ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 328

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
12 ta' Diċembru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2278 tal-4 ta' Settembru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2279 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jemenda l-Annessi II, IV, VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf ( 1 )

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2280 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea

12

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2281 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2017 f'ċerti reġjuni ta' vitikultura tal-Ġermanja u fir-reġjuni kollha ta' vitikultura tad-Danimarka, tan-Netherlands, u tal-Iżvezja

17

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2283 tal-11 ta' Diċembru 2017 b'appoġġ għal mekkaniżmu globali ta' rappurtar dwar armi ħfief u ta' kalibru żgħir illeċiti u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjoni illeċiti biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tagħhom (iTrace III)

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2284 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jingħata appoġġ lil Stati fir-reġjuni tal-Afrika, tal-Asja u l-Paċifiku u tal-Amerika Latina u l-Karibew biex jipparteċipaw fil-proċess konsultattiv tal-grupp preparatorju ta' esperti ta' livell għoli dwar it-trattat għall-waqfien tal-produzzjoni ta' materjal fissili

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2285 tas-6 ta' Diċembru 2017 li temenda l-gwida għall-utent li tistabbilixxi l-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (notifikata bid-dokument C(2017) 8072)  ( 1 )

38

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2286 tas-6 ta' Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tar-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali Eco-Lighthouse bħala li huma konformi mar-rekwiżiti korrispondenti tal-Iskema ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) b'konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (notifikata bid-dokument C(2017) 8082)  ( 1 )

87

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2287 tat-8 ta' Diċembru 2017 li tispeċifika l-formoli li jridu jintużaw f'rabta mal-importazzjoni tal-merkurju u ta' ċerti taħlitiet tal-merkurju skont ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-merkurju (notifikata bid-dokument C(2017) 8190)  ( 1 )

118

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2288 tal-11 ta' Diċembru 2017 dwar l-identifikazzjoni tal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi tal-ICT għar-referenzjar fl-akkwist pubbliku ( 1 )

123

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2289 tal-11 ta' Diċembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2017) 8631)  ( 1 )

126

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Id-Deċiżjoni Nru 52/2017 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka tal-24 ta' Novembru 2017 relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/2290]

136

 

*

Id-Deċiżjoni Nru 53/2017 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka tal-24 ta' Novembru 2017 relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/2291]

138

 

*

Id-Deċiżjoni Nru 54/2017 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka tal-24 ta' Novembru 2017 relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/2292]

140

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

12.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2278

tal-4 ta' Settembru 2017

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 fih lista ta' taqsimiet tan-Netwerk ta' Dejta tal-Kontabiltà Agrikola (“taqsimiet tal-FADN”) għal kull Stat Membru.

(2)

Skont dak l-Anness, il-Ġermanja hija maqsuma f'16-il taqsima. Għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009, il-Ġermanja talbet li jingħaqdu t-taqsimiet tal-FADN Schleswig-Holstein u Hamburg fit-taqsima waħda tal-FADN: Schleswig-Holstein/Hamburg.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 għandu jiġi emendat skont dan,

(4)

Il-lista aġġornata ta' taqsimiet FADN previsti f'dan ir-Regolament għandha tapplika mis-sena fiskali 2018,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mis-sena fiskali 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, l-4 ta' Settembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009, il-lista ta' taqsimiet tal-FADN li tirrigwarda l-Ġermanja tinbidel b'dan li ġej:

“Il-Ġermanja

1.

Schleswig-Holstein/Hamburg

2.

Is-Sassonja t'Isfel

3.

Bremen

4.

Nordrhein-Westfalen

5.

Hessen

6.

Rheinland-Pfalz

7.

Baden-Württemberg

8.

Il-Bavarja

9.

Saarland

10.

Berlin

11.

Brandenburg

12.

Mecklenburg-Vorpommern

13.

Is-Sassonja

14.

Is-Sassonja Anhalt:

15.

Thüringen”


12.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2279

tal-11 ta' Diċembru 2017

li jemenda l-Annessi II, IV, VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 20(2) u 27(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex ikun hemm tikkettar li jagħmel sens, b'ċerti lingwi tal-Unjoni jistgħu jintużaw ċerti espressjonijiet speċifiċi għall-għalf għall-annimali domestiċi. Xi żviluppi ġodda li kien hemm fis-settur tal-għalf għall-annimali domestiċi f'żewġ Stati Membri jissuġġerixxu li ċerti espressjonijiet speċifiċi li jintużaw għall-għalf għall-annimali domestiċi huma adegwati wkoll bil-lingwi ta' dawk l-Istati Membri.

(2)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jiġi emendat skont dan.

(3)

Jenħtieġ li t-tolleranzi għall-kostitwenti analitiċi u l-addittivi tal-għalf fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost jiġu riveduti minħabba l-progress teknoloġiku li sar fl-analitika u l-esperjenzi li nkisbu ta' prattika tajba tal-laboratorju. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jiġi emendat skont dan.

(4)

Hemm għadd dejjem ikbar ta' awtorizzazzjonijiet tal-addittivi tal-għalf, mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li jistabbilixxu l-kontenut massimu tal-addittivi tal-għalf fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost għal addittivi li għalihom ma kien ġie stabbilit l-ebda valur qabel u awtorizzazzjonijiet oħrajn li stabbilixxew il-kunċett il-ġdid ta' kontenut massimu rrakkomandat għal addittiv fl-għalf komplet. Barra minn hekk, it-teknoloġija tal-manifattura tal-għalf tista' twassal għal tnaqqis fl-għadd ta' addittivi, bħall-vitamini, li jiżdiedu fl-għalf u li jistgħu jkunu preżenti wkoll b'mod naturali fil-prodott aħħari. Fil-prattika dan jista' jwassal għal ambigwità jekk l-operatur ikollu jimmarka l-ammont miżjud fuq it-tikketta, imma l-awtorità ta' kontroll tkun tista' tanalizza u tivverifika biss l-ammont li jkun hemm fil-prodott aħħari. Sabiex jitqiesu dawn l-iżviluppi u jkun żgurat tikkettar tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li jkun ibbilanċjat u adegwat u li jkun jagħmel sens, jenħtieġ li l-Annessi VI u VII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jiġu emendati skont dan.

(5)

L-iżviluppi teknoloġiċi jippermettu użu ikbar ta' ikel bħala għalf li m'għadux maħsub għall-konsum mill-bniedem. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 (3) iniżżel it-tali oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel bħala materjali tal-għalf. Madankollu, minħabba li xi kultant il-kwalità tat-tali oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel tista' ma tkunx konformi mar-rekwiżiti għall-għalf, jenħtieġ li t-tikketti tat-tali oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel juru li dawn jistgħu jintużaw bħala għalf biss wara li jiġu pproċessati. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jiġi emendat skont dan.

(6)

Minħabba li għal raġunijiet ta' sikurezza l-emendi tal-Annessi mhux bil-fors jibdew jiġu applikati minnufih, sabiex ma jkunx hemm tfixkil bla bżonn tal-prattiki kummerċjali u sabiex l-operaturi ma jinħolqilhomx piż amministrattiv bla bżonn, huwa xieraq li jiġu previsti miżuri tranżitorji li jippermettu li jinbidlu bla xkiel it-tikketti.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II, IV, VI, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li ġew ittikkettati qabel l-1 ta' Jannar 2019 skont ir-regoli li kienu japplikaw qabel l-1 ta' Jannar 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

2.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li ġew ittikkettati qabel l-1 ta' Jannar 2020 skont ir-regoli li kienu japplikaw qabel l-1 ta' Jannar 2018 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1).


ANNESS

(1)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

il-punt 3(b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

fid-deżinjazzjoni tal-għalf għall-annimali domestiċi għandhom jitħallew jintużaw l-espressjonijiet li ġejjin: bil-Bulgaru “храна”; bl-Ispanjol “alimento”; biċ-Ċek id-deżinjazzjoni “kompletní krmná směs” tista' tinbidel bid-deżinjazzjoni “kompletní krmivo” u d-deżinjazzjoni “doplňková krmná směs” tista' tinbidel bid-deżinjazzjoni “doplňkové krmivo”; bl-Ingliż “pet food”; bit-Taljan “alimento”; bl-Ungeriż “állateledel”; bl-Olandiż “samengesteld voeder”; bil-Pollakk “karma”; bis-Sloven “hrana za hišne živali”; bil-Finlandiż “lemmikkieläinten ruoka”; bl-Estonjan “lemmikloomatoit”; u bil-Kroat “hrana za kućne ljubimce”.”.

(2)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

il-Parti A tinbidel b'dan li ġej:

“Parti A: Tolleranzi għall-kostitwenti analitiċi stabbiliti fl-Annessi I, V, VI u VII

(1)

It-tolleranzi stabbiliti f'din il-Parti jinkludu devjazzjonijiet tekniċi u analitiċi. Ladarba t-tolleranzi analitiċi li jkopru l-inċertezzi fil-kejl u l-varjazzjonijiet proċedurali jiġu ffissati fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-valuri stabbiliti fil-punt 2 jiġu adattati kif meħtieġ sabiex ikopru biss it-tolleranzi tekniċi.

(2)

Meta jinstab li materjal tal-għalf jew għalf kompost ikollu kompożizzjoni li tkun tvarja mill-valur mogħti fuq it-tikketta tal-kostitwenti analitiċi stabbiliti fl-Annessi I, V, VI u VII, għandhom japplikaw it-tolleranzi li ġejjin:

Kostitwent

Kontenut iddikjarat tal-kostitwent

Tolleranza (1)

 

[f'perċentwal]

Inqas mill-valur mogħti fuq it-tikketta

Iktar mill-valur mogħti fuq it-tikketta

Ix-xaħam mhux raffinat

Inqas minn 8

1

2

Minn 8 sa 24

12,5 %

25 %

Iktar minn 24

3

6

Ix-xaħam mhux raffinat għall-għalf għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel

Inqas minn 16

2

4

Minn 16 sa 24

12,5 %

25 %

Iktar minn 24

3

6

Il-proteini mhux raffinati

Inqas minn 8

1

1

Minn 8 sa 24

12,5 %

12,5 %

Iktar minn 24

3

3

Il-proteini mhux raffinati għall-għalf għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel

Inqas minn 16

2

2

Minn 16 sa 24

12,5 %

12,5 %

Iktar minn 24

3

3

L-irmied mhux raffinat

Inqas minn 8

2

1

Minn 8 sa 32

25 %

12,5 %

Iktar minn 32

8

4

Il-fibri mhux maħdumin

Inqas minn 10

1,75

1,75

Minn 10 sa 20

17,5 %

17,5 %

Iktar minn 20

3.5

3.5

Iz-zokkor

Inqas minn 10

1,75

3,5

Minn 10 sa 20

17,5 %

35 %

Iktar minn 20

3,5

7

Il-lamtu

Inqas minn 10

3,5

3,5

Minn 10 sa 20

35 %

35 %

Iktar minn 20

7

7

Il-kalċju

Inqas minn 1

0,3

0,6

Minn 1 sa 5

30 %

60 %

Iktar minn 5

1,5

3

Il-manjeżju

Inqas minn 1

0,3

0,6

Minn 1 sa 5

30 %

60 %

Iktar minn 5

1,5

3

Is-sodju

Inqas minn 1

0,3

0,6

Minn 1 sa 5

30 %

60 %

Iktar minn 5

1,5

3

Il-fosfru totali

Inqas minn 1

0,3

0,3

Minn 1 sa 5

30 %

30 %

Iktar minn 5

1,5

1,5

L-irmied li ma jinħallx fl-aċidu idrokloriku

Inqas minn 1

Ma huwa stabbilit l-ebda limitu

0,3

Minn 1 sa inqas minn 5

30 %

Iktar minn 5

1,5

Il-potassju

Inqas minn 1

0,2

0,4

Minn 1 sa 5

20 %

40 %

Iktar minn 5

1

2

L-umdità

Inqas minn 2

Ma huwa stabbilit l-ebda limitu

0,4

Minn 2 sa inqas minn 5

20 %

Minn 5 sa 12.5

1

Iktar minn 12.5

8 %

Il-valur tal-enerġija (2)

 

5 %

10 %

Il-valur tal-proteini (2)

 

10 %

20 %

(3)

L-Anness VI jinbidel b'dan li ġej:

ANNESS VI

Dettalji tat-tikkettar għall-materjali tal-għalf u għall-għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel

Kapitolu I: It-tikkettar obbligatorju u dak volontarju tal-addittivi tal-għalf kif imsemmi fl-Artikolu 15(f) u fl-Artikolu 22(1)

1.

L-addittivi li ġejjin għandhom jitniżżlu flimkien mal-ismijiet speċifiċi tagħhom, man-numri tal-identifikazzjoni tagħhom, mal-ammont mizjud u ma' isem il-grupp funzjonali kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew mal-kategorija msemmija fl-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament:

(a)

l-addittivi li għalihom ikun ġie stabbilit il-kontenut massimu tal-inqas għal annimal wieħed li jipproduċi l-ikel;

(b)

l-addittivi li jidħlu fil-kategoriji tal-“addittivi żootekniċi” u tal-“koċċidjostati u istomonostati”;

(c)

l-addittivi li l-kontenut massimu tagħhom jaqbeż dak irrakkomandat fl-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf.

Id-dettalji tat-tikkettar għandhom jingħataw skont l-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf ikkonċernat.

L-ammont miżjud imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jingħata bħala l-ammont tal-addittiv tal-għalf ħlief meta l-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf rispettiv ikun jindika sustanza partikulari fil-kolonna tal-“kontenut minimu jew massimu”. F'dan il-każ, l-ammont miżjud għandu jingħata bħala l-ammont ta' dik is-sustanza.

2.

Għall-addittivi tal-għalf tal-grupp funzjonali tal-vitamini, il-provitamini u s-sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili li jridu jitniżżlu skont il-punt 1, fuq it-tikketta jista' jingħata l-ammont totali garantit tul il-ħajja kollha tal-prodott fuq l-ixkaffa fit-taqsima msejħa “Kostitwenti analitiċi” minflok ma jingħata l-ammont miżjud fit-taqsima msejħa “Addittivi”.

3.

Flok isem il-grupp funzjonali kif imsemmi fil-punti 1, 4 u 6 jistgħu jintużaw it-taqsiriet li ġejjin jekk it-tali taqsiriet ma jkunux ġew stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003:

Grupp funzjonali

Isem u deskrizzjoni

Taqsira tal-isem

1h

Sustanzi għall-kontroll tal-kontaminazzjoni bir-radjonuklidi: sustanzi li jrażżnu l-assorbiment tar-radjonuklidi jew li jippromwovu l-eskrezzjoni tagħhom

Kontrolluri tar-radjonuklidi

1 m

Sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf bil-mikotossini: sustanzi li jistgħu jrażżnu jew inaqqsu l-assorbiment tal-mikotossini, jippromwovu l-eskrezzjoni tagħhom jew jibdlu l-mod ta' kif dawn jaġixxu;

Aġenti riduċenti tal-mikotossini

1n

Sustanzi li jtejbu l-kundizzjoni iġjenika: sustanzi jew, meta jkun japplika, mikroorganiżmi li jaffettwaw tajjeb lill-karatteristiċi iġjeniċi tal-għalf billi jnaqqsu kontaminazzjoni mikrobijoloġika speċifika

Sustanzi li jtejbu l-iġjene

2b

Komposti tat-togħma: sustanzi li meta jiddaħħlu fl-għalf iżidulu t-togħma jew jagħmluh ifuħ iktar

Aromatizzanti

3a

Vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili

Vitamini

3b

Komposti ta' oligoelementi

Oligoelementi

3c

Amminoaċidi, imlieħ u analogi tagħhom

Amminoaċidi

3d

Urea u d-derivattivi tagħha

Urea

4c

Sustanzi li jaffettwaw tajjeb lill-ambjent

Sustanzi li jtejbu l-ambjent

4.

L-addittivi tal-għalf imsemmijin bil-kliem, bl-istampi jew b'xi grafika fuq it-tikketta għandhom jingħataw skont il-punt 1 jew 2, skont dak li jkun japplika.

5.

Min ikun responsabbli għat-tikkettar għandu jagħti lix-xerrej l-ismijiet, in-numri tal-identifikazzjoni u l-grupp funzjonali tal-addittivi tal-għalf mhux imsemmijin fil-punti 1, 2 u 4 jekk dan jitolbu din l-informazzjoni. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-komposti tat-togħma.

6.

L-addittivi tal-għalf mhux imsemmijin fil-punti 1, 2 u 4 jistgħu jiġu indikati b'mod volontarju tal-inqas b'isimhom jew, fil-każ tal-komposti tat-togħma, tal-inqas billi jingħata l-grupp funzjonali tagħhom.

7.

Mingħajr preġudizzju għall-punt 6, meta fuq it-tikketta jiġi indikat b'mod volontarju addittiv tal-għalf sensorjali jew nutrizzjonali, l-ammont miżjud tiegħu għandu jiġi indikat skont il-punt 1 jew 2, skont dak li jkun japplika.

8.

Jekk addittiv ikun jidħol f'iktar minn grupp funzjonali wieħed, għandu jiġi indikat il-grupp funzjonali jew il-kategorija tiegħu li jkun jikkorrispondi għall-funzjoni prinċipali tiegħu fil-każ tal-għalf ikkonċernat.

9.

Fuq it-tikketta għandhom jingħataw id-dettalji dwar l-użu t-tajjeb tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li jkunu stabbiliti fl-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf ikonċernat.

Kapitolu II: It-tikkettar tal-kostitwenti analitiċi kif imsemmi fl-Artikolu 17(1)(f) u fl-Artikolu 22(1)

1.

Il-kostitwenti analitiċi tal-għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel għandhom jitniżżlu fuq it-tikketta kif ġej, u qabilhom għandu jitniżżel it-titlu “Kostitwenti analitiċi” (3):

Għalf kompost

Speċijiet fil-mira

Kostitwenti analitiċi u l-livelli tagħhom

L-għalf komplet

L-ispeċijiet kollha

L-ispeċijiet kollha

L-ispeċijiet kollha

L-ispeċijiet kollha

L-ispeċijiet kollha

L-ispeċijiet kollha

L-ispeċijiet kollha

Il-ħnieżer u t-tjur

Il-ħnieżer u t-tjur

Il-proteini mhux raffinati

Il-fibri mhux maħdumin

Ix-xaħam mhux raffinat

L-irmied mhux raffinat

Il-kalċju

Is-sodju

Il-fosfru

Il-liżina

Il-metijonina

L-għalf komplementari - minerali

L-ispeċijiet kollha

L-ispeċijiet kollha

L-ispeċijiet kollha

Il-ħnieżer u t-tjur

Il-ħnieżer u t-tjur

Ir-ruminanti

Il-kalċju

Is-sodju

Il-fosfru

Il-liżina

Il-metijonina

Il-manjeżju

L-għalf komplementari - ta' tip ieħor

L-ispeċijiet kollha

L-ispeċijiet kollha

L-ispeċijiet kollha

L-ispeċijiet kollha

L-ispeċijiet kollha

L-ispeċijiet kollha

L-ispeċijiet kollha

Il-ħnieżer u t-tjur

Il-ħnieżer u t-tjur

Ir-ruminanti

Il-proteini mhux raffinati

Il-fibri mhux maħdumin

Ix-xaħam mhux raffinat

L-irmied mhux raffinat

Il-kalċju f'livell ta' 5 % jew iktar

Is-sodju

Il-fosfru f'livell ta' 2 % jew iktar

Il-liżina

Il-metijonina

Il-manjeżju f'livell ta' 0,5 % jew iktar

2.

Is-sustanzi indikati f'din it-taqsima li huma addittivi sensorjali jew nutrizzjonali wkoll għandhom jiġu ddikjarati flimkien mal-ammont totali tagħhom.

3.

Jekk jingħata l-valur tal-enerġija u/jew il-valur tal-proteini, dan għandu jsir skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

”.

(4)

L-Anness VII jinbidel b'dan li ġej:

ANNESS VII

Dettalji tat-tikkettar għall-materjali tal-għalf u għall-għalf kompost għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel

Kapitolu I: It-tikkettar obbligatorju u dak volontarju tal-addittivi tal-għalf kif imsemmi fl-Artikolu 15(f) u fl-Artikolu 22(1)

1.

L-addittivi li ġejjin għandhom jitniżżlu flimkien mal-ismijiet speċifiċi tagħhom u/jew man-numri tal-identifikazzjoni tagħhom, mal-ammont mizjud u ma' isem il-grupp funzjonali kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew mal-kategorija msemmija fl-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament:

(a)

l-addittivi li għalihom ikun ġie stabbilit il-kontenut massimu tal-inqas għal annimal wieħed li ma jipproduċix l-ikel;

(b)

l-addittivi li jidħlu fil-kategoriji tal-“addittivi żootekniċi” u tal-“koċċidjostati u istomonostati”;

(c)

l-addittivi li l-kontenut massimu tagħhom jaqbeż dak irrakkomandat fl-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf.

Id-dettalji tat-tikkettar għandhom jingħataw skont l-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf ikkonċernat.

L-ammont miżjud imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jingħata bħala l-ammont tal-addittiv tal-għalf ħlief meta l-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf rispettiv ikun jindika sustanza partikulari fil-kolonna tal-“kontenut minimu jew massimu”. F'dan il-każ, l-ammont miżjud għandu jingħata bħala l-ammont ta' dik is-sustanza.

2.

Għall-addittivi tal-għalf tal-grupp funzjonali tal-vitamini, il-provitamini u s-sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili li jridu jitniżżlu skont il-punt 1, fuq it-tikketta jista' jingħata l-ammont totali garantit tul il-ħajja kollha tal-prodott fuq l-ixkaffa fit-taqsima msejħa “Kostitwenti analitiċi” minflok ma jingħata l-ammont miżjud fit-taqsima msejħa “Addittivi”.

3.

Flok isem il-grupp funzjonali kif imsemmi fil-punti 1, 5 u 7 jistgħu jintużaw it-taqsiriet mogħtija fit-tabella fil-punt 3 tal-Anness VI jekk it-tali taqsiriet ma jkunux ġew stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

4.

L-addittivi tal-għalf imsemmijin bil-kliem, bl-istampi jew b'xi grafika fuq it-tikketta għandhom jingħataw skont il-punt 1 jew 2, skont dak li jkun japplika.

5.

B'deroga mill-punt 1, fil-każ tal-addittivi tal-gruppi funzjonali tal-“preżervattivi”, tal-“antiossidanti”, tal-“koloranti” u tal-“komposti tat-togħma”, irid jiġi indikat biss il-grupp funzjonali kkonċernat. F'dan il-każ, min ikun responsabbli għat-tikkettar għandu jagħti lix-xerrej l-informazzjoni msemmija fil-punti 1 u 2 jekk dan jitlobhielu.

6.

Min ikun responsabbli għat-tikkettar għandu jagħti lix-xerrej l-ismijiet, in-numri tal-identifikazzjoni u l-grupp funzjonali tal-addittivi tal-għalf mhux imsemmijin fil-punti 1, 2 u 4 jekk dan jitolbu din l-informazzjoni. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-komposti tat-togħma.

7.

L-addittivi tal-għalf mhux imsemmijin fil-punti 1, 2 u 4 jistgħu jiġu indikati b'mod volontarju tal-inqas b'isimhom jew, fil-każ tal-komposti tat-togħma, tal-inqas billi jingħata l-grupp funzjonali tagħhom.

8.

L-ammont miżjud tal-addittivi tal-għalf sensorjali jew nutrizzjonali għandu jiġi indikat skont il-punt 1 jew 2, skont dak li jkun japplika, jekk dawn ikunu ġew indikati b'mod volontarju fuq it-tikketta.

9.

Jekk addittiv ikun jidħol f'iktar minn grupp funzjonali wieħed, għandu jiġi indikat il-grupp funzjonali jew il-kategorija tiegħu li jkun jikkorrispondi għall-funzjoni prinċipali tiegħu fil-każ tal-għalf ikkonċernat.

10.

Fuq it-tikketta għandhom jingħataw id-dettalji dwar l-użu t-tajjeb tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li jkunu stabbiliti fl-att legali li jawtorizza l-addittiv tal-għalf ikonċernat.

Kapitolu II: It-tikkettar tal-kostitwenti analitiċi kif imsemmi fl-Artikolu 17(1)(f) u fl-Artikolu 22(1)

1.

Il-kostitwenti analitiċi tal-għalf kompost għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel għandhom jitniżżlu fuq it-tikketta kif ġej, fit-taqsima msejħa “Kostitwenti analitiċi” (4):

Għalf kompost

Speċijiet fil-mira

Kostitwenti analitiċi

L-għalf komplet

Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil

Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil

Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil

Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil

Il-proteini mhux raffinati

Il-fibri mhux maħdumin

Ix-xaħam mhux raffinat

L-irmied mhux raffinat

L-għalf komplementari - minerali

L-ispeċijiet kollha

L-ispeċijiet kollha

L-ispeċijiet kollha

Il-kalċju

Is-sodju

Il-fosfru

L-għalf komplementari - ta' tip ieħor

Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil

Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil

Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil

Il-qtates, il-klieb u l-annimali tal-pil

Il-proteini mhux raffinati

Il-fibri mhux maħdumin

Ix-xaħam mhux raffinat

L-irmied mhux raffinat

2.

Is-sustanzi indikati f'din it-taqsima li huma addittivi sensorjali jew nutrizzjonali wkoll għandhom jiġu ddikjarati flimkien mal-ammont totali tagħhom.

3.

Jekk jingħata l-valur tal-enerġija u/jew il-valur tal-proteini, dan għandu jsir skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

”.

(5)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Il-materjali kkontaminati għandhom jitniżżlu fuq it-tikketta bħala “għalf b'livell(i) għoli/għoljin wisq ta' … (id-deżinjazzjoni tas-sustanza/i mhux mixtieqa skont l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE), li għandu jintuża bħala għalf biss wara li ssirlu diżintossikazzjoni fi stabbilimenti approvati”. It-tali stabbilimenti għandhom jiġu approvati skont l-Artikolu 10(2) jew (3) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005.”;

(b)

jiżdied il-punt li ġej:

“3.

Mingħajr preġudizzju għall-punti 1 u 2, l-oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel li jridu jiġu pproċessati qabel ma jkunu jistgħu jintużaw bħala għalf, għandhom jitniżżlu fuq it-tikketta bħala “oġġetti li qabel kienu oġġetti tal-ikel li għandhom jintużaw bħala għalf biss wara li jgħaddu minn proċess ta' … (id-deżinjazzjoni tal-proċess ix-xieraq skont il-Parti B tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013)”.”


(1)  It-tolleranzi qed jingħataw jew bħala valur perċentwali assolut (li jrid jitnaqqas mill-kontenut iddikjarat jew jiżdied miegħu) jew bħala valur relattiv immarkat bis-sinjal ‘%’ wara l-valur (li għandu jiġi applikat għall-kontenut iddikjarat biex tiġi kkalkulata d-devjazzjoni aċċettabbli).

(2)  It-tolleranzi japplikaw meta ma tkun ġiet stabbilita l-ebda tolleranza skont metodu tal-UE jew skont metodu nazzjonali uffiċjali fl-Istat Membru li fih l-għalf jitqiegħed fis-suq jew skont metodu li jkun adotta l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (https://standards.cen.eu/dyn/www/f?p=204:32:0::::FSP_ORG_ID,FSP_LANG_ID:6308,25&cs=1C252307F473504B6354F4EE56B99E235).”.

(3)  Bil-Ġermaniż tista' tintuża l-kelma “Inhaltsstoffe” minflok il-frażi “analytische Bestandteile”. Bl-Iżvediż tista' tintuża l-frażi “Analyserat innehåll” minflok il-frażi “Analytiska beståndsdelar”.

(4)  Bil-Ġermaniż tista' tintuża l-kelma “Inhaltsstoffe” minflok il-frażi “analytische Bestandteile”. Bl-Iżvediż tista' tintuża l-frażi “Analyserat innehåll” minflok il-frażi “Analytiska beståndsdelar”.


12.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2280

tal-11 ta' Diċembru 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5a(2), it-tielet u r-raba' sottoparagrafi tal-Artikolu 8(3) u tal-Artikolu 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 (2) jistabbilixxi l-għadd ta' azjendi prospettanti għal kull Stat Membru u għal kull taqsima tan-Netwerk tad-Dejta tal-Kontabilità Agrikola (FADN). Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jipprevedi li l-Istati Membri jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar pjan imfassal għall-għażla tal-azjendi prospettanti li jiżgura li jinkiseb kampjun rappreżentattiv tal-kontabbiltà tal-qasam tal-istħarriġ qabel il-bidu tas-sena tal-kontabbiltà li għaliha jirreferi l-pjan.

(2)

Wara t-talba tal-Ġermanja biex tgħaqqad id-diviżjonijiet Schleswig-Holstein u Hamburg fit-taqsima waħda msejħa Schleswig-Holstein/Hamburg u t-talbiet tal-Greċja, l-Ungerija, ir-Rumanija u l-Finlandja biex jinbidel in-numru ta' azjendi propsettanti jew il-limitu tad-daqs ekonomiku minħabba l-bidliet strutturali fl-agrikoltura, huwa xieraq li dawk l-Istati Membri jitħallew jirrevedu l-pjanijiet tal-għażla tagħhom u/jew il-limitu tad-daqs ekonomiku għas-sena tal-kontabbiltà 2018 u jerġgħu jiddistribwixxu jew jaġġustaw l-għadd ta' azjendi prospettanti skont dan.

(3)

Minħabba l-importanza dejjem tikber ta' disponibbiltà iktar bikrija u ta' kwalità msaħħa tad-dejta tal-kontabbiltà, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu aktar sforzi organizzazzjonali li jippermettu kompletezza imtejba tad-dejta u li jippermettu li l-prospetti tal-biedja jiġu ppreżentati qabel l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220.

(4)

B'appoġġ għad-disponibilità aktar bikrija, għall-kompletezza u għall-kwalità msaħħa tal-dejta tal-kontabbiltà ppreżentata mill-Istati Membri, l-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-dejta u l-proċedura b'rabta mal-ħlas tal-miżata standard għandhom jiġu riveduti u konnessi mal-ħin tat-twassil u l-kompletezza tad-dejta tal-FADN mibgħuta lill-Kummissjoni.

(5)

Jenħtieġ li dispożizzjoni tranżitorja relatata mad-disponibbiltà baġitarja tas-sena tal-kontabbiltà 2018 tiġi inkluża fl-Artikolu 14 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220.

(6)

L-Anness VIII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jistabbilixxi t-tfassil u t-tqassim tad-dejta tal-kontabbiltà li tinsab fil-prospetti tal-biedja. Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li l-Anness VIII jipprovdi informazzjoni addizzjonali rigward il-preżentazzjoni ta' dik id-dejta.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jiġi emendat skont dan.

(8)

Jenħtieġ li l-emendi proposti japplikaw mis-sena tal-kontabbiltà 2018.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għan-Netwerk tad-Dejta tal-Kontabilità Agrikola,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(2), jiżdied is-sottoparagrafu li ġej:

“il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, ir-Rumanija u l-Finlandja għandhom jirrevedu l-pjanijiet tal-għażla rispettivi li nnotifikaw għas-sena tal-kontabbiltà 2018. Huma għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-pjanijiet tal-għażla riveduti rispettivi tagħhom għal dik is-sena tal-kontabbiltà sal-31 ta' Marzu 2018.”

(2)

L-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 14

L-ammont tal-miżata standard

1.   Il-miżata standard imsemmija fl-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 għandha tiġi stabbilita għal EUR 160 għal kull prospett tal-biedja.

2.   Jekk il-limitu ta' 80 % msemmi fl-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 ma jinkisibx, la fil-livell ta' taqsima tal-FADN u lanqas fil-livell tal-Istat Membru kkonċernat, it-tnaqqis imsemmi f'dik id-dispożizzjoni għandu jkun applikat fil-livell nazzjonali biss.

3.   Mingħajr preġudizzjoni għat-twettiq tal-obbligu tal-konformità mal-limitu ta' 80 % msemmi fl-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009 rigward taqsima tal-FADN jew ta' Stat Membru, il-miżata standard hija miżjuda bi:

(a)

EUR 5 meta l-Istat Membru jippreżenta d-dejta tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament mhux aktar tard minn xahar qabel l-iskadenza rilevanti msemmija fl-Artikolu 10(3); jew

(b)

EUR 7 għas-sena tal-kontabbiltà 2018 u EUR 10 mis-sena tal-kontabbiltà 2019 meta l-Istat Membru jippreżenta d-dejta tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament mhux aktar tard minn xagħrejn qabel l-iskadenza rilevanti msemmija fl-Artikolu 10(3).

4.   Maż-żieda tal-miżata standard skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 jista' jinżdied b'EUR 2 għas-sena tal-kontabbiltà 2018 u b'EUR 5 mis-sena tal-kontabbiltà 2019 meta d-dejta tal-kontabbiltà tkun ġiet ivverifikata mill-Kummissjoni f'konformità mal-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament u hija meqjusa bħala kompluta kif dovut skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1217/2009, jew fil-mument tal-preżentazzjoni tagħha lill-Kummissjoni, jew fi żmien xahrejn mid-data li fiha l-Kummissjoni infurmat lill-Istat Membru li ppreżentaha li l-dejta tal-kontabbiltà ppreżentata mhix kompluta kif dovut.”

(3)

L-Annessi I, II, u VIII huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mis-sena tal-kontabbiltà 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 tat-3 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 46, 19.2.2015, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I, II u VIII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I,

l-entrata relatata mar-Rumanija hija sostitwita b'dan li ġej:

“Ir-Rumanija

4 000 ”

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

l-entrati relatati mal-Ġermanja fit-tabella fuq l-għadd ta' azjendi prospettanti għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“In-numru ta' referenza

Isem it-taqsima tal-FADN

L-għadd ta' azjendi prospettanti għal kull sena tal-kontabbiltà

 

IL-ĠERMANJA

015

Schleswig-Holstein/Hamburg

662

030

Is-Sassonja t'Isfel

1 307

040

Bremen

050

Nordrhein-Westfalen

1 010

060

Hessen

558

070

Rheinland-Pfalz

887

080

Baden-Württemberg

1 190

090

Bayern

1 678

100

Saarland

90

110

Berlin

112

Brandenburg

284

113

Mecklenburg-Vorpommern

268

114

Is-Sassonja

313

115

Is-Sassonja-Anhalt

270

116

Thüringen

283

 

It-total tal-Ġermanja

8 800 ”

(b)

l-entrati relatati mal-Greċja fit-tabella fuq l-għadd ta' azjendi prospettanti huma sostitwiti b'dan li ġej:

“In-numru ta' referenza

Isem it-taqsima tal-FADN

L-għadd ta' azjendi prospettanti għal kull sena tal-kontabbiltà

 

IL-GREĊJA

450

Μακεδονία — Θράκη (il-Maċedonja-it-Traċja)

1 700

460

Ήπειρος — Πελοπόννησος — Νήσοι Ιονίου (Epirus, il-Peloponnese, il-Gżejjer Jonji)

1 150

470

Θεσσαλία (Tessalija)

600

480

Στερεά Ελλάς — Νήσοι Αιγαίου — Κρήτη (Sterea Ellas, il-Gżejjer Eġej, Kreta)

1 225

 

It-total tal-Greċja

4 675 ”

(c)

l-entrati relatati mal-Ungerija fit-tabella fuq l-għadd ta' azjendi prospettanti huma sostitwiti b'dan li ġej:

“In-numru ta' referenza

Isem it-taqsima tal-FADN

L-għadd ta' azjendi prospettanti għal kull sena tal-kontabbiltà

 

L-UNGERIJA

767

Alföld

1 144

768

Dunántúl

733

764

Észak-Magyarország

223

 

It-total tal-Ungerija

2 100 ”

(d)

l-entrati relatati mar-Rumanija fit-tabella fuq l-għadd ta' azjendi prospettanti huma sostitwiti b'dan li ġej:

“In-numru ta' referenza

Isem it-taqsima tal-FADN

L-għadd ta' azjendi prospettanti għal kull sena tal-kontabbiltà

 

IR-RUMANIJA

840

Nord-Est

724

841

Sud-Est

913

842

Sud-Muntenia

857

843

Sud-Vest-Oltenia

519

844

Vest

598

845

Nord-Vest

701

846

Centru

709

847

București-Ilfov

79

 

It-total tar-Rumanija

5 100 ”

(e)

l-entrati relatata mal-Finlandja fit-tabella fuq l-għadd ta' azjendi prospettanti huma sostitwiti b'dan li ġej:

“In-numru ta' referenza

Isem it-taqsima tal-FADN

L-għadd ta' azjendi prospettanti għal kull sena tal-kontabbiltà

 

IL-FINLANDJA

670

Etelä-Suomi

420

680

Sisä-Suomi

169

690

Pohjanmaa

203

700

Pohjois-Suomi

108

 

It-total tal-Finlandja

900”

(3)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Tabella D hija emendata kif ġej:

(i)

fit-tieni tabella, l-entrata dwar il-kategorija “2010. Assi bijoloġiċi – pjanti” hija sostitwita b'dan li ġej:

“Kodiċi (*)

Deskrizzjoni tal-kategoriji

OV

AD

DY

IP

S

SA

CV

2010

Assi bijoloġiċi - pjanti

 

 

 

 

 

 

(ii)

l-entrata dwar il-kategorija tal-assi “2010. Assi bijoloġiċi – pjanti” hija sostitwita b'dan li ġej:

“2010.   Assi bijoloġiċi - pjanti

Il-valuri tal-pjanti kollha li għadhom ma nħasdux (l-uċuħ tar-raba' kollha permanenti u wieqfa). Jenħtieġ li d-Deprezzament akkumulat (D.AD) u d-Deprezzament tas-sena kurrenti (D.DY.) jiġu rrappurtati biss għal uċuħ permanenti.”

(iii)

it-tabella dwar il metodi ta' valutazzjoni hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

“Valur ġust li minnu jitnaqqsu l-ispejjeż stmati fuq il-post tal-bejgħ

l-ammont li bih jistgħu jiġu skambjati l-assi, jew ikun saldu ta' obbligazzjoni, bejn partijiet konsapevoli u disposti fi tranżazzjoni distakkata, li minnu jitnaqqsu l-ispejjeż stmati li wieħed iġarrab b'rabta mal-bejgħ

3010 , 5010 , 7010

Kost storiku

spejjeż nominali jew oriġinali tal-assi waqt l-akkwist

2010 , 3020 , 3030 , 4010 , 7020

Valur skont il-kotba

il-valur tal-assi kif jidher fil-karta tal-bilanċ

1010 , 1020 , 1030 , 1040 , 8010 ”

(b)

fit-Tabella H, ir-raba' sub-paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Meta l-ispejjeż indikati jkunu għall-“konsum” totali ta' mezzi ta' produzzjoni matul is-sena tal-kontabbiltà, imma ma jikkorrispondux mal-produzzjoni matul dik is-sena, il-bidliet fil-ħażniet ta' mezzi ta' produzzjoni (inklużi l-ispejjeż dovuti għall-kultivazzjoni futura tal-uċuħ tar-raba') jenħtieġ li jiġu indikati fit-tabella D fil-kodiċi 1040. Inventarji.”

(c)

fit-Tabella M,

fit-Taqsima AI Informazzjoni amministrattiva, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-għoti tad-dejta msemmija fil-kolonna Għadd ta' unitajiet bażiċi (N) hija fakultattiva għas-snin tal-kontabbiltà 2015-2017 għall-kodiċijiet 10300-10319.”


12.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2281

tal-11 ta' Diċembru 2017

li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2017 f'ċerti reġjuni ta' vitikultura tal-Ġermanja u fir-reġjuni kollha ta' vitikultura tad-Danimarka, tan-Netherlands, u tal-Iżvezja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-punt A.3 tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-limiti għaż-żieda tal-qawwa alkoħolika (arrikkiment) tal-inbid skont il-volum jiżdiedu b'mhux aktar minn 0,5 % fis-snin li fihom il-kundizzjonijiet klimatiċi jkunu eċċezzjonalment ħżiena.

(2)

Id-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands, u l-Iżvezja talbu dawn iż-żidiet tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fis-sena 2017, peress li l-kundizzjonijiet klimatiċi matul l-istaġun tat-tkabbir kienu eċċezzjonalment ħżiena. Din it-talba saret mid-Danimarka, min-Netherlands, u mill-Iżvezja għar-reġjuni kollha ta' vitikultura tagħhom. Il-Ġermanja talbet iż-żieda tal-arrikkiment għall-inbid magħmul biss mill-varjetà ta' għeneb tal-inbid Dornfelder għar-reġjuni ta' Ahr, Mittelrhein, Mosel, Nahe, Pfalz u Rheinhessen.

(3)

Minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp eċċezzjonalment ħżiena fl-2017, il-limiti fuq iż-żidiet tal-qawwa alkoħolika naturali previsti fil-punt A.2 tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma jippermettux il-produzzjoni ta' nbid b'qawwa alkoħolika totali xierqa mill-varjetajiet kollha tal-għeneb jew minn xi wħud minnhom f'ċerti reġjuni ta' vitikultura li għalihom normalment ikun hemm domanda tas-suq.

(4)

Għalhekk, ikun xieraq li tiġi awtorizzata żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-varjetajiet kollha tal-għeneb tal-inbid jew ta' xi wħud minnhom maħsuda fl-2017 fir-reġjuni tal-vitikultura tad-Danimarka, tal-Ġermanja, tan-Netherlands u tal-Iżvezja.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta' deroga mill-punt A.2 tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fir-reġjuni ta' vitikultura jew f'parti minnhom imniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament, u għall-varjetajiet kollha tal-għeneb tal-inbid jew għal xi wħud minnhom, kif speċifikati f'dak l-Anness, iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta' għeneb frisk maħsud fis-sena 2017, il-most tal-għeneb, il-most tal-għeneb li jkun qed jiffermenta, l-inbid il-ġdid li jkun għadu qed jiffermenta u l-inbid li jkun ġie prodott mill-għeneb maħsud fis-sena 2017, ma għandhiex tkun aktar minn 3,5 % vol.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

Varjetajiet tal-għeneb tal-inbid u reġjuni ta' vitikultura, jew parti minnhom fejn hija awtorizzata żieda fil-limitu tal-arrikkiment skont l-Artikolu 1

Stat Membru

Reġjuni ta' vitikultura jew parti minnhom (żona ta' vitikultura)

Varjetajiet

Id-Danimarka

Ir-reġjuni ta' vitikultura kollha (żona A)

Il-varjetajiet awtorizzati kollha tal-għeneb

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni ta' vitikultura f'Ahr (żona A)

Dornfelder

Ir-reġjuni ta' vitikultura f'Mittelrhein (żona A)

Ir-reġjuni ta' vitikultura f'Mosel (żona A)

Ir-reġjuni ta' vitikultura f'Nahe (żona A)

Ir-reġjuni ta' vitikultura f'Pfalz (żona A)

Ir-reġjuni ta' vitikultura f'Rheinhessen (żona A)

In-Netherlands

Ir-reġjuni ta' vitikultura kollha (żona A)

Il-varjetajiet awtorizzati kollha tal-għeneb

L-Iżvezja

Ir-reġjuni ta' vitikultura kollha (żona A)

Il-varjetajiet awtorizzati kollha tal-għeneb


DEĊIŻJONIJIET

12.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2282

tal-11 ta' Diċembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK).

(2)

Fit-12 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2231 (2) b'reazzjoni għat-tfixkil tal-proċess elettorali u l-ksur relatat tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/2231 emendat id-Deċiżjoni 2010/788/PESK u introduċiet miżuri restrittivi awtonomi skont l-Artikolu 3(2) tagħha.

(3)

Abbażi ta' rieżami tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sat-12 ta' Diċembru 2018.

(4)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/788/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2) għandhom japplikaw sat-12 ta' Diċembru 2018. Għandhom jiġġeddu, jew jiġu emendati kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħhom ma jkunux intlaħqu.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 336I, 12.12.2016, p. 7).


12.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2283

tal-11 ta' Diċembru 2017

b'appoġġ għal mekkaniżmu globali ta' rappurtar dwar armi ħfief u ta' kalibru żgħir illeċiti u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjoni illeċiti biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tagħhom (“iTrace III”)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

L-Istrateġija Globali tal-UE għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea tal-2016 (“l-Istrateġija Globali tal-UE”) tenfasizza li l-Unjoni ser tippromwovi l-paċi u tiggarantixxi s-sigurtà taċ-ċittadini u t-territorju tagħha u żżid il-kontributi għas-sigurtà kollettiva.

(2)

Il-manifattura, it-trasferiment u ċ-ċirkolazzjoni illeċiti tal-armi konvenzjonali, inklużi armi ħfief u ta' kalibru żgħir (“SALW”), u l-akkumulazzjoni eċċessiva u t-tixrid mingħajr kontroll tagħhom huma element ewlieni għal din l-isfida, fl-Ewropa kif ukoll barra minnha. Dawn l-attivitajiet illeċiti iżidu n-nuqqas ta' sigurtà fl-Ewropa u fil-viċinat tagħha kif ukoll f'ħafna reġjuni oħra tad-dinja, billi jiggravaw il-kunflitt u jdgħajfu t-tiswir tal-paċi wara l-kunflitt, u b'hekk joħolqu theddida serja għall-paċi u s-sigurtà Ewropej.

(3)

L-Istrateġija tal-UE tas-16 ta' Diċembru 2005 għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti ta' SALW u l-munizzjon tagħhom (l-“Istrateġija tal-UE dwar is-SALW”), li tistabbilixxi linji gwida għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-SALW, tenfasizza li s-SALW jikkontribwixxu biex it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata jmorru għall-agħar, u huma fattur ewlieni fil-ħolqien u t-tifrix tal-kunflitti, kif ukoll fil-waqgħa tal-istrutturi Statali;

(4)

L-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW tafferma wkoll li l-Unjoni għandha ssaħħaħ u tappoġġa l-makkinarju għas-sanzjonijiet li jissorveljaw u jappoġġaw it-tisħiħ tal-kontrolli fuq l-esportazzjonijiet kif ukoll il-promozzjoni tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (1) permezz ta', fost l-oħrajn, il-promozzjoni tal-miżuri li jtejbu t-trasparenza.

(5)

Permezz tal-Programm ta' Azzjoni tan-NU għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda Kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu f'Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu (il-“Programm ta' Azzjoni tan-NU”), adottat fl-20 ta' Lulju 2001, l-Istati Membri kollha tan-NU impenjaw ruħhom fil-prevenzjoni tat-traffikar illeċitu fis-SALW, jew fid-devjazzjoni tagħhom lejn destinatarji mhux awtorizzati u, b'mod partikolari, biex jittieħed kont tar-riskju tad-devjazzjoni tas-SALW fil-kummerċ illegali meta jiġu vvalutati l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta' esportazzjoni.

(6)

Fit-8 ta' Diċembru 2005, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat strument internazzjonali li jippermetti lill-istati jidentifikaw u jittraċċaw, b'mod f'waqtu u affidabbli SALW illeċiti.

(7)

Fit-Tieni Konferenza ta' Rieżami tal-2012 dwar il-Programm ta' Azzjoni tan-NU, l-Istati Membri kollha tan-NU affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom fil-prevenzjoni tat-traffikar illeċitu tas-SALW, inkluża d-devjazzjoni tagħhom lejn destinatarji mhux awtorizzati, kif ukoll l-impenji tagħhom li jinsabu fil-Programm ta' Azzjoni tan-NU relatati mal-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta' esportazzjoni.

(8)

Fl-24 ta' Diċembru 2014, daħal fis-seħħ it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (“TKA”). L-għan tat-TKA huwa li jistabbilixxi l-ogħla standards internazzjonali komuni possibbli għar-regolazzjoni jew it-titjib tar-regolamentazzjoni tal-kummerċ internazzjonali fl-armi konvenzjonali, għall-prevenzjoni u l-qerda tal-kummerċ illeċitu tal-armi konvenzjonali u l-prevenzjoni tad-devjazzjoni tagħhom. L-Unjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri kollha tan-NU biex jimplimentaw kontrolli effettivi ta' trasferiment tal-armi sabiex jiġi żgurat li t-TKA jkun effettiv kemm jista' jkun, b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 11 tiegħu.

(9)

L-Unjoni qabel appoġġat lil Conflict Armament Research Ltd. (CAR) bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/698/PESK (2) u (PESK) 2015/1908 (3) (iTrace I u II).

(10)

L-Unjoni tixtieq tiffinanzja lil iTrace III, it-tielet fażi ta' dan il-mekkaniżmu ta' rappurtar globali dwar SALW illeċiti u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon illeċiti. Dan inaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tagħhom u jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet deskritti hawn fuq, inkluż bl-għoti ta' informazzjoni rilevanti u f'waqtha dwar it-traffikar illeċitu ta' armi lill-awtoritajiet nazzjonali għall-esportazzjonijiet tal-armi sabiex jingħata kontribut għas-sigurtà kollettiva tal-Ewropa, kif mitlub mill-Istrateġija Globali tal-UE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bil-ħsieb tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE u l-Istrateġija tal-UE dwar is-SALW u l-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà, l-attivitajiet tal-proġett li għandhom jiġu appoġġati mill-Unjoni għandu jkollhom dawn l-objettivi speċifiċi:

il-manutenzjoni kontinwa ta' sistema globali ta' ġestjoni tal-informazzjoni aċċessibbli u faċli dwar SALW iddevjati jew traffikati u armi u munizzjon konvenzjonali oħrajn iddevjati jew traffikati (“iTrace”) dokumentati fiż-żoni milquta mill-kunflitt sabiex dawk li jfasslu l-politika, l-esperti dwar il-kontroll tal-armi konvenzjonali, u l-uffiċjali tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi konvenzjonali, ikollhom informazzjoni rilevanti biex jiżviluppaw strateġiji u proġetti effettivi u bbażati fuq evidenza kontra t-tixrid illeċitu tas-SALW u ta' armi konvenzjonali u munizzjon oħrajn,

it-taħriġ u l-mentoraġġ tal-awtoritajiet nazzjonali fl-istati milquta mill-kunflitti għall-iżvilupp tal-kapaċità nazzjonali ta' identifikazzjoni u traċċar ta' armi illeċiti, għall-inkoraġġiment ta' kooperazzjoni kontinwa mal-“proġett iTrace”, għall-identifikazzjoni aħjar tal-prijoritajiet tas-sigurtà fiżika u ġestjoni tal-ħażniet (PSSM), għall-artikolazzjoni tal-kontroll nazzjonali tal-armi u tar-rekwiżiti tal-assistenza tal-infurzar tal-liġi (b'mod partikolari l-inizjattivi ffinanzjati mill-UE, bħal iARMS), u għat-tisħiħ tad-djalogu mal-missjonijiet u l-inizjattivi tal-UE,

frekwenza u durata aħjar tar-riċerka fuq il-post fis-SALW u armi u munizzjon konvenzjonali oħrajn li jiċċirkolaw illegalment fiż-żoni milquta mill-kunflitt biex tiġi ġġenerata data għall-iTrace, bi tweġiba għat-talbiet ċari li saru mill-Istati Membri u d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni,

appoġġ dirett lill-awtoritajiet tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi u lill-persuni li jfasslu l-politika dwar il-kontroll tal-armi tal-Istati Membri, inkluż żjarat konsultattivi ripetuti mill-persunal tal-proġett iTrace fl-ibliet kapitali tal-Istati Membri, help desk fuq 24 siegħa biex jagħti parir dak il-ħin dwar il-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji kontra d-diverżjoni, l-iżvilupp ta' desktop sigur u ta' applikazzjonijiet ta' dashboard mobbli biex javżaw dak il-ħin dwar diverżjoni wara l-esportazzjoni, u l-għoti lill-Istati Membri, fuq talba, ta' verifika wara l-kunsinna mill-persunal tal-proġett iTrace,

iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni permezz ta' informazzjoni dwar il-konklużjonijiet tal-proġett, il-promozzjoni tal-iskop u tal-funzjonijiet disponibbli tal-iTrace lil dawk li jfasslu l-politika internazzjonali u nazzjonali, l-esperti tal-kontroll ta' armi konvenzjonali u l-awtoritajiet tal-liċenzji ta' esportazzjoni tal-armi, u t-tisħiħ tal-kapaċità internazzjonali għall-monitoraġġ t-tixrid illeċitu ta' SALW u ta' armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon kif ukoll l-assistenza lil dawk li jfasslu l-politika fl-identifikazzjoni ta' oqsma ta' prijorità għall-assistenza u l-kooperazzjoni internazzjonali u biex jitnaqqas ir-riskju tad-devjazzjoni ta' SALW u ta' armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon,

il-forniment ta' rapporti dwar kwistjonijiet ta' politika ewlenin, meħuda mid-data ġġenerata minn investigazzjonijiet fuq il-post u ppreżentati fuq is-sistema iTrace, dwar oqsma speċifiċi li jistħoqqilhom attenzjoni internazzjonali, inklużi tendenzi ta' traffikar maġġuri ta' SALW u ta' armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon, u d-distribuzzjoni reġjonali ta' armi u munizzjon traffikati.

L-Unjoni għandha tiffinanzja dan il-proġett, li deskrizzjoni dettaljata tiegħu tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (“RGħ”) għandu jkun responsabbli mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 għandha titwettaq mill-Conflict Armament Research Ltd. (“CAR”).

3.   Il-CAR għandu jwettaq il-kompiti tiegħu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dan l-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-CAR.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun ta' EUR 3 474 322,77. Il-baġit stmat totali tal-proġett globali għandu jkun ta' EUR 3 993 676,97 li għandu jiġi pprovduti permezz ta' kofinanzjament mill-CAR u mill-Uffiċċju Federali Ġermaniż tal-Affarijiet Barranin.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni tajba tal-ammont ta' referenza finanzjarja msemmi fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hija għandha tikkonkludi l-ftehim meħtieġ mal-CAR. Il-ftehim għandu jistipula li l-CAR għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, adatta għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f'dak il-proċess u dwar id-data tal-konklużjoni tal-ftehim.

Artikolu 4

1.   Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fuq il-bażi ta' rapporti narrattivi regolari ta' kull tliet xhur imħejjija mill-CAR. Dawn ir-rapporti għandhom jifformaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill. Entità esterna għandha twettaq evalwazzjoni tal-proġett biex tassisti lill-Kunsill fl-evalwazzjoni tiegħu tar-riżultati ta' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

2.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-aspetti finanzjarji tal-proġett kif msemmi fl-Artikolu 1.

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(3). Madankollu, hija għandha tiskadi sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha jekk ma jiġi konkluż l-ebda ftehim f'dak il-perijodu.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/698/PESK tal-25 ta' Novembru 2013 b'appoġġ għal mekkaniżmu ta' globali rappurtar dwar armi ħfief u ta' kalibru żgħir illeċtiti u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjoni illeċiti biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tagħhom (ĠU L 320, 30.11.2013, p. 34).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1908 tat-22 ta' Ottubru 2015 b'appoġġ għal mekkaniżmu globali ta' rappurtar dwar armi ħfief u ta' kalibru żgħir illeċiti u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon illeċiti biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tagħhom (“iTrace II”) (ĠU L 278, 23.10.2015, p. 15).


ANNESS

Mekkaniżmu Globali ta' Rappurtar iTrace dwar is-SALW u l-Armi Konvenzjonali oħrajn u munizzjon

1.   Sfond u raġunijiet li jiġġustifikaw appoġġ mill-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK)

1.1.

Din id-Deċiżjoni tibni fuq Deċiżjonijiet suċċessivi tal-Kunsill fil-ġlieda kontra l-impatt destabbilizzanti tad-devjazzjoni u t-traffikar ta' SALW u ta' armi konvenzjonali oħrajn, b'mod partikolari d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2013/698/PESK tal-25 ta' Novembru 2013 (1) u (PESK) 2015/1908 tat-22 ta' Ottubru 2015 (2), li stabbilixxiet u tejbet il-mekkaniżmu globali iTrace ta' rappurtar dwar SALW illeċiti u armi u munizzjon illeċiti konvenzjonali oħrajn.

Il-proliferazzjoni illeċita ta' SALW u ta' armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon hija fattur maġġuri li jdgħajjef l-istabbiltà ta' Stat u li jaggrava l-kunflitti, li toħloq theddida serja għall-paċi u s-sigurtà. Kif iddikjarat fl-Istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti ta' SALW u l-munizzjon tagħhom (l-“Istrateġija tal-UE dwar is-SALW”), l-armi u l-munizzjon illeċiti jikkontribwixxu għall-iggravar tat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, u huma fattur prinċipali fit-tfaqqigħ u l-firxa ta' kunflitti, kif ukoll fil-kollass tal-istrutturi tal-Istat. Sejbiet reċenti mill-proġett iTrace fl-Iraq, il-Libja, is-Sirja u kunflitti kumplessi oħrajn qrib tal-fruntieri esterni tal-UE, jikkonfermaw id-dikjarazzjonijiet tal-Istrateġija tal-Unjoni dwar is-SALW.

L-attivitajiet li jsiru fil-qafas tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1908 stabbilixxew iTrace, inizjattiva ta' monitoraġġ tal-armi fil-kunflitti globali. Hija topera f'27 stat affettwat minn kunflitt, inkluż fl-Afrika, il-Lvant Nofsani, l-Asja tan-Nofsinhar u tal-Lvant u fl-aħħar nett l-Amerka Latina. iTrace hija l-akbar repożitorju pubbliku tad-dinja ta' armi konvenzjonali ddevjati b'appoġġ għall-Istati fl-isforz tagħhom li jidentifikaw u jindirizzaw id-diverżjoni b'mod allinjat mal-impenji taħt l-Artikolu 11 tat- Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (“TKA”) u l-Kriterju 7 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/ PESK (3). iTrace tipprovdi rappurtar preċiż dwar il-provvista ta' armi u munizzjon li jmorru għand il-forzi ribelli u terroristi armati li jkunu ta' theddida għas-sigurtà tal-Unjoni, inkluż Al Qaeda fil-Magreb Iżlamiku u Daesh jew l-Istat Iżlamiku; hija twissi b'mod kunfidenzjali u rapidu lill-awtoritajiet tal-kontroll tal-esportazzjonijiet tal-Istati Membri rigward ir-riskji tad-diverżjoni wara l-esportazzjoni; hija tipprovdi informazzjoni kritika u ħin reali dwar id-dinamika tat-traffikar tal-armi u tal-kunflitt lid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni u lill-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri fir-reġjuni milquta mill-kunflitt; u tintegra s-sensibilizzazzjoni tal-kontroll tal-armi u tal-miżuri kontra d-diverżjoni permezz tal-impenn tal-media globali bi frekwenza għolja u b'impatt għoli.

1.2

Il-proġett iTrace, madankollu, qed jirċievi dejjem aktar talbiet mill-Istati Membri biex jagħti informazzjoni diretta wiċċ imb wiċċ lill-awtoritajiet nazzjonali tal-liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi (inkluż żjarat frekwenti fl-ibliet kapitali) u biex jagħti firxa akbar ta' riżorsi lil dawk li jfasslu l-politika dwar il-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi.

Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk l-għan li tkompli u ttejjeb il-ħidma tal-proġett fil-qafas tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1908 billi tkompli tipprovdi lill-persuni li jfasslu l-politika tal-Unjoni, l-esperti tal-kontroll tal-armi u l-uffiċjali tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi informazzjoni sistematikament miġbura u rilevanti, li tappoġġahom fl-iżvilupp ta' strateġiji effikaċi u bbażati fuq l-evidenza kontra d-diverżjoni u t-tixrid illeċitu ta' armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom sabiex titjieb is-sigurtà internazzjonali u reġjonali. B'hekk, hija ser tkompli tappoġġahom biex jikkombinaw strateġija reattiva ta' suċċess ma' azzjoni preventiva adegwata biex jiġu indirizzati l-forniment u d-domanda illegali, u biex jiġi żgurat il-kontroll effettiv ta' armi konvenzjonali f'pajjiżi terzi.

1.3.

Id-Deċiżjoni tipprevedi l-manutenzjoni kontinwa u aktar titjib tas-sistema online iTrace pubblikament aċċessibbli. Il-proġetti elenkati fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1908 ser jissaħħu permezz ta': 1) aktar frekwenza u durata tal-missjonijiet biex tinġabar id-data dwar il-provvisti ta' armi konvenzjonali illeċiti fir-reġjuni affettwati milqutamill-kunflitt; 2) pakketti ta' appoġġ imfassla li jingħataw lill-Istati Membri li jkun fihom konsultazzjoni diretta, data u rapporti apposta, help desk fuq 24 siegħa u kompitu ta' verifika wara l-kunsinna; u 3) it-taħriġ u l-mentoraġġ tal-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati milquta mill-kunflitt, biex tissawwar kapaċità kontra d-diverżjoni, tittejjeb il-ġestjoni tal-armi u tingħata spinta lill-ġbir tad-data iTrace.

2.   Objettivi ġenerali

L-Azzjoni deskritta hawn taħt ser tappoġġa ulterjorment lill-komunità internazzjonali fil-ġlieda kontra l-impatt destabbilizzanti tad-devjazzjoni u t-traffikar ta' SALW u ta' armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon. Hija ser tkompli tipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika, l-esperti ta' kontroll tal-armi u l-uffiċjali ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-armi informazzjoni rilevanti, li tappoġġahom fl-iżvilupp ta' strateġiji effikaċi u bbażati fuq l-evidenza kontra d-diverżjoni u t-tixrid illeċitu tas-SALW u ta' armi konvenzjonali u l-munizzjon tagħhom sabiex titjieb is-sigurtà internazzjonali u reġjonali. B'mod speċifiku, l-Azzjoni ser:

(a)

tagħti informazzjoni konkreta dwar it-traffikar ta' SALW u ta' armi konvenzjonali oħrajn meħtieġa għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni b'mod effettiv tal-Programm ta' Azzjoni tan-NU dwar il-Kummerċ Illeċitu ta' SALW;

(b)

issaħħaħ l-implimentazzjoni tal-istrument Internazzjonali tat-Traċċar;

(c)

tikxef rotot u entitajiet maġġuri involuti fid-diverżjoni ta' armi konvenzjonali u munizzjon lejn ir-reġjuni milquta mill-kunflitt jew lill-organizzazzjonijiet terroristiċi internazzjonali u tipprovdi evidenza ta' gruppi u individwi attivi fil-kummerċ illeċitu, b'appoġġ tal-proċedimenti legali nazzjonali;

(d)

kooperazzjoni msaħħa bejn organi u missjonijiet tan-NU u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, fil-qasam tat-traċċar ta' SALW u ta' armi konvenzjonali oħrajn, u l-forniment ta' informazzjoni b'appoġġ direttament tal-mekkaniżmi ta' monitoraġġ eżistenti, inkluż is-Sistema ta' Ġestjoni tar-Reġistrar u t-Traċċar ta' Armi Illeċiti tal-INTERPOL (iARMS), li hija komplimentari għal iTrace u li magħha ser tkun żgurata koordinazzjoni;

(e)

tagħti informazzjoni rilevanti biex jiġu identifikati oqsma ta' prijorità għall-kooperazzjoni u l-assistenza internazzjonali fil-ġlieda effettiva kontra d-devjazzjoni u t-traffikar ta' SALW u ta' armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon, bħall-finanzjament għal proġetti fir-rigward tas-sigurtà ta' ħażniet jew il-ġestjoni tal-fruntieri;

(f)

toffri mekkaniżmu għall-assistenza fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-TKA, speċifikament għall-identifikazzjoni tad-devjazzjoni ta' armi konvenzjonali trasferiti kif ukoll għall-assistenza lill-gvernijiet fil-valutazzjoni tar-riskju ta' devjazzjoni qabel l-esportazzjoni ta' armi konvenzjonali, speċifikament ir-riskju ta' devjazzjoni fil-pajjiż li jirċievi jew l-esportazzjoni mill-ġdid taħt kondizzjonijiet mhux mixtieqa; u

(g)

tagħti appoġġ imfassal lill-Istati Membri biex tgħinhom fil-valutazzjoni u fil-mitigazzjoni tar-riskju ta' diverżjoni.

3.   Sostenibbiltà u eżiti ta' proġett fit-tul

L-Azzjoni ser tagħti qafas sostenibbli għall-monitoraġġ sostnut tat-tixrid illeċitu ta' SALW u ta' armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon. Mistennija li ssaħħaħ b'mod sostanzjali l-informazzjoni eżistenti relatata mal-armi u li tappoġġa b'mod sinifikanti l-iżvilupp immirat tal-kontroll effettiv tal-armi konvenzjonali u l-linji ta' politika ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-armi. B'mod speċifiku, il-proġett ser:

(a)

idaħħal aktar informazzjoni fis-sistema ta' ġestjoni ta' informazzjoni li ser tiżgura l-ġbir u l-analiżi fit-tul tad-data dwar armi konvenzjonali illeċiti;

(b)

jipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika u lill-esperti għodda biex jiġu definiti strateġiji aktar effettivi u oqsma ta' prijorità ta' assistenza u kooperazzjoni (pereżempju, billi jiġu identifikati l-kooperazzjoni subreġjonali jew reġjonali, il-koordinazzjoni u l-mekkaniżmi ta' kondiviżjoni ta' informazzjoni li jeħtieġ li jiġu stabbiliti jew imsaħħa, billi jiġu identifikati ħażniet nazzjonali li mhumiex siguri, ġestjoni mhux adegwata ta' inventarji, rotot ta' trasferiment illegali, kontrolli dgħajfa tal-fruntieri, u kapaċitajiet insuffiċjenti tal-infurzar tal-liġi);

(c)

ikun fih il-flessibbiltà integrali biex jiġġenera l-informazzjoni rilevanti ta' politika, irrispettivament mir-rekwiżiti ta' politika li jinbidlu rapidament;

(d)

iżid sostanzjalment l-effikaċja ta' organizzazzjonijiet u individwi internazzjonali li jimmonitorjaw l-armi billi jipprovdi mekkaniżmu ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni ta' ambitu dejjem jespandi; u

(e)

isawwar kapaċità nazzjonali sostenibbli fl-Istati milquta mill-kunflitt fl-identifikazzjoni u t-traċċar ta' armi illeċiti u jinvolvi ruħu b'mod aktar effikaċi fil-kontroll internazzjonali tal-armi u fil-proċessi ta' infurzar tal-liġi.

4.   Deskrizzjoni tal-Azzjoni

4.1.   Proġett 1: Taħriġ u monitoraġġ tal-awtoritajiet nazzjonali fl-istati milquta mill-kunflitt fl-identifikazzjoni tal-armi u fit-traċċar internazzjonali.

4.1.1.   Objettiv tal-proġett

Il-proġett ser jagħti taħriġ “fuq talba” fl-identifikazzjoni, it-traċċar u l-ġestjoni tal-armi lis-sħab lokali u, fejn ikun meħtieġ, persunal ta' appoġġ għall-paċi (inkluż Missjonijiet tan-NU u tal-Unjoni u Gruppi jew Bordijiet ta' Monitoraġġ tas-Sanzjonijiet). Dan it-taħriġ ser jibbaża fuq firxa ta' servizzi mogħtija mill-CAR mill-2014 'l hawn - minkejja li l-baġit tiegħu huwa barra mill-proġetti iTrace I u II - li kien element kritiku fil-faċilitazzjoni tal-proġetti.

4.1.2.   Attivitajiet tal-proġett

Il-proġett ser jibgħat persunal mit-timijiet tiegħu ta' investigazzjoni fuq il-post biex jagħtu struzzjonijiet f'livelli progressivament aktar tekniċi, li jinkludu:

(a)

introduzzjoni għall-ġbir tad-data dwar l-armi, b'referenza għal każijiet speċifiċi;

(b)

identifikazzjoni bażika tal-armi u tekniki effikaċi ta' dokumentazzjoni tal-armi;

(c)

proċeduri standard ta' operazzjoni għall-ġbir tad-data u l-katina evidenzjarja tal-kustodja;

(d)

ir-rekwiżiti tal-investigazzjonijiet fuq distanza twila, reġjonali u internazzjonali;

(e)

l-implimentazzjoni tal-Istrument Internazzjonali dwar it-Traċċar;

(f)

it-traċċar internazzjonali tal-armi u s-sistemi tat-traċċar tal-armi (b'mod partikolari Interpol u Europol);

(g)

l-użu ta' “big data” u tal-analiżi tax-xejriet; u

(h)

modi għall-assistenza teknika (internazzjonali) u l-intervent tal-infurzar tal-liġi.

Dawn l-attivitajiet ser isiru flimkien mal-investigazzjonijiet fuq il-post ta' iTrace - inkluż (il-mentoraġġ) tal-investigazzjonijiet konġunti li jsiru mill-awtoritajiet tal-gvern nazzjonali.

4.1.3.   Riżultati tal-proġett

Il-proġett ser:

(a)

jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet nazzjonali biex jagħtu aċċess akbar lit-timijiet tal-iTrace għall-investigazzjonijiet fuq il-post—billi jirrispondu għal sejħiet ripetuti biex tiġi pprovduta kapaċità ta' assistenza teknika u investigazzjoni konġunta, u li jkun ekwivalenti għal żieda fil-kapaċità tad-data tal-iTrace.

(b)

jipprovdi assistenza konkreta għall-kapaċità lill-gvernijiet nazzjonali li, filwaqt li jsofru l-impatti tad-devjazzjoni tal-armi, huma nieqsa mill-għodod biex jidentifikaw u jirrappurtaw dwar armi ta' konflitt iddevjati—dan spiss ikun prekursur għal ġestjoni aktar effettiva tal-armi domestiċi u, bħala tali, jappoġġa l-implimentazzjoni tat-TKA, l-IIT u l-PtA, u l-ipprogrammar tas-sigurtà fiżika u l-ġestjoni tal-ħażniet (PSSM) u l-komunikazzjoni mal-korpi internazzjonali tal-infurzar tal-liġi, inkluż l-Interpol (iARMS) u l-Europol.

(c)

jappoġġa djalogu msaħħaħ—b'mod partikolari billi jidentifika partijiet ikkonċernati ewlenin għal inizjattivi oħra appoġġati mill-Unjoni (pereżempju r-relazzjonijiet tal-Missjonijiet tal-Unjoni mal-gvernijiet ospitanti) u jagħti bidu lil inizjattivi, bħall-ipprogrammar tal-PSSM (eż. proġetti appoġġati mill-Unjoni għall-ġestjoni tal-ħażniet).

4.1.4.   Indikaturi tal-implimentazzjoni tal-proġett

Sa 30 żjara fuq il-post ta' taħriġ u mentoraġġ, b'enfasi fuq żjarat ripetuti biex l-awtoritajiet nazzjonali jiġu appoġġati fil-bini ta' kapaċità ta' traċċar.

Il-proġett ser jiġi implimentat matul il-perijodu sħiħ ta' sentejn tal-proġett iTrace.

4.1.5.   Benefiċjarji tal-proġett

L-attivitajiet ta' taħriġ u ta' konsulenza iTrace ser ikollhom benefiċċji diretti għall-partijiet nazzjonali kkonċernati fi stati milquta mill-konflitt, inkluż korpi ta' infurzar tal-liġi u prosekuturi. Il-programm ser joffri appoġġ indirett għad-djalogi nazzjonali ma' inizjattivi ffinanzjati mill-Unjoni u dawk oħrajn ta' kontroll tal-armi, li jinkoraġġixxu l-użu ta' mekkaniżmi internazzjonali ta' traċċar (inkluż is-sistema iARMS tal-Interpol u l-Europol), u li jiffaċilitaw l-involviment ma' proġetti appoġġati mill-Unjoni dwar il-ġestjoni ta' ħażniet u proġetti oħra ta' kontroll tas-SALW.

4.2.   Proġett 2: Investigazzjonijiet imsaħħa fuq il-post meħtieġa biex ifornu aktar lis-sistema iTrace b'evidenza dokumentarja dak il-ħin dwar id-devjazzjoni u t-traffikar ta' SALW u ta' armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon, u informazzjoni rilevanti oħra.

4.2.1.   Objettiv tal-proġett

Il-proġett ser isaħħaħ il-frekwenza u d-durata tar-riċerka fuq il-post ta' SALW u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon li jiċċirkolaw fiż-żoni milquta mill-konflitt. Il-proġett ser jagħti prijorità lill-pajjiżi ta' tħassib partikolari għall-Istati Membri, inkluż, fost l-oħrajn, l-Iraq, il-Libja, il-Mali, is-Sudan t'Isfel, is-Somalja, is-Sirja u l-Jemen.

L-istabbiliment ta' ftehimiet formali għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni mal-Missjonijiet tal-Unjoni u n-NU u ma' firxa ta' organizzazzjonijiet ser jiffaċilita l-proġett, bħalma ser tiffaċilitah is-sottomissjoni selettiva ta' talbiet formali għal traċċar lill-gvernijiet nazzjonali. Barra minn hekk, il-proġett ser ikompli jagħmel riċerka bbażata biss fuq id-dokumentazzjoni u jivverifika informazzjoni eżistenti (permezz ta' investigazzjonijiet fuq il-post) dwar trasferimenti rilevanti miġbura minn organizzazzjonijiet minbarra l-CAR biex tiddaħħal fis-sistema iTrace.

4.2.2.   Attivitajiet tal-proġett

L-attivitajiet li ġejjin ser jitwettqu fil-qafas ta' dan il-proġett:

(a)

l-istazzjonament ta' esperti kwalifikati tal-armi biex iwettqu analiżi fuq il-post ta' SALW u armi konvenzjonali illeċiti oħra, munizzjon u materjal relatat irkuprati minn stati milquta mill-konflitt;

(b)

l-analiżi, ir-rieżami u l-verifika ta' evidenza dokumentata dwar SALW illeċiti u armi konvenzjonali illeċiti, munizzjon u l-utenti tagħhom, inklużi, fost l-oħrajn, ritratti ta' armi, il-partijiet komponenti u l-immarkar intern u estern tagħhom, l-ippakkjar, dokumentazzjoni tat-trasport marittimu assoċjata u r-riżultati ta' investigazzjonijiet fuq il-post (l-utenti, il-fornituri u r-rotot ta' trasferiment);

(c)

ir-rieżami u l-verifika ta' evidenza reċenti addizzjonali dwar SALW illeċiti u ta' armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon miġbura minn organizzazzjonijiet oħra barra CAR, inklużi rapporti mill-gruppi tan-NU għall-monitoraġġ tas-sanzjonijiet, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u l-mezzi tax-xandir tal-aħbarijiet internazzjonali;

(d)

l-introduzzjoni tal-evidenza kollha miġbura u riveduta fis-sistema ta' ġestjoni ta' informazzjoni u l-portal tal-immappjar online tal-iTrace;

(e)

l-identifikazzjoni u l-appoġġ tal-imsieħba lokali biex tiġi żgurata l-ġabra sostnuta ta' data b'appoġġ għall-iTrace matul u lil hinn mid-durata tal-Azzjoni proposta;

(f)

il-kuntatt li jitkompla mal-gvernijiet nazzjonali biex jintgħażlu punti ta' kuntatt nazzjonali minn qabel, u mekkaniżmu ta' koordinazzjoni, sabiex jiġi ċċarat l-ambitu tal-investigazzjonijiet tal-CAR, u jittaffew konflitti possibbli ta' interess, qabel l-investigazzjonijiet tagħha.

Il-proġett ser jiġi implimentat b'mod inkrementali matul il-perijodu sħiħ ta' sentejn tal-proġett iTrace.

4.2.3.   Riżultati tal-proġett

Il-proġett ser:

(a)

jiddokumenta, in situ, l-evidenza fiżika ta' armi u munizzjon konvenzjonali ddevjati jew traffikati fir-reġjuni milquta mill-konflitt;

(b)

jivverifika u jiżviluppa każijiet ta' traffikar illeċitu minn evidenza miġbura mill-CAR, minn organizzazzjonijiet li għandhom ftehimiet permanenti għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni mal-CAR u, kif xieraq, minn organizzazzjonijiet oħrajn, dwar armi konvenzjonali u munizzjon iddevjati jew traffikati fir-reġjuni kollha;

(c)

jipprovdi evidenza viżwali konkreta ta' armi konvenzjonali u munizzjon iddevjati jew traffikati, inklużi ritratti ta' oġġetti, numri tas-serje, marki ta' fabbrika, kaxxi, listi ta' ppakkjar, dokumenti ta' trasport marittimu u ċertifikazzjoni tal-utent aħħari;

(d)

jiġġenera rapporti testwali ta' attività illeċita, inklużi r-rotot ta' traffikar, l-atturi involuti fid-devjazzjoni jew it-trasferiment illeċitu u l-valutazzjonijiet ta' fatturi kontribwenti (inklużi l-ġestjoni u s-sigurtà ineffettivi ta' ħażniet u n-netwerks ta' forniment illeċitu u deliberatament orkestrati mill-istat);

(e)

itella' l-evidenza msemmija qabel fis-sistema ta' ġestjoni tal-informazzjoni tal-iTrace u l-portal tal-immappjar online għad-disseminazzjoni sħiħa lill-pubbliku u lill-Istati Membri permezz ta' pjattaformi siguri għad-desktops u s-sistemi operatorji mobbli.

4.2.4.   Indikaturi tal-implimentazzjoni tal-proġett

Sa 50 stazzjonament fuq il-post (inkluż stazzjonament estiż fejn meħtieġ) matul il-perijodu ta' sentejn biex tiġi ġġenerata evidenza li tittella' fis-sistema ta' ġestjoni ta' informazzjoni u l-portal tal-immappjar online tal-iTrace.

Il-proġett ser jiġi implimentat matul il-perijodu sħiħ ta' sentejn tal-proġett iTrace.

4.2.5.   Benefiċjarji tal-proġett

L-iTrace ser ikompli jipprovdi informazzjoni dejjem aktar komprensiva mmirata espliċitament l-ewwel u qabel kollox lejn dawk li jfasslu l-politika ta' kontroll tal-armi tal-Istati Membri, u l-awtoritajiet ta' liċenzjar tal-esportazzjoni ta' armi kif ukoll l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u missjonijiet tal-Unjoni. Dawn il-benefiċċjarji tal-Unjoni ser ikollhom ukoll aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali permezz ta' pjattaformi siguri għad-desktops u s-sistemi operatorji mobbli pprovduti minn iTrace.

L-informazzjoni għall-pubbliku ser tkompli tkun aċċessibbli għall-benefiċjarji kollha tal-Unjoni kif ukoll għall-benefiċjarji mhux mill-Unjoni, b'mod partikolari dawk li jfasslu l-politika ta' kontroll tal-armi u l-awtoritajiet ta' liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi f'pajjiżi terzi. Iżda wkoll organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali (inklużi gruppi ta' monitoraġġ tas-sanzjonijiet tan-NU, missjonijiet tan-NU għaż-żamma tal-paċi, l-UNODC, l-UNODA u l-INTERPOL); organizzazzjonijiet mhux governattivi ta' riċerka (inklużi ċ-Ċentru Internazzjonali għall-Konverżjoni ta' Bonn (BICC), il-Grupp għar-Riċerka u l-Informazzjoni dwar il-Paċi (GRIP), l-Istitut ta' Riċerka ta' Stokkolma dwar il-Paċi Internazzjonali (SIPRI), u l-Istħarriġ dwar l-Armi Ħfief); organizzazzjonijiet ta' protezzjoni (inklużi l-Amnesty International u l-Human Rights Watch) u l-mezzi ta' komunikazzjoni tal-aħbarijiet internazzjonali ser igawdu mill-informazzjoni ppubblikata mill-iTrace.

4.3.   Proġett 3: Appoġġ dirett lill-awtoritajiet għall-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi u dawk li jfasslu l-politika ta' kontroll tal-armi tal-Istati Membri.

4.3.1.   Objettiv tal-proġett

Il-persunal tal-proġett iTrace ser jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet ta' liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi nazzjonali tal-Istati Membri. L-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet ta' liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi nazzjonali tal-Istati Membri ser tiġi ttrattata bir-rispett u kunfidenzjalità dovuti. L-iTrace ser jibqa' wkoll f'kuntatt ma' firxa ta' awtoritajiet ta' liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi nazzjonali ta' pajjiżi terzi. Dawn ir-relazzjonijiet ser jappoġġaw diversi aspetti kritiċi tal-isforzi internazzjonali biex jiġu indirizzati d-devjazzjoni u t-traffikar ta' armi konvenzjonali u jsaħħu l-miżuri kontra d-devjazzjoni internazzjonali, inkluż:

(a)

l-għoti ta' informazzjoni u evidenza dettaljata dwar devjazzjoni dokumentata lill-awtoritajiet ta' liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi;

(b)

l-appoġġ u l-għoti, fuq talba uffiċjali minn awtoritajiet ta' liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi nazzjonali tal-Istati Membri, il-kapaċità ta' verifika wara t-trasportazzjoni jew wara l-kunsinna lejn Stati Membri.

4.3.2.   Attivitajiet tal-proġett

L-attivitajiet li ġejjin ser jitwettqu fil-qafas ta' dan il-proġett:

(a)

It-timijiet tal-iTrace jintbagħtu fuq żjarat ripetuti lill-awtoritajiet rilevanti fil-bliet kapitali tal-Istati Membri biex jagħtu informazzjoni tal-kwistjonijiet kontra d-devjazzjoni, u jirrappurtaw dwar investigazzjonijiet internazzjonali;

(b)

Helpdesk ta' 24 siegħa biex jagħti pariri immedjati dwar allegazzjonijiet fl-istampa kontra d-devjazzjoni jew potenzjalment negattivi li jirriżultaw minn rappurtar mhux verifikat ta' partijiet terzi;

(c)

L-iżvilupp apposta għall-awtoritajiet ta' liċenzjar tal-esportazzjoni tal-Istati Membri ta' dashboards online, li jagħmlu streaming ta' data sigura mis-sistema iTrace—billi jimmarkaw bi “twissija ħamra” il-partijiet bi storja ta' devjazzjoni tal-armi, ifasslu profili ta' destinazzjonijiet ta' riskju kbir, u jirrappurtaw, dak il-ħin, id-devjazzjoni ta' armi mmanifatturati domestikament; u

(d)

L-appoġġ jew il-forniment, fuq talba uffiċjali mill-awtoritajiet ta' liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi nazzjonali tal-Istati Membri, tal-kontrolli tal-użu aħħari (verifika) wara l-kunsinna lill-Istati Membri minn timijiet investigattivi tal-iTrace fuq il-post.

Il-proġett ser jiġi implimentat matul il-perijodu sħiħ ta' sentejn tal-proġett iTrace.

4.3.3.   Riżultati tal-proġett

Il-proġett ser:

(a)

jassisti lill-awtoritajiet ta' liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi tal-Istati Membri, fuq talba tagħhom fl-identifikazzjoni ta' devjazzjoni ta' wara l-esportazzjoni;

(b)

jipprovdi informazzjoni b'appoġġ tal-analiżi tar-riskju sħiħa tad-devjazzjoni mill-awtoritajiet ta' liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi tal-Istati Membri (f'konformità mat-TKA u l-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK) qabel ma jingħataw il-liċenzji ta' esportazzjoni;

(c)

jipprovdi lill-awtoritajiet ta' liċenzjar tal-esportazzjoni tal-armi tal-Istati Membri b'kapaċità ta' verifika ta' wara l-kunsinna fuq talba tagħhom;

(d)

jappoġġa lil dawk li jfasslu l-politika ta' kontroll tal-armi fl-Istati Membri b'informazzjoni dak il-ħin dwar id-devjazzjoni u x-xejriet tat-traffikar b'appoġġ għall-impenn nazzjonali fil-proċessi ta' politika internazzjonali; u

(e)

jassisti lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri fl-appoġġ ta' investigazzjonijiet kriminali, fejn applikabbli u fuq talba tagħhom.

4.3.4.   Indikaturi tal-implimentazzjoni tal-proġett

It-tfassil u l-iżvilupp minn dawk li fasslu s-sistema iTrace eżistenti ta' dashboards apposta għad-desktops u s-sistemi operatorji mobbli, li ser jagħmlu streaming live tal-informazzjoni minn kompartimenti siguri fis-sistema iTrace lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri. Help desk, li ser ikun immexxi minn persunal tal-proġett iTrace, li jipprovdi appoġġ sħiħ lill-awtoritajiet tal-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi u lill-persuni li jfasslu l-politika dwar il-kontroll tal-armi tal-Istati Membri. Sa 30 żjara fil-bliet kapitali tal-Istati Membri fuq talba.

Il-proġett ser jiġi implimentat matul il-perijodu sħiħ ta' sentejn tal-proġett iTrace.

4.3.5.   Benefiċjarji tal-proġett

L-Istati Membri interessati kollha, bi żjarat fil-bliet kapitali u missjonijiet ta' verifika ta' wara l-kunsinna mwettqa fuq talba.

4.4.   Proġett 4: Sensibilizzazzjoni tal-partijiet interessati u koordinazzjoni internazzjonali

4.4.1.   Objettiv tal-proġett

Il-proġett ser juri l-benefiċċji ta' iTrace lil dawk li jfasslu l-politika internazzjonali u nazzjonali, l-esperti ta' kontroll ta' armi konvenzjonali, u l-awtoritajiet tal-liċenzji tal-esportazzjoni ta' armi. Ser jitfasslu wkoll inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni għal aktar koordinazzjoni tal-qsim ta' informazzjoni u l-bini ta' sħubiji sostenibbli ma' individwi u organizzazzjonijiet li jistgħu jiġġeneraw informazzjoni li tista' tittella' fis-sistema iTrace.

4.4.2.   Attivitajiet tal-proġett

L-attivitajiet li ġejjin, b'attenzjoni dovuta biex tiġi evitata sovrappożizzjoni ma' impriżi oħra pereżempju fuq il-komunikazzjoni tat-TKA, ser jitwettqu fil-qafas ta' dan il-proġett:

(a)

Preżentazzjonijiet mill-persunal tal-proġett iTRACE lil konferenzi internazzjonali rilevanti dwar il-kummerċ illeċitu f'armi konvenzjonali fl-aspetti kollha tiegħu. Il-preżentazzjonijiet tal-persunal ser jitfasslu biex juru l-iTrace, b'enfasi fuq 1) il-benefiċċji konkreti tagħha għall-assistenza fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tan-NU, it-TKA, u strumenti internazzjonali rilevanti oħra; 2) l-utilità tagħha fl-identifikazzjoni ta' oqsma ta' prijorità għall-assistenza u l-kooperazzjoni internazzjonali; u 3) l-utilità tagħha bħala mekkaniżmu ta' tfassil ta' profil ta' valutazzjoni tar-riskju għall-awtoritajiet tal-liċenzji tal-esportazzjoni ta' armi;

(b)

Preżentazzjonijiet tal-persunal tal-proġett iTrace lil gvernijiet nazzjonali u operazzjonijiet ta' żamma tal-paċi. Il-preżentazzjonijiet tal-persunal ser jitfasslu biex juru l-iTrace lil dipartimenti ta' missjonijiet rilevanti, jinkoraġġixxu u jiżviluppaw ftehimiet formali għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni li jistgħu jiġġeneraw informazzjoni li tista' tiġi introdotta fis-sistema iTrace, kif ukoll biex jgħinu lil dawk li jfasslu l-politika fl-identifikazzjoni ta' oqsma ta' prijorità għall-assistenza u l-kooperazzjoni internazzjonali.

Il-proġett ser jiġi implimentat matul il-perijodu sħiħ ta' sentejn tal-proġett iTrace.

4.4.3.   Riżultati tal-proġett

Il-proġett ser:

(a)

juri l-utilità tal-iTrace u l-kunċett tad-dokumentazzjoni, il-ġbir u l-kondiviżjoni tad-data dwar id-devjazzjoni lil dawk li jfasslu l-politika nazzjonali u internazzjonali li jaħdmu fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar il-kontroll ta' armi konvenzjonali u l-kontroll tal-esportazzjoni ta' armi (Programm ta' Azzjoni tan-NU, TKA, u strumenti internazzjonali oħra rilevanti) u jevalwaw l-implimentazzjoni tagħhom;

(b)

jipprovdi informazzjoni rilevanti biex jassisti lil dawk li jfasslu l-politika u l-esperti ta' kontroll ta' armi fl-identifikazzjoni ta' oqsma ta' prijorità għall-assistenza u l-kooperazzjoni internazzjonali u fit-tfassil ta' strateġiji effettivi kontra d-devjazzjoni;

(c)

jipprovdi lill-awtoritajiet tal-liċenzji tal-esportazzjoni ta' armi b'informazzjoni dettaljata dwar iTrace u l-utilità tagħha għall-valutazzjoni tar-riskju, minbarra li jipprovdi mezz għal aktar feedback u tisħiħ tas-sistema;

(d)

jiffaċilita l-kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn gvernijiet nazzjonali u operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi tan-NU, inkluż l-ipproċessar tad-data u analiżi bl-użu tas-sistema tal-iTrace;

(e)

jiffaċilita n-netwerking permezz ta' grupp dejjem jikber ta' esperti ta' kontroll ta' armi konvenzjonali involuti fit-twettiq ta' investigazzjonijiet in situ dwar id-devjazzjoni u t-traffikar ta' armi konvenzjonali u munizzjon;

(f)

itejjeb il-profil pubbliku tat-traċċar ta' armi u munizzjon konvenzjonali bħala mezz ta' assistenza fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tan-NU, l-IIT, it-TKA u strumenti internazzjonali u reġjonali oħra tal-kontroll ta' armi u l-kontroll ta' esportazzjoni ta' armi.

4.4.4.   Indikaturi tal-implimentazzjoni tal-proġett

Sa 20 konferenza ta' sensibilizzazzjoni li attendew il-persunal tal-iTRACE. Il-konferenzi kollha ser jinkludu preżentazzjonijiet tal-iTrace. L-aġendi u sommarji fil-qosor tal-konferenzi ser jiġu inklużi fir-rapport finali.

Il-proġett ser jiġi implimentat matul il-perijodu sħiħ ta' sentejn tal-proġett iTrace.

4.4.5.   Benefiċjarji tal-proġett

Jekk jogħġbok ara t-Taqsima 4.2.5 hawn fuq għal lista sħiħa ta' benefiċjarji, li hija identika għall-benefiċjarji ta' dan il-proġett.

4.5.   Proġett 5: rapporti ta' politika ta' iTrace

4.5.1.   Objettiv tal-proġett

Il-proġett ser jipprovdi rapporti ta' kwistjonijiet ta' politika ewlenin, meħuda mid-data ġġenerata mill-investigazzjonijiet fuq il-post u ppreżentata fuq is-sistema iTrace. Ir-rapporti ser ikunu maħsuba biex jenfasizzaw oqsma speċifiċi ta' tħassib internazzjonali, inklużi tendenzi maġġuri fit-traffikar ta' armi konvenzjonali u munizzjon, id-distribuzzjoni reġjonali ta' armi u munizzjon traffikati, u oqsma ta' prijorità għall-attenzjoni internazzjonali.

4.5.2.   Attivitajiet tal-proġett

Analiżi fil-fond li twassal għall-ġbir, ir-rieżami, l-editjar u l-pubblikazzjoni ta' massimu ta' 10 rapporti ta' politika ta' iTrace.

4.5.3.   Riżultati tal-proġett

Il-proġett ser:

(a)

jipproduċi massimu ta' a 10 rapporti, kull wieħed bi profil ta' kwistjoni separata ta' tħassib internazzjonali;

(b)

jiżgura d-distribuzzjoni ta' rapporti ta' politika ta' iTrace lill-Istati Membri kollha;

(c)

ifassal strateġija ta' sensibilizzazzjoni mmirata biex tiżgura kopertura globali massima;

(d)

isostni l-viżibbiltà tal-Azzjoni fl-arena politika u l-mezzi tax-xandir tal-aħbarijiet internazzjonali billi, inter alia, jippreżenta informazzjoni dwar armi illeċiti ta' tħassib topiku; jipprovdi analiżi rilevanti ta' politika b'appoġġ għal proċessi li għaddejjin ta' kontroll ta' armi u jfassal rapporti biex jipprovdi interess massimu tal-mezzi tax-xandir tal-aħbarijiet internazzjonali.

4.5.4.   Indikaturi tal-implimentazzjoni tal-proġett

Massimu ta' 10 rapporti online dwar il-politika ta' iTrace prodotti matul id-durata tal-Azzjoni proposta u distribwiti globalment.

4.5.5.   Benefiċjarji tal-proġett

Jekk jogħġbok ara t-Taqsima 4.2.5 hawn fuq għal lista sħiħa ta' benefiċjarji, li hija identika għall-benefiċjarji ta' dan il-proġett.

5.   Postijiet

Il-proġetti 1 u 2 ser jeħtieġu stazzjonament estensiv fuq il-post ta' esperti ta' armi konvenzjonali fir-reġjuni milquta mill-konflitt. Dawn l-istazzjonamenti ser jiġu valutati skont il-każ, b'referenza għas-sigurtà, l-aċċess u d-disponibbiltà ta' informazzjoni. Il-CAR diġà għandu kuntatti stabbiliti jew proġetti għaddejjin f'bosta mill-pajjiżi konċernati. Il-proġett 3 ser jitmexxa fil-kapitali ta' Stati Membri (ma' vjaġġi oħrajn ġewwa l-pajjiżi li jsiru soġġett għar-rekwiżiti tal-Istati Membri). Il-Proġett 4 ser jitwettaq f'konferenzi internazzjonali, u f'koordinament ma' gvernijiet nazzjonali u organizzazzjonijiet rilevanti, fid-dinja kollha biex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-proġett. Il-Proġett 5 ser jiġi kompilat fil-Belġju, l-Italja, Franza u r-Renju Unit.

6.   Durata

Id-durata totali għall-proġetti kollha f'daqqa hija stmata li tkun ta' 24 xahar.

7.   Entità ta' implimentazzjoni u viżibbiltà tal-Unjoni

Il-CAR jimpjanta timijiet ta' investigazzjoni żgħar fuq il-post mal-forzi lokali ta' difiża u ta' sigurtà, il-persunal taż-żamma tal-paċi jew ta' appoġġ għall-paċi, u atturi oħra b'mandati ta' sigurtà. Kull meta dawn il-forzi jew missjonijiet jassiguraw armi jew siti ta' ġbir tal-evidenza, it-timijiet tal-CAR jirkupraw kull evidenza disponibbli dwar l-armi, il-materjal relatat, u l-gruppi ta' utenti. Il-CAR imbagħad jipproċedi biex jittraċċa l-oġġetti kollha identifikabbli b'mod uniku u jwettaq investigazzjonijiet dwar it-trasferimenti tal-armi, il-forniment ta' materjal militari, u l-appoġġ lill-partijiet li jheddu l-paċi u l-istabbiltà.

Filwaqt li jaħdem mal-awtoritajiet ta' liċenzjar nazzjonali tal-esportazzjoni, il-CAR isib il-ktajjen ta' provvista li huma responsabbli għall-forniment tal-armi fil-konflitti armati—billi jidentifika l-attività illeċita u d-devjazzjoni tal-armi mis-swieq legali għal dawk illeċiti. Il-CAR jirreġistra l-informazzjoni kollha fuq is-sistema iTrace tiegħu ta' monitoraġġ globali tal-armi, li b'aktar minn 100 000 entrata ta' arma ta' konflitt, hija l-akbar repożitorju ta' data ta' armi ta' konflitt madwar id-dinja.

Il-CAR juża din l-informazzjoni biex a) iwissi lill-Istati Membri dwar id-devjazzjoni ta' armi u munizzjon u, b) jagħti lok għal inizjattivi mmirati kontra d-devjazzjoni, inkluż miżuri ta' kontroll tal-esportazzjoni riveduti u azzjoni diplomatika internazzjonali.

Din il-metodoloġija wriet bil-provi li tidentifika d-devjazzjonijiet kważi immedjatament, wara li t-timijiet fuq il-post tal-CAR ikunu infurmaw lil-Istati Membri b'armi ddevjati waqt li jkunu għadhom stazzjonati f'żoni milquta minn konflitti (eż. filwaqt li jkunu fuq il-post f'Mosul, l-Iraq). F'xi każijiet, it-timijiet tal-CAR skoprew trasferimenti mill-ġdid mhux awtorizzati fi żmien xahrejn minn meta l-armi jkunu ħallew il-bieb tal-fabbrika.

Fit-22 ta' Ottubru 2015, id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1908 appoġġat il-CAR fit-tkomplija u tkabbir tal-proġett iTrace stabbilit bid-Deċiżjoni 2013/698/PESK. Il-proġetti—imsejħa iTrace I u II, rispettivament—stabbilixxew sew lil iTrace bħala inizjattiva sinifikattiva ta' monitoraġġ tal-armi ta' konflitt madwar id-dinja u pprovdew appoġġ dirett lill-awtoritajiet ta' liċenzjar tal-esportazzjoni u dawk li jfasslu l-politika ta' kontroll tal-armi tal-Istati Membri.

Barra minn hekk, fit-2 ta' Diċembru 2015, pjan ta' azzjoni tal-Unjoni kontra t-traffikar u l-użu illeċitu tal-armi tan-nar u l-isplussivi talab għal “estensjoni tal-użu tal-iTrace” u rrakkomanda li kwalunkwe awtorità nazzjonali tal-infurzar tal-liġi li tindividwa d-devjazzjoni ta' armi u munizzjon tal-kontroll tivverifika dawn is-sejbiet mar-rekords fl-iTrace.

Il-CAR għandha tieħu l-miżuri kollha adatti biex tippubbliċizza l-fatt li l-Azzjoni ġiet iffinanzjata mill-Unjoni. Tali miżuri ser jitwettqu skont il-Manwal tal-Kummissjoni dwar il-Komunikazzjoni u l-Viżibbiltà għall-Azzjoni Esterna tal-UE stipulat u ppubblikat mill-Kummissjoni.

B'dan il-mod, il-CAR ser tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribut tal-Unjoni b'kummerċjalizzazzjoni u pubbliċità adatti, li jenfasizzaw ir-rwol tal-Unjoni, jiżguraw it-trasparenza tal-azzjonijiet tagħha, u s-sensibilizzazzjoni dwar ir-raġunijiet għad-Deċiżjoni kif ukoll l-appoġġ tal-Unjoni għad-Deċiżjoni u r-riżultati ta' dan l-appoġġ. Il-materjal prodott mill-proġett ser juri b'mod prominenti l-bandiera tal-Unjoni f'konformità mal-linji gwida tal-Unjoni għall-użu u r-riproduzzjoni preċiżi tal-bandiera.

8.   Rappurtar

Il-CAR ser iħejji rapporti narrattivi regolari kull tliet xhur.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/698/PESK tal-25 ta' Novembru 2013 b'appoġġ għal mekkaniżmu ta' globali rappurtar dwar armi ħfief u ta' kalibru żgħir illeċtiti u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjoni illeċiti biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tagħhom (ĠU L 320, 30.11.2013, p. 34).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1908 tat-22 ta' Ottubru 2015 b'appoġġ għal mekkaniżmu globali ta' rappurtar dwar armi ħfief u ta' kalibru żgħir illeċiti u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon illeċiti biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tagħhom(“iTrace II”) (ĠU L 278, 23.10.2015, p. 15).

(3)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat- 8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).


12.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2284

tal-11 ta' Diċembru 2017

li jingħata appoġġ lil Stati fir-reġjuni tal-Afrika, tal-Asja u l-Paċifiku u tal-Amerika Latina u l-Karibew biex jipparteċipaw fil-proċess konsultattiv tal-grupp preparatorju ta' esperti ta' livell għoli dwar it-trattat għall-waqfien tal-produzzjoni ta' materjal fissili

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (“l-Istrateġija”), li l-Kapitolu II tagħha jelenka miżuri li għandhom jiġu segwiti għal multilateraliżmu effettiv li huwa l-bażi tal-istrateġija Ewropea għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (AQM). Din tiddikjara, fost l-oħrajn, li “l-UE hija impenjata lejn is-sistema multilaterali ta' trattati, li tipprovdi l-bażi legali u normattiva għall-isforzi kollha ta' nonproliferazzjoni”, u li “l-politika tal-UE tfittex li tilħaq ftehim internazzjonali dwar il-projbizzjoni tal-produzzjoni ta' materjal fissili għal armi nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor”.

(2)

L-Unjoni qed timplimenta l-Istrateġija b'mod attiv u qed tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitoli III tagħha, b'mod partikolari billi tirrilaxxa r-riżorsi finanzjarji b'appoġġ għal proġetti speċifiċi bil-għan li jsaħħu s-sistema multilaterali ta' nonproliferazzjoni u l-miżuri multilaterali ta' tisħiħ tal-fiduċja.

(3)

Fit-8 ta' Diċembru 2008, il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet tiegħu u dokument intitolat “Linji ta' azzjoni ġodda mill-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda massiva u s-sistemi ta' kunsinna tagħhom”. Id-dokument jiddikjara, fost l-oħrajn, li l-UE timpenja ruħha li tkompli u tintensifika l-azzjoni “favur il-bidu ta' negozjati dwar l-FMCT”.

(4)

L-UE appellat b'mod persistenti għall-bidu immedjat u l-konklużjoni bikrija tan-negozjati ta' Trattat li jipprojbixxi l-produzzjoni ta' materjal fissili għall-armi nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor, abbażi tad-dokument CD/1299 u l-mandat li jinsab fih. Bl-istess mod l-UE ilha tħeġġeġ lill-membri kollha tal-Konferenza dwar id-Diżarm (KD) jagħmlu l-almu tagħhom biex joħorġu mis-sitwazzjoni ta' staġnar fil-KD u jadottaw programm ta' ħidma komprensiv u bbilanċjat li jinkludi l-bidu immedjat ta' negozjati dwar trattat għall-waqfien tal-produzzjoni ta' materjal fissili (FMCT, fissile material cut-off treaty).

(5)

Fl-2013, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (AĠNU) adottat riżoluzzjoni li stabbilixxiet Grupp ta' Esperti Governattivi (GEG) magħżula minn 25 Stat biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar aspetti possibbli li jikkontribwixxu għal, iżda ma jinnegozjawx, trattat li jipprojbixxi l-produzzjoni ta' materjal fissili għal armi nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor. Il-GEG ippreżenta r-rapport tiegħu lill-Ewwel Kumitat (Diżarm) tal-AĠNU fl-2015.

(6)

Fl-2016 l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat ir-Riżoluzzjoni 71/259, intitolata “Trattat li jipprojbixxi l-produzzjoni ta' materjal fissili għal armi nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor”. Ir-Riżoluzzjoni 71/259 titlob lis-Segretarju Ġenerali jistabbilixxi grupp preparatorju ta' esperti ta' livell għoli dwar l-FMCT biex jikkunsidra u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar elementi sostanzjali ta' trattat futur multilaterali u mhux diskriminatorju, li jista' jiġi verifikat internazzjonalment u b'mod effettiv, li jipprojbixxi l-produzzjoni ta' materjal fissili għal armi nukleari jew għal apparat splussiv ieħor. Il-grupp preparatorju ta' esperti ta' livell għoli dwar l-FMCT ser ikollu sħubija ta' 25 Stat, u ser jorganizza żewġ laqgħat Konsultattivi Informali miftuħa għall-Istati Membri kollha tan-Nazzjonijiet Uniti biex l-Istati kollha jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-proċess tal-FMCT. Hu mistenni li x-xogħol li jrid isir mill-Grupp Preparatorju ser iwassal għal negozjati dwar din il-kwistjoni importanti sabiex isir aktar progress fid-diżarm u n-nonproliferazzjoni nukleari.

(7)

L-Istati Membri kollha tal-UE vvutaw favur ir-Riżoluzzjoni 71/259 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-2016 dwar l-FMCT, li ġiet ippreżentata mill-Kanada, il-Ġermanja u n-Netherlands. Ir-Riżoluzzjoni twaqqaf proċess inklużiv billi torganizza laqgħat konsultattivi informali mal-Istati Membri kollha tan-NU u l-President tal-grupppreparatorju ta' esperti ta' livell għoli dwar l-FMCT. Diversi Stati Membri tal-UE ser jieħdu sehem fil-ħidma tal-grupppreparatorju ta' esperti ta' livell għoli, li l-mandat tiegħu huwa li jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar elementi sostanzjali għal trattat futur, mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet nazzjonali f'negozjati futuri.

(8)

Il-grupp preparatorju ta' esperti ta' livell għoli dwar l-FMCT ser jagħti kontribut prattiku għall-isforzi għad-diżarm u n-nonproliferazzjoni nukleari. Il-Grupp ta' Esperti Governattivi (1) u żewġ rapporti tas-Segretarju Ġenerali dwar dan is-suġġett (2) identifikaw il-kumplessità tal-kwistjoni kif ukoll is-suġġetti li jistħoqqilhom aktar analiżi u kunsiderazzjoni mill-Istati Membri tan-NU. Il-grupp preparatorju ta' esperti ta' livell għoli dwar l-FMCT ser jirrapporta lill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-73 sessjoni tagħha (2018).

(9)

B'mod aktar ġenerali, il-materjal fissili (bħal uranju jew plutonju arrikit ħafna) li jista' joħloq reazzjoni katina splussiva tal-fissjoni huwa ingredjent essenzjali ta' armi nukleari. Il-bidu immedjat u l-konklużjoni bikrija tan-negozjati fil-KD ta' trattat li jipprojbixxi l-produzzjoni ta' materjal fissili għal armi nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor ilhom prijorità tal-UE għal żmien twil.

(10)

Trattat li jipprojbixxi l-produzzjoni ta' materjal fissili għal armi nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor ikun jikkostitwixxi pass essenzjali lejn il-ħolqien tal-kundizzjonijiet għal dinja mingħajr armi nukleari. L-FMCT huwa meqjus bħala strument multilaterali li għandu jiġi nnegozjat fil-qasam tad-diżarm nukleari bħala komplementari għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (NPT) u t-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (CTBT),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   F'konformità mal-Istrateġija tal-UE, li tistabbilixxi l-objettiv tal-appoġġ, l-implimentazzjoni u t-tisħiħ tat-trattati u l-ftehimiet multilaterali ta' diżarm u nonproliferazzjoni, l-Unjoni għandha tipprovdi appoġġ lil Stati fir-reġjuni tal-Afrika, tal-Asja u l-Paċifiku u tal-Amerika Latina u l-Karibew biex jipparteċipaw fil-proċess konsultattiv tal-grupp preparatorju ta' esperti ta' livell għoli dwar it-trattat għall-waqfien tal-produzzjoni ta' materjal fissili.

2.   Il-proġetti li jipprovdu appoġġ lil Stati fir-reġjuni tal-Afrika, tal-Asja u l-Paċifiku u tal-Amerika Latina u l-Karibew biex jipparteċipaw fil-proċess konsultattiv tal-grupp preparatorju ta' esperti ta' livell għoli dwar l-FMCT, li jikkorrispondu għal miżuri skont l-Istrateġija tal-UE, għandhom jikkonsistu f'sessjonijiet ta' ħidma subreġjonali, laqgħat ta' esperti, attivitajiet ta' appoġġ sostantiv lil Stati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti, u l-istabbiliment ta' repożitorju ta' informazzjoni rilevanti u pubblikazzjonijiet.

3.   L-għan tal-proġetti għandu jkun:

il-faċilitazzjoni tad-djalogu fil-livell reġjonali fost Stati fir-reġjuni tal-Afrika, tal-Asja u l-Paċifiku u tal-Amerika Latina u l-Karibew;

l-iżvilupp ta' sens ta' sjieda tal-kwistjoni fost Stati f'dawn ir-reġjuni;

l-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet u prijoritajiet ta' politika nazzjonali ta' Stati f'dawn ir-reġjuni;

l-involviment ta' organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti fid-diskussjonijiet dwar trattat li jipprojbixxi l-produzzjoni ta' materjal fissili għal armi nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor li għandu jiġi nnegozjat fil-qafas tal-Konferenza dwar id-Diżarm;

l-evalwazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-proċess fil-livell reġjonali u tar-rwol li organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti jistgħu jkollhom f'dak il-proċess;

l-analiżi komparattiva tal-implikazzjonijiet tal-proċess għal kull reġjun;

il-faċilitazzjoni tat-trażmissjoni ta' għarfien bejn id-dinja akkademika, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-Istati Membri relatat ma' materjali fissili.

4.   Fl-Anness hemm deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli (RGħ) għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta' Diżarm (UNODA) permezz tal-Fergħa ta' Ġinevra u l-Fergħa għad-Diżarm Reġjonali tiegħu, it-tliet ċentri reġjonali għall-paċi u d-diżarm fl-Afrika (UNREC), fl-Asja u l-Paċifiku (UNRCPD) u fl-Amerika Latina u l-Karibew (UNLIREC). L-UNODA għandu jwettaq dan il-kompitu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dan il-għan, ir-RGħ għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa mal-UNODA.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 1 220 880,51.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni korretta tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta' finanzjament mal-UNODA għall-ammont ta' referenza hekk kif tiġi adottata din id-Deċiżjoni. Il-ftehim għandu jistipula li l-UNODA għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, adatta għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f'dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament.

Artikolu 4

1.   Ir-RGħ għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari mħejjija mill-UNODA. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu l-bażi għall-evalwazzjoni li ssir mill-Kunsill.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3). Madankollu, hija għandha tiskadi sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk sa dakinhar ma jkun ġie konkluż l-ebda ftehim ta' finanzjament.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  A/70/81, ir-Rapport tal-Grupp ta' Esperti Governattivi li jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar aspetti possibbli li jistgħu jikkontribwixxu għal, iżda ma jinnegozjawx, trattat li jipprojbixxi l-produzzjoni ta' materjal fissili għal armi nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor.

(2)  A/68/154, A/68/154/Add.1, A/71/140/Rev.1 u A/71/140/Rev.1/Add.1


ANNESS

1.   OBJETTIV

Hemm bżonn li l-Istati jifhmu b'mod sħiħ l-implikazzjonijiet ta' trattat futur u r-relazzjoni tiegħu ma' strumenti reġjonali dwar żoni ħielsa mill-armi nukleari, it-Trattat dwar in-Non-Proliferazzjoni Nukleari (TNP) u strumenti oħra fi stadju bikri tal-proċess. Għaldaqstant l-għan globali tad-Deċiżjoni l-ġdida tal-Kunsill għandu jkun li tipprovdi finanzjament biex tinbena bażi wiesgħa ta' għarfien dwar trattat li jipprojbixxi l-produzzjoni ta' materjal fissili għal armi nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor jew trattat għall-waqfien tal-produzzjoni ta' materjal fissili (FMCT) fost il-komunità internazzjonali, sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha tan-NU jkunu f'pożizzjoni li jinvolvu ruħhom b'mod sħiħ fil-proċess konsultattiv kif ukoll fi kwalunkwe negozjati futuri fil-qafas tal-Konferenza dwar id-Diżarm dwar trattat bħal dan.

L-involviment ta' Stati Membri tan-NU fil-livell reġjonali ser jikkomplementa l-laqgħat konsultattivi informali li ser isiru mill-President tal-grupp preparatorju ta' esperti ta' livell għoli dwar l-FMCT fi New York, u b'hekk titjieb il-parteċipazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva ta' Stati, u tissaħħaħ l-inklużività ta' negozjati futuri fil-qafas tal-Konferenza dwar id-Diżarm ta' trattat bħal dan.

L-organizzazzjoni ta' sensiela ta' sessjonijiet ta' ħidma (sub)reġjonali ser tippermetti li jiġu kondiviżi għarfien u informazzjoni fir-reġjuni, kif ukoll bejn ir-reġjuni. Is-sessjonijiet ta' ħidma ser jinkludu taħlita ta' sessjonijiet ta' informazzjoni teknika u diskussjonijiet dwar l-implikazzjonijiet u r-rilevanza ta' dawn it-trattati futuri dwar arranġamenti reġjonali eżistenti. Is-sessjonijiet ta' informazzjoni teknika minn esperti rilevanti ser jelaboraw fuq il-kwistjonijiet sostantivi relatati mal-FMCT filwaqt li d-diskussjonijiet ser iwasslu lill-parteċipanti biex jikkunsidraw l-implikazzjonijiet u r-rilevanza reġjonali ta' trattat eventwali.

Il-grupp preparatorju ta' esperti ta' livell għoli dwar l-FMCT ser jirrapporta lill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-73 sessjoni tagħha (2018). L-Assemblea Ġenerali tista' tiddeċiedi li tieħu aktar azzjoni dwar din il-kwistjoni. Sabiex tiġi appoġġata l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri tan-NU fid-diskussjoni dwar il-kwistjoni, il-proġett ser ikompli sal-aħħar tas-sessjoni regolari tal-74 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali (Diċembru 2019).

L-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta' Diżarm (UNODA), permezz tal-Fergħa tiegħu ta' Ġinevra u l-Fergħa għad-Diżarm Reġjonali tiegħu, li tinkludi ċ-Ċentru Reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Paċi u d-Diżarm (UNREC) f'Lomé, it-Togo, iċ-Ċentru Reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Paċi u d-Diżarm fl-Asja u l-Paċifiku (UNRCPD) f'Kathmandu, in-Nepal u ċ-Ċentru Reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Paċi, id-Diżarm u l-Iżvilupp fl-Amerika Latina u l-Karibew (UNLIREC) f'Lima, il-Perù, kollha għandhom esperjenza twila ta' għoti ta' appoġġ lil Stati u ta' trawwim ta' djalogu fir-reġjuni rispettivi tagħhom dwar kwistjonijiet ta' diżarm u nonproliferazzjoni nukleari.

L-esperti ser jintgħażlu minn diversi pajjiżi, fuq bażi ġeografika wiesgħa, minn gvernijiet u organizzazzjonijiet reġjonali, kif ukoll minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bħall-Bord Internazzjonali dwar Materjali Fissili (IPFM), iċ-Ċentru ta' Verifika, Riċerka, Taħriġ u Informazzjoni (VERTIC), l-Istitut għall-Istudji fuq is-Sigurtà (ISS), u mid-dinja akkademika.

Il-mira 16.8 tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU tirrikonoxxi l-ħtieġa li: “titwessa' u tissaħħaħ il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-istituzzjonijiet ta' governanza globali”. Għalhekk, l-attivitajiet previsti f'dan il-proġett jistgħu jkunu ta' kontribut għal dan l-għan.

2.   ATTIVITAJIET

2.1.   Objettivi tal-attivitajiet

Il-faċilitazzjoni tad-djalogu fil-livell reġjonali u subreġjonali fost Stati fir-reġjuni tal-Afrika, tal-Asja u l-Paċifiku u tal-Amerika Latina u l-Karibew;

L-involviment ta' organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti fid-diskussjonijiet dwar FMCT;

L-iżvilupp ta' sens ta' sjieda ta' FMCT futur fost l-Istati kollha;

Il-faċilitazzjoni tat-trasmissjoni u l-applikazzjoni tal-għarfien bejn id-dinja akkademika, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-Istati Membri dwar kwistjonijiet rilevanti għall-projbizzjoni tal-produzzjoni ta' materjal fissili għal armi nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor.

2.2.   Deskrizzjoni tal-attivitajiet

L-attivitajiet kollha ser jiġu organizzati mill-UNODA permezz tal-Fergħa tiegħu ta' Ġinevra u l-Fergħa għad-Diżarm Reġjonali tiegħu, inkluż l-UNREC, ibbażat f'Lomé, it-Togo, mill-UNRCPD, ibbażat f'Kathmandu, in-Nepal, u mill-UNLIREC, ibbażat f'Lima, il-Perù.

(a)

Sessjonijiet ta' ħidma subreġjonali fl-Afrika, fl-Asja u l-Paċifiku u fl-Amerika Latina u l-Karibew

L-UNODA ser jorganizza sa sitt seminars subreġjonali fir-reġjuni tal-Afrika, tal-Asja u l-Paċifiku u tal-Amerika Latina u l-Karibew. L-UNODA ser jorganizza seminar jew żewġ seminars subreġjonali ta' jumejn f'kull wieħed mir-reġjuni tal-Afrika, tal-Asja u l-Paċifiku u tal-Amerika Latina u l-Karibew. Is-seminars subreġjonali ser jiffokaw fuq ir-reġjuni rispettivi tagħhom.

Is-seminars ser jinvolvu esperti mill-bliet kapitali tal-pajjiżi tas-subreġjuni rispettivi kif ukoll il-grupp preparatorju ta' esperti ta' livell għoli dwar l-FMCT, esperti mill-Unjoni Ewropea, u mis-soċjetà ċivili u d-dinja akkademika.

Dawn is-seminars ser jikkomplementaw il-laqgħat konsultattivi informali miftuħa mmexxija mill-President tal-grupp preparatorju ta' esperti ta' livell għoli dwar l-FMCT fi New York f'konformità mar-Riżoluzzjoni 71/259 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u ser jiffaċilitaw l-involviment ta' esperti minn Stati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti fil-kapitali fin-negozjati futuri dwar l-FMCT.

(b)

Laqgħat ta' esperti ma' esperti minn organizzazzjonijiet reġjonali

L-UNODA ser jorganizza tliet laqgħat ta' esperti ma' organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti fir-reġjuni tal-Afrika, tal-Asja u l-Paċifiku u tal-Amerika Latina u l-Karibew, inklużi l-ABACC, l-AFCONE, l-OPANAL u l-Forum Reġjonali tal-ASEAN, biex ilaqqa' membri tal-grupp preparatorju ta' esperti ta' livell għoli dwar l-FMCT, esperti minn organizzazzjonijiet reġjonali u esperti minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni, il-VERTIC, l-IPFM, l-ISS, biex iħejju għal negozjati futuri dwar l-FMCT u biex jiffaċilitaw il-kontribut ta' ħila esperta u esperjenza reġjonali f'dawn in-negozjati.

(c)

Appoġġ sostantiv lil Stati Membri

L-UNODA ser jirrispondi għal mhux aktar minn sitt talbiet għal appoġġ sostantiv minn Stati Membri fir-reġjuni tal-Afrika, tal-Asja u l-Paċifiku u tal-Amerika Latina u l-Karibew b'segwitu għas-sessjonijiet ta' ħidma, filwaqt li jqis il-bilanċ ġeografiku.

(d)

Repożitorju tal-materjal ta' riżorsi u pubblikazzjoni tar-riżultati

Sakemm idum il-proġett, l-UNODA ser jiżviluppa u jżomm sit web dedikat li jkun fih il-materjal ta' riżorsi rilevanti, biex jgħin lil Stati jħejju għall-FMCT futur u biex iservi ta' repożitorju tar-riżorsi għal Stati, organizzazzjonijiet reġjonali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u riċerkaturi, u jiffaċilita komunikazzjoni bejn ir-reġjuni.

L-UNODA ser jippubblika sa żewġ Dokumenti Okkażjonali tal-UNODA dwar ir-riżultati tas-sessjonijiet ta' ħidma reġjonali u l-laqgħat ta' esperti ma' organizzazzjonijiet reġjonali.

2.3.   Impatt tal-attivitajiet

Ser tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni ta' Stati fir-reġjuni tal-Afrika, tal-Asja u l-Paċifiku u tal-Amerika Latina u l-Karibew fin-negozjati dwar FMCT futur;

Ser jinġiebu, fin-negozjati dwar FMCT futur, għarfien u ħila esperta reġjonali eżistenti dwar il-projbizzjoni tal-produzzjoni ta' materjal fissili għal armi nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor;

Ser isir disponibbli materjal ta' riżorsi rilevanti għan-negozjaturi futuri u għall-esperti minn Stati, organizzazzjonijiet reġjonali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mid-dinja akkademika.

3.   SĦAB GĦALL-MIŻURI

Sistema tan-NU: L-UNODA permezz tal-Fergħa tiegħu ta' Ġinevra u l-Fergħa għad-Diżarm Reġjonali tiegħu, li tinkludi t-tliet ċentri reġjonali għall-paċi u d-diżarm fl-Afrika (UNREC), l-Asja u l-Paċifiku (UNRCPD) u l-Amerika Latina u l-Karibew (UNLIREC);

Organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali: l-ABACC, l-AFCONE, l-OPANAL, il-Forum Reġjonali tal-ASEAN;;

Organizzazzjonijiet mhux governattivi: il-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni, il-VERTIC, l-IPFM, l-ISS.

4.   INTERAZZJONI MAL-ISFORZI TAL-UNJONI

Abbażi tal-informazzjoni regolari mill-UNODA dwar l-attivitajiet tiegħu, l-Unjoni tista' tiddeċiedi li tikkomplementa dawk l-isforzi permezz ta' azzjoni diplomatika mmirata bil-għan li titqajjem kuxjenza dwar l-importanza li jingħeleb l-istaġnar li ilu żmien twil fil-Konferenza dwar id-Diżarm u l-importanza li jibdew immedjatament u jiġu konklużi kmieni n-negozjati fil-Konferenza dwar id-Diżarm fuq Trattat li jipprojbixxi l-produzzjoni ta' materjal fissili għal armi nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor (FMCT), abbażi tad-dokument CD/1299 u l-mandat li jinsab fih.

5.   BENEFIĊJARJI TAL-ATTIVITAJIET

Stati fir-reġjuni tal-Afrika, tal-Asja u l-Paċifiku u tal-Amerika Latina u l-Karibew;

Membri tal-grupp preparatorju ta' esperti ta' livell għoli dwar l-FMCT;

Grupp ta' Esperti Governattivi dwar il-Verifika tad-Diżarm Nukleari;

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-reġjuni tal-Afrika, tal-Asja u l-Paċifiku u tal-Amerika Latina u l-Karibew li jaħdmu fuq id-diżarm u n-nonproliferazzjoni nukleari.

6.   POST

Is-seminars subreġjonali ser jiġu organizzati fil-post taċ-ċentri reġjonali jew f'post fejn hemm uffiċċju reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti fis-subreġjun rispettiv, sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-esperti nazzjonali li jkunu ġejjin mill-ibliet kapitali.

Il-laqgħat ta' esperti ser isiru fil-post tal-organizzazzjonijiet reġjonali jew il-post taċ-ċentri reġjonali.

Ser jingħata appoġġ sostantiv lil Stati Membri fl-ibliet kapitali.

7.   TUL TA' ŻMIEN

It-tul ta' żmien totali stmat tal-proġett huwa ta' 36 xahar.


12.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2285

tas-6 ta' Diċembru 2017

li temenda l-gwida għall-utent li tistabbilixxi l-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)

(notifikata bid-dokument C(2017) 8072)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-għan tal-EMAS huwa li tippromwovi titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet permezz tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' ġestjoni ambjentali, l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta' din is-sistema, l-għoti ta' informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali, djalogu miftuħ mal-pubbliku u ma' partijiet interessati oħra u l-involviment attiv tal-impjegati.

(2)

Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet interessati jingħataw aktar tagħrif u gwida dwar il-passi meħtieġa biex jieħdu sehem fl-EMAS. Jenħtieġ li dan it-tagħrif u din il-gwida jinżammu aġġornati abbażi tal-esperjenza miksuba fl-operat tal-EMAS u bi tweġiba għall-ħtiġijiet addizzjonali għal gwida li jkunu ġew identifikati.

(3)

Ġew identifikati l-ħtiġijiet addizzjonali għal gwida li ġejjin: id-definizzjoni ta' lokalità ġeografika fil-kuntest tad-definizzjoni ta' sit; gwida dwar kif għandhom jitqiesu d-dokumenti ta' referenza settorjali; u gwida marbuta mal-użu ta' metodu tal-kampjunar għall-verifika tal-organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/131/UE (2) għandhom jiġu sostitwiti bit-test mogħti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/131/UE tal-4 ta' Marzu 2013 li tistabbilixxi l-gwida għall-utent u twaqqaf il-passi meħtieġa għall-parteċipazzjoni fl-EMAS, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 76, 19.3.2013, p. 1).


ANNESS

ANNESS I

I.   DAĦLA

Huwa għan tal-politika ambjentali tal-UE li tħeġġeġ lil kull tip ta' organizzazzjoni tuża sistemi ta' ġestjoni ambjentali u tnaqqas l-impatti ambjentali tagħha. Is-sistemi ta' ġestjoni ambjentali huma għodda waħda minn fost dawk li l-kumpaniji u organizzazzjonijiet oħrajn jistgħu jużaw sabiex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom filwaqt li jiffrankaw l-enerġija u riżorsi oħrajn. B'mod partikulari, l-UE tixtieq tħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet jipparteċipaw fl-iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali (l-EMAS), li hija għodda ta' ġestjoni għall-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet l-oħrajn biex jevalwaw il-prestazzjoni ambjentali tagħhom u biex jirrappurtaw dwarha u jtejbuha.

L-EMAS ġiet stabbilita fl-1993 u evolviet maż-żmien. Ir-Regolament dwar l-EMAS (1) jipprovdi l-bażi legali għal din l-iskema u l-aħħar reviżjoni tiegħu saret fl-2009.

Din il-Gwida għall-utent dwar l-EMAS tħejjiet skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 46(5) tar-Regolament dwar l-EMAS. Dan id-dokument għandu l-għan li jagħti pariri ċari u sempliċi lill-organizzazzjonijiet interessati fl-EMAS. Huwa maħsub biex joffri struzzjonijiet pass pass li dak li jkun isibha faċli jsegwihom. Il-gwida tiddeskrivi l-elementi u l-passi ewlenin li organizzazzjoni li jkun beħsiebha tipparteċipa fl-iskema għandha tieħu. Id-dokument għandu l-għan li jżid l-għadd totali ta' organizzazzjonijiet li jadottaw is-sistema ta' ġestjoni tal-EMAS billi jagħmilha iktar faċli li dawn jissieħbu fl-iskema. Ta' min jiftakar ukoll l-għan ġenerali tar-Regolament Ewropew, li huwa li tiġi armonizzata l-implimentazzjoni fl-Istati Membri kollha u li jinħoloq qafas leġiżlattiv komuni. Għal kwistjonijiet speċifiċi marbutin mal-EMAS Globali, il-qarrej għandu jirreferi għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/832/UE (2) tas-7 ta' Diċembru 2011 dwar Gwida għal Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE, Reġistrazzjoni ta' Pajjiżi Terzi u Reġistrazzjoni Globali skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

II.   X'INHI L-ISKEMA TA' ĠESTJONI U VERIFIKA AMBJENTALI (L-EMAS)?

L-EMAS hija għodda volontarja li għandha għad-dispożizzjoni tagħha kull organizzazzjoni li taħdem fi kwalunkwe settur ekonomiku fl-Unjoni Ewropea jew 'il barra minnha u li tkun tixtieq:

tassumi responsabbiltà ambjentali u ekonomika;

ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha;

tgħaddi r-riżultati ambjentali tagħha lis-soċjetà u lill-partijiet interessati inġenerali.

Hawn taħt hawn deskrizzjoni pass pass ta' x'jeħtieġ li wieħed jagħmel biex jirreġistra fl-iskema u biex jimplimentaha.

L-organizzazzjonijiet li jirreġistraw fl-EMAS għandhom:

jagħtu prova li huma jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali;

jintrabtu li jtejbu kontinwament il-prestazzjoni ambjentali tagħhom;

juru li għandhom djalogu miftuħ mal-partijiet interessati kollha;

jinvolvu lill-impjegati tagħhom fit-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni;

jippubblikaw dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS ivvalidata għall-komunikazzjoni esterna u jaġġornawha.

L-organizzazzjonijiet iridu jilħqu xi rekwiżiti oħrajn ukoll. Fil-fatt, dawn għandhom:

iwettqu reviżjoni ambjentali (fosthom l-identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali diretti u indiretti kollha);

jirreġistraw ma' korp kompetenti wara l-verifika b'suċċess tal-organizzazzjoni tagħhom.

Ladarba jkunu rreġistrati, l-organizzazzjonijiet huma intitolati jużaw il-logo tal-EMAS.

III.   L-ISPEJJEŻ U L-BENEFIĊĊJI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-EMAS

B'mod ġenerali, is-sistemi ta' ġestjoni ambjentali bħall-EMAS jgħinu lill-organizzazzjonijiet itejbu l-effiċjenza tar-riżorsi tagħhom u jnaqqsu r-riskji, kif ukoll ikunu ta' eżempju tajjeb bid-dikjarazzjoni pubblika tagħhom ta' prassi tajba. L-iffrankar miksub minn skema bħal din huwa ferm ikbar mill-ispejjeż ta' implimentazzjoni tagħha.

Il-benefiċċji

Sar studju dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji tar-reġistrazzjoni fl-EMAS (3). Twettaq stħarriġ li matulu dawk li ħadu sehem fih intalbu jagħżlu l-aktar impatti pożittivi minn lista partikulari. Kif jidher fil-Figura 1, “L-iffrankar tal-enerġija u tar-riżorsi” kien l-impatt li ġie fl-ewwel post (billi ngħażel minn 21 % ta' dawk li wieġbu). Warajh ġew l-impatti tat-“Tnaqqis fl-inċidenti negattivi” u ta' “Relazzjonijiet aħjar mal-partijiet interessati” (li ngħażlu minn 18 % u 17 % ta' dawk li wieġbu rispettivament).

Figura 1

Il-benefiċċji tal-implimentazzjoni tal-EMAS (f'perċentwali tat-tweġibiet kollha)

Image

Iktar iffrankar f'termini tal-effiċjenza

Il-benefiċċju tal-iffrankar tal-enerġija u tar-riżorsi ġie fl-ewwel post. Għall-organizzazzjonijiet ta' kull daqs, kien hemm evidenza li l-iffrankar tal-enerġija waħdu qabeż l-ispejjeż annwali meħtieġa biex tiġi implimentata l-EMAS. Dan jissuġġerixxi li l-organizzazzjonijiet iktar imdaqqsin għandhom ikunu jistgħu jirkupraw l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tal-EMAS faċilment.

Inqas inċidenti negattivi

Dan il-benefiċċju ġie fit-tieni post. Issemmew bosta fatturi, bħat-tnaqqis fil-ksur tal-liġijiet ambjentali. Ovvjament dan huwa marbut mal-benefiċċji f'termini tat-titjib fir-relazzjonijiet mal-awtoritajiet regolatorji.

Relazzjonijiet aħjar mal-partijiet interessati

L-organizzazzjonijiet semmew ir-relazzjonijiet aħjar mal-partijiet interessati bħala benefiċċju ewlieni, b'mod partikulari fil-każ tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u tal-kumpaniji tas-servizzi.

Iktar opportunitajiet tas-suq

Jekk wieħed jirreġistra fl-EMAS, huwa jista' jtejjeb in-negozju. Dan jista' jgħin biex dak li jkun iżomm il-klijenti eżistenti u jespandi n-negozju tiegħu. Il-fatt li wieħed ikollu sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-EMAS jista' jkun ta' vantaġġ ukoll fil-każ tal-akkwisti pubbliċi. Għalkemm l-organizzazzjonijiet involuti fl-akkwist pubbliku ma jistgħux jeżiġu b'mod espliċitu li l-offerenti jkunu rreġistrati fl-EMAS, il-kumpaniji li jkunu rreġistrati fiha jistgħu jużaw dan biex juru li għandhom il-mezzi tekniċi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti kuntrattwali ta' ġestjoni ambjentali.

Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet jistgħu jħeġġu lill-fornituri tagħhom ikollhom fis-seħħ sistema ta' ġestjoni ambjentali bħala parti mill-politika ambjentali tagħhom stess. Ir-reġistrazzjoni fl-EMAS tista' tiffaċilita l-proċeduri interni bejn impriża u oħra għaż-żewġ partijiet.

L-għajnuna regolatorja

L-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS jistgħu jkunu intitolati għal għajnuna regolatorja. Jista' jkun hemm benefiċċji għall-kumpaniji involuti fis-setturi tal-manifattura, b'vantaġġi fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni marbuta mal-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (4).

Diversi Stati Membri joffru wkoll vantaġġi lill-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS f'dak li għandu x'jaqsam mal-liġijiet u mar-regolamenti ambjentali statali u reġjonali. Dawn il-benefiċċji jistgħu jinvolvu, pereżempju, obbligi ssimplifikati tar-rappurtar, inqas spezzjonijiet, tariffi inqas marbutin mal-iskart u perjodi itwal qabel ma jkollhom jiġġeddu l-permessi.

Dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, tnaqqis ta' 50 % fit-tariffi marbutin mal-iskart, tnaqqis ta' bejn 20 % u 30 % fit-tariffi għall-proċeduri tal-ħruġ tal-liċenzji, tnaqqis sa 100 % fit-tariffi għall-monitoraġġ u l-infurzar skont il-liġijiet nazzjonali, tnaqqis ta' 30 % fit-tariffi għas-servizzi pubbliċi li jingħataw mill-aġenziji governattivi, tnaqqis ta' 30 % fit-tariffi għall-proċeduri tal-ħruġ tal-liċenzji marbutin mal-ilma tal-wiċċ, għall-permessi għall-estrazzjoni tal-ilma ta' taħt l-art u għall-proċeduri tal-ħruġ tal-liċenzji għall-miżbliet. Hemm ukoll vantaġġi marbutin mal-amministrazzjoni tal-monitoraġġ u tat-trattament ta' prodotti kimiċi perikolużi, mal-obbligi marbutin mar-rimi tal-iskart (billi wieħed ma jkollux għalfejn juri li ħa miżuri ta' sorveljanza teknika) u mal-monitoraġġ tal-gassijiet b'effett ta' serra.

L-ispejjeż u l-benefiċċji

In-negozji għandhom iqisu r-reġistrazzjoni fl-EMAS bħala investiment. L-implimentazzjoni tal-EMAS tinvolvi spejjeż interni u esterni, bħall-ispejjeż għas-servizzi ta' konsulenza, dawk għar-riżorsi umani għall-implimentazzjoni u s-segwitu tal-miżuri, dawk għall-ispezzjonijiet u t-tariffi tar-reġistrazzjoni.

L-ispejjeż u l-benefiċċji reali jvarjaw ħafna, u jiddependu, pereżempju, fuq id-daqs tal-organizzazzjoni u l-attivitajiet tagħha, fuq is-sitwazzjoni attwali b'rabta mal-prattiki ta' ġestjoni ambjentali u fuq il-pajjiż speċifiku. Iżda, b'mod ġenerali, l-EMAS verament twassal għal iffrankar sostanzjali. Diversi studji wrew li l-organizzazzjonijiet jirkupraw l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tagħhom permezz ta' żieda fid-dħul fi żmien relattivament qasir - ħafna drabi f'perjodu ta' bejn sena u sentejn (5), (6), (7), (8), (9).

Tabella 1

L-ispejjeż u l-iffrankar annwali potenzjali f'termini tal-effiċjenza fil-kuntest tal-EMAS  (10)

(EUR)

Id-daqs tal-organizzazzjoni (11)

L-iffrankar annwali potenzjali f'termini tal-effiċjenza

L-ispejjeż tal-implimentazzjoni fl-ewwel sena tal-EMAS (12)

L-ispejjeż annwali tal-EMAS (13)

Mikrointrapriża

3 000 – 10 000

22 500

10 000

Intrapriża żgħira

20 000 – 40 000

38 000

22 000

Intrapriża ta' daqs medju

Sa 100 000

40 000

17 000

Intrapriża kbira

Sa 400 000

67 000

39 000

Id-dejta dwar “L-iffrankar annwali potenzjali f'termini tal-effiċjenza” tissejjes fuq l-iffrankar tal-enerġija biss. Ma hemm l-ebda dejta disponibbli dwar l-iffrankar f'termini tal-effiċjenza tar-riżorsi.

 

 

Sors: L-istudju li sar għall-Kummissjoni Ewropea fl-2009, imsejjaħ “Costs and Benefits of EMAS to Registered Organisations” (“L-ispejjeż u l-benefiċċji tal-EMAS għall-organizzazzjonijiet irreġistrati”).

“Is-sett ta' għodod tal-EMAS għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar” jipprovdi bosta eżempji oħrajn tal-iffrankar f'termini tal-ispejjeż u tal-benefiċċji (14).

B'mod ġenerali, il-mikroorganizzazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet iż-żgħar ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' spejjeż fissi u esterni proporzjonalment ogħla minn dawk li jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom l-organizzazzjonijiet ta' daqs medju jew l-organizzazzjonijiet il-kbar, minħabba li dawn tal-aħħar jibbenefikaw mill-ekonomiji ta' skala, u jkollhom proporzjon ogħla tal-ispejjeż li jiġġarrbu internament mid-dipartimenti ambjentali tagħhom u inqas spejjeż esterni minħabba li inqas ikollhom bżonn iqabbdu konsulenti. Madankollu, anki l-organizzazzjonijiet il-kbar ħafna qed jingħataw il-parir li janalizzaw l-ispejjeż tal-implimentazzjoni fid-dettall.

L-EMAS u s-sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija bħall-EN 16001 u l-ISO 50001 jixxiebhu ħafna. Minħabba li l-ġestjoni tal-użu tal-enerġija tifforma parti mill-EMAS, l-organizzazzjonijiet irreġistrati f'din l-iskema diġà jtejbu l-effiċjenza enerġetika tagħhom, u għalhekk jissodisfaw il-parti l-kbira tar-rekwiżiti tal-EN 16001 u tal-ISO 50001. Għaldaqstant dan jista' jwassal ukoll għal tnaqqis fl-ispejjeż.

L-organizzazzjonijiet li qed jaħsubha jirreġistrawx fl-EMAS għandhom iqisu wkoll l-appoġġ tekniku u finanzjarju jew is-sussidji li joffru l-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali u l-korpi kompetenti tal-EMAS b'rabta ma' dan.

IV.   IR-REGOLAMENT DWAR L-EMAS

L-EMAS ġiet stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 (li huwa magħruf ukoll bħala “l-EMAS III”) u tapplika direttament fl-Istati Membri kollha.

1.   AFFARIJIET ĠENERALI

1.1.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Sa mill-2001 'l hawn, kull organizzazzjoni pubblika jew privata tista' timplimenta l-EMAS. Bl-EMAS III, l-iskema hija miftuħa wkoll għal organizzazzjonijiet li mhumiex Ewropej u għal kumpaniji Ewropej li joperaw f'pajjiżi li mhumiex fl-Ewropa. Dwar din l-aħħar kwistjoni, hemm gwida speċifika marbuta mar-reġistrazzjoni korporattiva fl-UE, mar-reġistrazzjoni f'pajjiżi terzi u mar-reġistrazzjoni f'livell dinji.

“Organizzazzjoni” tfisser kumpanija, korporazzjoni, ditta, intrapriża, awtorità jew istituzzjoni, li tinsab ġewwa jew barra l-Komunità, jew parti jew kombinazzjoni minnha, kemm jekk inkorporata kif ukoll jekk le, pubblika jew privata li jkollha l-funzjonijiet u amministrazzjoni tagħha stess.

L-EMAS tista' tiġi implimentata f'sit wieħed, f'diversi siti jew fis-siti kollha ta' organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati f'kull settur ta' attività (15). L-iżgħar entità li tista' tiġi rreġistrata hija sit.

“Sit” tfisser lokalità ġeografika distinta taħt il-kontroll tal-ġestjoni ta' organizzazzjoni li tkopri l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi, inklużi l-infrastruttura, it-tagħmir u l-materjali kollha; sit huwa l-iżgħar entità li għandha tiġi kkunsidrata għar-reġistrazzjoni.

“Lokalità ġeografika distinta” għandha tinftiehem bħala

kontinwità fiżika tal-art, bini, tagħmir jew infrastruttura, li tista' tkun interrotta minħabba elementi esterni, dejjem jekk tkun żgurata l-kontinwità funzjonali u organizzattiva tal-attivitajiet.

1.2.   IR-REKWIŻITI

Il-proċedura ġenerali għall-implimentazzjoni tal-EMAS tista' titqassar kif ġej:

(1)

l-organizzazzjoni għandha tibda billi tagħmel reviżjoni ambjentali, jiġifieri analiżi inizjali tal-attivitajiet kollha li hija twettaq, sabiex tidentifika l-aspetti ambjentali diretti u indiretti rilevanti, u l-leġiżlazzjoni ambjentali applikabbli;

(2)

wara jeħtieġ li hija timplimenta sistema ta' ġestjoni ambjentali skont ir-rekwiżiti tal-istandard EN ISO 14001 (l-Anness II tar-Regolament dwar l-EMAS);

(3)

is-sistema trid tiġi ċċekkjata billi jsiru verifiki interni u billi jsir eżami mill-maniġment;

(4)

l-organizzazzjoni tikteb dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS;

(5)

ir-reviżjoni ambjentali u s-sistema ta' ġestjoni ambjentali jiġu vverifikati u d-dikjarazzjoni tiġi vvalidata minn verifikatur akkreditat jew liċenzjat tal-EMAS;

(6)

ladarba l-organizzazzjoni tkun ġiet ivverifikata, hija tibgħat applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lill-korp kompetenti.

Skont l-Artikolu 46 tar-Regolament dwar l-EMAS, il-Kummissjoni Ewropea qed tiżviluppa dokumenti ta' referenza settorjali (“SRDs”) għal għadd ta' setturi ta' prijorità b'konsultazzjoni mal-Istati Membri u ma' partijiet interessati oħrajn (16).

Kull dokument fih l-elementi li ġejjin:

l-aħjar prattiki ta' ġestjoni ambjentali;

l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali għas-setturi speċifiċi kkonċernati;

fejn xieraq, il-punti ta' riferiment tal-eċċellenza u s-sistemi ta' klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli ta' prestazzjoni ambjentali.

Meta l-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dokumenti ta' referenza settorjali għas-settur speċifiku tagħhom, huma għandhom iqisu dawn id-dokumenti f'żewġ livelli differenti:

1.

meta jkunu qed jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħhom fid-dawl tar-reviżjonijiet ambjentali (l-Artikolu 4(1)(b));

2.

meta jkunu qed iħejju d-dikjarazzjoni ambjentali (l-Artikolu 4(1)(d) u l-Artikolu 4(4)).

Il-parteċipazzjoni fl-EMAS hija proċess kontinwu. Kull darba li organizzazzjoni tanalizza l-prestazzjoni ambjentali tagħha u tippjana titjib għandha tikkonsulta d-dokument ta' referenza settorjali (meta dan ikun disponibbli) dwar suġġetti speċifiċi sabiex tispira ruħha dwar liema kwistjonijiet għandha tindirizza fil-pass li jmiss f'approċċ pass pass.

Figura 2

L-iskeda ġenerali għall-implimentazzjoni tal-EMAS

Image

Tabella 2

L-iskeda indikattiva taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-EMAS. Iż-żmien meħtieġ għal kull attività huwa ż-żmien medju, li jista' jkun iqsar jew itwal skont l-Istat Membru, id-daqs tal-organizzazzjoni, eċċ.

L-EMAS

L-ewwel xahar

It-tieni xahar

It-tielet xahar

Ir-raba' xahar

Il-ħames xahar

Is-sitt xahar

Is-seba' xahar

It-tmien xahar

Id-disa' xahar

L-għaxar xahar

Ir-reviżjoni ambjentali

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-sistema ta' ġestjoni ambjentali

 

X

X

X

X

X

X

 

 

 

Ir-rekwiżiti ġenerali

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

Il-politika ambjentali

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

L-ippjanar: l-objettivi u l-miri ambjentali

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

L-ippjanar: il-programm ambjentali

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

L-implimentazzjoni u t-tħaddim: ir-riżorsi, ir-rwoli, ir-responsabbiltà u l-awtorità

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

L-implimentazzjoni u t-tħaddim: il-kompetenza, it-taħriġ u l-għarfien tal-persunal, inkluż l-involviment tal-impjegati

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

L-implimentazzjoni u t-tħaddim: il-komunikazzjoni (interna u esterna)

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

L-implimentazzjoni u t-tħaddim: id-dokumentazzjoni u l-kontroll tad-dokumenti

 

X

X

X

X

X

 

 

 

 

L-implimentazzjoni u t-tħaddim: il-kontroll operattiv

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

L-implimentazzjoni u t-tħaddim: il-pjanijiet ta' emerġenza

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

L-iċċekkjar: il-monitoraġġ u l-kejl, l-evalwazzjoni tal-konformità u tan-nuqqas ta' konformità, l-azzjonijiet korrettivi u ta' prevenzjoni u l-kontroll tar-reġistri

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

L-iċċekkjar: il-verifika interna

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

L-eżami mill-maniġment

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

Id-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

Il-verifika u l-validazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

Ir-reġistrazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

2.   KIF GĦANDEK TIMPLIMENTA L-EMAS

2.1.   IR-REVIŻJONI AMBJENTALI

L-ewwel pass fl-implimentazzjoni xierqa tal-EMAS huwa li ssir analiżi ddettaljata tal-istruttura interna u tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni. L-għan huwa li jiġu identifikati l-aspetti ambjentali (kif iddefiniti hawn taħt) assoċjati mal-impatti ambjentali. Din hija l-bażi għall-istabbiliment ta' sistema formali ta' ġestjoni ambjentali.

“Reviżjoni ambjentali” tfisser analiżi komprensiva inizjali tal-aspetti ambjentali, l-impatti ambjentali u l-prestazzjoni ambjentali relatati mal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi ta' organizzazzjoni.

L-analiżi għandha tinkludi:

ir-rekwiżiti ġuridiċi li japplikaw għall-organizzazzjoni;

l-identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali diretti u indiretti;

il-kriterji biex jiġi vvalutat is-sinifikat tal-aspetti ambjentali;

l-eżami tal-prattiki u tal-proċeduri eżistenti kollha tal-ġestjoni ambjentali;

l-evalwazzjoni tal-feedback li jkun ħareġ mill-investigazzjoni tal-inċidenti fil-passat.

“Aspett ambjentali” tfisser element tal-attivitajiet, il-prodotti jew is-servizzi ta' organizzazzjoni li għandu jew li jista' jkollu impatt fuq l-ambjent. L-aspetti ambjentali jistgħu jkunu marbutin mad-dħul (pereżempju l-konsum tal-materja prima u tal-enerġija) jew mal-ħruġ (pereżempju l-emissjonijiet tal-arja, il-ġenerazzjoni tal-iskart, eċċ.).

Figura 3

Ir-rabta bejn l-attivitajiet, l-aspetti ambjentali u l-impatti ambjentali

Image

L-organizzazzjoni jrid ikollha proċeduri biex tiżgura li jkun hemm segwitu kif xieraq tal-attivitajiet li jkunu ġew identifikati bħala attivitajiet sinifikanti waqt l-ewwel reviżjoni ambjentali. L-aspetti ambjentali u l-impatti relatati magħhom jistgħu jinbidlu, bħalma jistgħu jinbidlu wkoll l-attivitajiet tal-organizzazzjoni. Jekk il-bidliet ikunu sostanzjali, jista' jkun li r-reviżjoni ambjentali jkollha tiġi aġġornata. L-organizzazzjoni għandha tkun konxja wkoll mill-iżviluppi l-ġodda, mit-tekniki ġodda, mir-riżultati tar-riċerka, eċċ., għaliex dawn jistgħu jgħinuha tivvaluta mill-ġdid is-sinifikat tal-aspetti ambjentali tagħha u l-possibbiltà li jista' jkun hemm bżonn ta' reviżjoni ambjentali ġdida jekk l-attivitajiet tagħha jinbidlu b'mod sinifikanti.

X'inhi l-proċedura biex wieħed iwettaq reviżjoni ambjentali?

L-organizzazzjonijiet għandhom:

jidentifikaw l-aspetti ambjentali li ġejjin mill-proċessi ta' manifattura, mill-attivitajiet jew mis-servizzi tagħhom; u

jistabbilixxu l-kriterji biex jivvalutaw is-sinifikat ta' dawn l-aspetti. Il-kriterji jridu jkunu komprensivi u jridu jkunu jistgħu jiġu vverifikati b'mod indipendenti.

L-organizzazzjoni trid tiftakar li hija se jkollha tiżvela l-aspetti ambjentali li tidentifika u r-riżultati tal-evalwazzjoni lil partijiet interessati esterni.

Kif għandhom jiġu identifikati l-aspetti ambjentali?

Trid tinġabar l-informazzjoni rilevanti kollha.

Dan jista' jfisser:

li wieħed iżur is-siti biex jiċċekkja d-dħul u l-ħruġ tal-proċessi (billi wieħed jieħu noti dwar dan u jagħmel tpinġijiet tagħhom kif meħtieġ);

li wieħed jiġbor mapep u ritratti tal-lokalità;

li wieħed jidentifika l-leġiżlazzjoni ambjentali applikabbli;

li wieħed jiġbor il-permessi u l-liċenzji ambjentali kollha u dokumenti oħrajn simili;

li wieħed jiċċekkja s-sorsi kollha tal-informazzjoni (il-fatturi li deħlin, il-kontaturi, id-dejta dwar it-tagħmir, eċċ.);

li wieħed jiċċekkja l-użu tal-prodotti (ta' spiss id-dipartimenti tax-xiri u tal-bejgħ iservu ta' punt tat-tluq utli għal dan);

li wieħed jidentifika l-persuni ewlenin (fost l-amministrazzjoni u l-ħaddiema). Il-ħaddiema involuti fis-sistemi interni kollha għandhom jintalbu jagħtu l-kontribut tagħhom;

li wieħed jitlob informazzjoni mingħand is-sottokuntratturi, li jista' jkollhom influwenza sinifikanti fuq il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni;

li wieħed iqis l-inċidenti li seħħew fil-passat u r-riżultati tal-monitoraġġ u tal-ispezzjonijiet; u

li wieħed jidentifika s-sitwazzjonijiet tal-ftuħ u tal-għeluq u r-riskji identifikati.

Iridu jitqiesu kemm l-aspetti ambjentali diretti kif ukoll dawk indiretti, u d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħinu biex dawn jiġu identifikati:

 

“aspett ambjentali dirett” tfisser aspett ambjentali assoċjat ma' attivitajiet, prodotti u servizzi tal-organizzazzjoni nnifisha li fuqhom hija għandha kontroll dirett tal-ġestjoni;

 

“aspett ambjentali indirett” tfisser aspett ambjentali li jista' jirriżulta mill-interazzjoni ta' organizzazzjoni ma' partijiet terzi u li jista' jiġi influwenzat sa livell raġonevoli mill-organizzazzjoni.

Huwa essenzjali li wieħed iqis l-aspetti indiretti. Dan japplika kemm għas-settur privat kif ukoll għal dak pubbliku; għalhekk, l-awtoritajiet lokali, il-kumpaniji tas-servizzi jew l-istituzzjonijiet finanzjarji, pereżempju, iridu jestendu r-reviżjoni tagħhom lil hinn mill-aspetti tas-sit.

L-organizzazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru li huma identifikaw l-aspetti ambjentali sinifikanti assoċjati mal-proċeduri tal-akkwist tagħhom u li huma indirizzaw l-impatti ambjentali sinifikanti assoċjati magħhom fis-sistema ta' ġestjoni tagħhom.

Tabella 3

Eżempji ta' aspetti diretti u indiretti

Aspetti ambjentali

Aspetti diretti

Aspetti indiretti

L-emissjonijiet fl-arja

L-emissjonijiet fl-ilma

L-iskart

L-użu tar-riżorsi naturali u tal-materja prima

Kwistjonijiet lokali (l-istorbju, il-vibrazzjonijiet, l-irwejjaħ)

L-użu tal-art

L-emissjonijiet fl-arja marbutin mat-trasport

Ir-riskji ta' inċidenti ambjentali u ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza

Kwistjonijiet marbutin maċ-ċiklu ta' ħajja tal-prodott

L-investiment kapitali

Is-servizzi tal-assigurazzjoni

Id-deċiżjonijiet amministrattivi u tal-ippjanar

Il-prestazzjoni ambjentali tal-kuntratturi, tas-sottokuntratturi u tal-fornituri

L-għażla u l-kompożizzjoni tas-servizzi, pereżempju tat-trasport, tal-forniment tal-ikel, eċċ.

L-aspetti ambjentali diretti għandhom jinkludu r-rekwiżiti ġuridiċi u l-limiti tal-permessi relatati magħhom, pereżempju jekk ikun hemm valuri ta' limitu stabbiliti għall-emissjonijiet ta' sustanzi speċifiċi li jniġġsu jew rekwiżiti oħrajn stabbiliti għal dawk is-sustanzi, dawk l-emissjonijiet għandhom jitqiesu bħala aspetti ambjentali diretti.

Il-valutazzjoni tal-aspetti ambjentali

Il-pass li jmiss huwa li wieħed jassoċja l-aspetti ambjentali mal-effetti jew mal-impatti tagħhom fuq l-ambjent. It-Tabella 4 tipprovdi eżempju ta' dawn ir-rabtiet.

Tabella 4

Eżempji tal-aspetti ambjentali u tal-impatti tagħhom fuq l-ambjent

L-attività

L-aspett ambjentali

L-impatt fuq l-ambjent

It-trasport

Iż-żjut użati għall-makkinarju

L-emissjonijiet tal-karbonju mit-trakkijiet u mill-makkinarju

It-tniġġis tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja

L-effett serra

Il-kostruzzjoni

L-emissjonijiet fl-arja, l-istorbju, il-vibrazzjonijiet, eċċ. mill-magni użati fil-kostruzzjoni

L-użu tal-art

L-istorbju u t-tniġġis tal-ħamrija, tal-ilma u tal-arja

Il-qerda tal-kopertura tal-art

It-telf tal-bijodiversità

Is-servizzi amministrattivi

L-użu ta' materjal bħall-karta, il-linka, eċċ.

Il-konsum tal-elettriku (li jwassal għal emissjonijiet indiretti tas-CO2)

It-tniġġis minn skart muniċipali mħallat

L-effett serra

L-industrija tal-kimika

L-ilma mormi

L-emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili

L-emissjonijiet ta' sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

It-tniġġis tal-ilma

L-ożonu fotokimiku

It-tnaqqis tas-saff tal-ożonu

Ladarba jkunu ġew identifikati l-aspetti ambjentali u l-impatti tagħhom fuq l-ambjent, il-pass li jmiss ikun li wieħed jivvaluta fid-dettall kull wieħed minnhom sabiex jistabbilixxi l-aspetti ambjentali sinifikanti.

“Aspett ambjentali sinifikattiv” tfisser aspett ambjentali li għandu jew li jista' jkollu impatt ambjentali sinifikattiv.

Il-kwistjonijiet li wieħed għandu jqis meta jkun qed jivvaluta s-sinifikat ta' aspett ambjentali huma dawn li ġejjin:

(i)

il-potenzjal li dan l-aspett jikkawża ħsara ambjentali;

(ii)

il-fraġilità tal-ambjent lokali, reġjonali jew globali;

(iii)

id-daqs, l-għadd, il-frekwenza u r-riversibbiltà tal-aspett jew tal-impatt;

(iv)

l-eżistenza u r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti;

(v)

l-importanza tiegħu għall-partijiet interessati u għall-impjegati tal-organizzazzjoni.

Abbażi ta' dawn il-kriterji, l-organizzazzjoni tista' tfassal proċedura interna jew tuża għodod oħrajn biex tivvaluta s-sinifikat tal-aspetti ambjentali. L-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (l-SMEs) se jsibu li s-sett ta' għodod tal-EMAS għall-SMEs (17) jipprovdi informazzjoni utli ħafna.

Huwa u jiġi vvalutat is-sinifikat tal-aspetti ambjentali, huwa importanti li wieħed iqis mhux biss il-kundizzjonijiet normali tat-tħaddim, iżda wkoll il-kundizzjonijiet tal-ftuħ u tal-għeluq u dawk ta' emerġenza. Għandhom jitqiesu wkoll l-attivitajiet tal-imgħoddi, kif ukoll dawk attwali u dawk tal-ġejjieni.

Għal kull aspett ambjentali, l-impatt korrispondenti għandu jiġi kklassifikat skont:

kemm ikun kbir — il-livell tal-emissjonijiet, il-konsum tal-enerġija u tal-ilma, eċċ.;

kemm ikun gravi — il-perikli, it-tossiċità, eċċ.;

kemm ikun frekwenti/probabbli;

it-tħassib tal-partijiet interessati;

ir-rekwiżiti ġuridiċi.

Tabella 5

Il-valutazzjoni tal-aspetti ambjentali

Il-kriterji tal-valutazzjoni

Eżempju

Liema prodotti jew attivitajiet tal-organizzazzjoni jistgħu jaffettwaw ħażin lill-ambjent?

L-iskart: l-iskart muniċipali mħallat, l-iskart mill-imballaġġ, l-iskart perikoluż

Kemm huma kbar l-aspetti li jistgħu jaffettwaw lill-ambjent

Il-kwantità tal-iskart: ħafna, kwantità medja, ftit

Kemm huma gravi l-aspetti li jistgħu jaffettwaw lill-ambjent

Kemm huwa perikoluż l-iskart u kemm huwa tossiku l-materjal: ħafna, b'mod medju, ftit

Kemm huma frekwenti l-aspetti li jistgħu jaffettwaw lill-ambjent

ħafna, b'mod medju, ftit

Il-pubbliku u l-ħaddiema kemm huma konxji mill-aspetti assoċjati mal-organizzazzjoni

Huma konxji ħafna minnhom, huma konxji xi ftit minnhom, huma ma jilmentaw xejn dwarhom

L-attivitajiet tal-organizzazzjoni rregolati mil-leġiżlazzjoni ambjentali

Il-permessi skont il-liġijiet dwar l-iskart, l-obbligi tal-monitoraġġ

Nota: Huwa utli li wieħed jikkwantifika l-kriterji u s-sinifikat globali ta' aspetti partikulari.

Kif għandek tiċċekkja l-konformità legali

“Konformità legali” tfisser l-implimentazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, inklużi l-kundizzjonjiet għall-permessi, fir-rigward tal-ambjent.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ikollhom aċċess tal-inqas għall-informazzjoni dwar il-kwistjonijiet li ġejjin u għall-għajnuna marbuta magħhom:

l-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli marbutin mal-ambjent; u

l-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar għal rekwiżiti ġuridiċi speċifiċi marbutin mal-ambjent.

L-awtoritajiet tal-infurzar huma obbligati jwieġbu għat-talbiet għall-informazzjoni, tal-inqas minn organizzazzjonijiet żgħar, dwar ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent, u dwar kif l-organizzazzjonijiet jistgħu jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti ġuridiċi.

Biex wieħed jidentifika r-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli kollha, wieħed irid iqis il-livelli differenti tal-leġiżlazzjoni ambjentali bħar-rekwiżiti nazzjonali, reġjonali jew lokali, inklużi l-permessi u l-liċenzji, jekk dan ikun xieraq.

L-organizzazzjoni trid tqis ukoll rekwiżiti rilevanti oħrajn, bħal, pereżempju, dawk marbutin mal-kundizzjonijiet tal-akkwist, mal-kuntratti tan-negozju u ma' ftehimiet volontarji li l-organizzazzjoni tkun iffirmat jew tkun daħlet għalihom.

Huwa essenzjali li wieħed jidentifika r-rekwiżiti ġuridiċi f'dan l-istadju, sabiex l-organizzazzjoni tkun tista' tindividwa dawk li jista' jkun li ma jiġux issodisfati. Jekk ikun meħtieġ, l-organizzazzjoni mbagħad trid tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti kollha (ara l-punt 2.2.5.2 għall-evalwazzjoni tal-konformità legali).

2.2.   IS-SISTEMA TA' ĠESTJONI AMBJENTALI

“Sistema ta' ġestjoni ambjentali” tfisser il-parti tas-sistema ta' ġestjoni globali li tinkludi l-istruttura organizzattiva, l-attivitajiet ta' ppjanar, ir-responsabbiltajiet, il-prassi, il-proċeduri, il-proċessi u r-riżorsi għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-ksib, ir-reviżjoni u ż-żamma tal-politika ambjentali u l-ġestjoni tal-aspetti ambjentali.

2.2.1.    Ir-rekwiżiti ġenerali

L-ewwel nett, l-organizzazzjoni trid tiddefinixxi u tiddokumenta l-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha.

Kull sit ikkonċernat bir-reġistrazzjoni fl-EMAS irid jikkonforma mar-rekwiżiti kollha tal-EMAS.

L-organizzazzjoni trid tistabbilixxi, tiddokumenta, timplimenta u żżomm sistema ta' ġestjoni ambjentali skont it-Taqsima 4 tal-istandard EN ISO 14001. Jekk l-organizzazzjoni tkun implimentat sistema ta' ġestjoni ambjentali (minbarra l-ISO 14001) li l-Kummissjoni tkun irrikonoxxietha (18), ma jkollhiex għalfejn tirrepeti l-punti li diġà jkunu ġew irrikonoxxuti b'mod uffiċjali meta tipprova tissodisfa r-rekwiżiti tal-EMAS.

2.2.2.    Il-politika ambjentali

“Politika ambjentali” tfisser l-intenzjonijiet u d-direzzjoni globali ta' organizzazzjoni marbuta mal-prestazzjoni ambjentali tagħha kif imfissra b'mod formali mill-maniġment fi skala għolja (…). Din tipprovdi qafas għall-azzjoni u għat-tfassil ta' objettivi u miri ambjentali.

Il-politika ambjentali trid tinkludi l-punti li ġejjin:

impenn favur il-konformità mar-rekwiżiti legali u ma' rekwiżiti oħrajn marbutin mal-aspetti ambjentali tagħha;

impenn favur il-prevenzjoni tat-tniġġis;

impenn favur it-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali.

Il-politika ambjentali hija qafas għall-azzjoni u għall-istabbiliment ta' objettivi u miri ambjentali strateġiċi (ara hawn taħt). Din trid tkun ċara u trid tindirizza l-prijoritajiet ewlenin li fuqhom jistgħu jkomplu jiġu ddefiniti l-objettivi u l-miri speċifiċi.

2.2.3.    L-ippjanar

Ladarba jkunu ġew ittrattati l-kwistjonijiet sottostanti bażiċi deskritti hawn fuq, il-proċess ikompli bl-ippjanar.

2.2.3.1.   L-objettivi u l-miri ambjentali

“Objettiv ambjentali” tfisser mira ambjentali globali, li tirriżulta mill-politika ambjentali, li organizzazzjoni tiffissa għaliha nnifisha li tikseb, u li hija kkwantifikata fejn prattikabbli.

“Mira ambjentali” tfisser rekwiżit dettaljat ta' prestazzjoni, li jirriżulta mill-objettivi ambjentali, applikabbli għal organizzazzjoni jew għal partijiet minnha, u li jeħtieġ li jiġi stabbilit u milħuq sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

L-organizzazzjoni trid tfassal u tiddokumenta l-objettivi u l-miri ddettaljati għal kull aspett rilevanti tagħha stess skont il-politika ambjentali tagħha.

Ladarba l-objettivi jkunu ġew iddefiniti, il-pass li jmiss ikun li wieħed jistabbilixxi miri xierqa għalihom. Bil-miri, wieħed jista' jippjana azzjonijiet speċifiċi li għandhom jitwettqu sabiex tinkiseb ġestjoni ambjentali tajba.

Figura 4

Ir-rabta bejn l-objettivi, il-miri u l-azzjonijiet

Image

Eżempju:

L-objettiv ambjentali

Li titnaqqas kemm jista' jkun il-ġenerazzjoni tal-iskart perikoluż

Il-mira

Li jitnaqqas l-użu tas-solventi organiċi fil-proċess b'20 % fi żmien tliet snin

L-azzjoni

L-użu mill-ġdid tas-solventi kull fejn dan ikun possibbli

Ir-riċiklaġġ tas-solventi organiċi

L-objettivi u l-miri għandhom ikunu jistgħu jitkejlu fejn dan ikun possibbli, u għandhom ikunu konsistenti mal-politika ambjentali tal-organizzazzjoni. Il-kriterji “SMART”, spjegati hawn taħt, huma utli f'dan ir-rigward:

Specific” (speċifiċi) — kull mira għandha tindirizza kwistjoni waħda;

Measurable” (li jistgħu jitkejlu) — kull mira għandha tingħata fi kwantità;

Achievable” (li jistgħu jinkisbu) — il-miri jridu jkunu jistgħu jintlaħqu;

Realistic” (realistiċi) — il-miri għandhom ikunu eżiġenti u jħeġġu titjib kontinwu, iżda m'għandhomx ikunu ambizzjużi żżejjed. Dawn dejjem jistgħu jiġu riveduti ladarba jkunu ntlaħqu;

Time-bound” (marbutin mal-ħin) — għandu jkun hemm skadenza għall-kisba ta' kull mira.

L-organizzazzjonijiet għandhom jużaw l-elementi rilevanti tad-dokumenti ta' referenza settorjali msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament dwar l-EMAS meta jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom it-tali dokumenti għas-settur speċifiku tagħhom. Huma għandhom jużawhom meta jkunu qed jiddefinixxu u jirrevedu l-miri u l-objettivi ambjentali tal-organizzazzjoni skont l-aspetti ambjentali rilevanti identifikati waqt ir-reviżjoni ambjentali. Madankollu, mhuwiex obbligatorju li wieħed jilħaq il-punti ta' riferiment tal-eċċellenza identifikati, minħabba li l-EMAS tħalli l-valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-punti ta' riferiment u tal-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki, f'termini tal-ispejjeż u tal-benefiċċji, f'idejn l-organizzazzjonijiet infushom.

2.2.3.2.   Il-programm ambjentali

“Programm ambjentali” tfisser deskrizzjoni tal-miżuri, ir-responsabbiltajiet u l-mezzi meħuda jew previsti sabiex jinkisbu l-objettivi u l-miri ambjentali u l-iskadenzi għall-ksib tal-objettivi u l-miri ambjentali.

Il-programm ambjentali huwa għodda li tgħin lill-organizzazzjoni tippjana u timplimenta t-titjib minn jum għall-ieħor. Dan għandu jinżamm aġġornat, u għandu jkun iddettaljat biżżejjed biex jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-progress li jkun qed isir fl-ilħiq tal-miri. Il-programm għandu jispeċifika min huwa responsabbli biex jinkisbu l-objettivi u l-miri, kif ukoll id-dettalji tar-riżorsi u tal-iskadenzi previsti. Ir-riżorsi nfushom (pereżempju l-mezzi finanzjarji, tekniċi jew tal-persunal) ma jistgħux ikunu objettivi ambjentali.

Fil-prattika, il-programm ta' spiss jitfassal f'forma ta' tabella, li jkun fiha dan li ġej:

l-objettivi ambjentali, marbutin mal-aspetti diretti u indiretti;

il-miri speċifiċi biex jinkisbu l-objettivi; u

l-azzjonijiet, ir-responsabbiltajiet, il-mezzi u l-iskadenzi previsti għal kull mira:

deskrizzjoni tal-azzjoni jew tal-azzjonijiet;

il-persuna inkarigata mill-mira;

is-sitwazzjoni fil-bidu tal-implimentazzjoni;

il-mezzi meħtieġa biex jinkisbu l-miri;

il-frekwenza tal-monitoraġġ tal-progress li jkun qed isir biex tintlaħaq il-mira;

ir-riżultat finali li għandu jinkiseb, inkluża l-iskadenza;

iż-żamma ta' reġistri assoċjati mal-proċess deskritt hawn fuq.

Kemm l-aspetti diretti kif ukoll dawk indiretti għandhom jitqiesu fit-tfassil tal-programm. L-organizzazzjoni għandha tintrabat li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha b'mod kontinwu.

Meta l-organizzazzjonijiet ikunu qed jiddeċiedu liema azzjonijiet għandhom jimplimentaw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom, huma għandhom iqisu l-elementi rilevanti tad-dokumenti ta' referenza settorjali msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament dwar l-EMAS meta jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom it-tali dokumenti għas-settur tagħhom.

B'mod partikulari, huma għandhom iqisu l-aħjar prattiki ta' ġestjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment tal-eċċellenza rilevanti (li jagħtu indikazzjoni tal-livell tal-prestazzjoni ambjentali li dawk bl-aħjar prestazzjoni jkunu kisbu), sabiex jidentifikaw il-miżuri u l-azzjonijiet, u possibbilment biex jistabbilixxu l-prijoritajiet, bil-għan li (jkomplu) jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

Madankollu, mhuwiex obbligatorju li wieħed jimplimenta l-aħjar prattiki ta' ġestjoni ambjentali jew li jilħaq il-punti ta' riferiment tal-eċċellenza identifikati, minħabba li l-EMAS tħalli l-valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-punti ta' riferiment u tal-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki, f'termini tal-ispejjeż u tal-benefiċċji, f'idejn l-organizzazzjonijiet infushom.

2.2.4.    L-implimentazzjoni u t-tħaddim

2.2.4.1.   Ir-riżorsi, ir-rwoli, ir-responsabbiltà u l-awtorità

Biex l-EMAS tirnexxi, il-maniġment superjuri jrid ikun lest jipprovdi r-riżorsi u l-istrutturi organizzattivi meħtieġa biex is-sistema tingħata appoġġ. Dawn jinkludu r-riżorsi umani u l-ħiliet speċjalizzati tal-persunal, l-infrastruttura organizzattiva, it-teknoloġija, kif ukoll ir-riżorsi finanzjarji.

Ir-reviżjoni ambjentali se tkun eżaminat l-infrastruttura organizzattiva eżistenti u l-prattiki ta' ġestjoni u l-proċeduri ta' ġestjoni eżistenti. F'dan l-istadju, ikun wasal iż-żmien li l-istrutturi u l-proċeduri interni jiġu adattati jekk ikun meħtieġ.

Il-maniġment superjuri tal-organizzazzjoni jrid jaħtar rappreżentant tal-maniġment, jiġifieri persuna li fl-aħħar mill-aħħar tkun responsabbli għas-sistema ta' ġestjoni ambjentali. Ir-rwol tagħha għandu jkun li tiżgura li r-rekwiżiti kollha tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali jkunu implimentati, ikunu qed jaħdmu u jkunu aġġornati, kif ukoll li żżomm lit-tim tal-maniġment ġenerali infurmat dwar kif tkun qed taħdem is-sistema. Din il-persuna għandha tirrapporta dwar il-punti tajbin tas-sistema u l-punti dgħajfa tagħha, u dwar it-titjib meħtieġ.

Ir-rappreżentant għandu jkun ikkwalifikat u jkollu esperjenza fi kwistjonijiet ambjentali, fir-rekwiżiti ġuridiċi marbutin mal-ambjent u fl-aspetti ta' ġestjoni, ikollu ħiliet marbutin mal-gruppi ta' ħidma u jkun kapaċi jaħdem ta' mexxej u ta' koordinatur. L-organizzazzjoni trid tiżgura li jkollha dawn il-kompetenzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha fi ħdanha stess.

Il-kompetenza, it-taħriġ u l-għarfien

L-organizzazzjoni trid tiddefinixxi l-esperjenza u l-għarfien li l-persunal għandu jkollu biex ikollha ġestjoni ambjentali tajba.

Hija trid tfassal, timplimenta u żżomm proċedura sabiex tidentifika l-ħtiġijiet tat-taħriġ u tagħmel dak kollu li jkun hemm bżonn sabiex tiżgura li l-persunal involut fis-sistema ta' ġestjoni ambjentali jkollu għarfien xieraq tal-affarijiet li ġejjin:

il-politika ambjentali tal-organizzazzjoni;

ir-rekwiżiti ġuridiċi u rekwiżiti oħrajn marbutin mal-qasam tal-ambjent li japplikaw għall-organizzazzjoni;

l-objettivi u l-miri stabbiliti għall-organizzazzjoni inġenerali u għall-oqsma ta' ħidma speċifiċi tiegħu;

l-aspetti u l-impatti ambjentali u l-metodoloġija biex dawn jiġu mmonitorjati;

ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tiegħu fis-sistema ta' ġestjoni ambjentali.

Kull min jaħdem għall-organizzazzjoni jew f'isimha għandu jkun konxju mir-rwol tiegħu fl-EMAS u mill-benefiċċji ambjentali tas-sistema. Kull wieħed minnhom għandu jingħata taħriġ dwar l-għarfien ambjentali u dwar is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni, jew għall-inqas ikollu aċċess għal taħriġ bħal dan.

Figura 5

Dijagramma f'sekwenzi dwar it-taħriġ fil-kuntest tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali

Image

L-għarfien ambjentali jista' jinkiseb permezz tat-taħriġ jew permezz ta' attivitajiet oħrajn, bħall-kampanji ta' komunikazzjoni, l-istħarriġ, eċċ.

L-impjegati involuti b'mod attiv fis-sistema jixprunaw titjib kontinwu u b'suċċess u jgħinu biex l-EMAS trabbi l-għeruq fl-organizzazzjoni. Dawn jistgħu jkunu involuti fiha, pereżempju, billi jieħdu sehem f'kumitat ambjentali jew fi gruppi ta' ħidma, jew billi jieħdu sehem f'sistemi ta' suġġerimenti, fi programmi ta' inċentivi u f'attivitajiet oħrajn.

Għandu jkun hemm rwoli għall-impjegati f'livelli differenti fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tas-sistema. Dawn jistgħu jkunu involuti, pereżempju, fl-affarijiet li ġejjin:

fl-identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali;

fit-tfassil u fir-reviżjoni tal-proċeduri u/jew tal-istruzzjonijiet;

fil-proposta ta' objettivi u miri ambjentali;

fil-parteċipazzjoni fi proċess ta' verifika interna;

fit-tfassil tad-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS.

Il-maniġment irid joffri feedback lill-impjegati b'mod kostanti u jitlobhom jgħaddulu l-feedback tagħhom.

2.2.4.2.   Il-komunikazzjoni

Komunikazzjoni interna u esterna bidirezzjonali tajba hija essenzjali biex wieħed jimplimenta b'suċċess sistema ta' ġestjoni ambjentali rreġistrata fl-EMAS. L-organizzazzjoni trid tirrikonoxxi l-ħtieġa li tikkomunika mal-partijiet interessati dwar il-kwistjonijiet ambjentali u tirrikonoxxi l-valur ta' dan l-aġir. Hija obbligata tippubblika d-dikjarazzjoni ambjentali u trid tidentifika x'se jiġi kkomunikat u lil min. Hija trid timmonitorja r-riżultati tal-komunikazzjoni tagħha u tistabbilixxi jekk din kinitx effettiva jew le.

Il-komunikazzjoni interna għandha tkun bidirezzjonali (jiġifieri minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq). Dan jista' jsir billi jintużaw l-intranet, il-fuljetti, il-pubblikazzjonijiet interni, il-bullettini, il-kaxex għas-suġġerimenti, il-laqgħat, it-tabelli tal-informazzjoni, eċċ.

Eżempji tal-komunikazzjoni esterna huma d-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS, l-Internet, il-ġranet ta' azzjoni, l-istqarrijiet għall-istampa, il-fuljetti u l-użu tal-logo tal-EMAS jekk dan ikun possibbli u jkun permess (19).

2.2.4.3.   Id-dokumentazzjoni u l-kontroll tad-dokumenti

Għandu jkun hemm dokumentazzjoni dwar is-sistema ta' ġestjoni ambjentali li tkun tkopri dan li ġej:

il-politika ambjentali;

l-objettivi u l-miri ambjentali;

id-deskrizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali;

id-deskrizzjoni tal-elementi ewlenin tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali;

ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet;

il-proċedura għall-ġestjoni tal-kontroll operattiv;

il-proċeduri operattivi;

l-istruzzjonijiet ta' ħidma.

Id-dokumentazzjoni għandha tkun ċara u qasira sabiex ma jkunx hemm konfużjoni jew nuqqas ta' ftehim.

Id-dokumenti tal-EMAS jistgħu jkunu integrati f'sistemi ta' ġestjoni oħrajn (tal-kwalità, tal-enerġija, tas-saħħa u tas-sigurtà, eċċ.) jew bil-kontra, sabiex ikunu mtejba kemm jista' jkun, sabiex jiġi evitat ix-xogħol doppju u sabiex titnaqqas il-burokrazija.

L-SMEs għandhom jippruvaw joffru lill-persunal tagħhom dokumentazzjoni ċara, sempliċi u li tkun tista' tintuża faċilment.

Il-manwal tal-ġestjoni ambjentali

Dan ikopri l-politika ambjentali, il-protokolli ambjentali u l-attivitajiet f'dan il-qasam. Huwa għandu jkun integrat fil-pjan ta' ġestjoni annwali tal-organizzazzjoni. Il-manwal m'għandux għalfejn ikun twil u kkumplikat. Huwa għandu jgħin lill-persunal jifhem kif l-organizzazzjoni stabbiliet u strutturat is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha, kif il-partijiet differenti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali huma relatati ma' xulxin u x'inhuma r-rwoli ta' individwi partikulari fl-iskema. Dan il-manwal mhuwiex obbligatorju, iżda l-biċċa l-kbira mill-organizzazzjonijiet jagħżlu li jkollhom wieħed.

Il-proċeduri

Id-dokumenti dwar il-proċeduri jiddeskrivu KIF u META għandhom jitwettqu ċerti azzjonijiet speċifiċi u MIN għandu jwettaqhom.

Eżempji huma l-proċeduri għall-affarijiet li ġejjin:

għall-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni tal-aspetti sinifikanti;

għall-ġestjoni tal-konformità legali;

għall-ġestjoni tal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati;

għall-ġestjoni tal-monitoraġġ u tal-kejl;

għall-ġestjoni tat-tħejjija għall-emerġenzi;

għall-ġestjoni tal-każijiet ta' nuqqas ta' konformità u tal-azzjonijiet korrettivi u ta' prevenzjoni;

għall-identifikazzjoni u l-ġestjoni tal-kompetenza, tat-taħriġ u tal-għarfien;

għall-ġestjoni tal-komunikazzjoni;

għall-ġestjoni tad-dokumenti;

għall-ġestjoni tar-reġistri;

għall-ġestjoni tal-verifiki interni.

L-istruzzjonijiet ta' ħidma

L-istruzzjonijiet ta' ħidma jridu jkunu ċari u jinftehmu faċilment. Huma għandhom jispjegaw ir-rilevanza tal-attività, ir-riskju ambjentali assoċjat magħha, it-taħriġ speċifiku għall-persunal li huwa responsabbli biex iwettaqha, u kif din għandha tkun issorveljata. Jista' jkun utli li wieħed jispjega l-istruzzjonijiet permezz ta' stampi, pittogrammi jew modi oħrajn li jiżguraw li l-impjegati kollha jkunu jistgħu jifhmuhom faċilment.

Il-ġestjoni tad-dokumenti

L-organizzazzjoni trid tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura għall-ġestjoni tad-dokumenti li jkunu ġew abbozzati għas-sistema ta' ġestjoni ambjentali. Hija għandha tagħti każ b'mod partikulari tar-reġistri (ara l-punt 2.2.5.4).

Għal dan, se jkun hemm bżonn ta' proċedura biex isiru l-affarijiet li ġejjin:

Figura 6

Il-proċess għall-ġestjoni tad-dokumenti f'sistema ta' ġestjoni ambjentali

Image

Is-sistema għandha tiżgura li l-verżjonijiet differenti tad-dokumenti jibqgħu disponibbli, u li d-dokumenti jibqgħu leġġibbli u faċilment identifikabbli.

Jistgħu jkunu inklużi dokumenti minn sorsi esterni, minħabba li dawn ta' spiss ikunu essenzjali biex ikun żgurat li s-sistema ta' ġestjoni ambjentali taħdem tajjeb. It-tali dokumenti jistgħu jinkludu informazzjoni mingħand l-awtoritajiet lokali u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, manwali tat-tagħmir għall-utenti, skedi tas-saħħa u tas-sigurtà, eċċ.

2.2.4.4.   Il-kontroll operattiv

Il-kontroll operattiv jinvolvi l-identifikazzjoni u l-ippjanar tal-attivitajiet li huma assoċjati mal-aspetti ambjentali sinifikanti b'mod konsistenti mal-politika, mal-objettivi u mal-miri (ara l-Figura 7). Dan jista' jkopri wkoll attivitajiet bħall-manutenzjoni tat-tagħmir, il-ftuħ u l-għeluq, il-ġestjoni tal-kuntratturi li jkunu fuq il-post, u s-servizzi pprovduti mill-fornituri jew mill-bejjiegħa. Jeħtieġ li jkun hemm proċeduri biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati, biex jiġu stabbiliti l-miri u biex titkejjel il-prestazzjoni ambjentali (preferibbilment permezz ta' indikaturi ambjentali ċari). Il-proċeduri jridu jiddefinixxu l-kundizzjonijiet normali. Iridu jiddefinixxu u jiddeskrivu wkoll il-kundizzjonijiet anormali u s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza. Il-proċeduri ta' kontroll operattiv għandhom ikunu ddokumentati tajjeb u għandhom isirulhom verifiki interni.

Figura 7

Il-kontroll operattiv

Image

2.2.4.5.   It-tħejjija għall-emerġenzi u r-rispons f'każ ta' emerġenza

L-organizzazzjoni trid tfassal, timplimenta u żżomm proċeduri sabiex tidentifika s-sitwazzjonijiet potenzjali ta' emerġenza u l-inċidenti potenzjali sabiex:

tevita r-riskju ta' inċident;

tiddeskrivi kif l-organizzazzjoni għandha tirreaġixxi fil-każ ta' inċident;

tipprevjeni jew ittaffi l-impatti ambjentali ħżiena assoċjati magħhom.

Il-pjan ta' emerġenza huwa essenzjali għall-industrija u għall-organizzazzjonijiet involuti f'attivitajiet potenzjalment riskjużi.

L-organizzazzjoni trid tirrevedi b'mod regolari l-istat ta' tħejjija tagħha għall-emerġenzi (inkluż it-taħriġ xieraq) u l-proċeduri ta' rispons tagħha f'dawn il-każijiet. Hija għandha tirrevedihom jekk ikun hemm bżonn, b'mod partikulari wara li jkun hemm xi emerġenza jew wara li jseħħ xi inċident. Barra minn hekk, il-proċeduri għandhom jiġu ttestjati b'mod regolari.

Figura 8

Il-pjanijiet ta' emerġenza

Image

2.2.5.    L-iċċekkjar

2.2.5.1.   Il-monitoraġġ u l-kejl

L-organizzazzjoni trid tfassal, timplimenta u żżomm proċedura għall-monitoraġġ u l-kejl ta' parametri sinifikanti bħall-emissjonijiet fl-arja, l-iskart, l-ilma u l-istorbju b'mod regolari sabiex tikseb valur miżjud mis-sejbiet. Hija obbligata tirrapporta dwar l-indikaturi ċentrali tal-prestazzjoni (ara l-punt 2.3.2).

Iridu jitqiesu r-rekwiżiti ġuridiċi dwar il-monitoraġġ, u l-kriterji għall-monitoraġġ, bħall-frekwenza tal-ispezzjonijiet u l-metodoloġija, iridu jikkonformaw magħhom. Huwa utli li jkun hemm informazzjoni dwar dawn il-kriterji sabiex ikunu żgurati l-affarijiet li ġejjin:

il-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi u mar-regolamenti;

evalwazzjoni preċiża tal-prestazzjoni ambjentali;

dikjarazzjoni sħiħa u trasparenti tal-EMAS.

Jistgħu jitkejlu u jiġu mmonitorjati fatturi oħrajn ukoll skont il-ħtiġijiet tal-organizzazzjoni, bħal dawn li ġejjin:

l-aspetti ambjentali sinifikanti;

il-politika u l-objettivi ambjentali;

il-livell ta' għarfien fost l-impjegati, eċċ.

It-tagħmir tal-kejl għandu jkun ikkalibrat b'mod regolari sabiex ikun konformi mal-leġiżlazzjoni u sabiex ikunu jistgħu jinkisbu riżultati preċiżi bih.

2.2.5.2.   L-evalwazzjoni tal-konformità legali

Il-konformità legali hija rekwiżit ewlieni tar-Regolament dwar l-EMAS u organizzazzjoni ma tistax tirreġistra mingħajrha, u għalhekk hija jrid ikollha proċedura sabiex tirrevedi u tivvaluta din il-konformità b'mod regolari.

L-aħjar mod biex isir dan huwa billi titfassal lista tal-leġiżlazzjoni rilevanti kollha u tar-rekwiżiti speċifiċi, u mbagħad din titqabbel maċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-organizzazzjoni (ara t-Tabella 6). Jista' jkun li l-organizzazzjonijiet li jkunu iktar imdaqqsin u li jkunu iktar kumplessi jkollhom jużaw bażijiet tad-dejta jew ifittxu għajnuna esterna biex jagħmlu dan.

Jekk il-verifikatur isib każijiet ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali u kuntrattwali li ma jkunux tranġaw, la jkun jista' jivvalida d-dikjarazzjoni ambjentali u lanqas ma jkun jista' jiffirma d-dikjarazzjoni finali (l-Anness VII).

Tabella 6

Eżempju ta' evalwazzjoni sempliċi tal-konformità legali

Il-leġiżlazzjoni ambjentali applikabbli

Ir-rekwiżit speċifiku

L-istatus tal-organizzazzjoni

Ir-riżultat

Il-liġijiet dwar l-iskart

Il-permess għall-produzzjoni tal-iskart

L-immaniġġjar tal-iskart

Permess skadut

Hemm kontroll tal-immaniġjar tal-iskart

Il-kisba ta' permess aġġornat

Il-liġijiet dwar l-emissjonijiet fl-arja

Il-limiti tal-emissjonijiet (tan-NOx, tas-SOx, tal-partikuli, eċċ.)

Il-permess għall-bojlers

L-emissjonijiet ma jaqbżux il-limiti

Permess aġġornat

Riżultat tajjeb

Il-liġijiet dwar l-istorbju

Il-limitu tal-istorbju fiż-żona

L-istorbju ma jaqbiżx il-livell permess

Riżultat tajjeb

Il-liġijiet dwar it-trattament tal-ilma

Trattament speċifiku (l-eliminazzjoni tal-P u tal-N)

Il-limiti tal-effluwenti

Il-permess għall-emissjoni fil-kanali tal-ilma

Għadu mhux stabbilit

L-effluwenti mhumiex konformi għalkollox mal-limiti

Permess mhux aġġornat

Tranġar tas-sitwazzjoni

Il-liġijiet dwar il-gassijiet b'effett ta' serra

Il-limiti għall-gassijiet b'effett ta' serra allokati

Il-gassijiet b'effett ta' serra ma jaqbżux il-limiti

Riżultat tajjeb. Jistgħu jinbiegħu xi kwoti tal-emissjonijiet

2.2.5.3.   In-nuqqas ta' konformità u l-azzjonijiet korrettivi u ta' prevenzjoni

L-organizzazzjoni trid tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura biex tittratta l-każijiet potenzjali u reali ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-EMAS.

Il-proċedura trid tinkludi l-modi biex:

jiġu identifikati dawn il-każijiet u titranġa s-sitwazzjoni;

jiġu eżaminati l-kawża u l-effetti tal-każijiet;

tiġi evalwata l-ħtieġa għal azzjoni biex il-każ ma jerġax iseħħ;

jiġu rreġistrati r-riżultati tal-azzjonijiet korrettivi li jkunu ttieħdu;

tiġi evalwata l-ħtieġa għal miżuri sabiex jiġu evitati l-każijiet ta' nuqqas ta' konformità;

jiġu implimentati azzjonijiet xierqa ta' prevenzjoni sabiex jiġu evitati każijiet bħal dawn; u

tiġi riveduta l-effettività tal-azzjonijiet korrettivi u ta' prevenzjoni.

Nuqqas ta' konformità tfisser kull tip ta' nuqqas ta' ssodisfar tar-rekwiżiti bażiċi speċifikati fil-proċeduri u fl-istruzzjonijiet tekniċi.

Il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità jistgħu jseħħu minħabba żbalji mill-bnedmin jew minħabba żbalji fl-implimentazzjoni. Il-bidliet biex titranġa s-sitwazzjoni u biex jiġi evitat li din terġa' sseħħ iridu jsiru mill-aktar fis possibbli.

Il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità jistgħu jiġu identifikati permezz tal-affarijiet li ġejjin:

il-kontroll operattiv;

il-verifika interna/esterna; jew

l-eżami mill-maniġment; jew

fil-kuntest tal-attivitajiet ta' kuljum.

L-azzjonijiet korrettivi u ta' prevenzjoni

Ir-rappreżentant tal-maniġment tal-EMAS għandu jiġi infurmat dwar il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità sabiex ikun jista' jiddeċiedi jekk għandhomx jittieħdu azzjonijiet korrettivi dwar dan, jekk dan ikun xieraq, jew le.

Fejn ikunu ġew identifikati każijiet ta' nuqqas potenzjali ta' konformità, ir-rappreżentant tal-maniġment tal-EMAS għandu jiġi infurmat sabiex ikun jista' jiddeċiedi jekk għandhomx jittieħdu azzjonijiet ta' prevenzjoni dwar dan, jekk dan ikun xieraq, jew le.

Kemm l-azzjonijiet korrettivi kif ukoll dawk ta' prevenzjoni għandhom jiġu rreġistrati. Minħabba f'hekk, jista' jkun hemm bżonn li tinbidel id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta' ġestjoni ambjentali.

2.2.5.4.   Il-kontroll tar-reġistri

L-organizzazzjoni trid tistabbilixxi sistema biex iżżomm reġistri li bihom turi li hija tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha.

L-organizzazzjoni trid tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura għall-ġestjoni tar-reġistri tagħha. Din għandha tkopri kwistjonijiet bħall-identifikazzjoni, il-ħażna, il-protezzjoni, l-irkupru, iż-żamma u r-rimi tar-reġistri.

Ir-reġistri għandhom ikunu identifikabbli, leġġibbli, aġġornati u traċċabbli, u għandhom jibqgħu hekk.

Xi eżempji ta' reġistri huma dawn li ġejjin:

il-konsum tal-elettriku, tal-ilma u tal-materja prima;

l-iskart iġġenerat (l-iskart perikoluż u dak mhux perikoluż);

l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra;

l-inċidenti, l-aċċidenti u l-ilmenti;

ir-rekwiżiti ġuridiċi;

ir-rapporti tal-verifiki u l-eżami mill-maniġment;

ir-rapporti tal-ispezzjonijiet;

l-aspetti ambjentali sinifikanti;

il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità u l-azzjonijiet korrettivi u ta' prevenzjoni;

il-komunikazzjoni u t-taħriġ;

is-suġġerimenti min-naħa tal-persunal; u

t-taħriġ u s-seminars.

2.2.6.    Il-verifika interna

Ir-Regolament dwar l-EMAS jittratta l-verifiki interni fid-dettall fl-Anness III tiegħu.

“Verifika ambjentali interna” tfisser evalwazzjoni sistematika, dokumentata, perjodika u oġġettiva tal-prestazzjoni ambjentali ta' organizzazzjoni, is-sistema u l-proċessi ta' ġestjoni mfasslin biex iħarsu l-ambjent.

L-organizzazzjoni trid tistabbilixxi proċedura ta' verifiki interni bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni tagħha. Din il-proċedura għandha tkopri r-responsabbiltajiet u r-rekwiżiti għall-ippjanar tal-verifiki u għat-twettiq tagħhom, ir-rappurtar tar-riżultati u ż-żamma tar-reġistri, l-istabbiliment tal-kriterji tal-verifika, il-kamp ta' applikazzjoni, il-frekwenza u l-metodi.

L-għan tal-verifika interna huwa:

li tistabbilixxi jekk is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tissodisfax ir-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-EMAS jew le;

li tistabbilixxi jekk din ġietx implimentata u nżammitx tajjeb jew le;

li tiżgura li l-maniġment tal-organizzazzjoni jkollu l-informazzjoni li jeħtieġ sabiex jirrevedi l-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni;

li tevalwa l-effettività tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali.

Il-verifika għandha ssir b'mod oġġettiv minn persuni indipendenti. L-awditur intern jista' jkun membru mħarreġ tal-persunal jew persuna esterna jew tim estern.

Ir-regoli ġenerali

Stabbilixxi programm ta' verifiki;

iddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika. Dan se jkun jiddependi fuq id-daqs tal-organizzazzjoni u t-tip tagħha. Il-kamp ta' applikazzjoni jrid jispeċifika s-suġġetti koperti, l-attivitajiet li għandhom jiġu vverifikati, il-kriterji ambjentali li għandhom jitqiesu u l-perjodu li l-verifika għandha tkopri;

speċifika r-riżorsi meħtieġa biex titwettaq il-verifika, pereżempju, persunal imħarreġ sewwa b'għarfien tajjeb tal-attività, l-aspetti tekniċi, l-aspetti ambjentali u r-rekwiżiti ġuridiċi;

kun żgur li l-attivitajiet kollha tal-organizzazzjoni jsiru skont proċeduri ddefiniti minn qabel; u

identifika l-problemi l-ġodda li jista' jkun hemm u stabbilixxi miżuri maħsubin biex jevitawhom.

L-istadji tal-verifiki interni

Figura 9

L-istadji tal-verifiki interni

Image

2.2.6.1.   Il-programm ta' verifiki u l-frekwenza tagħhom

Il-programm irid jinkludi:

l-għanijiet speċifiċi tal-verifika interna;

kif wieħed għandu jiċċekkja jekk is-sistema ta' ġestjoni ambjentali hijiex koerenti u tikkonformax mal-politika u mal-programm tal-organizzazzjoni u tissodisfax ir-rekwiżiti tal-EMAS jew le;

il-konformità mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli marbutin mal-qasam tal-ambjent.

L-organizzazzjoni trid twettaq il-verifiki interni kull sena biex ikollha ħarsa ġenerali tajba tal-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha. Iċ-ċiklu tal-verifika, li jkopri l-attivitajiet kollha tal-organizzazzjoni, irid jitlesta fi żmien tliet snin. L-organizzazzjonijiet iż-żgħar jistgħu jtawlu dan il-perjodu għal erba' snin.

Il-frekwenza tal-verifiki għal kull attività speċifika tvarja skont l-affarijiet li ġejjin:

in-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-attività kkonċernata;

is-sinifikat tal-impatti ambjentali assoċjati magħha;

l-importanza u l-urġenza tal-problemi li jkunu ġew innutati waqt il-verifiki preċedenti; u

l-problemi li kien hemm qabel b'rabta mal-qasam tal-ambjent.

B'mod ġenerali, l-attivitajiet kumplessi b'impatt ambjentali aktar sinifikanti jridu jsirulhom verifiki iktar ta' spiss.

Biex wieħed jikseb riżultati sodisfaċenti, il-persunal kollu involut f'verifika interna jrid ikollu idea ċara tal-objettivi ambjentali tal-eżerċizzju u tar-rwoli speċifiċi ta' kull min ikun qiegħed jieħu sehem fiha (id-diretturi, il-maniġers, l-impjegati, l-awdituri, eċċ.).

2.2.6.2.   L-attivitajiet ta' verifika interna

Huwa importanti li wieħed iħejji ruħu għall-verifika interna minn qabel. L-ewwel nett, wieħed għandu jidentifika lill-awditur jew lit-tim ta' awdituri. L-organizzazzjoni tista' tuża l-membri tal-persunal tagħha stess bħala awdituri, jew tqabbad lil awdituri barranin. Dawn iridu jkunu oġġettivi u imparzjali u jkollhom il-ħiliet u t-taħriġ ix-xierqa. L-awditur jew it-tim ta' awdituri għandu:

iħejji pjan tajjeb ta' verifiki, billi jiġbor informazzjoni dwar l-objettiv, il-kamp ta' applikazzjoni, il-post u d-data miftehma mal-organizzazzjoni;

jibgħat il-pjan ta' verifiki lill-organizzazzjoni biżżejjed bil-quddiem;

ifassal listi ta' kontroll;

iqassam il-kompiti fost il-membri tat-tim tal-awdituri.

Biex verifika tkun utli, it-tim tal-awdituri jrid jiċċekkja l-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali, jekk l-objettivi u l-miri jkunux intlaħqu jew le, u jekk is-sistema ta' ġestjoni hijiex effettiva u xierqa jew le.

Il-proċess ta' verifika jrid jinkludi l-passi li ġejjin:

il-fehim tas-sistema ta' ġestjoni;

l-evalwazzjoni tal-punti tajbin tas-sistema u tal-punti dgħajfa tagħha;

il-ġbir tal-evidenza rilevanti (pereżempju tad-dejta, tar-reġistri u tad-dokumenti);

l-evalwazzjoni tas-sejbiet tal-verifika;

it-tħejjija tal-konklużjonijiet tal-verifika; u

ir-rappurtar tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tal-verifika.

2.2.6.3.   Ir-rappurtar tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tal-verifika

L-għan tar-rapport tal-verifika huwa biex il-maniġment ikollu:

evidenza bil-miktub dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika;

informazzjoni dwar kemm intlaħqu l-objettivi jew le;

informazzjoni dwar jekk l-objettivi humiex konformi mal-politika ambjentali tal-organizzazzjoni jew le;

informazzjoni dwar l-affidabbiltà u l-effettività tas-sistema ta' ġestjoni;

proposti ta' azzjonijiet korrettivi jekk ikun hemm bżonn.

Ir-rapport għandu jintbagħat lir-rappreżentant tal-maniġment tal-EMAS li jiffinalizza l-azzjonijiet korrettivi jekk ikunu ġew identifikati xi każijiet ta' nuqqas ta' konformità (inklużi każijiet ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali u kuntrattwali, jekk ikun hemm).

2.2.7.    L-eżami mill-maniġment

Il-maniġment superjuri jrid jirrevedi s-sistema ta' ġestjoni b'mod regolari (tal-inqas darba fis-sena) biex jiżgura li din tkun adattata għall-għan tagħha u li din tkun effettiva. L-eżami mill-maniġment irid jiġi rreġistrat u jridu jinżammu r-reġistri marbutin miegħu.

Il-kontenut tal-eżami mill-maniġment

L-elementi li għandhom jiddaħħlu fih:

ir-riżultati tal-verifiki interni, inkluża l-evalwazzjoni tal-konformità legali;

il-komunikazzjoni esterna;

l-ilmenti;

safejn intlaħqu l-objettivi u l-miri;

l-istatus tal-azzjonijiet korrettivi u ta' dawk ta' prevenzjoni;

is-segwitu tal-eżamijiet preċedenti mill-maniġment;

il-bidliet fiċ-ċirkustanzi, pereżempju l-iżviluppi legali u l-bidliet ambjentali;

ir-rakkomandazzjonijiet għat-titjib.

Ir-riżultati jinkludu d-deċiżjonijiet u l-attivitajiet kollha u l-bidliet fil-politika ambjentali, fl-objettivi, fil-miri u f'aspetti oħrajn tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali.

2.3.   ID-DIKJARAZZJONI AMBJENTALI TAL-EMAS

“Dikjarazzjoni ambjentali” tfisser l-informazzjoni komprensiva għall-pubbliku u partijiet interessati oħrajn rigward: l-istruttura u l-attivitajiet ta' organizzazzjoni; il-politika ambjentali u s-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha; l-aspetti u l-impatti ambjentali tagħha; il-programm, l-objettivi u l-miri ambjentali tagħha; il-prestazzjoni ambjentali u l-konformità ma' obbligi ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent.

Id-dikjarazzjoni hija waħda mill-karatteristiċi uniċi tal-EMAS meta mqabbla ma' sistemi ta' ġestjoni ambjentali oħrajn.

Għall-pubbliku, din tafferma l-impenn tal-organizzazzjoni li tieħu azzjoni b'rabta mal-ambjent.

Għall-organizzazzjoni, din hija opportunità tajba biex tiddikjara x'qiegħda tagħmel biex ittejjeb l-ambjent.

L-EMAS tistabbilixxi ċerti rekwiżiti minimi għad-dikjarazzjoni, iżda l-organizzazzjoni tista' tiddeċiedi hi stess dwar id-dettall li trid tidħol fih fid-dikjarazzjoni, kif ukoll dwar l-istruttura u d-dehra ta' din id-dikjarazzjoni, sakemm il-kontenut ikun ċar, affidabbli, kredibbli u korrett. Hija l-organizzazzjoni li għandha tiddeċiedi jekk tixtieqx tinkludi d-dikjarazzjoni ambjentali tagħha fir-rapport annwali tagħha jew f'rapporti oħrajn, pereżempju f'dawk dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva, jew le.

2.3.1.    Il-kontenut minimu tad-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS

(1)   Deskrizzjoni ċara u mhux ambigwa tal-organizzazzjoni li tirreġistra fl-EMAS u sommarju tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha u r-relazzjoni tagħha ma' kull organizzazzjoni prinċipali kif xieraq.

Inkludi dijagrammi, mapep, dijagrammi f'sekwenzi, ritratti mill-ajru, eċċ. sabiex tispjega l-kontenut. Uża wkoll il-kodiċijiet tan-NACE għad-deskrizzjoni tal-attivitajiet.

(2)   Il-politika ambjentali u deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni.

Huwa importanti li wieħed jiddeskrivi sewwa s-sistema sabiex ikun hemm informazzjoni ċara dwar l-istruttura ta' ħidma. Wieħed irid jinkludi wkoll il-politika ambjentali.

(3)   Deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali sinifikattivi kollha diretti u indiretti li jirriżultaw f'impatti ambjentali sinifikattivi tal-organizzazzjoni u spjegazzjoni tan-natura tal-impatti kif relatati ma' dawn l-aspetti (l-Anness I.2 tar-Regolament dwar l-EMAS).

L-aspetti ambjentali diretti u indiretti għandhom jingħataw b'mod separat. Għandhom jingħataw l-impatti tat-tnejn li huma permezz ta' tabelli jew ta' dijagrammi f'sekwenzi.

(4)   Deskrizzjoni tal-objettivi u l-miri ambjentali fir-rigward tal-aspetti u l-impatti ambjentali sinifikattivi.

Uża listi ta' miri u ta' objettivi, kif ukoll indikaturi sabiex tivvaluta l-progress li jkun qed isir fit-titjib tal-prestazzjoni. Inkludi l-programm ambjentali u rreferi għall-miżuri speċifiċi li ttieħdu biex tittejjeb il-prestazzjoni jew li huma previsti li jittieħdu għal dan il-għan.

(5)   Sommarju tad-dejta disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni f'taqbil mal-objettivi u l-miri ambjentali tagħha fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi. Għandu jsir rappurtar dwar l-indikaturi ċentrali u l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali eżistenti rilevanti oħra kif imniżżlin fit-Taqsima C tal-Anness IV tar-Regolament dwar l-EMAS.

L-indikaturi ċentrali jiffukaw fuq sitt oqsma ewlenin, li huma l-enerġija, il-materjali, l-ilma, l-iskart, il-bijodiversità (permezz tal-użu tal-art) u l-emissjonijiet (ara l-punt 2.3.2.2).

L-organizzazzjoni għandha tirrapporta dwar il-prestazzjoni tagħha wkoll skont indikaturi oħrajn aktar speċifiċi marbutin mal-aspetti ambjentali sinifikanti msemmija fir-reviżjoni ambjentali (ara l-punt 2.3.2.3). F'każ li l-organizzazzjonijiet ma jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-ebda dejta kwantitattiva biex ikunu jistgħu jirrappurtaw dwar l-aspetti ambjentali diretti u indiretti sinifikanti, huma għandhom jużaw indikaturi kwalitattivi biex jirrappurtaw dwar il-prestazzjoni tagħhom.

L-organizzazzjonijiet għandhom iqisu l-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur tagħhom mogħtija fid-dokumenti ta' referenza settorjali msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament dwar l-EMAS meta jkunu qed jagħżlu l-indikaturi li se jużaw għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni ambjentali tagħhom, meta jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom it-tali dokumenti għas-settur speċifiku tagħhom (20).

(6)   Fatturi oħra li jirrigwardaw il-prestazzjoni ambjentali inkluża l-prestazzjoni f'taqbil mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi tagħhom.

Uża tabelli u/jew graffs li jqabblu l-limiti legali ta' referenza mal-limiti mkejla u/jew ikkalkulati mill-organizzazzjoni.

Wieħed mhux dejjem ikun jista' jkejjel il-prestazzjoni ambjentali permezz tad-dejta. Huma rilevanti wkoll il-fatturi kwalitattivi, li jistgħu jinkludu l-bidliet fl-imġiba, it-titjib fil-proċessi u miżuri oħrajn li jkunu ttieħdu biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali.

Huma u jirrappurtaw dwar dawn il-fatturi l-oħrajn, l-organizzazzjonijiet għandhom iqisu d-dokumenti rilevanti ta' referenza settorjali msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament dwar l-EMAS. Għalhekk, fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħhom, huma għandhom isemmu kif ikunu użaw l-aħjar prattiki ta' ġestjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment tal-eċċellenza rilevanti, jekk ikun hemm, biex jidentifikaw il-miżuri u l-azzjonijiet, u possibbilment biex jistabbilixxu l-prijoritajiet, bil-għan li (jkomplu) jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom.

L-organizzazzjoni għandha tivvaluta r-rilevanza u l-applikabbiltà tal-aħjar prattiki ta' ġestjoni ambjentali u tal-punti ta' riferiment tal-eċċellenza skont l-aspetti ambjentali sinifikanti li hija tkun identifikat waqt ir-reviżjoni ambjentali tagħha, kif ukoll skont l-aspetti tekniċi u finanzjarji.

Fid-dikjarazzjoni ambjentali ma għandhomx jissemmew jew jiġu deskritti l-elementi tad-dokumenti ta' referenza settorjali (l-indikaturi, l-aħjar prattiki ta' ġestjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment tal-eċċellenza) li ma jitqisux li huma rilevanti għall-aspetti ambjentali sinifikanti li l-organizzazzjoni tkun identifikat waqt ir-reviżjoni ambjentali tagħha.

(7)   Referenza għar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent.

L-EMAS teżiġi li jkun hemm konformità legali. Id-dikjarazzjoni ambjentali hija opportunità biex l-organizzazzjoni tispjega kif hija jirnexxilha tikseb din il-konformità.

Għalkemm l-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom lista interna tar-rekwiżiti ġuridiċi rilevanti kollha, m'hemmx bżonn jinkluduhom kollha fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħhom. Huwa biżżejjed li tingħata deskrizzjoni ġenerali tagħhom f'dan il-kuntest.

(8)   L-isem u n-numru tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tal-verifikatur ambjentali u d-data tal-validazzjoni.

Jekk l-organizzazzjoni tippubblika d-dikjarazzjoni ambjentali tagħha bħala parti minn rapport ieħor, hija għandha tidentifika d-dikjarazzjoni bħala tali u tindika li l-verifikatur ambjentali vvalidaha. Għalkemm mhuwiex obbligatorju li d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(9) tinhemeż mad-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS, hija meqjusa l-aħjar prattika li wieħed jagħmel dan.

2.3.2.    L-indikaturi ċentrali u indikaturi rilevanti eżistenti oħrajn tal-prestazzjoni ambjentali

2.3.2.1.   L-indikaturi ċentrali

L-organizzazzjonijiet għandhom jirrappurtaw dwar l-indikaturi ċentrali tal-prestazzjoni ambjentali (li huma magħrufin ukoll bħala l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni) li huma rilevanti għall-aspetti ambjentali diretti tal-organizzazzjoni. Huma għandhom jirrappurtaw ukoll dwar indikaturi oħrajn tal-prestazzjoni li huma rilevanti għal aspetti ambjentali aktar speċifiċi. Huma għandhom iqisu d-dokumenti ta' referenza settorjali meta dawn ikunu disponibbli.

L-indikaturi ċentrali japplikaw għall-organizzazzjonijiet kollha, ikunu ta' liema tip ikunu. Dawn l-indikaturi jkejlu l-prestazzjoni fl-oqsma ewlenin li ġejjin:

fil-qasam tal-enerġija;

fil-qasam tal-materjali;

fil-qasam tal-ilma;

fil-qasam tal-iskart;

fil-qasam tal-użu tal-art f'dak li għandu x'jaqsam mal-bijodiversità;

fil-qasam tal-emissjonijiet.

Kull indikatur ċentrali huwa magħmul minn ċifra A (li tirrappreżenta d-dħul), minn ċifra B (li tirrappreżenta l-ħruġ) u minn ċifra R li tirrappreżenta l-proporzjon A/B.

(i)   Iċ-ċifra A (li tirrappreżenta d-dħul)

Id-dħul (jiġifieri ċ-ċifra A) jiġi rrappurtat kif ġej:

għall-qasam tal-enerġija:

(a)

il-konsum totali annwali tal-enerġija, mogħti f'MWh jew f'GJ;

(b)

il-perċentwali tal-valur tal-punt (a) minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli prodott mill-organizzazzjoni.

L-indikatur imsemmi fil-punt (b) jinkludi l-perċentwali tal-konsum annwali tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli li tkun ipproduċiet fir-realtà l-organizzazzjoni. L-enerġija li din tkun xtrat mingħand fornitur tal-enerġija mhijiex inkluża f'dan l-indikatur, u tista' titqies bħala parti mill-miżuri tal-“akkwist ekoloġiku”;

għall-qasam tal-materjali:

il-fluss annwali tal-massa tal-materjali differenti użati, mogħti f'tunnellati, minbarra l-mezzi tat-trasport tal-enerġija u l-ilma.

Il-fluss annwali tal-massa tal-materjali differenti jista' jinqasam skont l-użu tagħhom. Dawn il-materjali jistgħu jinkludu, pereżempju, materja prima bħall-metall, l-injam jew is-sustanzi kimiċi, jew prodotti intermedji, skont l-attivitajiet tal-organizzazzjoni;

għall-qasam tal-ilma:

il-konsum totali annwali tal-ilma, mogħti f'm3.

Dan l-indikatur jeżiġi li jiġi rrappurtat l-ammont totali tal-ilma li l-organizzazzjoni tuża fis-sena.

Huwa utli li wieħed jiċċara t-tipi differenti ta' konsum tal-ilma u li wieħed jagħti l-konsum tal-ilma skont is-sors tiegħu, pereżempju l-ilma tal-wiċċ jew l-ilma ta' taħt l-art.

Informazzjoni utli oħra tista' tinkludi l-ammont ta' ilma mormi, l-ammont ta' ilma mormi ttrattat u użat mill-ġdid u l-ammont ta' ilma tax-xita u ta' ilma griż irriċiklat;

għall-qasam tal-iskart:

Din iċ-ċifra tkopri l-ġenerazzjoni annwali totali tal-affarijiet li ġejjin:

l-iskart (ikklassifikat skont it-tip tiegħu), mogħti f'tunnellati; u

l-iskart perikoluż, mogħti f'tunnellati jew f'kilogrammi.

Skont ir-Regolament dwar l-EMAS, wieħed huwa obbligat jirrapporta dwar l-iskart u dwar l-iskart perikoluż. Hija prattika tajba li wieħed jikklassifika l-iskart skont it-tip tiegħu fil-każ taż-żewġ flussi. Ir-riżultati tar-reviżjoni ambjentali, inklużi l-obbligi legali rilevanti tar-rappurtar dwar l-iskart, għandhom jittieħdu bħala l-bażi għal dan. Jista' jsir rappurtar iktar fid-dettall skont is-sistema nazzjonali ta' klassifikazzjoni tal-iskart li timplimenta l-lista Ewropea tal-iskart.

Ir-rappurtar ta' listi twal ta' tipi ta' skart differenti jista' jkun kontroproduttiv u joħloq konfużjoni għall-finijiet tal-komunikazzjoni, għalhekk wieħed jista' jiġbor l-informazzjoni flimkien fi gruppi skont il-lista Ewropea minflok. F'dak il-każ l-iskart ikun jista' jiġi rreġistrat skont il-piż jew il-volum tiegħu, imqassam f'tipi differenti, bħall-metall, il-plastik, il-karta, il-ħama, l-irmied, eċċ. Jista' jkun utli wkoll li wieħed iżid informazzjoni dwar l-ammont ta' skart li jkun ġie rkuprat, li jkun ġie rriċiklat, li jkun intuża għall-produzzjoni tal-enerġija jew li jkun intrema fil-miżbliet;

għall-qasam tal-użu tal-art f'dak li għandu x'jaqsam mal-bijodiversità:

l-użu tal-art, mogħti f'm2 ta' abitat.

Il-bijodiversità hija kwistjoni kumplessa u relattivament ġdida fost l-indikaturi ċentrali. Xi wħud mill-fatturi li jikkawżaw it-telf tal-bijodiversità (bħat-tibdil fil-klima u l-emissjonijiet jew it-tniġġis) diġà huma koperti mill-aspetti ambjentali u mill-indikaturi relatati magħhom mogħtija fir-Regolament dwar l-EMAS li jkopru l-konsum tal-enerġija u tal-ilma, l-emissjonijiet, l-iskart, eċċ.

Mhux l-indikaturi kollha tal-bijodiversità huma rilevanti għas-setturi u għall-organizzazzjonijiet kollha, u mhux kollha jistgħu jiġu implimentati b'mod dirett meta wieħed jibda jimmaniġġja dawn l-aspetti. Ir-reviżjoni ambjentali għandha tindika biċ-ċar il-fatturi rilevanti. L-organizzazzjoni għandha tqis mhux biss l-impatti lokali, iżda wkoll l-impatti diretti u indiretti fuq il-bijodiversità b'mod aktar wiesa', pereżempju l-estrazzjoni tal-materja prima, il-katina tal-akkwist jew tal-provvista, il-produzzjoni u l-prodott, it-trasport u l-loġistika, il-kummerċjalizzazzjoni u l-komunikazzjoni. M'hemmx indikatur wieħed partikulari li huwa rilevanti għall-organizzazzjonijiet kollha.

L-indikatur tal-bijodiversità dwar l-użu tal-art, previst fl-Anness IV tar-Regolament dwar l-EMAS, jista' jitqies bħala denominatur komuni. Dan ikopri biss il-bini tal-organizzazzjoni f'termini tal-abitat. Madankollu, huwa rrakkomandat ħafna li, fl-indikatur tal-użu tal-art, jiġu inklużi ż-żoni magħluqin ukoll;

għall-qasam tal-emissjonijiet:

(a)

l-emissjonijiet totali annwali tal-gassijiet b'effett ta' serra (is-CO2, is-CH4, in-N2O, l-HFC, il-PFC u s-SF6), mogħtija f'tunnellati ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (is-CO2);

(b)

l-emissjonijiet totali annwali fl-arja (inklużi tal-inqas dawk tas-SO2, tan-NOx u tal-PM), mogħtija f'kilogrammi jew f'tunnellati.

Nota: Minħabba li dawn is-sustanzi għandhom impatti differenti, m'għandhomx jingħaddu flimkien.

Irid jiġi ċċarat l-approċċ użat biex jiġu kkwantifikati l-emissjonijiet, b'mod speċjali dawk tal-gassijiet b'effett ta' serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja (21). L-organizzazzjonijiet iridu jibdew billi jqisu r-rekwiżiti ġuridiċi eżistenti. Dan jgħodd biċ-ċar, pereżempju, għall-organizzazzjonijiet li l-installazzjonijiet tagħhom jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema tal-UE għan-negozjar tal-emissjonijiet jew f'dak tar-Regolament dwar ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti. F'każijiet oħrajn, jistgħu jintużaw metodoloġiji komuni nazzjonali jew reġjonali jew metodoloġiji Ewropej irrikonoxxuti globalment meta dawn ikunu disponibbli.

Għalkemm ir-rappurtar dwar l-indikaturi ċentrali huwa obbligatorju biss fil-każ tal-aspetti diretti, l-organizzazzjoni trid tqis l-aspetti ambjentali sinifikanti kollha, kemm dawk diretti kif ukoll dawk indiretti. Allura l-aħjar huwa li wieħed jirrapporta wkoll dwar l-emissjonijiet indiretti tal-gassijiet b'effett ta' serra li huma sinifikanti, preferibbilment b'mod separat minn dawk diretti.

(ii)   Iċ-ċifra B (li tirrappreżenta l-ħruġ)

Il-ħruġ annwali ġenerali (jiġifieri ċ-ċifra B) huwa l-istess għall-oqsma kollha, iżda jiġi adattat għat-tipi ta' organizzazzjonijiet differenti:

(a)

fil-każ ta' organizzazzjonijiet tas-settur tal-produzzjoni (organizzazzjonijiet tal-industrija): agħti l-valur miżjud gross totali, mogħti f'miljuni ta' euro jew il-produzzjoni fiżika annwali totali, mogħtija f'tunnellati. L-organizzazzjonijiet iż-żgħar jistgħu jagħtu l-fatturat totali annwali jew l-għadd ta' impjegati tagħhom;

(b)

fil-każ ta' organizzazzjonijiet li mhumiex fis-settur tal-produzzjoni (organizzazzjonijiet tal-oqsma tas-servizzi jew tal-amministrazzjoni): agħti l-għadd ta' impjegati.

2.3.2.2.   L-indikaturi ċentrali u l-elementi ta' flessibbiltà marbutin magħhom -- ir-raġunament

Huwa importanti li wieħed jifhem ir-raġunament wara l-istabbiliment tal-indikaturi u tal-elementi ta' flessibbiltà previsti fir-Regolament dwar l-EMAS (fl-Anness IV tiegħu).

Skont il-punt (1) tat-Taqsima C tal-Anness IV, l-indikaturi għandhom:

(a)

jagħtu stima preċiża tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni;

(b)

ikunu jistgħu jinftehmu u ma jkunux ambigwi;

(c)

jippermettu li jsir paragun kull sena biex jiġi vvalutat l-iżvilupp tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni;

(d)

jippermettu li jsir paragun mal-punti ta' riferiment settorjali, nazzjonali jew reġjonali kif xieraq;

(e)

jippermettu li jsir paragun mar-rekwiżiti regolatorji kif xieraq.

Dawn huma l-funzjonijiet ewlenin tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni.

Madankollu, hemm xi ftit flessibbiltà fil-mod kif jintużaw l-indikaturi jekk dan jgħin biex dawn iwettqu aħjar il-funzjoni tagħhom.

Il-kundizzjonijiet tal-flessibbiltà huma dawn li ġejjin:

kundizzjonijiet biex tintuża l-klawżola tal-kunfidenzjalità li tissemma fil-punt (1) tat-Taqsima C tal-Anness IV —“Jekk l-iżvelar se jaffettwa b'mod negattiv il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjali jew industrijali […], l-organizzazzjoni jista' jkollha permess biex telenka din l-informazzjoni fir-rappurtar tagħha, pereżempju billi tistabbilixxi sena ta' bażi (bin-numru tal-indiċi 100) li minnu jidher l-iżvilupp tal-input/l-impatt.” Din il-klawżola tista' tiġi invokata jekk l-użu ta' indikatur jista' jwassal biex tiġi żvelata dejta sensittiva li biha xi kompetitur ikun jista' jikkalkula l-prezz medju tal-produzzjoni;

kundizzjonijiet biex MA JSIRX rappurtar dwar indikatur ċentrali speċifiku previst fl-Anness IV — skont il-punti (2)(a) u (b) tat-Taqsima C tal-Anness IV, li jittrattaw l-indikaturi ċentrali, “Meta organizzazzjoni tikkonkludi li indikatur ċentrali wieħed jew aktar mhumiex relevanti għall-aspetti ambjentali diretti sinifikanti tagħha, dik l-organizzazzjoni tista' ma tirrappurtax dwar dawk l-indikaturi ċentrali. L-organizzazzjoni għandha tipprovdi ġustifikazzjoni għal dak l-iskop b'referenza għar-reviżjoni ambjentali tagħha.” Għall-finijiet tat-trasparenza, dik il-ġustifikazzjoni għandha tissemma wkoll fid-dikjarazzjoni ambjentali. Minħabba li kull indikatur ċentrali huwa magħmul minn ċifra A li tirrappreżenta d-dħul, minn ċifra B li tirrappreżenta l-ħruġ u minn ċifra R li tirrappreżenta l-proporzjon A/B, dan l-element ta' flessibbiltà japplika għall-indikatur ċentrali kollu kemm hu bħala tali, inkluż il-proporzjon speċifiku A/B;

kundizzjonijiet biex ir-rappurtar isir bl-użu ta' indikatur ieħor (A/B) MINFLOK indikatur ċentrali speċifiku mogħti fl-Anness IV — jekk organizzazzjoni tiddeċiedi li ma tirrappurtax l-informazzjoni bl-użu ta' indikatur speċifiku jew indikaturi speċifiċi previsti fl-Anness IV, iżda tagħżel li tuża xi indikatur ieħor minflok, dak l-indikatur ukoll għandu jipprevedi ċifra A li tirrappreżenta d-dħul u ċifra B li tirrappreżenta l-ħruġ. L-użu ta' din il-flessibbiltà dejjem għandu jkun iġġustifikat b'referenza għar-reviżjoni ambjentali, billi wieħed juri kif l-għażla li jkun għamel tgħin biex tintwera aħjar il-prestazzjoni rilevanti. Għal din id-dispożizzjoni speċifika, għandu jitqies id-dokument ta' referenza settorjali tal-EMAS, jekk ikun hemm wieħed għas-settur ikkonċernat. Pereżempju, minflok “l-għadd ta' impjegati”, servizz ta' akkomodazzjoni għat-turisti jista' jagħżel li juża “l-għadd ta' ljieli għal kull klijent”, skola tista' tagħżel li tuża “l-għadd ta' studenti”, organizzazzjoni ta' mmaniġġjar tal-iskart tista' tuża “l-ammont ta' skart ittrattat f'tunnellati”, u sptar jista' jippreferi juża “l-għadd ta' pazjenti li jqattgħu lejl fl-isptar”, eċċ.;

kundizzjonijiet biex jintużaw elementi oħrajn biex jiġu espressi ċ-ċifra A li tirrappreżenta d-dħul u ċ-ċifra B li tirrappreżenta l-ħruġ, MINBARRA l-indikaturi ċentrali speċifiċi previsti fl-Anness IV — organizzazzjoni tista' tuża wkoll elementi oħrajn biex tesprimi d-dħul jew l-impatt annwali totali f'qasam partikulari u l-ħruġ annwali ġenerali. Pereżempju, organizzazzjoni tal-qasam tas-servizzi tista' tirrapporta l-informazzjoni billi tuża “l-għadd ta' impjegati” biex tkejjel iċ-ċifra B li tirrappreżenta l-ħruġ għall-komponent amministrattiv tagħha u miżura differenti biex tkejjel din iċ-ċifra għas-servizz speċifiku pprovdut;

unitajiet tal-kejl — jekk l-unitajiet li jissemmew fl-Anness IV tar-Regolament dwar l-EMAS ma jirriflettux b'mod ċar il-prestazzjoni ambjentali ta' organizzazzjoni u ma jipprovdux stampa ċara għall-finijiet tal-komunikazzjoni, jistgħu jintużaw unitajiet tal-kejl alternattivi, sakemm l-organizzazzjoni tiġġustifika dan. L-unitajiet li jintużaw iridu jkunu jistgħu jinqalbu għal dawk speċifikati fir-Regolament. Idealment, għandha tingħata nota f'qiegħ il-paġna bil-konverżjoni;

muniti marbutin mal-valur miżjud gross jew mal-fatturat totali annwali minbarra l-Euro — għalkemm, skont ir-Regolament dwar l-EMAS, il-kejl tal-ħruġ għall-valur miżjud gross għandu jingħata f'“miljuni ta' euro”, l-organizzazzjonijiet ibbażati f'pajjiżi li ma jiffurmawx parti miż-żona tal-euro jistgħu jużaw il-munita nazzjonali tagħhom.

2.3.2.3.   L-indikaturi rilevanti l-oħrajn tal-prestazzjoni ambjentali

L-organizzazzjoni trid tirrapporta dwar il-prestazzjoni tagħha wkoll skont indikaturi rilevanti oħrajn marbutin mal-aspetti ambjentali sinifikanti msemmija fir-reviżjoni ambjentali.

Fil-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni għandhom jitqiesu d-dokumenti rilevanti ta' referenza settorjali msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament dwar l-EMAS meta dawn ikunu disponibbli għas-settur speċifiku.

Għalhekk, l-organizzazzjonijiet għandhom iqisu l-indikaturi rilevanti tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur tagħhom mogħtija fid-dokument ta' referenza settorjali meta jkunu qed jagħżlu l-indikaturi li se jużaw għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni ambjentali tagħhom (22). Huma għandhom iqisu l-indikaturi proposti fid-dokument ta' referenza settorjali korrispondenti u r-rilevanza tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-aspetti ambjentali sinifikanti li l-organizzazzjoni tkun identifikat waqt ir-reviżjoni ambjentali tagħha. L-indikaturi għandhom jitqiesu biss meta jkunu rilevanti għal dawk l-aspetti ambjentali li jitqiesu bħala l-aktar sinifikanti fir-reviżjoni ambjentali.

2.3.2.4.   Ir-responsabbiltà fil-livell lokali

Ir-responsabbiltà fil-livell lokali hija importanti fl-EMAS. Huwa għalhekk li l-organizzazzjonijiet kollha rreġistrati fl-EMAS għandhom jirrappurtaw dwar l-impatti ambjentali sinifikanti ta' kull sit kif deskritt fl-Anness IV tar-Regolament.

Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni dwar ix-xejriet marbutin mal-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma, mal-konsum tal-ilma, mal-użu tal-enerġija u mal-ammont ta' skart għandha tingħata fil-livell tas-sit. Meta tkun tapplika l-proċedura għall-verifika tal-organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti deskritta fit-Taqsima 2.4.3 ta' din il-Gwida għall-utent, it-tali informazzjoni tista' tingħata fil-livell tal-gruppi tas-siti dejjem jekk dawn iċ-ċifri jkunu jirriflettu bi preċiżjoni x-xejriet fil-livell tas-sit.

L-organizzazzjoni tista' tagħti l-informazzjoni fil-forma ta' indiċi biss jekk ikun hemm kwistjonijiet ta' kunfidenzjalità (ara l-punt 2.3.2.2).

Barra minn hekk, irid jitqies il-fatt li t-titjib kontinwu jista' jinkiseb fis-siti permanenti, iżda mhux fis-siti temporanji. Jekk tqum din il-kwistjoni, għandha tkun iddikjarata fir-reviżjoni ambjentali. Għandha titqies il-possibbiltà li wieħed jimplimenta miżuri alternattivi, fosthom, pereżempju, indikaturi kwalitattivi oħrajn. Fi kwalunkwe każ, għas-setturi li għalihom hemm dokumenti ta' referenza settorjali tal-EMAS, tista' titqies l-informazzjoni dwar is-siti temporanji.

Tabella 7

Eżempju tal-użu tal-indikaturi ċentrali tal-prestazzjoni fl-organizzazzjonijiet tal-amministrazzjoni pubblika

L-indikatur ċentrali

Id-dħul jew l-impatt annwali (iċ-ċifra A)

Il-ħruġ annwali ġenerali tal-organizzazzjoni (iċ-ċifra B)

Il-proporzjon A/B

L-enerġija

Il-konsum annwali f'MWh jew f'GJ

L-għadd ta' impjegati (settur li mhux tal-produzzjoni)

F'MWh għal kull persuna u/jew f'KWh għal kull persuna

Il-materjali

Il-konsum annwali tal-karti f'tunnellati

L-għadd ta' impjegati (settur li mhux tal-produzzjoni)

F'tunnellati għal kull persuna u/jew fl-għadd ta' karti użati minn kull persuna kuljum

L-ilma

Il-konsum annwali f'm3

L-għadd ta' impjegati (settur li mhux tal-produzzjoni)

F'm3 għal kull persuna u/jew f'litri għal kull persuna

L-iskart

Il-ġenerazzjoni annwali tal-iskart f'tunnellati

L-għadd ta' impjegati (settur li mhux tal-produzzjoni)

F'tunnellati ta' skart għal kull persuna u/jew f'kilogrammi għal kull persuna

Il-ġenerazzjoni annwali tal-iskart perikoluż f'kilogrammi

F'kilogrammi ta' skart perikoluż għal kull persuna

L-użu tal-art f'dak li għandu x'jaqsam mal-bijodiversità

L-użu tal-art f'm2 ta' abitat (inkluża ż-żona magħluqa)

L-għadd ta' impjegati (settur li mhux tal-produzzjoni)

F'm2 ta' abitat għal kull persuna u/jew f'm2 ta' żona magħluqa għal kull persuna

L-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra

L-emissjonijiet annwali tal-gassijiet b'effett ta' serra f'tunnellati ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (is-CO2)

L-għadd ta' impjegati (settur li mhux tal-produzzjoni)

F'tunnellati ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (is-CO2) għal kull persuna u/jew

f'kilogrammi ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (is-CO2) għal kull persuna


Tabella 8

Eżempju tal-użu tal-indikaturi ċentrali tal-prestazzjoni fis-settur tal-produzzjoni

L-indikatur ċentrali

Id-dħul jew l-impatt annwali (iċ-ċifra A)

Il-ħruġ annwali ġenerali tal-organizzazzjoni (iċ-ċifra B)

Il-proporzjon A/B

L-enerġija

Il-konsum annwali f'MWh jew f'GJ

Il-valur miżjud gross totali annwali (f'miljuni ta' Euro) (*1)

jew

il-produzzjoni fiżika annwali totali (f'tunnellati)

F'MWh għal kull miljun Euro

jew

f'MWh għal kull tunnellata ta' prodott

Il-materjali

Il-fluss annwali tal-massa tal-materjali differenti użati, f'tunnellati

Il-valur miżjud gross totali annwali (f'miljuni ta' Euro) (*1)

jew

il-produzzjoni fiżika annwali totali (f'tunnellati)

Għal kull materjal differenti użat:

il-materjal f'tunnellati għal kull miljun Euro

jew

il-materjal f'tunnellati għal kull tunnellata ta' prodott

L-ilma

Il-konsum annwali f'm3

Il-valur miżjud gross totali annwali (f'miljuni ta' Euro) (*1)

jew

il-produzzjoni fiżika annwali totali (f'tunnellati)

F'm3 għal kull miljun Euro

jew

f'm3 għal kull tunnellata ta' prodott

L-iskart

Il-ġenerazzjoni annwali tal-iskart f'tunnellati

Il-valur miżjud gross totali annwali (f'miljuni ta' Euro) (*1)

jew

il-produzzjoni fiżika annwali totali (f'tunnellati)

F'tunnellati ta' skart għal kull miljun Euro

jew

f'tunnellati ta' skart għal kull tunnellata ta' prodott

Il-ġenerazzjoni annwali tal-iskart perikoluż f'tunnellati

F'tunnellati ta' skart perikoluż għal kull miljun Euro

jew

f'tunnellati ta' skart perikoluż għal kull tunnellata ta' prodott

L-użu tal-art f'dak li għandu x'jaqsam mal-bijodiversità

L-użu tal-art f'm2 ta' abitat (inkluża ż-żona magħluqa)

Il-valur miżjud gross totali annwali (f'miljuni ta' Euro) (*1)

jew

il-produzzjoni fiżika annwali totali (f'tunnellati)

F'm2 ta' abitat u/jew

f'm2 ta' żona magħluqa għal kull miljun Euro

jew

f'm2 ta' abitat u/jew

f'm2 ta' żona magħluqa għal kull tunnellata ta' prodott

L-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra

L-emissjonijiet annwali tal-gassijiet b'effett ta' serra f'tunnellati ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (is-CO2)

Il-valur miżjud gross totali annwali (f'miljuni ta' Euro) (*1)

jew

il-produzzjoni fiżika annwali totali (f'tunnellati)

F'tunnellati ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (is-CO2) għal kull miljun Euro

jew

F'tunnellati ta' ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (is-CO2) għal kull tunnellata ta' prodott

2.4.   IL-PROĊEDURA TA' VERIFIKA U TA' VALIDAZZJONI

“Verifika” tfisser il-proċess ta' valutazzjoni tal-konformità mwettaq minn verifikatur ambjentali biex jintwera jekk ir-reviżjoni ambjentali, il-politika ambjentali, is-sistema ta' ġestjoni ambjentali u l-verifika ambjentali interna ta' organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

“Validazzjoni” tfisser il-konferma mill-verifikatur ambjentali li jkun wettaq il-verifika, li l-informazzjoni u d-data fid-dikjarazzjoni ambjentali ta' organizzazzjoni u l-aġġornament ambjentali tagħha jkunu affidabbli, kredibbli u korretti u li din id-data, ir-reviżjoni ambjentali, il-politika ambjentali, is-sistema ta' ġestjoni ambjentali, u l-verifika ambjentali interna jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

2.4.1.    Min għandu l-permess jivverifika u jivvalida l-EMAS?

Il-verifikaturi ambjentali li jkunu akkreditati jew liċenzjati biss jistgħu jwettqu dawn il-kompiti.

“Verifikatur ambjentali” tfisser: korp ta' valutazzjoni tal-konformità kif definit fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill] (23) jew kwalunkwe assoċjazzjoni jew grupp li jkun kiseb l-akkreditazzjoni skont dan ir-Regolament; jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jew kwalunkwe assoċjazzjoni jew grupp ta' persuni bħal dawn li tkun kisbet liċenzja biex tagħmel verifika u validazzjoni skont dan ir-Regolament (24).

L-organizzazzjoni tista' tikkuntattja lill-korp kompetenti tal-EMAS fl-Istat Membru tagħha jew lill-korp ta' akkreditazzjoni jew ta' liċenzjar tal-EMAS li jkun responsabbli għall-akkreditazzjoni tal-verifikaturi tal-EMAS għal informazzjoni dwar il-verifikaturi ambjentali akkreditati. Jekk organizzazzjoni tkun trid informazzjoni dwar verifikaturi li joperaw fis-settur tagħha li jkunu ġejjin minn Stati Membri oħrajn u mhux minn dak tagħha, tista' ssib din l-informazzjoni fir-reġistru tal-EMAS tal-UE (25);

il-kamp ta' applikazzjoni ta' verifikatur ambjentali akkreditat jew liċenzjat huwa stabbilit skont il-kodiċijiet tan-NACE, li hija l-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26). Meta organizzazzjoni tqabbad verifikatur ambjentali, trid tiżgura li l-verifikatur ikun akkreditat jew liċenzjat għall-kodiċi tan-NACE speċifiku li jikkorrispondi għall-attivitajiet tagħha;

ladarba l-verifikatur ikun akkreditat jew liċenzjat fi Stat Membru partikulari, huwa jista' jaħdem fil-pajjiżi kollha tal-UE (27);

l-informazzjoni dwar il-verifikaturi akkreditati jew liċenzjati tinsab fuq is-sit web tal-Kummissjoni marbut mal-EMAS jew tista' tinkiseb mingħand il-korpi x-xierqa tal-Istati Membri.

Nota: Huwa utli għall-organizzazzjoni li tiċċekkja jekk il-verifikatur ikunx għadda l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament dwar l-EMAS lill-korp rilevanti ta' akkreditazzjoni jew ta' liċenzjar tal-inqas erba' ġimgħat qabel il-verifika sabiex il-korp ta' akkreditazzjoni jew ta' liċenzjar tal-Istat Membru fejn ikun jixtieq jaħdem ikun jista' jissorvelja lill-verifikatur jew le. Jekk ma jkunx hemm sorveljanza, il-korp kompetenti jista' jirrifjuta li jirreġistra lill-organizzazzjoni.

2.4.2.    X'inhuma l-kompiti tal-verifikaturi ambjentali?

(1)

Li jivverifikaw il-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti kollha tar-Regolament dwar l-EMAS f'dak li għandu x'jaqsam mar-reviżjoni ambjentali inizjali, mas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, mal-verifika ambjentali u mar-riżultati tagħha u mad-dikjarazzjoni ambjentali;

(2)

li jiċċekkjaw il-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti ġuridiċi Komunitarji, nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti relatati mal-ambjent;

Nota 1: Il-verifikatur irid jiċċekkja jekk l-organizzazzjoni stabbilietx, implimentatx u żammitx proċedura jew proċeduri biex tevalwa b'mod regolari l-konformità tagħha mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli jew le (28). Il-verifikatur janalizza fil-fond il-konformità legali tal-kumpanija. Bħala parti minn dan il-kompitu, huwa għandu jiċċekkja l-evidenza materjali li jkun irċieva biex jara li m'hemm l-ebda ksur tal-leġiżlazzjoni ambjentali (29). Il-verifikaturi jistgħu jużaw is-sejbiet tal-awtoritajiet tal-infurzar. Jekk huma ma jsibu l-ebda evidenza ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali u kuntrattwali, għandhom jiddikjaraw dan fid-dikjarazzjoni ambjentali u jiffirmawha. Madankollu, id-dmir tal-verifikatur huwa li jiċċekkja li r-rekwiżiti tar-Regolament ikunu ssodisfati billi juża t-tekniki tas-soltu tal-verifika. Dan ifisser li huwa ma jkunx jista' jiċċekkja l-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi bl-istess mod bħall-awtoritajiet tal-infurzar.

Nota 2: Jekk verifikatur jiskopri każ ta' nuqqas ta' konformità jew ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali u kuntrattwali fil-perjodu bejn żewġ reġistrazzjonijiet, jeżistu l-għażliet li ġejjin. Huwa jista' javża lill-korp kompetenti li l-organizzazzjoni inkwistjoni trid titneħħa mir-Reġistru tal-EMAS. B'mod alternattiv, jekk l-organizzazzjoni tkun uriet li ħadet miżuri f'waqthom, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-infurzar, biex terġa' tikseb il-konformità legali, il-verifikatur jista' jiffirma d-dikjarazzjoni dwar l-attivitajiet ta' verifika u ta' validazzjoni xorta waħda, skont l-Anness VII tar-Regolament.

(3)

li jiċċekkjaw it-titjib kontinwu tal-organizzazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-prestazzjoni ambjentali tagħha;

(4)

li jiċċekkjaw l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-preċiżjoni tad-dejta inkluża u użata fid-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS u ta' kull informazzjoni ambjentali li għandha tiġi vvalidata;

(5)

li jżuru l-organizzazzjoni jew is-sit. Il-proċeduri għall-organizzazzjonijiet li jkollhom sit wieħed u għal dawk li jkollhom diversi siti huma differenti u huwa importanti li wieħed jenfasizza d-differenzi fl-approċċi rispettivi għalihom. Skont ir-Regolament dwar l-EMAS (l-Artikolu 25(4) tiegħu), il-verifikatur għandu jżur l-organizzazzjoni kull darba li jkollha ssir attività ta' verifika u ta' validazzjoni:

(a)

f'każ ta' organizzazzjoni b'sit wieħed, dan ifisser li l-verifikatur irid iżur is-sit darba fis-sena;

(b)

f'każ ta' organizzazzjonijiet żgħar b'sit wieħed u jekk tkun tista' tiġi applikata d-deroga għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar (mogħtija fl-Artikolu 7), l-attivitajiet ta' verifika u ta' validazzjoni għandhom isiru wara sentejn u wara erba' snin, u b'hekk il-verifikatur għandu l-obbligu li jżur is-sit wara sentejn u wara erba' snin;

(c)

iżda fil-każ ta' organizzazzjoni rreġistrata li jkollha diversi siti, l-Artikolu 25(4) xorta waħda jeżiġi li l-verifikatur iżurha kull darba li ssir attività ta' verifika u ta' validazzjoni. Għalhekk, mil-lat legali, dan l-obbligu jista' jitqies li jkun ġie ssodisfat meta l-verifikatur iżur l-organizzazzjoni (forsi sit wieħed jew forsi siti differenti) kull sena.

Madankollu, meta wieħed iqis il-kompiti tal-verifikatur u d-dikjarazzjoni tiegħu dwar il-konformità legali, il-programm taż-żjarat irid jiżgura li kull sit li jkun inkluż fin-numru tar-reġistrazzjoni ta' din l-organizzazzjoni li jkollha diversi siti tkun saritlu żjara (jiġifieri jkun ġie vverifikat kompletament) tal-inqas darba fuq perjodu ta' 36 xahar. Jekk ma jivverifikax kompletament kull sit inkluż tal-inqas darba f'dan il-perjodu, il-verifikatur ma jkunx wettaq il-kompiti tiegħu kif meħtieġ mir-Regolament dwar l-EMAS III. Dan ifisser ukoll li qabel l-ewwel reġistrazzjoni ta' organizzazzjoni, il-verifikatur ambjentali jrid iżur is-siti kollha ta' organizzazzjoni li jkollha diversi siti.

Bħala eċċezzjoni għal din ir-regola ġenerali, tista' tintuża metodoloġija tal-kampjunar għall-verifika tal-organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti. Dejjem jekk jitħarsu ċerti kundizzjonijiet speċifiċi, fuq perjodu ta' 36 xahar, il-verifikaturi jistgħu jżuru għażla ta' siti li jkunu jirrappreżentaw l-attivitajiet tal-organizzazzjoni u li jkunu jipprovdu valutazzjoni affidabbli u li ta' min joqgħod fuqha tal-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-organizzazzjoni u tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-EMAS.

Din il-metodoloġija tal-kampjunar tista' tintuża biss bi qbil reċiproku mal-verifikatur ambjentali u dejjem jekk ikunu tħarsu r-rekwiżiti ddefiniti fit-Taqsima 2.4.3 ta' din il-Gwida għall-utent u l-linji gwida dwar l-implimentazzjoni ddefiniti fit-Taqsima 2.4.4 tagħha.

Għalhekk, meta organizzazzjoni titlob li jintuża l-metodu tal-kampjunar, il-verifikatur għandu jiċċekkja l-affarijiet li ġejjin biex jiddeċiedi jekk hux xieraq li jintuża dan il-metodu jew le:

li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti msemmijin fit-Taqsima 2.4.3 ta' din il-Gwida għall-utent;

li tħarsu l-linji gwida dwar l-implimentazzjoni ddefiniti fit-Taqsima 2.4.4 tagħha.

Barra minn hekk, il-verifikatur ambjentali jista' jiddeċiedi li jirrestrinġi l-kampjunar meta l-kampjunar tas-siti ma jkunx xieraq biex ikun hemm biżżejjed fiduċja fl-effettività tas-sistema ta' ġestjoni minħabba ċerti fatti speċifiċi. Il-verifikaturi ambjentali għandhom jiddefinixxu t-tali restrizzjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-affarijiet li ġejjin:

mal-kundizzjonijiet ambjentali jew mal-kunsiderazzjonijiet rilevanti l-oħrajn assoċjati mal-kuntest tal-organizzazzjoni;

mad-differenzi fl-implimentazzjoni lokali tas-sistema ta' ġestjoni biex jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet tad-diversi siti;

mal-grad ta' konformità tal-organizzazzjoni (pereżempju r-reġistri tal-awtoritajiet tal-infurzar li fihom huma spjegati l-kwistjonijiet ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali u kuntrattwali, l-għadd ta' lmenti u l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi).

F'każijiet bħal dawn, il-verifikatur għandu jniżżel ir-raġunijiet speċifiċi li jillimitaw l-eliġibbiltà ta' organizzazzjoni biex tuża l-kampjunar.

Il-verifikatur ambjentali għandu jevalwa wkoll l-impatt tal-fatt li wieħed jiġbor flimkien siti simili, skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2.4.3.2, fuq il-kontenut tad-dikjarazzjoni ambjentali u fuq il-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-organizzazzjoni, u t-trasparenza ta' raggruppament bħal dan. Ir-riżultati u s-sejbiet ta' din l-evalwazzjoni għandhom jitniżżlu fir-rapport tal-verifika.

Il-verifikatur ambjentali għandu jżomm reġistri ddettaljati dwar kull darba li jintuża l-kampjunar fuq diversi siti u għandu jiġġustifika l-metodoloġija tal-kampjunar u l-parametri u l-kriterji użati u juri li l-kampjunar qed isir skont dan id-dokument.

(6)

Jekk matul il-proċess ta' verifika jinstabu każijiet ta' nuqqas ta' konformità jew ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali u kuntrattwali f'organizzazzjoni li jkollha diversi siti li għaliha jkun intuża l-metodu tal-kampjunar, il-verifikatur għandu:

jeżamina sa liema punt dan in-nuqqas ta' konformità jew dan in-nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali u kuntrattwali huwa speċifiku għas-sit jew jekk dan jaffettwax lil siti oħrajn ukoll;

jitlob lill-organizzazzjoni tidentifika s-siti kollha li setgħu kienu affettwati minn dan, tieħu l-azzjonijiet korrettivi li hemm bżonn f'dawk is-siti u tadatta s-sistema ta' ġestjoni f'każ li jkollu indikazzjonijiet li n-nuqqas ta' konformità jew in-nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali u kuntrattwali jista' jkun marbut ma' nuqqas fis-sistema ġenerali ta' ġestjoni li jista' jaffettwa wkoll lil siti oħrajn. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità jew ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi legali u kuntrattwali li ma jistgħux jitranġaw billi jittieħdu azzjonijiet korrettivi fil-ħin, il-verifikatur għandu javża lill-korp kompetenti li l-organizzazzjoni inkwistjoni trid tiġi sospiża mir-Reġistru tal-EMAS jew titneħħa minnu;

jitlob li jingħata provi dwar dawn l-azzjonijiet u jivverifika l-effettività tagħhom billi jkabbar id-daqs tal-kampjun biex dan ikun jinkludi iktar siti ladarba jkunu ttieħdu l-azzjonijiet korrettivi; u

jivvalida d-dikjarazzjoni ambjentali u jiffirma d-dikjarazzjoni dwar l-attivitajiet ta' verifika u ta' validazzjoni skont l-Anness VII tar-Regolament biss meta jkun issodisfat, permezz tal-provi li jkun ingħata, li s-siti kollha jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-EMAS u mar-rekwiżiti ġuridiċi kollha marbutin mal-ambjent.

(7)

Huwa u jwettaq l-ewwel verifika, il-verifikatur għandu jiċċekkja tal-inqas li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

li hija jkollha fis-seħħ sistema ta' ġestjoni ambjentali li taħdem għalkollox;

(b)

li hija jkollha fis-seħħ programm ta' verifiki ppjanat għalkollox;

(c)

li jkun tlesta eżami mill-maniġment;

(d)

li hija tħares id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.4.3 u tal-punt 2.4.4 ta' din il-gwida għall-utenti jekk trid tuża metodu tal-kampjunar għall-verifika tas-siti tagħha; u

(e)

li jkun sar l-abbozz tad-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS u jkunu tqiesu d-dokumenti ta' referenza settorjali, fejn dawn ikunu disponibbli.

2.4.3.    Ir-rekwiżiti għall-użu ta' metodu tal-kampjunar għall-verifika tal-organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti

2.4.3.1.   Il-prinċipji ġenerali

Jista' jkun xieraq li jintuża metodu tal-kampjunar fil-kaz tal-organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti sabiex l-isforz tal-verifika jiġi adattat mingħajr ma jiġu mhedda l-fiduċja fil-konformità legali u l-implimentazzjoni sħiħa tas-sistema ta' ġestjoni sabiex ikun jista' jsir titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali ta' kull sit inkluż fl-ambitu tar-reġistrazzjoni fl-EMAS.

Fejn ikun xieraq skont il-kriterji ddefiniti fit-Taqsima 2.4.3.2 u meta l-organizzazzjoni titlob dan, il-verifikatur jew il-verifikaturi ambjentali jistgħu jaqblu li jużaw metodu tal-kampjunar għall-verifika tal-organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti.

2.4.3.2.   Il-kriterji tal-eliġibbiltà għall-organizzazzjonijiet

(a)

Il-proċeduri għall-kampjunar f'organizzazzjoni li jkollha diversi siti jistgħu jiġu applikati biss għal gruppi ta' siti li jkunu jixxiebhu;

(b)

kemm is-siti jkunu jixxiebhu għandu jiġi stabbiliti permezz tal-fatt li jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru, li jkunu jagħmlu l-istess tip ta' attivitajiet, li jkunu jużaw l-istess proċeduri, li jkollhom l-istess rekwiżiti ġuridiċi, li jkollhom aspetti u impatti ambjentali simili, li jkollhom impatti ambjentali li jkunu tal-istess importanza u li jkollhom prattiki simili ta' ġestjoni u ta' kontroll ambjentali;

(c)

il-grupp jew gruppi ta' siti simili għandhom jiġu stabbiliti bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni ambjentali u bi qbil reċiproku mal-verifikatur ambjentali. Il-verifiki interni u l-eżami mill-maniġment għandhom jirriflettu dawn il-gruppi, li għandhom jissemmew fid-dikjarazzjoni ambjentali;

(d)

is-siti kollha li ma jkunux inklużi fi grupp minħabba nuqqas ta' xebh għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kampjunar u jridu jiġu vverifikati b'mod individwali;

(e)

is-siti kollha inklużi fir-reġistrazzjoni fl-EMAS għandhom ikunu taħt il-kontroll dirett tal-organizzazzjoni u l-awtorità tagħha;

(f)

għandu jkun hemm kontroll u amministrazzjoni ċentrali tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, li għandu jsirilha eżami mill-maniġment ċentrali. Is-siti kollha inklużi fir-reġistrazzjoni fl-EMAS għandha ssirilhom ir-reviżjoni ambjentali tal-organizzazzjoni u għandhom jgħaddu mill-programm ta' verifiki interni tagħha u għandhom ikunu ġew ivverifikati internament qabel l-ewwel reġistrazzjoni (fosthom biex tkun ivverifikata l-konformità legali tagħhom).

Barra minn hekk, l-organizzazzjoni trid turi l-awtorità tagħha u l-ħila tagħha li tibda tibdil organizzattiv fis-siti kollha inklużi fir-reġistrazzjoni fl-EMAS, jekk ikun hemm bżonn, sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali. L-organizzazzjoni trid turi wkoll il-ħila tagħha li tiġbor id-dejta mis-siti kollha, inklużi l-kwartieri ġenerali tagħha (fosthom id-dejta dwar l-elementi mniżżlin hawn taħt, iżda mhux limitata għalihom biss) u li tanalizza dik id-dejta:

l-elementi kollha inklużi fir-reviżjoni ambjentali kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament dwar l-EMAS (ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009), li jinkludu, fost l-oħrajn, l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, l-aspetti ambjentali u l-impatti ambjentali assoċjati magħhom u l-prattiki u l-proċeduri tal-ġestjoni ambjentali;

id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta' ġestjoni ambjentali u t-tibdil fis-sistema;

il-verifika interna u l-evalwazzjoni tar-riżultati, fosthom l-evalwazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ġuridiċi marbutin mal-ambjent;

l-eżami mill-maniġment;

il-prestazzjoni ambjentali;

l-ilmenti; u

l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi;

(g)

il-kampjunar ma għandux jintuża:

għall-organizzazzjonijiet li jkunu ngħataw inċentivi abbażi tar-rekwiżit li s-siti kollha tagħhom jiġu vverifikati fi żmien ċiklu tal-verifika;

għal siti li jinsabu f'pajjiżi terzi;

għal siti li jaħdmu skont rekwiżiti ġuridiċi marbutin mal-ambjent li jkunu fundamentalment differenti;

għal siti li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu, dwar l-iskart perikoluż jew dwar l-użu jew il-ħżin ta' sustanzi perikolużi (pereżempju d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) (id-Direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali) u d-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31) (id-Direttiva Seveso));

għal siti li fost l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħhom għandhom ir-riskju ta' inċident ambjentali.

Dawn is-siti għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-metodu tal-kampjunar u għandhom jiġu vverifikati b'mod individwali;

(h)

l-organizzazzjoni għandha tkun attiva fis-setturi ekonomiċi li fihom huwa permess l-użu ta' metodu tal-kampjunar skont it-Taqsima 2.4.3.3.

2.4.3.3.   Is-setturi ekonomiċi li fihom jista' jitħalla jintuża metodu tal-kampjunar

(a)

Il-verifika tal-organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti billi jintuża metodu tal-kampjunar huwa permess fis-setturi li ġejjin:

Tabella 9

Is-setturi ekonomiċi li fihom huwa permess l-użu ta' metodu tal-kampjunar

Is-settur ekonomiku

Il-kodiċi tan-NACE

Attivitajiet ta' servizzi finanzjarji, barra assigurazzjoni u flus mogħtija għal pensjoni

64

Assigurazzjoni, riassigurazzjoni u flus mogħtija għal pensjoni, barra sigurtà soċjali obbligatorja

65

Attivitajiet legali u tal-kontabilità

69

Attivitajiet ta' konsulenza dwar ġestjoni

70.2

Attivitajiet marbuta mal-impjiegi (pereżempju attivitajiet marbutin mar-riżorsi umani, mal-impjiegi temporanji u mal-avvjament tal-impjiegi)

78

Aġenziji tal-ivjaġġar, operaturi tal-vjaġġi u servizzi ta' riservazzjoni u attivitajiet relatati

79

Attivitajiet ta' amministrazzjoni ta' uffiċċji u ta' sostenn

82.1

Edukazzjoni ta' qabel il-primarja u edukazzjoni primarja

85.1 u 85.2

Libreriji u arkivji

91

(b)

L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw proġetti pilota f'setturi oħrajn imsemmijin fit-Tabella 10 sabiex jiġbru tagħrif dwar l-użu ta' metodu tal-kampjunar. Għal dan il-għan, huma għandhom jibagħtu t-tagħrif li ġej lill-Kummissjoni Ewropea:

deskrizzjoni ċara u mhux ambigwa tal-organizzazzjoni li tirreġistra fl-EMAS, fosthom deskrizzjoni fil-qosor tal-kuntest li fih taħdem l-organizzazzjoni, u sommarju tal-attivitajiet u tal-prodotti u tas-servizzi tagħha, u tar-relazzjoni tagħha ma' kull organizzazzjoni prinċipali kif xieraq;

il-lista tas-siti li għalihom għandu jintuża l-metodu tal-kampjunar;

il-gruppi tas-siti, fosthom il-metodoloġija tar-raggruppament;

is-siti li ma jistgħux ikunu parti mill-kampjunar u r-raġuni għal dan;

deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali sinifikanti kollha diretti u indiretti li jwasslu għall-impatti ambjentali sinifikanti tal-organizzazzjoni, inkluża spjegazzjoni ta' kif in-natura tal-impatti hija marbuta mal-aspetti sinifikanti diretti u indiretti, u l-identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali sinifikanti assoċjati mas-siti li għalihom għandu jintuża l-metodu tal-kampjunar;

ir-riskji potenzjali marbutin ma' dawn l-aspetti ambjentali;

il-politika ambjentali tal-organizzazzjoni u deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha, fosthom tal-objettivi u tal-miri tagħha b'rabta mal-aspetti u mal-impatti ambjentali sinifikanti. Jekk l-organizzazzjoni jkun għad ma għandhiex fis-seħħ sistema ta' ġestjoni ambjentali, huma għandhom jiddeskrivu s-sistema ta' ġestjoni ambjentali prevista u l-miri ewlenin tagħha;

referenza għar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent.

Wara li jintbagħat dan it-tagħrif lill-Kummissjoni Ewropea, din tinforma lill-Kumitat tal-EMAS dwar il-proġett pilota previst u tagħtih l-opinjoni tagħha dwar kemm hu adegwat. Jekk il-maġġoranza tal-membri tal-Kumitat tal-EMAS ma joġġezzjonawx għall-proġett pilota fi zmien xahrejn, dan jista' jinbeda skont ir-regoli li ġejjin:

l-organizzazzjoni tħares ir-rekwiżiti kollha tar-Regolament dwar l-EMAS b'rabta mar-reġistrazzjoni jew mat-tiġdid tar-reġistrazzjoni;

il-metodu tal-kampjunar għandu jiġi stabbilit skont il-linji gwida dwar l-implimentazzjoni deskritti fit-Taqsima 2.4.4 ta' din il-Gwida għall-utent.

Dawn il-proġetti pilota ma għandhomx idumu għaddejjin iktar minn tliet snin. Wara l-implimentazzjoni b'suċċess tal-proġett pilota, inkluża verifika pożittiva li tikkonferma li l-organizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti kollha tar-Regolament dwar l-EMAS, l-organizzazzjoni u s-siti tagħha jistgħu jiġu rreġistrati fl-EMAS għal tliet snin jew għal erba' snin jekk tkun tapplika d-deroga mogħtija fl-Artikolu 7.

Il-Kumitat tal-EMAS irid jirċievi evalwazzjoni għal kull proġett.

Abbażi tal-evalwazzjoni tal-proġett pilota, il-Kumitat tal-EMAS jista' jirrakkomanda li s-settur jiddaħħal fil-lista ta' setturi li fihom huwa permess l-użu ta' metodu tal-kampjunar (it-Tabella 9).

Tabella 10

Is-setturi ekonomiċi li fihom jista' jitħalla jintuża metodu tal-kampjunar fil-proġetti pilota

Is-settur ekonomiku

Il-kodiċi tan-NACE

Ġbir, trattament u provvista tal-ilma

36

Sistema ta' drenaġġi

37

L-attivitajiet li ġejjin fil-kuntest tan-negozju bl-imnut:

Bejgħ bl-imnut minn ħwienet mhux speċjalizzati (pereżempju s-supermarkits)

47.1

Bejgħ bl-imnut ta' ikel, xorb u tabakk minn ħwienet speċjalizzati

47.2

Bejgħ bl-imnut ta' tessuti minn ħwienet speċjalizzati

47.51

Bejgħ bl-imnut ta' oġġetti kulturali u ta' rikreazzjoni minn ħwienet speċjalizzati

47.6

Bejgħ bl-imnut ta' ħwejjeġ minn ħwienet speċjalizzati

47.71

Bejgħ bl-imnut ta' xedd tas-saqajn u oġġetti tal-ġilda minn ħwienet speċjalizzati

47.72

Bejgħ bl-imnut ta' oġġetti kożmetiċi u tat-twaletta minn ħwienet speċjalizzati

47.75

Bejgħ bl-imnut ta' arloġġi tal-idejn u ġojjellerija minn ħwienet speċjalizzati

47.77

L-attivitajiet li ġejjin fil-kuntest tal-akkomodazzjoni u tal-attivitajiet ta' servizz marbuta mal-ikel:

Lukandi u akkomodazzjoni simili

55.1

Akkomodazzjoni għal vaganza u għal waqfiet qosra oħra

55.2

Ristoranti (iżda mhux l-attivitajiet mobbli ta' servizz ta' ikel)

56.1

Attivitajiet ta' servizz ta' xorb

56.3

Kompjuter programming u attivitajiet ta' konsulenza u relatati

62

Attivitajiet marbuta ma' proprjetà immobbli: ix-xiri, il-bejgħ u l-kiri tal-proprjetà immobbli (minbarra l-operazzjoni tal-proprjetà immobbli)

68

Riklamar u riċerka dwar is-suq

73

Attivitajiet oħra professjonali, xjentifiċi u tekniċi

74

Attivitajiet ġenerali ta' amministrazzjoni pubblika

84.11

Edukazzjoni sekondarja, edukazzjoni għolja u edukazzjoni oħra

85.3 , 85.4 , 85.5 u 85.6

Attivitajiet ta' kura residenzjali

87

Attivitajiet ta' ħidma soċjali mingħajr akkomodazzjoni

88

Attivitajiet kreattivi, tal-arti u divertiment

90

Mużewijiet u attivitajiet kulturali oħra

91

Attivitajiet ta' sport

93.1

Attivitajiet ta' organizzazzjonijiet bi sħubija

94

2.4.4.    Linji gwida dwar l-implimentazzjoni b'rabta mal-użu ta' metodu tal-kampjunar għall-verifika tal-organizzazzjonijiet li jkollhom diversi siti

2.4.4.1.   Il-prinċipji ġenerali

(a)

L-organizzazzjoni għandha tħejji deskrizzjoni ċara tal-kamp ta' applikazzjoni li qed jiġi ssuġġerit għall-metodu tal-kampjunar (l-għadd ta' siti, lista tas-siti kollha koperti u deskrizzjoni qasira tal-attivitajiet tagħhom, kif ukoll referenza għas-siti esklużi mill-kampjunar);

(b)

is-siti li l-organizzazzjonijiet jissuġġerixxu li jiddaħħlu fil-metodu tal-kampjunar għandhom jitqassmu fi grupp wieħed jew iktar ta' siti simili kif spjegat fit-Taqsima 2.4.3.2(c) ta' din il-Gwida għall-utent. Il-livell ta' xebh bejn is-siti fi grupp ta' siti jrid jiżgura li l-verifika ta' kampjun ta' siti minn fosthom tkun tirrappreżenta tassew lill-grupp kollu. Kif issemma fit-Taqsima 2.4.3.2(d), is-siti kollha li ma jkunux inklużi fi grupp minħabba nuqqas ta' xebh għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kampjunar u jridu jiġu vverifikati b'mod individwali;

(c)

il-verifikatur għandu jaqbel mal-kamp ta' applikazzjoni ssuġġerit, jiddefinixxi n-natura ta' kull grupp ta' siti u jabbozza pjan ta' verifika li għandu jkun fih deskrizzjoni tal-metodoloġija u tal-kriterji użati biex jiġu ddefiniti l-gruppi tas-siti, il-metodu li se jintuża biex jingħażlu s-siti (kemm għall-parti aleatorja u kemm għal dik li mhijiex) u l-iskeda taż-żmien tal-verifika. Dan il-pjan ta' verifika għandu jinkludi wkoll l-attivitajiet u l-proċessi ewlenin ta' kull grupp ta' siti, l-aspetti ambjentali sinifikanti marbutin ma' kull grupp ta' siti u stima tal-livelli ta' riskju ta' inċidenti ambjentali marbutin ma' dawn l-aspetti.

2.4.4.2.   Il-metodu tal-kampjunar

Il-metodu tal-kampjunar biex jingħażlu s-siti għaż-żjarat fuq il-post fil-gruppi differenti ta' siti jrid jikkonforma mar-rekwiżiti deskritti hawn taħt:

(a)

għandu jittieħed kampjun rappreżentattiv minn kull grupp ta' siti simili;

(b)

il-kampjunar għandu jkun parzjalment selettiv, abbażi tal-fatturi stabbiliti hawn taħt, u parzjalment mhux selettiv (aleatorju), u għandu jwassal biex ikun hemm firxa rappreżentattiva ta' siti differenti;

(c)

f'kull grupp, tal-inqas nofs il-kampjun tas-siti (aġġustat għaċ-ċifra sħiħa superjuri) għandu jingħażel b'mod aleatorju (jiġifieri b'mod mhux selettiv). Il-verifikatur ambjentali għandu jiddokumenta l-proċedura użata biex issir din l-għażla aleatorja;

(d)

il-metodoloġija għall-parti selettiva tal-kampjunar li jkun għad baqa' għandha tqis id-dispożizzjonijiet imsemmijin hawn taħt. Il-metodoloġija għandha tiżgura li s-siti magħżulin ikollhom l-ikbar differenzi possibbli bejniethom u għandha tinkludi tal-inqas l-aspetti li ġejjin:

ir-riżultati tar-reviżjoni ambjentali u tal-verifiki interni tas-siti jew tal-verifiki ta' qabel;

ir-reġistri tal-inċidenti, tal-ilmenti u ta' aspetti rilevanti oħrajn tal-azzjonijiet korrettivi u ta' prevenzjoni;

il-varjazzjonijiet sinifikanti fid-daqs tas-siti;

il-varjazzjonijiet fis-sistema ta' ġestjoni u fil-proċessi li jitwettqu fis-siti u l-kumplessità tagħhom;

il-modifiki li saru wara l-aħħar verifika;

il-maturità tas-sistema ta' ġestjoni u l-għarfien tal-organizzazzjoni;

id-differenzi fil-kultura, fil-lingwa u fir-rekwiżiti regolatorji; u

il-firxa ġeografika.

Filwaqt li jqis dawn l-aspetti, il-verifikatur għandu jimmira wkoll li fil-kampjun idaħħal kemm jista' jkun siti li jkun għadhom ma ġewx ivverifikati;

(e)

l-għadd minimu ta' siti li għandu jiddaħħal fil-kampjun meħud minn kull grupp ta' siti jiġi kkalkulat abbażi tal-formula li ġejja:

għall-ewwel reġistrazzjoni fl-EMAS u għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni, dan l-għadd għandu jkun l-għerq kwadrat tal-għadd ta' siti inklużi fil-grupp, immultiplikat bi 2 u aġġustat għaċ-ċifra sħiħa superjuri (pereżempju għal grupp ta' 100 sit: √100 × 2 = 20);

(f)

id-daqs tal-kampjun għandu jiżdied meta l-analiżi tal-verifikaturi ambjentali tas-siti inklużi fir-reġistrazzjoni fl-EMAS tkun tindika li jkun hemm ċirkustanzi speċjali marbutin ma' fatturi bħal dawk li ġejjin:

id-daqs tas-siti u l-għadd ta' impjegati (pereżempju sit b'iktar minn 50 impjegat fih);

il-kumplessità u r-riskju għal gruppi ta' siti li ma jkunux jixxiebhu;

il-varjazzjonijiet fil-prestazzjoni ambjentali;

il-varjazzjonijiet fil-prattiki tax-xogħol u fir-rappurtar tal-impatti ambjentali;

il-varjazzjonijiet fl-attivitajiet imwettqin;

is-sinifikat tal-aspetti ambjentali u tal-impatti ambjentali assoċjati magħhom u l-estent tagħhom;

ir-reġistri tal-ilmenti u ta' aspetti rilevanti oħrajn tal-azzjonijiet korrettivi u ta' prevenzjoni; u

ir-riżultati tal-verifiki interni u tal-eżami mill-maniġment.

Eżempju ta' verifika ta' organizzazzjoni li għandha diversi siti bl-użu tal-metodu tal-kampjunar:

Ejja nieħdu l-eżempju ta' kumpanija attiva fis-settur tal-bejgħ bl-imnut tal-ħwejjeġ, li għandha s-siti li ġejjin:

100 ħanut ta' iktar minn 150 m2

400 ħanut ta' inqas minn 150 m2

tlett imħażen ta' daqsijiet differenti li fihom jinħażnu affarijiet differenti

kwartieri ġenerali wieħed

1.

Raggruppament tas-siti biex jiġi applikat il-metodu tal-kampjunar:

Il-grupp numru 1: 100 ħanut ta' iktar minn 150 m2

Il-grupp numru 2: 400 ħanut ta' inqas minn 150 m2

Siti individwali:

tlett imħażen

kwartieri ġenerali wieħed

2.

Verifika qabel l-ewwel reġistrazzjoni:

Is-siti individwali kollha (tlett imħażen u kwartieri ġenerali wieħed)

Il-grupp numru 1: tal-inqas √100 ħanut × 2 = 20 ħanut

Il-grupp numru 2: tal-inqas √400 ħanut × 2 = 40 ħanut

3.

Verifika qabel it-tiġdid tar-reġistrazzjoni:

Għandha ssir żjara fis-siti individwali kollha

Il-grupp numru 1: tal-inqas √100 ħanut × 2 = 20 ħanut

Il-grupp numru 2: tal-inqas √400 ħanut × 2 = 40 ħanut

2.4.5.    Id-dokumentazzjoni tar-raġunament wara d-daqs tal-kampjuni u l-metodi tal-kampjunar fid-dikjarazzjoni ambjentali

L-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS li għalihom il-verifikatur ambjentali jkun uża pjan ta' kampjunar jew ta' verifika, kif imsemmi fit-Taqsima 2.4.3 ta' din il-Gwida għall-utent, għandhom jiddokumentaw dan il-pjan ta' kampjunar fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħhom. Fid-dikjarazzjoni ambjentali għandu jiġi spjegat (fil-qosor) ir-raġunament wara l-metodu użat għar-raggruppament tas-siti u għall-għażla tad-daqs tal-kampjun. Fid-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun hemm lista tas-siti kollha u għandha ssir distinzjoni ċara bejn is-siti li saritilhom żjara u dawk li ma saritilhomx waħda.

2.5.   IL-PROĊEDURA TAR-REĠISTRAZZJONI

Ir-Regolament dwar l-EMAS III jipprovdi xi regoli ġenerali dwar ir-reġistrazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jadattaw dawn ir-regoli fil-leġiżlazzjoni ambjentali tagħhom stess.

Ladarba s-sistema tkun ġiet implimentata u vverifikata u d-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS tkun ġiet ivvalidata, il-pass li jkun imissha tagħmel l-organizzazzjoni jkun li tibgħat l-applikazzjoni tagħha għar-reġistrazzjoni lill-korp kompetenti.

2.5.1.    Liema korp kompetenti tuża organizzazzjoni?

Tabella 11

Il-korpi kompetenti għar-reġistrazzjonijiet differenti  (32)

Sitwazzjonijiet differenti

Fejn għandek tirreġistra

Organizzazzjoni b'sit wieħed fl-UE

Għand il-korp kompetenti li l-Istat Membru li fih tinsab l-organizzazzjoni jkun ħatar b'mod uffiċjali.

Organizzazzjoni b'diversi siti fi Stat Membru wieħed (Stat Federali jew simili)

Għand il-korp kompetenti li l-Istat Membru jkun ħatar għal dan il-għan.

Reġistrazzjoni ta' organizzazzjonijiet b'diversi siti f'diversi Stati Membri tal-UE (reġistrazzjoni korporattiva fl-UE)

F'każ ta' reġistrazzjoni korporattiva fl-UE, il-post fejn jinsabu l-kwartieri ġenerali jew fejn ikun jinsab iċ-ċentru ta' ġestjoni tal-organizzazzjoni (f'dik l-ordni ta' preferenza) huwa deċiżiv biex jiġi stabbilit il-korp kompetenti ewlieni.

Reġistrazzjoni ta' organizzazzjonijiet b'sit wieħed jew aktar f'pajjiżi terzi (reġistrazzjoni f'pajjiżi terzi)

Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jipprovdi għar-reġistrazzjoni f'pajjiżi terzi skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament dwar l-EMAS, ir-reġistrazzjoni f'dak l-Istat Membru speċifiku se tkun tiddependi, fil-prattika, fuq id-disponibbiltà ta' verifikaturi akkreditati. Il-verifikatur potenzjali għandu jkun akkreditat f'dak l-Istat Membru speċifiku li jipprovdi għar-reġistrazzjoni f'pajjiżi terzi, għal dak il-pajjiż terz speċifiku u għas-settur ekonomiku jew għas-setturi ekonomiċi speċifiċi involuti (stabbiliti abbażi tal-kodiċijiet tal-NACE).

Reġistrazzjoni ta' organizzazzjoni b'diversi siti fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi (reġistrazzjoni f'livell dinji)

L-Istat Membru fejn ikun jinsab il-korp kompetenti inkarigat minn din il-proċedura se jkun stabbilit abbażi tal-kundizzjonijiet li ġejjin, fl-ordni ta' preferenza li ġej:

(1)

meta l-organizzazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha fi Stat Membru li jipprovdi għar-reġistrazzjoni f'pajjiżi terzi, l-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-korp kompetenti ta' dak l-Istat Membru;

(2)

jekk il-kwartieri ġenerali tal-organizzazzjoni ma jkunux jinsabu fi Stat Membru li jipprovdi għar-reġistrazzjoni f'pajjiżi terzi, iżda hija jkollha ċentru ta' ġestjoni hemmhekk, l-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-korp kompetenti ta' dak l-Istat Membru;

(3)

jekk l-organizzazzjoni li tapplika għar-reġistrazzjoni f'livell dinji la jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha u lanqas ċentru ta' ġestjoni fi Stat Membru li jipprovdi għar-reġistrazzjoni f'pajjiżi terzi, hija jkollha twaqqaf ċentru ta' ġestjoni ad hoc fi Stat Membru li jipprovdi għar-reġistrazzjoni f'pajjiżi terzi u tibgħat l-applikazzjoni tagħha lill-korp kompetenti ta' dak l-Istat Membru.

Nota:

Jekk l-applikazzjoni tkun tkopri aktar minn Stat Membru wieħed, għandha tiġi segwita l-proċedura ta' koordinazzjoni bejn il-korpi kompetenti involuti, kif stabbilit fit-Taqsima 3.2 (tal-Gwida għal Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE, Reġistrazzjoni ta' Pajjiżi Terzi u Reġistrazzjoni Globali skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009). Imbagħad dak il-korp kompetenti jaġixxi bħala l-korp kompetenti ewlieni għall-aspetti tal-proċedura marbutin mar-reġistrazzjoni korporattiva fl-UE.

Nota: F'dak li għandu x'jaqsam mar-reġistrazzjoni, l-istrutturi rilevanti jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor. Is-soltu kull Stat Membru jkollu korp kompetenti wieħed; madankollu, f'ċerti Stati Membri huwa komuni li ssib korpi kompetenti differenti fil-livell reġjonali.

2.5.2.    Id-dokumenti u/jew ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni

L-applikazzjoni trid tintbagħat fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tixtieq tiġi rreġistrata. Din irid ikun fiha:

(1)

dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS ivvalidata (fil-forma ta' dokument elettroniku jew ta' dokument stampat);

(2)

dikjarazzjoni ffirmata mill-verifikatur ambjentali li tikkonferma li l-verifika u l-validazzjoni saru skont ir-Regolament (skont l-Anness VII tar-Regolament);

(3)

il-formola tal-applikazzjoni mimlija (l-Anness VI tar-Regolament), li jkun fiha informazzjoni dwar l-organizzazzjoni, dwar is-siti u dwar il-verifikatur ambjentali;

(4)

evidenza li tħallsu t-tariffi, jekk ikun hemm.

2.5.3.    Il-kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu qabel il-proċess tar-reġistrazzjoni tal-EMAS jew waqt dan il-proċess

(1)

Il-verifika u l-validazzjoni jridu jkunu saru skont ir-Regolament;

(2)

il-formola tal-applikazzjoni trid tkun imtliet kollha u d-dokumenti kollha ta' appoġġ iridu jkunu kif suppost;

(3)

il-korp kompetenti jrid ikun issodisfat, abbażi tal-evidenza materjali li jkun irċieva, li ma hemm l-ebda ksur tar-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent. Rapport bil-miktub min-naħa tal-awtorità tal-infurzar li fih jingħad li ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' ksur ta' dan it-tip ikun evidenza materjali adattata;

(4)

ma jrid ikun hemm l-ebda lment rilevanti min-naħa tal-partijiet interessati, jew inkella l-ilmenti jridu jkunu ssolvew b'mod sodisfaċenti;

(5)

il-korp kompetenti jrid ikun issodisfat, abbażi tal-evidenza li jkun irċieva, li l-organizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha tar-Regolament;

(6)

il-korp kompetenti jrid ikun irċieva t-tariffa dovuta, jekk ikun hemm.

Hija meqjusa l-aħjar prattika li korp kompetenti jieħu deċiżjoni finali dwar ir-reġistrazzjoni fl-EMAS ta' organizzazzjoni li tkun applikat għal dan fi żmien tliet xhur minn meta tkun ġiet aċċettata l-applikazzjoni. F'każijiet eċċezzjonali biss jista' jiġi ġġustifikat perjodu itwal biex tintlaħaq deċiżjoni finali dwar ir-reġistrazzjoni.

2.5.4.    Is-sospensjoni ta' organizzazzjoni mir-reġistru jew it-tneħħija tagħha minnu

Dan jista' jseħħ fil-każijiet li ġejjin:

jekk korp kompetenti jkollu raġuni jaħseb li l-organizzazzjoni ma tikkonformax mar-Regolament;

jekk korp kompetenti jirċievi rapport ta' sorveljanza bil-miktub mingħand korp ta' akkreditazzjoni jew ta' liċenzjar li jkun fih evidenza li l-verifikatur ambjentali ma jkunx wettaq il-kompiti tiegħu skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament;

jekk l-organizzazzjoni tonqos milli tibgħat xi wieħed mid-dokumenti li ġejjin lill-korp kompetenti fi żmien xahrejn minn meta tintalab tagħmel dan: id-dikjarazzjoni ambjentali vvalidata, id-dikjarazzjoni ambjentali aġġornata jew id-dikjarazzjoni dwar l-attivitajiet ta' verifika u ta' validazzjoni ffirmata mill-verifikatur (l-Anness VII), jew il-formola tal-applikazzjoni (l-Anness VI);

jekk korp kompetenti jkun infurmat dwar xi ksur tar-rekwiżiti ġuridiċi marbutin mal-ambjent permezz ta' rapport bil-miktub mingħand l-awtorità tal-infurzar.

Il-korp kompetenti jista' jneħħi s-sospensjoni biss meta jirċievi informazzjoni sodisfaċenti dwar il-konformità tal-organizzazzjoni mar-Regolament.

Ir-Regolament dwar l-EMAS ma jispeċifikax it-tul ta' żmien tas-sospensjonijiet, u għalhekk huma l-korpi kompetenti rispettivi li għandhom jiddeċiedu dwar dan. Madankollu, dawn is-sospensjonijiet ma għandhomx idumu aktar minn 12-il xahar.

Figura 10

Il-pilastri tal-EMAS. Il-proċedura tar-reġistrazzjoni

Image

2.6.   IL-BIDLIET SOSTANZJALI

Organizzazzjoni li tkun qed tagħmel bidliet fl-operat, fl-istruttura, fl-amministrazzjoni, fil-proċessi, fl-attivitajiet, fil-prodotti jew fis-servizzi tagħha trid tqis l-impatt ambjentali ta' dawn il-bidliet, minħabba li dawn jistgħu jaffettwaw il-validità tar-reġistrazzjoni tagħha fl-EMAS. Il-bidliet iż-żgħar jistgħu jiġu assorbiti, iżda l-bidliet sostanzjali se jkunu jeħtieġu li jiġu aġġornati r-reviżjoni ambjentali, il-politika ambjentali, il-programm ambjentali, is-sistema ta' ġestjoni ambjentali u d-dikjarazzjoni ambjentali. Id-dokumenti kollha aġġornati għandhom jiġu vverifikati u vvalidati fi żmien sitt xhur. Wara l-validazzjoni, l-organizzazzjoni għandha tibgħat il-bidliet lill-korp kompetenti billi tuża l-Anness VI tar-Regolament.

Figura 11

Dijagramma f'sekwenzi dwar kif għandhom jiġu ttrattati l-bidliet sostanzjali fil-kuntest tal-EMAS

Image

3.   L-UŻU TAL-LOGO TAL-EMAS

X'inhu l-logo tal-EMAS?

Il-logo tal-EMAS huwa immaġni grafika assoċjata mal-affarijiet li ġejjin:

mal-implimentazzjoni korretta tal-EMAS;

mal-impenn favur titjib kontinwu b'rabta mal-ambjent;

mal-involviment attiv tal-impjegati;

mal-kredibbiltà tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni; u

mal-konformità legali ppruvata.

Il-logo tal-EMAS huwa mod tajjeb kif wieħed juri li l-organizzazzjoni hija favur l-ambjent.

3.1.   KIF GĦANDEK TUŻA L-LOGO TAL-EMAS

L-organizzazzjonijiet li għandhom reġistrazzjoni valida fl-EMAS biss jistgħu jużaw il-logo tal-EMAS, li jintuża kif ġej:

il-logo dejjem irid ikollu n-numru tar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni, ħlief fil-każ tal-attivitajiet ta' promozzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni tal-EMAS;

il-logo uffiċjali biss huwa validu;

jekk l-organizzazzjoni jkollha diversi siti li mhux kollha jkunu inklużi fir-reġistrazzjoni, hija tista' tuża l-logo biss għas-siti rreġistrati u ma għandhiex tagħti l-impressjoni li l-organizzazzjoni kollha hija rreġistrata;

id-dikjarazzjoni ambjentali preferibbilment għandu jkollha l-logo fuqha.

Figura 12

Il-logo tal-EMAS

Image

L-użu tal-logo tal-EMAS għall-attivitajiet ta' promozzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni tal-iskema

Din hija l-unika sitwazzjoni meta l-logo tal-EMAS jista' jintuża mingħajr in-numru tar-reġistrazzjoni. Il-korpi kompetenti, il-korpi ta' akkreditazzjoni u ta' liċenzjar u l-partijiet interessati l-oħrajn jistgħu jużaw il-logo.

3.2.   KIF M'GĦANDEKX TUŻA L-LOGO TAL-EMAS

Il-logo ma għandux jintuża fuq il-prodotti jew fuq l-imballaġġ, sabiex ma jkunx hemm konfużjoni mat-tikketti tal-prodotti;

il-logo ma għandux jintuża ma' dikjarazzjonijiet komparattivi dwar attivitajiet u servizzi oħrajn.

Il-logo ma għandux jintuża b'tali mod li jkun jista' jitħawwad ma' tikketti oħrajn tal-prodotti jew tas-servizzi.

Tabella 12

Eżempji tal-użu tal-logo tal-EMAS

Numru

Eżempju jew sitwazzjoni

Użu permess jew le

1

Logo fuq l-ittri, l-envelopps, il-biljetti tan-negozju, l-uniformi korporattiva, il-kompjuters korporattivi u l-basktijiet u l-bnadar tal-EMAS ta' organizzazzjoni rreġistrata, u użu simili ieħor tal-logo tal-EMAS għall-finijiet ta' promozzjoni fil-livell korporattiv.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni, minħabba li użu bħal dan iservi ta' promozzjoni għall-organizzazzjoni rreġistrata fl-EMAS.

2

Logo fuq l-intestatura ta' dokument mibgħut lill-awtoritajiet li jkun fih dejta vvalidata dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni.

3

Logo fuq fowlder li jkun fih rapport dwar organizzazzjoni parzjalment irreġistrata.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni, iżda l-logo irid isemmi biss lis-siti rreġistrati.

4

Logo fuq prodott bil-messaġġ “prodott ekoloġiku”.

LE, għax jista' jitħawwad mal-ekotikketti tal-prodotti.

5

Logo fir-rivista ta' linja tal-ajru rreġistrata (li tingħata waqt it-titjira), flimkien ma' xi informazzjoni vvalidata.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni.

6

Logo fuq ajruplan, ferrovija, karozza tal-linja, karozza jew trakk tal-kumpanija jew metro ta' kumpanija rreġistrata fl-EMAS.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni.

7

Logo mqiegħed fuq trakk ta' kumpanija tad-distribuzzjoni rreġistrata, flimkien ma' isem il-kumpanija u mad-dikjarazzjoni vvalidata li ġejja: “Bejn l-2009 u l-2012 naqqasna l-konsum medju tad-diżil tal-flotta tat-trakkijiet tagħna b'20 % għal x litru għal kull 100 km”.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni.

8

Logo stampat fuq ritratt ta' akkomodazzjoni għat-turisti mhux irreġistrata inkluża fil-katalgu ta' aġenzija tal-ivvjaġġar irreġistrata.

LE, għax l-użu tal-logo joħloq konfużjoni. Il-logo jista' jintuża biss għall-aġenzija tal-ivvjaġġar.

9

Logo stampat fuq il-katalgu ta' aġenzija tal-ivvjaġġar irreġistrata li fih informazzjoni vvalidata dwar il-miżuri favur it-turiżmu sostenibbli li l-organizzazzjoni implimentat.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni.

10

Logo mqiegħed fuq dokument intern imqassam lill-impjegati li fih informazzjoni vvalidata dwar it-tħaddim tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali biss.

IVA, u mal-logo m'hemmx bżonn jingħata n-numru tar-reġistrazzjoni, minħabba li din hija komunikazzjoni interna maħsuba biex jiżdied l-għarfien ġenerali tal-persunal dwar is-sistema.

11

Logo fuq il-bullettin jew il-qoxra ta' fuljett għall-klijenti u għall-fornituri, li l-kontenut tagħhom ikun ittieħed mid-dikjarazzjoni ambjentali vvalidata.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni, minħabba li din hija komunikazzjoni għall-pubbliku inġenerali li fiha jingħataw eżempji konkreti ta' kumpanija speċifika rreġistrata fl-EMAS, maħruġa minn dik l-organizzazzjoni rreġistrata stess.

12

Logo fir-rapport ambjentali annwali ta' azjenda li jinkludi siti rreġistrati u mhux irreġistrati, fil-bidu tal-kapitlu dwar id-dikjarazzjoni ambjentali vvalidata li fiha s-siti tal-organizzazzjoni rreġistrati fl-EMAS huma identifikabbli b'mod ċar.

IVA, flimkien man-numru jew man-numri tar-reġistrazzjoni. Jekk ir-reġistrazzjoni tkun reġistrazzjoni korporattiva li fiha diversi siti jaqgħu taħt l-istess numru, irid jintuża dak in-numru. Jekk is-siti kollha tal-EMAS ikunu rreġistrati b'mod individwali, in-numri tar-reġistrazzjoni tas-siti individwali jridu jkunu jistgħu jiġu rrikonoxxuti.

13

Logo bħala immaġni grafika fl-isfond ta' lista ta' dejta ambjentali vvalidata f'rapport kummerċjali.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni.

14

Fuljett ġenerali ta' organizzazzjoni governattiva dwar kif l-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-EMAS inġenerali jistgħu jirriċiklaw jew jipproċessaw bl-aħjar mod id-diversi frazzjonijiet tagħhom tal-iskart.

IVA, mingħajr in-numru tar-reġistrazzjoni, minħabba li dan il-fuljett għandu l-għan li jżid l-għarfien dwar l-EMAS inġenerali u għalhekk mhuwiex marbut ma' numru tar-reġistrazzjoni.

15

Logo maġenb informazzjoni ambjentali vvalidata fuq is-sit web tal-organizzazzjoni.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni.

16

Logo fuq l-istends tal-wirja ta' organizzazzjoni rreġistrata, li jservi biex jippromwovi lill-organizzazzjoni rreġistrata bħala tali.

IVA, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni.

17

Logo fuq l-istends tal-wirja ta' organizzazzjoni rreġistrata, li jservi biex jippromwovi lill-EMAS bħala sistema ta' ġestjoni ambjentali inġenerali.

IVA, u mal-logo m'hemmx bżonn jingħata n-numru tar-reġistrazzjoni, minħabba li dan qed jintuża għall-promozzjoni tal-EMAS.

18

Logo f'gazzetta, bħala immaġni grafika fl-isfond ta' riklam konġunt ta' żewġ kumpaniji li jkunu qed iħabbru l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-ambjent matul il-katina tal-provvista (waħda rreġistrata u l-oħra le).

LE, għax l-użu tal-logo joħloq konfużjoni, minħabba li waħda mill-organizzazzjonijiet mhijiex irreġistrata.

19

Logo mingħajr numru tar-reġistrazzjoni użat għall-finijiet ta' promozzjoni minn organizzazzjoni li mhijiex irreġistrata.

IVA, iżda għall-attivitajiet ta' promozzjoni tal-EMAS biss u mhux għall-promozzjoni tal-organizzazzjoni nnifisha.

20

Logo fuq il-biljetti ta' organizzazzjoni muniċipali tat-trasport irreġistrata.

IVA, u mal-logo m'hemmx bżonn jingħata n-numru tar-reġistrazzjoni jekk dan jintuża għall-promozzjoni tal-EMAS inġenerali. Jekk il-logo fuq il-biljetti jkun qed jippromwovi organizzazzjoni speċifika rreġistrata fl-EMAS, fuq il-biljetti jrid jingħata wkoll in-numru tar-reġistrazzjoni ta' dik l-organizzazzjoni speċifika.

4.   KIF TGĦADDI MINN SISTEMI TA' ĠESTJONI AMBJENTALI OĦRAJN GĦALL-EMAS

L-għadd ta' sistemi ta' ġestjoni ambjentali fl-UE kollha qiegħed dejjem jikber, u dawn għandhom l-għan li jkopru l-ħtiġijiet f'oqsma speċifiċi jew f'setturi ta' attività speċifiċi. L-amministrazzjonijiet lokali jew reġjonali jistgħu jużaw dawn is-sistemi sabiex itejbu s-sostenibbiltà jew il-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Tista' ssib l-aktar sistemi rilevanti minn fost dawn is-sistemi kollha billi tmur fl-indirizz elettroniku mogħti fl-Anness ta' din il-gwida.

Ir-Regolament dwar l-EMAS isemmi l-possibbiltà li wieħed jivvaluta l-livell ta' ekwivalenza bejn din is-sistema u sistemi oħrajn. Ir-rikonoxximent uffiċjali tas-sistemi ta' ġestjoni ambjentali l-oħrajn jew ta' partijiet minnhom jista' jiffaċilita t-tranżizzjoni tal-organizzazzjoni lejn l-EMAS. Il-proċedura hija kif ġej:

(a)

l-Istati Membri jridu jibagħtu talba bil-miktub lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali jew ta' parti minnha;

(b)

il-partijiet rilevanti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali u l-elementi li jikkorrispondu għall-EMAS iridu jiġu analizzati u speċifikati fit-talba, u trid tingħata evidenza tal-ekwivalenza tagħhom għall-EMAS;

(c)

il-Kummissjoni tibgħat il-proposta lill-Kumitat tal-EMAS (stabbilit skont l-Artikolu 49 tar-Regolament);

(d)

wara li l-Kummissjoni tapprovahom, id-dettalji tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali rrikonoxxuta jew ta' partijiet minnha jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-organizzazzjonijiet li jkunu implimentaw sistema ta' ġestjoni ambjentali rrikonoxxuta jew partijiet minnha ma jkollhomx għalfejn jirrepetu dawk il-partijiet li jkunu diġà rrikonoxxuti meta jaqilbu għall-EMAS.

Kull Stat Membru għandu l-proċeduri tiegħu stess biex jittratta l-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent. Għal aktar tagħrif dwar dawn il-proċeduri, staqsi lill-korp kompetenti rilevanti.

5.   L-EMAS III GĦALL-INTRAPRIŻI Ż-ŻGĦAR U TA' DAQS MEDJU (L-SMES)

“Organizzazzjonijiet żgħar” tfisser:

(a)

intrapriżi mikro, żgħar jew ta' daqs medju kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 […]; jew

(b)

awtoritajiet lokali li jiggvernaw inqas minn 10 000 abitant jew awtoritajiet pubbliċi oħra li jimpjegaw inqas minn 250 persuna u li jkollhom baġit annwali li ma jaqbiżx EUR 50 miljun, jew total annwali tal-karta tal-bilanċ li ma jaqbiżx EUR 43 miljun, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(c)

gvern jew amministrazzjoni pubblika oħra, jew korpi pubbliċi konsultattivi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali;

(d)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jwettqu funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skont il-liġi nazzjonali, inklużi dmirijiet, attivitajiet jew servizzi speċifiċi relatati mal-ambjent; u

(e)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkollhom responsabbiltajiet jew funzjonijiet pubbliċi, jew li jipprovdu servizzi pubbliċi, relatati mal-ambjent taħt il-kontroll ta' korp jew persuna msemmija fil-punt (b).

Il-perjodu tal-verifika u tal-verifika interna

Il-verifika sħiħa tal-SMEs tista' ssir fuq erba' snin minflok fuq tlieta. Il-perjodu taż-żmien għall-verifika interna wkoll jista' jiġi estiż minn sena għal sentejn għalihom. L-istess japplika għad-dikjarazzjoni ambjentali. Madankollu, kull sena l-organizzazzjoni xorta waħda trid tibgħat dikjarazzjoni aġġornata mhux ivvalidata lill-korp kompetenti.

Biex tibbenefika minn din l-għażla, l-organizzazzjoni trid tibgħat applikazzjoni lill-korp kompetenti dwar dan, li jista' jestendi l-perjodu taż-żmien permess jekk il-verifikatur ikun ikkonferma li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 7, jiġifieri:

li ma hemm l-ebda riskju ambjentali sinifikanti;

li ma kien hemm l-ebda bidla sostanzjali fl-organizzazzjoni;

li l-organizzazzjoni ma tikkontribwixxix għal problemi lokali sinifikanti.

Il-verifika u l-validazzjoni

Il-verifikaturi ambjentali għandhom iqisu l-karatteristiċi tal-organizzazzjonijiet iż-żgħar biex ma jgħabbuhomx aktar milli hemm bżonn. L-SMEs ta' spiss ikollhom riżorsi u mezzi limitati, u allura ma jkunux jifilħu jlaħħqu daqshekk ma' rappurtar estensiv u ma' proċeduri fit-tul. Il-verifikatur għandu jqis ukoll karatteristiċi oħrajn tal-SMEs, bħall-persunal multifunzjonali, it-taħriġ fuq il-post u l-kapaċità tagħhom li jadattaw malajr għall-bidliet. L-għan ewlieni huwa li tinkiseb evidenza oġġettiva li l-EMAS qed taħdem b'mod effettiv u li l-proċeduri huma adattati għad-daqs u għall-kumplessità tan-negozju, għall-kompetenza tal-persunal tiegħu u għan-natura tal-impatti ambjentali.

It-tariffi

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi hu stess it-tariffi għall-proċeduri tar-reġistrazzjoni fl-EMAS. Xi wħud ma jitolbux ħlas. Fi kwalunkwe każ, skont ir-Regolament, it-tariffi jridu jkunu raġonevoli u proporzjonati mad-daqs tal-organizzazzjoni.

L-appoġġ tekniku u finanzjarju

L-appoġġ tekniku u finanzjarju għall-EMAS inġenerali, u għall-SMEs b'mod partikulari, għandu jingħata fuq żewġ livelli. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħrif dwar ir-rekwiżiti ġuridiċi u dwar l-awtoritajiet tal-infurzar, kif ukoll tagħrif tekniku dwar il-verifikaturi akkreditati jew liċenzjati, il-proċeduri tar-reġistrazzjoni, l-għotjiet u l-appoġġ finanzjarju. Il-Kummissjoni tipprovdi tagħrif u tħejji t-triq għall-organizzazzjonijiet li jkunu jixtiequ jirreġistraw fl-EMAS billi tirrikonoxxi partijiet minn sistemi ta' ġestjoni ambjentali oħrajn jew billi tintegra l-EMAS f'politiki oħrajn tal-UE.

Il-metodu tal-“EMAS Easy”

Għalkemm il-metodu tal-“EMAS Easy” ma jissemmiex fir-Regolament, għandu jitqies bħala għodda li l-organizzazzjonijiet iż-żgħar għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom (33). Dan jgħinhom jimplimentaw ir-rekwiżiti kollha tal-EMAS malajr, mingħajr ma jonfqu ħafna flus u mingħajr problemi.

Ir-raggruppament u l-approċċ pass pass

L-awtoritajiet lokali, f'kooperazzjoni mal-kmamar tal-kummerċ, mal-assoċjazzjonijiet industrijali u ma' partijiet oħrajn, jistgħu jagħtu appoġġ lill-SMEs li jkunu jixtiequ jimplimentaw l-EMAS billi jiffaċilitaw ir-raggruppament u l-approċċ pass pass.

Ir-“raggruppament” huwa mod kif wieħed jimplimenta l-EMAS bħala grupp, u huwa utli għall-organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-istess settur ta' attività jew li jinsabu fl-istess żona ġeografika. Dawn jistgħu jaqsmu l-proċess tal-implimentazzjoni bejniethom u mbagħad ikomplu bir-reġistrazzjoni individwali tagħhom.

L-approċċ pass pass jista' jiġi adattat għall-ħtiġijiet ta' kull Stat Membru individwali. Dan jista' jintrabat, pereżempju, ma' proġetti jew pjanijiet ġenerali biex tiġi promossa l-implimentazzjoni tal-EMAS f'muniċipalità jew f'żona fejn entitajiet differenti jkunu qed jippjanaw li jinkuraġġixxu lill-organizzazzjonijiet jimplimentaw prattiki ambjentali tajbin f'diversi fażijiet jew b'diversi modi.

Eżempju: Eżempju tajjeb ta' dan l-approċċ jista' jkun li wieħed jieħu grupp ta' SMEs f'żona industrijali jew f'reġjun immexxi mill-muniċipalità, f'kooperazzjoni ma' kamra tal-kummerċ u mal-assoċjazzjonijiet industrijali li jaħdmu f'dik iż-żona. L-organizzazzjonijiet involuti jistgħu jieħdu sehem fi pjan ta' implimentazzjoni pass pass tal-EMAS. L-ewwel pass ikun li tingħata għajnuna lill-kumpaniji kollha biex iwettqu reviżjoni ambjentali tal-EMAS. It-tieni pass ikun jinvolvi t-tfassil u l-implimentazzjoni ta' prattiki tajbin ta' ġestjoni. It-tielet pass ikun li tiġi stabbilita sistema formali ta' ġestjoni ambjentali bħall-EN ISO 14001. Fl-aħħar nett, il-kumpaniji jistgħu jaqilbu għall-EMAS bħala s-sistema ta' ġestjoni ewlenija.

Dan l-approċċ jista' jkun opportunità biex gruppi ta' organizzazzjonijiet, setturi ta' attività jew territorji speċifiċi jiżviluppaw pjanijiet tal-promozzjoni fejn ikun hemm interess li tiġi promossa l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' ġestjoni ambjentali, formali jew mhux, qabel ma dawn jaqilbu għalkollox għall-EMAS.

ANNESS II

Tista' ssib aktar tagħrif marbut mal-EMAS li tista' tużah flimkien ma' din il-gwida għall-utent fuq il-paġni web tal-EMAS tal-Kummissjoni Ewropea hawnhekk: http://ec.europa.eu/environment/emas/ fejn tista' ssib:

ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-25 ta' Novembru 2009 — http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2009:342:0001:0045:MT:PDF;

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — It-twaqqif ta' pjan ta' ħidma li jistabbilixxi lista indikattiva ta' setturi għall-adozzjoni ta' dokumenti ta' referenza settorjali u transsettorjali, skont ir-Regolament dwar l-EMAS — http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52011XC1208(01);

id-dokumenti ta' referenza settorjali tal-EMAS għas-setturi ta' prijorità identifikati — http://ec.europa.eu/environment/emas/emas_publications/sectoral_reference_documents_en.htm;

l-iskedi informattivi dwar 20 approċċ għas-sistemi ta' ġestjoni ambjentali (minn dak pass pass sa dak tal-EMAS) — http://ec.europa.eu/environment/emas/emas_publications/publications_studies_en.htm#Step%20up%20to%20EMAS;

l-indiċi tal-korpi kollha kompetenti, tal-korpi kollha ta' akkreditazzjoni u tal-korpi kollha ta' liċenzjar involuti fl-EMAS — http://ec.europa.eu/environment/emas/emas_contacts/competent_bodies_en.htm;

id-dokumenti tal-EMAS — http://ec.europa.eu/environment/emas/emas_publications_en.htm;

l-iskedi informattivi dwar l-EMAS dwar suġġetti speċifiċi li għalihom ġiet identifikata l-ħtieġa ta' tagħrif aktar iddettaljat — http://ec.europa.eu/environment/emas/emas_publications/publications_studies_en.htm#Fact%20Sheets;

l-EMAS Globali — id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/832/UE tas-7 ta' Diċembru 2011 dwar Gwida għal Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE, Reġistrazzjoni ta' Pajjiżi Terzi u Reġistrazzjoni Globali skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali [ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi] (EMAS) — http://eur-lex.europa.eu/legalcontent/EN/TXT/?qid=1512397918431&uri=CELEX:32011D0832

http://ec.europa.eu/environment/emas/join_emas/emas_global_en.htm.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/832/UE tas-7 ta' Diċembru 2011 dwar Gwida għal Reġistrazzjoni Korporattiva tal-UE, Reġistrazzjoni ta' Pajjiżi Terzi u Reġistrazzjoni Globali skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali [ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi] (EMAS) (ĠU L 330, 14.12.2011, p. 25).

(3)  http://ec.europa.eu/environment/emas/emas_publications/publications_studies_en.htm#Study%20on%20the%20costs%20and%20benefits%20of%20EMAS%20to%20registered%20organisations.

(4)  Id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (“id-Direttiva IED”), li tħassar id-Direttiva dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (l-IPPC) b'effett mis-7 ta' Jannar 2013, tagħti lill-Istati Membri gwida ddettaljata dwar l-ispezzjonijiet ambjentali, li għalihom il-frekwenza taż-żjarat fuq il-post għandha tkun ibbażata fuq stima sistematika tar-riskji ambjentali tal-installazzjonijiet ikkonċernati billi jintuża sett ta' kriterji li jinkludi l-parteċipazzjoni tal-operatur fl-EMAS.

(5)  L-istudju EVER, “Evaluation of EMAS and Eco-Label for their Revision”, li ċ-ċentru IEFE tal-Università Bocconi wettaq fl-2005 għad-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea.

(6)  Hamschmidt J., Dyllick T. (2001). “ISO 14001: profitable? Yes! But is it eco-effective?”. Greener Management International, numru 34.

(7)  CESQA SINCERT. (2002). “Indagine sulla certificazione ambientale secondo la norma UNI EN ISO 14001 - Risultati indagine Triveneto”.

(8)  Freimann, W. (2001). “The impacts of corporate environmental management systems: a comparison of EMAS and ISO 14001”. Greener Management International, numru 36, pp. 91-103.

(9)  IRIS. (2000). “Environmental management systems — paper tiger or powerful tool”. The Swedish Institute of Production Engineering Research (L-Istitut Żvediż tar-Riċerka dwar l-Inġinerija tal-Produzzjoni). Molndal.

(10)  Iċ-ċifri fit-Tabella 1 huma indikattivi u għandhom x'jaqsmu mad-daqs tal-kategoriji rispettivi. Għalhekk dawn ma jistgħux jiġu applikati b'mod dirett għal kull organizzazzjoni f'kull sitwazzjoni.

(11)  Id-daqs tal-organizzazzjonijiet huwa kif inhu ddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE dwar id-definizzjoni tal-mikrointrapriżi u tal-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(12)  L-SMEs ta' spiss jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tagħhom fl-ewwel sena billi jimplimentaw l-EMAS permezz tal-metodoloġija tal-“EMAS Easy”. L-istimi ta' dan l-aħħar juru li, f'ċerti każijiet, fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu sa EUR 11 500 għall-mikroorganizzazzjonijiet u sa EUR 17 000 għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar. Dawn l-istimi huma indikattivi biss u jissejsu fuq dejta li taw l-SMEs li kienu qed jieħdu sehem f'seminars li saru għalihom f'diversi Stati Membri..

(13)  L-SMEs ta' spiss jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tagħhom fl-ewwel sena billi jimplimentaw l-EMAS permezz tal-metodoloġija tal-“EMAS Easy”. L-istimi ta' dan l-aħħar juru li, f'ċerti każijiet, l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu sa EUR 2 200 fis-sena għall-mikroorganizzazzjonijiet u sa EUR 3 300 fis-sena għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar. Dawn l-istimi huma indikattivi biss u jissejsu fuq dejta li taw l-SMEs li kienu qed jieħdu sehem f'seminars li saru għalihom f'diversi Stati Membri.

(14)  http://ec.europa.eu/environment/emas/join_emas/what_if_i_am_an_sme_en.htm.

(15)  ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.

(16)  Il-lista indikattiva ta' 11-il settur ta' prijorità li għalihom se jiġu żviluppati dokumenti ta' referenza settorjali ġiet ippubblikata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2011/C 358/02 intitolata “It-twaqqif ta' pjan ta' ħidma li jistabbilixxi lista indikattiva ta' setturi għall-adozzjoni ta' dokumenti ta' referenza settorjali u transsettorjali, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)” (ĠU C 358, 8.12.2011, p. 2).

(17)  http://ec.europa.eu/environment/emas/join_emas/what_if_i_am_an_sme_en.htm.

(18)  Skont proċedura uffiċjali tal-Artikolu 45 kif deskritta fir-Regolament dwar l-EMAS.

(19)  Kif speċifikat fl-Artikolu 10 u fl-Anness V tar-Regolament dwar l-EMAS u fit-Taqsima 3 ta' dan id-dokument.

(20)  Skont il-punt (e) tat-Taqsima B tal-Anness IV tar-Regolament dwar l-EMAS, id-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun fiha “sommarju tad-dejta disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni f'taqbil mal-objettivi u l-miri ambjentali tagħha fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi. Għandu jsir rappurtar dwar l-indikaturi ċentrali u l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali eżistenti rilevanti oħra kif imniżżlin fit-Taqsima C”. Skont it-Taqsima C tal-Anness IV, “kull organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll fuq bażi annwali dwar il-prestazzjoni tagħha rigward aspetti ambjentali aktar speċifiċi kif identifikati fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha u, fejn disponibbli, tieħu kont ta' dokumenti ta' referenza settorjali kif imsemmi fl-Artikolu 46.

(21)  Madankollu, ir-Regolament dwar l-EMAS mhuwiex il-post it-tajjeb fejn wieħed għandu jistabbilixxi metodoloġija jew għodda għall-iżvilupp ta' inventarji tal-emissjonijiet u/jew għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet.

(22)  Skont il-punt (e) tat-Taqsima B tal-Anness IV tar-Regolament dwar l-EMAS, id-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun fiha “sommarju tad-data disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni f'taqbil mal-objettivi u l-miri ambjentali tagħha fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi. Għandu jsir rappurtar dwar l-indikaturi ċentrali u l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali eżistenti rilevanti oħra kif imniżżlin fit-Taqsima C”. Skont it-Taqsima C tal-Anness IV, “kull organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll fuq bażi annwali dwar il-prestazzjoni tagħha rigward aspetti ambjentali aktar speċifiċi kif identifikati fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha u, fejn disponibbli, tieħu kont ta' dokumenti ta' referenza settorjali kif imsemmi fl-Artikolu 46.

(*1)  Id-definizzjoni uffiċjali tal-valur miżjud gross tinsab fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006 tat-28 ta' Settembru 2006 li jimplimenta u jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward tad-definizzjoni tal-varjabbli, il-lista tal-varjabbli u l-frekwenza tal-ġbir tad-data. “Il-valur miżjud fuq il-prezzijiet bażiċi jista' jiġi kkalkolat mid-dħul totali (minbarra l-VAT u taxxi oħra simili li jitnaqqsu u li huma direttament marbuta mad-dħul), biż-żieda tal-produzzjoni mdawra f'kapital, biż-żieda ta' dħul ieħor ta' operat u biż-żieda jew bit-tnaqqis tal-bdil fl-istokk, bit-tnaqqis tax-xiri tal-oġġetti u s-servizzi, bit-tnaqqis tat-taxxi fuq prodotti li huma direttament marbuta mad-dħul iżda li ma jitnaqqsux u biż-żieda ta' kwalunkwe sussidju fuq il-prodotti.” Id-dħul u l-infiq li fil-kontijiet tal-kumpanija jkun klassifikat bħala finanzjarju jew straordinarju huwa eskluż mill-valur miżjud. Għalhekk, is-sussidji fuq il-prodotti huma inklużi fil-valur miżjud fil-prezzijiet bażiċi, filwaqt li t-taxxi kollha fuq il-prodotti huma esklużi. Il-valur miżjud huwa kkalkolat “gross” peress li l-aġġustamenti tal-valur (bħad-deprezzament) ma jitnaqqsux.

Nota: Id-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS tista' tintuża biex wieħed jirrapporta dwar indikaturi ċentrali speċifiċi tal-prestazzjoni, b'mod partikulari l-enerġija u l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra.

(23)  Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(24)  Ir-referenza għal “dan ir-Regolament” fir-Regolament dwar l-EMAS hija referenza għar-“Regolament dwar l-EMAS”.

(25)  http://ec.europa.eu/environment/emas/emas_registrations/register_en.htm.

(26)  Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta' l-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta' l-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(27)  Suġġett għar-rekwiżiti ta' sorveljanza tal-korp ta' akkreditazzjoni jew ta' liċenzjar tal-Istat Membru fejn jixtieq jaħdem, kif speċifikat fl-Artikolu 24 tar-Regolament dwar l-EMAS.

(28)  Il-punt A.9.1.2 tal-Anness II tar-Regolament, imsejjaħ “Evalwazzjoni tal-konformità”, u l-punt A.10.2 tal-Anness II tar-Regolament, imsejjaħ “Nuqqas ta' konformità u azzjoni korrettiva”.

(29)  L-Artikolu 13(2)(c) u l-verifika li m'hemm l-ebda lment rilevanti minn partijiet interessati, jew li l-ilmenti jkunu ġew solvuti b'mod sodisfaċenti (l-Artikolu 13(2)(d)).

(30)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(31)  Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).

(32)  Lista bid-dettalji ta' kuntatt tal-korpi kompetenti, tal-korpi ta' akkreditazzjoni u tal-verifikaturi ambjentali fl-Istati Membri tal-UE u fin-Norveġja tinsab fl-indirizz elettroniku li ġej: http://ec.europa.eu/environment/emas/emas_contacts/competent_bodies_en.htm.

(33)  Tista' ssib aktar tagħrif dwar il-metodu tal-“EMAS Easy” fis-sit li ġej: http://ec.europa.eu/environment/emas/join_emas/what_if_i_am_an_sme_en.htm.


12.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/87


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2286

tas-6 ta' Diċembru 2017

dwar ir-rikonoxximent tar-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali Eco-Lighthouse bħala li huma konformi mar-rekwiżiti korrispondenti tal-Iskema ta' Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) b'konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali

(notifikata bid-dokument C(2017) 8082)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009,

Billi:

(1)

L-għan tal-EMAS huwa li tippromwovi titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet permezz tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' ġestjoni ambjentali, l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta' din is-sistema, l-għoti ta' informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali, id-djalogu miftuħ mal-pubbliku u mal-partijiet interessati l-oħra u l-involviment attiv tal-impjegati.

(2)

L-organizzazzjonijiet li jimplimentaw sistemi oħra ta' ġestjoni ambjentali u li jkunu jridu jaqilbu għall-EMAS jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħmlu dan bl-eħfef mod possibbli. Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati rabtiet ma' skemi oħra ta' ġestjoni ambjentali sabiex l-implimentazzjoni tal-EMAS tiġi faċilitata mingħajr ma jkun hemm duplikazzjoni tal-prattiki u tal-proċeduri eżistenti.

(3)

Sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-EMAS u tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-prattiki u tal-proċeduri eżistenti bbażati fuq sistemi oħra ta' ġestjoni ambjentali ċertifikati bi proċeduri xierqa, il-partijiet rilevanti ta' sistemi ta' ġestjoni ambjentali oħrajn rikonoxxuti mill-Kummissjoni li huma konformi mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS għandhom jitqiesu ekwivalenti għal dawn ir-rekwiżiti.

(4)

Dan ir-rikonoxximent għandu jkun ibbażat fuq analiżi tar-rekwiżiti u tal-proċeduri ta' dawn is-sistemi ta' ġestjoni ambjentali l-oħra, u fuq il-kapaċità tagħhom li jilħqu l-istess għanijiet bħar-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

(5)

Fis-26 ta' Jannar 2016, in-Norveġja bagħtet talba bil-miktub lill-Kummissjoni għal rikonoxximent tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali Eco-Lighthouse. Din it-talba kienet segwita b'informazzjoni kumplimentari biex il-Kummissjoni tiġi pprovduta bl-evidenza meħtieġa biex tivvaluta l-ekwivalenza tal-partijiet rilevanti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali għar-rekwiżiti tal-EMAS,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Abbażi tal-evidenza pprovduta mill-awtoritajiet Norveġiżi, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-partijiet mill-iskema Eco-Lighthouse identifikati fl-anness ta' din id-Deċiżjoni huma konformi mar-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

Artikolu 2

Il-bidliet fir-rekwiżiti tal-iskema Eco-Lighthouse li jħallu impatt fuq ir-rikonoxximent attwali għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni tal-anqas fuq bażi annwali. F'każ ta' bidliet f'dawn ir-rekwiżiti jew fir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirtira d-Deċiżjoni attwali, jew li temendaha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.


ANNESS

Daħla

Ir-Regolament dwar l-EMAS (1) jistabbilixxi sistema ta' ġestjoni ewlenija għall-organizzazzjonijiet biex jevalwaw il-prestazzjoni ambjentali tagħhom u biex jirrappurtaw dwarha u jtejbuha fuq bażi volontarja. L-EMAS hija miftuħa għall-organizzazzjonijiet kollha li jixtiequ jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Hija tkopri b'mod ġenerali s-setturi ekonomiċi u tas-servizzi u hija applikabbli fid-dinja kollha.

L-għan tal-EMAS huwa l-promozzjoni ta' titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet permezz tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' ġestjoni ambjentali, l-evalwazzjoni sistematika, oġġettiva u perjodika tal-prestazzjoni ta' dawk is-sistemi, il-forniment ta' informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali, il-ħolqien ta' djalogu miftuħ mal-pubbliku u l-involviment b'mod attiv tal-impjegati fl-organizzazzjoni waqt li jkun qed jingħata taħriġ xieraq.

Ir-Regolament dwar l-EMAS jiżgura l-kredibbiltà u t-trasparenza tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet irreġistrati mal-EMAS permezz ta' sistema ta' verifika minn parti terza mwettqa minn verifikaturi akkreditati jew liċenzjati.

Biex tiġi ffaċilitata r-reġistrazzjoni ta' organizzazzjonijiet li implimentaw sistemi oħra ta' ġestjoni ambjentali u li jkunu jridu jaqilbu għall-EMAS, ir-Regolament jipproponi (2) li l-Kummissjoni għandha tirrikonoxxi skemi oħra ta' ġestjoni ambjentali nazzjonali jew reġjonali, jew partijiet minnhom, li jkunu konformi mar-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolament, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati kundizzjonijiet speċifiċi.

L-Artikolu 45 tar-Regolament jistipula li l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw rapport bil-miktub lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent ta' sistemi eżistenti ta' ġestjoni ambjentali, jew ta' partijiet minnhom, li jkunu ċċertifikati skont proċeduri xierqa ta' ċertifikazzjoni rikonoxxuti fil-livell nazzjonali jew reġjonali bħala li huma konformi mar-rekwiżiti korrispondenti ta' dan ir-Regolament.

Wara li teżamina din it-talba, u filwaqt li taġixxi skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrikonoxxi l-partijiet rilevanti tas-sistemi ta' ġestjoni ambjentali u tirrikonoxxi r-rekwiżiti ta' akkreditazzjoni jew ta' liċenzjar għall-korpi ta' ċertifikazzjoni jekk tkun tal-fehma li Stat Membru jkun wettaq dawn li ġejjin:

fit-talba jkun speċifika b'mod suffiċjenti u ċar biżżejjed il-partijiet rilevanti tas-sistemi ta' ġestjoni ambjentali u r-rekwiżiti korrispondenti ta' dan ir-Regolament;

ikun ta biżżejjed provi dwar l-ekwivalenza tal-partijiet rilevanti kollha tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali kkonċernata, għal dan ir-Regolament.

Il-konsegwenzi tar-rikonoxximent: abbażi tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament, l-organizzazzjonijiet li jkunu jixtiequ jiksbu reġistrazzjoni mal-EMAS u li jkollhom sistema ċċertifikata ta' ġestjoni ambjentali rikonoxxuta skont l-Artikolu 45, ma għandhomx ikunu obbligati jwettqu dawk il-partijiet li jkunu ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament.

Madankollu jenħtieġ li jiġi nnutat li, fiż-żmien tal-verifika għat-tħejjija tar-reġistrazzjoni mal-EMAS jew għat-tiġdid ta' din ir-reġistrazzjoni, għandha tapplika d-dispożizzjoni tal-Artikolu 18.

Verifikatur akkreditat jew liċenzjat tal-EMAS għandu jivvaluta jekk il-proċeduri meħtieġa bħalma huma r-rieżami ambjentali tal-organizzazzjoni u l-politika ambjentali, is-sistema ta' ġestjoni jew il-proċeduri ta' verifika u l-implimentazzjoni tagħhom humiex konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Għaldaqstant, il-partijiet tas-sistemi l-oħra ta' ġestjoni ambjentali rikonoxxuti skont l-Artikolu 45 bħala konformi mar-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 għandhom jiġu verifikati wkoll biex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tagħhom hija konformi mar-rekwiżiti stabbiliti bħala ekwivalenti fir-rikonoxximent attwali.

Pereżempju, il-fatt li l-proċedura ta' dokumentazzjoni ta' sistema oħra ta' ġestjoni ambjentali tkun rikonoxxuta bħala ekwivalenti ma jipprekludix li ssir verifika tal-implimentazzjoni xierqa ta' din il-proċedura sabiex jiġi żgurat li tinkludi l-informazzjoni materjali meħtieġa.

Id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku (3) wkoll tagħmel referenza għal dan ir-rikonoxximent fl-Artikolu 62(2) tagħha, fejn tistipula li sistemi oħra ta' ġestjoni ambjentali rikonoxxuti skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 huma wieħed mit-tliet tipi ta' ċertifikati li jistgħu jiġu referenzjati minn awtoritajiet kontraenti li jeħtieġu li jingħataw ċertifikati li juru konformità ma' ċerti sistemi jew standards ta' ġestjoni ambjentali fil-kuntest ta' proċedura tal-akkwist pubbliku.

Fis-26 ta' Jannar 2016, in-Norveġja bagħtet applikazzjoni preliminari biex l-iskema ta' ċertifikazzjoni ambjentali nazzjonali tagħha Eco-Lighthouse Foundation (ELH) tiġi rikonoxxuta skont ir-Regolament dwar l-EMAS. Din it-talba kienet segwita minn informazzjoni kumplimentari sabiex ir-rekwiżiti tas-sistema ta' ċertifikazzjoni ambjentali Eco-Lighthouse jiġu ddettaljati b'mod ċar flimkien mar-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolament dwar EMAS (inklużi l-Annessi), u biex il-Kummissjoni tingħata l-provi meħtieġa biex tistabbilixxi l-ekwivalenza potenzjali tal-partijiet rilevanti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali.

Abbażi ta' dawn il-provi, il-Kummissjoni setgħet tistabbilixxi l-livell ta' konformità bejn ir-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali kkonċernata u r-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolament tal-EMAS kif deskritt fid-dokument li jmiss.

Tabella ta' spjegazzjoni dwar l-ELH – kunċetti

Kunċett ELH (EN)

Kunċett ELH (NO)

Definizzjoni tal-Kunċett mill-ELH

Eco-Lighthouse Foundation (Eco-Lighthouse/ELH)

Stiftelsen Miljøfyrtårn (Miljøfyrtårn)

L-entità legali li tamministra, li timmonitorja u li tiżviluppa l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-ELH.

Id-dikjarazzjoni ambjentali tal-ELH

Miljøkartlegging

Rappurtar ibbażat fuq l-Internet iġġenerat minn lista ta' kriterji mħejjija minn konsulent. Il-konformità tad-dokumenti tal-intrapriża mal-kriterji. Min joħroġ iċ-ċertifikat finalment japprova l-Miljøkartlegging u b'hekk jikkonferma l-konformità mal-kriterji tal-ELH.

Kriterji Ġenerali tal-Industrija

Felles kriterier

Il-kriterji li japplikaw għall-intrapriżi kollha li jixtiequ jkunu ċertifikati mill-ELH. L-intrapriża tindika wkoll jekk il-bini fejn hi bbażata huwiex proprjetà tagħha jew jekk huwiex mikri, u tiddeċiedi liema kriterji japplikaw, pereżempju, b'rabta mal-enerġija, ir-rimi tal-iskart, eċċ. Il-Kriterji Ġenerali tal-Industrija jindirizzaw l-aktar aspetti ambjentali importanti li huma komuni għall-intrapriżi kollha.

Il-kriterji speċifiċi tal-industrija

Bransjespesifikke kriterier

Il-kriterji li japplikaw għal intrapriżi f'industriji speċifiċi li jixtiequ jkunu ċertifikati mill-ELH. Il-kriterji tal-industrija speċifiċi għall-intrapriżi jindirizzaw l-aktar aspetti ambjentali importanti fl-industrija.

Maniġer Ambjentali

miljøfyrtårnansvarlig

Il-persuna fl-intrapriża maħtura mill-maniġment bħala persuna responsabbli għall-implimentazzjoni tal-ELH.

Ir-rapport Annwali dwar il-Klima u l-Ambjent

årlig Klima- og miljørapport

L-intrapriża tirrapporta sal-1 ta' April kull sena fuq il-portal tal-Internet tal-ELH. L-indikaturi: xi wħud minnhom huma universali; oħrajn huma ġġenerati mill-kriterji magħżula. Il-pjan ta' azzjoni huwa rrappurtat hawnhekk ukoll. Ir-rapport Annwali dwar il-Klima u l-Ambjent għandu jsir disponibbli għall-pubbliku ġenerali:

il-pjan ta' azzjoni/il-programm ambjentali

handlingsplan

Il-pjan ta' azzjoni tal-intrapriża għas-sena li jmiss, li jittratta kull tema ambjentali u dokumentat fir-rapport Annwali dwar il-Klima u l-Ambjent. Ir-responsabbiltajiet u l-iskadenzi jistgħu jiġu dokumentati fid-dikjarazzjoni ambjentali (Miljøkartlegging) jew internament fis-sistemi tal-intrapriża stess.

eżami annwali mill-maniġment

ledelsens gjennomgang

Il-maniġers ġenerali u l-maniġers tal-livell tan-nofs jiltaqgħu fuq bażi annwali biex jeżaminaw u jevalwaw is-sistema tas-saħħa, l-ambjent u s-sikurezza (HSE), is-sistema tal-kontroll tal-kwalità, l-implimentazzjoni tal-ELH u kwistjonijiet oħra rilevanti għall-intrapriża

il-grupp tal-ġestjoni ambjentali

miljøgruppe

Il-grupp ta' ħidma maħtur biex jagħti assistenza lill-maniġer ambjentali fl-implimentazzjoni tal-ELH. Jista' jinkludi lid-Diriġent tas-Saħħa u s-Sikurezza (HSE) responsabbli, u lil partijiet rilevanti oħra.

Il-portal tal-Internet Eco-Lighthouse

Miljøfyrtårnportalen

Il-portal tal-Internet li permezz tiegħu tinżamm dokumentazzjoni relatata mal-intrapriżi, il-muniċipalitajiet, il-konsulenti u ċ-ċertifikaturi, u li tinkludi d-dokumentazzjoni kollha b'rabta mal-konformità mal-kriterji u maċ-ċertifikazzjoni.

indikaturi speċifiċi għall-intrapriżi

virksomhetsspesifikke sjekkpunkter

Indikaturi mfasslin apposta fuq talba tal-intrapriża u inkorporati fir-rapport Annwali dwar il-Klima u l-Ambjent. Servizz bi ħlas.

Konsulent intern

Internkonsulent

Impjegat f'intrapriża li qed timpenja ruħha li tikseb ċertifikazzjoni tal-ELH. L-impjegat ilesti t-taħriġ biex isir konsulent tal-ELH, u b'hekk jikkwalifika biex jiggwida l-intrapriża biex tikseb iċ-ċertifikazzjoni, filwaqt li tiġi evitata l-ħtieġa li jiġi mqabbad konsulent estern tal-ELH għaċ-ċertifikazzjoni inizjali.

Lista ta' kontroll tal-HSE

HMS sjekkliste

Il-lista ta' kontroll interna tal-intrapriża għall-eżami annwali tal-HSE. Fost il-punti ewlenin insibu: l-aġġornament tar-rekwiżiti legali, it-taħriġ intern tal-persunal u tal-maniġment, il-politika ambjentali, l-għanijiet u l-kisbiet fir-rapport annwali dwar il-klima u l-ambjent, it-trattament tan-nuqqas ta' konformità.

Il-politika ambjentali

Miljøpolicy

L-intenzjonijiet u d-direzzjonijiet marbuta mal-prestazzjoni ambjentali, ifformulati f'intrapriża mill-maniġment superjuri

L-aspett ambjentali

miljøaspekt

Elementi tal-attivitajiet, tas-servizzi jew tal-prodotti li twettaq, tipprovdi jew tipproduċi intrapriża u li jistgħu jaffettwaw l-ambjent

Aspett ambjentali dirett

Direkte miljøaspekt

Elementi tal-attivitajiet, tas-servizzi jew tal-prodotti li twettaq, tipprovdi jew tipproduċi intrapriża u li fuqhom l-intrapriża għandha kontroll dirett

Aspett ambjentali indirett

Indirekte miljøaspekt

Elementi tal-attivitajiet, tas-servizzi jew tal-prodotti li twettaq, tipprovdi jew tipproduċi intrapriża u li fuqhom l-intrapriża ma għandhiex kontroll dirett, iżda li tista' tinfluwenzahom

objettiv ambjentali

miljømål

l-għanijiet ambjentali li għandhom jinkisbu fis-sena li jmiss, li huma dokumentati fir-rapport Annwali dwar il-Klima u l-Ambjent.

sistema ta' ġestjoni ambjentali

miljøledelsessystem

Sistema ta' ġestjoni integrata li tanalizza l-impatti ambjentali tal-intrapriżi u tuża ġabra ta' kriterji ambjentali għall-ġestjoni ta' dawn l-impatti. L-EMS għandha tkun adattata għat-tmexxija tal-intrapriża, u għandu jkollha għanijiet ċari u pjanijiet ta' azzjoni b'miżuri konkreti maħsuba biex jiġu implimentati, filwaqt li għandha tiżgura li jkun hemm titjib kontinwu.

tibdil sostanzjali

stor endring

kull tibdil fl-attività – inkluż fil-prodotti u s-servizzi – fil-post, fl-organizzazzjoni jew fl-amministrazzjoni tal-intrapriża li għandu impatt sinifikanti fuq is-sistema ta' ġestjoni ambjentali jew fuq aspetti ambjentali relatati mal-intrapriża

Nuqqas ta' konformità

Avvik

Devjazzjoni minn rekwiżit legali jew mill-kriterji tal-ELH, jew mit-tnejn jekk ir-rekwiżit legali huwa kriterju tal-ELH ukoll. Ir-rekwiżiti legali ambjentali ewlenin huma kriterji tal-ELH ukoll. Jekk ikun hemm nuqqas ta' konformità ma' xi kriterju tal-ELH, l-intrapriża ma tistax tiġi ċċertifikata.

Il-metodoloġija użata biex jiġu eżaminati r-referenzi tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali rikonoxxuta

L-għan ta' dan id-dokument huwa li jiddeskrivi r-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali “Eco-Lighthouse” u li jivvaluta l-konformità ta' dawn ir-rekwiżiti mar-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolament dwar l-EMAS. Din il-valutazzjoni għandha żewġ objettivi ewlenin:

1.

li tiffaċilita t-tranżizzjoni ta' organizzazzjoni lejn l-EMAS meta dik l-organizzazzjoni tkun diġà implimentat sistema oħra ta' ġestjoni ambjentali u tkun tixtieq taqleb għall-EMAS.

2.

li tiffaċilita t-tqabbil bejn ir-rekwiżiti tal-Eco-Lighthouse u dawk tal-EMAS.

Biex tħejji din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni wettqet analiżi tad-diskrepanzi bejn ir-rekwiżiti taż-żewġ sistemi. Wara li saret din l-analiżi, ir-rekwiżiti rilevanti ġew miġbura f'rekwiżiti prinċipali li jikkorrispondu għal partijiet differenti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali. Imbagħad ġiet evalwata l-konformità ta' dawn il-partijiet mar-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolament dwar l-EMAS.

Fil-paġni li jmiss ta' dan ir-rapport se jiġu analizzati l-partijiet li ġejjin tas-Sistema ta' Ġestjoni Ambjentali:

1.

L-impenn u l-involviment tal-maniġment superjuri;

2.

L-Istabbiliment ta' Rieżami Ambjentali – analiżi preliminari;

3.

L-istabbiliment ta' politika ambjentali;

4.

L-iżgurar tal-konformità legali;

5.

L-objettivi u l-programm ambjentali stabbiliti biex jiġi żgurat titjib kontinwu;

6.

L-istruttura organizzazzjonali, it-taħriġ, u l-involviment tal-impjegati;

7.

Rekwiżiti marbutin mad-dokumentazzjoni;

8.

Il-kontroll operattiv

9.

It-tħejjija għall-emerġenzi u r-rispons f'każ ta' emerġenza;

10.

Iċċekkjar, verifika interna u azzjoni korrettiva;

11.

Il-komunikazzjoni (interna u esterna);

12.

L-eżami mill-maniġment;

Barra minn hekk, dan ir-rapport jevalwa wkoll ir-rekwiżiti ta' akkreditazzjoni jew ta' liċenzjar li jippermettu l-verifika tal-iskemi minn awditur indipendenti kwalifikat.

Għal kull waħda minn dawn il-partijiet, il-valutazzjoni li ġejja tiddeskrivi sa liema punt ir-rekwiżiti tal-ELH huma konformi mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS. Sabiex tevalwa din il-konformità l-Kummissjoni qieset il-kapaċità tar-rekwiżiti tal-ELH li jilħqu l-objettivi tar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS bl-istess livell ta' robustezza u kredibbiltà (4).

F'diversi okkażjonijiet, xi partijiet tar-rekwiżiti tal-ELH jaqblu mar-rekwiżiti tal-EMAS sa ċertu punt, mingħajr ma jkunu konformi magħhom bis-sħiħ. Sabiex tiġi pprovduta evalwazzjoni differenzjata, dawn il-partijiet huma indikati bħala li “Jaqblu b'mod parzjali mar-rekwiżiti tal-EMAS”, u qed jingħataw xi spjegazzjonijiet biex jgħinu lill-organizzazzjonijiet iċċertifikati mill-ELH li jixtiequ jxejnu d-diskrepanzi mal-EMAS.

Wara l-valutazzjoni tagħhom il-partijiet differenti jistgħu jiġu klassifikati fi tliet kategoriji:

Il-parti ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-EMAS

Il-parti tissodisfa r-rekwiżiti tal-EMAS b'mod parzjali

Il-parti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-EMAS

Il-partijiet rikonoxxuti bħala konformi mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS (it-tielet kategorija) għandhom jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti.

Deskrizzjoni tal-Eco-Lighthouse

L-iskema ta' ċertifikazzjoni Eco-Lighthouse hija l-aktar sistema ta' ġestjoni ambjentali użata fin-Norveġja, b'aktar minn 5 000 ċertifikat validu mogħti lil organizzazzjonijiet żgħar, ta' daqs medju u kbar (l-ELH mhix maħsuba għall-kumpaniji bi sfidi ambjentali kumplessi (5)). Permezz ta' miżuri li huma faċli biex jiġu implimentati, konkreti, rilevanti u profitabbli (fis-sens l-aktar wiesa': lokali, reġjonali u globali), l-intrapriżi jistgħu jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom, jikkontrollaw l-impatt ambjentali tagħhom u jagħtu prova tad-dedikazzjoni tagħhom lejn ir-responsabbiltà soċjali korporattiva.

L-iskema ta' ċertifikazzjoni Eco-Lighthouse tintegra l-ġestjoni ambjentali ta' aspetti ambjentali, kemm interni kif ukoll esterni, fil-qafas legali tar-Regolamenti Norveġiżi dwar Attivitajiet Sistematiċi b'rabta mas-Saħħa, l-Ambjent u s-Sikurezza fl-Intrapriżi.

Intrapriża li tkun tixtieq ċertifikazzjoni Eco-Lighthouse għandha:

Qabel iċ-ċertifikazzjoni

1.

Tqabbad konsulent kwalifikat tal-Eco-Lighthouse li jkun imħarreġ, approvat u mmonitorjat mill-ELH biex:

a.

iwettaq rieżami ambjentali (miljøanalyse) tal-intrapriża. Abbażi ta' din l-analiżi preliminari, huwa jagħżel l-kriterji tal-industrija speċifiċi għall-intrapriżi (bransjespesifikke kriterier) li huma rilevanti għall-intrapriża, flimkien mal-Kriterji Ġenerali tal-Industrija (6) li huma applikabbli għall-organizzazzjonijiet kollha.

b.

jiġġenera u jgħin biex timtela d-dikjarazzjoni ambjentali (7) (Miljøkartlegging) fuq il-portal tal-Internet tal-ELH.

c.

bl-għajnuna ta' din l-għodda bbażata fuq l-Internet (Miljøkartlegging) imexxi u jiddokumenta l-issodisfar tal-kriterji rilevanti.

d.

iħarreġ lill-maniġer ambjentali intern (miljøfyrtårnansvarlig) maħtur mill-organizzazzjoni fl-użu tal-portal tal-Internet tal-ELH u tad-dikjarazzjoni ambjentali.

e.

iħarreġ lill-maniġer ambjentali intern biex jimla l-ewwel edizzjoni tar-Rapport Annwali dwar il-Klima u l-Ambjent li jirrapporta fuq bażi annwali (wara li ssir iċ-ċertifikazzjoni) b'rabta mas-sena kalendarja sħiħa ta' qabel

f.

imexxi l-proċess tal-issodisfar tal-kriterji.

2.

Fid-dikjarazzjoni ambjentali, l-organizzazzjoni, permezz tas-sistema ta' awtorappurtar permezz tal-Internet, għandha tikkonferma l-istatus ta' konformità ma' ġabra ta' kriterji ġenerali u speċifiċi tal-industrija qabel jitlesta l-proċess ta' ċertifikazzjoni. Biex tinkiseb iċ-ċertifikazzjoni għandhom jiġu ssodisfati l-kriterji ġenerali u l-kriterji speċifiċi tal-industrija kollha. Bħala parti mid-dikjarazzjoni ambjentali għandha tinżamm indikazzjoni bil-miktub ta' dan l-eżerċizzju ta' awtorappurtar.

3.

Il-kriterji ġenerali u speċifiċi tal-industrija huma żviluppati mill-ELH f'kollaborazzjoni ma' korpi governattivi, xjenzati, organizzazzjonijiet ta' interess, klijenti u konsulenti b'esperjenza u ċertifikaturi rilevanti biex jiġu identifikati u indirizzati l-aspetti ambjentali rilevanti u miżuri effettivi tal-industrija kkonċernata. Il-kriterji huma soġġetti għal rieżamijiet li jsiru b'mod regolari kull tant żmien.

4.

Il-kriterji huma s-sinsla tas-sistema ta' ġestjoni, li tiżgura li s-sistema taħdem kif suppost. Il-konformità mal-kriterji kollha għandha tiġi rrappurtata fil-portal tal-Internet tal-Eco-Lighthouse permezz tad-dikjarazzjoni ambjentali.

5.

Ir-rapport dwar il-Klima u l-Ambjent (Klima- og miljørapport) jitlesta u jiġi ppreżentat fil-portal tal-Internet tal-ELH universali, u jintegra indikaturi u parametri universali applikabbli għall-industriji kollha b'indikaturi speċifiċi ġġenerati permezz tal-għażla ta' kriterji rilevanti.

6.

Meta l-intrapriża tqis li l-kriterji kollha jkunu ġew issodisfati, u wara li jiġi ppreżentat l-ewwel rapport dwar il-Klima u l-Ambjent, iċ-ċertifikazzjoni titwettaq minn ċertifikatur/verifikatur. Hu jkollu aċċess għall-informazzjoni rilevanti fil-portal tal-Internet qabel iżur il-post u qabel isiru l-intervisti u l-kontrolli. Il-verifikatur/ċertifikatur jiċċertifika f'isem il-muniċipalità fejn tkun ibbażata l-intrapriża, iżda jkun imħarreġ, approvat (liċenzjat) u mmonitorjat mill-amministrazzjoni ċentrali tal-Eco-lighthouse, inkluż b'osservazzjoni fuq il-post (mill-2017). Devjazzjonijiet mill-kriterji u l-għeluq ta' devjazzjonijiet huma dokumentati permezz tad-dikjarazzjoni ambjentali.

7.

Ir-riżultati dokumentati tal-proċess kollu jiġu kkontrollati mill-ELH foundation, u jinħareġ ċertifikat. Huwa biss f'dan l-istadju li jinħarġu r-rapport ta' ċertifikazzjoni u l-ittra ta' rikonoxximent korrispondenti.

Wara ċ-ċertifikazzjoni

Wara ċ-ċertifikazzjoni r-rapport dwar il-Klima u l-Ambjent jiġi ppreżentat kull sena sal-1 ta' April, u fih jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet ta' għadd ta' parametri, il-ksib tal-għanijiet ambjentali speċifikati qabel u deskrizzjoni dettaljata tal-għanijiet għall-futur. Dan ir-rapport annwali għandu jsir mill-Maniġer Ambjentali.

Iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid issir kull tliet snin.

Il-proċess huwa l-istess, għalkemm għaċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid ma hemm l-ebda obbligu li jiġi mqabbad konsulent. Minflok, il-Maniġer Ambjentali (Miljøfyrtårnansvarlig) huwa responsabbli għall-organizzazzjoni taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid, li jikkontrolla li hemm konformità kontinwa mal-kriterji, bil-mili tad-dikjarazzjoni ambjentali u bl-għoti tal-aċċess għad-dokumentazzjoni liċ-ċertifikatur/verifikatur billi jtih aċċess għall-intrapriża permezz tal-portal tal-Internet tal-ELH. Id-dikjarazzjoni ambjentali l-ġdida b'dokumentazzjoni korrispondenti tas-snin preċedenti u r-rapporti dwar il-Klima u l-Ambjent tas-snin ta' qabel jikkostitwixxu l-provi ewlenin imressqa qabel iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid, filwaqt li waqt il-laqgħa mal-intrapriża iċ-ċertifikatur/verifikatur iwettaq intervisti, verifiki għal għarrieda u spezzjoni tal-bini, bħalma jkun sar għaċ-ċertifikazzjoni inizjali.

Għandu jiġi nnutata dan li ġej:

Aktar minn 300 muniċipalità Norveġiża minn madwar 430 huma membri bi ħlas tal-iskema ta' ċertifikazzjoni Eco-Lighthouse. Is-sħubija tinvolvi l-faċilitazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-ELH għal intrapriżi lokali billi tiżgura d-disponibbiltà ta' ċertifikatur/verifikatur għall-intrapriżi fiż-żoni partikolari tagħhom. Hemm ukoll l-aspettattiva li l-muniċipalitajiet għandhom jimpenjaw ruħhom biex l-intrapriżi tagħhom stess jiksbu ċ-ċertifikazzjoni.

Il-verifikaturi/ċertifikaturi li jiġu involuti fil-fażi ta' ċertifikazzjoni jistgħu jitqabbdu mill-amministrazzjoni tal-muniċipalità jew tal-kontea, jew minn kumpanija privata, u għandhom ikunu mħarrġa, approvati u mmonitorjati mill-Eco-Lighthouse Foundation. Importanti li wieħed jinnota li fl-iskema Eco-Lighthouse, il-muniċipalità tikkostitwixxi l-korp ta' ċertifikazzjoni, fis-sens li ċ-ċertifikaturi (liċenzjati mill-ELH) joperaw f'isem il-muniċipalità, u mhux f'isem l-amministrazzjoni tal-Eco-Lighthouse.

Eco-Lighthouse Foundation ilha ċċertifikata skont l-istandard ISO-9001:2015 minn Mejju 2016.

L-iskeda ġenerali għall-implimentazzjoni tal-ELH u tal-EMAS

Image

PARTI 1

L-impenn u l-involviment tal-maniġment superjuri

Ir-rekwiżit korrispondenti tal-EMAS

1.

Involviment u impenn tal-maniġment superjuri. Fl-EMAS, il-maniġment superjuri għandu jiddefinixxi l-politika ambjentali tal-organizzazzjoni (1.1) u huwa responsabbli għall-implimentazzjoni korretta tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali (1.2), inkluża l-ħatra ta' rappreżentant għall-ġestjoni ambjentali (1.3). Bażi legali: L-Artikolu 2(1) u l-Anness II, A2, A4

2.

Il-maniġment għandu jirrevedi, b'mod regolari, il-progress li jkun sar u għandu jindirizza l-kwistjonijiet identifikati. Jenħtieġ li l-maniġment jinvolvi ruħu b'mod regolari fil-laqgħat u l-inizjattivi li jsiru b'rabta mas-sistema ta' ġestjoni ambjentali. (L-Anness II, A6).

Il-valutazzjoni tar-rekwiżiti korrispondenti tal-ELH

1.   Sehem u impenn tal-maniġment superjuri

1.1   Id-definizzjoni tal-politika ambjentali tal-organizzazzjoni:

Il-Kriterju Ġenerali tal-Industrija 1945 (8) jistipula li l-organizzazzjonijiet għandhom jistabbilixxu Politika Ambjentali. Barra minn hekk, id-deċiżjoni li jkun hemm parteċipazzjoni fl-iskema u l-impenn li jkun hemm konformità mad-diversi kriterji għandhom jiġu approvati mill-maniġment.

1.2   Responsabbiltà għall-implimentazzjoni korretta tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali:

Skont il-GIC 6, il-maniġment għandu jwettaq eżami annwali tas-sistema tal-HSE u tal-proċeduri tal-Eco-Lighthouse sabiex jivvaluta jekk dawn humiex jaħdmu kif suppost.

Billi jiffirma t-termini u l-kundizzjonijiet tal-ELH u l-minuti tal-eżami mill-maniġment fuq bażi annwali, il-maniġment superjuri jkun responsabbli għall-implimentazzjoni korretta tas-sistema ta' ġestjoni u għall-korrettezza tar-rapport Annwali dwar il-Klima u l-Ambjent (Klima- og miljørapport).

1.3   Il-ħatra ta' rappreżentant għall-ġestjoni ambjentali:

Membru wieħed tal-persunal jinħatar maniġer ambjentali (Miljøfyrtårnansvarlig). Dan mhux bilfors għandu jkun rwol full-time, għalkemm għandu jiddependi mid-daqs tal-organizzazzjoni. Il-maniġer ambjentali jista' jiġi mħarreġ mill-konsulent waqt iċ-ċertifikazzjoni inizjali, jew jista' jiġi mgħallem mill-maniġer preċedenti. F'organizzazzjonijiet ta' daqs kbir, hemm drabi meta l-maniġer ambjentali jattendi l-kors għal konsulent tal-ELH (biex jikkwalifika bħala konsulent intern (internkonsulent)). Il-kompiti tiegħu huma speċifikati fir-rekwiżit 6 (l-istruttura organizzazzjonali, it-taħriġ, u l-involviment tal-impjegati).

2.   Il-maniġment jirrevedi, b'mod regolari, il-progress li jkun sar u jindirizza l-kwistjonijiet identifikati.

Dan isir permezz tal-eżami annwali mill-maniġment (9) (ledelsens gjennomgang) approvat mill-maniġment (il-maniġment jiffirma l-minuti tal-laqgħa għall-eżami annwali mill-maniġment). Jiġi ppreżentat rapport dwar in-nuqqas ta' konformità (legali u/jew kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-kriterji tal-ELH) u r-rapport(i) Annwali dwar il-Klima u l-Ambjent. Dan tal-aħħar jinkludi l-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali u l-għanijiet ambjentali għas-sena li jmiss. Jistgħu jiġu ppreżentati r-rapporti ta' ċertifikazzjoni jew ta' ċertifikazzjoni mill-ġdid, speċjalment f'każ li jkun seħħ nuqqas ta' konformità.

Għalhekk, din il-valutazzjoni annwali hija kontroll tal-kwalità (sodisfazzjon tal-konsumatur, l-organizzazzjoni, l-identifikazzjoni ta' nuqqas ta' konformità), li tittratta wkoll l-ilħiq tal-miri ambjentali u tal-pjan ta' azzjoni, u sservi biex jiġi eżaminat il-progress fir-rigward ta' kwistjonijiet bħalma huma l-iskart, l-użu tal-enerġija u indikaturi ambjentali rilevanti għall-industrija. Jekk ikun hemm nuqqas ta' konformità b'rabta mal-ELH u/jew li jkollu x'jaqsam mal-ambjent estern, dan jiġi ttrattat hawn (billi jiġu ttrattati f'daqqa jew - jekk dan ma jkunx possibbli - billi jiddaħħlu fil-pjan ta' azzjoni għas-sena li jmiss).

Il-Kriterju Ġenerali tal-Industrija 1950 jistabbilixxi li: “L-intrapriża għandha tistabbilixxi proċeduri għar-rappurtar u għat-trattament tan-nuqqas ta' konformità” (10). Għalhekk, il-maniġment għandu jġedded ir-responsabbiltà għall-politika, l-għanijiet u l-kisbiet ambjentali fl-ELH permezz ta' aġġornament u konferma tal-impenn tiegħu li għandu jsir (mill-inqas) darba fis-sena.

Barra minn hekk, is-sistema addizzjonali tal-HSE meħtieġa mil-Liġijiet Norveġiżi (11) tiżgura li l-miri ambjentali ppreżentati fil-pjan ta' azzjoni u li jkunu saru rapporti dwarhom fit-taqsima dwar il-kisbiet tat-taqsima tar-rapport Annwali dwar il-Klima u l-Ambjent jiġu ssodisfati, u li l-istruzzjonijiet jiġu segwiti.

Konklużjoni tal-Kummissjoni

Il-maniġer superjuri jiffirma t-termini u l-impenji tal-ELH fl-istadju inizjali tal-proċess ta' ċertifikazzjoni (permezz tal-portal tal-Internet). Il-Kriterju Ġenerali tal-Industrija 1945 jistipula li l-organizzazzjonijiet għandhom jistabbilixxu Politika Ambjentali. Għandu jkun hemm involviment dettaljat u ripetittiv min-naħa tal-Maniġment (permezz ta' kontrolli) f'ħinijiet differenti matul is-sena u permezz tal-eżami annwali mill-maniġment. L-organizzazzjoni li timplimenta l-ELH għandha taħtar ukoll maniġer ambjentali li għandu jirrapporta lill-maniġment superjuri (jew li jkun parti mill-maniġment superjuri) u għandha tikkoordina mal-persunal b'rabta ma' kwistjonijiet relatati mal-ELH. -

Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-parti tal-ELH relatata mal-“Impenn u l-involviment tal-maniġment superjuri” tikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS u għalhekk tista' titqies bħala ekwivalenti.

PARTI 2

L-Istabbiliment ta' Rieżami Ambjentali (analiżi preliminari)

Ir-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS

Qabel tiġi rreġistrata, organizzazzjoni għandha twettaq rieżami ambjentali abbażi tal-Anness I tar-Regolament - l-Artikolu 4(1)(a), l-Anness I, it-Taqsima A.3.1 tal-Anness II.

Din l-analiżi preliminari għandha tkopri l-oqsma li ġejjin:

1)

L-identifikazzjoni tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent

2)

L-identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali diretti u indiretti kollha b'impatt sinifikanti fuq l-ambjent, ikkwalifikati u kkwantifikati kif xieraq, u l-kumpilazzjoni ta' reġistru ta' dawk identifikati bħala sinifikanti

3)

Deskrizzjoni tal-kriterji għall-valutazzjoni tas-sinifikanza ta l-impatt ambjentali

4)

L-eżami tal-prattiki u tal-proċeduri eżistenti kollha tal-ġestjoni ambjentali.

5)

L-evalwazzjoni tal-feedback mill-investigazzjoni ta' inċidenti preċedenti.

Dan ir-rieżami għandu jiġi verifikat mill-verifikatur estern.

Il-valutazzjoni tar-rekwiżiti korrispondenti tal-ELH

Valutazzjoni ġenerali: L-analiżi preliminari tal-ELH, imsejħa “dikjarazzjoni ambjentali” (Miljøkartlegging) issir minn konsulent (imħarreġ, approvat u mmonitorjat mill-ELH). Wara li ssir analiżi tal-organizzazzjoni, huwa jagħżel il-kriterji rilevanti li magħhom għandha tikkonforma l-organizzazzjoni biex tikseb iċ-ċertifikazzjoni tal-ELH. Abbażi ta' din l-analiżi, id-dikjarazzjoni ambjentali online (Miljøkartlegging) tiġi ġġenerata bħala lista ta' kriterji li għandhom jiġu ssodisfati, u tiggwida l-organizzazzjoni fl-identifikazzjoni tal-qasam fejn għandu jsir progress. Bħala l-pass li jmiss, il-proċedura interattiva li tinsab fuq il-portal tal-Internet (Miljøfyrtårnportalen) tippermetti lill-organizzazzjoni ddaħħal informazzjoni dwar il-progress u timmonitorja l-lista sħiħa ta' kriterji li għandhom jiġu ssodisfati.

L-ELH toffri kriterji ġenerali tal-industrija applikabbli għas-setturi kollha, kif ukoll kriterji speċifiċi definiti minn qabel għal industriji speċifiċi b'rabta ma' 14-il settur differenti tal-industrija (12).

(1)   L-identifikazzjoni tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent

Il-kriterji ġenerali tal-industrija jinkludu wkoll kriterji dwar il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti legali. Din issir skont il-Kriterju Ġenerali tal-Industrija 1944: L-intrapriża għandha tiżgura aċċess  (13) għal ħarsa ġenerali aġġornata tal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti b'rabta mas-saħħa, l-ambjent u s-sikurezza. L-aċċess u l-elenkar huma faċilitati mis-sit web tal-gvern Norveġiż Regelhjelp (14), li fih l-intrapriża tista' ddaħħal il-kodiċi uniku tal-organizzazzjoni tagħha biex tiġi ġġenerata lista ta' rekwiżiti legali applikabbli b'rabta mal-intrapriża, inklużi dawk relatati mal-ambjent. Fil-Kriterji Ġenerali u Speċifiċi, il-kriterji kollha li ġejjin minn liġijiet u regolamenti huma mmarkati b'mod ċar bis-simbolu §, bħala dikjarazzjoni speċifika tal-fatt li l-intenzjoni wara l-kriterju hija li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti legali.

(2)   L-identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali diretti u indiretti kollha b'impatt sinifikanti fuq l-ambjent, ikkwalifikati u kkwantifikati kif xieraq, u l-kumpilazzjoni ta' reġistru ta' dawk identifikati bħala sinifikanti

Permezz tal-proċess ta' żvilupp tal-kriterji tal-industrija, jiġu identifikati u elenkati aspetti ambjentali ta' importanza ċentrali għall-industriji koperti mill-kriterji speċifiċi tal-ELH. Il-kriterji stabbiliti minn qabel jiġu żviluppati f'kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet tal-industrija, ma' gruppi ta' interess, mal-gvern, ma' xjenzati/riċerkaturi u ma' konsumaturi prinċipali rilevanti. Il-ġenerazzjoni b'mod interattiv ta' ġabra ta' kriterji definiti minn qabel għandha l-għan li tgħin u li tiggwida lill-organizzazzjonijiet biex joħolqu punt ta' riferiment ċar mingħajr diffikultajiet. Jidher b'mod ċar li dan il-proċess huwa wieħed mid-differenzi ewlenin li jeżistu bejn il-metodi tal-EMAS u dawk tal-ELH. Filwaqt li l-ewwel wieħed jiffoka fuq l-identifikazzjoni tal- aspetti ambjentali fil-livell tal-organizzazzjoni, it-tieni wieħed jidentifikahom fil-livell tal-industrija.

Minn 31 Kriterji Ġenerali tal-Industrija, 35 % huma kriterji dwar is-sistema u 4 % jikkonċernaw l-ambjent tax-xogħol, filwaqt li 52 % huma identifikati mill-ELH bħala li huma relatati mal-ambjent estern (15). Mill-Kriterji Speċifiċi tal-Industrija, skont l-ELH, bħala medja 10 % huma kriterji dwar is-sistema u 20 % jikkonċernaw l-ambjent tax-xogħol, filwaqt li 70 % huma identifikati mill-ELH bħala li huma relatati mal-ambjent estern (16). Ħarsa mill-qrib lejn il-kriterji bl-akbar għadd ta' ċertifikati (li bħala konsegwenza jiġu riveduti u aġġornati l-aktar ta' spiss), bħal-lukandi jew ħwienet tal-merċa bl-imnut (17) tikkonferma li dawn il-kriterji jinkludu għadd ta' aspetti ambjentali prinċipali rilevanti.

Fost il-Kriterji Ġenerali tal-Industrija (GIC) hemm ukoll il-kriterju 1963 “Aspetti Ambjentali Oħrajn”, li jobbliga lill-intrapriża tevalwa u tindirizza l-aspetti ambjentali rilevanti kollha li mhumiex koperti mill-kriterji ġenerali u speċifiċi tal-industrija: “L-intrapriża għandha tidentifika aspetti ambjentali sinifikanti oħrajn tal-intrapriża, u tikkunsidra kwalunkwe azzjoni u/jew inklużjoni meħtieġa fir-rapport annwali dwar il-klima u l-ambjent u/jew monitoraġġ permezz tal-pjan ta' azzjoni.” Madankollu, l-ELH ma tiddefinix kif għandu jiġi applikat dan il-kriterju, pereżempju liema tip ta' aspetti għandhom jiġu kkunsidrati (diretti jew indiretti), u kif għandha tiġi evalwata s-sinifikanza tal-impatt tagħhom (18). Barra minn hekk, mhuwiex ċar kif tista' tiġi evalwata l-konformità ma' dan il-kriterju, inter alia fuq liema bażi ċ-ċertifikatur tal-ELH jista' jiżgura li ġew identifikati l-aspetti ambjentali sinifikanti kollha (19).

Il-kriterji elenkati huma verifikati matul il-verifika/iċ-ċertifikazzjoni u għandu jkun hemm konformità magħhom kollha qabel (20) tingħata ċ-ċertifikazzjoni. Il-kriterji jiġu verifikati mill-ġdid/ċertifikati mill-ġdid għal ċertifikazzjoni mill-ġdid kull tliet snin.

(3)   Deskrizzjoni tal-kriterji għall-valutazzjoni tas-sinifikanza ta l-impatt ambjentali

Il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali titwettaq permezz tal-proċess tal-iżvilupp tal-kriterji tal-industrija. Għalhekk, din il-valutazzjoni ma titwettaqx mill-organizzazzjoni iżda tiġi kkunsidrata fil-livell settorjali mill-partijiet ikkonċernati rilevanti tal-industrija. L-Anness I(3) tal-EMAS jinkludi gwida u kriterji speċifiċi sabiex tiġi vvalutata s-sinifikanza tal-impatti ambjentali fil-livell tal-organizzazzjoni. L-ELH ma tagħtix gwida ta' dan it-tip meta l-valutazzjoni ssir fil-livell tal-industrija minn gruppi esperti ta' konsultazzjoni.

(4) u (5).   Il-prattika u l-proċedura eżistenti ta' ġestjoni u l-evalwazzjoni tal-feedback mill-investigazzjoni ta' inċidenti preċedenti.

Il-prattika u l-proċedura eżistenti ta' ġestjoni jiġu eżaminati u evalwati permezz tal-kriterji tal-industrija. Qabel iċ-ċertifikazzjoni jsir abbozz inizjali ta' rapport Annwali dwar il-Klima u l-Ambjent, li jiġi miżjud mad-Dikjarazzjoni Ambjentali. Dan ir-rapport jinkludi l-punti pożittivi u negattivi tal-ġestjoni ambjentali fi ħdan l-organizzazzjoni. Huwa jqis b'mod espliċitu “l-inizjattivi li saru” (Gjennomførte tiltak) biex jiġu kkoreġuti sitwazzjonijiet li ma kinux/li mhumiex ideali. Abbażi ta' din l-informazzjoni jiġi abbozzat Pjan ta' Azzjoni (Handlingsplan med mål).

Konklużjoni tal-Kummissjoni

L-analiżi preliminari tal-ELH tistrieħ fuq ġabra ta' kriterji bbażati fuq aspetti ambjentali identifikati fil-livell settorjali. Parti sinifikanti mill-aspetti ambjentali potenzjali tal-organizzazzjoni jistgħu jiġu kkunsidrati b'mod dovut mill-ELH waqt id-definizzjoni tal-kriterji tal-industrija. L-organizzazzjoni mbagħad tindirizza dawn l-aspetti meta tivvalutata l-konformità tagħha mal-kriterji definiti bi tħejjija għaċ-ċertifikazzjoni

L-EMAS teħtieġ analiżi individwalizzata tal-aspetti ambjentali speċifiċi diretti u indiretti tal-organizzazzjoni u teħtieġ li l-organizzazzjoni tistabbilixxi kriterji biex tiġi ddeterminata s-sinifikanza tal-impatti relatati mal-aspetti identifikati fil-kuntest speċifiku tal-organizzazzjoni. Dan l-approċċ iċċentrat fuq l-organizzazzjoni għandu l-għan li jidentifika aspetti li huma sinifikanti fil-kuntest speċifiku tal-organizzazzjoni, u mhux għas-settur kollu kemm hu. Din l-individwalizzazzjoni tal-approċċ hija waħda mid-differenzi prinċipali bejn iż-żewġ skemi.

L-eżistenza tal-kriterju ġenerali tal-ELH 1963 li jeħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll “Aspetti ambjentali oħrajn” rilevanti tista' tintuża biex jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-analiżi u biex jinkiseb rieżami aktar speċifiku. Permezz tal-gwida għall-kriterju, l-ELH tirrakkomanda li dan jista' jiġi applikat b'rabta mal-analiżi tar-riskju. Madankollu, hija ma tiddefinix kif għandha tiġi vvalutata s-sinifikanza ta' dawn l-aspetti addizzjonali.

Għalkemm iż-żewġ approċċi huma siewja u joffru l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħhom, il-metodoloġiji li japplikaw huma ferm differenti. It-tnejn li huma għandhom l-għan li jiksbu l-istess objettiv, jiġifieri l-identifikazzjoni ta' aspetti ambjentali sinifikanti, iżda jagħmlu użu minn metodi differenti. L-ELH tiffoka fuq l-identifikazzjoni ta' aspetti ambjentali fil-livell settorjali, filwaqt li l-EMAS għandha l-għan li tidentifika aspetti sinifikanti speċifiċi fil-livell tal-organizzazzjoni. Għal din ir-raġuni, iż-żewġ approċċi ma setgħux jitqiesu bħala ekwivalenti (21).

Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tqis li l-parti tal-ELH dwar “L-Istabbiliment ta' Rieżami Ambjentali” taqbel b'mod parzjali mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS.

Miżuri potenzjali biex jingħalaq id-distakk mal-EMAS

Għalkemm din il-parti tal-ELH ma tistax titqies bħala ekwivalenti, l-analiżi turi li hemm qbil mill-qrib ma' bosta rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS. Sabiex tinkiseb konformità mar-rekwiżiti kollha korrispondenti, għandhom jiġu implimentati l-elementi addizzjonali li ġejjin:

Bidla minn approċċ ta' analiżi tar-riskju lejn approċċ u metodu bbażati fuq l-Anness I tal-EMAS, ukoll bl-għan li jiġi identifikati aspetti ambjentali sinifikanti li mhumiex koperti mill-kriterji tal-industrija.

F'din il-kuntest, il-GIC 1963 għandu jiġi applikat abbażi tal-għoti tar-rieżami ambjentali tal-EMAS.

Iċ-ċertifikatur tal-ELH, permezz tal-metodu xieraq, għandu jiżgura li l-aspetti ambjentali, l-indikaturi u r-rekwiżiti legali addizzjonali kollha li jista' jkun hemm jiġu identifikati u indirizzati.

PARTI 3

L-Istabbiliment ta' Politika Ambjentali

Ir-rekwiżit korrispondenti tal-EMAS

Il-maniġment superjuri għandu jiddefinixxi l-politika ambjentali tal-organizzazzjoni. Din il-politika għandha tinkludi l-elementi differenti msemmija fl-Anness II tar-Regolament dwar l-EMAS. (L-Artikolu 4(1)(b) u l-Anness II A2)

Il-valutazzjoni tar-rekwiżiti korrispondenti tal-ELH

ELH tinkludi rekwiżit formali għall-istabbiliment tal-objettivi permezz tal-kriterju 1945 (“L-intrapriża trid tistabbilixxi politika ambjentali (22) u miri b'rabta mas-saħħa, l-ambjent u s-sikurezza. Dawn għandhom jiġu ddokumentati fis-sistema ta' ġestjoni ambjentali jew fil-pjan ta' azzjoni għar-rapport annwali dwar il-klima u l-ambjent tal-Eco-Lighthouse”). Il-politika ambjentali u miri ambjentali speċifiċi l-ewwel jiġu ttrattati permezz tal-iffissar tal-kriterji qabel iċ-ċertifikazzjoni, u jintwerew fid-dikjarazzjoni ambjentali (Miljøkartlegging). Fit-tieni fażi, isir kontroll tal-prestazzjoni ambjentali billi din tiġi mqabbla ma' indikaturi magħżula fir-rapport Annwali dwar il-Klima u l-Ambjent, li jinkludi wkoll pjan ta' azzjoni għal titjib kontinwu.

Konklużjoni tal-Kummissjoni

Il-Kriterju 1945 li għadu kemm ġie rivedut jobbliga lill-impriża biex jiddefinixxu politika ambjentali. Il-kombinament tad-dikjarazzjoni ambjentali, l-istabbiliment ta' kriterji, ir-rapport Annwali dwar il-Klima u l-Ambjent, il-kontroll tal-indikaturi u l-iffissar ta' objettivi jkomplu jżidu ma' din il-politika ambjentali u jgħinu biex tiġi implimentata.

Ir-rieda li tinkiseb ċertifikazzjoni permezz tal-Eco-lighthouse u l-iffirmar tat-termini u l-impenji tal-ELH juru intenzjoni favur it-tisħiħ tal-ġestjoni tal-aspetti ambjentali u favur it-titjib kontinwu tal-prestazzjonijiet ambjentali. Permezz tal-“Pjan ta' Azzjoni”, ir-rapport Annwali dwar il-Klima u l-Ambjent huwa xprun għal titjib kontinwu.

Ir-rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent huwa soġġett għal ratifika waqt l-eżami annwali mill-maniġment.

Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-parti tal-ELH relatata ma' “L-Istabbiliment ta' Politika Ambjentali” tikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS u għalhekk tista' titqies bħala ekwivalenti.

PARTI 4

L-iżgurar tal-konformità legali

Ir-rekwiżit korrispondenti tal-EMAS

L-EMAS teħtieġ li l-organizzazzjonijiet:

1.

jidentifikaw l-obbligu legali tagħhom b'rabta mal-ambjent

2.

jipprovdu għal konformità ma' dawn ir-rekwiżiti,

3.

jistabbilixxu l-proċeduri xierqa biex jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti fuq bażi kontinwa

4.

jipprovdu materjal u dokumenti ta' prova b'rabta ma' din il-konformità.

L-Artikolu 4(1)(b) u (4), l-Anness II A3.2, B2, A5.2)

Il-valutazzjoni tar-rekwiżiti korrispondenti tal-ELH

1.

Qabel iċ-ċertifikazzjoni tal-ELH il-konsulent iħejji lista ta' kriterji. Permezz tal-Kriterju Ġenerali tal-Industrija 1944 (23) l-intrapriża għandha l-obbligu li tiżgura li ċ-ċertifikatur/il-verifikatur (u barra minn hekk, il-kumpaniji kollha kemm hi) ikollu aċċess għal ħarsa ġenerali aġġornata tal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti għall-intrapriża.

Il-konformità ma' dan l-obbligu hija faċilitata permezz tas-sit web tal-gvern Norveġiż Regelhjelp  (24), fejn l-intrapriża tista' tikseb lista tal-leġiżlazzjoni rilevanti bbażata fuq in-numru uniku tagħha tal-organizzazzjoni. Ir-regoli u r-regolamenti li huma l-aktar rilevanti għall-industrija jiffurmaw parti mill-kriterji ġenerali u speċifiċi tal-industrija (immarkati bi §), li għandu jkun hemm konformità magħhom għal ċertifikazzjoni u għal ċertifikazzjoni mill-ġdid. L-aġġornament annwali tal-ħarsa ġenerali jiġi żgurat permezz tal-eżami annwali mill-maniġment (permezz tal-eżami annwali tal-HSE).

Il-lista ta' kriterji tinkludi wkoll kriterji relatati mal-obbligi legali speċifiċi li trid tikkonforma magħhom l-organizzazzjoni.

Eżempji:

Il-kriterju ġenerali legali 42: “l-iskart perikoluż (u …) għandu jinħażen b'mod sikur u jintbagħat lejn faċilità (…) b'konformità mar-Regolamenti dwar ir-riċiklaġġ tal-iskart”.

Il-kriterju ġenerali legali 311: “Għandhom jittieħdu kampjuni tal-ilma mormi, li għandu jiġi analizzat b'konformità mar-regolamenti lokali u mar-regolament dwar it-tniġġis 15 A-3 u 4”. (traduzzjoni)

2.

Permezz ta' awtovalutazzjoni qabel iċ-ċertifikazzjoni, l-intrapriża tikkonferma l-konformità ma' dawn il-kriterji. Wara, il-kriterji jiġu eżaminati mill-ġdid mill-verifikatur/ċertifikatur indipendenti waqt iċ-ċertifikazzjoni. Qabel jinħareġ iċ-ċertifikat tal-ELH, l-ELH Foundation terġa' twettaq kontroll fuq ix-xogħol li jkunu wettqu l-konsulent, l-intrapriża u ċ-ċertifikatur/verifikatur, u tapprovah. Il-kontrolli jerġgħu jsiru waqt iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid kull tliet snin. Jeħtieġ li jkun hemm konformità mal-kriterji kollha qabel tkun tista' ssir iċ-ċertifikazzjoni, inklużi mal-kriterji ġenerali u speċifiċi li huma inkorporati direttament mil-leġiżlazzjoni Norveġiża fil-kriterji tal-ELH (immarkati b'“§”). Nuqqas ta' konformità ma' rekwiżit legali li mhuwiex kriterju tal-ELH jiġi trattat permezz tal-Kriterju Ġenerali tal-Industrija 1950, li jobbliga lill-intrapriżi jistabbilixxu proċeduri għar-rapportar u t-trattament ta' dan in-nuqqas ta' konformità. Abbażi ta' dan il-kriterju, l-intrapriża tista' tiġi ċertifikata jekk turi li għandha sistema għat-trattament ta' nuqqas ta' konformità. Iċ-ċertifikatur/il-verifikatur jivverifika l-konformità mal-kriterji tal-ELH u jivverifika li l-intrapriża stabbilixxiet proċedura biex tirrettifika n-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet legali ġenerali.

B'kuntrast mal-EMAS, l-ELH ma teħtieġx li l-organizzazzjonijiet jipprovdu liċ-ċertifikatur b'evidenza ta' konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni ambjentali (25) lil hinn mill-kriterji (legali) speċifiċi.

3.

Iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid issir kull tliet snin, u f'dak iż-żmien il-kriterji kollha jiġu kkontrollati mill-ġdid, inkluż GIC 1950 li jindirizza n-nuqqas ta' konformità. Ma tinħareġ l-ebda ċertifikazzjoni mill-ġdid meta jkun hemm nuqqas ta' konformità mal-kriterji.

Il-provi tal-konformità legali jiġu evalwati miċ-ċertifikatur waqt l-evalwazzjoni taċ-ċertifikazzjoni (mill-ġdid), iżda huma limitati għall-kompetenzi taċ-ċertifikatur (ara r-rekwiżit dwar l-akkreditazzjoni). Madankollu, il-kriterji legali huma fformulati b'tali mod li l-verifikatur/iċ-ċertifikatur ikun jista' jivvaluta l-konformità u jiddokumenta l-istat ta' konformità. Il-verifikatur/iċ-ċertifikatur jiċċekkja wkoll li l-impriża jkollha ħarsa ġenerali aġġornata tal-liġijiet u r-regolamenti disponibbli, u li teżisti sistema għat-trattament tan-nuqqas ta' konformità.

Barra minn hekk, il-konformità mar-rekwiżiti legali tiġi żgurata permezz tal-verifika interna annwali tal-HSE, li hija parti mil-eżami annwali mill-maniġment. Il-verifika tal-HSE tindirizza kull forma ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti legali.

Il-portal tal-ELH jagħmel disponibbli gwida u kampjuni għall-indirizzar ta' proċeduri ta' nuqqas ta' konformità (GIC 1950).

4.

Skont l-ispjegazzjoni mogħtija fil-punt 2 ta' din it-taqsima, id-dokumentazzjoni li tiġi pprovduta se tkun limitata għar-rekwiżiti legali speċifiċi koperti mill-kriterji tal-ELH u mhux se tkopri r-rekwiżiti legali applikabbli kollha marbuta mal-ambjent. Id-dokumentazzjoni se tiġi pprovduta u maħżuna permezz tal-interfaċċa diġitali tal-ELH.

Konklużjoni tal-Kummissjoni

Simili għall-proċess li ġie stabbilit għad-dikjarazzjoni ambjentali (analiżi preliminari) l-ELH tagħmel użu minn sistema bbażata fuq kriterji biex tivvaluta l-konformità legali tal-organizzazzjonijiet. Din is-sistema, flimkien mas-sit web tal-gvern Regelhjelp  (26), hija meqjusa bħala li tipprovdi ħarsa ġenerali tajba tar-rekwiżiti legali li għandhom jiġu ssodisfati kif mitlub skont l-EMAS.

Il-konformità mal-kriterji kollha tal-ELH, inklużi l-kriterji legali, l-ewwel tgħaddi minn proċess ta' awtovalutazzjoni qabel iċ-ċertifikazzjoni, u tiġi verifikata mill-verifikatur/miċ-ċertifikatur fil-ħin taċ-ċertifikazzjoni. F'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' wieħed mill-kriterji elenkati, ma jkunx jista' jinħareġ iċ-ċertifikat.

Il-provi ta' konformità mal-kriterji (legali) tal-ELH jiġu magħmula disponibbli permezz tas-sistema. L-ELH teħtieġ ukoll li l-organizzazzjoni jkollha fis-seħħ proċedura għar-rappurtar u t-trattament ta' każijiet pendenti ta' nuqqas ta' konformità (27) mad-dispożizzjonijiet legali. L-osservanza tal-liġijiet u r-regolamenti l-aktar importanti marbuta mal-Attivitajiet b'rabta mas-Saħħa, l-Ambjent u s-Sikurezza hija kkontrollata kull sena permezz ta' lista ta' kontroll li hija kkonfermata u ffirmata mill-maniġer ġenerali, u li hija soġġetta għall-eżami mill-maniġment. Il-gwida dwar il-GIC 1944 tiddikjara b'mod espliċitu li hija meħtieġa l-osservanza, u mhux biss ħarsa ġenerali tar-rekwiżiti legali.

Madankollu, b'kuntrast mal-EMAS, l-ELH ma tinkludix kriterju li jeħtieġ li l-organizzazzjoni tipprevedi li jkun konformità mar-rekwiżiti legali kollha relatati mal-ambjent. Minflok, ELH tenfasizza l-aktar leġiżlazzjoni ambjentali importanti permezz ta' kriterji rilevanti tal-industrija, u tirriformula l-iktar leġiżlazzjoni rilevanti sabiex din tkun tista' tiġi mifhuma bis-sħiħ mill-intrapriża u miċ-ċertifikatur.

Barra minn hekk, f'każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti legali li mhumiex koperti mill-kriterji legali tal-ELH, iċ-ċertifikazzjoni tista' tingħata bil-kundizzjoni li jkun hemm fis-seħħ proċeduri għar-rappurtar u għat-trattament ta' nuqqas ta' konformità mar-regolamenti tal-HSE (28).

Hemm differenza notevoli oħra b'rabta mal-kompetenza tal-verifikatur. Il-verifikaturi tal-EMAS għandhom ikunu kapaċi li jindunaw f'każ li titħalla barra kwalunkwe leġiżlazzjoni, u għalhekk għandhom ikunu kkwalifikati b'mod formali f'dan ir-rigward. B'kuntrast għal dan, il-verifikaturi tal-ELH jiġu mħarrġa bħala verifikaturi ġenerali. L-ELH dan tantiċipah billi tifformula l-kriterji (legali) b'mod ċar u li jiftiehem, għalkemm il-kompetenza taċ-ċertifikatur li jidentifika nuqqas ta' konformità legali li tmur lil hinn mill-kriterji legali stabbiliti minn qabel tista' titqiegħed taħt skrutinju.

Fl-aħħar nett, meta mqabbel mal-EMAS, hemm ukoll differenza fil-frekwenza ta' din il-verifika esterna. Skont l-ELH, iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid trid issir kull tliet snin. F'dak iż-żmien, il-kriterji kollha, inklużi l-kriterji marbuta mar-rekwiżiti legali, jiġu kkontrollati mill-ġdid. Skont l-EMAS, it-tqabbil tal-prestazzjoni mad-dispożizzjoni legali huwa wkoll parti mill-validazzjoni ta' kull sena tad-dikjarazzjoni ambjentali mill-verifikatur tal-EMAS. Madankollu, għandu jiġi nnutat li, li kieku kienu ċerifikati mill-EMAS, 98 % tal-intrapriżi tal-ELH kienu jkunu eliġibbli għal Deroga għall-organizzazzjonijiet iż-żgħar skont l-Artikolu 7, li kieku tqarreb aktar il-frekwenza tal-verifika annwali (kull sentejn) u taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid (kull erba' snin) ma' dawk tal-ELH.

Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tqis li l-parti tal-ELH dwar “L-iżgurar tal-konformità legali” taqbel b'mod parzjali mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS.

Miżuri potenzjali biex jingħalaq id-distakk mal-EMAS

Għalkemm din il-parti tal-ELH ma tistax titqies bħala ekwivalenti, l-analiżi turi li hemm qbil mill-qrib ma' bosta rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS. Sabiex tinkiseb konformità mar-rekwiżiti kollha korrispondenti, għandhom jiġu implimentati l-elementi addizzjonali li ġejjin:

Isir adattament tat-test tal-GIC 1944 b'mod li fih jissemma li l-organizzazzjonijiet għandhom jiżguraw li jkun hemm identifikazzjoni tar-rekwiżiti legali kollha relatati mal-ambjent qabel iċ-ċertifikazzjoni, u li jkun hemm konformità magħhom.

Jenħtieġ li l-intrapriża tagħti provi tal-konformità mar-rekwiżiti ambjentali legali rilevanti, jekk tintalab tagħmel hekk.

Tiġi żgurata l-validazzjoni tal-konformità legali minn awditur indipendenti akkreditat jew liċenzjat kull sena għall-organizzazzjonijiet imdaqqsin, u kull sentejn għall-SMEs

PARTI 5

L-objettivi u l-programm ambjentali stabbiliti biex jiġi żgurat titjib kontinwu

Ir-rekwiżit korrispondenti tal-EMAS

1.

L-għanijiet għandhom jiġu definiti fi ħdan l-organizzazzjoni sabiex jiġi żgurat titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali (l-Artikolu 1, l-Anness II, B3, B4(3)).

2.

Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet għandu jiġi stabbilit u implimentat programm ta' azzjoni ambjentali. (L-Artikolu 18(7), l-Anness II, A2, A3 (3)).

Il-valutazzjoni tar-rekwiżiti korrispondenti tal-ELH

Il-proċeduri tal-ELH jeħtieġu li għandha tiġi abbozzata dikjarazzjoni ambjentali dettaljata qabel organizzazzjoni tiġi ċertifikata (Miljøkartlegging, lista ta' kontroll ta' kriterji ġenerali rilevanti u kriterji speċifiċi rilevanti li għandhom jintużaw għaċ-ċertifikazzjoni). Għandu jiġi abbozzat ukoll ir-rapport annwali inizjali dwar il-Klima u l-Ambjent, li jkun jinkludi l-għanijiet u l-azzjonijiet ambjentali previsti għas-sena li jmiss, kif ukoll il-prestazzjonijiet ambjentali attwali.

Kull sena ta' wara (sal-1 ta' April) għandu jiġi ppreżentat rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent permezz tal-portal tal-Internet tal-ELH. Il-prestazzjoni ambjentali tiġi mqabbla ma' dik tas-sena ta' qabel. Ir-rapport jiġbor fil-qosor l-inizjattivi li ttieħdu, kif ukoll il-miri u l-għanijiet li nkisbu, filwaqt li fih jitressaq pjan ta' azzjoni għas-sena li jmiss. Ir-rapport(i) annwali dwar il-Klima u l-Ambjent jiġi eżaminat/jiġu eżaminati miċ-ċertifikatur/mill-verifikatur fi żmien l-ewwel ċertifikazzjoni, u ma' kull ċertifikazzjoni mill-ġdid li ssir kull tliet snin. Huwa jiġi eżaminat kull sena waqt l-Eżami Annwali mill-Maniġment.

Ir-rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent jiġi ġġenerat fil-portal tal-Internet tal-ELH minn ġabra ta' indikaturi universali u minn indikaturi li jikkorrispondu għal kriterji speċifiċi tal-industrija. L-għanijiet ambjentali u l-pjan ta' azzjoni fir-rapport dwar il-Klima u l-Ambjent għandhom jiddokumentaw titjib kontinwu. Il-proċedura hija stabbilita fil-linji gwida tal-Kriterju Ġenerali tal-Industrija (GIC) 7 (29), fil-gwida assoċjata u fil-portal tal-Internet tal-ELH.

Barra minn hekk, il-GIC 1963 (Aspetti ambjentali addizzjonali) jistabbilixxi li: “L-intrapriża għandha tidentifika aspetti ambjentali sinifikanti oħrajn tal-intrapriża, u tikkunsidra kwalunkwe azzjoni u/jew inklużjoni meħtieġa fir-rapport annwali dwar il-klima u l-ambjent u/jew monitoraġġ permezz tal-pjan ta' azzjoni.” Għalhekk, il-pjan ta' azzjoni jista' jinkludi kwalunkwe mill-aspetti speċifiċi għall-intrapriża li mhumiex koperti permezz tal-kriterji ġenerali jew speċifiċi.

L-impriżi li jkunu jixtiequ jkomplu jestendu r-rapport tagħhom dwar il-klima u l-ambjent jistgħu jagħmlu użu mis-servizz tal-ELH imsemmi “indikaturi speċifiċi għall-intrapriżi” (virksomhetsspesifikke sjekkpunkter), li bħala parti minnu fir-rapport jiġu miżjuda mistoqsijiet u indikaturi personalizzati definiti mill-intrapriża.

Konklużjoni tal-Kummissjoni

Fil-ħin taċ-ċertifikazzjoni jiġi stabbilit programm ta' ġestjoni ambjentali inizjali li jkun fih kriterji u objettivi ta' valutazzjoni. Permezz tar-rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent iġġenerat fil-portal tal-Internet tal-ELH, kull sena ssir valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni, jiġi indikat il-progress li jkun sar u jiġu stabbiliti l-għanijiet ambjentali.

Il-programm ambjentali jiġi aġġornat u vvalutat mill-ġdid permezz ta' dikjarazzjoni ambjentali li tiġi mġedda kull tliet snin meta ssir iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid.

Għalkemm dawn il-proċessi jiffokaw fuq l-aspetti koperti minn ġabra ta' kriterji meta tiġi stabbilita s-sistema ta' mmaniġġjar ambjentali (inklużi l-aspetti addizzjonali koperti mill-GIC 1963 (30)), dawn għandhom il-kapaċità li jiżguraw it-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali b'rabta ma' dawn l-aspetti.

Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-parti tal-ELH relatata ma' “L-objettivi u l-programm ambjentali stabbiliti biex jiġi żgurat titjib kontinwu” tikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS u għalhekk tista' titqies bħala ekwivalenti.

PARTI 6

L-istruttura organizzazzjonali (rwoli u responsabbiltajiet), it-taħriġ, u l-involviment tal-impjegati

Ir-rekwiżit korrispondenti tal-EMAS

1.

Il-maniġment għandu jiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi (inklużi r-riżorsi umani) sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-sistema. Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet għandhom ikunu definiti, dokumentati u komunikati (L-Anness II, A.4.1).

2.

Il-maniġment superjuri għandu jaħtar rappreżentant(i) maniġerjali speċifiku/speċifiċi bi rwol, responsabbiltajiet u awtorità definiti biex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni korretta tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali u r-rappurtar lill-maniġment superjuri b'rabta mal-prestazzjoni ta' dik is-sistema (L-Anness II, A.4.1).

3.

L-impjegati għandhom jingħataw taħriġ bl-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali (l-Artikolu 1, Anness II, A.4.2)

4.

L-impjegati għandhom jiġu involuti b'mod attiv fit-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni. (l-Artikolu 1, Anness II, A.4.2 u B4).

1.   L-impenn tal-maniġment b'rabta mal-implimentazzjoni korretta tas-sistema u mal-forniment tar-riżorsi meħtieġa:

Skont il-GIC 1946: “L-intrapriża trid tħejji skeda organizzazzjonali jew deskrizzjoni ġenerali simili tar-rwoli ewlenin fl-organizzazzjoni, bħall-punt ta' kuntatt tal-Eco-Lighthouse, ir-rappreżentant tas-sikurezza, il-president tal-kumitat tal-ambjent tax-xogħol, il-maniġer tas-Sistema ta' Ġestjoni Ambjentali, il-kap tal-akkwisti pubbliċi u l-uffiċjal tas-sikurezza kontra n-nirien.”

Skont il-liġijiet tan-Norveġja, il-maniġment superjuri huwa responsabbli mill-ġestjoni tal-intrapriża, li tinkludi s-Sistema ta' Ġestjoni Ambjentali, u b'hekk, b'mod impliċitu mill-implimentazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali. Jekk ma jiġux ipprovduti r-riżorsi meħtieġa, in-nuqqasijiet jidhru b'mod awtomatiku fir-rapport li jkun imiss dwar l-HSE u fir-rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent. Dawn in-nuqqasijiet imbagħad jiġu kkunsidrati waqt l-eżami annwali mill-maniġment. Dan il-każ jista' wkoll ikun ta' xkiel għaċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid li jkun jmiss.

2.   Rappreżentanti speċifiċi għas-sistema ta' ġestjoni ambjentali:

Membru wieħed tal-persunal jinħatar maniġer ambjentali (Miljøfyrtårnansvarlig). Dan mhux bilfors għandu jkun rwol full-time, għalkemm għandu jiddependi mid-daqs tal-organizzazzjoni. Il-maniġer ambjentali jista' jiġi mħarreġ mill-konsulent waqt iċ-ċertifikazzjoni inizjali, jew jista' jiġi mgħallem mill-maniġer preċedenti. Il-kompiti tiegħu huma dawn li ġejjin:

li jkun il-kelliem li jikkomunika mal-konsulent (fil-bidu tal-proċess)

li jkun il-kelliem għaċ-ċertifikatur/għall-verifikatur waqt iċ-ċertifikazzjoni inizjali u ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid

li jiżgura l-konformità mal-kriterji tal-industrija

li jħarreġ u jimmotiva lill-kollegi tiegħu.

li jipproduċi u jippreżenta r-rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent fuq il-portal tal-Internet tal-ELH.

li jiddiskuti dan ir-rapport mal-maniġment waqt l-eżami annwali mill-maniġment (ledelsens gjennomgang), kif ukoll mal-persunal waqt il-laqgħat tal-persunal, u li jxerred ir-rapport annwali fl-organizzazzjoni, permezz tal-intranet jew permezz ta' kanali interni oħra ta' komunikazzjoni

jikkomunika lill-kollegi, b'mod partikolari, il-politika ambjentali globali tal-organizzazzjoni (u l-għanijiet u l-objettivi għas-sena li jmiss) kif stabbilit fir-rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent

jikkontribwixxi lejn it-titjib fuq bażi permanenti.

L-ELH implimentat taħriġ ibbażat fuq l-Internet immirat lejn it-taħriġ tal-maniġer ambjentali (Miljøfyrtårnansvarlig) b'rabta ma' kif għandu jimtela r-rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent, u b'mod speċifiku dwar kif għandha tinkiseb iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid.

L-ELH speċifikat struzzjoni għall-maniġer ambjentali, kif jeħtieġ il-Kriterju Ġenerali tal-Industrija 1947: “L-intrapriża trid tħejji struzzjonijiet bil-miktub għall-impjegat responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Eco-Lighthouse. Il-maniġer ambjentali għandu jinvolvi, jimmotiva u jinkludi lill-impjegati tal-organizzazzjoni. Fil-fehma tal-ELH, l-involviment b'mod attiv tal-impjegati huwa wieħed mill-fatturi prinċipali tas-sistema tal-ELH”

F'organizzazzjonijiet ta' daqs kbir jistgħu jiġu involuti membri addizzjonali tal-persunal permezz ta' grupp ta' ġestjoni ambjentali (31) (Miljøgruppe – EMG). Il-grupp ta' ġestjoni ambjentali jista' jiġi integrat fil-Grupp dwar is-Saħħa, l-Ambjent u s-Sikurezza (HSE), li huwa obbligatorju skont il-liġi għal organizzazzjonijiet b'aktar minn 50 impjegat.

3.   It-taħriġ:

Il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet huma marbuta bil-Kriterju Ġenerali tal-Industrija (GIC) 1951: “L-intrapriża għandu jkollha fis-seħħ proċeduri għat-taħriġ tal-impjegati b'rabta mas-Saħħa, l-Ambjent u s-Sikurezza f'livell bażiku, kif ukoll proċeduri biex tinfurmahom dwar il-bidliet. It-taħriġ għandu jinkludi proċeduri sodi relatati mal-ambjent estern.”

L-għan hu li jiġi żgurat li l-impjegati jkollhom biżżejjed għarfien u ħiliet biex iwettqu l-ħidma tagħhom b'mod xieraq u skont ir-regolamenti dwar l-HSE. Il-kamp ta' applikazzjoni tat-taħriġ għall-impjegati għandu jiddependi fuq ir-riskji assoċjati mal-attivitajiet tal-intrapriża. Il-filosofija ewlenija tal-ELH hija li l-organizzazzjoni għandha l-aħjar għarfien dwarha nnifisha u dwar il-kompetenzi/il-ħtiġijiet tal-persunal tagħha stess, u għalhekk tinsab fl-aqwa pożizzjoni biex tkun taf liema taħriġ huwa meħtieġ. Il-verifika tal-kriterju ssir bil-fomm (miċ-ċertifikatur/mill-verifikatur) billi jiġi mistoqsi liema proċeduri għandha l-intrapriża biex tħarreġ lill-impjegati tagħha u lil rekluti ġodda f'suġġetti relatati mal-HSE.

Il-kwistjoni prinċipali hija jekk dan it-taħriġ huwiex orjentat lejn it-titjib tal-prestazzjonijiet ambjentali jew jekk huwiex iffukat biss fuq punti proċedurali tal-ELH u fuq il-ġestjoni tar-riskju b'rabta mal-HSE. Il-lista ta' kontroll użata mill-ELH biex jiġi vvalutat jekk ir-rutini tal-ELH humiex magħrufa fost l-impjegati tikkonferma li l-kamp ta' applikazzjoni tat-taħriġ imur lil hinn mill-proċeduri u li jindirizza oqsma ambjentali ewlenin bħalma huma l-ġestjoni tal-iskart, l-effiċjenza enerġetika jew it-trattament ta' sustanzi perikolużi.

4.   Involviment tal-impjegati

Sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-EMAS, l-impjegati għandhom ikunu involuti fil-proċess immirat lejn it-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni.

Jenħtieġ li jinħatar grupp ambjentali fi ħdan l-organizzazzjoni u li jkun hemm parteċipazzjoni b'mod attiv tal-impjegati fl-attivitajiet ambjentali (32). L-impjegati għandhom jiġu infurmati dwar il-kontenut tar-rapport dwar il-Klima u l-Ambjent u għandhom ukoll jiġu involuti b'mod speċifiku fi proċessi li jikkontribwixxu lejn it-titjib tal-prestazzjoni ambjentali, bħal pereżempju s-separazzjoni tal-iskart. Diversi kriterji (1953, 1962 u 36) jappoġġaw it-titjib kontinwu permezz tal-użu ta' “bank tal-ideat”. Dawn il-banek tal-ideat li tipprovdi l-Eco-Lighthouse Foundation fihom diversi miżuri biex tittejjeb il-prestazzjoni f'oqsma relatati mal-ambjent bħal pereżempju t-trasport, l-iskart jew l-enerġija f'kollaborazzjoni mal-impjegati tal-organizzazzjoni.

Konklużjoni tal-Kummissjoni

Il-maniġment huwa obbligat bil-liġi li jipprevedi r-riżorsi umani meħtieġa għall-funzjonament korrett tal-proċeduri tal-HSE u, skont ir-regoli tal-ELH, għandu wkoll jaħtar rappreżentant tal-ELH bħalma jsir fil-każ tal-EMAS. Għalhekk, ir-riżorsi meħtieġa biex ikun hemm funzjonament tajjeb għandhom isiru disponibbli għall-persuni responsabbli.

L-organizzazzjonijiet jintalbu wkoll iħarrġu lill-impjegati tagħhom fil-kompetenzi b'rabta mal-HSE, li jinkludu t-titjib tal-prestazzjoni ambjentali, u li jinvolvu lill-impjegati fl-implimentazzjoni tal-EMS u f'attivitajiet ambjentali.

Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-parti tal-ELH relatata ma' “L-istruttura organizzazzjonali, it-taħriġ, u l-involviment tal-impjegati:” tikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS u għalhekk tista' titqies bħala ekwivalenti.

PARTI 7

Rekwiżiti marbutin mad-dokumentazzjoni

Ir-rekwiżit korrispondenti tal-EMAS

L-EMAS teħtieġ dokumentazzjoni dwar il-politika ambjentali, l-għanijiet, il-pjanijiet ta' azzjoni, il-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni u l-elementi prinċipali tagħha bħal pereżempju r-rekords meħtieġa għall-ippjanar u l-kontroll effettivi tal-proċessi relatati mal-impatti ambjentali sinifikanti tagħha.

L-Artikolu A.4.4 tal-Anness II

Il-valutazzjoni tar-rekwiżiti korrispondenti tal-ELH

Id-dokumentazzjoni dwar l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proċeduri u l-għanijiet tal-EMS għandha tkun disponibbli.

Fuq is-sit web tagħha, l-ELH tippreżenta lista estensiva ta' dokumenti obbligatorji meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni, flimkien ma' formoli oħra u għodod utli (verktøy) kif ukoll informazzjoni (33) marbuta mas-setturi differenti għaċ-ċertifikazzjoni. Bosta dokumenti rilevanti huma maħżuna fuq il-portal tal-Internet tal-ELH (34) (Miljøfyrtårnportal). L-ELH tirrakkomanda wkoll struttura ta' arkivjar tad-dokumentazzjoni.

Fil-linji gwida għaċ-ċertifikatur/għall-verifikatur fil-Kriterju Ġenerali tal-Industrija (GIC) 1944, iċ-ċertifikatur/il-verifikatur jintalab jivverifika li d-dokumentazzjoni u s-sistema tal-HSE huma maħżuna b'mod faċli u sistematiku, u jekk l-intrapriża tafx kif taċċessa l-informazzjoni. Id-dokumentazzjoni marbuta mal-kriterji tal-industrija hija maħżuna fid-dikjarazzjoni ambjentali (Miljøkartlegging) u fuq il-portal tal-Internet tal-ELH. L-intrapriża tista' tagħżel li turiha liċ-ċertifikatur/lill-verifikatur waqt il-laqgħa proprja, u ma hemm l-ebda obbligu li din tittella' fuq il-portal. Iċ-ċertifikatur/il-verifikatur jieħu impressjoni ta' kemm is-sistema hija magħrufa fost l-impjegati permezz tal-laqgħa dwar iċ-ċertifikazzjoni jew dwar iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid.

Konklużjoni tal-Kummissjoni

Din il-parti tiffoka fuq id-disponibbiltà ta' dokumentazzjoni xierqa. Minkejja li l-kampi ta' applikazzjoni taż-żewġ sistemi mhumiex identiċi, l-istruttura tal-informazzjoni proposta mill-ELH u l-istruttura ta' arkivjar tal-arkivju jistgħu jitqiesu bħala sodisfaċenti.

Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-parti tal-ELH relatata mar-“Rekwiżiti Marbutin mad-Dokumentazzjoni” tikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS u għalhekk tista' titqies bħala ekwivalenti.

Nota: skont id-definizzjoni, il-kamp ta' applikazzjoni tal-proċedura ta' dokumentazzjoni tal-ELH huwa mfassal biex jissodisfa l-ħtiġijiet tas-sistema ta' ġestjoni tal-ELH b'rabta mad-dokumentazzjoni. Jekk organizzazzjoni tkun tixtieq tapplika għar-reġistrazzjoni mal-EMAS, il-kamp ta' applikazzjoni tal-proċedura ta' dokumentazzjoni għandu jiġi adattat biex ikopri r-rekwiżiti kollha tal-EMAS, inklużi dawk li bħalissa mhumiex issodisfati mill-ELH.

PARTI 8

Kontroll operattiv

Ir-rekwiżit korrispondenti tal-EMAS

L-operazzjonijiet assoċjati mal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati għandhom jitwettqu b'kundizzjonijiet speċifiċi. Biex dan jiġi żgurat, l-organizzazzjoni għandha:

1.

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i dokumentata/i sabiex tikkontrolla s-sitwazzjonijiet fejn in-nuqqas tagħhom jista' jwassal għal devjazzjoni mill-politika ambjentali, mill-għanijiet u mill-miri;

2.

tistipula l-kriterji operattivi fil-proċedura/i;

3.

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċeduri relatati mal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati tal-oġġetti u s-servizzi użati mill-organizzazzjoni u tikkomunika proċeduri u rekwiżiti applikabbli lill-fornituri, inklużi l-kuntratturi.

Il-valutazzjoni tar-rekwiżiti korrispondenti tal-ELH

1 u 2.

L-ELH teżiġi li l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi politika ambjentali u tiddefinixxi objettivi speċifiċi b'rabta mal-prestazzjoni ambjentali. Barra minn hekk, l-intrapriżi Norveġiżi għandhom jiffissaw miri globali għall-HSE skont ir-Regolament dwar il-Kontroll Intern. Il-GIC 1945 u 1947 tal-ELH jispeċifikaw li s-sistema ta' ġestjoni għandha tinkludi proċeduri dokumentati biex jintlaħqu dawn l-għanijiet dwar is-saħħa, l-ambjent u s-sikurezza, inkluża konformità mal-kriterji b'mod kontinwu. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri għat-trattament tan-nuqqas ta' konformità (GIC 1950). Kriterji oħra tal-ELH (1949) jobbligaw lill-intrapriżi biex iwettqu valutazzjoni tar-riskju (aġġornat), flimkien ma' abbozz ta' pjan ta' azzjoni korrispondenti.

Għandhom jiġu pprovduti proċeduri speċifiċi għal industriji speċifiċi b'rabta mat-trattament ta' prodotti perikolużi li tipikament jintużaw mill-industrija speċifika. (fost l-oħrajn SIC 983, 984 għall-industrija tat-tindif, SIC 1931, 1932, 1933 għall-istabbilimenti fejn jissewwew u jinżebgħu l-karrozzeriji ta' vetturi, SIC 14 għall-istabbilimenti fejn jissewwew il-karozzi).

3.

Wara ċ-ċertifikazzjoni, l-intrapriża għandha tinforma lill-klijenti u lill-fornituri tagħha dwar l-attivitajiet ambjentali tagħha (GIC 5). Għandhom jiġu stabbiliti kriterji ambjentali għall-akkwisti sinifikanti kollha (GIC 1954) u l-intrapriża għandha tinfluwenza lill-aktar fornituri sinifikanti tagħha biex jgħaddu minn ċertifikazzjoni ambjentali. L-intrapriża għandha wkoll tinfluwenza lill-fornituri tagħha sabiex jipprovdu informazzjoni dwar prodotti ta' partijiet terzi mmarkati b'mod ambjentali fil-katalgu tal-prodotti tagħhom, u dwar statistika rigward il-prodotti bl-ekotikketta li takkwista mingħandhom (GIC 1956).

Konklużjoni tal-Kummissjoni

Din il-parti tiffoka fuq proċeduri fis-seħħ għal kontroll operattiv xieraq. L-istruttura tal-proċeduri proposti mill-ELH flimkien mar-Regolament dwar il-Kontroll Intern Norveġiż, u l-flussi ta' informazzjoni relatati jistgħu jitqiesu sodisfaċenti.

Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-parti tal-ELH relatata mal-“Kontroll operattiv” tikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS u għalhekk tista' titqies bħala ekwivalenti.

PARTI 9

It-tħejjija għall-emerġenzi u r-rispons f'każ ta' emerġenza

Ir-rekwiżit korrispondenti tal-EMAS

1.

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i sabiex tidentifika sitwazzjonijiet potenzjali ta' emerġenza u inċidenti u modi kif tirreaġixxi għalihom.

2.

L-organizzazzjoni trid tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet u inċidenti ta' emerġenza effettivi u tipprevjeni jew ittaffi l-impatti ambjentali avversi assoċjati.

3.

L-organizzazzjoni għandha tirrevedi perjodikament u, fejn meħtieġ, tirrevedi l-proċeduri tagħha ta' tħejjija u ta' rispons għall-emerġenzi.

4.

L-organizzazzjoni għandha teżamina perjodikament ukoll dawn il-proċeduri fejn prattikabbli.

(L-Anness II, A.4.7).

Il-valutazzjoni tar-rekwiżiti korrispondenti tal-ELH

Din hija rregolata permezz tal-Kriterju Ġenerali tal-Industrija 1949: “L-intrapriża trid tipprovdi valutazzjoni tar-riskju aġġornata li tkopri l-ambjenti tax-xogħol u esterni, kif ukoll pjan ta' azzjoni korrispondenti.”

L-industriji speċifiċi fejn din id-dispożizzjoni hija aktar rilevanti għandhom liġijiet u regolamenti speċifiċi. L-intrapriżi Norveġiżi jistgħu faċilment jivverifikaw liema leġiżlazzjoni tapplika għalihom billi jiċċekkjaw is-sit web tar-regoli u r-regolamenti tal-gvern Regelhjelp  (35), fejn l-intrapriża ddaħħal in-numru uniku tagħha tal-organizzazzjoni biex tikseb lista tal-leġiżlazzjoni rilevanti. Eżempji ta' liġijiet u regolamenti rilevanti li jikkonċernaw it-tħejjija u r-rispons għall-emerġenzi għall-industriji differenti jistgħu jinstabu fuq l-Internet, fuq is-sit tal-Protezzjoni Ċivili (DSB) (36). Madankollu għandu jiġi nnutat li ġeneralment l-ELH ma tiċċertifikax organizzazzjonijiet attivi fl-industrija tqila jew lil intrapriżi li l-operat tagħhom jinvolvi sfidi ambjentali kumplessi.

Il-kriterji speċifiċi tal-ELH dwar l-industrija jinkludu wkoll dispożizzjonijiet b'rabta mat-tħejjija u r-rispons, għalkemm f'xi każijiet, bħalma huwa l-każ fil-bini tad-dgħajjes, dan jidher li hu limitat għal listi ta' sustanzi perikolużi u għal dispożizzjonijiet dwar l-ewwel għajnuna. Fil-każ tal-impriżi li jużaw sustanzi kimiċi jew sustanzi oħra (bħas-servizzi tal-ħasil tal-ħwejjeġ kriterji speċifiċi tal-industrija), dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati mill-kriterji speċifiċi tal-industrija.

Konklużjoni tal-Kummissjoni

It-Tħejjija u r-Rispons għall-Emerġenzi huma rregolati b'mod strett (37) mil-liġi Norveġiża. Fejn rilevanti, l-ELH tikkumplimentahom permezz tal-Kriterji Ġenerali tal-Industrija u l-kriterji speċifiċi tal-industrija.

Waqt iċ-ċertifikazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid, u waqt il-proċess li jwassal għall-eżami annwali mill-maniġment, isiru kontrolli b'rabta mar-regoli dwar l-għarfien tar-riskji, it-tħejjija u r-rispons, u l-applikazzjoni effiċjenti tagħhom, filwaqt li jsir ukoll kontroll tal-proċeduri.

Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-parti tal-ELH relatata ma' “It-Tħejjija u r-Rispons għall-Emerġenzi” tikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS u għalhekk tista' titqies bħala ekwivalenti.

PARTI 10

Iċċekkjar, verifika interna u azzjoni korrettiva

Ir-rekwiżit korrispondenti tal-EMAS

1.

Bħala parti mill-politika tagħha dwar is-Sistema ta' Ġestjoni Ambjentali u b'mod konsistenti mal-objettivi tagħha, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i sabiex tikkontrolla, fuq bażi regolari, il-karatteristiċi ewlenin tal-operazzjonijiet tagħha li jista' jkollhom impatt ambjentali sinifikanti u sabiex tieħu azzjonijiet korrettivi meta jkun meħtieġ. (L-Anness II, A.5.1)

L-organizzazzjoni għandha twettaq verifika interna bl-objettiv li ssir valutazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni fis-seħħ u biex tiġi ddeterminata l-konformità mal-politika u mal-programm tal-organizzazzjoni (inkluża l-konformità legali) b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(c), fl-Artikolu 9 u fl-Anness III. Il-verifika għandha ssir minn awdituri kompetenti tal-inqas darba fis-sena u ċ-ċiklu tal-awditjar li jkopri l-attivitajiet kollha tal-organizzazzjoni għandu jiġi kkompletat f'intervalli mhux itwal minn tliet snin (jew erba' snin għall-SMEs).

2.

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm proċedura/i sabiex tidentifika, tikkoreġi u tinvestiga nuqqasijiet ta' konformità reali jew potenzjali u sabiex tieħu azzjoni korrettiva u ta' prevenzjoni. Ir-riżultati tal-azzjonijiet korrettivi u preventivi għandhom jiġu rreġistrati u l-effikaċja tagħhom għandha tiġi analizzata. (l-Anness II A.5.3)

3.

Ir-riżultat tal-verifika interna għandu jkun rapport lill-maniġment dwar il-konklużjoni u s-sejbiet tal-verifika.

Il-bażi ġuridika (l-Artikolu 4(1)(b) u 4(1)(c), l-Artikolu 6(2)(a), l-Artikolu 9, l-Anness II A.5 u l-Anness III)

Il-valutazzjoni tar-rekwiżiti korrispondenti tal-ELH

1.   Twettiq ta' kontrolli rigward il-karatteristiċi ewlenin tal-operazzjonijiet u twettiq ta' valutazzjoni tal-konformità tal-EMS mal-politika u mal-programm tal-organizzazzjoni permezz ta' verifika interna

Skont il-Kriterju Ġenerali tal-Industrija (GIC) 6, “il-maniġment għandu jwettaq eżami annwali tas-sistema tal-HSE u tal-proċeduri tal-Eco-Lighthouse sabiex jivvaluta jekk dawn humiex jaħdmu kif suppost.” Innota li dan il-kriterju huwa mmarkat b'§, li jindika li għandu funzjoni ta' bażi ġuridika.

Il-linji gwida tal-GIC 6 jistabbilixxu wkoll li “l-awtorità legali għal dan il-kriterju hija t-Taqsima 5.8 tar-Regolamenti dwar l-Attivitajiet Sistematiċi b'rabta mas-Saħħa, l-Ambjent u s-Sikurezza fl-Intrapriżi (ir-Regolamenti dwar il-Kontroll Intern) L-intrapriża trid timmonitorja s-sistema tal-HSE u timplimenta, darba fis-sena, il-verifika tas-sistema u l-verifika interna biex tiżgura li s-sistema tal-HSE taħdem kif suppost. Il-proċeduri tal-Eco-Lighthouse għall-ambjenti esterni għandhom jiġu integrati mas-sistema tal-HSE u għandhom isiru parti inerenti tal-verifika interna. Il-maniġment għandu r-responsabbiltà ewlenija tas-sistema tal-HSE u tal-proċeduri integrati tal-Eco-Lighthouse, u għandu jwettaq eżami tagħhom kull sena sabiex jiġi żgurat li dawn jaħdmu kif suppost. Il-mod li bih il-maniġment iwettaq l-eżami fil-prattika se jvarja minn intrapriża għal oħra. Il-punt importanti huwa li jinstabu soluzzjonijiet prattiċi. (…)

Nota: Minbarra li jiġu eżaminati l-kriterji relatati mal-HSE, huwa importanti li l-konsulent/l-intrapriża jeżaminaw ukoll is-sistema tal-HSE tal-intrapriża kollha kemm hi. Il-konsulent/l-intrapriża jridu jeżaminaw jekk is-sistema tal-HSE hix taħdem sew fil-prattika, u jekk hix strutturata tajjeb”.

Għaldaqstant, l-eżami annwali mill-maniġment u d-dokumentazzjoni u l-proċeduri addizzjonali li teħtieġ iċ-ċertifikazzjoni tal-ELH jaħdmu id f'id mal-obbligu legali li tiġi kostitwita verifika annwali tal-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet b'rabta mal-HSE skont ir-Regolamenti Norveġiżi dwar il-Kontroll Intern (38) (ICR). Permezz ta' dan il-proċess ta' eżami integrat, l-intrapriża trid teżamina jekk is-sistema tal-HSE hix taħdem sew fil-prattika, u jekk hix strutturata tajjeb.

Dan jirriżulta fl-integrazzjoni tal-proċeduri ambjentali tas-sistema tal-ELH fis-sistema diġà eżistenti tal-HSE, u fit-tisħiħ tas-sistema ta' ġestjoni kollha kemm hi fir-rigward tal-ambjent tax-xogħol u tal-ambjent estern.

Il-verifiki/il-kontrolli huma bbażati fuq listi ta' kontroll settorjali speċifiċi, fuq mudelli u fuq eżempji mogħtija mill-ELH foundation u jirriflettu l-livell ta' riskju ambjentali tas-setturi differenti. Il-kontroll għandu jinkludi eżami tal-proċeduri tal-Eco-Lighthouse u tal-miri, l-għanijiet u l-kisbiet ambjentali awtodefiniti, kif definiti fir-rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent.

Skont id-daqs tal-kumpanija, is-sistema tista' tiġi verifikata minn awditur intern qabel l-eżami annwali mill-maniġment jew, fil-każ ta' negozji żgħar, matul il-laqgħa stess. Waqt l-eżami annwali mill-maniġment jiġu evalwati d-devjazzjonijiet, il-kisbiet, il-miri u l-għanijiet, filwaqt li jiġu stabbiliti oħrajn ġodda.

B'mod komplemetari għal-eżami mill-maniġment, ir-rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent jikkostitwixxi dokumentazzjoni addizzjonali dwar il-miri u l-kisbiet ambjentali. Fih jiġu vvalutati l-punti ta' hawn fuq, isiru kontrolli dwar jekk ikunx sar progress u dwar jekk intlaħqux xi għanijiet, u jiġu stabbiliti għanijiet ġodda għal titjib għas-sena li jmiss. Dan jiġi evalwat mill-maniġment kull sena waqt l-eżami annwali mill-maniġment.

2.   Il-korrezzjonijiet ta' nuqqas ta' konformità

L-għan tal-eżami tal-HSE hu li jiġu identifikati d-dgħjufijiet u n-nuqqasijiet u li jsir pjan għal rettifika. Kull nuqqas iwassal għal pjan ta' azzjoni li jkollu l-għan li jelimina n-nuqqas (sa skadenza speċifika).

Jeħtieġ li jkun hemm konformità mal-kriterji kollha qabel tkun tista' ssir iċ-ċertifikazzjoni jew iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid, b'mod partikolari mal-kriterji ġenerali u speċifiċi li huma inkorporati direttament mil-leġiżlazzjoni Norveġiża. Nuqqas ta' konformità (anki ma' dispożizzjonijiet legali barra l-ELH) jiġi trattat permezz tal-Kriterju Ġenerali tal-Industrija 1950, li jobbliga lill-intrapriżi jistabbilixxu proċeduri għar-rapportar u t-trattament ta' dan in-nuqqas ta' konformità.

Kull nuqqas ta' konformità ma' kriterju li jiġi identifikat matul il-proċess ta' ċertifikazzjoni jew ta' ċertifikazzjoni mill-ġdid iwassal għal sospensjoni mill-ġdid taċ-ċertifikazzjoni tal-ELH.

3.   Rapport lill-maniġment dwar il-konklużjoni u s-sejbiet tal-verifika

Ir-rapport annwali dwar l-HSE u l-pjan ta' azzjoni li jirriżulta, flimkien mar-rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent, jiġu ppreżentati lill-maniġment fl-okkażjoni tal-eżami annwali mill-maniġment.

Konklużjoni tal-Kummissjoni:

Il-fażi ta' kontroll tintegra l-proċeduri tal-ELH, il-konformità mar-rekwiżiti legali u r-rekwiżiti tar-Regolamenti dwar il-Kontroll Intern Norveġiżi (ICR) (39). Wara, ir-riżultati tal-kontrolli jiġu eżaminati waqt l-Eżami mill-Maniġment. Biex jiġi ffaċilitat il-proċess, il-kamp ta' applikazzjoni tal-kontrolli mwettqa jiġi ddefinit permezz tal-lista ta' kontroll ipprovduta mill-ELH foundation.

Il-kombinazzjoni ta' dawn il-proċeduri – il-verifika tal-HSE, l-analiżi tar-riskju, il-kontroll u l-mitigazzjoni ta' nuqqasijiet ta' konformità – flimkien jiffurmaw il-verifika interna li tirriżulta f'kontroll konsegwenzjali tal-aspetti tal-HSE u tas-sistema tal-ELH. Ir-riżultat huwa soġġett għal eżami mill-maniġment. Waqt iċ-ċertifikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid, iċ-ċertifikatur ambjentali għandu jikkonferma wkoll li l-verifika twettqet kif xieraq u li l-elementi rilevanti kollha ġew verifikati u rrappurtati.

Minħabba d-differenza bejn iż-żewġ sistemi, il-kamp ta' applikazzjoni kopert mill-verifika jista' jkun differenti, għalkemm jiġu applikati proċeduri komparabbli biex jintlaħqu għanijiet simili. Madankollu l-proċeduri fis-seħħ għandhom il-kapaċità li japplikaw għal kamp ta' applikazzjoni modifikat (pereżempju l-inklużjoni ta' aspetti ambjentali speċifiċi addizzjonali) f'każ li l-organizzazzjoni tkun tixtieq tirreġistra mal-EMAS.

Il-maniġer ambjentali għandu r-responsabbiltà li jikkompila r-rapport mill-kontribut tal-komponenti differenti tal-verifika interna u jressqu għall-eżami mill-maniġment, biex b'hekk jappoġġa s-sistema ambjentali u l-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet ambjentali fid-dawl tal-politika u tal-programm ambjentali.

Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tqis li l-parti tal-ELH relatata mal-“Iċċekkjar, verifika interna u azzjoni korrettiva” tikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS u għalhekk tista' titqies bħala ekwivalenti.

Nota: skont id-definizzjoni, il-proċeduri ta' verifika tal-ELH fis-seħħ bħalissa huma mfasslin biex jiżguraw kontroll konsegwenzjali tas-sistema ta' ġestjoni tal-ELH. Jekk organizzazzjoni tkun tixtieq tapplika għar-reġistrazzjoni mal-EMAS, il-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika interna għandu jiġi adattat biex ikopri r-rekwiżiti kollha tal-EMAS, inklużi dawk li bħalissa mhumiex issodisfati mill-ELH.

PARTI 11

Il-komunikazzjoni (interna u esterna)

Ir-rekwiżit korrispondenti tal-EMAS

1.

Bħala parti mill-EMS, l-organizzazzjonijiet għandhom jistabbilixxu proċeduri ta' komunikazzjoni interna u esterna. Permezz tal-proċedura ta' komunikazzjoni esterna, l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru l-kapaċità ta' djalogu miftuħ mal-pubbliku u ma' partijiet oħra interessati, inklużi l-komunitajiet u l-konsumaturi lokali, rigward l-impatt ambjentali tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħhom.

2.

L-organizzazzjonijiet għandhom jipprovdu trasparenza u l-forniment perjodiku ta' informazzjoni ambjentali lill-partijiet interessati esterni abbażi tar-rekwiżiti tal-Anness IV (Rappurtar Ambjentali).

Fost l-oħrajn, din l-informazzjoni tkun tinkludi l-elementi li ġejjin: il-politika ambjentali tal-organizzazzjoni, deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali sinifikanti kollha, deskrizzjoni tal-objettivi u l-miri ambjentali, rappurtar dwar l-indikaturi definiti fl-Anness, il-prestazzjoni meta mqabbla ma' dispożizzjonijiet legali u referenza għar-rekwiżiti legali applikabbli.

Din l-informazzjoni għandha tiġi vvalidata kull sena minn verifikatur ambjentali akkreditat jew liċenzjat (jew kull sentejn fil-każ tal-SMEs).

L-Artikolu 4(1)(d), l-Artikolu 5(2)(a), l-Artikolu 6(2)(b), l-Anness II B.5, l-Anness IV

Il-valutazzjoni tar-rekwiżiti korrispondenti tal-ELH

1.

Il-komunikazzjoni hija bbażata fuq ir-rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent.

Ir-rieżami ambjentali inizjali tal-ELH (Miljøkartlegging), li jistabbilixxi l-lista ta' kriterji ta' konformità, jittella' fuq il-portal tal-Internet tal-ELH, iżda ma jsir disponibbli għall-pubbliku. Din mhix intiża bħala għodda ta' komunikazzjoni, iżda pjuttost bħala għodda ta' valutazzjoni għall-organizzazzjoni. Huma biss ir-rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent u l-politika ambjentali li għandhom ikunu ppubblikati skont il-GIC 7.

Ir-rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent huwa għodda ta' ġestjoni għall-attivitajiet ambjentali li għandha tiġi ppreżentata sal-1 ta' April ta' kull sena. L-għan hu li l-intrapriżi jiddokumentaw kull sena it-titjib tal-prestazzjonijiet tagħhom f'rapport ambjentali.

Ir-rapport jikkonsisti minn żewġ partijiet: rapport dwar il-prestazzjoni ambjentali tas-sena preċedenti u pjan ta' azzjoni għas-sena li jmiss.

Dan huwa bbażat fuq għadd ta' indikaturi, bħal:

l-għadd ta' impjegati, l-assenza mix-xogħol (liv tal-mard), id-dħul finanzjarju, l-akkwist ekoloġiku u l-għadd ta' prodotti bl-ekotikketta akkwistati għal użu proprju, il-fornituri ċertifikati, l-użu tal-karta, l-użu totali ta' enerġija, id-daqs tas-superfiċje msaħħna, il-klassifikazzjoni enerġetika, il-klassifikazzjoni tat-tisħin (it-tip ta' tisħin użat), l-użu ta' fjuwil, il-kilometri misjuqa, it-tip u n-numru ta' vetturi, l-ivvjaġġar bl-ajru, il-volum ta' skart magħżul u mhux magħżul, kif ukoll aspetti ambjentali oħra b'rabta mal-kriterji tal-industrija magħżula. Parti minn dawn l-indikaturi hija definita b'mod parallel mal-istabbiliment tal-kriterji tal-industrija, u għalhekk tvarja skont is-settur ta' attività.

Għalkemm l-ELH mhix maħsuba għall-organizzazzjonijiet industrijali, għadd ta' indikaturi ewlenin tal-EMAS huma koperti mir-rappurtar. Bħala eżempju, fir-rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent li għamel il-bejjiegħ tal-ikel bl-ingrossa “Arne Sjule”, ġew irrappurtati indikaturi dwar l-effiċjenza enerġetika, l-effiċjenza materjali fil-kuntest tal-akkwist, l-iskart u l-emissjonijiet tas-CO2 permezz tal-evalwazzjoni tal-użu tal-karburant u tal-vjaġġi bl-ajru.

Madankollu, mhux l-indikaturi ewlenin kollha elenkati fl-Anness IV jiġu rrappurtati, u r-rappurtar mhuwiex kwantitattiv daqs kemm indikat mill-EMAS. Dan, mingħajr ebda dubju, huwa marbut mas-sistema ta' kriterji definiti minn qabel, li hija msejsa fuq l-approċċ tal-ELH b'indikaturi definiti minn qabel imfassla biex jakkomodaw l-ispeċifiċitajiet settorjali. Bħala eżempju, fir-rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent li għamel l-istess distributur tal-ikel, l-indikaturi dwar l-emissjonijiet ta' sustanzi kimiċi fl-arja (bħal pereżempju NOx, PM), l-emissjonijiet tal-ilma u l-bijodiversità ma kinux preżenti fir-rapport. Madankollu, għalkemm il-ġabra ta' indikaturi meħtieġa mill-EMAS hija usa', għandu jiġi nnutat li organizzazzjoni tal-EMAS tista' wkoll tiddeċiedi li ma tirrappurtax rigward ċerti indikaturi jekk tkun tista' tiġġustifika li dawk l-indikaturi mhumiex rilevanti għall-aspetti ambjentali diretti sinifikanti tagħha.

Skont l-ELH, aspetti sinifikanti addizzjonali jiġu indirizzati permezz tal-GIC 1963 (“l-intrapriża għandha tidentifika u tindirizza aspetti ambjentali oħra”) u r-rappurtar dwar dan għandu jsir fir-rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent. L-intrapriżi jistgħu jmorru lil hinn fl-eżerċizzju ta' rappurtar u jżidu l-indikaturi fir-rapport dwar il-Klima u l-Ambjent, permezz tal-indikaturi speċifiċi għall-intrapriżi mfasslin apposta (Virksomhetsspesifikke sjekkpunkter).

Il-pjan ta' azzjoni għas-sena li ġejja huwa inkluż fir-rapport, li jiġi ġġenerat permezz tal-gwida tal-portal tal-Internet. Il-portal jobbliga lill-utent idaħħal l-informazzjoni mitluba kollha; informazzjoni oħra hija fakultattiva. Jekk ikun hemm oqsma li mhumiex rilevanti għall-intrapriża jew li ma jistgħux jiġu mwieġba, trid tiddaħħal spjegazzjoni fil-kaxxa għall-kummenti.

Il-prestazzjoni mqabbla mad-dispożizzjoni legali u r-referenza għal rekwiżit legali applikabbli mhumiex inklużi b'mod formali fir-rapport dwar il-Klima u l-Ambjent. Fir-rapport tista' ssir referenza għal azzjonijiet korrettivi minħabba l-identifikazzjoni ta' nuqqas ta' konformità.

2.

Ir-rapport jiġi abbozzat minn impjegat tal-organizzazzjoni (il-maniġer ambjentali) (bħal fil-każ tal-EMAS). Dan jiġi kkontrollat miċ-ċertifikatur/mill-verifikatur waqt iċ-ċertifikazzjoni u waqt iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid li ssir kull tliet snin.

Jiġi rrappurtat lill-persunal (il-GIC 1952) (matul il-laqgħat u permezz tal-intranet) u lill-maniġment (waqt l-eżami annwali mill-maniġment). Ir-reviżjoni tal-GIC 7 (40) (li ġiet implimentata f'Mejju 2017) żiedet it-trasparenza tas-sistema billi daħħlet il-ħtieġa li l-intrapriża tippubblika r-rapport għall-pubbliku ġenerali, għall-klijenti, għall-fornituri u għas-sħab fil-kooperazzjoni. Il-pubblikazzjoni għandha ssir fl-okkażjoni tal-ewwel ċertifikazzjoni, u mbagħad kull sena.

Il-pubblikazzjoni trid tkun konformi mar-regolamenti Norveġiżi dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-liġijiet tal-privatezza, filwaqt li ma hemmx għalfejn jiġu żvelati indikaturi bħal-liv tal-mard u l-fatturat annwali.

Konklużjoni tal-Kummissjoni

Ir-rapport annwali dwar il-klima u l-ambjent huwa l-bażi tar-rappurtar tal-ELH (kemm dak intern kif ukoll dak immirat lejn il-pubbliku). Huwa jipprovdi ħarsa ġenerali trasparenti dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni f'taqbil ma' indikaturi definiti. Bħas-sistema kollha tal-ELH, dan ir-rapport huwa bbażat fuq metodu fejn il-listi ta' kriterji/indikaturi huma identifikati minn qabel fil-livell settorjali. Dan il-metodu jvarja mis-sistema tal-EMAS fejn l-aspetti kollha jiġu identifikati u jsir rappurtar dwarhom abbażi ta' analiżi f'livell individwali.

Hemm ukoll differenzi fir-rigward tal-kontenut tar-rapporti. Bħal fl-EMAS, ir-rapport annwali dwar il-klima u l-ambjent tal-ELH jinkludi deskrizzjoni tal-organizzazzjoni u tal-EMS tagħha, deskrizzjoni tal-politika ambjentali tal-organizzazzjoni kif ukoll referenza għal liema kriterji ġew applikati u għall-istatus taċ-ċertifikat. Madankollu jeżistu differenzi rigward ir-referenza għall-indikaturi ewlenin applikabbli għall-organizzazzjonijiet kollha, għar-rekwiżiti tar-rappurtar bi tqabbil mar-rekwiżiti legali u l-prestazzjoni tal-organizzazzjoni b'taqbil mar-rekwiżiti legali.

L-impjegati u l-partijiet interessati jiġu mgħarrfa dwar ir-rapport annwali b'konformità mal-GIC 1952. Ir-rapport annwali dwar il-klima u l-ambjent għandu jiġi ppreżentat lill-impjegati kollha waqt il-laqgħat jew permezz tal-intranet. L-intrapriża trid ukoll tippubblika r-rapport għall-pubbliku ġenerali, għall-klijenti, għall-fornituri u għas-sħab fil-kooperazzjoni. Il-pubblikazzjoni għandha ssir fl-okkażjoni tal-ewwel ċertifikazzjoni, u mbagħad kull sena. Permezz tal-pubblikazzjoni tiegħu, ir-rapport se jkun disponibbli mhux biss għall-persunal iżda wkoll għal atturi esterni.

Ir-rapport tal-ELH għandu jiġi vvalidat minn ċertifikatur maċ-ċertifikazzjoni, kif ukoll wara kull tliet snin (ċertifikazzjoni mill-ġdid). Għall-EMAS, il-validazzjoni minn verifikatur indipendenti tad-“dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS” hija meħtieġa kull sena, jew kull sentejn fil-każ tal-SMEs. Għandu jiġi nnutat li 98 % tal-intrapriżi ċċertifikati mill-ELH jibbenefikaw minn din id-deroga li kieku kienu rreġistrati mal-EMAS.

Iż-żewġ skemi ta' rappurtar għandhom l-għan li jipprovdu ħarsa ġenerali u imparzjali dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni bi tqabbil ma' indikaturi relatati ma' aspetti ambjentali definiti. It-tnejn huma xierqa għall-metodoloġija li tappoġġa s-sistema ta' ġestjoni ambjentali rispettiva tagħhom. Madankollu, id-differenzi metodoloġiċi bejn dawn is-sistemi japplikaw ukoll għall-partijiet dwar ir-rappurtar. Barra minn hekk, id-Dikjarazzjoni Ambjentali tal-EMAS tinkludi wkoll rekwiżit ta' konferma ta' konformità legali, u għandha tiġi vvalidata minn verifikatur estern fuq bażi annwali, jew kull sentejn fil-każ tal-SMEs. Minħabba dawn id-differenzi din il-parti ma tistax titqies bħala konformi mar-rekwiżiti kollha tal-EMAS.

Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tqis li l-parti tal-ELH dwar “Il-komunikazzjoni (interna u esterna)” taqbel b'mod parzjali mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS.

Miżuri potenzjali biex jingħalaq id-distakk mar-rekwiżiti tal-EMAS

Għalkemm din il-parti tal-ELH ma tistax titqies bħala ekwivalenti, l-analiżi turi li hemm qbil mill-qrib ma' bosta rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS. Sabiex tinkiseb konformità mar-rekwiżiti kollha korrispondenti, għandhom jiġu implimentati l-elementi addizzjonali li ġejjin:

Ir-rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent ippubblikat minn organizzazzjoni tal-ELH għandu jinkludi l-elementi kollha meħtieġa skont l-Anness IV tar-Regolament dwar l-EMAS, b'mod partikolari:

deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali sinifikanti tal-organizzazzjoni identifikata, ibbażata fuq il-proċedura definita fl-Anness I tar-Regolament dwar l-EMAS

l-indikaturi ewlenin u speċifiċi rrappurtati kif xieraq

referenza għar-rekwiżiti legali applikabbli relatati mal-ambjent u l-prestazzjoni bi tqabbil ma' dawn ir-rekwiżiti legali

Ir-rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent għandu jiġi vvalidat minn ċertifikatur akkreditat jew liċenzjat fuq bażi annwali, jew kull sentejn fil-każ tal-SMEs. Iċ-ċertifikatur, permezz tal-metodu xieraq, għandu jiżgura li l-aspetti ambjentali, l-indikaturi u r-rekwiżiti legali rilevanti kollha jkunu ġew identifikati u indirizzati.

PARTI 12

L-Eżami mill-Maniġment;

Ir-rekwiżit korrispondenti tal-EMAS

Abbażi ta' verifiki interni, evalwazzjonijiet tal-konformità, djalogu mal-partijiet interessati (inklużi l-ilmenti), il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni f'dak li jirrigwarda l-objettivi, azzjonijiet korrettivi u preventivi u eżaminazzjonijiet preċedenti mill-maniġment, il-maniġment superjuri għandu jeżamina s-sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni, sabiex jiżgura l-adegwatezza u l-effettività kontinwa tagħha. L-eżamijiet għandhom jivvalutaw l-opportunitajiet għal titjib u l-ħtieġa ta' tibdil fis-sistema ta' ġestjoni ambjentali, inklużi l-politika ambjentali u l-għanijiet u l-miri ambjentali. (L-Anness II, A6).

Il-valutazzjoni tar-rekwiżiti korrispondenti tal-ELH

L-eżami mill-maniġmentt huwa kopert b'mod formali mill-GIC 6, li jistabbilixxi li: “il-maniġment għandu jwettaq eżami annwali tas-sistema tal-HSE u tal-proċeduri tal-Eco-Lighthouse sabiex jivvaluta jekk dawn humiex jaħdmu kif suppost”.

Informazzjoni mill-ELH (41) turi li fil-biċċa l-kbira din il-parti tiddependi fuq l-eżami annwali mill-maniġment tal-ELH, li tiċċentralizza l-eżami tas-sistema tal-HSE u tal-proċeduri tal-ELH, u tinkludi l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali kif indikat fir-rapport annwali dwar il-Klima u l-Ambjent.

Il-maniġer ġenerali u l-impjegat responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Eco-Lighthouse, flimkien mar-rappreżentant tas-sikurezza u rappreżentant tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol, għandhom jiltaqgħu fuq bażi annwali biex jeżaminaw u jevalwaw is-sistema.

Abbażi tal-eżempju pprovdut, l-eżami annwali mill-maniġment ta' organizzazzjoni tal-ELH ikopri l-elementi li ġejjin:

Opportunitajiet għal titjib tas-sistema. It-twaqqif u r-rieżami tal-pjanijiet ta' azzjoni.

L-evalwazzjoni ta' kwalunkwe ksur ta' leġiżlazzjoni jew ta' regolamenti identifikat matul il-perjodu ta' rappurtar

L-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali kif indikat fir-rapport annwali dwar il-klima u l-ambjent

L-istabbiliment ta' miri u għanijiet ambjentali ġodda fil-pjan ta' azzjoni għar-rapport annwali dwar il-klima u l-ambjent.

Konklużjonijiet tal-Kummissjoni

L-idea prinċipali tal-eżami mill-maniġment tal-ELH tixbah ħafna lill-EMAS għax fil-biċċa l-kbira tirrifletti d-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-eżami mill-maniġment.

Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-parti tal-ELH relatata ma' “L-Eżami mill-Maniġment” tikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS u għalhekk tista' titqies bħala ekwivalenti.

Ir-rekwiżiti ta' akkreditazzjoni jew ta' liċenzjar għall-korpi ta' ċertifikazzjoni

Din l-analiżi tevalwa r-rekwiżiti ta' akkreditazzjoni jew ta' liċenzjar li jippermettu l-verifika tal-iskemi minn awditur indipendenti kwalifikat.

Ir-rekwiżit korrispondenti tal-EMAS

1.

L-EMAS teħtieġ li ssir verifika tal-elementi ewlenin tas-sistema ta' ġestjoni minn verifikatur akkreditat jew liċenzjat indipendenti. L-elementi soġġetti għal verifika huma deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament dwar l-EMAS.

2.

Qabel ir-reġistrazzjoni - l-Artikolu 4(5) - ir-rieżami ambjentali inizjali, is-sistema ta' ġestjoni ambjentali, il-proċedura ta' verifika u l-implimentazzjoni tagħha għandhom jiġu verifikati minn verifikatur ambjentali akkreditat jew liċenzjat u d-dikjarazzjoni ambjentali għandha tiġi validata minn dak il-verifikatur.

3.

Biex isir it-tiġdid ta' reġistrazzjoni - l-Artikolu 6 - organizzazzjoni rreġistrata, tal-inqas kull tliet snin, għandha:

(a)

twettaq verifika tas-sistema kollha ta' ġestjoni ambjentali u tal-programm kollu ta' verifika, kif ukoll tal-implimentazzjoni tagħhom;

(b)

tħejji d-dikjarazzjoni ambjentali skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV, u jivvalidaha verifikatur ambjentali,

u, mingħajr preġudizzju għall-punti preċedenti, fis-snin tan-nofs, organizzazzjoni rreġistrata għandha tħejji dikjarazzjoni ambjentali aġġornata skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV, u għandu jivvalidaha verifikatur ambjentali,

L-Artikolu 7 tar-Regolament jagħti d-deroga li ġejja lill-organizzazzjonijiet żgħar: il-frekwenza msemmija hawn fuq għandha tiġi estiża minn 3 snin sa 4 snin, u minn kull sena għal kull sentejn, sakemm jiġu ssodisfati kundizzjonijiet speċifiċi.

4.

Il-verifika u l-validazzjoni għandhom jitwettqu minn verifikatur akkreditat jew liċenzjat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 u l-Artikolu 26.

5.

Il-verifikaturi ambjentali għandhom ikunu akkreditati jew liċenzjati abbażi tar-rekwiżiti tal-Artikolu 20 tar-Regolament dwar l-EMAS. Il-verifikatur ambjentali għandu, b'mod partikolari, juri evidenza xierqa dwar il-kompetenza tiegħu, inkluż dwar l-għarfien, l-esperjenza rilevanti u l-kapaċitajiet tekniċi rilevanti għall-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja mitluba.

Il-valutazzjoni tar-rekwiżiti korrispondenti tal-ELH

1.

Verifikatur indipendenti: L-ELH teżiġi li ssir verifika tal-implimentazzjoni tas-sistema minn ċertifikatur/verifikatur indipendenti. Iċ-ċertifikatur/verifikatur għandu jkun ġie mħarreġ u approvat mill-ELH Foundation, u għandu jkun ġie maħtur formalment mill-muniċipalità. Iċ-ċertifikatur/verifikatur għandu jiffoka l-valutazzjoni tiegħu fuq il-konformità tal-organizzazzjoni mal-kriterji ġenerali u speċifiċi tal-industrija magħżula mill-konsulent fis-sistema tal-ELH. Il-ħidma taċ-ċertifikatur/verifikatur għandha tiġi kkontrollata mill-ELH waqt kull ċertifikazzjoni (kull 3 snin).

2.

Valutazzjoni esterna qabel iċ-ċertifikazzjoni: Wara li jsir l-awtorappurtar mill-intrapriża, iċ-ċertifikazzjoni tal-ELH issir minn ċertifikatur/verifikatur. Iċ-ċertifikazzjoni tal-ELH timplika li għandha ssir verifika tal-konformità ma' kriterji determinati minn qabel (ġenerali u speċifiċi għall-industrija), li tinvolvi wkoll li jiġi verifikat li l-organizzazzjoni għandha ħarsa ġenerali aġġornata tar-rekwiżiti legali li hija soġġetta għalihom, kif ukoll sistema biex tittratta n-nuqqas ta' konformità. L-aktar rekwiżiti legali rilevanti huma tradotti fi kriterji tal-ELH li jsiru kontrolli fuqhom b'mod speċifiku. Konsegwentement, il-proċess ta' verifika fl-aħħar mill-aħħar jikkonsisti minn verifika ta' lista ta' kontroll bl-użu ta' dikjarazzjoni ambjentali permezz ta' għodod ibbażati fuq l-Internet b'linji gwida speċifiċi għal kull kriterju (42). Wara l-valutazzjoni mwettqa miċ-ċertifikatur, l-ELH Foundation twettaq kontrolli fuq kull ċertifikazzjoni b'mod individwali, u tapprovahom qabel ma ċ-ċertifikat jinħareġ jew jiġi mġedded.

3.

Tiġdid tar-reġistrazzjoni: Il-liċenzja tal-ELH trid tiġġedded fi tmiem kull perjodu ta' tliet snin.

Qabel iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid, l-organizzazzjoni għandha tkun irrevediet il-kriterji, u għandha tkun iċċekkjat jekk l-organizzazzjoni għadhiex tikkonforma mal-kriterji validi. Id-dokumentazzjoni dwar dan il-proċess għandha ssir disponibbli fuq il-portal tal-Internet.

Waqt iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid, il-verifikatur jivverifika jekk ir-rapporti annwali dwar il-Klima u l-Ambjent ġewx ippreżentati kull sena kif meħtieġ. Jekk dan ma jkunx il-każ, ir-rapporti annwali intermittenti jridu jiġu magħmula mill-ġdid bl-aħjar mod possibbli, possibbilment b'mod retroattiv.

Il-proċess ta' ċertifikazzjoni mill-ġdid huwa identiku għall-proċess ta' ċertifikazzjoni. Iċ-ċertifikatur/il-verifikatur għandu jagħti attenzjoni lil progress (ambjentali) kontinwu.

Ma ssir l-ebda verifika esterna fis-snin tan-nofs. Ir-rapporti intermedji dwar il-Klima u l-Ambjent għandhom jiġu abbozzati internament. Meta jitqies li 98 % tal-intrapriżi ċertifikati mill-ELH huma organizzazzjonijiet żgħar, u abbażi tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 7, skont l-EMAS din il-frekwenza għandha tiġi mqabbla ma' verifika kull sentejn.

4.

Rekwiżiti dwar il-verifika u l-validazzjoni: Il-verifika għandha ssir skont il-proċess deskritt fil-punt 2 hawn fuq.

Iċ-ċertifikaturi huma ċertifikaturi ġenerali, li joperaw fi ħdan ambitu ta' liċenzja wiesgħa (l-ebda settur speċifiku ta' liċenzjar). Bħall-verifikaturi tal-EMAS, iċ-ċertifikaturi tal-ELH għandhom jiddefinixxu b'mod ċar u jaqblu mal-organizzazzjoni rigward il-kamp ta' applikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni (il-partijiet tal-organizzazzjoni soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni), u għandhom jeżaminaw id-dokumentazzjoni, iżuru l-organizzazzjoni, u jagħmlu intervisti u jwettqu verifiki għal għarrieda. Skont il-manwal taċ-ċertifikaturi tal-ELH, iċ-ċertifikatur jista' jiddipendi b'mod parzjali fuq l-assigurazzjoni pprovduta mill-konsulent li jkun ħejja ċ-ċertifikazzjoni (43). Iċ-ċertifikatur għandu wkoll ikun jista' jiddokumenta l-analiżi tiegħu permezz ta' noti u permezz ta' kwalunkwe listi ta' kontroll li jaf ikunu saru.

Meta ċ-ċertifikatur japprova l-intrapriża, l-ittra ta' aċċettazzjoni finali tiġi ġġenerata miċ-ċertifikatur li japprova l-Miljøkartlegging flimkien ma' rapport dwar kull nuqqas ta' konformità identifikat u rettifikat. It-tnejn li huma jiġu maħżuna fuq il-portal tal-Internet. L-Eco-Lighthouse imbagħad tivverifika d-dokumentazzjoni u tiżgura li l-proċedura hija skont ir-regoli u l-linji gwida. Ladarba jsir dan, l-ELH toħroġ iċ-ċertifikat.

L-approvazzjoni, it-taħriġ u s-superviżjoni tal-ħidma taċ-ċertifikatur huma żgurati mill-Eco-Lighthouse Foundation permezz tal-portal tal-Internet tagħha, filwaqt li l-istruzzjonijiet għat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni huma ddefiniti fil-manwal taċ-ċertifikaturi tal-ELH. Dan jiżgura l-indipendenza u l-professjonalità tal-verifikatur abbażi tar-rekwiżiti ta' liċenzjar tal-ELH.

Kif imsemmi fil-punt 2 ta' hawn fuq, l-ELH ma tinkludix proċess speċifiku ta' validazzjoni annwali.

5.

Ir-rekwiżiti ta' akkreditazzjoni jew ta' liċenzjar:

L-ELH stabbiliet sistema awtonoma ta' “liċenzjar” tal-awdituri u taċ-ċertifikaturi/tal-verifikaturi tagħha. Iċ-ċertifikatur/il-verifikatur huwa approvat, imħarreġ u mmonitorjat mill-ELH, u jopera f'isem il-muniċipalità fejn hija stabbilita l-organizzazzjoni. Ix-xogħol tiegħu jiġi mmonitorjat mill-qrib mill-ELH, iżda b'mod ġenerali ma jiġi akkreditat mill-ebda sistema ta' akkreditazzjoni standardizzata u rikonoxxuta. L-ELH Foundation hija ċċertifikata skont l-istandard ISO 9001, iżda ma tissodisfax l-Istandard għat-twassil ta' ċertifikazzjoni (ISO 17021). Għalhekk, ir-rekwiżiti tal-ELH għandhom jitqabblu mar-rekwiżit ta' liċenzjar stabbilit mill-Artikolu 20 tar-Regolament dwar l-EMAS.

Iċ-ċertifikatur liċenzjat jinħatar mill-muniċipalità. B'hekk tinżamm iċ-ċertifikazzjoni indipendenti, kif tinżamm ukoll ir-rabta mal-muniċipalitajiet, li għandha sehem attiv. Permezz ta' din is-sistema tiġi evitata l-kumplessità, filwaqt li jiġi żgurat li l-ispejjeż jibqgħu baxxi. L-aċċess għal verifikaturi disponibbli lokalment huwa fattur ta' suċċess ewlieni fis-sistema tal-ELH għax permezz tiegħu, l-intrapriżi (li l-biċċa l-kbira minnhom huma żgħar u ta' daqs medju) b'għadd żgħir ta' aspetti ambjentali serji jistgħu jiksbu ċ-ċertifikazzjoni bi spiża raġonevoli.

Ir-rekwiżiti stabbiliti mill-ELH rigward il-kwalifika tal-verifikaturi/taċ-ċertifikaturi jiffokaw fuq l-elementi li ġejjin:

Il-verifikaturi/iċ-ċertifikaturi tal-ELH huma mħarrġa biex ikollhom għarfien tajjeb dwar l-EMS li jiċċertifikaw (ELH) u dwar s-sistema ta' kriterji tagħha;

Il-verifikaturi/iċ-ċertifikaturi tal-ELH ma jkunux akkreditati skont settur partikolari, iżda jiġu approvati għal taħriġ fuq il-bażi ta' kompetenza ġenerali fl-oqsma tal-ambjent, tal-HSE, u tal-kontroll/l-analiżi tal-kwalità. L-ELH tiddependi b'mod qawwi fuq il-preċiżjoni tal-kriterji li għandhom jiġu verifikati. Dan l-approċċ huwa maħsub biex iżomm l-ispejjeż baxxi għall-kumpaniji billi jżid l-għadd ta' ċertifikaturi u jnaqqas l-ivvjaġġar;

B'mod simili, l-għarfien legali jinbidel b'referenza għal kriterji speċifiċi tal-industrija, bi gwida speċifika għall-verifikatur;

L-għarfien ta' aspetti tekniċi huwa ffukat fuq l-aktar temi ambjentali importanti (it-trasport, l-enerġija, l-iskart, eċċ.). L-Eco-Lighthouse tiċċertifika intrapriżi b'impatti ambjentali bażiċi.

Sabiex tkun tista' twettaq dawn il-kompiti, l-ELH tiżgura li ċ-ċertifikaturi/il-verifikaturi jkunu kisbu l-kwalifika (A) u t-taħriġ (B) li ġejjin:

A.

Rekwiżiti ta' kwalifika għall-verifikaturi/għaċ-ċertifikaturi:

Għarfien dwar kwistjonijiet ambjentali (l-enerġija, it-trasport, l-iskart, l-akkwisti, l-emissjonijiet)

Kwalifiki fil-qasam tal-awditjar u/jew esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali rilevanti (relatata mal-ambjent, HSE, ISO 14001, EMAS, eċċ.)

Sfond professjonali rilevanti (suġġetti relatati max-xjenza u mal-ambjent, HSE, ISO 14001, EMAS, eċċ.)

Sfond professjonali ieħor jew esperjenza professjonali rilevanti oħra

B.

Taħriġ taċ-ċertifikatur/tal-verifikatur:

Ladarba jiġi aċċettat, iċ-ċertifikatur/il-verifikatur jiġi mħarreġ mill-ELH b'mod individwali. It-taħriġ jinkludi:

Introduzzjoni għall-Eco-Lighthouse. L-istorja fil-qosor, in-netwerk u l-istruttura tal-organizzazzjoni.

Ir-rwoli differenti u r-responsabbiltajiet tagħhom: il-konsulent, il-verifikatur, il-koordinatur tal-muniċipalità, l-amministrazzjoni u l-persuna mill-Eco-Lighthouse responsabbli fl-intrapriża.

Jekk ikun hemm disponibbli konsulent estern: introduzzjoni qasira mogħtija mingħandu stess biex jiġu spjegati l-aspetti prattiċi tal-proċess lejn iċ-ċertifikazzjoni, sabiex jinftiehmu aħjar

Il-portal tal-Internet tal-Eco-Lighthouse li jinkludi r-rieżami ambjentali, ir-rapport ta' ċertifikazzjoni

Ir-rapport annwali dwar il-klima u l-ambjent

Il-proċess ta' ċertifikazzjoni u ta' ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-Eco-Lighthouse

Il-metodi ta' verifika

Dawn li ġejjin huma l-miżuri addizzjonali li għandhom jiġu implimentati fl-2017:

Eżaminazzjoni

Approvazzjoni għal operat limitata biż-żmien

L-osservazzjoni ta' ċertifikaturi/verifikaturi minn korp estern

L-ELH għandha l-intenzjoni li tintensifika d-djalogu tagħha ma' korpi ta' Akkreditazzjoni fin-Norveġja, u beħsiebha tissodisfa l-istandards u r-rekwiżiti tagħhom, għalkemm ma twassalx akkreditazzjoni proprja ta' ċertifikaturi/verifikaturi minħabba ż-żieda drastika fl-ispejjeż li din tinvolvi għall-intrapriżi li jixtiequ jiġu ċertifikati mill-ELH.

Konklużjoni tal-Kummissjoni

Il-valutazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni tal-ELH ikkonfermat li jistgħu jiġu osservati differenzi bejn il-metodu (ibbażat fuq il-kriterji), il-kamp ta' applikazzjoni (setturi mingħajr aspetti ambjentali kumplessi) u l-mira (prinċipalment SMEs) tal-EMAS u l-istess elementi tal-ELH. Anki r-rekwiżiti ta' akkreditazzjoni u ta' liċenzjar jirriflettu dawn id-differenzi, kif ukoll xi speċifiċitajiet tas-sistema tal-ELH bħalma huma l-kollaborazzjoni mal-muniċipalitajiet jew ir-rieda li l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni jinżammu baxxi.

L-approċċ tal-ELH jinkludi ċertifikazzjoni minn ċertifikatur indipendenti li dan jaqdi l-objettivi tal-iskema sew. Id-differenzi ewlenin, meta mqabbla mal-verifika tal-EMAS, huma dawn li ġejjin:

Il-proċess ta' ċertifikazzjoni tal-ELH jiffoka fuq il-valutazzjoni tal-konformità mal-ġabra ta' kriterji li jiffurmaw il-qalba tas-sistema tal-ELH, inkluża l-osservanza tal-aktar rekwiżiti legali rilevanti. Approċċ strutturat bħal dan ma jeżistix fl-EMAS, fejn il-verifikatur irid jivvaluta l-implimentazzjoni korretta tar-rekwiżiti tar-Regolament fil-każ speċifiku ta' kull organizzazzjoni, inkluża l-identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali rilevanti u l-konformità mar-rekwiżiti legali.

Il-kompetenza taċ-ċertifikatur tal-ELH hija ċċentrata fuq il-valutazzjoni tal-kriterji. Fis-sistema tal-EMAS il-kompetenza hija ċċentrata fuq għarfien usa' dwar l-aspetti ambjentali u fuq għarfien speċifiku tas-settur industrijali kkonċernat.

Il-verifikaturi tal-ELH huma mħarrġa u approvati mill-ELH Foundation u l-ħidma tagħhom tiġi ssorveljata b'mod individwali. Il-verifikaturi tal-EMAS huma akkreditati jew liċenzjati u ssorveljati minn korpi amministrattivi maħtura mill-gvernijiet abbażi tar-rekwiżit tar-Regolament dwar l-EMAS u/jew tal-Istandard ISO 17021.

L-EMAS tinkludi verifika esterna annwali biex tiġi żgurata l-validazzjoni tad-dikjarazzjoni ambjentali (kull sentejn għall-SMEs, li jirrapreżentaw il-maġġoranza vasta tal-organizzazzjonijiet tal-ELH). Iċ-ċertifikazzjoni tal-ELH issir kull tliet snin, mingħajr ma jsiru verifiki intermedjarji.

Is-sistema tal-ELH, bil-ġabriet ta' kriterji predefiniti tagħha, l-enfasi tagħha fuq organizzazzjonijiet żgħar (biss ftit intrapriżi li jħaddmu iktar minn 250 impjegat, l-ebda intrapriża attiva fl-industrija tqila), u s-sistema ta' ċertifikazzjoni tagħha li hija ssorveljata mill-ELH foundation u mmexxija mill-muniċipalitajiet, tipprovdi approċċ effiċjenti u prammatiku għal SMEs li jkollhom ix-xewqa li jivvalutaw u jtejbu l-prattiki tagħhom b'rabta mas-saħħa, l-ambjent u s-sikurezza.

Madankollu, minħabba n-nuqqas ta' sistema strutturata madwar il-ġabriet ta' kriterji, il-verifikatur/iċ-ċertifikatur tal-ELH mhux meħtieġ li jkun kompetenti biex jidentifika kwistjonijiet ambjentali oħra jew nuqqas ta' konformità li ma jkunux parti mill-kriterji. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' għarfien settorjali speċifiku jew ta' għarfien legali jista' jxekklu milli jwettaq verifiki speċifiċi fuq il-post jew li jivverifika l-affidabbiltà ta' dejta teknika speċifika ta' status legali. Analiżi speċifika bħal din tista' tkun meħtieġa sabiex jiġu vvalutati aspetti li jmorru lil hinn mill-kriterji tal-industrija, b'mod partikolari aspetti addizzjonali identifikati skont il-GIC 1963 (44), u għall-verifika tal-konformità legali.

Minn din l-analiżi jista' jiġi konkluż li l-ELH tinkludi sistema koerenti ta' ċertifikazzjoni minn ċertifikatur indipendenti li takkomoda sew l-istruttura u l-ispeċifiċitajiet tas-sistema. Madankollu, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kompetenzi tal-verifikatur tal-ELH ma jaqblux bis-sħiħ mar-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolament dwar l-EMAS.

Abbażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tqis li l-parti tal-ELH dwar “Ir-rekwiżiti ta' akkreditazzjoni jew ta' liċenzjar” taqbel b'mod parzjali mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS.

Konklużjoni

L-ELH tikkostitwixxi skema strutturata sew, moderna u ġusta, li tipprovdi ċertifikazzjoni ambjentali verifikata indipendenti lil bosta organizzazzjonijiet ta' diversi daqsijiet minn setturi differenti. Din hija msejsa madwar ġabra ta' kriterji ġenerali u speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-organizzazzjoni li teħtieġ ċertifikazzjoni. Din l-istrutturazzjoni tvarja mill-approċċ tal-EMAS, li jeħtieġ identifikazzjoni preliminari tal-aspetti ambjentali sinifikanti speċifiċi għall-organizzazzjoni bħala bażi li tappoġġa l-implimentazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni.

Barra minn hekk, iż-żewġ skemi jindirizzaw miri differenti. Filwaqt li ELH tiffoka b'mod ċar fuq l-SMEs, l-EMAS tista' tiġi implimentata minn organizzazzjonijiet ta' kull daqs, inkluż minn organizzazzjonijiet industrijali kbar. F'termini ta' governanza, l-ELH foundation tħaddem l-iskema u tiddefinixxi r-rekwiżiti tagħha. L-ELH foundation topera wkoll bħala korp ta' liċenzjar responsabbli għat-taħriġ u l-approvazzjoni taċ-ċertifikaturi li joperaw fil-muniċipalitajiet differenti. Il-governanza tal-EMAS hija bbażata fuq att leġiżlattiv (Regolament tal-UE), tinvolvi korpi maħtura mill-awtoritajiet u teħtieġ verifika minn verifikatur akkreditat jew liċenzjat.

Kif ġie enfasizzat tul dan id-dokument, iż-żewġ sistemi għandhom l-għan li jiksbu l-istess objettiv ġenerali (it-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet) permezz ta' metodi differenti. Ir-rekwiżiti mhumiex identiċi. Uħud mill-partijiet tal-ELH jaqblu b'mod parzjali mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS, filwaqt li oħrajn jiġu rikonoxxuti bħala li huma konformi ma' dawn ir-rekwiżiti. Partijiet tal-ELH li ma jikkonformawx bis-sħiħ mar-rekwiżiti tal-EMAS ma jistgħux jiġi rikonoxxuti bħala li huma ekwivalenti. Madankollu, organizzazzjonijiet li jkunu jixtieq jirreġistraw mal-EMAS jistgħu jużaw dan id-dokument biex jadattaw dawn il-partijiet qabel japplikaw għar-reġistrazzjoni mal-EMAS.

Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li:

il-partijiet li ġejjin tal-Eco-Lighthouse jikkonformaw mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS. Għalhekk dawn il-partijiet jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS:

L-impenn u l-involviment tal-maniġment superjuri;

L-Istabbiliment ta' Politika Ambjentali;

L-objettivi u l-programm ambjentali stabbiliti biex jiġi żgurat titjib kontinwu;

L-istruttura organizzazzjonali, it-taħriġ, u l-involviment tal-impjegati;

Rekwiżiti marbutin mad-dokumentazzjoni;

Il-kontroll operattiv

It-tħejjija għall-emerġenzi u r-rispons f'każ ta' emerġenza;

Iċċekkjar, verifika interna u azzjoni korrettiva;

L-Eżami mill-Maniġment;

il-partijiet li ġejjin tal-Eco-Lighthouse jaqblu b'mod parzjali mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS:

L-Istabbiliment ta' Rieżami Ambjentali – analiżi preliminari;

L-iżgurar tal-konformità legali;

Il-komunikazzjoni (interna u esterna);

ir-rekwiżiti tal-Eco-Lighthouse li jirrigwardaw l-akkreditazzjoni jew il-liċenzjar għall-korpi ta' ċertifikazzjoni jaqblu b'mod parzjali mar-rekwiżiti korrispondenti tal-EMAS.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

(2)  L-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009.

(3)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(4)  Dan il-livell għoli ta' konformità meħtieġ għandu jinftiehem fil-kuntest tal-Artikolu 4 tar-Regolament li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet biex tinkiseb ir-reġistrazzjoni mal-EMAS. It-tielet paragrafu ta' dan l-Artikolu jeżenta lill-organizzazzjonijiet li jkollhom sistema ċertifikata ta' ġestjoni ambjentali rikonoxxuta skont l-Artikolu 45 milli jwettqu dawk il-partijiet li jkunu ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament. Għalhekk, il-partijiet rikonoxxuti bħala ekwivalenti għandhom ikunu kapaċi jiżguraw l-istess funzjoni bħall-partijiet korrispondenti tal-EMAS fid-dawl ta' implimentazzjoni tal-EMAS u reġistrazzjoni magħha.

(5)  Ara s-sit web tal-ELH http://eco-lighthouse.org/certification-scheme/

(6)  Għal traduzzjonijiet bl-Ingliż tal-kriterji: http://eco-lighthouse.org/statistikk/ (ġew tradotti l-kriterji ġenerali tal-industrija, flimkien ma' għadd żgħir ta' settijiet magħżula ta' kriterji speċifiċi). Għall-verżjonijiet bin-Norveġiż: http://www.miljofyrtarn.no/dette-er-miljøfyrtårn/bransjekriterier/9-miljt/miljt/55-bransjekriterier-gruppert

(7)  Din ma għandhiex tiġi konfuża mad-“dikjarazzjoni ambjentali” tal-EMAS, li tingħata definizzjoni tagħha fl-Artikoli 2 u 18 u fl-Anness IV, B tar-Regolament dwar l-EMAS.

(8)  Li jistabbilixxi: “L-intrapriża trid tistabbilixxi politika ambjentali u miri b'rabta mas-saħħa, l-ambjent u s-sikurezza. Dawn għandhom jiġu ddokumentati fis-sistema ta' ġestjoni ambjentali jew fil-pjan ta' azzjoni għar-rapport annwali dwar il-klima u l-ambjent tal-Eco-Lighthouse”.

(9)  L-obbligu li jinżamm kontroll intern: “L-obbligu li jiġi introdott u li jsir kontroll intern jaqa' f'idejn “il-persuna responsabbli” għall-intrapriża. Dan ifisser il-maniġer jew sid l-intrapriża. Għalkemm il-kontroll intern għandu jsir fil-livelli kollha tal-intrapriża, ir-responsabbiltà ewlenija għat-tnedija tas-sistema (u għaż-żamma tagħha) hija f'idejn il-ġestjoni superjuri tal-intrapriża. Din it-taqsima tiċċara, madankollu, li l-kontroll intern għandu jiġi introdott u għandu jsir f'kollaborazzjoni mal-impjegati, mal-kumitat tal-ambjent tax-xogħol, mad-delegat(i) tas-sikurezza u/jew mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, fejn dawn ikunu preżenti”

(10)  L-awtorità legali għal dan il-kriterju hija t-Taqsima 5.7 tar-Regolamenti dwar l-Attivitajiet Sistematiċi b'rabta mas-Saħħa, l-Ambjent u s-Sikurezza fl-Intrapriżi (ir-Regolamenti dwar il-Kontroll Intern).

(11)  Rabta legali https://www.arbeidstilsynet.no/hms/internkontroll/ u għal referenza ulterjuri: http://www.hse.gov.uk/.

(12)  http://eco-lighthouse.org/statistikk/

(13)  Liċ-ċertifikatur u lill-organizzazzjoni b'mod ġenerali

(14)  www.regelhjelp.no

(15)  http://www.miljofyrtarn.no/dokumenter/bransjekrav/844-general-industry-criteria/file u http://www.miljofyrtarn.no/dokumenter/bransjekrav/866-guidance-to-the-general-industry-criteria/file

(16)  Statistika dwar il-lukandi kif mogħtija mill-ELH: http://miljofyrtarn.no/dokumenter/bransjekrav/864-industry-criteria-hotel/file u dwar il-ħwienet tal-merċa bl-imnut: http://miljofyrtarn.no/dokumenter/bransjekrav/863-industry-criteria-retail-grocery-store/file

(17)  http://eco-lighthouse.org/statistikk/

(18)  Gwida tal-Eco-Lighthouse dwar il-Kriterji Ġenerali tal-Industrija tal-4 Mejju 2017 – Kriterju 1963: “meta intrapriża tqis li għandhom jiġu implimentati miżuri addizzjonali, Valutazzjoni separata ta' aspetti ambjentali oħra għandha tkun biżżejjed. L-intrapriża hija ħielsa li tagħżel liema metodu tixtieq li timplimenta sabiex tindirizza dawn l-aspetti ambjentali, iżda tista' tkun marbuta mal-analiżi tar-riskju għall-ambjent estern”.

(19)  Iċ-ċertifikaturi tal-ELH huma mħarrġa biex jivvalutaw il-konformità ma' kriterji fattwali, mhux biex iwettqu valutazzjoni speċifika tad-diversi aspetti ambjentali.

(20)  Ara wkoll ir-rekwiżit 4: Konformità legali

(21)  Li jiġu enfasizzati dawn id-differenzi metodoloġiċi huwa partikolarment rilevanti fid-dawl tal-Artikolu 4 tar-Regolament. Is-sostituzzjoni tar-Rieżami Ambjentali tal-EMAS bid-Dikjarazzjoni Ambjentali tal-ELH ma taħdimx fil-kuntest ta' implimentazzjoni tal-EMAS.

(22)  b'konformità mal-Anness II, il-punt A 2 tal-EMAS

(23)  GIC 1944: L-intrapriża għandha tiżgura aċċess għal ħarsa ġenerali aġġornata tal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti b'rabta mas-saħħa, l-ambjent u s-sikurezza.

(24)  http://www.regelhjelp.no/ u http://www.miljofyrtarn.no/dette-er-milj%C3%B8fyrt%C3%A5rn/bransjekriterier

(25)  Ir-Regolament dwar l-EMAS, Anness II, B2(2)

(26)  http://www.regelhjelp.no/

(27)  GIC 1950 “L-intrapriża għandha tistabbilixxi proċeduri għar-rappurtar u għat-trattament tan-nuqqas ta' konformità”.

(28)  http://eco-lighthouse.org/statistikk/ il-gwida għall-kriterji tinsab fl-aħħar tad-dokument

(29)  http://eco-lighthouse.org/statistikk/ il-gwida għall-kriterji tinsab fl-aħħar tad-dokument

(30)  GIC 1933: L-intrapriża għandha tidentifika aspetti ambjentali sinifikanti oħrajn tal-intrapriża, u tikkunsidra kwalunkwe azzjoni u/jew inklużjoni meħtieġa fir-rapport annwali dwar il-klima u l-ambjent u/jew monitoraġġ permezz tal-pjan ta' azzjoni.

(31)  Għandu jiġi nnutat li l-grupp tal-HSE (Arbeidsmiljøutvalg) u l-grupp tal-ELH (Miljøgruppe) huma entitajiet differenti. Il-Grupp dwar is-Saħħa, l-Ambjent u s-Sikurezza (HSE) huwa obbligatorju skont il-liġi meta jkun hemm aktar minn 50 impjegat. Ma jeżisti l-ebda obbligu li jkun hemm grupp tal-ELH, iżda l-ELH tirrakkomanda li jsir hekk f'organizzazzjonijiet b'aktar minn għadd speċifiku ta' impjegati. Jista' jkun l-istess grupp, bl-għan li jiġu żgurati l-organizzazzjoni u l-integrazzjoni effiċjenti tal-ELH fi strutturi ta' ġestjoni eżistenti.

(32)  Il-manwal taċ-ċertifikazzjoni tal-Eco-Lighthouse tal-2016 - 3.2.4 It-twaqqif u l-ħatra ta' grupp ambjentali/grupp tal-proġetti

(33)  http://miljofyrtarn.no/nyeverktoy u (eżempju) http://www.miljofyrtarn.no/2015-11-18-23-56-21/avfall

(34)  https://rapportering.miljofyrtarn.no/Account/Login?ReturnUrl=%2F Ikkuntattja lill-ELH għall-aċċess.

(35)  http://www.regelhjelp.no/

(36)  https://www.dsb.no/ Link għal lovdata (nirien, splużjonijiet, sustanzi perikolużi, eċċ.): https://lovdata.no/dokument/NL/lov/2002-06-14-20#KAPITTEL_2

(37)  https://www.dsb.no/

(38)  Silta mil-linji gwida tar-Regolamenti dwar il-Kontroll Intern (ICR) “rieżami perjodiku tal-attivitajiet b'rabta mas-saħħa, l-ambjent u s-sikurezza. Apparti l-azzjonijiet regolari ta' segwitu (eż. l-ispezzjonijiet tas-sikurezza, il-laqgħat tal-persunal, eċċ.), l-intrapriża, tal-inqas darba fis-sena, għandha twettaq eżami aktar komprensiv tal-attivitajiet tal-HSE u għandha tevalwa jekk humiex qed jaħdmu fil-prattika. L-intrapriża għandu jkollha rutina bil-miktub għall-eżami. Ir-riżultati tal-eżami għandhom ikunu aċċessibbli faċilment. L-għan hu li jiġu identifikati d-dgħjufijiet u n-nuqqasijiet, u li dawn jiġu rettifikati. Huwa importanti li jinstabu l-kawżi, u li jiġi żgurat li dawn ma jerġgħux iseħħu. Wara li jsir l-eżami, apparti l-objettiv ġenerali għandhom jiġu stabbiliti għanijiet konkreti għal titjib”. Silta meħuda minn: www.arbeidstilsynet.no/binfil/download2.php?tid=77839 (verżjoni pdf tal-linji gwida u tar-regolament dwar l-Attivitajiet Sistematiċi b'rabta mas-Saħħa, l-Ambjent u s-Sikurezza (HES). Għar-regolament sħiħ żur http://www.arbeidstilsynet.no/fakta.html?tid=78950 u għall-verżjoni bl-Ingliż żur: http://www.arbeidstilsynet.no/artikkel.html?tid=78622

(39)  http://www.arbeidstilsynet.no/artikkel.html?tid=78622

(40)  GIC 7: Mal-ewwel ċertifikazzjoni l-intrapriża trid tħejji rapport dwar il-klima u l-ambjent. Wara l-ewwel ċertifikazzjoni r-rapport annwali dwar il-klima u l-ambjent għas-sena kalendarja preċedenti kollha għandu jitlesta u jiġi ppreżentat fuq il-portal tal-Eco-Lighthouse sal-1 ta' April. Ir-rapport annwali dwar il-klima u l-ambjent għandu jkun magħmul disponibbli għall-pubbliku ġenerali, għall-klijenti, għall-fornituri u għas-sħab fil-kooperazzjoni.

(41)  fost l-oħrajn http://miljofyrtarn.no/nyeverktoy

(42)  ara l-parti 7

(43)  Il-manwal taċ-ċertifikazzjoni tal-ELH – il-proċess ta' ċertifikazzjoni: “Il-kriterji kollha ma jistgħux jiġu verifikati bl-istess reqqa, iżda l-kriterji immarkati b'“D” (dokumentazzjoni) iridu jiġu dokumentati. Ir-rieżamijiet ambjentali għandhom jispiraw fiduċja u għandhom ikunu jistgħu jitqiesu bħala li jkunu saru bir-reqqa, u b'hekk għandhom jikkostitwixxu l-bażi prinċipali skont liema jiġi deċiż x'għandu jiġi verifikat. Iċ-ċertifikatur jiddeċiedi liema kundizzjonijiet għandhom jiġu eżaminati bir-reqqa u liema kriterji jistgħu jiġu verifikati permezz ta' verifiki għal għarrieda. Jekk il-konsulent li jwettaq ir-rieżami ambjentali jagħti assigurazzjoni li jkunu ntlaħqu l-kriterji tal-industrija, fil-prinċipju ċ-ċertifikatur jista' jserraħ fuq din l-informazzjoni sakemm ma jkunx hemm sinjali li jindikaw il-kontra (rieżami ambjentali li ma jkunx sar sew, konklużjonijiet mhux affidabbli, ċirkostanzi oħrajn)”.

(44)  GIC 1963: “L-intrapriża għandha tidentifika aspetti ambjentali sinifikanti oħrajn tal-intrapriża, u tikkunsidra kwalunkwe azzjoni u/jew inklużjoni meħtieġa fir-rapport annwali dwar il-klima u l-ambjent u/jew monitoraġġ permezz tal-pjan ta' azzjoni.”


12.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/118


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2287

tat-8 ta' Diċembru 2017

li tispeċifika l-formoli li jridu jintużaw f'rabta mal-importazzjoni tal-merkurju u ta' ċerti taħlitiet tal-merkurju skont ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-merkurju

(notifikata bid-dokument C(2017) 8190)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (1), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju (“il-Konvenzjoni ta' Minamata”) (2), l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2017/852 jistipula li l-merkurju u ċerti taħlitiet tal-merkurju jistgħu jiġu importati fit-territorju doganali tal-Unjoni, għal finijiet oħrajn għajr ir-rimi bħala skart, biss jekk l-Istat Membru importatur ikun ta l-kunsens tiegħu bil-miktub għall-importazzjoni. Meta l-pajjiż esportatur ma jkunx parti għall-Konvenzjoni ta' Minamata, jista' jingħata biss il-kunsens jekk il-pajjiż esportatur ikun ipprovda wkoll ċertifikazzjoni li l-merkurju ma jkunx ġej minn estrazzjoni primarja tal-merkurju.

(2)

Il-formoli għall-għoti jew għaċ-ċaħda ta' dan il-kunsens u għaċ-ċertifikazzjoni li l-merkurju ma jkunx ġej minn estrazzjoni primarja tal-merkurju jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-formoli stabbiliti fid-Deċiżjoni UNEP/MC/COP.1/5 (3) adottata mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Minamata fl-ewwel laqgħa tagħha u aġġustata kif meħtieġ biex jittieħed kont tar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2017/852.

(3)

Għall-konsistenza mad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/852, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni tiġi diferita sal-1 ta' Jannar 2018.

(4)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2017/852,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-formola li għandha tintuża mill-Istati Membri huma u jagħtu jew jiċħdu l-kunsens bil-miktub skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2017/852 hija stabbilita fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni. Madankollu, dan l-Artikolu ma japplikax fil-każ ta' importazzjonijiet tal-merkurju, jew ta' taħlita tal-merkurju, li jikkwalifika bħala skart jew jitqies li huwa skart skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

Artikolu 2

L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-kunsens bil-miktub skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2017/852 fiċ-ċirkustanzi stipulati fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu biss jekk iċ-ċertifikazzjoni rikjesta f'dak il-punt tkun fil-formola stabbilita fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni. Madankollu, dan l-Artikolu ma japplikax fil-każ ta' importazzjonijiet tal-merkurju, jew ta' taħlita tal-merkurju, li jikkwalifika bħala skart jew jitqies li huwa skart skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 137, 24.5.2017, p. 1.

(2)  L-Unjoni rratifikat il-Konvenzjoni ta' Minamata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/939 tal-11 ta' Mejju 2017 dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju (ĠU L 142, 2.6.2017, p. 4).

(3)  Id-Deċiżjoni UNEP/MC/COP.1/5 bl-isem “Guidance in relation to mercury supply sources and trade (article 3), particularly in regard to identification of stocks and sources of supply (paragraph 5 (a)) and forms and guidance for obtaining consent to import mercury (paragraphs 6 and 8)” adottata fl-24 ta' Settembru 2017.

(4)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3)


ANNESS I

FORMOLA GĦALL-GĦOTI JEW IĊ-ĊAĦDA TAL-KUNSENS BIL-MIKTUB, SKONT L-ARTIKOLU 4(1) TAR-REGOLAMENT (UE) 2017/852, GĦALL-IMPORTAZZJONI TAL-MERKURJU JEW TAT-TAĦLITIET TAL-MERKURJU ELENKATI FL-ANNESS I TA' DAK IR-REGOLAMENT

FORMOLA GĦALL-GĦOTI JEW IĊ-ĊAĦDA TAL-KUNSENS BIL-MIKTUB, SKONT L-ARTIKOLU 4(1) TAR-REGOLAMENT (UE) 2017/852 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR IL-MERKURJU, GĦALL-IMPORTAZZJONI TAL-MERKURJU JEW TAT-TAĦLITIET TAL-MERKURJU ELENKATI FL-ANNESS I TA' DAK IR-REGOLAMENT

Nota: Din il-formola tapplika għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea tal-merkurju u tat-taħlitiet tal-merkurju ma' sustanzi oħrajn, inklużi l-ligi tal-merkurju, li jkollhom konċentrazzjoni ta' merkurju ta' mill-inqas 95 % tal-piż, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/852 dwar il-merkurju (“taħlitiet ta' merkurju”). Din il-formola ma tapplikax fil-każ tal-importazzjonijiet tal-merkurju, jew ta' taħlita tal-merkurju, li jikkwalifikaw bħala skart jew li jitqiesu li huma skart skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (1).

Taqsima A:   Informazzjoni ta' kuntatt li trid tingħata mill-Istati Membri importaturi

L-isem tal-punt fokali nazzjonali maħtur (2):

Indirizz:

Nru tat-telefon:

Faks:

Posta elettronika:

Taqsima B:   L-informazzjoni ta' kuntatt li trid tingħata mill-pajjiż esportatur

L-isem tal-punt fokali nazzjonali maħtur jew tal-uffiċjal tal-gvern responsabbli:

Indirizz:

Tel.

Faks:

Posta elettronika:

Taqsima C:   L-informazzjoni dwar il-konsenja li trid tingħata mill-pajjiż esportatur

(i)

Jekk jogħġbok indika l-kwantità totali intiża ta' merkurju, kemm jekk f'għamla pura kif ukoll jekk f'taħlita, li se tiġi ttrasportata (kg)

(ii)

Jekk jogħġbok indika d-data(dati) intiża tal-konsenja(konsenji)

(iii)

Jekk jogħġbok indika jekk il-merkurju, kemm jekk f'għamla pura u kif ukoll jekk f'taħlita, huwiex ġej minn estrazzjoni primarja tal-merkurju:

Jekk IVA:

Pajjiż esportatur Parti għall-Konvenzjoni ta' Minamata: Jekk jogħġbok indika jekk il-merkurju huwiex minn estrazzjoni primarja ġdida jew minn estrazzjoni primarja eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) u (4) tal-Konvenzjoni ta' Minamata.

Jekk il-pajjiż esportatur ma jkunx Parti, għandu jkun ipprovda ċertifikazzjoni li l-merkurju ma jkunx ġej minn estrazzjoni primarja tal-merkurju.

(iv)

Jekk jogħġbok ikkonferma li l-merkurju, kemm jekk f'għamla pura u kif ukoll jekk f'taħlita, mhux ġej minn xi wieħed minn dawn it-tliet sorsi (3):

l-industrija tal-kloralkali (eż. id-dekummissjonar taċ-ċelloli tal-kloralkali);

it-tindif tal-gass naturali;

l-operazzjonijiet ta' estrazzjoni u ta' tidwib ta' minerali mhux ferrużi;

Taqsima D:   Informazzjoni li trid tingħata mill-Istat Membru importatur

X'inhu l-iskop tal-importazzjoni tal-merkurju, kemm jekk hu f'għamla pura u kif ukoll f'taħlitiet? Agħmel ċirku madwar ir-risposta:

(i)

Ħżin temporanju li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/852

IVA

LE

Jekk iva, jekk jogħġbok uri l-użu maħsub intenzjonat jekk dan huwa magħruf.

(ii)

Użu permess skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni (4):

IVA

LE

Jekk iva, jekk jogħġbok agħti dettalji addizzjonali dwar l-użu intenzjonat tal-merkurju, kemm jekk f'għamla pura u kif ukoll jekk f'taħlita.

Taqsima E:   Informazzjoni dwar il-konsenja

Importatur

Isem tan-negozju:

Indirizz:

Tel.

Faks:

Posta elettronika:

Esportatur

Isem tan-negozju:

Indirizz:

Tel.

Faks:

Posta elettronika:

Taqsima F:   Indikazzjoni tal-kunsens mill-Istat Membru importatur

In-natura tal-kunsens, jekk jogħġbok agħmel ċirku ma' dik li tgħodd:

MOGĦTIJA

MIĊĦUDA

Jekk jogħġbok uża l-ispazju ta' hawn taħt biex tindika kwalunkwe kundizzjoni, dettall addizzjonali jew informazzjoni rilevanti.

Firma tal-awtoritajiet kompetenti magħżula mill-Istat Membru importatur u d-data

Isem

Titlu:

Firma:

Data:


(1)  Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2017/852, l-importazzjoni fl-Unjoni ta' taħlitiet tal-merkurju li ma jkunux dawk koperti minn din il-formola u ta' komposti tal-merkurju għall-iskop tar-reklamazzjoni tal-merkurju, huma pprojbiti.

(2)  Il-“punt fokali nazzjonali maħtur” jirreferi għall-punt fokali nazzjonali maħtur skont l-Artikolu 17(4) tal-Konvenzjoni ta' Minamata għall-iskambju ta' informazzjoni skont il-Konvenzjoni. Dan huwa mistenni li jkun l-istess bħall-“awtorità kompetenti” magħżula mill-Istat Membru importatur skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2017/852 bħala l-awtorità li lilha għandhom jiġu indirizzati r-rikjesti għall-importazzjoni skont l-Artikolu 4.

(3)  Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2017/852, il-merkurju u l-komposti tal-merkurju, kemm f'għamla pura u kif ukoll jekk f'taħlita, minn kwalunkwe wieħed mit-tliet sorsi elekanti fil-formola, għandhom jitqiesu li huma skart skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/98/KE u għandhom jintremew mingħajr ma tiġi pperikolata saħħet il-bniedem u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent, skont dik id-Direttiva.

(4)  Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2017/852, l-importazzjoni fl-Unjoni tal-merkurju għall-użu fl-estrazzjoni tad-deheb artiġjanali u fuq skala żgħira, huwa pprojbit.


ANNESS II

IL-FORMOLA LI GĦANDHA TINTUŻA MINN PAJJIŻI LI MHUMIEX PARTIJIET TAL-KONVENZJONI TA' MINAMATA DWAR IL-MERKURJU LI JRIDU JESPORTAW IL-MERKURJU, KEMM JEKK F'GĦAMLA PURA U KIF UKOLL JEKK F'TAĦLITA, LEJN STAT MEMBRU GĦALL-GĦOTI TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI DWAR IS-SORS TAL-MERKURJU

FORMOLA GĦAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TAS-SORS TAL-MERKURJU, KEMM JEKK F'GĦAMLA PURA KIF UKOLL F'TAĦLITA, LI JRID JIĠI ESPORTAT

Taqsima A:   L-informazzjoni dwar il-konsenja li trid tingħata mill-pajjiż esportatur

(i)

Jekk jogħġbok indika l-kwantità totali intiża ta' merkurju, kemm jekk f'għamla pura kif ukoll jekk f'taħlita, li se tiġi ttrasportata (kg)

(ii)

Jekk jogħġbok indika d-data(dati) intiża(intiżi) tal-konsenja(konsenji)

Taqsima B:   Informazzjoni dwar il-konsenja

Importatur

Isem tan-negozju:

Indirizz:

Tel.

Faks:

Posta elettronika:

Esportatur

Isem tan-negozju:

Indirizz:

Tel.

Faks:

Posta elettronika

Taqsima C:   Ċertifikazzjoni

F'konformità mal-Artikolu 3(8) tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju, il-Gvern tiegħi jiċċertifika li l-merkurju inkluż fil-konsenja deskritta f'din il-formola mhux ġej minn estrazzjoni primarja tal-merkurju

Jekk jogħġbok, agħti informazzjoni ta' appoġġ dwar is-sors tal-merkurju li se jiġi esportat

Il-firma tal-uffiċjal tal-gvern responsabbli u d-data:

Isem

Titlu:

Firma

Data:


12.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/123


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2288

tal-11 ta' Diċembru 2017

dwar l-identifikazzjoni tal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi tal-ICT għar-referenzjar fl-akkwist pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Pjattaforma Ewropea ta' bosta Partijiet Interessati dwar l-Istandardizzazzjoni tal-ICT u ma' esperti fis-settur,

Billi:

(1)

L-istandardizzazzjoni taqdi rwol importanti ta' appoġġ lill-istrateġija Ewropa 2020 (2). Diversi inizjattivi ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 saħqu fuq l-importanza tal-istandardizzazzjoni volontarja fis-swieq tal-prodotti jew tas-servizzi sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà bejn il-prodotti u s-servizzi, sabiex jitrawwem l-iżvilupp teknoloġiku, u sabiex jingħata appoġġ lill-innovazzjoni.

(2)

L-istandards huma essenzjali għall-kompetittività Ewropea u kruċjali għall-innovazzjoni u għall-progress. Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-Suq Uniku (3) u dwar is-Suq Uniku Diġitali (4) jikkonfermaw l-importanza tal-istandards komuni biex jiżguraw l-interoperabbiltà meħtieġa tan-netwerks u tas-sistemi fl-Ekonomija Diġitali Ewropea. Dan issaħħaħ bl-adozzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-Prijoritajiet tal-Istandardizzazzjoni tal-ICT (5), li fiha l-Kummissjoni tidentifika t-teknoloġiji tal-ICT ta' prijorità fejn l-istandardizzazzjoni titqies kruċjali għat-tlestija tas-Suq Uniku Diġitali.

(3)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu “Viżjoni strateġika għal standards Ewropej: il-mixja 'l quddiem biex jittejjeb u jitħaffef it-tkabbir sostenibbli tal-ekonomija Ewropea sal-2020” (6) tirrikonoxxi l-ispeċifiċità tal-istandardizzazjoni fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (“ICT”), fejn is-soluzzjonijiet, l-applikazzjonijiet u s-servizzi ħafna drabi jiġu żviluppati minn Fora u Konsorzji globali tal-ICT, li llum huma organizzazzjonijiet ewlenin għall-iżvilupp tal-istandards tal-ICT.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea stabbilixxa sistema li permezz tagħha l-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tidentifika l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ICT l-iktar rilevanti u l-iktar aċċettati, maħruġa minn organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni li mhumiex Ewropej, internazzjonali jew nazzjonali, li mbagħad jistgħu jiġu referenzjati, fuq kollox biex jippermettu l-interoperabbiltà fl-akkwist pubbliku. Il-possibbiltà li tintuża l-medda sħiħa tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ICT fl-akkwist ta' ħardwer, softwer u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni se tippermetti l-interoperabbiltà bejn l-apparati, is-servizzi u l-applikazzjonijiet, se tgħin lill-amministrazzjonijiet pubbliċi jevitaw is-saturazzjoni li ssir meta x-xerrej pubbliku ma jkunx jista' jibdel il-fornitur wara l-iskadenza tal-kuntratt tal-akkwist minħabba l-użu ta' soluzzjonijiet proprjetarji tal-ICT, u se tħeġġeġ il-kompetizzjoni fil-provvista ta' soluzzjonijiet interoperabbli tal-ICT.

(5)

Sabiex l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ICT ikunu eleġibbli għar-referenzjar fl-akkwist pubbliku, iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Il-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti tiggarantixxi lill-awtoritajiet pubbliċi li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ICT ikunu stabbiliti skont il-prinċipji tal-aċċess miftuħ, tat-trasparenza, tal-imparzjalità u tal-kunsens li huma rrikonoxxuti mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fil-qasam tal-istandardizzazzjoni.

(6)

Id-deċiżjoni li tiġi identifikata l-ispeċifikazzjoni tal-ICT għandha tiġi adottata wara konsultazzjoni mal-Pjattaforma Ewropea ta' bosta Partijiet Interessati dwar l-istandardizzazzjoni tal-ICT, stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/C 349/04 (7), ikkumplimentata minn forom oħra ta' konsultazzjoni ta' esperti fis-settur.

(7)

Il-Pjattaforma Ewropea ta' bosta Partijiet Interessati dwar l-Istandardizzazzjoni tal-ICT ivvalutat u tat parir pożittiv dwar l-identifikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ġejjin għar-referenzjar fl-akkwist pubbliku: “SPF-Sender Policy Framework for Authorizing Use of Domains in Email” (“SPF”), “STARTTLS-SMTP Service Extension for Secure SMTP over Transport Layer Security” (“STARTTLS-SMTP”) u “DANE-SMTP Security via Opportunistic DNS-Based Authentication of Named Entities Transport Layer Security” (“DANE-SMTP”) żviluppati mill-Internet Engineering Task Force (IETF); “Structured Threat Information Expression” (“STIX 1.2”) u “Trusted Automated Exchange of Indicator Information” (“TAXII 1.1”) żviluppati mill-Organization for the Advancement of Structured Information Standards (OASIS). Wara dan, il-valutazzjoni u l-parir tal-Pjattaforma ġew sottomessi għall-konsultazzjoni tal-esperti settorjali, li min-naħa tagħhom ikkonfermaw il-parir pożittiv dwar l-identifikazzjoni msemmija.

(8)

L-ispeċifikazzjoni teknika “SPF” żviluppata mill-IETF hija standard miftuħ li jispeċifika metodu tekniku biex jidentifika falsifikazzjoni tal-indirizz tal-mittent. L-SPF toffri l-għażla li jiġi vverifikat jekk messaġġ ikunx qed jintbagħat minn server li huwa awtorizzat li jagħmel dan. Hija sistema sempliċi ta' validazzjoni tal-posta elettronika, iddisinjata biex tidentifika l-ispoofing billi tipprovdi mekkaniżmu li jippermetti lill-iskambjaturi tal-posta elettronika jivverifikaw li l-posta li tidħol mingħand dominju tkunx ġejja minn host awtorizzat mill-amministraturi ta' dak id-dominju. L-għan tal-SPF huwa li twaqqaf lill-ispammers milli jibagħtu messaġġi bi “From-addresses” falsifikati f'dominju partikulari. Ir-riċevituri jistgħu jirreferu għal rekord SPF biex jiddeterminaw jekk messaġġ li taparsi jkun ġej minn dak id-dominju jiġix minn server awtorizzat tal-posta elettronika.

(9)

“STARTTLS-SMTP”, żviluppata mill-IETF, hija mod ta' kif taġġorna konnessjoni eżistenti mhux sigura f'konnessjoni sigura. STARTTLS hija estensjoni għas-servizz tal-Protokoll Sempliċi għat-Trasferiment tal-Posta Elettronika (“SMTP”), li tippermetti lil server u klijent tal-SMTP jużaw it-Transport Layer Security (“TLS”) biex jipprovdi komunikazzjoni privata u awtentikata bl-internet. Il-komunikazzjoni b'posta elettronika partikularment mhux sigura toffri vettur ta' attakk sinifikanti għad-dħul mhux awtorizzat fin-netwerks tal-gvernijiet. Jekk utent jibgħat e-mail, is-server tal-fornitur tal-posta elettronika tal-utent jibgħat din l-e-mail lis-server tal-posta elettronika tar-riċevitur. Il-konnessjoni bejn dawn is-servers tal-posta elettronika tista' ssir sigura bil-quddiem permezz tat-TLS. STARTTLS toffri mod biex jaġġorna konnessjoni mhux kriptata (f'format ta' test sempliċi) għal konnessjoni TLS kriptata.

(10)

“DANE-SMTP”, żviluppata mill-IETF, hija sett ta' protokolli li jsaħħu s-sigurtà tal-internet billi jippermettu li jiddaħħlu kjavi fis-sistema tal-ismijiet tad-dominji (“DNS”), u li jsiru siguri permezz tad-DNSSEC (“DNS Security”). Meta tiġi stabbilita konnessjoni sigura ma' parti mhux magħrufa, tkun xierqa verifika onlajn tal-awtentiċità tal-parti mittenti u tad-destinazzjoni. Dan jista' jsir permezz ta' ċertifikati maħruġa minn awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni (“Cas”) fi ħdan is-sistema tal-PKI (infrastruttura tal-kjavi pubblika), jew permezz ta' ċertifikati awtoffirmati. DANE tippermetti lid-detentur ta' dominju (“reġistrant”) jipprovdi informazzjoni addizzjonali li tiżdied maċ-ċertifikati onlajn permezz ta' rekord tad-DNS assigurat bid-DNSSEC. Għaldaqstant, DANE hija partikularment importanti fil-ġlieda kontra attakkanti attivi.

(11)

“STIX 1.2”, żviluppata mill-OASIS, hija lingwa għad-deskrizzjoni tal-informazzjoni dwar it-theddid ċibernetiku b'mod standardizzat u strutturat. Tkopri kwistjonijiet ewlenin marbutin mad-dejta tat-theddid ċibernetiku, u tiffaċilita l-analiżi u l-iskambju dwar l-attakki. Tikkaratterizza sett estensiv ta' informazzjoni dwar it-theddid ċibernetiku, inkluż indikaturi ta' attività avversarja bħal indirizzi tal-IP u hashes tal-fajls, kif ukoll informazzjoni kuntestwali dwar it-theddid bħal Tattiċi, Tekniki u Proċeduri (“TTPs”) avversarji; miri tal-esplotazzjoni; kampanji u linji ta' azzjoni (“COA”, Campaigns and Courses of Action). Meħuda flimkien, din l-informazzjoni tikkaratterizza bis-sħiħ il-motivazzjonijiet, il-kapaċitajiet u l-attivitajiet tal-avversarju ċibernetiku, u b'hekk tgħin fid-difiża kontra l-attakki.

(12)

L-ispeċifikazzjoni teknika “TAXII v1.1”, żviluppata wkoll mill-OASIS, tistandardizza l-iskambju fdat u awtomatizzat tal-informazzjoni dwar it-theddid ċibernetiku. TAXII tiddefinixxi servizzi u skambji ta' messaġġi għat-tixrid ta' informazzjoni dwar it-theddid ċibernetiku li tista' ssir azzjoni dwarha, lil hinn mil-limiti ta' organizzazzjonijiet, prodotti jew servizzi, fid-dawl tad-detezzjoni, tal-prevenzjoni u tat-taffija tat-theddid ċibernetiku. TAXII tagħti lill-organizzazzjonijiet is-setgħa biex jiksbu kuxjenza mtejba tas-sitwazzjoni rigward theddid emerġenti, u tippermetti lill-organizzazzjonijiet jxerrdu l-informazzjoni faċilment mas-sħab tagħhom, filwaqt li tirfed relazzjonijiet u sistemi eżistenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi elenkati fl-Anness huma eliġibbli għar-referenzjar fl-akkwist pubbliku.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”. COM(2010) 2020 finali, it-3 ta' Marzu 2010.

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji”. COM(2015) 550 finali tat-28 ta' Ottubru 2015.

(4)  Il-Komunikazzjoni dwar Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa. COM(2015) 192 finali tas-6 ta' Mejju 2015.

(5)  COM(2016) 176 finali tad-19 ta' April 2016.

(6)  KUMM(2011) 311 finali tal-1 ta' Ġunju 2011.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/C 349/04 tat-28 ta' Novembru 2011 li twaqqaf Pjattaforma Ewropea ta' bosta Partijiet Interessati dwar l-Istandardizzazzjoni tal-ICT (ĠU C 349, 30.11.2011, p. 4).


ANNESS

Internet Engineering Task Force (IETF)

Nru

Titlu tal-ispeċifikazzjoni teknika tal-ICT

1

SPF-Sender Policy Framework

2

STARTTLS-SMTP Service Extension for Secure SMTP over Transport Layer Security

3

DANE-SMTP Security via Opportunistic DNS-Based Authentication of Named Entities Transport Layer Security (TLS)

Organization for the Advancement of Structured Information Standards (OASIS)

Nru

Titlu tal-ispeċifikazzjoni teknika tal-ICT

1

STIX 1.2 Structured Threat Information Expression

2

TAXII 1.1 Trusted Automated Exchange of Indicator Information


12.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/126


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2289

tal-11 ta' Diċembru 2017

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2017) 8631)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”), u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4).

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE jridu jinkludu mill-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu minn tal-inqas sad-dati stabbiliti għal dawk iż-żoni fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni.

(3)

Mid-data tal-adozzjoni tagħha 'l hawn, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata diversi drabi sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tal-influwenza avjarja. B'mod partikolari, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 (5) sabiex jiġu stabbiliti r-regoli fir-rigward tad-dispaċċ tal-konsenji ta' flieles ta' ġurnata miż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247. Dik l-emenda qieset il-fatt li l-flieles ta' ġurnata jirrappreżentaw riskju baxx ħafna tat-tixrid ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja meta mqabbla ma' prodotti tat-tjur bażiċi oħrajn.

(4)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 sussegwentement ġiet emendata wkoll bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 (6) sabiex jissaħħu l-miżuri ta' kontroll tal-mard applikabbli fejn hemm riskju ikbar ta' tixrid tal-influenza avjarja b'patoġeniċità għolja. B'konsegwenza ta' dan, issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi l-istabbiliment fil-livell tal-Unjoni ta' żoni ristretti addizzjonali fl-Istati Membri kkonċernati, kif imsemmi fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE, wara tifqigħa jew tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja, u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom. Issa d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll ir-regoli għad-dispaċċ ta' tjur ħajjin, ta' flieles ta' ġurnata u ta' bajd għat-tifqis miż-żoni ristretti addizzjonali lejn Stati Membri oħra, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(5)

Barra minn hekk, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat diversi drabi sabiex jitqiesu l-bidliet fil-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE. L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2175 (7), wara n-notifika tal-Bulgarija u tal-Italja dwar tifqigħat ġodda ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dawk l-Istati Membri. Barra minn hekk, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjendi tat-tjur li jinsabu fir-reġjuni ta' Sliven u Yambol ta' dak l-Istat Membru. Barra minn hekk, l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjendi tat-tjur li jinsabu fir-reġjuni ta' Lombardia, Piemonte u Lazio ta' dak l-Istat Membru. Dawk l-Istati Membri nnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni li ħadu l-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħew dawk it-tifqigħat, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjendi kollha tat-tjur infettati u fil-każ tal-Italja l-estensjoni taż-żoni ristretti addizzjonali stabbiliti.

(6)

Mid-data li fiha saret l-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2175 'il hawn, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjenda tat-tjur li tinsab fir-reġjuni ta' Stara Zagora ta' dak l-Istat Membru. Il-Bulgarija nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni li ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħet dik it-tifqigħa reċenti, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjenda tat-tjur infettata.

(7)

Barra minn hekk, l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat oħra ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjendi tat-tjur, li jinsabu fir-reġjun ta' Lombardia u ta' Veneto ta' dak l-Istat Membru. L-Italja nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni li ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE wara li seħħet dawk it-tifqigħat reċenti, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjendi tat-tjur infettati.

(8)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri li ħadu l-Bulgarija u l-Italja skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat reċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dawk l-Istati Membri, u hija sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk iż-żewġ Stati Membri qegħdin 'il bogħod biżżejjed minn kwalunkwe azjenda tat-tjur li fiha kienet ġiet ikkonfermata tifqigħa ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8.

(9)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni, u sabiex jiġi evitat li xi pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li, b'kollaborazzjoni mal-Bulgarija u mal-Italja, jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fil-Bulgarija u fl-Italja, skont id-Direttiva 2005/94/KE wara t-tifqigħat riċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dawk l-Istati Membri. Għaldaqstant jenħtieġ li l-entrati għall-Bulgarija u għall-Italja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġu aġġornati sabiex iqisu s-sitwazzjoni epidemjoloġika aġġornata f'dawk l-Istati Membri fir-rigward ta' dik il-marda. B'mod partikolari, jenħtieġ li mal-listi fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiżdiedu entrati ġodda għaż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Bulgarija u fl-Italja, li issa huma soġġetti għal restrizzjonijiet skont id-Direttiva 2005/94/KE.

(10)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex din tkun tinkludi ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fil-Bulgarija u fl-Italja, skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat riċenti ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'dawk l-Istati Membri, u t-tul ta' żmien tar-restrizzjonijiet li japplikaw fihom.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1841 tal-10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 261, 11.10.2017, p. 26).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2175 tal-21 ta' Novembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 306, 22.11.2017, p. 31).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat kif ġej:

(1)

Parti A hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-Bulgarija tinbidel b'dan li ġej:

“Stat Membru: Il-Bulgarija

Iż-żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

Stara Zagora region, Municipality of Chirpan

Gita

Darjava

Svoboda

Oslarka

15.12.2017”

(b)

l-entrata għall-Italja tinbidel b'dan li ġej:

“Stat Membru: L-Italja

Iż-żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0075) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,297588 E10,221751

7.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0076) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,280826 E10,219352

6.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0077) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,264774 E10,205204

5.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0078) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,267177 E10,233081

5.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0079) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,291849 E10,220940

6.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0080) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.259133 E10.317484

16.12.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0082) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.707605 E11.947517

29.12.2017”

(2)

Parti B, hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-Bulgarija tinbidel b'dan li ġej:

“Stat Membru: Il-Bulgarija

Iż-żona li tinkludi

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

Sliven region, Municipality of Sliven

Glushnik

Kaloyanovo

From 25.11.2017 to 3.12.2017

Sliven

Trapoklovo

Dragodanovo

Kamen

Topolchane

Sotirya

Sedlarevo

3.12.2017

Zhelyu voyvoda

Blatets

Gorno Aleksandorvo

7.12.2017

Yambol region

Municipality of Straldzha

Zimnitsa

Charda

From 30.11.2017 to 7.12.2017

Municipality of Straldzha

Straldzha

Atolovo

Vodenichene

Dzinot

Lozentets

Municipality of Tundzha

Mogila

Veselinovo

Kabile

Chargan

Municipality of Yambol

Yambol city

7.12.2017

Stara Zagora region

Municipality of Chirpan

Gita

Darjava

Svoboda

Oslarka

From 16.12.2017 to 24.12.2017

Municipality of Chirpan

Chirpan

Dimitrievo

Malko Tranovo

Rupkite

Svoboda

Tselina

Tsenovo

Volovarovo

Yazdach

Zetiovo

Zlatna Livada

Municipality of Stara Zagora

Vodenicharovo

Samuilovo

Kozarevec

24.12.2017

Haskovo region, Municipality of Dimitrovgrad

Merichleri

Velikan

24.12.2017”

(b)

l-entrata għall-Italja tinbidel b'dan li ġej:

“Stat Membru: L-Italja

Iż-żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0060) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,275251 E10,160212

From 29.11.2017 to 7.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0060) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,275251 E10,160212

7.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0061) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,273215 =E10,15843

From 29.11.2017 to 7.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0061) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,273215 E10,15843

7.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0062) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,279373 E 10,243124

From 29.11.2017 to 7.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0062) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,279373 E 10,243124

7.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0063) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,244372 E10,19965

From 29.11.2017 to 7.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0063) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N 45,244372 E 10,19965

7.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0064) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,551421 E9,742449

From 27.11.2017 to 5.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0064) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,551421 E9,742449

5.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0065) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,247829 E10,173639

From 28.11.2017 to 6.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0065) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,247829 E10,173639

6.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0066) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,314835 E10,183902

From 29.11.2017 to 7.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0066) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,314835 E10,183902

7.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0067) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,268601 E10,198274

From 30.11.2017 to 8.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0067) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,268601 E10,198274

8.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0068) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,287212 E10,211417

From 30.11.2017 to 8.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0068) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,287212 E10,211417

8.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0069) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,257394 E10,236272

From 1.12.2017 to 9.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0069) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,257394 E10,236272

9.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0070) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,294615 E10,262587

From 5.12.2017 to 13.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0070) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,294615 E10,262587

13.12.2017

The area of the parts of Piemonte Region (ADNS 17/0071) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,028312 E8,129643

From 2.12.2017 to 10.12.2017

The area of the parts of Piemonte Region (ADNS 17/0071) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,028312 E8,129643

10.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0072) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,279698 E10.2546060

From 3.12.2017 to 11.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0072) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,279698 E10.2546060

11.12.2017

The area of the parts of Lazio Region (ADNS 17/0073) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N41,933396 E12,82672

From 27.11.2017 to 5.12.2017

The area of the parts of Lazio Region (ADNS 17/0073) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N41,933396 E12,82672

5.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0074) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,221999 E10,142106

From 3.12.2017 to 11.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0074) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,221999 E10,142106

11.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0075) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,297588 E10,221751

From 8.12.2017 to 16.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0075) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,297588 E10,221751

16.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0076) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,280826 E10,219352

From 7.12.2017 to 15.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0076) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,280826 E10,219352

15.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0077) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,264774 E10,205204

From 6.12.2017 to 14.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0077) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,264774 E10,205204

14.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0078) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,267177 E10,233081

From 6.12.2017 to 14.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0078) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,267177 E10,233081

14.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0079) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,291849 E10,220940

From 7.12.2017 to 15.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0079) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45,291849 E10,220940

15.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0080) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.259133 E10.317484

From 17.12.2017 to 25.12.2017

The area of the parts of Lombardia Region (ADNS 17/0080) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.259133 E10.317484

25.12.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0082) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.707605 E11.947517

From 30.12.2017 to 7.1.2018

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0082) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.707605 E11.947517

7.1.2018”


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

12.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/136


ID-DEĊIŻJONI Nru 52/2017 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM TA' GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

tal-24 ta' Novembru 2017

relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/2290]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 14;

Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni li jelenka Korp jew Korpi ta' Valutazzjoni taħt Anness Settorjali;

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-Korp ta' Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A qed jiżdied mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika.

2.

Il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku tal-elenkar, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp ta' Valutazzjoni tal-Konformità indikat fl-Hemża A, ġie miftiehem mill-Partijiet u se jinżamm minnhom.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati biex joperaw f'isem il-Partijiet għall-finijiet tal-emendar tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva mid-data tal-aħħar firma hawn taħt.

F'isem l-Istati Uniti tal-Amerka

James C. SANFORD

Iffirmata f'Washington DC, fil-15 ta' Novembru 2017

F'isem l-Unjoni Ewropea

Ignacio IRUARRIZAGA

Iffirmata fi Brussell, fl-24 ta' Novembru 2017


HEMŻA A

Korp ta' Valutazzjoni tal-Konformità tal-KE miżjud mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika

EMITECH Chassieu

7, rue Georges Méliès

69680 Chassieu

FRANCE


12.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/138


ID-DEĊIŻJONI Nru 53/2017 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM TA' GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

tal-24 ta' Novembru 2017

relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/2291]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 14;

Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni li jelenka Korp jew Korpi ta' Valutazzjoni taħt Anness Settorjali;

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-Korp ta' Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A qed jiżdied mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika.

2.

Il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku tal-elenkar, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp ta' Valutazzjoni tal-Konformità indikat fl-Hemża A, ġie miftiehem mill-Partijiet u se jinżamm minnhom.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati biex joperaw f'isem il-Partijiet għall-finijiet tal-emendar tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva mid-data tal-aħħar firma hawn taħt.

F'isem l-Istati Uniti tal-Amerka

James C. SANFORD

Iffirmata f'Washington DC, fil-15 ta' Novembru 2017

F'isem l-Unjoni Ewropea

Ignacio IRUARRIZAGA

Iffirmata fi Brussell, fl-24 ta' Novembru 2017


HEMŻA A

Korp ta' Valutazzjoni tal-Konformità tal-KE miżjud mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika

CMC Centro Misure Compatibilità Srl

Via della Fisica, 20

36016 Thiene (VI)

L-ITALJA


12.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/140


ID-DEĊIŻJONI Nru 54/2017 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM DWAR L-GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

tal-24 ta' Novembru 2017

relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/2292]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 14;

Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni li jelenka Korp jew Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità taħt Anness Settorjali;

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-Korp ta' Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A qed jiżdied mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika.

2.

Il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku tal-elenkar, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp ta' Valutazzjoni tal-Konformità indikat fl-Hemża A ġie miftiehem mill-Partijiet u se jinżamm minnhom.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati joperaw f'isem il-Partijiet għall-finijiet tal-emendar tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva minn dakinhar tal-aħħar waħda minn dawn il-firem.

F'isem l-Istati Uniti tal-Amerka

James C. SANFORD

Iffirmata f'Washington DC, fil-15 ta' Novembru 2017

F'isem l-Unjoni Ewropea

Ignacio IRUARRIZAGA

Iffirmata fi Brussell, fl-24 ta' Novembru 2017


HEMŻA A

Korp ta' Valutazzjoni tal-Konformità tal-KE miżjud mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika

Emilab Srl

Via F. lli Solari 5/A

33020 Amaro (UD)

L-ITALJA