, lid-ditta tal-investiment jew lill-operatur tas-suq li joperaw MTF jew OTF dwar il-komunikazzjoni skont il-paragrafu 1, inkluż dwar id-data ta' dik il-komunikazzjoni.
Artikolu 10
Sottomissjoni ta' notifika ta' bidla fil-partikularitajiet tal-provvediment ta' arranġamenti biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal MTF jew OTF
1. Fil-każ ta' bidla f'waħda mill-partikularitajiet ta' notifika għall-provvediment tal-arranġamenti biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal MTF jew OTF, id-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq li jopera MTF jew OTF għandu jissottometti notifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju bl-użu tal-formola stipulata fl-Anness IV.
2. Għall-finijiet tan-notifika skont il-paragrafu 1, id-ditta tal-investiment jew l-operatur tas-suq li jopera MTF jew OTF għandu jimla biss dawk il-partijiet tal-formola stipulati fl-Anness IV rilevanti għall-bidliet fil-partikularitajiet tan-notifika għall-provvediment ta' arranġamenti biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal MTF jew OTF.
Artikolu 11
Komunikazzjoni rigward in-notifika ta' bidla fil-partikularitajiet tal-provvediment tal-arranġamenti biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal MTF jew OTF
Wara li tirċievi notifika skont l-Artikolu 10(1), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika, mingħajr dewmien żejjed, il-bidliet notifikati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness II, flimkien ma' kopja tan-notifika.
Artikolu 12
Sottomissjoni tan-notifika ta' passaport ta' fergħa
Id-ditta tal-investiment li tixtieq tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandha tippeżenta lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tad-domiċilju l-informazzjoni kif meħtieġa mill-Artikolu 35(2) tad-Direttiva 2014/65/UE bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness VI.
Artikolu 13
Sottomissjoni tan-notifika ta' passaport ta' aġent marbut
1. Id-ditta tal-investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li tixtieq tuża aġent marbut stabbilit fi Stat Membru ieħor għandha tissottometti l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju kif meħtieġ mill-Artikolu 35(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, bl-użu tal-formola stipulata fl-Anness VII.
2. Meta ditta tal-investiment jew istituzzjoni ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) tkun tixtieq tuża aktar minn aġent marbut wieħed fi Stat Membru ieħor, hija għandha timla notifika separata fir-rigward ta' kull aġent marbut li bi ħsiebha tuża.
3. Ditta tal-investiment li tixtieq tistabbilixxi fergħa li biħsiebha tuża l-aġenti marbuta għandha tippreżenta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju notifika ta' passaport ta' aġent marbut fir-rigward ta' kull aġent marbut billi timla l-formola stipulata fl-Anness VII.
Artikolu 14
Valutazzjoni tal-kompletezza u tal-preċizjoni tan-notifika ta' passaport ta' fergħa jew tan-notifika ta' passaport ta' aġent marbut
1. Mal-wasla tan-notifika skont l-Artikolu 12 jew 13, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tivvaluta l-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta.
2. Meta l-informazzjoni pprovduta tinstab li hi inkompluta jew żbaljata, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinforma, mingħajr dewmien żejjed, lid-ditta tal-investiment jew l-istittuzzjonijiet ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) tagħha. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tindika f'liema rigward partikolari l-informazzjoni nstabet inkompluta u żbaljata.
3. Il-perjodu ta' tliet xhur previst fl-Artikolu 35(3) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35(7) tad-Direttiva 2014/65/UE għandu jibda mal-wasla tan-notifika tal-passaport tal-fergħa jew tan-notifika tal-passaport tal-aġent marbut li jkun fihom informazzjoni li tinstab kompluta u korretta.
Artikolu 15
Komunikazzjoni rigward in-notifika ta' passaport ta' fergħa
1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha, fi żmien tlett xhur minn meta tirċievi n-notifika ta' passaport ta' fergħa skont l-Artikolu 12, tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar dik in-notifika, bl-użu tal-formola stipulata fl-Anness VIII, flimkien ma' kopja tan-notifika.
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinforma, mingħajr dewmien żejjed, lid-ditta tal-investiment dwar il-komunikazzjoni skont il-paragrafu 1, inkluż dwar id-data ta' dik il-komunikazzjoni.
3. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, kif ukoll lid-ditta tal-investiment li tkun irċeviet in-notifika.
Artikolu 16
Komunikazzjoni rigward in-notifika ta' passaport ta' aġent marbut
1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi n-notifika ta' passaport ta' aġent marbut skont l-Artikolu 13, tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar dik in-notifika, bl-użu tal-formola stipulata fl-Anness IX, flimkien ma' kopja tan-notifika.
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinforma, mingħajr dewmien żejjed, lid-ditta tal-investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu dwar il-komunikazzjoni skont il-paragrafu 1, inkluż dwar id-data ta' dik il-komunikazzjoni.
3. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u lid-ditta tal-investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 1(2) (b) li tkun irċeviet in-notifika.
4. L-aġent marbut ma għandux jibda s-servizzi jew l-attivitajiet ta' investiment proposti tiegħu qabel ma jkun irreġistrat fir-reġistru pubbliku fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit dan l-aġent marbut, f'konformità mal-Artikolu 29(3) tad-Direttiva 2014/65/UE.
5. L-aġent marbut ma għandux jibda s-servizzi jew l-attivitajiet ta' investiment proposti tiegħu qabel ikun irċieva l-komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
6. Meta ma ssirx komunikazzjoni bħal din, l-aġent marbut jista' jibda s-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment proposti tiegħu xahrejn wara d-data tas-sottomissjoni tal-komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, kif imsemmi fil-paragrafu 2.
Artikolu 17
Sottomissjoni tan-notifika ta' bidla fil-partikularitajiet tal-fergħa
1. Fil-każ ta' bidla fil-partikularitajiet tan-notifika ta' passaport ta' fergħa, id-ditta tal-investiment għandha tissottometti notifika bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness VI lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.
Id-ditta tal-investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu għandha timla biss dawk il-partijiet tal-formola stipulati fl-Anness VI li jkunu rilevanti għall-bidliet fil-partikularitajiet tan-notifika tal-passaport tal-fergħa.
2. Meta d-ditta tal-investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu tkun biħsiebha tagħmel bidliet fis-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment, is-servizzi anċillari jew l-istrumenti finanzjarji pprovduti permezz ta' aġenti marbuta, hija għandha tinnotifika, bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness VI, lista tas-servizzi u attivitajiet ta' investiment, servizzi anċillari jew strumenti finanzjarji li tipprovdi permezz ta' aġenti marbuta fiż-żmien ta' dik in-notifika jew li biħsiebha tipprovdi fil-futur permezz ta' aġenti marbuta.
3. Bidliet fil-partikularitajiet tan-notifika ta' passaport ta' fergħa li jirrigwardaw it-terminazzjoni tal-operazzjoni tal-fergħa għandhom jiġu notifikati bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness X.
Artikolu 18
Preżentazzjoni tan-notifika ta' bidla fil-partikularitajiet tal-aġent marbut
1. Fil-każ ta' bidla f'xi waħda mill-partikularitajiet tan-notifika tal-passaport tal-aġent marbut, id-ditta tal-investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha tissottometti notifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, bl-użu tal-formola stipulata fl-Anness VII.
Id-ditta tal-investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu għandha timla dawk il-partijiet tal-formola stipulati fl-Anness VII rilevanti għall-bidliet fil-partikularitajiet tan-notifika tal-passaport tal-aġent marbut.
2. Meta d-ditta tal-investiment tkun biħsiebha tagħmel bidliet fis-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment, jew fl-istrumenti finanzjarji soġġetti għal notifika tal-passaport tal-aġent marbut, hija għandha tinnotifika, fil-formola stipulata fl-Anness VI, lista tas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment, l-istrument finanzjarji kollha li tipprovdi permezz ta' aġent marbut fiż-żmien tan-notifika jew li bi ħsiebha tipprovdi fil-futur.
3. Bidliet fil-partikularitajiet ta' notifika tal-passaport tal-aġent marbut li jikkonċernaw il-waqfien tal-użu ta' aġent marbut stabbilit fi Stat Membru ieħor għandhom jiġu notifikati bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness X.
Artikolu 19
Komunikazzjoni rigward in-notifika ta' bidla fil-partikularitajiet tal-fergħa
1. Wara l-wasla tan-notifika skont l-Artikolu 17(1), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika, mingħajr dewmien żejjed, il-bidliet notifikati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness XI, flimkien ma' kopja tan-notifika.
2. Wara li tirċievi n-notifika skont l-Artikolu 17(3), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika, mingħajr dewmien żejjed, il-bidliet notifikati lill-Istat Membru ospitanti,bl-użu tal-formola stipulata fl-Anness XIII, flimkien ma' kopja tan-notifika.
Artikolu 20
Komunikazzjoni rigward notifika ta' bidla fil-partikularitajiet ta' aġent marbut
1. Wara li tirċievi notifika skont l-Artikolu 18(1), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika, mingħajr dewmien żejjed, il-bidliet notifikati tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, bl-użu tal-formola stipulata fl-Anness XII, flimkien ma' kopja tan-notifika.
2. Wara li tirċievi notifika skont l-Artikolu 18(3), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika, mingħajr dewmien żejjed, il-bidliet notifikati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, bl-użu tal-formola stipulata fl-Anness XIII, flimkien ma' kopja tan-notifika.
Artikolu 21
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.
(2) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
ANNESS I
Formola għan-notifika ta’ passaport ta’ servizzi u attivitajiet ta’ investiment u għan-notifika ta’ bidla tal-partikularitajiet dwar servizzi u attivitajiet ta’ investiment (1)
[L-Artikolu 3 u 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2382]
Numru ta’ referenza:
Data:
Parti 1 – Informazzjoni ta’ Kuntatt
Tip ta’ notifika:
Notifika ta’ passaport ta’ servizzi u attivitajiet ta’ investiment/notifika ta’ bidla fil-partikularitajiet ta’ servizzi u attivitajiet ta’ investiment
Stat Membru li fih id-ditta tal-investiment/l-istituzzjoni ta’ kreditu biħsiebha topera:
Isem tad-ditta tal-investiment/istituzzjoni ta’ kreditu
Isem kummerċjali
Indirizz:
Numru tat-telefown:
Email:
Isem tal-persuna ta’ kuntatt fid-ditta tal-investiment/istituzzjoni ta’ kreditu:
Stat Membru tad-Domiċilju
Stat ta’ Awtorizzazzjoni:
Awtorizzat minn [Stat Membru tad-Domiċilju Awtorità Kompetenti]
Data tal-Awtorizzazzjoni:
Parti 2 — Programm ta’ operazzjonijiet
Servizzi u attivitajiet ta’ investiment u servizzi anċillari previsti*
Servizzi u attivitajiet ta’ investiment
Servizzi anċillari
A1
A2
A3
A4
A5
A5
A7
A8
A9
B1
B2
B3
B4
B5
B6
B7
Strumenti Finanzjarji
C1
C2
C3
C4
C5
C6
C7
C8
C9
C10
C11
(*) Jekk jogħġbok immarka (x) fil-kaxex xierqa.
(1) Għall-finijiet ta’ notifika ta’ bidla fil-partikularitajiet ta’ servizzi u attivitajiet ta’ investiment, jekk jogħġbok imla biss il-partijiet tal-formola li huma rilevanti għall-bidliet notifikati. Jekk l-intenzjoni hija li tagħmel bidliet fis-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment, is-servizzi anċillari jew l-istrumenti finanzjarji, niżżel is-servizzi ta’ investiment, l-attivitajiet, is-servizzi anċillari jew l-istrumenti finanzjarji kollha li se tipprovdi d-ditta.
Dettalji tal-Aġent Marbut li jinsab fl-Istat Membru tad-domiċilju (*)
Isem tal-aġent marbut
Indirizz
Telefown
Email:
Kuntatt
(*) Jekk jogħġbok ipprovdi matriċi separata bis-servizzi ta’ investiment previsti għal kull aġent marbut li biħsiebha tuża d-ditta tal-investiment.
Servizzi ta’ investiment intiżi previsti li jiġu pprovduti mill-aġent marbut (*):
Servizzi u attivitajiet ta’ investiment
Servizzi anċillari
A1
A2
A3
A4
A5
A6
A7
A8
A9
B1
B2
B3
B4
B5
B6
B7
Strumenti Finanzjarji
C1
C2
C3
C4
C5
C6
C7
C8
C9
C10
C11
(*) Jekk jogħġbok immarka (x) fil-kaxxa/(ex) xierqa. Jekk biħsiebek tagħmel bidliet fis-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment jew fl-istrumenti finanzjarji pprovduti mill-aġent marbut, jekk jogħġbok elenka s-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment, is-servizzi aċċessorji jew l-istrumenti finanzjarji li se jiġu pprovduti mill-aġent marbut.
ANNESS II
Formola għall-komunikazzjoni tan-notifika ta’ passaport ta’ servizzi u attivitajiet ta’ investiment mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti
[L-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2382]
Numru ta’ referenza:
Data:
Komunikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 34(3) tad-Direttiva 2014/65/UE (1)
MINGĦAND:
Stat Membru:
Awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju:
Indirizz:
Punt ta’ kuntatt maħtur:
Numru tat-telefown:
Email:
LIL:
Stat Membru:
Awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti:
Indirizz:
Punt ta’ kuntatt maħtur:
Numru tat-telefown:
Email:
F’konformità mal-Artikolu 34(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, nixtiequ ninfurmawk li [Isem tad-ditta], (1) ditta tal-investiment awtorizzata minn [isem tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju], biħsiebha tipprovdi servizzi tal-investiment u/jew attivitajiet tal-investiment kif ukoll servizzi anċillari elenkati fin-notifika tal-passaport mehmuża għall-ewwel darba fl-eżerċizzju tad-dritt tal-libertà biex tipprovdi servizzi jew attivitajiet ta’ investiment; jew (2) istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata minn [l-isem tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju] biħsiebha tipprovdi, permezz tal-użu ta’ aġent marbut, is-servizzi jew attivitajiet ta’ investiment elenkati fin-notifika ta’ passaport mehmuża għall-ewwel darba, fl-eżerċizzju tad-dritt ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi u attivitajiet ta’ investiment.
Jekk għandek xi mistoqsija, toqgħodx lura milli tikkuntattjana.
Dejjem tiegħek,
[Firma]
(1) Jekk jogħġbok emenda kif xieraq.
ANNESS III
Formola għall-komunikazzjoni ta’ bidla ta’ notifika fil-partikularitajiet ta’ notifika ta’ passaport ta’ servizzi u attivitajiet ta’ investiment għall-provvediment ta’ arranġamenti biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal MTF jew OTF mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti
[L-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2382]
Numru ta’ referenza:
Data:
Komunikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 34(4) jew l-Artikolu 34(7) tad-Direttiva 2014/65/UE (1)
MINGĦAND:
Stat Membru:
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju:
Indirizz:
Punt ta’ kuntatt maħtur:
Numru tat-telefown:
Email:
LIL:
Stat Membru:
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti:
Indirizz:
Punt ta’ kuntatt maħtur:
Numru tat-telefown:
Email:
F’konformità mal-Artikolu 34(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, nixtiequ ninfumawk li [l-Isem tad-ditta], ditta tal-investiment/istituzzjoni ta’ kreditu/operatur tas-suq awtorizzat/sorveljat minn [l-isem tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju]:
(a) emendat is-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment/servizzi anċillari/strumenti finanzjarji li biħsiebha tkompli fit-territorju tiegħek fuq bażi transfruntiera
(b) biddlet isimha minn [isem qadim] għal [isem ġdid] b’ effett minn [id-data tal-bidla]
(c) ċaqalqet l-indirizz li ġej b’effett [data tal-bidla]
(d) biddlet l-informazzjoni ta’ kuntatt l-oħra tiegħu kif ġej [żid kull bidla li saret fl-informazzjoni ta’ kuntatt tal-Parti 1 tal-Anness I] b’effett [id-data tal-bidla]
(e) impenjat aġent marbut irreġistrat addizzjonali fi [l-isem tal-Istat Membru tad-domiċilju] biex jipprovdi servizzi u attivitajiet tal-investiment fit-territorju tiegħek fuq bażi transfruntiera.
(f) emendat l-arranġamenti pprovduti fi [l-isem tal-Istat Membru ospitanti] sabiex tiffaċilita l-aċċess għal [l-isem tal-MTF jew l-OTF] u n-negozjar tiegħu
(g) waqfet milli tipprovdi servizzi ta’ investiment u/jew twettaq attivitajiet ta’ investiment minħabba irtirar/kanċellazzjoni tal-awtorizzazzjoni tagħha b’effett minn [id-data tal-irtirar/kanċellazzjoni].
Sib mehmuża kopja tal-bidla ta’ [notifika tad-dettalji dwar is-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment/id-dettalji dwar il-provvediment ta’ arranġamenti biex jiġi ffaċilitat aċċess għal notifika ta’ MTF jew OTF] bil-bidliet rilevanti. Jekk għandek xi mistoqsijiet, toqgħodx lura milli tikkuntattjana.
Dejjem tiegħek,
[Firma]
(1) Jekk jogħġbok biddel fuq il-bażi tal-bidliet li jridu jiġu notifikati.
ANNESS IV
Formola għan-notifika tal-provvediment ta’ arranġamenti biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal MTF jew OTF
[L-Artikoli 8 u 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2382]
Numru ta’ referenza:
Data:
Parti 1 — Informazzjoni ta’ Kuntatt:
Tip ta’ notifika:
Il-provvediment ta’ arranġamenti biex jiffaċilitaw l-aċċess għal MTF/OTF/bidliet f’dettalji tan-notifika għall-provvediment ta’ arranġamenti biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal MTF/OTF
L-Istat(i) Membru/(i) li fihom id-ditta tal-investiment/l-operatur tas-suq biħsiebu jipprovdi arranġamenti:
Isem tad-ditta tal-investiment/operatur tas-suq:
Indirizz:
Numru tat-telefown:
Email:
Isem tal-persuna ta’ kuntatt fid-ditta tal-investiment/l-operatur tas-suq:
Stat Membru tad-domiċilju
Stat tal-Awtorizzazzjoni (tad-ditta tal-investiment)/Dritt applikabbli (tal-operatur tas-suq):
Awtorizzata/Liċenzjata/Sorveljata minn [l-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru tad-Domiċilju]
Data tal-Awtorizzazzjoni (għad-ditti tal-investiment):
Isem l-MTF/OTF:
Data minn meta se jiġu pprovduti l-arranġamenti:
B’effett immedjat
Parti 2 – Deskrizzjoni tal-mudell kummerċjali ta’ [l-isem tal-MTF/OTF]:
[Jekk jogħġbok minn tal-inqas inkludi l-informazzjoni li ġejja]
Tip ta’ strumenti finanzjarji elenkati fil-Borża:
[trid timtela mid-ditta tal-investiment/operatur tas-suq]
Tip ta’ parteċipanti elenkati fil-Borża:
[trid timtela mid-ditta tal-investiment/operatur tas-suq]
Tip ta’ arranġamenti xierqa:
[trid timtela minn ditta tal-investiment/operatur tas-suq]
Kummerċjalizzazzjoni:
[trid timtela minn ditta tal-investiment/operatur tas-suq]
ANNESS V
Formola għall-komunikazzjoni rigward notifika għall-provvediment ta’ arranġamenti biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal MTF jew OTF mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti
[L-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2382]
Numru ta’ referenza:
Data:
Komunikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 34(7) tad-Direttiva 2014/65/UE (1)
MINGĦAND:
Stat Membru:
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju:
Indirizz:
Punt ta’ kuntatt maħtur:
Numru tat-telefown:
Email:
LIL:
Stat Membru:
l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti:
Indirizz:
Punt ta’ kuntatt maħtur:
Numru tat-telefown:
Email:
F’konformità mal-Artikolu 34(7) tad-Direttiva 2014/65/UE, nixtiequ ninfurmawk li [l-isem tal-Operatur tas-suq/Ditta tal-Investiment] li jopera [l-isem tal-MTF jew l-OTF] taħt [l-isem tad-dritt nazzjonali applikabbli] fl-[isem tal-Istat Membru tad-domiċilju], biħsiebu jipprovdi arranaġmenti fi [l-isem tal-Istat Membru li fih jipprovdi l-arranġamenti] sabiex jiffaċilita l-aċċess għal u n-negozjar fuq [l-isem tal-MTF/OTF] minn utenti remoti, membru jew partċipanti stabbiliti fi [l-istem tal-Istat Membru li fih bi ħsiebu jipprovdi l-arranġamenti],
Jekk għandek xi mistoqsijiet, toqgħodx lura milli tikkuntattjana.
Dejjem tiegħek,
[Firma]
(1) Jekk jogħġbok emenda kif meħtieġ.
ANNESS VI
Formola għan-notifika ta’ passaport ta’ fergħa u għan-notifika ta’ bidla fil-partikularitajiet ta’ fergħa (1)
L-Artikoli 12, 17 u 19 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2382]
Numru ta’ referenza:
Data:
Parti 1 — Informazzjoni ta’ Kuntatt
Tip ta’ notifika:
Notifika ta’ passaport ta’ fergħa/bidla fin-notifika tad-dettalji tal-fergħa
L-Istat Membru li fih id-ditta tal-investiment biħsiebha tistabbilixxi fergħa (2):
Isem id-ditta tal-investiment:
Indirizz tad-ditta tal-investiment:
Numru tat-telefown tad-ditta tal-investiment:
Email tad-ditta tal-investiment:
Isem tal-persuna ta’ kuntatt tad-ditta tal-investiment:
Isem il-fergħa:
L-indirizz tal-fergħa:
Numru tat-telefown tal-fergħa:
Email tal-fergħa:
Isem/(ismijiet) ta’ dawk responsabbli għall-immaniġġjar tal-fergħa:
Stat Membru tad-domiċilju:
Status tal-Awtorizzazzjoni:
Awtorizzat minn [l-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju]
Data tal-awtorizzazzjoni:
(1) Għall-finijiet tal-bidliet fin-notifika tal-partikularitajiet tal-fergħa jekk jogħġbok imla biss il-partijiet tal-formoli li huma rilevanti għall-bidliet notifikati. Meta d-ditta tal-investiment tkun biħsiebha tagħmel bidliet fis-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment, fis-servizzi anċillari jew l-istrumenti finanzjarji pprovduti mill-fergħa, id-ditta għandha telenka s-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment, is-servizzi anċillari jew l-istrumenti finanzjarji kollha li se tipprovdi l-fergħa.
(2) Jekk jogħġbok innota li d-dritt korporattiv nazzjonali jista’ jirrikjedi r-reġistrazzjoni preċedenti f’reġistru kummerċjali qabel il-bidu tal-operazzjonijiet mill-fergħa.
Parti 2 – Programm ta’ operazzjonijiet
Servizzi u attivitajiet ta’ investiment, servizzi anċillari previsti li jiġu pprovduti mill-fergħa (*)
Servizzi u attivitajiet ta’ investiment
Servizzi anċillari
A1
A2
A3
A4
A5
A6
A7
A8
A9
B1
B2
B3
B4
B5
B6
B7
Strumenti finanzjarji
C1
C2
C3
C4
C5
C6
C7
C8
C9
C10
C11
(*) Jekk jogħġbok immarka (x) fil-kaxxa/(ex) xierqa.
Pjan ta’ Direzzjoni tan-Negozju u organizzazzjoni strutturali tal-fergħa
Pjan ta’ direzzjoni tan-negozju
1. Il-fergħa kif se tikkontribwixxi għall-istrateġija tad-ditta/grupp?
2. X’se jkunu l-funzjonijiet ewlenin tal-fergħa?
3. Iddeskrivi l-objettivi ewlenin tal-fergħa;
Strateġija kummerċjali
1. Iddeskrivi t-tip ta’ klijenti/kontropartijiet li se tkun qed tindirizza l-fergħa;
2. Iddeskrivi kif id-ditta se tikseb u tindirizza dawn il-klijenti;
Struttura organizzazzjonali
1. Iddeskrivi fil-qasir kif il-fergħa tiffittja fl-istruttura korporattiva tad-ditta/grupp? (Dan jista’ jiġi ffaċilitat billi tehmeż ċart organizzazzjonali)
2. Indika l-istruttura organizzazzjonali tal-fergħa, li turi l-linji funzjonali, ġeografiċi u ġuridiċi tar-rapportar;
3. Identifika min se jkun responsabbli mill-operazzjonijiet tal-fergħa fuq bażi ta’ kuljum? Ipprovdi dettalji dwar l-esperjenza professjonali tal-persuni responabbli mill-ġestjoni tal-fergħa (Jekk jogħġbok ehmeż is-CV);
4. Identifika min se jkun responsabbli mill-funzjonijiet tal-kontroll intern tal-fergħa?
5. Identifika min se jkun responsabbli biex jindirizza l-ilmenti fir-rigward tal-fergħa?
6. Spjega kif il-fergħa se tirrapporta lill-uffiċċju prinċipali?
7. Agħti dettalji ta’ xi arranġamenti kritiċi tal-esternalizzazzjoni
Aġenti Marbuta (*)
1. Il-fergħa se tuża aġent marbut?
2. X’inhi l-identità tal-aġent marbut?
Isem
Indirizz
Telefown
Punt ta’ kuntatt
Referenza jew hyperlink għar-reġistru pubbliku fejn hu rreġistrat l-aġent marbut
Sistemi u Kontrolli
Ipprovdi sommarju qasir tal-arranġamenti għal:
1. is-salvagwardjar tal-flus u l-assi tal-klijent;
4. Il-konformità mal-imġiba tan-negozju u obbligi oħrajn li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 35(8) u ż-żamma tar-rekords taħt l-Artikolu 16(6);
5. il-kodiċi tal-Imġiba tal-persunal, inkluż in-negozjar għan-nom proprju;
6. il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus;
7. Il-monitoraġġ u l-kontroll ta’ arranġamenti kritiċi tal-esternalizzazzjoni (jekk applikabbli);
8. l-isem, l-indirizz u d-dettalji tal-kuntatt tal-iskema tal-kumpens akkreditata li hija membru tagħha d-ditta tal-investiment jew l-istituzzjoni ta’ kreditu;
It-tbassir finanzjarju
Ehmeż dikjarazzjoni ta’ previżjoni għall-profitt u t-telf u l-fluss tal-flus kontanti, it-tnejn matul il-perjodu inizjali ta’ sitta u tletin xahar;
(*) Id-ditta tal-investiment għandha tippreżenta notifika ta’ passaport separata fir-rigward ta’ kull aġent marbut li l-fergħa biħsiebha tuża.
ANNESS VII
Formola għan-notifika ta’ passaport ta’ aġent marbut u għan-notifika ta’ bidla fil-partikularitajiet ta’ aġent marbut (1)
[L-Artikoli 13, 14 u 18 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2382]
Numru ta’ referenza:
Data:
Parti 1 – Informazzjoni ta’ Kuntatt
Tip ta’ notifika:
Notifika ta’ passaport ta’ aġent marbut/notifika ta’ bidla fil-partikularitajiet ta’ aġent marbut
L-Istat Membru li fih id-ditta tal-investiment/istituzzjoni ta’ kreditu biħsiebha tuża l-aġent marbut stabbilit fl-Istat(i) Membru/(i) ospitanti:
Isem tad-ditta tal-investiment/istituzzjoni ta’ kreditu:
Indirizz tad-ditta tal-investiment/istituzzjoni ta’ kreditu:
Isem tal-persuna ta’ kuntatt fid-ditta tal-investi-ment/istituzzjoni ta’ kreditu:
Numru tat-telefown tad-ditta tal-investiment/istituzzjoni ta’ kreditu
Email tad-ditta tal-investiment/istituzzjoni ta’ kreditu
Isem tal-aġent marbut:
Indirizz tal-aġent marbut:
Numru tat-telefown tal-aġent marbut:
Email tal-aġent marbut:
Isem/(ismijiet) ta’ dawk responsabbli għall-ġestjoni tal-fergħa:
Stat Membru tad-domiċilju:
Status tal-Awtorizzazzjoni:
Awtorizzat minn [Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju]
Data tal-Awtorizzazzjoni:
Referenza jew hyperlink għar-reġistru pubbliku fejn hu rreġistrat l-aġent marbut
(1) Għall-finijiet ta’ notifika ta’ bidla fil-partikularitajiet ta’ aġent marbut, jekk jogħġbok imla biss il-partijiet tal-formoli rilevanti għall-bidliet notifikati. Fejn saru bidliet fis-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment jew l-istrumenti finanzjarji, id-ditta għandha telenka s-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment jew l-istrumenti finanzjarji kollha li se jiġu pprovduti mill-aġent marbut.
Parti 2 – Programm ta’ operazzjonijiet
Servizzi jew attivitajiet ta’ investiment previsti li se jiġu pprovduti mill-aġent marbut (*):
Is-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment
Servizzi anċillari
A1
A2
A3
A4
A5
A6
A7
A8
A9
B1
B2
B3
B4
B5
B6
B7
Strumenti Finanzjarji
C1
C2
C3
C4
C5
C6
C7
C8
C9
C10
C11
(*) Jekk jogħġbok immarka (x) fil-kaxxa/(ex) xierqa.
Pjan ta’ Direzzjoni tan-Negozju u organizzazzjoni strutturali tal-aġent marbut
Pjan ta’ direzzjoni tan-negozju
1. Spjega kif l-aġent marbut se jikkontribwixxi għall-istrateġija tad-ditta/grupp.
2. Iddeskrivi x’se jkunu l-funzjonijiet ewlenin tal-aġent marbut.
3. Iddeskrivi l-objettivi ewlenin tal-aġent marbut.
Strateġija kummerċjali
1. Iddeskrivi t-tipi ta’ klijenti/kontropartijiet li se jindirizza l-aġent marbut.
2. Iddeskrivi kif id-ditta se tikseb u tindirizza dawn il-klijenti.
Struttura organizzazzjonali
1. Iddeskrivi fil-qasir kif l-aġent marbut jiffittja fl-istruttura korporattiva tad-ditta/grupp. (Dan jista’ jiġi ffaċilitat billi tinhemeż ċart organizzazzjonali)
2. Indikat l-istruttura organizzazzjonali tal-aġent marbut, li turi kemm il-linji funzjonali kif ukoll dawk ġuridiċi.
3. Identifika min se jkun responsabbli mill-operazzjonijiet tal-aġent marbut fuq bażi ta’ kuljum? Ipprovdi dettalji tal-esperjenza professjonali tal-persuni responsabbli għall-ġestjoni tal-aġent marbut (Jekk jogħġbok ehmeż is-CV).
4. Identifika min se jkun responsabbli mill-funzjonijiet ta’ kontroll intern tal-aġent marbut.
5. Identifika min se jkun responsabbli biex jindirizza l-ilment fir-rigward tal-aġent marbut.
6. Identifika kif l-aġent marbut se jirrapporta lill-uffiċċju prinċipali.
7. Agħti dettalji tal-arranġamenti kritiċi tal-esternalizzazzjoni.
Sistemi u Kontrolli
Ipprovdi sommarju qasir tal-arranġamenti għal:
1. salvagwardjar tal-flus u tal-assi tal-klijent (fejn applikabbli);
2. konformità mal-imġiba tan-negozju u ma’ obbligi oħrajn li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju skont l-Artikolu 35(8) u ż-żamma tar-rekords taħt l-Artikolu 16(6);
3. il-kodiċi tal-persunal għall-Imġiba, li tinkludi n-negozjar għan-nom proprju;
4. il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus;
5. il-monitoraġġ u l-kontroll tal-arranġamenti kritiċi tal-esternalizzazzjoni (fejn applikabbli);
6. l-isem, l-indirizz u d-dettalji tal-kuntatt tal-iskema tal-kumpens akkreditata li hija membru tagħha d-ditta tal-investiment jew l-istituzzjoni ta’ kreditu;
It-tbassir finanzjarju:
Ehmeż dikjarazzjoni ta’ previżjoni għall-profitt u t-telf u l-fluss tal-flus kontanti, it-tnejn fuq perjodu inizjali ta’ sitta u tletin xahar.
ANNESS VIII
Formola għall-komunikazzjoni rigward notifika ta’ passaport ta’ fergħa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti
[L-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2382]
Numru ta’ referenza:
Data:
Komunikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 35(3) tad-direttiva 2014/65/UE (1)
MINGĦAND:
Stat Membru:
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju:
Indirizz:
Punt ta’ kuntatt maħtur:
Numru tat-telefown:
Email:
LIL:
Stat Membru:
L-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru ospitanti:
Indirizz:
Punt ta’ kuntatt maħtur:
Numru tat-telefown:
Email:
F’konformità mal-Artikolu 35(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, nixtiequ ninfurmawk li [Isem tad-ditta], ditta tal-investiment awtorizzata minn [Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju], biħsiebha tistabbilixxi fergħa li tinsab fi [l-isem tal-Istat Membru ospitanti] biex tipprovdi s-servizzi jew l-attivitajiet ta’ investiment kif ukoll servizzi anċillari elenkati fin-notifika ta’ passaport mehmuża.
[Isem tad-ditta tal-investiment] hija parteċipant fi [l-isem tal-iskema ta’ kumpens akkreditat tal-Istat Membru tad-domiċilju], li tipprovdi kopertura għal investituri eliġibbli kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni ta’ [l-isem tal-Istat Membru tad-domiċilju] fir-rigward tas-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment imwettqa mid-ditta minn stabbiliment fi [l-isem tal-Istat Membru tad-domiċilju] u permezz tal-fergħa tagħha fiż-Żona Ekonomika Ewropea.
Jekk għandek xi mistoqsijiet, toqgħodx lura milli tikkuntattjana.
Dejjem tiegħek,
[Firma]
(1) Jekk jogħġbok emenda kif meħtieġ.
ANNESS IX
Formola għall-komunikazzjoni rigward notifika ta’ passaport ta’ aġent marbut mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti
[L-Artikolu 16 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2382]
Numru ta’ referenza:
Data:
Komunikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 35(3) jew l-Artikolu 35(7) tad-Direttiva 2014/65/UE (1)
MINGĦAND:
Stat Membru:
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju:
Indirizz:
Punt ta’ kuntatt maħtur:
Numru tat-telefown:
Email:
LIL:
Stat Membru:
L-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru ospitanti:
Indirizz:
Punt ta’ kuntatt maħtur:
Numru tat-telefown:
Email:
F’konformità mal-Artikolu 34(3)/l-Artikolu 35(7) tad-Direttiva 2014/65/UE, nixtiequ ninnotifikaw li [Isem tad-ditta], ditta tal-investiment/istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata minn [isem tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju], biħsiebha tuża aġent marbut li jinsabu fi [isem tal-Istat Membru ospitanti] biex tipprovdi s-servizzi jew l-attivitajiet ta’ investiment fin-notifika ta’ passaport mehmuża.
[Isem tad-ditta tal-investiment/istituzzjoni ta’ kreditu] hija parteċipant fl-[isem tal-iskema ta’ kumpens akkreditata tal-Istat Membru tad-domiċilju], li tipprovdi kopertura għal investituri eliġibbli kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-[isem tal-Istat Membru tad-domiċilju] fir-rigward tas-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment imwettqa mid-ditta minn stabbiliment fl-[isem tal-Istat Membru tad-domiċilju] u permezz tal-aġent marbut tagħha fiż-Żona Ekonomika Ewropea.
Jekk għandek xi mistoqsijiet, toqgħodx lura milli tikkuntattjana.
Dejjem tiegħek,
[Firma]
(1) Jekk jogħġbok emenda kif meħtieġ.
ANNESS X