ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 326

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
9 ta' Diċembru 2017


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2269 tas-7 ta' Diċembru 2017 li tistabbilixxi Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018–2022

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2270 tad-9 ta' Ottubru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra

5

 

 

Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra

7

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2271 tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

36

 

 

Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

37

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2272 tat-8 ta' Diċembru 2017 li jdaħħal isem fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Kabanosy staropolskie (STG))

40

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2273 tat-8 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku ( 1 )

42

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2274 tat-8 ta' Diċembru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għal preparazzjoni ta' 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036) bħala addittiv tal-għalf għall-ħut (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma EOOD) ( 1 )

44

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2275 tat-8 ta' Diċembru 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni ta' Lactobacillus acidophilus (CECT 4529) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Centro Sperimentale del Latte) ( 1 )

47

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2276 tat-8 ta' Diċembru 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) ( 1 )

50

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2277 tat-8 ta' Diċembru 2017 li tiddetermina li s-sospensjoni temporanja tad-dazju doganali preferenzjali skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 19/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mhijiex adegwata għall-importazzjonijiet tal-banana li toriġina mill-Perù

53

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2228 tal-4 ta' Diċembru 2017 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi ( ĠU L 319, 5.12.2017 )

55

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

9.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2269

tas-7 ta' Diċembru 2017

li tistabbilixxi Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018–2022

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 352 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma' proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

Sabiex l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (“l-Aġenzija”) tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha sew, jenħtieġ li jiġi adotatt Qafas Pluriennali li mill-Kunsill kull ħames snin, li jiddetermina l-oqsma tematiċi tal-attività tal-Aġenzija skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 (2).

(2)

L-ewwel Qafas Pluriennali ġie stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/203/KE (3). It-tieni Qafas Pluriennali ġie stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 252/2013/UE (4).

(3)

Il-Qafas Pluriennali għandu jitwettaq biss fl-ambitu tal-liġi tal-Unjoni.

(4)

Il-Qafas Pluriennali għandu jkun allinjat mal-prijoritajiet tal-Unjoni, filwaqt li jittieħed kont dovut tal-orjentamenti li jirriżultaw mir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u mill-konklużjonijiet tal-Kunsill fil-qasam tad-drittijiet fundamentali.

(5)

Il-Qafas Pluriennali għandu jagħti l-importanza dovuta lir-riżorsi finanzjarji u umani tal-Aġenzija.

(6)

Il-Qafas Pluriennali jinħtieġ li jinkludi dispożizzjonijiet bl-iskop li tiġi żgurata l-komplementarjetà mal-mandat ta' korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni, u kif ukoll mal-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra attivi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. L-iktar korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti tal-Unjoni fir-rigward ta' dan il-Qafas Pluriennali huma: l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil (EASO), stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 (6) u mogħtija l-isem il-ġdid bir- Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE (8); l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9); il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (EDPS), stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10); l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), stabbilta bir-Regolament (KE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11); il-Eurojust, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (12); l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI (13); l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), stabbilita bir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14); il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound), stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 1365/75 tal-Kunsill (15); u l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (eu-LISA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

(7)

L-oqsma tematiċi ta' ħidmet l-Aġenzija jinħtieġ li jinkludu l-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata.

(8)

Fid-dawl tal-importanza tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali għall-Unjoni, li għamlitha bħala waħda mill-ħames miri tal-istrateġija għat-tkabbir Ewropa 2020, l-Aġenzija għandha tqis il-prekondizzjonijiet ekonomiċi u soċjali li jippermettu tgawdija effettiva tad-drittijiet fundamentali meta tiġbor u tqassam data fi ħdan l-oqsma tematiċi stabbiliti minn din id-Deċiżjoni.

(9)

Fit-tħejjija tal-proposta tagħha, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija u rċeviet opinjoni bil-miktub fl-1 ta' Marzu 2016. Il-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija reġgħa ġie kkonsultat fil-laqgħa tiegħu fid-19 u l-20 ta' Mejju 2016.

(10)

L-Aġenzija, fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, u sakemm ir-riżorsi finanzjarji u umani tagħha jkunu jippermettu dan, tista' taħdem barra mill-oqsma tematiċi determinati mill-Qafas Pluriennali, skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Qafas Pluriennali

1.   Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (“l-Aġenzija”) huwa stabbilit għall-perjodu 2018–2022.

2.   L-Aġenzija għandha, f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007, twettaq il-kompiti ddefiniti fl-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament fl-ambitu tal-oqsma tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Oqsma tematiċi

L-oqsma tematiċi għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

il-vittmi tal-kriminalità u l-aċċess għall-ġustizzja;

(b)

l-ugwaljanza u diskriminazzjoni ibbażata, b'mod partikolari, fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, jew l-orjentazzjoni sesswali jew minħabba n-nazzjonalità;

(c)

is-soċjetà tal-informazzjoni u, b'mod partikolari, ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-dejta personali;

(d)

kooperazzjoni ġudizzjarja, ħlief f'materji ta' kriminalità;

(e)

il-migrazzjoni, il-fruntieri, l-ażil u l-integrazzjoni tar-refuġjati u l-migranti;

(f)

ir-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata;

(g)

id-drittijiet tat-tfal;

(h)

l-integrazzjoni u l-inklużjoni soċjali tar-Rom.

Artikolu 3

Komplementarjetà u kooperazzjoni ma' korpi oħra

1.   Sabiex jiġi implimentat il-Qafas Pluriennali, l-Aġenzija għandha tiżgura kooperazzjoni u koordinazzjoni xierqa ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti tal-Unjoni, mal-Istati Membri, ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u mas-soċjetà ċivili, f'konformità mal-Artikoli 6, 7, 8 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007.

2.   L-Aġenzija għandha tittratta kwistjonijiet relatati mad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru biss bħala parti minn, u sal-punt rilevanti għal, xogħolha li għandu jsir fuq il-kwistjonijiet ġenerali tad-diskriminazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2, filwaqt li tieħu kont tal-fatt li huwa l-kompitu tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) li jiġbor id-dejta dwar l-ugwaljanza bejn il-sessi u d-diskriminazzjoni bejn is-sessi. L-Aġenzija u l-EIGE għandhom jikkooperaw f'konformità mal-ftehim ta' kooperazzjoni tat-22 ta' Novembru 2010.

3.   L-Aġenzija għandha tikkoopera ma' korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni bħalma huma l-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound), f'konformità mal-ftehim ta' kooperazzjoni tat-8 ta' Ottubru 2009; l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), f'konformità mal-ftehim ta' kooperazzjoni tas-26 ta' Mejju 2010; l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil (EASO), f'konformità mal-ftehim ta' ħidma tal-11 ta' Ġunju 2013; il-Eurojust, f'konformità mal-memorandum ta' ftehim tat-3 ta' Novembru 2014; u l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (eu-LISA), f'konformità mal-ftehim ta' ħidma tas-6 ta' Lulju 2016. Barra minn hekk, hija għandha tikkoopera mal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u n-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni, f'konformità mal-ftehimiet ta' kooperazzjoni futuri. Il-kooperazzjoni ma' dawk il-korpi għandha tkun limitata għal attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-oqsma tematiċi stabbiliti fl-Artikolu 2.

4.   L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha fir-rigward tas-soċjetà tal-informazzjoni u, b'mod partikolari, ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-dejta personali f'kooperazzjoni ma', u b'mod li jikkomplementa l-ħidma tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (KEPD), il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea(JRC).

5.   L-Aġenzija għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha ma' dawk tal-Kunsill tal-Ewropa f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 u l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa dwar il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kunsill tal-Ewropa (17), imsemmi f'dak l-Artikolu.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ANVELT


(1)  Kunsens tal-1 ta' Ġunju 2017 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/203/KE tat-28 ta' Frar 2008 li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 168/2007 fir-rigward tal-adozzjoni ta' Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2007-2012 (ĠU L 63, 7.3.2008, p. 14).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 252/2013/UE tal-11 ta' Marzu 2013 li tistabbilixxi Qafas Multiannwali għall-2013-2017 għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 79, 21.3.2013, p. 1).

(5)  Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11).

(6)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1).

(7)  Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).

(8)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE tal-14 ta' Mejju 2008 li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni (ĠU L 131, 21.5.2008, p. 7).

(9)  Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9).

(10)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(11)  Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41).

(12)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1).

(13)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37).

(14)  Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1).

(15)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1).

(16)  Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).

(17)  Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa dwar kooperazzjoni bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kunsill tal-Ewropa (ĠU L 186, 15.7.2008, p. 7).


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

9.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2270

tad-9 ta' Ottubru 2017

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/273/UE (2), il-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fit-30 ta' April 2013, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar tard.

(2)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandha tippresjedi l-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 56 tal-Ftehim.

L-Unjoni jew, skont kif ikun il-każ, l-Unjoni u l-Istati Membri, għandhom ikunu rappreżentati fil-Kumitat Konġunt skont is-suġġett.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 63(1) tal-Ftehim (3).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

S. KIISLER


(1)  Kunsens tal-15 ta' Frar 2017 (għadu mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/273/UE tal-14 ta' Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra (ĠU L 134, 24.5.2012, p. 4).

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


9.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/7


FTEHIM QAFAS

dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem “l-Unjoni”

u

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ITALJA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

MALTA,

IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U TAL-IRLANDA TA' FUQ,

Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem l-“Istati Membri”,

minn naħa waħda, u

IL-GVERN TAL-MONGOLJA, minn hawn 'il quddiem imsejha “l-Mongolja”,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem konġuntement imsejħa l-“Partijiet”,

JIKKUNSIDRAW ir-rabtiet tradizzjonali ta' ħbiberija bejn il-Partijiet u r-rabtiet storiċi, politiċi u ekonomiċi mill-qrib li jgħaqqduhom,

BILLI l-Partijiet jagħtu importanza partikolari lin-natura komprensiva tar-relazzjoni reċiproka tagħhom,

BILLI l-Partijiet jikkunsidraw li dan il-Ftehim jifforma parti minn relazzjoni aktar wiesgħa u koerenti bejniethom permezz ta' ftehimiet li fihom jipparteċipaw it-tnejn li huma flimkien,

JIRRIAFFERMAW l-impenn tal-Partijiet lejn, u x-xewqa tagħhom li jsaħħu, ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inklużi d-drittijiet tal-bnedmin li huma partijiet mill-minoritajiet, kif stabbiliti, fost l-oħrajn, fil-Karta tan-Nazzjoniet Uniti u d-Dikjarazzjoni Universali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u strumenti internazzjonali oħra relevanti,

JIRRIAFFERMAW ir-rabta tagħhom mar-prinċipji tal-istat tad-dritt, ir-rispett lejn il-liġi internazzjonali, il-governanza tajba u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u x-xewqa tagħhom li jippromwovu l-progress ekonomiku u soċjali għall-popli tagħhom, b'kont meħud tal-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli u tar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali,

JIRRIAFFERMAW ix-xewqa tagħhom li jsaħħu l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet, fuq il-bażi ta' dawn il-valuri komuni,

JIRRIAFFERMAW ix-xewqa tagħhom li jippromwovu l-progress ekonomiku u soċjali għall-popli tagħhom, b'kont meħud tal-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet kollha tiegħu,

JIRRIAFFERMAW l-impenn tagħhom biex jippromwovu l-paċi u s-sigurtà internazzjonali u li jieħdu sehem f'multilateraliżmu effettiv u s-soluzzjoni paċifika tat-tilwim, partikolarment billi jikkooperaw għal dak l-għan fi ħdan il-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti,

JIRRIAFFERMAW ix-xewqa tagħhom li jsaħħu l-kooperazzjoni fuq kwistjonijiet politiċi u ekonomiċi, kif ukoll fuq stabbiltà, ġustizzja u sigurtà internazzjonali bħala prekundizzjoni bażika biex jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli soċjali u ekonomiku, il-qerda tal-faqar u l-kisba tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp,

BILLI l-Partijiet jaraw it-terroriżmu bħala theddida għas-sigurtà globali u jixtiequ jintensifikaw id-djalogu u l-kooperazzjoni ta' bejniethom fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, skont l-istrumenti relevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, partikolarment ir-Riżoluzzjoni 1373 tal-KSNU. L-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà adottata mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru tal-2003, tidentifika t-terroriżmu bħala theddida ewlenija għas-sigurtà. F'dan ir-rigward, l-Unjoni Ewropea implimentat miżuri ewlenin, inklużi l-Pjan ta' Azzjoni għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu adottat fl-2001 u aġġornat fl-2004, u Dikjarazzjoni maġġuri dwar il-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu fil-25 ta' Marzu 2004 ftit wara l-attakki f'Madrid. L-Unjoni Ewropea adottat ukoll Strateġija tal-UE Kontra t-Terroriżmu f'Diċembru tal-2005,

JESPRIMU l-impenn sħiħ tagħhom biex jipprevjenu u jiġġieldu kontra kull forma ta' terroriżmu u li jżidu l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata,

BILLI l-Partijiet jirriaffermaw li l-miżuri effettivi għal kontra t-terroriżmu u li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem jikkumplimentaw u jsaħħu lil xulxin,

JIRRIAFFERMAW li l-aktar reati serji ta' tħassib għall-komunità internazzjonali għandhom jiġu puniti u li l-prosekuzzjoni effettiva tagħhom għandha tiġi żgurata billi jittieħdu l-miżuri fil-livell nazzjonali u billi tissaħħaħ il-kollaborazzjoni globali,

JIKKUNSIDRAW li t-twaqqif u l-funzjonament effettiv tal-Qorti Kriminali Internazzjonali jikkostitwixxu żvilupp importanti għall-paċi u l-ġustizzja internazzjonali u li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fis-16 ta' Ġunju 2003 adotta Pożizzjoni Komuni dwar il-QKI li ġiet segwita bi Pjan ta' Azzjoni, adottat fl-4 ta' Frar 2004,

BILLI l-Partijiet jiftiehmu li l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-mezzi tat-twassil tagħhom joħolqu theddida kbira għas-sigurtà internazzjonali u jixtiequ li jsaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni tagħhom f'dan il-qasam. L-adozzjoni b'kunsens tar-Riżoluzzjoni 1540 tal-KSNU hija l-bażi tal-impenn tal-komunità internazzjonali kollha fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta, fis-17 ta' Novembru 2003, politika tal-UE ta' simplifikazzjoni tal-politika ta' nonproliferazzjoni fir-relazzjonijiet tal-UE ma' pajjiżi terzi. Il-Kunsill Ewropew adotta wkoll, fit-12 ta' Diċembru 2003, Strateġija għall-ġlieda kontra l-proliferazzjoni,

BILLI l-Kunsill Ewropew esprima l-fehma li l-Armi Żgħar u Armamenti Ħfief (SALW, Small Arms and Light Weapons) jikkostitwixxu theddida dejjem tikber għall-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp u fit-13 ta' Jannar 2006 adotta Strateġija għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni illeċita tal-SALW u l-munizzjon tagħhom. F'din l-Istrateġija, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-ħtieġa biex jiġi żgurat approċċ komprensiv u konsistenti ta' politika ta' sigurtà u żvilupp,

JESPRIMU l-impenn sħiħ tagħhom biex jippromwovu l-aspetti kollha tal-iżvilupp sostenibbli, inklużi l-protezzjoni ambjentali u l-kooperazzjoni effettiva biex jiġġieldu l-bidla fil-klima, is-sigurtà alimentari kif ukoll il-promozzjoni u l-implimentazzjoni effikaċi ta' standards tax-xogħol u soċjali li huma rikonoxxuti internazzjonalment,

JENFASIZZAW l-importanza li jsejsu aktar fil-fond fir-relazzjonijiet u l-koperzzjoni f'oqsma bħar-riammissjoni, l-asil u l-politika tal-viżi, u li jindirizzaw b'mod konġunt il-migrazzjoni u t-traffikar tal-bnedmin,

JISĦQU fuq l-importanza tal-kummerċ għar-relazzjonijiet bilaterali tagħhom u b'mod partikolari l-kummerċ fil-materja prima u jenfasizzaw ir-rieda tagħhom li jiftiehmu dwar regoli speċifiċi dwar il-materja prima fis-Sottokumitat dwar il-Kummerċ u l-Investiment,

JINNOTAW li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim li jaqgħu fl-ambitu tal-Parti Tlieta, Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jorbtu lir-Renju Unit u lill-Irlanda bħala Partijiet Kontraenti separati, u mhux bħala Partijiet għall-Unjoni Ewropea, sakemm l-Unjoni Ewropea flimkien mar-Renju Unit u/jew l-Irlanda ma nnotifikawx b'mod konġunt lill-Mongolja li r-Renju Unit u/jew l-Irlanda huma marbutin bħala parti mill-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Jekk ir-Renju Unit u/jew l-Irlanda ma jibqgħux marbutin bħala parti mill-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikolu 4a tal-Protokoll Nru 21, l-Unjoni Ewropea flimkien mar-Renju Unit u/jew l-Irlanda għandhom jinfurmaw minnufih lill-Mongolja bi kwalunkwe bidla fil-pożizzjoni tagħhom, li f'dan il-każ jibqgħu marbutin bid-diżpozzjonijiet tal-Ftehim f'isimhom stess. L-istess jgħodd għad-Danimarka f'konformità mal-Protokoll anness ma' dawk it-Trattati dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka,

JIKKONFERMAW l-impenn tagħhom li jsaħħu r-relazzjoni eżistenti sabiex tikber il-kooperazzjoni bejniethom, kif ukoll ir-rieda komuni tagħhom sabiex jikkonsolidaw, isejsu aktar fil-fond u jiddiversifikaw ir-relazzjonijiet tagħhom f'oqsma ta' interess fuq il-bażi ta' ugwaljanza, non-diskriminazzjoni u l-ġid reċiproku,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

TITOLU I

NATURA U AMBITU

Artikolu 1

Prinċipji ġenerali

1.   Ir-rispett lejn il-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem, kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u strumenti internazzjonali rilevanti oħrajn dwar id-drittijiet tal-bniedem, u lejn il-prinċipju tal-istat tad-dritt, huwa l-bażi tal-linji politiċi interni u internazzjonali taż-żewġ Partijiet u jikkostitwixxi element essenzjali ta' dan il-Ftehim.

2.   Il-Partijiet jikkonfermaw il-valuri komuni tagħhom kif imfissra fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

3.   Il-Partijiet jikkonfermaw l-impenn tagħhom li jippromwovu l-aspetti kollha tal-iżvilupp sostenibbli, li jikkooperaw sabiex jindirizzaw l-isfida tal-bidla fil-klima u li jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' żvilupp miftiehma internazzjonalment, inklużi dawk li jinsabu fl-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju. Il-Partijiet jirriaffermaw ir-rabta tagħhom mal-protezzjoni ambjentali u ma' strutturi soċjali inlużivi ta' livell għoli.

4.   Il-Partijiet jirriaffermaw l-impenn tagħhom lejn id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005 dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna u jiftiehmu li jsaħħu l-kooperazzjoni bil-għan li jtejbu aktar l-andament tal-iżvilupp.

5.   Il-Partijiet jirriaffermaw ir-rabta tagħhom mal-prinċipji ta' governanza tajba, inklużi l-indipendenza tal-ġudikatura u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Artikolu 2

Għanijiet tal-kooperazzjoni

Bil-ħsieb li jsaħħu r-relazzjoni bilaterali tagħhom, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jwettqu djalogu komprensiv u jippromwovu aktar kooperazzjoni bejniethom fis-setturi kollha ta' interess reċiproku. L-isforzi tagħhom ikunu b'mod partikolari mmirati biex:

(a)

jistabbilixxu kooperazzjoni dwar kwistjonijiet politiċi, u ekonomiċi fil-fora u fl-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti kollha;

(b)

jistabbilixxu kooperazzjoni fil-ġlieda kontra delitti serji ta' tħassib internazzjonali;

(c)

jistabbilixxu kooperazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u fir-rigward tal-armi żgħar u armamenti ħfief;

(d)

jiżviluppaw kummerċ u investiment bejn il-Partijiet għall-vantaġġ reċiproku tagħhom; c) jistabbilixxu kooperazzjoni fl-oqsma kollha ta' interess reċiproku li huma marbuta mal-kummerċ u mal-investiment, sabiex jiġu ffaċilitati l-flussi tal-kummerċ u tal-investiment u sabiex jiġu evitati u mneħħija l-ostakli għall-kummerċ u l-investiment;

(e)

jistabbilixxu kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja, l-libertà u s-sigurtà, inklużi l-istat tad-dritt u l-kooperazzjoni legali, il-protezzjoni tad-data, il-migrazzjoni, l-ittraffikar tal-bnedmin, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu, il-kriminalità transnazzjonali, il-ħasil tal-flus u d-drogi illeċiti;

(f)

jistabbilixxu kooperazzjoni fis-setturi l-oħra kollha ta' interess reċiproku, partikolarment fil-politika makroekonomika u s-servizzi finanzjarji, it-tassazzjoni u d-dwana, inklużi l-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa, politika industrijali u l-SMEs, is-soċjetà tal-informazzjoni, l-awdjoviżiv u l-media, ix-xjenza u t-teknoloġija, l-enerġija, it-trasport, l-edukazzjoni u l-kultura, l-ambjent u r-riżorsi naturali, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, is-saħħa, l-impjiegi u l-affarijiet soċjali u l-istatistika;

(g)

isaħħu l-parteċipazzjoni taż-żewġ Partijiet fi programmi ta' kooperazzjoni subreġjonali u reġjonali miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-Parti l-oħra;

(h)

jgħollu r-rwoli u l-profili taż-żewġ Partijiet fir-reġjuni ta' xulxin;

(i)

jippromwovu l-apprezzament reċiproku bejn poplu u ieħor permezz tal-kooperazzjoni fost diversi entitajiet mhux governattivi bħal think-tanks, akkademiċi, is-soċjetà ċivili, u l-media, fil-forma ta' seminars, konferenzi, interazzjoni bejn żgħażagħ u attivitajiet oħrajn;

(j)

jippromwovu l-qerda tal-faqar fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli u l-integrazzjoni progressiva tal-Mongolja fl-ekonomija dinjija.

Artikolu 3

Il-ħidma kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-mezzi tat-twassil tagħhom

1.   Il-Partijiet jikkunsidraw li l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-mezzi tat-twassil tagħhom, kemm għand atturi statali u mhux statali, tirrappreżenta waħda mill-akbar theddidiet serji għall-istabbiltà u s-sigurtà internazzjonali.

2.   Il-Partijiet għalhekk jiftiehmu li jikkooperaw u li jikkontribwixxu fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-mezzi tat-twassil tagħhom b'konformità sħiħa mal-obbligi eżistenti u bl-implimentazzjoni nazzjonali tagħhom skont it-trattati u l-ftehimiet internazzjonali li jikkonċernaw iż-żarmar tal-armi u n-nonproliferazzjoni tagħhom u obbligi internazzjonali oħrajn rilevanti bħar-Riżoluzzjoni 1540 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Il-Partijiet jiftiehmu li din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi element essenzjali tal-Ftehim.

3.   Il-Partijiet jiftiehmu wkoll li jikkooperaw u jikkontribwixxu sabiex jikkumbattu l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-mezzi tat-twassil tagħhom billi:

jieħdu passi biex jiffirmaw, jirratifikaw, jew jaderixxu, kif meħtieġ, u jimplimentaw b'mod sħiħ l-istrumenti internazzjonali rilevanti l-oħrajn kollha;

jistabbilixxu sistema effettiva ta' kontrolli nazzjonali fuq l-esportazzjonijiet, li tikkontrolla l-esportazzjoni u t-tranżitu ta' oġġetti relatati mal-armi ta' qerda massiva, li tinkludi kontroll fuq l-użu finali tal-armi ta' qerda massiva f'teknoloġiji ta' użu doppju u li jkun fiha sanzjonijiet effettivi għall-ksur tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni.

4.   Il-Partijiet jiftiehmu li jistabbilixxu djalogu politiku regolari li għandu jakkumpanja u jikkonsolida dawn l-elementi. Dan id-djalogu jista' jsir fuq bażi reġjonali.

Artikolu 4

Armi żgħar u armamenti ħfief

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-manifattura, it-trasferiment u ċ-ċirkolazzjoni illegali ta' armi żgħar u armamenti ħfief, inkluż il-munizzjoni tagħhom, u l-akkumulazzjoni eċċessiva tagħhom, il-ġestjoni ħażina, il-ħażniet mhux assigurati sewwa u l-firxa mhux ikkontrollata tagħhom, ikomplu joħolqu theddida serja għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali.

2.   Il-Partijiet jiftiehmu li jsegwu u jimplimentaw bis-sħiħ l-obbligi rispettivi tagħhom li jittrattaw mal-kummerċ illegali fl-armi żgħar u armamenti ħfief, inkluż il-munizzjon tagħhom, kif ukoll l-impenji tagħhom fi ħdan il-qafas ta' strumenti internazzjonali oħra li huma applikabbli għal dan il-qasam, bħalma hu l-Programm ta' Azzjoni tan-NU sabiex ikun prevenut, miġġieled u eradikat il-kummerċ illegali fl-SALW fl-aspetti kollha tiegħu.

3.   Il-Partijiet jimpenjaw rwieħhom li jikkooperaw u jiżguraw il-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u s-sinerġija fl-isforzi tagħhom biex jiffaċċaw il-kummerċ illegali fl-armi żgħar u armamenti ħfief, inkluż il-munizzjon tagħhom, fuq livelli globali, reġjonali u nazzjonali u jiftiehmu li jistabbilixxu djalogu politiku regolari li se takkumpanja u tikkonsolida dan l-impenn.

Artikolu 5

Delitti serji ta' tħassib internazzjonali

(il-Qorti Kriminali Internazzjonali)

1.   Il-Partijiet jirriaffermaw li l-aktar reati serji ta' tħassib għall-komunità internazzjonali b'mod ġenerali ma jistgħux ma jiġux puniti u li l-prosekuzzjoni effettiva tagħhom trid tiġi żgurata billi jittieħdu miżuri fil-livell internazzjonali, kif ikun xieraq, inkluża l-Qorti Kriminali Internazzjonali. Il-Partijiet iqisu li t-twaqqif ta' Qorti Kriminali Internazzjonali li tiffunzjona b'mod effettiv tikkostitwixxi żvilupp sinifikanti għall-paċi u l-ġustizzja internazzjonali.

2.   Il-Partijiet jiftiehmu li jikkooperaw u li jieħdu l-mizuri meħtieġa, kif inhu xieraq, sabiex jappoġġaw bis-sħiħ l-universalità u l-integrità tal-Istatut ta' Ruma u l-istrumenti relatati u jiftiehmu li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom mal-QKI. Il-Partijiet se jimpenjaw ruħhom biex jimplimentaw l-Istatut ta' Ruma u jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jirratifikaw l-istrumenti relatati (bħall-Ftehim fuq il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-QKI).

3.   Il-Partijiet jaqblu li jkun ta' benefiċċju djalogu bejniethom fuq dawn il-kwistjonijiet.

Artikolu 6

Kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

1.   Il-Partijiet, filwaqt li jirriaffermaw l-importanza tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u b'mod konformi mal-konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli, inklużi d-drittijiet umanitarji internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll il-leġiżlazzjoni u r-regolamenti rispettivi tagħhom, u, waqt li jikkunsidraw l-Istrateġija Globali tan-NU għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, li hemm fir-Riżoluzzjoni Nru 60/288, tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, tat-8 ta' Settembru 2006, jiftiehmu li jikkooperaw sabiex jiġu evitati u mrażżna atti terroristiċi.

2.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu dan b'mod partikolari:

(a)

fil-qafas tal-implimentazzjoni sħiħa tar-Riżoluzzjonijiet 1373 u 1267 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u r-riżoluzzjonijiet li ġew wara, inkluża r-Riżoluzzjoni 1822, kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet relevanti l-oħra tan-NU u l-obbligi rispettivi tagħhom taħt konvezjonijiet u strument internazzjonali relevanti oħra;

(b)

bi skambju ta' informazzjoni dwar terroristi, gruppi terroristiċi u n-netwerks ta' appoġġ tagħhom, skont il-liġi internazzjonali u nazzjonali;

(c)

fi skambji ta' opinjonijiet dwar mezzi u metodi użati sabiex jiġi miġġieled it-terroriżmu, anke f'oqsma u taħriġ tekniku, u bi skambju ta' esperjenzi dwar il-prevenzjoni tat-terroriżmu;

(d)

billi jikkooperaw sabiex jissaħħaħ il-kunsens internazzjonali dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu li jinkludi d-definizzjoni legali ta' atti terroristiċi u b'mod partikolari billi jaħdmu favur ftehim dwar il-Konvenzjoni Komprensiva dwar it-Terroriżmu Internazzjonali;

(e)

billi jaqsmu l-aħjar prattiċi rilevanti fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;

(f)

bl-implimentazzjoni u t-tisħiħ effettivi tal-kooperazzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fil-qafas tal-ASEM.

TITOLU II

KOOPERAZZJONI BILATERALI, REĠJONALI U INTERNAZZJONALI

Artikolu 7

Kooperazzjoni bejn il-Mongolja u l-UE fir-rigward ta' prinċipji, normi u standards

1.   Il-Partijiet jiftiehmu li jiksbu prinċipji, normi u standards komuni Ewropej fil-Mongolja, u li jikkooperaw u jippromwovu l-iskambju tal-informazzjoni u l-iskambju tal-esperjenza bil-ħsieb tal-introduzzjoni u l-implimentazzjoni.

2.   Il-Partijiet jagħmlu sforz biex isaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet dwar kwistjonijiet ta' Standardizzazzjoni li, kif qablu l-Partijiet, jistgħu jinkludu l-ħolqien ta' qafas ta' kooperazzjoni li jista' jiffaċilita l-iskambju ta' esperti, informazzjoni u kompetenza.

Artikolu 8

Kooperazzjoni f'organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali

1.   Il-Partijiet se jimpenjaw ruħhom biex jiskambjaw opinjonijiet u jikkooperaw fil-fora u organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji, programmi u korpi relevanti tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), it-Trattat ta' Ħbiberija u Kooperazzjoni (TAC) u t-Tlaqqigħ Asja - Ewropa (ASEM).

2.   Il-Partijiet jiftiehmu wkoll li jippromwovu l-kooperazzjoni bejn think-tanks, akkademiċi, organizzazzjonijiet nongovernattivi u l-media fl-oqsma koperti b'dan il-Ftehim. Din il-kooperazzjoni tista', b'mod partikolari, tinkludi l-organizzazzjoni ta' skemi ta' taħriġ, workshops u seminars, skambji ta' esperti, studji, u azzjonijiet oħrajn miftiehma mill-Partijiet.

Artikolu 9

Kooperazzjoni reġjonali u bilaterali

1.   Għal kull qasam ta' djalogu u ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim, u filwaqt li jagħtu l-importanza dovuta lil dawk il-materji li jaqgħu taħt kooperazzjoni bilaterali, iż-żewġ naħat se jiftiehmu li jwettqu attivitajiet relatati fuq livell bilaterali jew reġjonali jew permezz ta' kombinazzjoni ta' dawn iż-żewġ oqfsa. Waqt l-għażla tal-aħjar qafas, il-Partijiet ser ifittxu li jimmassimizzaw l-impatt fuq u jsaħħu l-involviment tal-partijiet kollha interessati, filwaqt li jagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi disponibbli u jqisu l-fattibbiltà politika u istituzzjonali, u jiżguraw il-koerenza ma' attivitajiet oħra li jinvolvu l-Unjoni Ewropea u imsieħba oħrajn fl-ASEM.

2.   Il-Partijiet jistgħu, kif ikun xieraq, jiddeċiedu li jestendu l-appoġġ finanzjarju lejn attivitajiet ta' kooperazzjoni fl-oqsma koperti mill-Ftehim jew relatati miegħu, skont il-proċeduri u r-riżorsi finanzjarji rispettivi tagħhom.

TITOLU III

KOOPERAZZJONI DWAR L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI

Artikolu 10

Prinċipji Ġenerali

1.   L-objettivi ċentrali tal-kooperazzjoni fl-iżvilupp huma t-tnaqqis tal-faqar u biex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli u l-integrazzjoni fl-ekonomija dinjija. Il-Partijiet qablu li jżommu djalogu regolari dwar il-kooperazzjoni fl-iżvilupp f'konformità mal-prijoritajiet rispettivi tagħhom u l-oqsma ta' interess reċiproku.

2.   L-istrateġiji tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Partijiet għandhom jimmiraw biex, inter alia:

a)

jippromwovu l-iżvilupp uman u soċjali;

b)

jiksbu tkabbir ekonomiku sostnut;

c)

jippromwovu s-sostenibbiltà, ir-riġenerazzjoni u l-aħjar prattika ambjentali, u l-preservazzjoni tar-riżorsi naturali;

d)

jipprevjenu u jittrattaw il-konsegwenzi tal-bidla fil-klima;

e)

jagħtu appoġġ lil-linji politiċi u l-istrumenti mmirati għall-integrazzjoni ulterjuri fl-ekonomija u s-sistema ta' kummerċ internazzjonali;

f)

it-tkomplija ta' proċessi aderenti mad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna, mal-Aġenda ta' Accra għall-Azzjoni u ma' impenji internazzjonali oħrajn immirati lejn it-titjib tal-għoti tal-għajnuna u l-effikaċja tagħha.

Artikolu 11

Żvilupp ekonomiku

1.   Il-Partijiet jimmiraw li jippromwovu tkabbir ekonomiku bbilanċjat, tnaqqis tal-faqar u t-tnaqqis tal-iżbilanċi soċjoekonomiċi.

2.   Il-Partijiet jikkonfermaw l-impenn tagħhom biex jiksbu l-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju u għandhom jirriaffermaw l-impenn tagħhom lejn id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005 dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna.

3.   Il-Ftehim għandu jkollu wkoll l-għan li jinkludi impenji dwar aspetti soċjali u ambjentali tal-kummerċ, li jikkonferma mill-ġdid li l-kummerċ għandu jippromwovi żvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet kollha tiegħu u għandu jippromwovi l-valutazzjoni tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu.

Artikolu 12

Żvilupp soċjali

1.   Il-Partijiet għandhom l-għan li jisħqu fuq il-ħtieġa ta' linji ta' politika ekonomika u soċjali li jsaħħu lil xulxin, jiffukaw fuq ir-rwol ewlieni li jiġġeneraw xogħol deċenti u jimpenjaw lill-Partijiet li jappoġġaw id-djalogu soċjali.

2.   Il-Partijiet għandhom l-għan li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni effettiva tal-istandards ewlenin dwar ix-xogħol tal-ILO u jsaħħu l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet tal-impjiegi u dawk soċjali.

3.   Il-Partijiet ulterjorment għandhom l-għan li jippromwovu linji politiċi maħsuba biex jiggarantixxu d-disponibbiltà u l-forniment tal-ikel għall-popolazzjoni u l-għalf għall-bhejjem, b'mod li ma jgħamilx ħsara lill-ambjent u sostenibbli.

Artikolu 13

Ambjent

1.   Il-Partijiet jirriaffermaw il-ħtieġa għal livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u l-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali u d-diversità bijoloġika, inklużi l-foresti, fi sforz lejn żvilupp sostenibbli.

2.   Il-Partijiet għandhom l-għan li jippromwovu r-ratifikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-konformità mal-ftehimiet ambjentali multilaterali fil-qasam tal-ambjent.

3.   Il-Partijiet għandhom l-għan li jsaħħu l-kooperazzjoni fuq il-kwistjonijiet ambjentali globali, b'mod partikolari l-bidla fil-klima.

TITOLU IV

KOOPERAZZJONI FUQ KWISTJONIJIET TA' KUMMERĊ U INVESTIMENT

Artikolu 14

Prinċipji ġenerali

1.   Il-Partijiet għandhom jidħlu fi djalogu dwar kummerċ bilaterali u multilaterali kif ukoll dwar kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bil-ħsieb li jsaħħu r-relazzjonijiet tal-kummerċ bilaterali u li jtejbu s-sistema tal-kummerċ multilaterali.

2.   Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-iżvilupp u d-diversifikazzjoni tal-iskambji kummerċjali reċiproċi tagħhom sal-ogħla livell possibbli u għall-benefiċċju reċiproku tagħhom. Huma jidħlu li jiksbu kundizzjonijiet imtejba ta' aċċess għas-suq billi jaħdmu lejn it-tneħħija tal-ostakli għall-kummerċ, b'mod partikolari permezz tat-tneħħija f'waqtha tal-ostakli mhux tariffarji u billi jieħdu miżuri sabiex itejbu t-trasparenza, waqt li jikkunsidraw ix-xogħol imwettaq minn organizzazzjonijiet internazzjonali f'dan il-qasam.

3.   Waqt li jagħrfu li l-kummerċ għandu rwol indispensabbli fl-iżvilupp, u li l-għajnuna fil-forma ta' skemi ta' preferenzi kummerċjali kienet ta' ġid għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-Partijiet jaħdmu li jsaħħu l-konsultazzjoni tagħhom dwar din l-għajnuna f'konformità sħiħa mal-WTO.

4.   Il-Partijiet għandhom iżommu lil xulxin informati fir-rigward tal-iżvilupp tal-kummerċ u ta' linji politiċi relatati mal-kummerċ bħall-politika agrikola, il-politika dwar is-sigurtà tal-ikel, il-politika dwar il-konsumatur u l-politika ambjentali.

5.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu d-djalogu u l-kooperazzjoni sabiex jiżviluppaw ir-relazzjonijiet tagħhom fil-kummerċ u l-investiment, inkluża s-soluzzjoni tal-problemi kummerċjali, fl-oqsma msemmija fl-Artikoli 10 sa 27 fost affarijiet oħra.

Artikolu 15

Kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji (SFS)

1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fis-sikurezza tal-ikel u fil-kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji sabiex jipproteġu l-ħajja jew is-saħħa tal-bniedem, l-annimali u l-pjanti fit-territorju tal-Partijiet.

2.   Il-Partijiet għandhom jiddiskutu u jiskambjaw informazzjoni dwar il-miżuri rispettivi tagħhom kif iddefinit fil-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (SFS), il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti (KIPP), l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) u l-Codex Alimentarius Commission (Codex).

3.   Il-Partijiet ftiehmu li jsaħħu l-ftehim u l-kooperazzjoni reċiproka fuq materji SFS u l-benesseri tal-annimali. Bini ta' kapaċità bħal dan għandu jkun speċifiku għall-ħtiġijiet ta' kull Parti u jsir bl-għan li jassisti lill-Parti biex tikkonforma mal-qafas legali tal-Parti l-oħra.

4.   Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu djalogu f'waqtu dwar il-kwistjonijiet SFS fuq talba ta' xi waħda mill-Partijiet sabiex jiġu kkunsidrati kwistjonijiet relatati mal-SFS u kwistjonijiet urġenti oħrajn relatati skont dan l-Artikolu.

Artikolu 16

Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ (OTK)

Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-użu ta' standards internazzjonali u jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni dwar standards, proċeduri ta' valutazzjoni ta' konformità u regolamenti tekniċi, b'mod speċjali fi ħdan il-qafas tal-Ftehim tal-WTO dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ (OTK).

Artikolu 17

Kooperazzjoni doganali

1.   Il-Partijiet għandhom jagħtu attenzjoni partikolari sabiex iżidu d-dimensjoni ta' sigurtà u sikurezza tal-kummerċ internazzjonali, inklużi s-servizzi tat-trasport, sabiex jiżguraw infurzar doganali effettiv u effiċjenti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u sabiex jiżguraw li jkun hemm approċċ ibbilanċjat bejn il-faċilitazzjoni tal-kummerċ, u l-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet.

2.   Mingħajr ħsara għal forom oħra ta' kooperazzjoni, ipprovduti taħt dan il-Ftehim, il-Partijiet jistqarru l-interess tagħhom billi fil-futur jikkonsidraw il-konklużjoni ta' protokolli dwar il-kooperazzjoni doganali u l-assistenza reċiproka, fil-qafas istituzzjonali stabbilit f'dan il-Ftehim.

Artikolu 18

Faċilitazzjoni tal-kummerċ

Il-Partijiet għandhom jaqsmu l-esperjenzi u jeżaminaw il-possibbiltajiet sabiex jissimplifikaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tranżitu u proċeduri doganali oħrajn, huma għandhom jiżguraw it-trasparenza tad-dwana u tar-regolamenti dwar il-kummerċ, jiżviluppaw il-kooperazzjoni doganali u mekkaniżmi effettivi ta' għajnuna amministrattiva reċiproka, u jfittxu li jkun hemm konverġenza ta' opinjonijiet u azzjoni konġunta fil-kuntest ta' inizjattivi internazzjonali rilevanti inkluża l-faċilitazzjoni tal-kummerċ.

Artikolu 19

Investiment

Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu fluss akbar ta' investiment bl-iżvilupp ta' ambjent attraenti u stabbli għall-investiment reċiproku billi jinħoloq djalogu konsistenti mmirat lejn it-tisħiħ tal-fehma u tal-kooperazzjoni fi kwistjonijiet marbuta mal-investiment, li jiġu esplorati mekkaniżmi amminstrattivi sabiex jiffaċilitaw il-flussi tal-investiment, u li jitmexxew 'il quddiem regoli għall-investituri stabbli, trasparenti, miftuħa u mhux diskriminatorji.

Artikolu 20

Il-politika dwar il-kompetizzjoni

Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-istabbiliment effettiv u l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni kif ukoll id-disseminazzjoni ta' informazzjoni sabiex jitkattru t-trasparenza u ċ-ċertezza legali għall-intrapriżi li joperaw fis-swieq ta' xulxin. Il-Partijiet għandhom jiskambjaw l-opinjonijiet fuq kwistjonijiet marbuta ma' prattiċi antikompetittivi li jistgħu jolqtu ħażin il-kummerċ bilaterali u l-flussi tal-investiment.

Artikolu 21

Servizzi

Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu djalogu konsistenti mmirat l-aktar lejn l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-ambjenti regolatorji rispettivi tagħhom, li jitħaffef l-aċċess għas-swieq ta' xulxin, li jitħaffef l-aċċess għas-sorsi ta' kapital u ta' teknoloġija, li jitmexxa 'l quddiem l-kummerċ fis-servizzi bejn iż-żewġ reġjuni u fis-swieq ta' pajjiżi terzi.

Artikolu 22

Movimenti ta' kapital

Il-Partijiet għandhom jagħmlu kemm jistgħu sabiex jiffaċilitaw il-moviment tal-kapital sabiex jippromwovu l-objettivi tal-Ftehim

Artikolu 23

Akkwist pubbliku

Il-Partijiet għandhom ikollhom l-għan li jiffissaw regoli proċedurali, inklużi trasparenza adegwata u dispożizzjonijiet ta' kontestazzjoni li jappoġġaw it-twaqqif ta' sistema effettiva tal-akkwisti li tippromwovi l-aħjar valur għall-flus fl-akkwisti pubbliċi u tiffaċilita l-kummerċ internazzjonali.

Il-Partijiet għandhom jaħdmu biex jiksbu ftuħ reċiproku tas-suq tal-akkwisti tagħhom tal-gvern, bl-għan li jiksbu benefiċċju reċiproku.

Artikolu 24

Trasparenza

Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tat-trasparenza u tal-proċess dovut fl-amministrazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tagħhom marbuta mal-kummerċ, u għal dan l-għan huma jirriaffermaw l-impenji tagħhom kif stipulati fl-Artikolu X tal-GATT 1994 u l-Artikolu III tal-GATS.

Artikolu 25

Materja prima

1.   Il-Partijiet jiftiehmu li jsaħħu l-kooperazzjoni u l-promozzjoni tal-fehim reċiproku bejn iż-żewġ naħat fil-qasam tal-materja prima.

2.   Din il-kooperazzjoni u promozzjoni tal-fehim reċiproku għandha tindirizza suġġetti bħall-qafas regolatorju għas-setturi tal-materja prima (inklużi l-governanza tal-introjtu mix-xogħol tal-minjieri għall-iżvilupp soċjoekonomiku; u protezzjoni ambjentali u r-regolamenti tas-sikurezza b'relazzjoni mas-setturi tax-xogħol tal-minjieri u l-materja prima) u l-kummerċ fil-materja prima. Bil-ħsieb li tiġi indukrata kooperazzjoni u fehim reċiproku aktar, kull Parti għandha titlob laqgħat ad hoc marbuta mal-materja prima.

3.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li ambjent trasparenti, nondiskriminatorju, mhux ta' tfixkil u bbażat fuq ir-regoli, hu l-aħjar mod kif wieħed joħloq ambjent favorevoli għall-investiment barrani dirett fil-produzzjoni u l-kummerċ tal-materja prima.

4.   Il-Partijiet, filwaqt li jikkunsidraw il-linji politiċi u l-objettivi ekonomiċi rispettivi u bil-ħsieb li jindokraw il-kummerċ, jiftiehmu li jippromwovu kooperazzjoni fit-tneħħija tal-barrieri għall-kummerċ tal-materja prima.

5.   Fuq talba ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet, kwalunkwe materja li tirrigwarda l-kummerċ tal-materja prima għandha tiġi mqajma u diskussa waqt il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt u dawk tas-Sottokumitat, li għandu jkollhom il-poter li jieħdu deċiżjoni dwarhom skont l-Artikolu 56 b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi t'hawn fuq.

Artikolu 26

Politika reġjonali

Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-politika ta' żvilupp reġjonali.

Artikolu 27

Il-protezzjoni ta' proprjetà intellettwali

1.   Il-Partijiet jirriaffermaw l-importanza kbira li huma jagħtu lill-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u jaħdmu biex jistabbilixxu l-miżuri xierqa bil-ħsieb li jiżguraw protezzjoni adegwata u effettiva tal-infurzar ta' tali drittijiet, notevolment marbuta mal-ksur tad-drittijiet tal-proprejtà intellettwali.

Barra minn hekk, il-Partijiet jiftiehmu li jikkonkludi malajr kemm jista' jkun il-Ftehim bilaterali dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi.

2.   Il-Partijiet għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u l-esperjenza dwar kwistjonijiet bħall-prattika, il-promozzjoni, id-disseminazzjoni, is-simplifikazzjoni, il-ġestjoni, l-armonizzazzjoni, il-protezzjoni u l-applikazzjoni effettiva tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, il-prevenzjoni tal-ksur ta' dawn id-drittijiet, il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija u l-istabbiliment u t-tisħiħ ta' organizzazzjonijiet għall-kontroll u l-protezzjoni ta' dawn id-drittijiet. Il-Partijiet għandhom jgħinu lil xulxin biex itejbu l-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali, l-utilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni bbażati fuq l-esperjenza Ewropea, u jsaħħu d-disseminazzjoni tal-konoxxenza dwarha.

Artikolu 28

Sottokumitat dwar il-Kummerċ u l-Investiment

1.   Huwa b'dan imwaqqaf Sottokumitat dwar il-Kummerċ u l-Investiment.

2.   Is-Sottokumitat għandu jgħin lill-Kumitat Konġunt fit-twettiq tal-ħidmiet tiegħu, billi jittratta l-oqsma kollha koperti minn dan il-Kapitoli.

3.   Is-Sottokumitat għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

TITOLU V

IL-KOOPERAZZJONI FIL-QASAM TAL-ĠUSTIZZJA, LIBERTÀ U SIGURTÀ

Artikolu 29

L-istat tad-dritt u l-kooperazzjoni legali

1.   Fil-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, il-Partijiet għandhom jagħtu importanza partikolari għall-konsolidazzjoni tal-istat tad-dritt, it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet fil-livelli kollha fl-oqsma tal-infurzar tal-liġi u l-amministrazzjoni tal-ġustizzja b'mod partikolari.

2.   Il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet se tinkludi wkoll l-iskambju reċiproku ta' informazzjoni rigward l-aħjar prassi fil-qasam ta' sistemi legali u ta' leġiżlazzjoni. Il-Partijiet għandhom jirsistu biex jiżviluppaw assistenza legali reċiproka fi ħdan il-qafas legali eżistenti.

Artikolu 30

Protezzjoni ta' data personali

1.   Il-Partijiet jiftiehmu li jikkooperaw sabiex itejbu l-livell ta' protezzjoni tad-data personali sal-ogħla standards internazzjonali, bħal dawk li jinsabu, fost affarijiet oħra, fil-Linji Gwida tan-NU għar-Regolamentazzjoni tal-Fajls Kompjuterizzati b'Data Personali (Riżoluzzjoni 45/95 tal-14 ta' Diċembru 1990 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU).

2.   Il-kooperazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali tista' tinkludi, fost l-oħrajn, l-assistenza teknika fl-iskambju ta' informazzjoni u kompetenza.

Artikolu 31

Il-kooperazzjoni dwar l-informazzjoni

1.   Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni mmirata biex tipprevjeni l-immigrazzjoni illegali u l-preżenza illegali tal-persuni fiżiċi tan-nazzjonalità tagħhom fuq it-territorji rispettivi tagħhom.

2.   Fil-qafas tal-kooperazzjoni għall-prevenzjoni tal-immigrazzjoni illegali, il-Partijiet jiftiehmu li jerġgħu jilqgħu lura, mingħajr dewmien bla bżonn, iċ-ċittadini tagħhom, li m'ghadhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet fis-seħħ biex jidħlu, ikunu jew jgħixu fit-territorju tal-Parti l-oħra. Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom, dokumenti xierqa għal tali finijiet. Meta l-persuna li tkun ser tiġi aċċettata lura ma jkollha l-ebda dokument jew provi oħra tan-nazzjonalità tagħha l-awtoritajiet kompetenti, inklużi rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari, tal-Istat Membru kkonċernat jew tal-Mongolja għandhom, fuq talba tal-Mongolja jew tal-Istat Membru kkonċernat, jagħmlu arranġamenti biex tiġi intervistata l-persuna sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tagħha.

3.   L-UE se tgħin finanzjarjament bl-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim permezz ta' strumenti ta' kooperazzjoni bilaterali.

4.   Il-Partijiet qablu li jinnegozjaw, fuq talba tal-Parti l-oħra, ftehim bejn l-UE u l-Mongolja li jirregola l-obbligi speċifiċi biex jaċċettaw lura ċ-ċittadini tagħhom, li jinkludi obbligu għaċ-ċittadini ta' pajjiżi oħra u persuni mingħajr stat.

Artikolu 32

Il-kooperazzjoni kontra drogi illeċiti

1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jiżguraw approċċ ibbilanċjat permezz ta' koordinazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti anke mis-setturi tas-saħħa, il-ġustizzja, id-dwana u dak tal-intern u minn setturi relevanti oħrajn, bl-għan li jitnaqqsu l-forniment, it-traffikar u d-domanda għad-drogi illeċiti, u bir-rispett dovut għad-drittijiet tal-bniedem. Din il-kooperazzjoni għandha timmira wkoll biex tnaqqas id-dannu relatat mad-droga, li tindirizza l-produzzjoni it-traffikar u l-użu tad-dogi sintetiċi, u biex tikseb prevenzjoni aktar effettiva ta' żvijar tal-prekursuri tad-drogi użati għall-produzzjoni illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi.

2.   Il-Partijiet għandhom jiftiehmu dwar il-mezzi ta' kooperazzjoni sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet. L-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji miftiehma b'mod komuni skont il-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, id-Dikjarazzjoni Politika u d-Dikjarazzjoni Speċjali dwar il-Prinċipji ta' Gwida għat-Tnaqqis fid-Domanda tad-Drogi, approvati mill-Għoxrin Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNGASS) dwar id-Drogi f'Ġunju 1998 u d-Dikjarazzjoni Politika u l-Pjan ta' Azzjoni adottati fit-52 sessjoni tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi f'Marzu 2009.

3.   Il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet għandha tinkludi għajnuna teknika u amministrattiva b'mod partikolari fl-oqsma li ġejjin: l-abbozzar ta' leġiżlazzjoni u linji politiċi nazzjonali; it-twaqqif ta' istituzzjonijiet u ċentri ta' informazzjoni nazzjonali; l-appoġġ għall-isforzi tas-soċjetà ċivili fil-qasam tad-drogi u l-isforzi għat-tnaqqis tad-domanda u l-ħsara tad-drogi; taħriġ ta' personal; ir-riċerka relatata mad-drogi; u l-prevenzjoni tad-devjazzjoni ta' prekursuri tad-droga li jintużaw għall-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi. Il-Partijiet jistgħu jiftiehmu li jinkludu oqsma oħra.

Artikolu 33

Il-kooperazzjoni kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni

Il-Partijiet jiftiehmu li jikkooperaw fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, ekonomika u finanzjarja kif ukoll il-korruzzjoni. Kooperazzjoni bħal din timmira b'mod partikolari biex tippromwovi l-istandards u l-istrumenti internazzjonali relevanti, bħall-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Kriminalità Transnazzjonali Organizzata u l-Protokolli supplimentattivi tagħha u l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni.

Artikolu 34

Il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

1.   Il-Partijiet jaqblu dwar il-ħtieġa li jaħdmu flimkien u li jikkooperaw sabiex jiġi evitat l-użu tas-sistemi finanzjarji tagħhom u n-negozji u l-professjonijiet mhux finanzjarji magħżula sabiex isir ħasil mill-qligħ fuq l-attivitajiet kriminali kollha bħalma huma t-traffikar tad-drogi u l-korruzzjoni.

2.   Iż-żewġ Partijiet jiftiehmu li jippromwovu għajnuna teknika u amministrattiva bil-għan li jiġu żviluppati u implimentati r-regolamenti u l-iffunzjonar effettiv ta' mekkaniżmi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. B'mod partikolari, il-kooperazzjoni għandha tippermetti l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti fi ħdan il-qafas tal-leġiżlazzjonijiet rispettivi u l-adozzjoni ta' standards xierqa sabiex jiġu miġġielda l-ħasil ta' flus u l-finanzjament tat-terroriżmu liema standards ikunu ekwivalenti għal dawk adottati mill-Unjoni u mill-entitajiet internazzjonali li jaħdmu f'dan il-qasam, bħalma hi t-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF).

TITOLU VI

Il-KOOPERAZZJONI F'SETTURI OĦRAJN

Artikolu 35

Il-kooperazzjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem

1.   Il-Partijiet jiftiehmu li jikkooperaw fil-promozzjoni u l-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-bniedem, anke fir-rigward tar-ratifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' strumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

2.   Din il-kooperazzjoni tista' tinkludi, inter alia:

(a)

l-appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni nazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

(b)

il-promozzjoni tad-drittijiet umani u tal-edukazzjoni;

(c)

it-tisħiħ ta' istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali relatati mad-drittijiet tal-bniedem;

(d)

it-twaqqif ta' djalogu bis-sens u mifrux fuq bażi wiesgħa dwar id-drittijiet tal-bniedem;

(e)

it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 36

Il-kooperazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji

1.   Il-Partijiet jiftiehmu li jsaħħu l-kooperazzjoni bil-għan li jiksbu regoli u standards komuni u aktar mill-qrib, u li jsaħħu l-kooperazzjoni bil-ħsieb li jtejbu s-sistemi tal-kontabbiltà, dawk superviżorji u regolatorji tal-banek, l-assigurazzjoni, u oqsma oħrajn fis-settur finanzjarju.

2.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jiżviluppaw qafas legali regolatorju, infrastruttura u riżorsi umani kif ukoll li jintroduċu governanza korporattiva u standards internazzjonali dwar il-kontabbiltà fis-suq kapitali tal-Mongolja fi ħdan il-qafas tal-kooperazzjoni bilaterali b'konformità mal-GATS u mal-Karta tad-WTO dwar Impenn għal Qbil Reċiproku fis-Servizzi Finanzjarji.

Artikolu 37

Djalogu dwar il-politika ekonomika

1.   Il-Partijiet jiftiehmu li jikkooperaw fir-rigward tal-promozzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni dwar it-tendenzi u l-linji ta' politika ekonomika rispettivi tagħhom, u tal-qsim tal-esperjenza fil-koordinazzjoni ta' linji ta' politika ekonomika fil-kuntest tal-kooperazzjoni u l-integrazzjoni ekonomika reġjonali.

2.   Il-Partijiet se jippruvaw japprofondixxu d-djalogu bejn l-awtoritajiet tagħhom dwar kwistjonijiet ekonomiċi li, kif miftiehem mill-Partijiet, jistgħu jinkludu oqsma bħall-politika monetarja, il-politika fiskali, inklużi t-tassazzjoni tan-negozju, il-finanzi pubbliċi, u l-istabilizzazzjoni makroekonomika u d-dejn estern.

3.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw u jippromwovu fehim reċiproku bejn iż-żewġ naħat fl-oqsma tad-diversifikazzjoni ekonomika u l-iżvilupp industrijali.

Artikolu 38

Governanza tajba fil-qasam tat-taxxa

Bil-għan li jsaħħu u jiżviluppaw l-attivitajiet ekonomiċi filwaqt li jikkunsidraw il-ħtieġa li jiġi żviluppat qafas regolatorju xieraq, il-Partijiet jirrikonoxxu u għandhom jimplimentaw il-prinċipji ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa kif huma marbuta li jagħmlu l-Istati Membri fil-livell tal-Unjoni. F'dan is-sens, mingħajr ħsara għall-kompetenzi tal-Unjoni u tal-Istati Membri, il-Partijiet għandhom itejbu l-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tat-taxxa, jiffaċilitaw il-ġbir ta' dħul leġittimu tat-taxxa, u jiżviluppaw miżuri għall-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipji msemmija hawn fuq.

Artikolu 39

Politika industrijali u kooperazzjoni ma' SMEs

Il-Partijiet, filwaqt li jqisu l-linji politiċi u l-objettivi ekonomiċi rispettivi tagħhom, jiftiehmu li jippromwovu l-kooperazzjoni fil-politika industrijali fl-oqsma kollha meqjusa bħala xierqa, bil-ħsieb li jtejbu l-kompetittività ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, inter alia permezz ta':

(a)

l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza dwar il-ħolqien ta' kundizzjonijiet qafas għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju sabiex dawn itejbu l-kompetittività tagħhom;

(b)

il-promozzjoni ta' kuntatti bejn l-operaturi ekonomiċi, waqt li jinkoraġġixxu l-investimenti konġunti u jistabbilixxu impriżi konġunti u netwerks ta' informazzjoni l-aktar permezz tal-programmi orizzontali eżistenti tal-Unjoni Ewropea, li jistimulaw b'mod partikolari t-trasferimenti ta' soft u hard technology bejn l-imsieħba;

(c)

il-forniment ta' informazzjoni u l-istimulazzjoni tal-innovazzjoni u l-iskambju ta' prattiċi tajbin dwar l-aċċess għall-finanzi, anke għall-intrapriżi ż-żgħar u dawk mikro;

(d)

jiffaċilitaw u jappoġġaw l-attivitajiet rilevanti stabbiliti mis-setturi privati taż-żewġ naħat;

(e)

il-promozzjoni ta' xogħol deċenti, responsabbiltà soċjali korporattiva u l-inkoraġġiment ta' prattiċi tan-negozju responsabbli, inklużi l-konsum u l-produzzjoni sostenibbli. Din il-kooperazzjoni għandha tikkunsidra wkoll id-dimensjoni tal-konsumatur bħall-informazzjoni ta' fuq il-prodott u r-rwol tal-konsumatur fis-suq;

(f)

proġetti konġunti ta' riċerka f'oqsma industrijali magħżula u bil-kooperazzjoni fejn jikkonċerna standards u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità u regolamenti tekniċi, skont kif jiġi miftiehem b'mod reċiproku;

(g)

assistenza permezz ta' informazzjoni fuq it-tekniki u t-teknoloġiji tal-immodernizzar tal-faċilitajiet tat-tindif bl-ilma tal-iskart tal-ipproċessar tal-ġilda,

(h)

skambju ta' informazzjoni u rakkomandazzjoni tal-imsieħba u opportunitajiet ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-kummerċ u l-investiment permezz ta' netwerks eżistenti aċċessibbli b'mod reċiproku;

(i)

jappoġġaw il-kooperazzjoni ta' bejn in-negozju privat taż-żewġ naħat, speċjalment ta' bejn l-SMEs;

(j)

jikkunsidraw li jinnegozjaw ftehim addizzjonali dwar skambji ta' informazzjoni, gruppi ta' ħidma dwar l-intensifikar tal-kooperazzjoni u avvenimenti promozzjonali oħra bejn l-SMEs taż-żewġ naħat;

(k)

jipprovdu informazzjoni dwar assistenza teknika għall-esportazzjoni ta' ikel u prodotti agrikolu lejn is-suq Ewropew fi ħdan l-ambitu tas-sistema preferenzjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 40

Turiżmu

1.   Iggwidati mill-Kodiċi ta' Etika Globali għat-Turiżmu tal-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu, u bil-prinċipji tas-sostenibbiltà bbażati li jirfdu l-“Proċess lokali tal-Aġenda 21”, il-Partijiet għandhom jimmiraw biex itejbu l-iskambju ta' informazzjoni u jistabbilixxu l-aħjar prattika sabiex jiżguraw żvilupp bilanċjat u sostenibbli tat-turiżmu.

2.   Il-Partijiet jiftiehmu li jiżviluppaw kooperazzjoni għas-salvagwardjar u l-immassimizzar tal-potenzjal tal-patrimonju naturali u kulturali, sabiex jittaffew l-impatti negattivi tat-turiżmu, u sabiex tiżdied il-kontribuzzjoni pożittiva tal-industrija tat-turiżmu għall-iżvilupp sostenibbli tal-komunitajiet lokali, inter alia, billi jiġi żviluppat l-ekoturiżmu, waqt li jiġu rispettati l-integrità u l-interessi tal-komunitajiet lokali u indiġeni, u billi jittejjeb it-taħriġ fl-industrija tat-turiżmu.

Artikolu 41

Is-soċjetà tal-informazzjoni

1.   Billi jirrikonoxxu li t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni huma element ewlieni tal-ħajja moderna u huma ta' importanza vitali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, il-Partijiet għandhom jaħdmu sabiex jiskambjaw opinjonijiet dwar il-linji politiċi rispettivi tagħhom f'dan il-qasam bil-għan li jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku.

2.   Il-kooperazzjoni f'dan il-qasam għandha tiffoka, inter alia, fuq:

(a)

parteċipazzjoni fi djalogu reġjonali komprensiv dwar aspetti differenti tas-soċjetà tal-informazzjoni, b'mod partikolari l-linji politiċi u r-regolamenti dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi inklużi s-servizz universali, il-liċenzjar u l-awtorizzazzjonijiet ġenerali, il-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali, kif ukoll l-indipendenza u l-effiċjenza tal-awtorità regolatorja;

(b)

l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks u s-servizzi tal-Partijiet u tal-Asja;

(c)

l-istandardizzazzjoni u d-disseminazzjoni tat-teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

(d)

il-promozzjoni tal-kooperazzjoni dwar ir-riċerka bejn il-Partijiet fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

(e)

kooperazzjoni dwar it-televiżjoni diġitali li tinkludi l-iskambju tal-esperjenzi dwar il-mobilizzazzjoni, aspetti regolatorji u b'mod partikolari il-ġestjoni tal-ispektrum u r-riċerka;

(f)

kooperazzjoni fi proġetti ta' riċerka konġunta fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

(g)

l-aspetti tas-sigurtà tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni kif ukoll il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità;

(h)

il-valutazzjoni tal-konformità tat-telekomunikazzjonijiet, inkluż it-tagħmir tar-radju;

(i)

kooperazzjoni dwar żvilupp ta' netwerk broadband;

(j)

skambju ta' informazzjoni dwar politika ta' kompetizzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

Artikolu 42

L-awdjoviżiv u l-media

Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu, jappoġġaw u jiffaċilitaw l-iskambji, il-kooperazzjoni u d-djalogu bejn l-istituzzjonijiet u l-aġenti rilevanti tagħhom fl-oqsma tal-awdjoviżiv u l-media. Huma jiftiehmu li jistabbilixxu djalogu politiku regolari f'dawn l-oqsma.

Artikolu 43

Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika

1.   Il-Partijiet jiftiehmu li jikkooperaw fl-oqsma tar-riċerka xjentifika u l-iżvilupp teknoloġiku (RTD) fl-oqsma ta' interess u benefiċċju reċiproku.

2.   Il-finijiet ta' din il-kooperazzjoni għandhom ikunu biex:

(a)

jinkoraġġixxu l-iskambju ta' informazzjoni u ta' konoxxenza dwar ix-xjenza u t-teknoloġija, inkluża l-implimentazzjoni ta' linji politiċi u ta' programmi;

(b)

jippromwovu sħubijiet ta' riċerka bejn il-komunitajiet xjentifiċi, iċ-ċentri ta' riċerka, l-universitajiet u l-industrija tal-Partijiet;

(c)

jippromwovu t-taħriġ u l-mobbiltà tar-riċerkaturi;

(d)

jinkoraġixxu s-sehem tal-istituzzjonijiet rispettivi tal-edukazzjoni ogħla, ċentri ta' riċerka u industriji, inklużi intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fil-programmi RTD rispettivi.

3.   Il-kooperazzjoni tista' tieħu l-forma ta' proġetti konġunti ta' riċerka u skambji, laqgħat u taħriġ tar-riċerkaturi permezz ta' skemi ta' mobbiltà u ta' taħriġ internazzjonali u programmi ta' skambju, li jipprovdu għal disseminazzjoni massima tar-riżultati tar-riċerka, tat-tagħlim u tal-aħjar prassi.

4.   Dawn l-attivitajiet ta' kooperazzjoni għandhom ikunu konformi mal-liġijiet u r-regolamenti taż-żewġ Partijiet. Huma bbażati fuq il-prinċipji tar-reċiproċità, it-trattament ġust u l-benefiċċju reċiproku, u jiżguraw protezzjoni effettiv tal-proprjetà intelletwali.

5.   Il-Partijiet jiftiehmu li jagħmlu kull sforz sabiex iżidu l-għarfien pubbliku dwar il-possibbiltajiet offruti mill-programmi rispettivi tagħhom għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika.

Artikolu 44

Enerġija

1.   Il-Partijiet għandhom jaħdmu sabiex itejbu l-kooperazzjoni fis-settur tal-enerġija sabiex:

(a)

isaħħu s-sigurtà tal-enerġija billi jiddiversifikaw il-forniment tal-enerġija, u jiżviluppaw forom ġodda sostenibbli, innovattivi u rinnovabbli tal-enerġija, inklużi, fost l-oħrjan, bijofjuwils u bijomassa, l-enerġija mir-riħ u solari kif ukoll il-ġenerazzjoni tal-enerġija idro u jappoġġaw l-iżvilupp ta' oqfsa xierqa tal-politika biex joħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment u kundizzjonijiet indaqs għall-enerġija rinnovabbli u l-integrazzjoni f'oqsma tal-politika rilevanti;

(b)

jiksbu l-użu razzjonali tal-enerġija b'kontribuzzjonijiet kemm min-naħa tal-provvista kif ukoll tad-domanda bil-promozzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija fil-produzzjoni, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-użu aħħari tal-enerġija;

(c)

jippromwovu l-applikazzjoni ta' standards rikonoxxuti internazzjonalment ta' sikurezza, sigurtà, nonproliferazzjoni u salvagwardji fil-qasam tan-nukleari;

(d)

jindokraw t-trasferiment tat-teknoloġija mmirat lejn il-produzzjoni u l-użu sostenibbli tal-enerġija;

(e)

isaħħu l-bini ta' kapaċità u l-faċilitazzjoni tal-investiment fil-qasam fuq il-bażi ta' regoli kummerċjali trasparenti u mhux diskriminatorji.

2.   Għal dawn il-għanijiet, il-Partijiet jiftiehmu li jippromwovu l-kuntatti u r-riċerka konġunta għall-benefiċċju reċiproku tal-Partijiet, b'mod partikolari permezz ta' oqsfa reġjonali u internazzjonali rilevanti. B'referenza għall-Artikolu 43 u l-konklużjonijiet tas-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (WSSD), li sar f'Johannesburg fl-2002, il-Partijiet jinnotaw il-ħtieġa li jiġu indirizzati r-rabtiet bejn l-aċċess bi prezz raġonevoli għas-servizzi tal-enerġija u l-iżvilupp sostenibbli. Dawn l-attivitajiet jistgħu jkunu promossi f'kooperazzjoni mal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-Enerġija, varata waqt il-WSSD.

3.   Il-kummerċ f'materjali nukleari jsir skont id-disposizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika. Jekk meħtieġ, kummerċ f'materjali nukleari għandu jkun suġġett għad-disposizzjonijiet ta' Ftehim speċifiku li għandu jiġi konkluż bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Mongolja.

Artikolu 45

Trasport

1.   Il-Partijiet jiftiehmu li jikkooperaw fl-oqsma rilevanti tal-politika dwar it-trasport sabiex itejbu l-opportunitajiet ta' investiment u l-moviment ta' merkanzija u passiġġieri, jippromwovu s-sigurtà u s-sikurezza tat-trasport bl-ajru, jiġġieldu kontra l-piraterija, jipproteġu l-protezzjoni ambjentali u jżidu l-effiċjenza tas-sistemi ta' trasport tagħhom.

2.   Il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet f'dan il-qasam għandha tfittex li tippromwovi:

(a)

l-iskambji ta' informazzjoni dwar il-linji politiċi u l-prattiċi tat-trasport rispettivi tagħhom, speċjalment f'dak li jikkonċerna t-trasport urban u rurali, it-trasport bl-ajru, il-loġistika tat-trasport, u l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks ta' trasport multimodali kif ukoll l-immaniġġjar tat-toroq, tal-linji tal-ferrovija, tal-portijiet u tal-ajruporti;

(b)

kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' navigazzjoni bis-satellita b'enfasi fuq kwistjonijiet ta' żvilupp regolatorju, industrijali u tas-suq ta' benefiċċju reċiproku. F'dan ir-rigward, se tingħata konsiderazzjoni lis-sistemi Ewropej tan-navigazzjoni globali bis-satellita EGNOS u Galileo;

(c)

djalogu fil-qasam tas-servizzi tat-trasport bil-ħsieb li jkun hemm eżami tal-iżvilupp tar-relazzjonijiet f'oqsma bħas-sikurezza fl-avjazzjoni, is-sigurtà, l-ambjent, il-ġestjoni tat-traffiku bl-ajru, l-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni u r-regolazzjoni ekonomika tal-industrija tat-trasport bl-ajru, bil-ħsieb li tiġi appoġġata l-approssimizzazzjoni regolatorja u t-tneħħija tax-xkiel meta jsir in-negozju. Il-proġetti ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili ta' interess reċiproku għandhom ikunu promossi aktar. Fuq din il-bażi, il-Partijiet għandhom jesploraw l-ambitu possibbli għal kooperazzjoni aktar mill-qrib fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili;

(d)

tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra fi-settur tat-trasport;

(e)

l-implimentazzjoni ta' standards ta' sigurtà, sikurezza u dawk ambjentali, b'mod partikolari fir-rigward tal-avjazzjoni, b'konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali relevanti;

(f)

kooperazzjoni fil-fora internazzjonali xierqa bil-mira li jkun żgurat infurzar aħjar tar-regolamenti internazzjonali u biex ikun hemm sforz lejn il-kisba tal-objettivi stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Artikolu 46

L-edukazzjoni u l-kultura

1.   Il-Partijiet jiftiehmu li jippromwovu l-edukazzjoni u l-kooperazzjoni kulturali li tirrispetta kif xieraq id-diversità tagħhom, sabiex jiżdied il-fehim reċiproku u l-konoxxenza dwar il-kulturi rispettivi tagħhom. Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom jappoġġaw u jippromwovu l-attivitajiet tal-istituti kulturali u s-soċjetà ċivili.

2.   Il-Partijiet jaħdmu biex jieħdu l-miżuri xierqa biex jippromwovu l-iskambji kulturali u jwettqu inizjattivi konġunti f'diversi sferi kulturali inkluża l-kooperazzjoni fil-konservazzjoni tal-wirt kulturali fir-rigward tad-diversità kulturali.

3.   Il-Partijiet jiftiehmu li jikkonsultaw u jikkooperaw f'fora internazzjonali rilevanti, bħall-UNESCO, sabiex isegwu l-objettivi komuni u jippromwovu d-diversità kulturali kif ukoll il-protezzjoni tal-wirt kulturali. Fir-rigward tad-diversità kulturali, il-Partijiet jiftiehmu wkoll li jippromwovu r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali adottata fl-20 ta' Ottubru 2005.

4.   Il-Partijiet għandhom barra minn hekk jenfasizzaw miżuri mfassla biex jinħolqu rabtiet bejn l-aġenziji speċjalizzati rispettivi tagħhom u li jinkoraġġixxu skambji ta' informazzjoni, tagħrif, studenti, esperti, żgħażagħ u ħaddiema żgħażagħ u riżorsi tekniċi, filwaqt li jieħdu vantaġġ mill-faċilitajiet offruti minn programmi tal-Unjoni Ewropea fl-Asja fil-qasam tal-edukazzjoni u l-kultura kif ukoll l-esperjenza li ż-żewġ Partijiet kisbu f'dan il-qasam. Iż-żewġ naħat jiftiehmu wkoll li jippromwovu l-implimentazzjoni tal-programmi relevanti għall-edukazzjoni ogħla bħall-programm Erasmus Mundus bil-ħsieb tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni u l-modernizzazzjoni fl-edukazzjoni ogħla, u għall-inkoraġġiment tal-mobbiltà akkademika.

Artikolu 47

L-ambjent, il-bidla fil-klima u r-riżorsi naturali

1.   Il-Partijiet jiftiehmu dwar il-ħtieġa li jikkonservaw u jamministraw b'manjiera sostenibbli r-riżorsi naturali u d-diversità bijoloġika bħala bażi għall-iżvilupp tal-ġenerazzjonijiet preżenti u tal-futur.

2.   Il-Partijiet jaqblu li l-kooperazzjoni f'dan il-qasam għandha tippromwovi l-konservazzjoni u t-titjib tal-ambjent bil-għan li jinkiseb l-iżvilupp sostenibbli. L-eżitu tas-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali relevanti multilaterali għandhom jitqiesu fl-attivitajiet kollha li jsiru mill-Partijiet taħt dan il-Ftehim.

3.   Il-Partijiet jiftiehmu li jikkooperaw fil-qasam relatat mal-bidla fil-klima sabiex jadattaw għall-effetti negattivi tal-bidla fil-kilma, biex inaqqsu l-emmissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra u biex iqabbdu l-ekonomiji tagħhom mogħdijiet sostenibbli ta' tkabbir b'użu baxx tal-karobonju. F'dan il-kuntest, il-Partijiet se jesploraw l-użu tal-mekkaniżmi tas-suq tal-karbonju.

4.   Il-Partijiet jiftiehmu li jikkooperaw bil-għan li jtejbu l-effettività reċiproka tal-linji ta' politika kummerċjali u ambjentali, u l-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet ambjentali fis-setturi kollha tal-kooperazzjoni.

5.   Il-Partijiet għandhom jaħdmu sabiex ikomplu u sabiex isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fil-programmi reġjonali dwar il-protezzjoni tal-ambjent, b'mod speċifiku fir-rigward ta':

(a)

il-promozzjoni ta' għarfien ambjentali u t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni lokali, inkluża l-parteċipazzjoni ta' komunitajiet indiġeni u lokali, fl-isforzi tal-protezzjoni ambjentali u l-iżvilupp sostenibbli;

(b)

l-ittrattar tal-bidla fil-klima b'mod partikolari fir-rigward tal-impatti fuq l-ambjent u r-riżorsi naturali;

c)

il-bini tal-kapaċità għall-parteċipazzjoni u l-implimentazzjoni ta' ftehimiet ambjentali multilaterali, inklużi l-bijodiversità, il-bijosikurezza u CITES;

(d)

il-promozzjoni u l-użu ta' teknoloġiji, prodotti u servizzi ambjentali, anke permezz tal-użu ta' strumenti regolatorji u ekoloġiċi;

(e)

it-titjib tal-governanza tal-foresti li jinkludi l-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ assoċjat miegħu, u l-promozzjoni tal-ġestjoni tal-foresti;

(f)

il-prevenzjoni ta' moviment transkonfinali illegali ta' skart solidu u perikoluż u ta' prodotti ta' organiżmi modifikati ħajjin;

(g)

it-titjib tal-kwalità tal-arja tal-ambjent, il-ġestjoni ambjentali tajba tal-iskart, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u tal-kimiċi, u l-promozzjoni tal-konsum u l-produzzjoni sostenibbli;

(h)

il-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ħamrija u l-ġestjoni tal-art sostenibbli;

(i)

il-ġestjoni effettiva tal-parks nazzjonali u l-identifikazzjoni u l-protezzjoni ta' żoni ta' bijodiversità u ta' ekosistemi fraġli, b'attenzjoni dovuta għall-komunitajiet lokali u indiġeni li jgħixu f'dawk iż-żoni jew qribhom.

6.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-aċċess reċiproku għall-programmi tagħhom f'dan il-qasam, f'konformità mat-termini speċifiċi ta' programmi bħal dawn:

(a)

It-twaqqif ta' netwerk ta' monitoraġġ għar-riżerva tal-ilma u l-modernizzazzjoni tiegħu;

(b)

l-introduzzjoni tat-teknoloġija għad-desalinizzazzjoni tal-ilma u l-użu mill-ġdid tiegħu;

(c)

l-iżvilupp tal-ekoturiżmu.

Artikolu 48

L-agrikultura, it-trobbija tal-bhejjem, is-sajd u l-iżvilupp rurali

Il-Partijiet jiftiehmu li jinkoraġġixxu d-djalogu dwar l-agrikoltura, it-trobbija tal-bhejjem, is-sajd u l-iżvilupp rurali. Il-Partijiet sejrin jiskambjaw informazzjoni u sejrin jiżviluppaw kuntatti dwar:

(a)

il-politika agrikola u l-prospetti internazzjonali ġenerali tal-ikel u l-agrikoltura;

(b)

il-possibbiltajiet għall-iffaċilitar tal-kummerċ fil-pjanti, l-annimali, fit-trobbija tal-bhejjem u l-prodotti tagħhom, fid-dawl ta' żvilupp ulterjuri tal-industrija ħafifa fis-settur rurali;

(c)

it-trattament xieraq tal-annimali u tal-bhejjem;

(d)

il-politika tal-iżvilupp rurali;

(e)

skambju ta' esperjenza u netwerks ta' kooperazzjoni bejn l-aġenti lokali u l-operaturi ekonomiċi f'oqsma partikolari bħar-riċerka u t-trasferiment tat-teknoloġija;

(f)

il-politika dwar is-saħħa u l-kwalità fir-rigward tal-pjanti, annimali u bhejjem, b'mod partikolari l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti;

(g)

proposti u inizjattivi ta' kooperazzjoni imressqa quddiem organizzazzjonijiet agrikoli internazzjonali;

(h)

l-iżvilupp ta' agrikultura sostenibbli u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent, li tinkludi l-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba, il-bijofjuwils u t-trasferiment tal-bijoteknoloġiji;

(i)

il-protezzjoni tal-varjetà tal-pjanti, it-teknoloġija taż-żrieragħ, il-bijoteknoloġija agrikola;

(j)

l-iżbilupp ta' bażijiet ta' data u netwerk ta' informazzjoni fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-bhejjem;

(k)

taħriġ fuq l-agrikoltura u l-qasam veterinarju

Artikolu 49

Saħħa

1.   Il-Partijiet jiftiehmu li jikkooperaw fis-settur tas-saħħa li jkopri oqsma bħar-riforma fis-sistema tas-saħħa, il-mard li jittieħed u theddid ieħor għas-saħħa, il-mard li ma jitteħidx, u ftehimiet internazzjonali dwar is-saħħa bil-ħsieb ta' titjib tal-kundizzjonijiet tas-saħħa u t-tqajjim ta' kuxjenza dwar is-saħħa pubblika.

2.   Il-kooperazzjoni għandha ssir l-aktar permezz ta':

(a)

programmi komprensivi immirati lejn riforma sistemika tas-settur tas-saħħa, inkluż it-titjib ta' sistemi tas-saħħa, servizzi tas-saħħa, kundizzjonijiet tas-saħħa u informazzjoni dwar is-saħħa;

(b)

attivitajiet konġunti dwar l-epidemjoloġija, inkluża l-kollaborazzjoni fil-prevenzjoni bikrija ta' theddidiet għas-saħħa bħall-influwenza avjarja u pandemika u mard prinċipali ieħor li jittieħed;

(c)

il-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard li ma jittiħidtx permezz tal-iskambju ta' informazzjoni u prattiċi tajba, il-promozzjoni ta' stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa, l-indirizzar ta' elementi prinċipali li jiddeterminaw is-saħħa bħan-nutrizzjoni, id-dipendenza fuq id-droga, l-alkoħol u t-tabakk;

(d)

il-promozzjoni tal-implimentazzjoni ta' ftehimiet internazzjonali dwar is-saħħa, bħall-Konvenzjoni Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk u r-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa.

Artikolu 50

Impjiegi u affarijiet soċjali

1.   Il-Partijiet jiftiehmu li jtejbu l-kooperazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali, inkluża l-kooperazzjoni dwar il-koeżjoni reġjonali u soċjali, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-ugwaljanza bejn is-sessi u x-xogħol deċenti, bil-għan li tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni.

2.   Il-Partijiet jirriaffermaw il-ħtieġa li jappoġġaw il-proċess tal-globalizzazzjoni li hija ta' benefiċċju għal kulħadd u li jippromwovu l-impjieg sħiħ u produttiv u x-xogħol deċenti bħala element ewlieni tal-iżvilupp sostenibbli u tat-tnaqqis tal-faqar, kif approvat mir-Riżoluzzjoni 60/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-24 ta' Ottubru 2005 (Eżitu tas-Summit Dinji) u d-Dikjarazzjoni Ministerjali tat-Taqsima ta' Livell Għoli tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-NU ta' Lulju 2006 (Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-NU E/2006/L.8 tal-5 ta' Lulju 2006). Il-Partijiet għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi rispettivi u n-natura diversa tas-sitwazzjonijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom.

3.   Il-Partijiet itennu l-impenn tagħhom li jirrispettaw bis-sħiħ u jimplimentaw b'mod effettiv l-istandards ewlenin tax-xogħol u dawk soċjali rikonoxxuti internazzjonalment, kif stabbiliti b'mod partikolari fid-dijarazzjoni tal-ILO dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Prinċipji tax-Xogħol tal-1998 u d-Dikjarazzjoni tal-ILO tal-1998dwar il-Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Ġusta tal-2008. L-implimentazzjoni tal-ftehimiet soċjali u tax-xogħol multilaterali relevanti għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni fl-attivitajiet kollha li jsiru mill-Partijiet taħt dan il-Ftehim. Il-Partijiet jiftiehmu li jikkooperaw u jipprovdu assistenza teknika kif inhu xieraq in vista tal-irratifikar u l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet tal-ILO koperti bid-Dikjarazzjoni tal-ILO tal-1998 u konvenzjonijiet relevanti oħra.

4.   Il-forom ta' kooperazzjoni jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, programmi u proġetti speċifiċi, kif sar qbil fuqhom reċiprokament, kif ukoll djalogu, kooperazzjoni u inizjattivi dwar suġġetti ta' interess komuni fuq livell bilaterali jew multilaterali.

Artikolu 51

Statistika

1.   Il-Partijiet jiftiehmu li jippromwovu l-armonizzazzjoni ta' metodi u prattika statistika inklużi l-ġbir u d-disseminazzjoni tal-istatistika, li tippermettilhom jużaw, fuq bażi reċiproka aċċettabbli, statistika dwar il-kummerċ ta' oġġetti u servizzi u, b'mod aktar ġenerali, dwar kwalunkwe qasam ieħor kopert b'dan il-Ftehim li huwa adatt għall-ġbir, l-ipproċessar, l-analiżi u d-disseminazzjoni tal-istatistika.

2.   Il-Partijiet jiftiehmu li jippromwovu t-twaqqif ta' kuntratt dirett bejn l-awtoritajiet relevanti bil-ħsieb li: jsaħħu kooperazzjoni mill-qrib fil-qasam tal-istatistika; isaħħu l-bini ta' kapaċità tal-korpi tal-istatistika billi jimmodernizzaw u jtejbu l-kwalità tas-sistema tal-istatistika; isaħħu r-riżorsi umani; taħriġ fl-oqsma relevanti kollha; u jappoġġaw is-Sistemi Nazzjonali tal-Istatistika organizzati b'konformità mal-prattiċi stabbiliti internazzjonalment, inklużi l-infrastrutturi meħtieġa.

3.   Il-kooperazzjoni għandha tkopri oqsma ta' interess reċiproku b'enfasi fuq

I.

Statistika Ekonomika:

a.

Kontijiet Nazzjonali

b.

Statistika tan-negozju u reġistrazzjoni

c.

Statistika tal-agrikoltura / farming, trobbija tal-annimali, żvilupp rurali

d.

Riżerva ambjentali u minerali

e.

Industrija

f.

Kummerċ ma' barra f'oġġetti u servizzi

g.

Statistika ta' kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut

h.

Politika ta' reviżjoni

i.

Sigurtà alimentari

j.

Bilanċ tal-pagamenti

II.

Statistika soċjali:

a.

Statistika tal-ġeneru

b.

Statistika tal-migrazzjoni.

c.

Stħarriġ tal-familji

III.

Teknoloġija tal-informazzjoni

a.

Skambju ta' esperjenzi dwar it-teknoloġija elettronika u l-metodoloġija għall-forniment tas-sigurtà tal-informazzjoni, il-ħarsien, il-ħażna u l-privatezza u l-introduzzjoni ta' dawn l-esperjenzi

b.

Skambju ta' esperjenzi dwar it-twaqqif ta' bażi tad-data online għall-konsumaturi bbażat fuq websajt faċli biex tużaha u t-taħriġ f'dan il-qasam

c.

Appoġġ lill-ispeċjalisti tal-IT mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tal-Mongolja fit-twaqqif ta' din il-bażi tad-data

d.

Kooperazzjoni fl-involviment tal-utenti fl-edukazzjoni tagħhom dwar il-bażi tad-data informattiva

Artikolu 52

Is-soċjetà ċivili

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu r-rwol u l-kontribuzzjoni potenzjali ta' soċjetà ċivili organizzata, speċjalment tal-akkademiċi, fil-proċess ta' djalogu u ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim u jiftiehmu li jippromwovu djalogu effettiv mas-soċjetà ċivili organizzata kif ukoll il-parteċipazzjoni effettiva tagħha.

2.   Is-soċjetà ċivili organizzata, suġġetta għad-disposizzjonijiet legali u amministrattivi ta' kull Parti, tista:

(a)

tieħu sehem fil-proċess tat-tfassil ta' politika fil-livell ta' pajjiż, skont il-prinċipji demokratiċi;

(b)

ikunu informati dwar u jipparteċipaw f'konsultazzjonijiet dwar strateġiji tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni u linji politiċi settorjali, partikolarment f'oqsma li jikkonċernawhom, inklużi l-istadji kollha tal-proċess tal-iżvilupp;

(c)

jirċievu riżorsi finanzjarji, safejn ir-regoli interni ta' kull Parti jippermettu, u appoġġ għall-bini ta' kapaċità f'oqsma kritiċi;

(d)

jipparteċipaw fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' kooperazzjoni fl-oqsma li jikkonċernawhom.

Artikolu 53

Il-kooperazzjoni dwar il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-Istat u dik pubblika

Il-Partijiet jiftiehmu li jikkooperaw bil-għan li jimmodernizzaw l-amministrazzjoni pubblika. Il-Kooperazzjoni f'dan il-qasam se tiffoka fuq:

(a)

it-titjib tal-effiċjenza organizzazzjonali;

(b)

iż-żieda tal-effettività tal-istituzzjonijiet fl-għoti tas-servizzi;

(c)

jiżguraw l-amministrazzjoni trasparenti tar-riżorsi pubbliċi u r-responsabbiltà;

(d)

it-titjib tal-qafas legali u istituzzjonali;

(e)

il-bini tal-kapaċitajiet għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika (għoti ta' servizz pubbliku, kompożizzjoni u eżekuzzjoni tal-baġit, politika kontra l-korruzzjoni);

(f)

it-tisħiħ tas-sistemi ġudizzjarji; u

(g)

r-riforma tas-sistema ta' sigurtà

Artikolu 54

Il-kooperazzjoni dwar l-immaniġġar tar-riskju ta' diżastri (IRD)

1.   Il-Partijiet jiftiehmu li jżidu l-kooperazzjoni dwar l-IRD fl-iżvilupp kontinwu u l-implimentazzjoni ta' miżuri sabiex jitnaqqas ir-riskju għall-komunitajiet u jiġu ġestiti l-konsegwenzi ta' diżastri naturali f'kull livell tas-soċjetà. L-azzjonijiet ta' prevenzjoni u approċċ proattiv fit-trattament ta' perikli u riskji fit-tnaqqis tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet għad-diżastri naturali għandhom jingħataw enfasi.

2.   Il-kooperazzjoni f'dan il-qasam għandha tiffoka fuq dawn l-elementi ta' programmi li ġejjin:

(a)

it-tnaqqis jew il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju ta' diżastri;

(b)

il-ġestjoni tal-konoxxenza, l-innovazzjoni, ir-riċerka, u l-edukazzjoni għall-bini ta' kultura ta' sigurtà u ta' reżistenza fil-livelli kollha;

(c)

it-tħejjija għad-diżastri;

(d)

il-politika, l-iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali u tal-kunsens għall-immaniġġar tad-diżastri;

(e)

ir-risposta għad-diżastri;

(f)

l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tar-riskji ta' diżastri.

TITOLU VII

IL-MEZZI TA' KOOPERAZZJONI

Artikolu 55

Riżorsi għall-kooperazzjoni u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji

1.   Il-Partijiet jiftiehmu li jagħmlu disponibbli r-riżorsi xierqa, inklużi mezzi finanzjarji, sa fejn jippermettu r-riżorsi u r-regolamenti rispettivi tagħhom, sabiex jilħqu l-għanijiet tal-kooperazzjoni stabbiliti f'dan il-Ftehim.

2.   Il-Partijiet jiftiehmu li jippromwovu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' assistenza teknika u amministrattiva reċiproka sabiex tipproteġi b'mod effettiv l-interessi finanzjarji tagħhom fil-qasam tal-għajnuna għall-iżvilupp u attivitajiet oħra ta' kooperazzjoni ffinanzjati. Il-Partijiet għandhom jirrispondu minnufih għal talbiet ta' għajnuna amministrattiva reċiproka li jsiru mill-ġudikatura u/jew mill-awtoritajiet investigattivi ta' xi waħda mill-Partijiet bil-ħsieb li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet.

3.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu lill-Bank Ewropew tal-Investiment biex ikompli bl-operazzjonijiet tiegħu fil-Mongolja, skont il-proċeduri u l-kriterji tal-finanzjament tiegħu.

4.   Il-Partijiet għandhom jimplimentaw għajnuna finanzjarja f'konformità mal-prinċipji ta' amministrazzjoni finanzjarja korretta u jikkooperaw fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u tal-Mongolja. Il-Partijiet għandhom jieħdu miżuri effettivi sabiex jipprevjenu u jiġġieldu l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, inter alia, permezz ta' għajnuna amministrattiva reċiproka u għajnuna legali reċiproka fl-oqsma koperti bil-Ftehim preżenti. Kwalunkwe ftehim ieħor jew strument ta' finanzjament li għandu jiġi konkluż bejn il-Partijiet għandu jipprovdi għal klawżoli speċifiċi ta' kooperazzjoni finanzjarja li jkopru kontrolli fuq il-post, spezzjonijiet, kontrolli, u miżuri ta' kontra l-frodi, inklużi, inter alia, dawk li jsiru mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

TITOLU VIII

QAFAS ISTITUZZJONALI

Artikolu 56

Kumitat Konġunt

1.   Il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu taħt dan il-Ftehim Kumitat Konġunt, magħmul minn rappreżentanti taż-żewġ naħat fuq livell għoli xieraq, li l-kompiti tiegħu għandhom ikunu li:

(a)

jiżgura l-funzjonament korrett u l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(b)

jistabbilixxi prijoritajiet fir-rigward tal-għanijiet ta' dan il-Ftehim;

(c)

jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-promozzjoni tal-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

2.   Il-Kumitat Konġunt, u s-Sottokumitat stabbilit fl-Artikolu 28, għandhom, għall-finijiet li jilħqu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, ikollhom is-setgħa li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-każijiet previsti fih. Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu mfassla bi qbil bejn il-Partijiet, wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi meħtieġa biex tiġi stabbilita pożizzjoni fuqu miż-żewġ partijiet. Id-deċiżjonijiet għandhom jorbtu lill-Partijiet li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iwettquhom.

3.   Il-Kumitat Konġunt għandu normalment jiltaqa' kull sena f'Ulaanbaatar u fi Brussell alternattivament f'data stabbilita bi ftehim reċiproku. Jistgħu jiġu konvenuti wkoll laqgħat straordinarji tal-Kumitat Konġunt bi qbil bejn il-Partijiet. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun ippresedut alternattivament minn kull waħda mill-Partijiet. L-aġenda għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt għandha tiġi determinata bi qbil bejn il-Partijiet.

4.   Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi gruppi ta' ħidma speċjalizzati sabiex jgħinuh fil-prestazzjoni tal-kompiti tiegħu. Dawn il-gruppi ta' ħidma għandhom jagħmlu rapporti dettaljati dwar l-attivitajiet tagħhom li jiġu sottomessi lill-Kumitat Konġunt f'kull waħda mil-laqgħat tiegħu.

5.   Il-Partijiet jiftiehmu li għandu jkun ukoll il-kompitu tal-Kumitat Konġunt li jiżgura l-funzjonament korrett ta' kwalunkwe ftehim settorjali jew protokoll li ġie konkluż jew li jkun se jiġi konkluż bejn il-Partijiet.

6.   Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

TITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 57

Klawżola dwar żviluppi futuri

1.   Il-Partijiet jistgħu b'kunsens reċiproku jespandu dan il-Ftehim bil-ħsieb li jkabbru l-livell ta' kooperazzjoni, anke billi jissumplimentawh permezz ta' ftehimiet jew protokolli dwar setturi jew attivitajiet speċifiċi.

2.   Rigward l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, iż-żewġ Partijiet jistgħu jressqu suġġerimenti sabiex iwessgħu l-ambitu tal-kooperazzjoni, waqt li jikkunsidraw l-esperjenza li tkun inkisbet fl-applikazzjoni tiegħu.

Artikolu 58

Ftehimiet oħra

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, la dan il-Ftehim u lanqas l-azzjoni li tittieħed taħtu ma għandha tolqot is-setgħat tal-Istati Membri li jwettqu attivitajiet ta' kooperazzjoni bilaterali mal-Mongolja jew li jikkonkludu, fejn xieraq, ftehimiet ġodda ta' sħubija u kooperazzjoni mal-Mongolja.

Dan il-Ftehim m'għandux jaffettwa l-applikazzjoni tal-obbligi li jkunu ttieħdu mill-Partijiet rispettivi f'relazzjoni ma' partijiet terzi.

Artikolu 59

Twettiq ta' obbligi

1.   Kull Parti tista' tirriferi kwalunkwe diverġenza fl-applikazzjoni jew fl-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim lill-Kumitat Konġunt.

2.   Jekk xi Parti tikkunsidra illi l-Parti l-oħra naqset milli tissodifa xi waħda mill-obbligi taħt dan il-Ftehim tista' tieħu miżuri adatti.

3.   Qabel ma tagħmel hekk, ħlief f'każijiet ta' urġenza partikolari, din għandha tippreżenta lill-Kumitat Konġunt bl-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa sabiex tiġi eżaminata s-sitwazzjoni fid-dettall, bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet.

4.   Fl-għażla tal-miżuri, għandha tingħata prijorità lil dawk li jfixklu l-inqas il-funzjonament ta' dan il-Ftehim. Dawn il-miżuri għandhom jiġu nnotifikati immedjatament lill-Parti l-oħra u għandhom ikunu suġġetti għal konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt jekk il-Parti l-oħra titlob hekk.

5.   Il-Partijiet jiftiehmu, għall-finijiet tal-interpretazzjoni korretta u tal-applikazzjoni prattika ta' dan il-Ftehim, li t-terminu “każijiet ta' urġenza partikolari” fil-paragrafu 3 ifisser każ ta' ksur materjali tal-Ftehim minn waħda mill-Partijiet. Ksur materjali tal-Ftehim jikkonsisti minn:

(i)

riġettazzjoni tal-Ftehim mhux sanzjonata mir-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali; jew

(ii)

vjolazzjoni ta' elementi essenzali tal-Ftehim, jiġifieri tal-Artikoli 1(1) u 3 tiegħu.

Artikolu 60

Faċilitajiet

Biex tkun iffaċilitata l-kooperazzjoni fil-qafas ta' dan il-Ftehim, iż-żewġ Partijiet jiftiehmu li jagħtu l-faċilitajiet neċessarji lill-uffiċjali u lill-esperti involuti fl-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom, skont ir-regoli u r-regolamenti interni taż-żewġ Partijiet.

Artikolu 61

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju li fih japplikaw it-Trattati dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dawk it-Trattati, minn naħa waħda, u għat-territorju tal-Mongolja, min-naħa l-oħra.

Artikolu 62

Definizzjoni tal-Partijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, “il-Partijiet” tfisser l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, b'mod konformi mas-setgħat rispettivi tagħhom, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra.

Artikolu 63

Dħul fis-seħħ u perjodu ta' validità

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-aħħar Parti tkun innotifikat lill-oħra dwar il-konklużjoni tal-proċeduri legali meħtieġa għal dan il-għan.

2.   Dan il-Ftehim jibqa' validu għal perjodu ta' ħames snin. Għandu jiġi awtomatikament estiż għal aktar perjodi suċċessivi ta' sena, sakemm waħda mill-Partijiet ma tinnotifikax lill-Parti l-oħra bil-miktub bl-intenzjoni tagħha li ma testendix dan il-Ftehim sitt xhur qabel it-tmiem ta' kwalunkwe perjodu ta' sena sussegwenti.

3.   Kwalunkwe emenda f'dan il-Ftehim għandha ssir bi ftehim bejn il-Partijiet. Kwalunkwe emenda għandha ssir effettiva biss wara li l-Parti tal-aħħar tkun innotifikat lill-Parti l-oħra li l-formalitajiet kollha neċessarji jkunu ġew konklużi.

4.   Jekk Parti tintroduċi reġim kummerċjali aktar restrittiv rigward l-esportazzjoni tal-materja prima, bħall-introduzzjoni ta' projbizzjonijiet ġodda, restrizzjonijiet, dazji jew imposti ta' kull xorta li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli VII, XI, XX jew XXI tal-GATT 1994, jew ma jkunux awtorizzati taħt tneħħija tad-WTO jew ma jkunx hemm qbil fuqhom mill-Kumitat Konġunt jew is-Sottokumitat dwar il-Kummerċ u l-Investiment taħt l-Artikolu 56, barra minn dak li diġà jkun fis-seħħ fid-data meta jkun ġie inizjalat il-Ftehim, il-Parti l-oħra tista' tadotta miżuri adegwati taħt l-Artikolu 59(3) u (4).

5.   Dan il-Ftehim jista' jiġi terminat minn waħda mill-Partijiet permezz ta' avviż bil-miktub tar-rinunzja lill-Parti l-oħra. It-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara l-irċevuta tan-notifika mill-Parti l-oħra.

Artikolu 64

Notifiki

In-notifiki magħmula taħt l-Artikolu 63 għandhom isiru lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lid-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin tal-Mongolja, rispettivament.

Artikolu 65

Test awtentiku

Dan il-Ftehim huwa mfassal bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Mongola, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

Съставено в Улан Батор на тридесети април две хиляди и тринадесета година.

Hecho en Ulán Bator, el treinta de abril de dos mil trece.

V Ulánbátaru dne třicátého dubna dva tisíce třináct.

Udfærdiget i Ulaanbaatar den tredivte april to tusind og tretten

Geschehen zu Ulan-Bator am dreißigsten April zweitausenddreizehn.

Kahe tuhande kolmeteistkümnenda aasta aprillikuu kolmekümnendal päeval Ulaanbaataris.

Έγινε στο Ουλάν Μπατόρ, στις τριάντα Απριλίου δύο χιλιάδες δεκατρία.

Done at Ulaanbaatar on the thirtieth day of April in the year two thousand and thirteen.

Fait à Oulan-Bator, le trente avril deux mille treize.

Fatto a Ulan-Bator, addì trenta aprile duemilatredici.

Ulanbatorā, divi tūkstoši trīspadsmitā gada trīsdesmitajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai tryliktų metų balandžio trisdešimtą dieną Ulan Batore.

Kelt Ulánbátorban, a kétezer-tizenharmadik év április havának harmincadik napján.

Magħmul f'Ulaanbaatar, fit-tletin jum ta’ April tas-sena elfejn u tlettax.

Gedaan te Ulaanbaatar, de dertigste april tweeduizend vier dertien.

Sporządzono w Ułan Bator dnia trzydziestego kwietnia roku dwa tysiące trzynastego.

Feito em Ulaanbaatar, em trinta de abril de dois mil e treze.

Întocmit la Ulan Bator la treizeci aprilie două mii treisprezece.

V Ulanbátare tridsiateho apríla dvetisíctrinásť.

V Ulaanbaatarju, dne tridesetega aprila leta dva tisoč trinajst.

Tehty Ulaanbaatarissa kolmantenakymmenentenä päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattakolmetoista.

Som skedde i Ulaanbaatar den trettionde april tjugohundratretton.

Энэхүү хэлэлцээрийг Улаанбаатар хотноо 2013 оны 4 дүгээр сарын 30-ны өдөр үйлдэв.

Voor het Koninkrijk België

Pour le Royaume de Belgique

Für das Königreich Belgien

Image

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

За Република България

Image

Za Českou republiku

Image

For Kongeriget Danmark

Image

Für die Bundesrepublik Deutschland

Image

Eesti Vabariigi nimel

Image

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

Image

Για την Ελληνική Δημοκρατία

Image

Por el Reino de España

Image

Pour la République française

Image

Per la Repubblica italiana

Image

Για την Κυπριακή Δημοκρατία

Image

Latvijas Republikas vārdā –

Image

Lietuvos Respublikos vardu

Image

Pour la Grand-Duché de Luxembourg

Image

A Magyar Köztársaság részéről

Image

Għal Malta

Image

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

Image

Für die Republik Österreich

Image

W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej

Image

Pela República Portuguesa

Image

Pentru România

Image

Za Republiko Slovenijo

Image

Za Slovenskú republiku

Image

Suomen tasavallan puolesta

För Republiken Finland

Image

För Konungariket Sverige

Image

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Монгол Улсын Засгийн газрыг төлөөлж

Image


9.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/36


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2271

tat-30 ta' Novembru 2017

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/949 (2) il-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ġie ffirmat fil-31 ta' Ottubru 2016, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 4(1) tal-Protokoll (3).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. SIMSON


(1)  Kunsens ta' tas-16 ta' Mejju 2017 (għadu mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/949 tas-6 ta' Ġunju 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 159, 16.6.2016, p. 1).

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


9.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/37


PROTOKOLL

għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TAN- NETHERLANDS,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem “l-Istati Membri”, u

L-UNJONI EWROPEA,

minn naħa waħda, u

IL-GVERN TAL-MONGOLJA, minn hawn 'il quddiem “il-Mongolja”,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin “il-Partijiet Kontraenti” għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013,

BILLI l-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, ġie ffirmat f'UlaanBaatar fit-30 ta' April 2013,

BILLI t-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem “it-Trattat ta' Adeżjoni”, ġie ffirmat fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2011,

BILLI, skont l-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tagħha mal-Ftehim għandha tiġi miftiehma bil-konklużjoni ta' protokoll għall-Ftehim,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Kroazja taderixxi mal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra, iffirmat f'UlaanBaatar fit-30 ta' April 2013 u rispettivament tadotta, u tieħu nota ta', it-test tal-Ftehim, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Fi żmien debitu wara l-inizjalar ta' dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea għandha tikkomunika lill-Istati Membri tagħha u lill-Mongolja t-test tal-Ftehim bil-lingwa Kroata. Soġġett għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, t-test tal-Ftehim bil-lingwa Kroata jsir awtentiku taħt l-istess kundizzjonijiet tat-testi tal-Ftehim bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll jifforma parti integrali mill-Ftehim.

Artikolu 4

1.   Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Unjoni Ewropea, mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mill-Mongolja skont il-proċeduri proprji tagħhom. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri neċessarji għal dak l-għan. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu depożitati għand is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar konsegwenti għad-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta' approvazzjoni, iżda mhux qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

Artikolu 5

Dan il-Protokoll huwa mfassal f'żewġ eżemplari bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bil-Mongoljan, b'kull test ugwalment awtentiku.

B'XHIEDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji ffirmati hawn taħt, debitament awtorizzati għal dan l-effett, iffirmaw dan il-Protokoll.

Съставено в Брюксел на тридесет и първи октомври през две хиляди и шестнадесета година.

Hecho en Bruselas, el treinta y uno de octubre de dos mil dieciséis.

V Bruselu dne třicátého prvního října dva tisíce šestnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den enogtredivte oktober to tusind og seksten.

Geschehen zu Brüssel am einunddreißigsten Oktober zweitausendsechzehn.

Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta oktoobrikuu kolmekümne esimesel päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τριάντα μία Οκτωβρίου δύο χιλιάδες δεκαέξι.

Done at Brussels on the thirty-first day of October in the year two thousand and sixteen.

Fait à Bruxelles, le trente-et-un octobre deux mille seize.

Sastavljeno u Bruxellesu trideset prvog listopada godine dvije tisuće šesnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì trentuno ottobre duemilasedici.

Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada trīsdesmit pirmajā oktobrī.

Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų spalio trisdešimt pirmą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év október havának harmincegyedik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-wieħed u tletin jum ta’ Ottubru fis-sena elfejn u sittax.

Gedaan te Brussel, eenendertig oktober tweeduizend zestien.

Sporządzono w Brukseli dnia trzydziestego pierwszego października roku dwa tysiące szesnastego.

Feito em Bruxelas, em trinta e um de outubro de dois mil e dezasseis.

Întocmit la Bruxelles la treizeci și unu octombrie două mii șaisprezece.

V Bruseli tridsiateho prvého októbra dvetisícšestnásť.

V Bruslju, dne enaintridesetega oktobra leta dva tisoč šestnajst.

Tehty Brysselissä kolmantenakymmenentenäensimmäisenä päivänä lokakuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.

Som skedde i Bryssel den trettioförsta oktober år tjugohundrasexton.

Хоёр мянга арван зургаан оны аравдугаар сарын гучин нэгний өдөр Брюссель хотноо үйлдэв.

За държавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Za države članice

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā –

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu Państw Członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

För medlemsstaterna

Гишүүн улсыг тѳлѳѳлж

Image

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Европын Холбоог тѳлѳѳлж

Image

За Монголия

Por Mongolia

Za Mongolsko

For Mongoliet

Für die Mongolei

Mongoolia nimel

Για τη Μογγολία

For Mongolia

Pour la Mongolie

Za Mongoliju

Per la Mongolia

Mongolijas vārdā –

Mongolijos vardu

Mongólia Részéről

Għall-Mongolja

Voor Mongolië

W imieniu Mongolii

Pela Mongólia

Pentru Mongolia

Za Mongolsko

Za Mongolijo

Mongolian Puolesta

För Mongoliet

Монгол Улсыг тѳлѳѳлж

Image


REGOLAMENTI

9.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/40


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2272

tat-8 ta' Diċembru 2017

li jdaħħal isem fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (“Kabanosy staropolskie” (STG))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26 u l-Artikolu 52(3)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Polonja ressqet l-isem “Kabanosy staropolskie” bil-ħsieb li jkun jista' jiddaħħal fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti previst bl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Il-“Kabanosy staropolskie” huma zlazet nixfin, tawwalin u rqaq.

(2)

L-isem “Kabanosy” kien ġie rreġistrat qabel (2) bħala speċjalità tradizzjonali garantita mingħajr riżerva tal-isem skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 (3).

(3)

Wara l-proċedura ta' oppożizzjoni nazzjonali msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-isem “Kabanosy” ġie kkumplementat bit-terminu “staropolskie”. Dan it-terminu kumplimentari jidentifika l-karattru tradizzjonali tal-isem, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet it-tressiq tal-isem “Kabanosy staropolskie” u ppubblikatu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4).

(5)

Fis-26 ta' Awwissu 2016, il-Kummissjoni rċeviet dikjarazzjoni motivata ta' oppożizzjoni. Fid-9 ta' Settembru 2016, il-Kummissjoni ttrażmettiet id-dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni.

(6)

Ir-Rumanija sostniet li r-reġistrazzjoni tal-isem “Kabanosy staropolskie” tipperikola l-eżistenza tal-isem parzjalment omonimu “Cabanos”, li huwa l-isem Rumen tal-varjetà Rumena tal-“Kabanosy”. Tabilħaqq, “Cabanos” huwa l-isem ta' prodotti tal-laħam Rumeni b'materja prima u teknoloġija ta' produzzjoni simili ħafna għal dawk tal-“Kabanosy staropolskie” li qed jiġi propost mill-Polonja bħala Speċjalità Tradizzjonali Garantita (STG).

(7)

Peress li din l-oppożizzjoni setgħet tintlaqa', b'ittra tas-7 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni stiednet lill-Polonja u lir-Rumanija jikkonsultaw lil xulxin b'mod xieraq għal perjodu ta' tliet xhur sabiex jilħqu qbil bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom.

(8)

Intlaħaq qbil bejn il-partijiet. Il-Polonja għarrfet lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-ftehim b'ittra tat-2 ta' Frar 2017.

(9)

Il-Polonja u r-Rumanija qablu li l-protezzjoni għandha tkopri biss it-terminu “Kabanosy staropolskie” bis-sħiħ. B'hekk, tali protezzjoni ma għandhiex għalfejn tfixkel l-użu tat-terminu “Kabanosy”per se, u lanqas l-użu ta' varjazzjonijiet tiegħu, bħal “Cabanos”.

(10)

Il-Kummissjoni tinnota li dan il-qbil jagħraf li l-isem “Kabanosy staropolskie” għandu jiġi rreġistrat bħala STG, filwaqt li għandu l-għan li jiżgura l-użu ġust tad-drittijiet relatati.

(11)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-isem “Kabanosy staropolskie” jiddaħħal fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'dan l-isem “Kabanosy staropolskie” (STG) jiddaħħal fir-reġistru.

L-Ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-STG “Kabanosy” għandha titqies li hi l-Ispeċifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għall-STG “Kabanosy staropolskie” bir-riżervar tal-isem.

Il-“Kabanosy staropolskie” (STG) huwa prodott tal-Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.), kif elenkat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (5).

Artikolu 2

L-isem “Kabanosy staropolskie” (STG) huwa protett bħala isem sħiħ. It-terminu “Kabanosy” jista' jibqa' jintuża, ukoll fil-varjazzjonijiet lingwistiċi u fit-traduzzjonijiet tiegħu, mal-Unjoni Ewropea kollha, dejjem jekk ikunu rispettati l-prinċipji u r-regoli applikabbli fl-ordni legali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1044/2011 tad-19 ta' Ottubru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Kabanosy (STG)) (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 16).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1). Regolament imħassar u sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  ĠU C 188, 27.5.2016, p. 6.

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


9.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/42


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2273

tat-8 ta' Diċembru 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (2) kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 836/2014 (3), jippermetti eċċezzjonalment, sal-31 ta' Diċembru 2017, skont ċerti kundizzjonijiet u meta ma jkunx disponibbli għattuq imkabbar b'mod organiku, li għattuq imkabbar mhux b'mod organiku, għall-produzzjoni tal-bajd, ta' mhux iktar minn 18-il ġimgħa, jista' jiddaħħal f'unità ta' bhejjem organiċi.

(2)

Il-produzzjoni ta' għattuq imkabbar b'mod organiku għall-produzzjoni tal-bajd ma kinitx disponibbli fi kwantità u bi kwalità suffiċjenti fis-suq tal-Unjoni biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-bdiewa tat-tiġieġ li jbidu. Sabiex ikun hemm lok għal iżjed żmien biex tiġi żviluppata l-produzzjoni ta' għattuq organiku għall-produzzjoni tal-bajd, il-perjodu ta' applikazzjoni tar-regoli ta' produzzjoni eċċezzjonali għall-użu ta' għattuq imkabbar mhux b'mod organiku għall-produzzjoni tal-bajd ta' mhux aktar minn 18-il ġimgħa, jenħtieġ li jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2018.

(3)

L-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 836/2014 jippermetti b'mod eċċezzjonali, għas-snin kalendarji 2015, 2016 u 2017, ammont massimu ta' 5 % ta' għalf mhux organiku tal-proteini biex jintuża għall-ispeċijiet tal-ħnieżer u tat-tjur.

(4)

Il-provvista tal-proteini organiċi ma kinitx disponibbli fis-suq tal-Unjoni fi kwantità u bi kwalità suffiċjenti biex tissodisfa l-ħtiġijiet nutrizzjonali tal-ħnieżer u tat-tjur imrobbija fi rziezet organiċi. Il-produzzjoni tal-għelejjel organiċi tal-proteini għadha lura meta mqabbla mad-domanda. Għalhekk jixraq li jiġi estiż il-perjodu tal-possibbiltà eċċezzjonali ta' użu ta' proporzjon limitat ta' għalf mhux organiku tal-proteini sal-31 ta' Diċembru 2018.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 889/2008 jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 42(b) id-data “31 ta' Diċembru 2017” qed tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2018”.

(2)

Fl-Artikolu 43, it-tieni subparagrafu qed jinbidel b'dan li ġej:

“Il-perċentwal massimu ta' għalf mhux organiku tal-proteini awtorizzat għal kull perjodu ta' 12-il xahar għal dawk l-ispeċijiet għandu jkun ta' 5 % għas-sena kalendarja 2018.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 836/2014 tal-31 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 230, 1.8.2014, p. 10).


9.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/44


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2274

tat-8 ta' Diċembru 2017

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għal preparazzjoni ta' 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036) bħala addittiv tal-għalf għall-ħut (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma EOOD)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036) bħala addittiv tal-għalf għall-ħut. Ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu wkoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Din l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta minn Komagataella pastoris (DSM 23036) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”.

(4)

L-użu ta' dik il-preparazzjoni kien awtorizzat għal għaxar snin għat-tiġieġ u għad-dundjani għat-tismin, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir, għat-tiġieġ tal-bajd, għal speċijiet tat-tjur oħrajn għat-tismin u għall-bajd, għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer għat-tismin u għall-ħnieżer nisa mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 98/2012 (2).

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-21 ta' Marzu 2017 (3) li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni ta' 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodott minn Komagataella pastoris (DSM 23036) ma għandhiex effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. L-awtorità kkonkludiet li l-addittiv għandu l-potenzjal li jkun effikaċi fit-trota qawsalla u fis-salamun u li din il-konklużjoni tista' tiġi estrapolata għall-ispeċijiet kollha ta' ħut bil-pinen. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni ta' preparazzjoni ta' 6-fitasi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant jenħtieġ li l-użu ta' din il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 98/2012 tas-7 ta' Frar 2012 rigward l-awtorizzazzjoni tal-enzima 6-fitasi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Pichia pastoris (DSM 23036) bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ u dundjani għat-tismin, tiġieġ imrobbija għall-bajd, dundjani mrobbija għat-tgħammir, tiġieġ tal-bajd, speċijiet tat-tjur oħrajn għat-tismin u għall-bajd, ħnienes miftuma, ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Huvepharma AD) ĠU L 35, 8.2.2012, p. 6.

(3)  EFSA Journal 2017;15(4):4763.


ANNESS

In-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

L-addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

L-ispeċi jew il-kategorija ta' annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

L-unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Il-grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità.

4a16

Huvepharma EOOD

6-fitażi

(EC 3.1.3.26)

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036) b'attività minima ta':

 

4 000 OTU (1)/g f'għamla solida

 

8 000 OTU/g f'għamla likwida

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Komagataella pastoris (DSM 23036)

Metodu analitiku  (2)

Għal kwantifikazzjoni tas-6-fitażi fl-għalf:

Il-metodu kolorimetriku bbażat fuq il-kwantifikazzjoni tal-fosfat inorganiku rilaxxat mill-enzima mill-fitat tas-sodju

Ħut

500 OTU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Għall-użu fl-għalf li fih aktar minn 0,23 % ta' fosforu magħqud mal-fitin.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun permezz ta' proċeduri u miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni, inkluż il-protezzjoni tan-nifs u l-protezzjoni tal-ġilda.

29.12.2027


(1)  1 OTU huwa l-ammont ta'enzima li jikkatalizza r-rilaxx ta' 1 mikromol ta' fosfat inorganiku fil-minuta minn 5,1 mM fitat tas-sodju f'buffer ta' ċitrat pH 5,5 fi 37 °C, imkejjel bħala l-kulur kumpless ikħal tal-P-molibdat fil-livell ta' 820 nm.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: http://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


9.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/47


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2275

tat-8 ta' Diċembru 2017

dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni ta' Lactobacillus acidophilus (CECT 4529) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Centro Sperimentale del Latte)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għal użu ġdid tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus acidophilus (CECT 4529). Ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu wkoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni ta' Lactobacillus acidophilus (CECT 4529) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin li trid tiġi kklassifikata fil-kategorija ta' addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Il-preparazzjoni ta' Lactobacillus acidophilus (CECT 4529), li tinsab fil-kategorija tal-addittivi “addittivi zootekniċi”, ġiet awtorizzata għal għaxar snin bħala addittiv fl-għalf għall-użu fit-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/38 (2).

(5)

Fl-opinjoni tagħha tal-21 ta' Marzu 2017 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta' Lactobacillus acidophilus (CECT 4529) ma għandhiex effett avvers fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. Hija kkonkludiet ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jtejjeb iż-żieda fil-piż/piż finali biss fi tnejn minn tliet studji vvalutati. Iż-żewġ studji l-oħrajn ġew esklużi minħabba l-mortalità għolja aktar mis-soltu u l-livell baxx ta' prestazzjoni fit-tkabbir tal-għasafar. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Madankollu dawn l-evidenzi ġew iġġudikati bħala indikazzjoni suffiċjenti tat-titjib tal-parametri żootekniċi taż-żieda fil-piż. Għalhekk, kien ikkunsidrat li d-dejta pprovduta tissodisfa l-kundizzjonijiet biex tintwera l-effikaċja tal-addittiv għat-tismin.

(7)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus acidophilus (CECT 4529) turi li ntlaqħu l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant jenħtieġ li l-użu ta' din il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/38 tat-13 ta' Jannar 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Lactobacillus acidophilus CECT 4529 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ bajjada u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1520/2007 (detentur tal-awtorizzazzjoni Centro Sperimentale del Latte) (ĠU L 8, 14.1.2015, p. 4).

(3)  EFSA Journal 2017; 15(4):4762.


ANNESS

In-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

L-ispeċi jew il-kategorija tal-annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Il-grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana

4b1715

Centro Sperimentale del latte

Lactobacillus acidophilus CECT 4529

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Lactobacillus acidophilus CECT 4529 li fih minimu ta': 5 × 1010 CFU/g ta' addittiv (forma solida).

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus acidophilus CECT 4529.

Il-metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni: metodu bi pjanċi tat-tifrix bl-użu tal-agar MRS (EN 15787)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

Tiġieġ tas-simna

1 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inklużi l-protezzjoni tal-għajnejn, tal-ġilda, u tan-nifs.

29.12.2027


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


9.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/50


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2276

tat-8 ta' Diċembru 2017

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għal użu ġdid tal-preparat tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737). Ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu wkoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid għall-preparat tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa biex ikollhom benefiċċju fil-ħnienes, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Il-preparat tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737), li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”, kien awtorizzat għal għaxar snin bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 107/2010 (2), għat-tiġieġ tal-bajd, għall-papri għat-tismin, għas-summien, għall-faġani, għall-perniċi, għall-fargħuni, għall-ħamiem, għall-wiżż għat-tismin u għan-nagħm bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2011 (3), għall-ħnienes miftuma u għas-Suidae miftuma ħlief Sus scrofa domesticus bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 306/2013 (4) u għad-dundjani għat-tismin u għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 787/2013 (5) u għat-tiġieġ tal-bajd u l-ispeċitajiet minuri tat-tiġieġ tal-bajd bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1020 (6).

(5)

Fl-opinjoni tagħha tas-16 ta' Mejju 2017 (7), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti dwar l-użu, il-preparat tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) ma għandux effetti negattivi fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem u l-ambjent. Hija kkonkludiet ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jtejjeb it-tkabbir tal-ħnienes mit-twelid sa meta jieqfu jerdgħu meta miżjuda mad-dieti tal-ħnieżer nisa minn tliet ġimgħat qabel il-ħlas sakemm il-ħnienes jinfatmu. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-preparat tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dak il-preparat jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, huwa awtorizzat bħala addittiv għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 107/2010 tat-8 ta' Frar 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Bacillus subtilis ATCC PTA-6737 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (ĠU L 36, 9.2.2010, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2011 tal-5 ta' Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbijin biex ibidu, il-papri għat-tismin, is-summien, il-faġani, il-perniċi, il-fargħuni, il-ħamiem, il-wiżż għat-tismin u n-nagħm (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (ĠU L 229, 6.9.2011, p. 3).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 306/2013 tat-2 ta' April 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) għall-ħnienes miftuma u Suidae miftuma minbarra Sus scrofa domesticus (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (ĠU L 91, 3.4.2013, p. 5).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 787/2013 tas-16 ta' Awwissu 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani għas-simna u dundjani mkabbra għat-tgħammir (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (ĠU L 220, 17.8.2013, p. 15).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1020 tad-29 ta' Ġunju 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparat tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd u għal speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (ĠU L 163, 30.6.2015, p. 22)

(7)  EFSA Journal 2017; 17(5):4855.


ANNESS

In-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Il-kompożizzjoni, il-formula kimika, id-deskrizzjoni, il-metodu analitiku

L-ispeċi jew il-kategorija tal-annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Il-grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana

4b1823

Kemin Europa N.V.

Bacillus subtilis ATCC PTA-6737

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) li fih minimu ta' 1 × 1010 CFU/g ta' addittiv

Għamla solida

Il-Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Spori vijabbli ta' Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737)

Il-metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni: il-metodu tat-tifrix bl-użu tat-tryptone soya agar bi trattament minn qabel ta' sħana tal-kampjuni tal-għalf.

Identifikazzjoni: metodu ta' elettroforeżi bil-ġell f'kamp pulsat (PFGE).

Ħnieżer nisa

1 × 108

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Għall-użu fil-ħnieżer nisa, minn tliet ġimgħat qabel ma jferrgħu għall-perjodu kollu tat-treddigħ.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u b'miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'apparat ta' protezzjoni personali, inkluża l-protezzjoni tan-nifs.

29.12.2027


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


DEĊIŻJONIJIET

9.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/53


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2277

tat-8 ta' Diċembru 2017

li tiddetermina li s-sospensjoni temporanja tad-dazju doganali preferenzjali skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 19/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mhijiex adegwata għall-importazzjonijiet tal-banana li toriġina mill-Perù

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 19/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Kolombja, il-Perù u l-Ekwador, min-naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ġie introdott mekkaniżmu ta' stabbilizazzjoni għall-banana n introduced bil-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Kolombja, il-Perù u l-Ekwador fuq in-naħa l-oħra, li japplika b'mod provviżorju fir-rigward tal-Perù mill-1 ta' Marzu 2013.

(2)

Skont dan il-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni, kif implimentat mir-Regolament (UE) Nru 19/2013, ġaladarba jinqabeż volum ta' skattar definit għall-importazzjonijiet tal-banana friska (l-intestatura 0803 00 19 tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea tal-1 ta' Jannar 2012) minn wieħed mill-pajjiżi kkonċernati, il-Kummissjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni li jrid jiġi adottat permezz tal-proċedura ta' urġenza stabbilita fl-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) Nru 19/2013, tista' tissospendi temporanjament id-dazju doganali preferenzjali applikat fuq l-importazzjonijiet tal-banana friska għal dak il-pajjiż jew tiddetermina li tali sospensjoni mhix xierqa.

(3)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' banana friska, li toriġina mill-Perù, qabżu l-limitu ta' 93 750 tunnellata kif definit mill-Ftehim fis-16 ta' Ottubru 2017.

(4)

F'dan il-kuntest, skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 19/2013, il-Kummissjoni qieset l-impatt tal-importazzjonijiet ikkonċernati fuq il-qagħda tas-suq tal-banana tal-Unjoni sabiex tiddeċiedi jekk id-dazju doganali preferenzjali jinħtiġx li jiġi sospiż. Il-Kummissjoni eżaminat l-effett tal-importazzjonijiet ikkonċernati fuq il-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni, l-iżvilupp tal-importazzjonijiet minn sorsi oħra u l-istabbiltà ġenerali tas-suq tal-banana friska tal-Unjoni.

(5)

L-importazzjonijiet tal-banana friska mill-Perù rrappreżentaw biss 2,7 % tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' banana friska li kienet suġġetta għall-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni tal-banana meta l-importazzjonijiet qabżu l-livell limitu tagħhom għall-2017. Barra minn hekk, il-Perù tirrappreżenta biss 2,25 % tal-importazzjonijiet totali tal-banana friska fl-Unjoni.

(6)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi esportaturi kbar li magħhom l-Unjoni għandha wkoll Ftehim ta' Kummerċ Ħieles, speċjalment il-Kolombja, l-Ekwador u l-Costa Rica ammontaw għal 58,7 %, 61,4 % u 60,4 % tal-limiti rispettivi tagħhom. Il-kwantitajiet “mhux użati” fl-ambitu tal-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni (madwar 2,3 miljun tunnellata) huma ogħla sew mill-importazzjonijiet totali mill-Perù sa issa (93 800 tunnellata).

(7)

F'termini ta' prezzijiet, l-importazzjoni ta' banana mill-Perù ma kellhiex effett negattiv fuq il-prezz ta' importazzjoni tal-banana tal-oriġini kollha. Fil-fatt, il-prezz ta' importazzjoni tal-banana mill-Perù kien f'medja ta' EUR 732 għal kull tunnellata għall-ewwel tmien xhur tal-2017, u dan huwa ogħla mill-prezz ta' importazzjoni tal-Unjoni tal-medja (peżata) tal-banana tal-oriġini kollha (madwar EUR 720 għal kull tunnellata). Barra minn hekk, dan l-aħħar prezz isegwi x-xejra annwali u kien relattivament stabbli.

(8)

Il-valutazzjoni sussegwenti tal-effett ta' dawn l-importazzjonijiet fuq prezzijiet bl-ingrossa fil-mument li l-Perù qabeż il-limitu, huwa ċar li għalkemm il-prezz bl-ingrossa tal-Unjoni tal-medja peżata għall-banana (tal-oriġini kollha) f'Settembru 2017 (EUR 861 għal kull tunellata) kien 9,5 % aktar baxx minn Settembru 2016 (EUR 952 għal kull tunnellata), il-prezz bl-ingrossa għall-banana prodotta fl-UE kien relattivament stabbli, b'EUR 910 għal kull tunnellata f'Settembru 2017 meta mqabbel ma' EUR 915 għal kull tunnellata f'Settembru 2016.

(9)

Għaldaqstant, f'dan l-istadju, la hemm indikazzjoni li l-istabbiltà tas-suq tal-Unjoni kienet affettwata mill-importazzjonijiet ta' banana friska mill-Perù li jaqbżu l-volum ta' importazzjoni ta' skattar annwali definit, u lanqas li dan kellu xi impatt sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni.

(10)

Ma hemm l-ebda indikazzjoni li hemm it-theddida ta' deterjorament serju jew ta' deterjorament serju fis-sitwazzjoni ekonomika fir-reġjuni periferiċi tal-Unjoni f'Ottubru 2017.

(11)

Għaldaqstant, is-sospensjoni tad-dazju doganali preferenzjali fuq l-importazzjonijiet tal-banana li toriġina mill-Perù ma tidhirx li hija xierqa f'dan l-istadju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sospensjoni temporanja tad-dazji doganali preferenzjali fuq l-importazzjonijiet tal-banana friska kklassifikata taħt l-intestatura 0803 00 19 tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea u li toriġina mill-Perù mhijiex xierqa.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 17, 19.1.2013, p. 1.


Rettifika

9.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/55


Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2228 tal-4 ta' Diċembru 2017 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 319 tal-5 ta' Diċembru 2017 )

F'paġna 4, fit-tabella tal-Anness, il-kolonna “(a) In-numru ta' referenza”,

minflok:

“X”,

aqra:

“306”;

F'paġna 5, fit-tabella tal-Anness, il-kolonna “(a) In-numru ta' referenza”,

minflok:

“Y”,

aqra:

“307”.