ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 324

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
8 ta' Diċembru 2017

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2243 tat-30 ta' Novembru 2017 li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1212/2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

1

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2244 tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

3

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2245 tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

6

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2246 tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

8

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2247 tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

11

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2248 tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

14

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2249 tal-4 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-paġella ħamra fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

17

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2250 tal-4 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

19

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2251 tal-4 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-merluzz fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

21

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2252 tal-4 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

23

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2253 tal-4 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-lingwata komuni fiż-żoni VIIIa u VIIIb minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

25

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2254 tal-4 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-Alonga tat-Tramuntana fl-Oċean Atlantiku, fit-tramuntana 5° N minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

27

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2255 tal-4 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-barbun tat-tbajja' fiż-żoni VIII, IX u X; fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona CECAF 34.1.1 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

29

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2256 tal-4 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-bakkaljaw fiż-żona 3M tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO) minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Estonja

31

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2257 tal-4 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-petriċa kbira fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

33

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2258 tal-4 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-megrim fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

35

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2259 tal-4 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-grenadier imnieħru tond fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

37

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2260 tal-5 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

39

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2261 tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Ministerjali Konġunt u fil-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni stabbiliti permezz tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ministerjali Konġunt, u t-Termini ta' Referenza tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni u s-sottokumitati

41

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/2262 tal-4 ta' Diċembru 2017 li taħtar membri tal-kumitat previst mill-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

50

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2263 tas-7 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia

51

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2264 tas-7 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali)

52

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2265 tas-7 ta' Diċembru 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

53

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2266 tas-6 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1138 fir-rigward ta' ċerti skadenzi għall-użu ta' standards tal-UN/Cefact għall-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sajd (notifikata bid-dokument C(2017) 8089)

55

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2267 tas-7 ta' Diċembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2017) 8522)  ( 1 )

57

Rettifika

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/971 tat-8 ta' Ġunju 2017 li tiddetermina l-arranġamenti għall-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE fil-qafas tal-PSDK u li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja, 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta' taħriġ militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) ( ĠU L 146, 9.6.2017 )

69

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2243

tat-30 ta' Novembru 2017

li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1212/2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1212/2014 (2), il-Kummissjoni kklassifikat prodott solidu, ċilindriku, bil-kamin magħmul minn liga tat-titanju u ppreżentat għall-użu fil-qasam tal-kirurġija tat-trawmi taħt il-kodiċi NM 8108 90 90.

(2)

Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-51/16 (3), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-intestatura 9021 tan-Nomenklatura Magħquda (NM) stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (4), kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 (5), għandha tiġi interpretata li tfisser li viti għall-impjanti medikali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqgħu taħt dik l-intestatura billi dawn il-prodotti għandhom karatteristiċi li jiddistingwuhom minn prodotti ordinarji, b'mod partikolari meta jitqies il-livell għoli tal-manifattura tagħhom, il-grad għoli ta' preċiżjoni tagħhom, il-metodu tal-manifattura tagħhom u l-ispeċifiċità tal-funzjoni tagħhom. B'mod partikolari, il-fatt li viti għall-impjanti medikali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħu jiġu installati fil-ġisem biss permezz ta' strumenti medikali speċifiċi, u mhux permezz ta' strumenti ordinarji, hija waħda mill-karatteristiċi li jridu jiġu kkunsidrati sabiex issir distinzjoni bejn dawk il-viti għall-impjanti medikali minn prodotti ordinarji.

(3)

Il-prodott kopert bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1212/2014 jikkorrispondi mal-istandards ISO/TC 150 għall-viti għall-impjanti, huwa ppreżentat għall-użu fil-qasam tal-kirurġija tat-trawmi għall-iffissar tal-ksur, huwa ppreżentat f'pakkett sterilizzat, jiġi mmarkat b'numru u għalhekk huwa traċċabbli tul il-produzzjoni u d-distribuzzjoni, u għandu jiġi installat fil-ġisem bl-użu ta' għodda speċifiċi.

(4)

Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni tal-prodott kopert bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1212/2014 taħt il-kodiċi tan-NM 8108 90 90 mhijiex f'konformità mas-sejbiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-51/16.

(5)

Għalhekk ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1212/2014 jenħtieġ li jitħassar.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1212/2014 huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1212/2014 tal-11 ta' Novembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 329, 14.11.2014, p. 3).

(3)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' April 2017, Stryker EMEA Supply Chain Services, C-51/16, ECLI:EU:C:2017:298.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 312, 31.10.2014, p. 1).

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2244

tat-30 ta' Novembru 2017

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), hemm bżonn li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha b'mod parzjali jew għalkollox, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, jenħtieġ li l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jiġu kklassifikati skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jenħtieġ li dak il-perjodu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott li jikkonsisti minn żewġ rixtelli orizzontali u żewġ rixtelli vertikali tal-aluminju estruż, li flimkien jikkostitwixxu qafas li huwa ddisinjat biex jitwaħħal mal-ħajt bil-viti.

Il-prodott huwa ddisinjat biex iservi għat-twaħħil tal-pannelli tal-madum mal-ħajt.

Id-disinn tar-rixtelli orizzontali jippermetti lill-pannelli jiżżerżqu fihom, li jiffaċilita t-tneħħija u s-sostituzzjoni tal-pannelli meta jkun meħtieġ.

(Ara l-istampa) (*1)

7616 99 90

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 7616 , 7616 99 u 7616 99 90 .

Il-klassifikazzjoni skont l-intestatura 8302 bħala “fornituri, tagħmir u oġġetti simili ta' metall ta' valur baxx tajbin għal għamara, bibien, turġien, twieqi, persjani, oqfsa ta' vetturi, sruġ, bagolli, sniedaq, kaxxetti jew bħalhom” hija eskluża. Ir-rixtelli huma ddisinjati għat-twaħħil mal-ħajt tal-pannelli tal-madum tal-ħajt u l-pannelli tal-madum tal-ħajt huma ta' natura differenti mill-oġġetti li jridu jitwaħħlu bl-użu tal-prodotti tal-intestatura 8302 (ara wkoll il-punti (D) u (E) tat-tieni paragrafu tan-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata tal-intestatura 8302 ).

B'konsegwenza ta' dan, il-prodott irid jiġi kklassifikat skont il-kodiċi NM 7616 99 90 , bħala “oġġetti oħrajn tal-aluminju”.

Image

(*1)  L-istampa qiegħda hemm biss għal skopijiet ta’ informazzjoni.

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/6

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2245

tat-30 ta' Novembru 2017

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha b'mod parzjali jew bis-sħiħ, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) tal-istess tabella.

(4)

Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) tal-istess tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett (hekk imsejjaħ “tavla tal-banju”) magħmul minn tipi differenti ta' plastik, b'wiċċ kontra ż-żliq, b'qisien ta' madwar 35 × 69 cm.

L-oġġett fih toqob għat-taqtir, manku u plattina integrata għas-sapun. Fuq in-naħa ta' taħt, l-oġġett huwa mgħammar b'erba' saqajn li jistgħu jiġu aġġustati biex it-tavla tkun tista' tidħol fil-wisa' ta' banju.

It-tavla tal-banju tista' tgħin lil min jużaha jidħol fil-banju u joħroġ minnu, u tista' tintuża wkoll biex dak li jkun joqgħod bilqiegħda, jew bħala tilar għal prodotti tal-banju.

(ara l-istampa) (*1)

3924 90 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 3924 u 3924 90 00 .

L-oġġett mhuwiex biċċa għamara, u lanqas mhuwa ddisinjat biex jitqiegħed mal-art, jiddendel, jitwaħħal mal-ħajt, jew jitqiegħed fuq ieħor jew oħrajn bħalu. Għaldaqstant, skont in-nota 2 tal-Kapitolu 94, il-klassifikazzjoni tal-oġġett bħala biċċa għamara kif imsemmija fl-intestaturi 9401 , 9402 jew 9403 hija eskluża.

L-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3924 90 00 bħala oġġetti oħrajn tad-dar u oġġetti tal-iġjene jew tat-twaletta, tal-plastiks.

Image

(*1)  Stampa għall-informazzjoni biss.

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/8

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2246

tat-30 ta' Novembru 2017

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), hemm bżonn li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha b'mod parzjali jew bis-sħiħ, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Pjanċi tal-aluminju mhux esposti (l-hekk imsejħa “pjanċi termali pożittivi li huma sensittivi għad-dijodu tal-lejżer”), b'forma rettangolari, b'ġenb wieħed itwal minn 255 mm, miksija fuq naħa waħda b'emulsjoni (li essenzjalment tikkonsisti f'reżina li ddub fl-alkali, f'kolorant IR (infraaħmar) wieħed jew aktar (konvertitur fototermali) u f'suppressur tas-solubilità (kolorant)) li huma sensittivi għad-dijodi tal-lejżer infraaħmar b'tul ta' mewġa ta' 830 nm.

Huma intenzjonati biex jintużaw ma' tagħmir CTP (teknoloġija Kompjuter To Plate) għall-istampar ta' daqs medju sa kbir. Sabiex iservu aktar, il-pjanċi jgħaddu minn dak li nsejħulu proċess “tal-ħami” biex l-istampa tibbies ladarba tkun ġiet żviluppata.

3701 30 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 tal-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 2 tal-Kapitolu 37 u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 3701 u 3701 30 00 .

Il-prodott għandu l-karatteristiċi oġġettivi ta' pjanċa fotografika mhux esposta, koperta b'materjal fotosensittiv.

In-nota 2 tal-Kapitolu 37 tiddefinixxi l-kelma “fotografiku” bħala relatata mal-proċess li bih jiffurmaw xbihat viżibbli, direttament jew indirettament, bl-azzjoni ta' dawl jew forom oħrajn ta' radjazzjoni fuq uċuħ fotosensittivi.

Il-pjanċi fotografiċi tal-Kapitolu 37 huma dawk b'saff wieħed jew aktar ta' kwalunkwe emulsjoni sensittiva għad-dawl jew forom oħra ta' radjazzjoni li jkollhom enerġija suffiċjenti biex jikkawżaw ir-reazzjoni meħtieġa f'materjali sensittivi għall-fotoni (jew fotosensittivi), jiġifieri r-radjazzjoni b'tul ta' mewġa mhux itwal minn madwar 1 300 nm fl-ispettru elettromanjetiku (inklużi r-raġġi gamma, radjazzjoni ultravjola u kważi infraaħmar) kif ukoll radjazzjoni bil-partikuli (jew nukleari), kemm jekk għal riproduzzjoni monokrom jew inkella tal-kulur (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) tal-Kapitolu 37). It-tul ta' mewġa tas-sensittività għar-radjazzjoni tas-saff sensitizzat ta' dawn il-pjanċi (830 nm) taqa' fil-medda ta' tul ta' mewġ aċċettat fl-intestatura 3701 .

Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 8442 50 00 bħala pjanċi tal-istampar hija għaldaqstant eskluża minħabba li pjanċi sensitizzati tal-intestatura 3701 huma esklużi mill-intestatura 8442 (ara wkoll il-HSEN tal-intestatura 8442 , il-punt (B) u l-Opinjoni tal-Klassifikazzjoni HS 3701.30/1 tal-2015).

Għalhekk il-pjanċi għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM 3701 30 00 bħala pjanċi fotografiċi oħra, b'xi ġenb aktar minn 255 mm.

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/11

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2247

tat-30 ta' Novembru 2017

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), hemm bżonn li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha b'mod parzjali jew bis-sħiħ, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett (l-hekk imsejjaħ “tapit li jsaħħan”) b'dimensjonijiet ta' madwar 190 × 80 × 4 cm u li jiżen madwar 11,5 kg. Huwa kkuttunat u fih element li jsaħħan (grilja miksija b'saff irqiq ta' drapp). Il-parti t'isfel tat-tapit (taħt l-element li jsaħħan) hija magħmula minn saff ta' fowm li huwa ċentimetru wiesgħa. In-naħa esterna u superjuri tat-tapit hija ffittjata b'saff ta' ġebel artifiċjali ċatt u lixx li fih it-tormalina. Is-superfiċje tal-oġġett hija riġida u ħotbija.

L-oġġett huwa mgħammar b'kontrollur konness b'kejbil u konnessjoni tal-elettriku. Il-kontrollur għandu displej li turi t-temperatura stabbilita, id-diversi indikaturi, il-buttuna għall-issettjar tat-temperatura mixtieqa u l-buttuna “on/off”.

Huwa maħsub għal trattament bis-sħana ta' diversi partijiet tal-ġisem tal-bniedem. Wieħed jista' jqiegħdu fuqu jew ipoġġi bilqiegħda fuqu. L-għażla tat-temperatura hija fil-medda ta' 30–70 °C. Il-ġebel artifiċjali (wara li jissaħħan) jerħi raġġi infraħomor 'il bogħod.

Ara l-istampi (*1).

8516 79 70

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 8516 , 8516 79 u 8516 79 70 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9019 bħala apparat għall-massaġġi hija eskluża minħabba li l-oġġett ma joperax permezz ta' frizzjoni, vibrazzjoni jew xi tip ta' moviment mekkaniku; mhuwiex maħsub li jimassaġġa l-ġisem. Il-ġebel huwa ċatt u lixx b'karatteristiċi speċifiċi li jakkumulaw is-sħana u jerħuha mingħajr xi tip ta' frizzjoni (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 9019 , (II)).

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9404 bħala oġġetti ta' friex u tagħmir simili – saqqu jew pedd tas-sodda, hija eskluża wkoll minħabba li l-oġġett mhuwiex maħsuba bħala tagħmir tas-sodod. Huwa riġidu u għandu superfiċi kkusksjata. Għalhekk, in-nota 1 (a) għal Kapitolu 85 ma tapplikax.

L-oġġett jiffunzjona bħala apparat għat-termoterapija adattat għall-użu domestiku.

Għalhekk huwa kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8516 79 70 bħala tagħmir ieħor elettrotermiku.

Image

(*1)  L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/14

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2248

tat-30 ta' Novembru 2017

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett (l-hekk imsejjaħ “guy grip dead end”) magħmul minn 6 wajers, kull wieħed oħxon 3,25 mm.

Il-wajers huma magħmula minn azzar tal-karbonju galvanizzat u miġbud mingħajr sħana. Il-wajers huma paralleli ma' xulxin u koperti b'kisi taż-żingu. Dawn huma kemxejn mibruma mat-tul kollu tagħhom u mgħawġa biex jiffurmaw forma ta' “U”.

Wara l-preżentazzjoni, l-oġġett jintuża bħala vent għall-arbli tal-injam tat-telegraf, jiġifieri l-wajers jinbarmu sew flimkien biex isir wajer bis-swiegli.

(Ara l-istampi) (*1)

7326 20 00

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 7326 u 7326 20 00 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 7312 bħala wajer bis-swiegli, ħbula, kejbils, ċineg immaljati, bragi u bħalhom hija eskluża għax l-oġġett mhuwiex mimbrum ħafna (ara wkoll l-ewwel paragrafu tan-Noti ta' Spjega tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 7312 u n-Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda għas-subintestaturi 7312 10 61 sa 7312 10 69 ). Dan isir biss mibrum ħafna hekk kif jitwaħħal fuq arblu tal-telegraf.

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 7326 20 00 bħala oġġetti oħrajn ta' wajer ta' ħadid jew azzar.

Image

(*1)  L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/17

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2249

tal-4 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-paġella ħamra fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u Sajd

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 tat-12 ta' Diċembru 2016 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-fond u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 32).

ANNESS

Nru

32/TQ2285

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

SBR/09- (li jinkludi l-kundizzjoni speċjali SBR/*678-)

Speċi

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona IX

Data tal-għeluq

23.10.2017

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/19

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2250

tal-4 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u Sajd

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).

ANNESS

Nru

44/TQ127

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

SRX/89-C (li jinkludi l-kundizzjoni speċjali RJC/89-C., RJH/89-C., RJN/89-C., RJU/8-C. u RJU/9-C.)

Speċi

Rebekkini u raj (Rajiformes)

Żona

fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX

Data tal-għeluq

20.11.2017

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/21

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2251

tal-4 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-merluzz fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

24/TQ127

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

HKE/8ABDE. (u kundizzjoni speċjali HKE/*57-14)

Speċi

Merluzz (Merluccius merluccius)

Żona

VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe (u kundizzjoni speċjali fiż-żoni VI u VII; fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV)

Data tal-għeluq

10.10.2017

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/23

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2252

tal-4 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u Sajd

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).

ANNESS

Nru

25/TQ127

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

SRX/89-C (li jinkludi l-kundizzjoni speċjali RJC/89-C., RJH/89-C., RJN/89-C., RJU/8-C. u RJU/9-C.)

Speċi

Rebekkini u raj (Rajiformes)

Żona

fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX

Data tal-għeluq

10.10.2017

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/25

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2253

tal-4 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-lingwata komuni fiż-żoni VIIIa u VIIIb minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u Sajd

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).

ANNESS

Nru

26/TQ127

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

SOL/8AB.

Speċi

Lingwata komuni (solea solea)

Żona

VIIIa u VIIIb

Data tal-għeluq

10.10.2017

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/27

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2254

tal-4 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-Alonga tat-Tramuntana fl-Oċean Atlantiku, fit-tramuntana 5° N minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u Sajd

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).

ANNESS

Nru

29/TQ127

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

ALB/AN05N

Speċi

Alonga tat-Tramuntana (Thunnus alalunga)

Żona

L-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta' 5° N

Data tal-għeluq

11.10.2017

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/29

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2255

tal-4 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-barbun tat-tbajja' fiż-żoni VIII, IX u X; fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona CECAF 34.1.1 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u Sajd

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).

ANNESS

Nru

27/TQ127

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

PLE/8/3411

Speċi

Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

Żona

VIII, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona CECAF 34.1.1

Data tal-għeluq

10.10.2017

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/31

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2256

tal-4 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-bakkaljaw fiż-żona 3M tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO) minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Estonja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u Sajd

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).

ANNESS

Nru

30/TQ127

Stat Membru

L-Estonja

Stokk

COD/N3M.

Speċi

Bakkaljaw (gadus morhua)

Żona

NAFO 3M

Data tal-għeluq

7.10.2017

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/33

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2257

tal-4 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-petriċa kbira fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u Sajd

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).

ANNESS

Nru

23/TQ127

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

ANF/*8ABDE (kundizzjoni speċjali għal ANF/07.)

Speċi

Il-petriċa (Lophiidae)

Żona

VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe

Data tal-għeluq

10.10.2017

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/35

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2258

tal-4 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-megrim fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u Sajd

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi għall-2017 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2017, p. 1).

ANNESS

Nru

22/TQ127

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk

LEZ/*8ABDE. (kundizzjoni speċjali għal LEZ/07.)

Speċi

Megrim (Lepidorhombus spp.)

Żona

VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe

Data tal-għeluq

10.10.2017

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/37

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2259

tal-4 ta' Diċembru 2017

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd tal-grenadier imnieħru tond fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2017.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2017.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2017 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew li huma rreġistrati f'dan l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, wara dik id-data għandu jkun ipprojbit li l-ħut ta' dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi trażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u Sajd

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2285 tat-12 ta' Diċembru 2016 li jiffissa għall-2017 u l-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-fond u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 32).

ANNESS

Nru

19/TQ2285

Stat Membru

Spanja

Stokk

RNG/5B67- li jinkludi RHG/5B67-, RNG/*8X14- u RHG/*8X14-

Speċi

Grenadier imnieħru tond (Coryphaenoides rupestris)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI u VII

Data tal-għeluq

3.10.2017

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/39

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2260

tal-5 ta' Diċembru 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 jelenka l-bastimenti magħżulin mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti f'konformità mal-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2146 (2014). Dawk il-bastimenti huma soġġetti għal għadd ta' projbizzjonijiet skont dak ir-Regolament, inkluż il-projbizzjoni li jgħabbu, jittrasportaw jew iħottu żejt mhux raffinat mil-Libja u li jkollhom aċċess għall-portijiet fit-territorju tal-Unjoni.

(2)

Fis-27 ta' Novembru 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti emenda d-dejta tal-identifikazzjoni tal-bastiment CAPRICORN, soġġett għal miżuri restrittivi. Għalhekk, l-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija

(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.

ANNESS

L-Anness V tar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni:

“1.   Isem: CAPRICORN

Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiża u a mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2146, din l-inklużjoni ġiet imġedda mill-Kumitat fl-20 ta' Ottubru 2017 u hija valida sat-18 ta' Jannar 2018, sakemm ma tiġix itterminata mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: it-Tanzanija.

Informazzjoni Addizzjonali

Elenkat fil-21 ta' Lulju 2017. OMI: 8900878. Mill-21 ta' Settembru 2017, il-bastiment kien jinsab f'ibħra internazzjonali tal-Emirati Għarab Magħquda.”

hija sostitwita b'dan li ġej:

“1.   Isem: CAPRICORN

Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiża u a mill-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2146, din l-inklużjoni ġiet imġedda mill-Kumitat fl-20 ta' Ottubru 2017 u hija valida sat-18 ta' Jannar 2018, sakemm ma tiġix itterminata mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: mhux magħruf.

Informazzjoni Addizzjonali

Elenkat fil-21 ta' Lulju 2017. OMI: 8900878. Mill-21 ta' Settembru 2017, il-bastiment kien jinsab f'ibħra internazzjonali tal-Emirati Għarab Magħquda.”

DEĊIŻJONIJIET

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/41

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2261

tat-30 ta' Novembru 2017

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Ministerjali Konġunt u fil-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni stabbiliti permezz tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ministerjali Konġunt, u t-Termini ta' Referenza tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni u s-sottokumitati

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fi Brussell fit-30 ta' Ottubru 2016 u ġie applikat b'mod proviżorju mill-1 ta' April 2017.

(2)

L-Artikolu 27(2) u (3) tal-Ftehim jistabbilixxu Kumitat Ministerjali Konġunt, u Kumitat Konġunt għall-Koperazzjoni biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 27(2)(b)(iv) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Ministerjali Konġunt għandu jadotta r-Regoli u l-Proċeduri tiegħu stess u l-Artikolu 27(3)(c) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni għandu jaqbel dwar it-Termini ta' Referenza tiegħu stess. L-Artikolu 27(3)(b)(viii) jipprevedi li l-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni għandu jistabbilixxi sottokumitati biex jgħinuh fit-twettiq ta' dmirijietu.

(4)

L-Artikolu 27(2)(b)(ii) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Ministerjali Konġunt għandu jiġi kkopresedut mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kanada u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà. L-Artikolu 27(3)(c) jipprevedi li l-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni għandu jiġi kkopresedut minn uffiċjal għoli wieħed mill-Kanada u minn uffiċjali għoli wieħed mill-Unjoni.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, jenħtieġ li jiġu adottati r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ministerjali Konġunt u t-Termini ta' Referenza tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni u tas-sottokumitati tiegħu.

(6)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Ministerjali Konġunt u l-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni tkun ibbażata fuq l-abbozz mehmuż tat-testi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ministerjali Konġunt u t-Termini ta' Referenza tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni u s-sottokumitati tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Ministerjali Konġunt bejn l-UE u l-Kanada għandha tkun ibbażata fuq it-test tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ministerjali Konġunt mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kanada għandha tkun ibbażata fuq it-test tat-Termini ta' Referenza tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni u s-sottokumitati mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. SIMSON

(1)  Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (ĠU L 329, 3.12.2016, p. 45).

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT MINISTERJALI KONĠUNT

ta'…

li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu

IL-KUMITAT MINISTERJALI KONĠUNT BEJN L-UE U L-KANADA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 30(2) tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim ġew applikati proviżorjament mill-1 ta' April 2017.

(2)

Skont l-Artikolu 27(2)(b)(iv) tal-Ftehim, il-Kumitat Ministerjali Konġunt għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu stess.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ministerjali Konġunt, kif stipulat fl-Anness, huma b'dan adottati.

Iffirmat fi…, ….

Għall-Kumitat Ministerjali Konġunt bejn l-UE u l-Kanada

Il-kopresidenti

ANNESS

Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Ministerjali Konġunt

Kompiti

Il-Kumitat Ministerjali Konġunt (KMK) għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

jivvaluta l-istat tar-relazzjoni abbażi tar-rapport annwali sottomess mill-Kumitat Konġunt ta' Kooperazzjoni (KKK);

(b)

jagħmel rakkomandazzjonijiet relatati mal-ħidma tal-KKK inkluż fuq oqsma ġodda ta' kooperazzjoni futura;

(c)

jieħu d-deċiżjonijiet bl-approvazzjoni tal-Partijiet tal-Ftehim;

(d)

jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kull tilwima li tirriżulta mill-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, f'konformità mal-Artikolu 28 tal-Ftehim.

Presidenza, Kompożizzjoni u Parteċipanti

1.

Il-KMK għandu jiġi kkopresedut mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kanada u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

2.

Kull Parti tal-Ftehim għandha tinforma lis-segretarjat dwar il-kompożizzjoni tad-delegazzjoni tiegħu, qabel kull laqgħa tal-KMK.

3.

Il-kopresidenti jistgħu jistiednu esperti jew rappreżentanti ta' korpi oħra fil-laqgħa li jaġixxu bħala osservaturi jew sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġett partikolari.

Laqgħat

1.

Il-KMK għandu jiltaqa' fuq bażi annwali, jew kif approvat b'mod reċiproku skont iċ-ċirkostanzi. Il-laqgħat tal-KMK għandhom jiġu organizzati fl-Unjoni Ewropea u l-Kanada b'mod alternat, jew f'kull post ieħor approvat b'mod konġunt mill-Kopresidenti, f'data stabbilita b'approvazzjoni konġunta.

2.

Il-laqgħat tal-KMK għandhom isiru bil-bibien magħluqa, ħlief jekk il-kopresidenti, bl-approvazzjoni mill-Partijiet tal-Ftehim, jiddeċiedu li l-laqgħa għandha tkun pubblika.

Segretarjat

1.

Rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u rappreżentant tal-Affarijiet Dinjin tal-Kanada għandhom iservu b'mod konġunt bħala segretarji tal-KMK. Il-komunikazzjonijiet rilevanti minn u lejn il-kopresidenti għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.

2.

Is-segretarjat għandu jiżgura kuntatti regolari, anke permezz ta' konferenzi bil-vidjo, qabel il-laqgħat tal-KMK sabiex jittieħed rendikont tad-djalogi tematiċi li setgħu saru qabel l-organizzazzjoni tal-KMK. Il-kontenut ta' dawn l-iskambji għandu jiddaħħal fl-aġenda tal-laqgħa tal-KMK.

Aġendi tal-laqgħat

1.

Is-segretarjat tal-Parti ospitanti tal-Ftehim għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa. L-aġenda proviżorja għandha tintbagħat, flimkien ma' kull dokument rilevanti, lill-Partijiet tal-Ftehim sa mhux iktar tard minn 15-il jum tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi li ma jippermettux dan.

2.

L-aġenda għandha tiġi approvata mill-kopresidenti u tiġi adottata mill-KMK fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-kopresidenti jiddeċiedu li jsir hekk.

Dikjarazzjoni Ministerjali Konġunta

Il-Partijiet tal-Ftehim għandhom japprovaw Dikjarazzjoni tal-KMK fi tmiem kull laqgħa. Din għandha tkun disponibbli pubblikament u tista' tinkorpora kull rakkomandazzjoni approvata mill-Partijiet tal-Ftehim.

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.

Il-KMK jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

2.

Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-KMK għandhom jiġu adottati b'approvazzjoni konġunta tal-Partijiet tal-Ftehim u għandhom ikunu kkomunikati fuq in-naħa tal-UE, kif xieraq, lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, ir-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri għall-Unjoni Ewropea, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-UE u min-naħa Kanadiża lill-awtoritajiet Kanadiżi xierqa.

3.

Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati wara t-tlestija mill-Partijiet tal-Ftehim tal-proċeduri interni rispettivi tagħhom, skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom.

4.

Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-KMK għandhom jiġu rrekordjati f'żewġ kopji awtentiċi ffirmati mill-kopresidenti.

5.

F'każ ta' urġenza, id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet jistgħu jiġu adottati barra minn laqgħa formali tal-KMK permezz ta' proċedura bil-miktub. Jenħtieġ li dawn id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijet jiġu kkomunikati lill-Partijiet tal-Ftehim.

Spejjeż

1.

Kull Parti tal-Ftehim għandha tieħu ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-KMK, kemm fir-rigward tal-persunal, tan-nefqa tal-għajxien kif ukoll fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.

Kull Parti tal-Ftehim għandha tħallas l-ispejjeż li ġġarrab relatati ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat u t-traduzzjoni.

3.

Il-Parti ospitanti tal-Ftehim għandha tħallas l-ispejjeż tal-organizzazzjoni tal-laqgħat u tar-riproduzzjoni tad-dokumenti.

Kunfidenzjalità

Meta Parti tal-Ftehim tissottometti informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lill-KMK, il-Parti l-oħra għandha tittratta l-informazzjoni bħala tali.

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati f'konformità mad-dispożizzjoni dwar Deċiżjonijiet u Rakkomandazzjonijiet.

Termini ta' Referenza tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni u s-sottokumitati

IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-KOOPERAZZJONI BEJN L-UE U L-KANADA

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 30(2) tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim ġew applikati proviżorjament mill-1 ta' April 2017.

(2)

Skont l-Artikolu 27(3)(c) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni għandu jadotta t-Termini ta' Referenza tiegħu.

(3)

Skont l-Artikolu 27(3)(b)(viii) il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni jista' jistabbilixxi sottokumitati biex jippermetti diskussjonijiet fil-livell ta' esperti dwar l-oqsma ewlenin li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim.

APPROVA KIF ĠEJ:

It-Termini ta' Referenza tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni, kif stipulat fl-Anness, huma b'dan adottati.

Iffirmat fi…, ….

Għall-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kanada

Il-kopresidenti

ANNESS

Termini ta' Referenza tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni

Kompiti

Il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni (KKK) għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

jirrakkomanda prijoritajiet rigward il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet tal-Ftehim;

(b)

jissorvelja l-iżviluppi fir-relazzjoni strateġika bejn il-Partijiet tal-Ftehim;

(c)

jaqsam l-opinjonijiet u jagħmel suġġerimenti dwar kwistjonijiet ta' interess komuni;

(d)

jagħmel rakkomandazzjonijiet għal effiċjenzi, effettività akbar u sinerġiji bejn il-Partijiet tal-Ftehim;

(e)

jiżgura li dan il-Ftehim jaħdem sewwa;

(f)

jipprovdi rapport annwali lill-KMK dwar l-istat tar-relazzjoni li l-Partijiet tal-Ftehim għandhom jagħmlu pubblika;

(g)

jittratta b'mod xieraq kull kwistjoni taħt dan il-Ftehim li titressaq quddiemu mill-Partijiet ta' dan il-Ftehim;

(h)

jistabbilixxi sottokumitati biex jgħinuh fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. Madankollu jenħtieġ li dawn is-sottokumitati ma jiddupplikawx korpi stabbiliti skont ftehimiet oħrajn bejn il-Partijiet tal-Ftehim;

(i)

jikkunsidra sitwazzjonijiet fejn kull Parti tal-Ftehim tqis li l-interessi tagħha ġew jew setgħu ġew affettwati ħażin mill-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet f'oqsma ta' kooperazzjoni li mhumiex irregolati minn ftehim speċifiku.

Kompożizzjoni, Presidenza u Parteċipanti

1.

Il-KKK għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Partijiet.

2.

Il-KKK għandu jkun kopresedut minn uffiċjal għoli tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u wieħed mill-Affarijiet Globali tal-Kanada rispettivament.

3.

Kull Parti għall-Ftehim għandha tinforma lill-kopresidenti bil-kompożizzjoni tad-delegazzjoni tagħha qabel kull laqgħa tal-KKK.

4.

Il-kopresidenti jistgħu jistiednu esperti jew rappreżentanti ta' korpi oħra fil-laqgħa li jaġixxu bħala osservaturi jew sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġett partikolari.

Laqgħat

1.

Il-KKK għandu jiltaqa' kull sena, jew kif approvat b'mod konġunt. Il-laqgħat tal-KKK għandhom jissejħu mill-kopresidenti. Il-laqgħat għandhom isiru fl-Unjoni Ewropea u l-Kanada b'mod alternat, f'data determinata b'approvazzjoni konġunta. Jistgħu jsiru laqgħat speċjali tal-KKK fuq talba ta' waħda mill-Partijiet tal-Ftehim.

2.

Bl-approvazzjoni tal-kopresidenti, dawn il-laqgħat speċjali tal-KKK jistgħu eċċezzjonalment isiru permezz ta' konferenza bil-vidjo jew bit-telefown.

3.

Il-laqgħat tal-KKK għandhom isiru bil-bibien magħluqa, ħlief jekk il-kopresidenti, bi ftehim mal-Partijiet, jiddeċiedi li l-laqgħa għandha tkun pubblika.

Segretarjat

Rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u rappreżentant tal-Affarijiet Globali tal-Kanada għandhom iservu b'mod konġunt bħala segretarji għall-KKK. Il-komunikazzjonijiet rilevanti minn u lejn il-kopresidenti għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.

Aġendi tal-laqgħat

1.

Is-segretarjat tal-Parti ospitanti għall-Ftehim għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa b'konsultazzjoni mas-segretarjat l-ieħor. L-aġenda proviżorja għandha tintbagħat, flimkien ma' kull dokument rilevanti, lill-Partijiet tal-Ftehim, sa mhux iktar tard minn 15-il jum tax-xogħol qabel il-bidu tal-laqgħa. Il-kopresidenti jistgħu, bl-approvazzjoni tal-Partijiet tal-Ftehim jekk meħtieġ, jistabbilixxu limitu ta' żmien differenti għal laqgħa partikolari.

2.

Kull Parti tal-Ftehim tista' titlob lill-segretarjat biex tqiegħed punt fuq l-aġenda. L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li fir-rigward tagħhom is-segretarjat irċieva talba bħal din sa mhux aktar tard minn 21 jum ta' xogħol qabel id-data tal-laqgħa.

3.

L-aġenda għandha tiġi approvata mill-kopresidenti u għandha tiġi adottata mill-KKK fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-kopresidenti japprovaw li jsir hekk.

4.

Il-Partijiet tal-Ftehim għandhom jiżguraw kuntatti regolari, inkluż permezz ta' vidjokonferenzi, bi tħejjija għal-laqgħa tal-KKK biex jittieħed kont ta' djalogi tematiċi u ġeografiċi li jistgħu jkunu saru qabel il-laqgħa. Il-kontenut ta' dawn l-iskambji għandu jiddaħħal fl-aġenda tal-KKK.

Minuti

1.

Il-kopresidenti għandhom jagħmlu sommarju tal-konklużjonijiet li wasal għalihom il-KKK f'kull laqgħa. Iż-żewġ segretarjati għandhom japprovaw l-abbozz tal-minuti abbażi ta' dawk il-konklużjonijiet. L-ewwel abbozz tal-minuti għandu jiġi propost mis-segretarjat ospitanti fi żmien 15-il jum tax-xogħol wara d-data tal-laqgħa.

2.

Il-Partijiet tal-Ftehim għandhom japprovaw l-abbozz fi żmien 30 jum tax-xogħol mid-data tal-laqgħa jew sa kwalunkwe data oħra approvata mill-Partijiet tal-Ftehim. Ladarba l-Partijiet tal-Ftehim ikunu approvaw l-abbozz tal-minuti, għandhom jiġu ffirmati żewġ kopji oriġinali mill-kopresidenti bl-idejn jew elettronikament.

Rakkomandazzjonijiet

1.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-KKK għandhom jiġu adottati b'approvazzjoni konġunta tal-Partijiet tal-Ftehim u għandhom jiġu inklużi fil-minuti konġunti. Il-minuti għandhom jintbagħtu fuq in-naħa tal-UE, kif xieraq, lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-UE, ir-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri għall-Unjoni Ewropea u min-naħa Kanadiża lill-awtoritajiet Kanadiżi xierqa.

2.

Il-KKK għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet relatati dwar kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom isiru f'konformità mal-Artikolu 28 tal-Ftehim.

Rapport annwali tal-Kumitat Ministerjali Konġunt

1.

Is-segretarjat għandu jiżgura li rapport annwali dwar l-istat tar-relazzjoni ikun preparat u jintbagħat lill-Partijiet tal-Ftehim mill-inqas 15-il jum ta' xogħol qabel il-KKK.

2.

Il-KKK għandu japprova r-rapport annwali li għandu jiġi pprovdut lill-KMK. Ir-rapport imbagħad għandu jiġi ppubblikat.

Spejjeż

1.

Kull Parti tal-Ftehim tieħu ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-KKK, kemm fir-rigward tal-persunal, tan-nefqa tal-għajxien kif ukoll fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.

Kull Parti tal-Ftehim għandha tħallas l-ispejjeż li ġġarrab relatati ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat u t-traduzzjoni.

3.

Il-Parti ospitanti tal-Ftehim għandha ġġarrab l-ispejjeż marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti.

Twaqqif ta' sottokumitati

1.

Il-KKK jista' jistabbilixxi sottokumitati biex jgħinuh fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. Is-sottokumitati għandhom jirrapportaw lill-KKK wara kull waħda mil-laqgħat tagħhom u ma għandhomx jidduplikaw korpi stabbiliti skont ftehimiet oħrajn bejn il-Partijiet ta' dan il-Ftehim.

2.

Il-KKK jista' jtemm kull sottokumitat eżistenti, jiddefinixxi jew jemenda t-Termini ta' Referenza tagħhom jew jistabbilixxi aktar sottokumitati.

Kunfidenzjalità

Meta Parti tal-Ftehim tissottometti informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lill-KKK, il-Parti l-oħra għandha tittratta l-informazzjoni bħala tali.

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati f'konformità mal-Artikolu 27(3)(c) tal-Ftehim.

Sottokumitati

1.

Is-sottokumitati tal-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni (KKK) (“is-sottokumitati”) jistgħu jiddiskutu l-implimentazzjoni tal-Ftehim fl-oqsma li jkopri. Huma jistgħu jiddiskutu wkoll suġġetti jew proġetti speċifiċi rigward il-qasam rilevanti tal-kooperazzjoni bilaterali, inkluża l-interpretazzjoni tal-Ftehim.

2.

Is-sottokumitati għandhom jaħdmu taħt l-awtorità tal-KKK. Dawn għandhom jirrapportaw u jibagħtu l-minuti u l-konklużjonijiet tagħhom lill-kopresidenti tal-KKK fi żmien 20 jum tax-xogħol wara kull laqgħa.

3.

Is-sottokumitati għandhom ikunu magħmulin minn rappreżentanti taż-żewġ Partijiet tal-Ftehim.

4.

Is-sottokumitati jistgħu jistiednu esperti għal-laqgħat tagħhom u jistgħu jisimgħuhom rigward punti speċifiċi fuq l-aġenda.

5.

Is-sottokumitati għandhom ikunu kopreseduti mill-Partijiet tal-Ftehim.

6.

Kull sottokumitat għandu jiddeċiedi dwar kif għandhom jiġu assenjati d-dmirijiet segretarjali sabiex tiġi żgurata l-preżentazzjoni f'waqtha tar-rapporti tal-KKK.

7.

Is-sottokumitati għandhom jiltaqgħu kull meta jkun hemm bżonn, fuq il-bażi ta' talba bil-miktub minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet tal-Ftehim. Kull laqgħa għandha ssir fi żmien u f'post li dwarhom ikun hemm approvazzjoni mill-Partijiet tal-Ftehim. Il-laqgħat jistgħu wkoll jieħdu l-forma ta' vidjokonferenza.

8.

Il-laqgħat tas-sottokumitati għandhom isiru bil-bibien magħluqa, ħlief jekk il-kopresidenti, bl-approvazzjoni tal-Partijiet tal-Ftehim, jiddeċiedu li l-laqgħa għandha tkun pubblika.

9.

Il-Partijiet tal-Ftehim għandhom japprovaw b'mod konġunt l-aġenda tal-laqgħat tas-sottokumitati.

10.

Il-Partijiet tal-Ftehim għandhom jfasslu b'mod konġunt abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa tas-sottokumitati.

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/50

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2017/2262

tal-4 ta' Diċembru 2017

li taħtar membri tal-kumitat previst mill-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 255(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Ottubru 2017,

Billi:

(1)

Taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi stabbilit kumitat sabiex jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex jaqdu d-dmirijiet ta' Imħallef u ta' Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali qabel ma l-gvernijiet tal-Istati Membri jagħmlu l-ħatriet (minn hawn 'il quddiem il-“kumitat”).

(2)

Il-kumitat għandu jikkonsisti minn seba' persuni magħżula minn fost membri preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, membri ta' qrati superjuri nazzjonali u avukati ta' kompetenza rikonoxxuta, li wieħed minnhom għandu jiġi propost mill-Parlament Ewropew.

(3)

Jenħtieġ li tiġi kkunsidrata kompożizzjoni ekwilibrata tal-kumitat, kemm f'termini ta' bażi ġeografika kif ukoll f'termini tar-rappreżentanza tas-sistemi legali tal-Istati Membri.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li jinħatru l-membri tal-kumitat u l-President tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għal perijodu ta' erba' snin mill-1 ta' Marzu 2018, dawn li ġejjin huma maħtura membri tal-kumitat previst mill-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:

Is-Sur Christiaan TIMMERMANS, President

Is-Sur Simon BUSUTTIL

Is-Sur Frank CLARKE

Is-Sur Carlos LESMES SERRANO

Is-Sinjura Maria Eugénia MARTINS DE NAZARÉ RIBEIRO

Is-Sur Andreas VOSSKUHLE

Is-Sur Mirosław WYRZYKOWSKI

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2018.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

U. PALO

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/51

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2263

tas-7 ta' Diċembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/452/PESK (1), li estendiet il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia), stabbilita permezz tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK (2).

(2)

Fit-12 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2238 (3), li testendi l-mandat sal-14 ta' Diċembru 2018 u li tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja sal-14 ta' Diċembru 2017.

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK jenħtieġ li tiġi emendata biex tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-15 ta' Diċembru 2017 sal-14 ta' Diċembru 2018.

(4)

L-EUMM Georgia ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif jinsabu fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni 2010/452/PESK, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUMM Georgia għall-perijodu mill-15 ta' Diċembru 2017 sal-14 ta' Diċembru 2018 għandu jkun ta' EUR 19 970 000,00.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-15 ta' Diċembru 2017.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ANVELT

(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43).

(2)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK tal-15 ta' Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2238 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 15).

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/52

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2264

tas-7 ta' Diċembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' April 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/219/PESK (1).

(2)

Fil-11 ta' Jannar 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/50 (2) li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK li testendi l-mandat għal perijodu ta' sentejn, sal-14 ta' Jannar 2019, u li tistipula ammont ta' referenza finanzjarja sal-14 ta' Jannar 2018.

(3)

Id-Deċiżjoni 2014/219/PESK għandha tiġi emendata biex tistipula ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-15 ta' Jannar 2018 sal-14 ta' Jannar 2019.

(4)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/219/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni 2014/219/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(1)   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta' April 2014 sal-14 ta' Jannar 2015 għandu jkun ta' EUR 5 500 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta' Jannar 2015 sal-14 ta' Jannar 2016 għandu jkun ta' EUR 11 400 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUCAP Sahel Mali bejn il-15 ta' Jannar 2016 u l-14 ta' Jannar 2017 għandu jkun ta' EUR 19 775 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUCAP Sahel Mali bejn il-15 ta' Jannar 2017 u l-14 ta' Jannar 2018 għandu jkun ta' EUR 29 800 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUCAP Sahel Mali bejn il-15 ta' Jannar 2018 u l-14 ta' Jannar 2019 għandu jkun ta' EUR 28 450 000.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ANVELT

(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta' April 2014 dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/50 tal-11 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 7, 12.1.2017, p. 18).

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/53

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2265

tas-7 ta' Diċembru 2017

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

Fis-27 ta' Novembru 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1970 (2011) emenda l-elenkar ta' bastiment soġġett għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ANVELT

(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

ANNESS

Fit-Taqsima B (Entitajiet) tal-Anness V għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333, l-entrata 1 hija sostitwita b'dan li ġej:

“1.   Isem: CAPRICORN

magħruf ukoll bħala: mhux disponibbli qabel magħruf bħala: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi: 21 ta' Lulju 2017

Informazzjoni addizzjonali

IMO: 8900878. Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-Riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiża u modifikata bil-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2146, din id-deżinjazzjoni ġiet imġedda mill-Kumitat fl-20 ta' Ottubru 2017 u hija valida sat-18 ta' Jannar 2018, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-Riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: mhux magħruf. Mill-21 ta' Settembru 2017, il-bastiment kien jinsab fl-ilmijiet internazzjonali 'l barra mill-Emirati Għarab Magħquda.”.

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/55

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2266

tas-6 ta' Diċembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1138 fir-rigward ta' ċerti skadenzi għall-użu ta' standards tal-UN/Cefact għall-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sajd

(notifikata bid-dokument C(2017) 8089)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 111 u 116 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 146(j) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sistemi tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu kapaċi jiskambjaw id-dejta dwar l-attività tas-sajd u messaġġi dwar id-dejta relatata mal-bejgħ billi jużaw l-istandard taċ-Ċentru tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iffaċilitar tal-Kummerċ u għan-Negozju Elettroniku (UN/Cefact) f'konformità mal-Artikolu 146(g) u 146(h) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1138 (3) tiffissa skadenzi għall-użu tal-istandards tal-UN/Cefact fl-iskambju ta' dejta dwar is-sajd.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tan-negozju, hemm il-ħtieġa li jiġi stabbilit perjodu ta' tranżizzjoni li matulu il-format fl-użu qabel l-1 ta' Novembru 2017 u l-format standard tal-UN/Cefact jistgħu jintużaw għall-iskambji tad-dejta, kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi.

(4)

Hemm bżonn li jiġu mmodifikati l-ispeċifikazzjonijiet biex jitwieġbu t-talbiet għal dejta li tikkonċerna n-noti tal-bejgħ jew id-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment sabiex din il-proċedura tiġi allinjata mal-ispeċifikazzjonijiet ta' talbiet għal dejta oħra.

(5)

Għalhekk huwa xieraq li jiġu posposti ċerti skadenzi stabbiliti bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1138 għall-użu ta' dawn l-istandards tal-UN/Cefact.

(6)

Matul il-laqgħat tal-grupp ta' Esperti dwar il-Kontroll tas-Sajd — l-ERS (is-sistema elettronika tar-reġistrazzjoni u r-rappurtar) u l-grupp ta' ħidma tal-Ġestjoni tad-Dejta, l-Istati Membri qablu dwar il-ħtieġa li jiġi stabbilit perjodu ta' tranżizzjoni, biex jiġu mmodifikati l-ispeċifikazzjonijiet msemmija hawn fuq u biex jiġu posposti ċerti skadenzi.

(7)

Billi l-perjodu ta' tranżizzjoni kien diġà beda fl-1 ta' Novembru 2017, jeħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika b'mod retroattiv minn din id-data.

(8)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1138 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1138

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1138 hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, is-segwenti paragrafi 3 u 4 huma miżjuda:

“3.   Matul perjodu ta' tranżizzjoni li jintemm mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2018, kull skambju ta' dejta dwar l-attività tas-sajd bejn żewġ Stati Membri għandu jkompli jsir bl-użu tal-format stabbilit qabel l-1 ta' Novembru 2017 ħlief jekk kemm l-Istat Membru li jkun qed jibgħat kif ukoll dak li jkun qed jirċievi jkunu kapaċi jiskambjaw dejta dwar l-attività tas-sajd bl-użu tal-format standard ġdid tal-UN/Cefact.

4.   L-iskambji tad-dejta dwar l-attività tas-sajd fil-qafas ta' ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli għandhom ikomplu jsiru bl-użu tal-format stabbilit qabel l-1 ta' Novembru 2017 sad-data miftiehma mal-pajjiż terz ikkonċernat.”;

(2)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, qed jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Waqt perjodu ta' tranżizzjoni li jintemm mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2018, kull skambju ta' dejta li tikkonċerna n-noti tal-bejgħ jew id-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment bejn żewġ Stati Membri għandu jkompli jsir bl-użu tal-format stabbilit qabel l-1 ta' Novembru 2017 ħlief jekk kemm l-Istat Membru li jibgħat kif ukoll dak li jirċievi d-dejta jkunu kapaċi jiskambjaw dejta tan-noti tal-bejgħ jew id-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment bl-użu tal-format standard ġdid UN/Cefact.”,

(b)

Il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Sa mill-1 ta' Novembru 2018, is-sistemi tal-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jibgħatu u jwieġbu għat-talbiet għal dejta li tikkonċerna n-noti tal-bejgħ jew id-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment kif imsemmi fl-Artikolu 146(h)(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 fil-format UN/Cefact P1000-5 għall-operazzjonijiet li jseħħu minn dik id-data.”.

Artikolu 2

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Novembru 2017.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1138 tal-11 ta' Lulju 2016 li temenda l-formati bbażati fuq l-istandard tal-UN/Cefact għall-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sajd (ĠU L 188, 13.7.2016, p. 26).

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/57

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2267

tas-7 ta' Diċembru 2017

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2017) 8522)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. Fil-Partijiet I sa IV tiegħu, l-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċertu żoni ta' dawk l-Istati Membri skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta' dik il-marda.

(2)

F'Novembru 2017, ġew osservati għadd ta' każijiet tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali f'powiecie legionowski, piaseczynski u f'warszawski – id-distrett ta' zachodni fil-Polonja. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2176 (5) u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2198 (6) ġew adottati b'reazzjoni għal dawn il-każijiet, u dawn l-atti japplikaw sat-8 ta' Diċembru 2017 u sal-15 ta' Diċembru 2017 rispettivament. Dawn il-każijiet jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tkun riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Fid-dawl ta' dan, jenħtieġ li ż-żoni milquta minn dawn il-każijiet tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali fil-Polonja jiżdiedu mal-lista fil-Parti II u ż-żoni madwarhom issa jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(3)

Qatt ma kien hemm notifika tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi jew fiċ-ċingjali f'Ruciane Nida, Lelis u Lyse fil-Polonja li bħalissa huma elenkati fil-Parti I ta' dak l-Anness. F'konformità mal-premessa 9 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1196 (7) u d-dejta ta' sorveljanza pprovduta, jenħtieġ li dawn iż-żoni jitneħħew mill-Parti I.

(4)

F'Novembru 2017, ġew osservati għadd ta' każijiet tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali f'powiecie sokólski, augustowski, elcki, parczewski fil-Polonja, f'Vilkaviškio, Pakruojo u Radviliškio rajonų savivaldybėse fil-Litwanja u f'Dobeles novads fil-Latvja f'żoni li bħalissa huma elenkati fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Dawn il-każijiet jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tkun riflessa fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Fid-dawl ta' dan, jenħtieġ li ż-żoni milquta minn dawn il-każijiet tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali fil-Polonja, fil-Litwanja u fil-Latvja issa jiġu elenkati fil-Parti II minflok fil-Parti I u xi żoni ġodda madwarhom fil-Polonja issa jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(5)

F'Novembru 2017, ġew osservati wkoll ftit każijiet tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Federazzjoni Russa (ir-reġjun ta' Kaliningrad) qrib il-fruntiera mal-Polonja. Dawn il-każijiet jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju għal ċerti żoni fil-Polonja, li jenħtieġ li tkun riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda fir-reġjun ta' Kaliningrad (il-Federazzjoni Russa), ċerti żoni tal-fruntiera tal-Polonja issa jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(6)

Minn Settembru 2017 'il hawn, ġew osservati għadd ta' każijiet u tifqigħa waħda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'Saldus novads fil-Latvja, qrib il-fruntiera mal-Litwanja. Dawn il-każijiet u t-tifqigħa jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju għal ċerti żoni fil-Litwanja, li jenħtieġ li tkun riflessa fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Fid-dawl ta' dan, ċerti żoni tal-fruntiera tal-Litwanja issa jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(7)

F'Novembru 2017, ġie osservat każ tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali, f'powiecie włodawskim fil-Polonja, f'żona li bħalissa hija elenkata fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE u qrib iż-żoni li bħalissa huma elenkati fil-Parti I ta' dak l-Anness. L-okkorrenza ta' dan il-każ tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tkun riflessa fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Fid-dawl ta' dan, jenħtieġ li ż-żoni rilevanti tal-Polonja issa jiġu elenkati fil-Parti II minflok fil-Parti I u jenħtieġ li xi żoni ġodda madwarhom fil-Polonja issa jiġu elenkati fil-Parti I ta' dak l-Anness.

(8)

L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi fl-Unjoni jenħtieġ li titqies fil-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa tal-annimali minħabba s-sitwazzjoni l-ġdida tal-marda f'ċertu pajjiżi. Sabiex il-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jiġu ffokati, u biex jiġi evitat aktar tifrix tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, filwaqt li fl-istess ħin jiġi evitat xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni, u jiġu evitati wkoll ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, il-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jenħtieġ li tiġi aġġornata biex jitqiesu t-tibdiliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta' dik il-marda fil-Polonja, fil-Latvja u fil-Litwanja.

(9)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jiġi emendat kif xieraq.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2176 tal-21 ta' Novembru 2017 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja (ĠU L 306, 22.11.2017, p. 82).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2198 tas-27 ta' Novembru 2017 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja (ĠU L 312, 28.11.2017, p. 89).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1196 tat-3 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (ĠU L 172, 5.7.2017, p. 16).

ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jinbidel b'li ġej:

ANNESS

PARTI I

1.   Ir-Repubblika Ċeka

Iż-żoni li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:

okres Uherské Hradiště,

okres Kroměříž,

okres Vsetín.

2.   L-Estonja

Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

Hiiu maakond.

3.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

Aizputes novads,

Alsungas novads,

Auces novada Vecauces un Ukru pagasts, Auces pilsēta,

Jelgavas novada Platones, Vircavas, Jaunsvirlaukas, Vilces, Lielplatones, Elejas un Sesavas pagasts,

Kuldīgas novada Ēdoles, Īvandes, Gudenieku, Turlavas, Kurmāles, Snēpeles, Laidu pagasts, Kuldīgas pilsēta,

Pāvilostas novada Sakas pagasts un Pāvilostas pilsēta,

republikas pilsēta Jelgava,

Saldus novada Ezeres, Kursīšu, Novadnieku, Pampāļu, Saldus, Zaņas un Zirņu pagasts, Saldus pilsēta,

Skrundas novads,

Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes,

Tērvetes novads,

Ventspils novada Jūrkalnes pagasts.

4.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

Akmenės rajono savivaldybė: Akmenės, Kruopių, Naujosios Akmenės kaimiškoji, Naujosios Akmenės miesto ir Ventos seniūnijos,

Joniškio rajono savivaldybė,

Jurbarko rajono savivaldybė: Eržvilko, Girdžių, Jurbarko miesto, Jurbarkų ir Viešvilės seniūnijos, Skirsnemunės ir Šimkaičių seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio Nr. 146,

Kalvarijos savivaldybė,

Kazlų Rūdos savivaldybė,

Kelmės rajono savivaldybė,

Marijampolės savivaldybė,

Mažeikių rajono savivaldybė,

Radviliškio rajono savivaldybė: Aukštelkų, Radviliškio, Radviliškio miesto, Šaukoto, Šaulėnų ir Tyrulių,

Raseinių rajono savivaldybė: Ariogalos seniūnija į šiaurę nuo kelio Nr A1, Ariogalos miesto, Betygalos seniūnijos, Girkalnio ir Kalnūjų seniūnijos į šiaurę nuo kelio Nr A1, Nemakščių, Pagojukų, Paliepių, Raseinių, Raseinių miesto, Šiluvos ir Viduklės seniūnijos,

Šakių rajono savivaldybė,

Šiaulių miesto savivaldybė,

Šiaulių rajono savivaldybė.

5.   Il-Polonja

Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

w województwie warmińsko-mazurskim:

gminy Stare Juchy i gmina wiejska Ełk w powiecie ełckim,

gminy Biała Piska, Orzysz i Pisz w powiecie piskim,

gminy Miłki i Wydminy w powiecie giżyckim,

gminy Olecko, Świętajno i Wieliczki w powiecie oleckim,

gminy Górowo Iławeckie z miastem Górowo Iławeckie i Bartoszyce z miastem Bartoszyce w powiecie bartoszyckim.

w województwie podlaskim:

gmina Brańsk z miastem Brańsk, gminy Boćki, Rudka, Wyszki, część gminy Bielsk Podlaski położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 19 (w kierunku północnym od miasta Bielsk Podlaski) i przedłużonej przez wschodnią granicę miasta Bielsk Podlaski i drogę nr 66 (w kierunku południowym od miasta Bielsk Podlaski), miasto Bielsk Podlaski, część gminy Orla położona na zachód od drogi nr 66 w powiecie bielskim,

gminy Augustów z miastem Augustów i Nowinka w powiecie augustowskim;

gminy Dziadkowice, Grodzisk i Perlejewo w powiecie siemiatyckim,

gminy Kolno z miastem Kolno, Mały Płock i Turośl w powiecie kolneńskim,

gminy Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Łapy i Poświętne w powiecie białostockim,

powiat zambrowski,

gminy Bakałarzewo, Raczki, Rutka-Tartak, Suwałki i Szypliszki w powiecie suwalskim,

gminy Sokoły, Kulesze Kościelne, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo, Ciechanowiec, Wysokie Mazowieckie z miastem Wysokie Mazowieckie, Czyżew w powiecie wysokomazowieckim,

gminy Łomża, Miastkowo, Nowogród, Piątnica, Śniadowo i Zbójna w powiecie łomżyńskim,

powiat miejski Białystok,

powiat miejski Łomża,

powiat miejski Suwałki.

w województwie mazowieckim:

gminy Bielany, Ceranów, Jabłonna Lacka, Sabnie, Sterdyń i gmina wiejska Sokołów Podlaski w powiecie sokołowskim,

gminy Domanice, Kotuń, Mokobody, Skórzec, Suchożebry, Mordy, Siedlce, Wiśniew i Zbuczyn w powiecie siedleckim,

powiat miejski Siedlce,

gminy Rzekuń, Troszyn, Czerwin i Goworowo w powiecie ostrołęckim,

gminy Olszanka i Łosice w powiecie łosickim,

powiat ostrowski,

gmina Wyszogród w powiecie płockim,

gminy Czerwińsk nad Wisłą i Załuski w powiecie płońskim,

gminy Pomiechówek, Zakroczym i część miasta Nowy Dwór Mazowiecki położona na północ od rzeki Wisły w powiecie nowodworskim,

gmina Pokrzywnica i Zatory w powiecie pułtuskim,

gmina Serock w powiecie legionowskim,

gmina Somianka w powiecie wyszkowskim,

gminy Dąbrówka, Klembów, Marki, Poświętne, Radzymin, Wołomin, Zielonka i Ząbki w powiecie wołomińskim,

gminy Halinów i Sulejówek w powiecie mińskim,

gmina Józefów, Karczew i Otwock w powiecie otwockim,

gminy Lesznowola, Tarczyn i część gminy Góra Kalwaria położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 79 i północną granicę miasta Góra Kalwaria w powiecie piaseczyńskim,

gminy Chynów i Grójec w powiecie grójeckim,

gminy Brwinów, Michałowice, Nadarzyn, Piastów, Pruszków i Raszyn w powiecie pruszkowskim,

gminy Baranów, Grodzisk Mazowiecki, Milanówek i Podkowa Leśna w powiecie grodziskim,

gminy Iłów, Młodzieszyn, Sochaczew z miastem Sochaczew i Teresin w powiecie sochaczewskim,

część powiatu miejskiego Warszawa, położona na wschód od linii wyznaczonej przez Kanał Żerański i następnie przedłużonej w kierunku południowym przez rzekę Wisłę.

w województwie lubelskim:

gminy Cyców, Ludwin, Puchaczów i Spiczyn w powiecie łęczyńskim,

gminy Borki, Czemierniki, miasto Radzyń Podlaski i Ulan-Majorat w powiecie radzyńskim,

gmina Adamów, Krzywda, Serokomla, Stanin, Trzebieszów, Wojcieszków i gmina wiejska Łuków w powiecie łukowskim,

gminy Dębowa Kłoda, Siemień i Sosnowica w powiecie parczewskim,

gminy Dorohusk, Kamień, Chełm, Ruda – Huta, część gminy Sawin położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę łącząca miejscowość Chutcze z miejscowością Sawin, wzdłuż ulic Brzeska, Wygon i Podgrabowa w miejscowości Sawin, a dalej wzdłuż drogi stanowiącej przedłużenie ulicy Podgrabowa w kierunku wschodnim do granicy gminy, Siedliszcze, Rejowiec, Rejowiec Fabryczny z miastem Rejowiec Fabryczny i Wierzbica w powiecie chełmskim,

powiat miejski Chełm,

gminy Firlej, Kock, Lubartów z miastem Lubartów, Serniki, Niedźwiada, Ostrówek, Ostrów Lubelski i Uścimów w powiecie lubartowskim.

PARTI II

1.   Ir-Repubblika Ċeka

Iż-żoni li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:

okres Zlín.

2.   L-Estonja

Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

Haapsalu linn,

Hanila vald,

Harju maakond,

Ida-Viru maakond,

Jõgeva maakond,

Järva maakond,

Kihelkonna vald,

Kullamaa vald,

Kuressaare linn,

Lääne-Viru maakond,

Lääne-Saare vald,

osa Leisi vallast, mis asub lääne pool Kuressaare-Leisi maanteest (maanatee nr 79),

Lihula vald,

Martna vald,

Muhu vald,

Mustjala vald,

Osa Noarootsi vallast, mis asub põhja pool maanteest nr 230,

Nõva vald,

Pihtla vald,

Pärnu maakond (välja arvatud Audru ja Tõstamaa vald),

Põlva maakond,

Rapla maakond,

Osa Ridala vallast, mis asub edela pool maanteest nr 31,

Ruhnu vald,

Salme vald,

Tartu maakond,

Torgu vald,

Valga maakond,

Viljandi maakond,

Vormsi vald,

Võru maakond.

3.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

Ādažu novads,

Aglonas novada Kastuļinas, Grāveru un Šķeltovas pagasts,

Aizkraukles novads,

Aknīstes novads,

Alojas novads,

Alūksnes novads,

Amatas novads,

Apes novads,

Auces novada Bēnes, Lielauces un Īles pagasts,

Babītes novads,

Baldones novads,

Baltinavas novads,

Balvu novads,

Bauskas novads,

Beverīnas novads,

Brocēnu novads,

Burtnieku novads,

Carnikavas novads,

Cēsu novads,

Cesvaines novads,

Ciblas novads,

Dagdas novads,

Daugavpils novada Vaboles, Līksnas, Sventes, Medumu, Demenas, Kalkūnes, Laucesas, Tabores, Maļinovas, Ambeļu, Biķernieku, Naujenes, Vecsalienas, Salienas un Skrudalienas pagasts,

Dobeles novads,

Dundagas novads,

Engures novads,

Ērgļu novads,

Garkalnes novada daļa, kas atrodas uz ziemeļrietumiem no autoceļa A2,

Gulbenes novads,

Iecavas novads,

Ikšķiles novada Tīnūžu pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidaustrumiem no autoceļa P10, Ikšķiles pilsēta,

Ilūkstes novads,

Jaunjelgavas novads,

Jaunpiebalgas novads,

Jaunpils novads,

Jēkabpils novads,

Jelgavas novada Glūdas, Zaļenieku, Svētes, Kalnciema, Līvbērzes un Valgundes pagasts,

Kandavas novads,

Kārsavas novads,

Ķeguma novads,

Ķekavas novads,

Kocēnu novads,

Kokneses novads,

Krāslavas novads,

Krimuldas novada Krimuldas pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļaustrumiem no autoceļa V89 un V81, un Lēdurgas pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļaustrumiem no autoceļa V81 un V128,

Krustpils novads,

Kuldīgas novada Padures, Pelču, Rumbas, Rendas, Kalibes un Vārmes pagasti,

Lielvārdes novads,

Līgatnes novads,

Limbažu novada Skultes, Limbažu, Umurgas, Katvaru, Pāles un Viļķenes pagasts, Limbažu pilsēta,

Līvānu novads,

Lubānas novads,

Ludzas novads,

Madonas novads,

Mālpils novads,

Mārupes novads,

Mazsalacas novads,

Mērsraga novads,

Naukšēnu novads,

Neretas novada Mazzalves pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļaustrumiem no autoceļa P73 un uz rietumiem no autoceļa 932,

Ogres novads,

Olaines novads,

Ozolnieku novads,

Pārgaujas novads,

Pļaviņu novads,

Preiļu novada Saunas pagasts,

Priekuļu novada Veselavas pagasts un Priekuļu pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa P28 un rietumiem no autoceļa P20,

Raunas novada Drustu pagasts un Raunas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa A2,

republikas pilsēta Daugavpils,

republikas pilsēta Jēkabpils,

republikas pilsēta Jūrmala,

republikas pilsēta Rēzekne,

republikas pilsēta Valmiera,

Rēzeknes novada Audriņu, Bērzgales, Čornajas, Dricānu, Gaigalavas, Griškānu, Ilzeskalna, Kantinieku, Kaunatas, Lendžu, Lūznavas, Maltas, Mākoņkalna, Nagļu, Ozolaines, Ozolmuižas, Rikavas, Nautrēnu, Sakstagala, Silmalas, Stoļerovas, Stružānu un Vērēmu pagasts un Feimaņu pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļiem no autoceļa V577 un Pušas pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļaustrumiem no autoceļa V577 un V597,

Riebiņu novada Sīļukalna, Stabulnieku, Galēnu un Silajāņu pagasts,

Rojas novads,

Ropažu novada daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa P10,

Rugāju novads,

Rundāles novads,

Rūjienas novads,

Salacgrīvas novads,

Salas novads,

Saldus novada Jaunlutriņu, Lutriņu un Šķēdes pagasts,

Saulkrastu novads,

Siguldas novada Mores pagasts un Allažu pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa P3,

Skrīveru novads,

Smiltenes novads,

Strenču novads,

Talsu novads,

Tukuma novads,

Valkas novads,

Varakļānu novads,

Vecpiebalgas novads,

Vecumnieku novads,

Ventspils novada Ances, Tārgales, Popes, Vārves, Užavas, Piltenes, Puzes, Ziru, Ugāles, Usmas un Zlēku pagasts, Piltenes pilsēta,

Viesītes novada Elkšņu un Viesītes pagasts, Viesītes pilsēta,

Viļakas novads,

Viļānu novads,

Zilupes novads.

4.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

Alytaus miesto savivaldybė,

Alytaus rajono savivaldybė,

Anykščių rajono savivaldybė: Andrioniškio, Anykščių, Debeikių, Kavarsko seniūnijos dalis į šiaurės rytus nuo kelio Nr. 1205 ir į šiaurę rytus nuo kelio Nr. 1218, Kurklių, Skiemonių, Svėdasų, Troškūnų ir Viešintų seniūnijos,

Birštono savivaldybė,

Biržų miesto savivaldybė,

Biržų rajono savivaldybė: Nemunėlio Radviliškio, Pabiržės, Pačeriaukštės ir Parovėjos seniūnijos,

Elektrėnų savivaldybė,

Ignalinos rajono savivaldybė,

Jonavos rajono savivaldybė,

Jurbarko rajono savivaldybė: Juodaičių, Raudonės, Seredžiaus, Veliuonos seniūnijos ir Skirsnemunės ir Šimkaičių seniūnijos dalis į rytus nuo kelio Nr. 146,

Kaišiadorių miesto savivaldybė,

Kaišiadorių rajono savivaldybė,

Kauno miesto savivaldybė,

Kauno rajono savivaldybės: Akademijos, Alšėnų, Batniavos, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos apylinkių, Garliavos, Karmėlavos, Kačerginės, Kulautuvos, Lapių, Linksmakalnio, Neveronių, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos apylinkių, Vilkijos, Zapyškio seniūnijos,

Kėdainių rajono savivaldybė savivaldybės: Dotnuvos, Gudžiūnų, Josvainių seniūnijos dalis į šiaurę nuo kelio Nr 3514 ir Nr 229, Krakių, Kėdainių miesto, Surviliškio, Truskavos, Vilainių ir Šėtos seniūnijos,

Kupiškio rajono savivaldybė: Noriūnų, Skapiškio, Subačiaus ir Šimonių seniūnijos,

Molėtų rajono savivaldybė,

Pakruojo rajono savivaldybė: Klovainių, Rozalimo, Lygumų, Pakruojo, Žeimelio, Linkuvos ir Pašvitinio seniūnijos,

Panevėžio rajono savivaldybė: Krekenavos seninūnijos dalis į vakarus nuo Nevėžio upės ir į pietus nuo kelio Nr. 3004,

Pasvalio rajono savivaldybė: Joniškėlio apylinkių, Joniškėlio miesto, Saločių ir Pušaloto seniūnijos,

Radviliškio rajono savivaldybė: Baisogalos, Grinkiškio, Skėmių, Šeduvos miesto, Pakalniškių ir Sidabravo seniūnijos,

Raseinių rajono savivaldybė: Kalnūjų, Girkalnio, Ariogalios seniūnijos į pietus nuo kelio Nr. A1,

Prienų miesto savivaldybė,

Prienų rajono savivaldybė,

Rokiškio rajono savivaldybė,

Širvintų rajono savivaldybė,

Švenčionių rajono savivaldybė,

Trakų rajono savivaldybė,

Utenos rajono savivaldybė,

Vilniaus miesto savivaldybė,

Vilniaus rajono savivaldybė,

Vilkaviškio rajono savivaldybė,

Visagino savivaldybė,

Zarasų rajono savivaldybė.

5.   Il-Polonja

Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

w województwie warmińsko-mazurskim:

gmina Kalinowo i Prostki w powiecie ełckim,

w województwie podlaskim:

część gminy Wizna położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę łączącą miejscowości Jedwabne i Wizna oraz na południe od linii wyznaczoną przez drogę nr 64 (od skrzyżowania w miejscowości Wizna w kierunku wschodnim do granicy gminy) w powiecie łomżyńskim,

gmina Dubicze Cerkiewne, Czyże, Białowieża, Hajnówka z miastem Hajnówka, Narew, Narewka i części gmin Kleszczele i Czeremcha położone na wschód od drogi nr 66 w powiecie hajnowskim,

gmina Kobylin-Borzymy w powiecie wysokomazowieckim,

gminy Grabowo i Stawiski w powiecie kolneńskim,

gminy Czarna Białostocka, Dobrzyniewo Duże, Gródek, Michałowo, Supraśl, Tykocin, Wasilków, Zabłudów, Zawady i Choroszcz w powiecie białostockim,

część gminy Bielsk Podlaski położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 19 (w kierunku północnym od miasta Bielsk Podlaski) i przedłużonej przez wschodnią granicę miasta Bielsk Podlaski i drogę nr 66 (w kierunku południowym od miasta Bielsk Podlaski), część gminy Orla położona na wschód od drogi nr 66 w powiecie bielskim,

powiat sejneński,

gminy Bargłów Kościelny, Płaska i Sztabin w powiecie augustowskim,

powiat sokólski,

w województwie mazowieckim:

gmina Przesmyki w powiecie siedleckim,

gmina Repki w powiecie sokołowskim,

gmina Brochów w powiecie sochaczewskim,

gminy Czosnów, Leoncin i część miasta Nowy Dwór Mazowiecki ograniczona od północy rzeką Narew i od południa rzeką Wisła w powiecie nowodworskim,

powiat warszawski zachodni,

gminy Jabłonna, Nieporęt, Wieliszew i Legionowo w powiecie legionowskim,

gminy Konstancin – Jeziorna, Piaseczno, Prażmów i część gminy Góra Kalwaria, położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 79 i północną granicę miasta Góra Kalwaria w powiecie piaseczyńskim,

część powiatu miejskiego Warszawa, położona na zachód od linii wyznaczonej przez Kanał Żerański i przedłużonej w kierunku południowym przez rzekę Wisłę.

w województwie lubelskim:

gminy Komarówka Podlaska i Wohyń w powiecie radzyńskim,

gminy Stary Brus i Urszulin w powiecie włodawskim,

gminy Rossosz, Wisznice, Sławatycze, Sosnówka, Tuczna i Łomazy w powiecie bialskim,

gminy Jabłoń, Milanów i Parczew w powiecie parczewskim,

część gminy Sawin położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę łącząca miejscowość Chutcze z miejscowością Sawin, wzdłuż ulic Brzeska, Wygon i Podgrabowa w miejscowości Sawin, a dalej wzdłuż drogi stanowiącej przedłużenie ulicy Podgrabowa w kierunku wschodnim do granicy gminy w powiecie chełmskim.

PARTI III

1.   L-Estonja

Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

Audru vald,

Lääne-Nigula vald,

Laimjala vald,

osa Leisi vallast, mis asub ida pool Kuressaare-Leisi maanteest (maantee nr 79),

Osa Noarootsi vallast, mis asub lõuna pool maanteest nr 230,

Orissaare vald,

Pöide vald,

Osa Ridala vallast, mis asub kirde pool maanteest nr 31,

Tõstamaa vald,

Valjala vald.

2.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

Aglonas novada Aglonas pagasts,

Auces novada Vītiņu pagasts,

Daugavpils novada Nīcgales, Kalupes, Dubnas un Višķu pagasts,

Garkalnes novada daļa, kas atrodas uz dienvidaustrumiem no autoceļa A2,

Ikšķiles novada Tīnūžu pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļrietumiem no autoceļa P10,

Inčukalna novads,

Krimuldas novada Krimuldas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidrietumiem no autoceļa V89 un V81, un Lēdurgas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidrietumiem no autoceļa V81 un V128,

Limbažu novada Vidrižu pagasts,

Neretas novada Neretas, Pilskalnes, Zalves pagasts un Mazzalves pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidrietumiem no autoceļa P73 un uz austrumiem no autoceļa 932,

Priekuļu novada Liepas un Mārsēnu pagasts un Priekuļu pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļiem no autoceļa P28 un austrumiem no autoceļa P20,

Preiļu novada Preiļu, Aizkalnes un Pelēču pagasts un Preiļu pilsēta,

Raunas novada Raunas pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļiem no autoceļa A2,

Rēzeknes novada Feimaņu pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa V577 un Pušas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidrietumiem no autoceļa V577 un V597,

Riebiņu novada Riebiņu un Rušonas pagasts,

Ropažu novada daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa P10,

Salaspils novads,

Saldus novada Jaunauces, Rubas, Vadakstes un Zvārdes pagasts,

Sējas novads,

Siguldas novada Siguldas pagasts un Allažu pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļiem no autoceļa P3, un Siguldas pilsēta,

Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes,

Vārkavas novads,

Viesītes novada Rites un Saukas pagasts.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

Anykščių rajono savivaldybė: Kavarsko seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio Nr. 1205 ir į pietus nuo kelio Nr. 1218 ir Traupio seniūnija,

Biržų rajono savivaldybė: Vabalninko, Papilio ir Širvenos seniūnijos,

Druskininkų savivaldybė,

Kauno rajono savivaldybė: Babtų, Čekiškės ir Vandžiogalos seniūnijos,

Kėdainių rajono savivaldybė: Pelėdnagių, Pernaravos seniūnijos ir Josvainių seniūnijos dalis į pietus nuo kelio Nr 3514 ir Nr 229,

Kupiškio rajono savivaldybė: Alizavos ir Kupiškio seniūnijos,

Lazdijų rajono savivaldybė,

Pakruojo rajono savivaldybė: Guostagalio seniūnija,

Panevėžio miesto savivaldybė,

Panevėžio rajono savivaldybė: Karsakiškio, Miežiškių, Naujamiesčio, Paįstrio, Raguvos, Ramygalos, Smilgių, Upytės, Vadoklių, Velžio seniūnijos ir Krekenavos seniūnijos dalis į rytus nuo Nevėžio upės ir į šiaurę nuo kelio Nr. 3004,

Pasvalio rajono savivaldybė: Daujėnų, Krinčino, Namišių, Pasvalio apylinkių, Pasvalio miesto, Pumpėnų ir Vaškų seniūnijos,

Šalčininkų rajono savivaldybė,

Ukmergės rajono savivaldybė,

Varėnos rajono savivaldybė.

4.   Il-Polonja

Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

w województwie podlaskim:

powiat grajewski,

powiat moniecki,

gminy Jedwabne i Przytuły oraz część gminy Wizna, położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę łączącą miejscowości Jedwabne i Wizna oraz na północ od linii wyznaczonej przez drogę 64 (od skrzyżowania w miejscowości Wizna w kierunku wschodnim do granicy gminy) w powiecie łomżyńskim,

gmina Lipsk w powiecie augustowskim,

części gminy Czeremcha i Kleszczele położone na zachód od drogi nr 66 w powiecie hajnowskim,

gminy Drohiczyn, Mielnik, Milejczyce, Nurzec-Stacja, Siemiatycze z miastem Siemiatycze w powiecie siemiatyckim.

w województwie mazowieckim:

gminy Platerów, Sarnaki, Stara Kornica i Huszlew w powiecie łosickim,

gminy Korczew i Paprotnia w powiecie siedleckim.

w województwie lubelskim:

gminy Kodeń, Konstantynów, Janów Podlaski, Leśna Podlaska, Piszczac, Rokitno, Biała Podlaska, Zalesie i Terespol z miastem Terespol, Drelów, Międzyrzec Podlaski z miastem Międzyrzec Podlaski w powiecie bialskim,

powiat miejski Biała Podlaska,

gminy Radzyń Podlaski i Kąkolewnica w powiecie radzyńskim,

gminy Hanna, Hańsk, Wola Uhruska, Wyryki i gmina wiejska Włodawa w powiecie włodawskim,

gmina Podedwórze w powiecie parczewskim.

PARTI IV

L-Italja

Iż-żoni li ġejjin fl-Italja:

tutto il territorio della Sardegna.

Rettifika

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/69

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/971 tat-8 ta' Ġunju 2017 li tiddetermina l-arranġamenti għall-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE fil-qafas tal-PSDK u li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja, 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta' taħriġ militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 146 tad-9 ta' Ġunju 2017 )

It-titolu fil-Werrej u t-titolu fil-paġna 133,

minflok:

“Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/971 tat-8 ta' Ġunju 2017 li tiddetermina…”,

aqra:

“Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/971 tat-8 ta' Ġunju 2017 li tiddetermina…”.