ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 320

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
6 ta' Diċembru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2235 tal-4 ta' Diċembru 2017 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006 u (KE) Nru 1067/2008 u mir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 u (UE) 2017/2200, mir-Regolament (KE) Nru 1964/2006 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012 u mir-Regolament (KE) Nru 1918/2006, fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni fl-2018 skont il-kwoti tariffarji għaċ-ċereali, ir-ross u ż-żejt taż-żebbuġa

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2236 tal-5 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3199/93 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxi tas-sisa

6

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2237 tat-30 ta' Novembru 2017 li taħtar żewġ membri, proposti mir-Renju tal-Iżvezja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

10

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2238 tal-5 ta' Diċembru 2017 dwar l-ekwivalenza tal-qafas legali u superviżorju applikabbli għal swieq magħżula tal-kuntratti u faċilitajiet ta' eżekuzzjoni ta' swaps fl-Istati Uniti tal-Amerika skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

11

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/2239 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċìżjoni (UE) 2016/2247 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/36)

18

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246 tas-7 ta' Ġunju 2017 li tapprova l-iskema ta' riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A. ( ĠU L 178, 11.7.2017 )

31

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 ( ĠU L 181, 29.6.2013 )

31

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2235

tal-4 ta' Diċembru 2017

li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006 u (KE) Nru 1067/2008 u mir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 u (UE) 2017/2200, mir-Regolament (KE) Nru 1964/2006 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012 u mir-Regolament (KE) Nru 1918/2006, fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni fl-2018 skont il-kwoti tariffarji għaċ-ċereali, ir-ross u ż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996, dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim GATT XXIV:6 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 187(e) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 (3), (KE) Nru 969/2006 (4), (KE) Nru 1067/2008 (5) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 (6) u (UE) 2017/2200 tal-Kummissjoni (7) jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni tax-xgħir fil-qafas tal-kwota 09.4126, tal-qamħirrum fil-qafas tal-kwota 09.4131 u tal-qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri fil-qafas tal-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133 u ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina fil-qafas tal-kwoti 09.4306, 09.4307, 09.4308, 09.4277, 09.4278 u 09.4279.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 (8) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 (9) jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Bangladesh fil-qafas tal-kwota 09.4517 u ta' ross imfarrak fil-qafas tal-kwota 09.4079.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 (10) jistipula dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq ta' applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija fil-qafas tal-kwota 09.4032.

(4)

Meta wieħed iqis il-btajjel tas-sena 2018, jeħtieġ li għal ċerti perjodi tingħata deroga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008 u mir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 u (UE) 2017/2200, mir-Regolament (KE) Nru 1964/2006, u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012 u mir-Regolament (KE) Nru 1918/2006, fir-rigward tad-dati għat-tressiq ta' applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni u l-ħruġ ta' dawn il-liċenzji, biex ikun żgurat li jitħarsu l-volumi tal-kwoti konċernati.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iċ-ċereali

1.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2018, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tax-xgħir skont il-kwota 09.4126, wara l-Ġimgħa, l-14 ta' Diċembru 2018, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

2.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2018, il-liċenzji għall-importazzjoni tax-xgħir imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4126 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (11).

3.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2018, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tal-qamħirrum skont il-kwota 09.4131, wara l-Ġimgħa, l-14 ta' Diċembru 2018, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

4.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2018, il-liċenzji għall-importazzjoni tal-qamħirrum imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4131 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

5.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2018, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni ta' qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri skont il-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133, wara l-Ġimgħa, l-14 ta' Diċembru 2018, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

6.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2018, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri imressqa fil-qafas tal-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

7.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, għas-sena 2018, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ċereali li joriġinaw mill-Ukraina fil-qafas tal-kwoti 09.4306, 09.4307 u 09.4308 ma jistgħux ikomplu jitressqu wara l-Ġimgħa, l-14 ta' Diċembru 2018, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

8.   B'deroga mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2015/2081, għas-sena 2018, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' ċereali li joriġinaw mill-Ukraina fil-qafas tal-kwoti 09.4306, 09.4307 u 09.4308 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

9.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2200, għas-sena 2018, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ċereali li joriġinaw mill-Ukraina fil-qafas tal-kwoti 09.4277, 09.4278 u 09.4279 ma jistgħux ikomplu jitressqu wara l-Ġimgħa, l-14 ta' Diċembru 2018, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

10.   B'deroga mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2017/2200, għas-sena 2018, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' ċereali li joriġinaw mill-Ukraina fil-qafas tal-kwoti 09.4277, 09.4278 u 09.4279 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 2

Ir-ross

1.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2018, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Bangladesh skont il-kwota 09.4517 wara l-Ġimgħa, is-7 ta' Diċembru 2018, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

2.   B'deroga mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2018, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Bangladesh imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4517 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

3.   B'deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, għas-sena 2018, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tar-ross miksur skont il-kwota 09.4079 wara l-Ġimgħa, is-7 ta' Diċembru 2018, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

4.   B'deroga mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, għas-sena 2018, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross miksur imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4079 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 3

Iż-żejt taż-żebbuġa

1.   B'deroga mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għas-sena 2018, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija ma jistgħux jitressqu wara t-Tlieta, l-11 ta' Diċembru 2018.

2.   B'deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, il-liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jiskadi fl-1 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(2)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta' Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffali għall-importazzjoni ta' xgħir minn pajjiżi terzi (ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta' Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2081 tat-18 ta' Novembru 2015 li jwassal għall-ftuħ u għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 81).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2200 tat-28 ta' Novembru 2017 li jwassal għall-ftuħ u għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 313, 29.11.2017, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwota għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Bangladexx, b'applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 19).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 tas-7 ta' Ġunju 2012 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta' kwota ta' tariffa għal ross miksur (broken rice) ta' kodiċi NM 1006 40 00 għal produzzjoni ta' tħejjijiet tal-ikel ta' kodiċi NM 1901 10 00 (ĠU L 148, 8.6.2012, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS I

Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni taċ-ċereali

Dati tal-ħruġ

Il-Ġimgħa 16 ta' Marzu mis-13.00 sal-Ġimgħa, it-23 ta' Marzu 2018 fis-13.00pm, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mit-Tlieta, it-3 ta' April 2018

Il-Ġimgħa 23 ta' Marzu mis-13.00 sal-Ġimgħa, it-30 ta' Marzu 2018 fis-13.00pm, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ġimgħa sas-6 ta' April 2018

Il-Ġimgħa, l-20 ta' April mis-13:00 sal-Ġimgħa, is-27 ta' April 2018 fis-13:00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mit-Tnejn, is-7 ta' Mejju 2018

Il-Ġimgħa, is-27 ta' April mis-13:00 sal-Ġimgħa, l-4 ta' Mejju 2018 fis-13:00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mit-Tnejn, l-14 ta' Mejju 2018

Il-Ġimgħa, it-3 ta' Awwissu mis-13:00 sal-Ġimgħa, l-10 ta' Awwissu 2018 fis-13.00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mit-Tnejn, l-20 ta' Awwissu 2018

Il-Ġimgħa, id-19 ta' Ottubru mis-13.00 sal-Ġimgħa, is-26 ta' Ottubru 2018 fis-13.00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mit-Tnejn, il-5 ta' Novembru 2018


ANNESS II

Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross

Dati tal-ħruġ

Il-Ġimgħa 16 ta' Marzu mis-13.00 sal-Ġimgħa, it-23 ta' Marzu 2018 fis-13.00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ħamis, it-12 ta' April 2018

Il-Ġimgħa 23 ta' Marzu mis-13.00pm sal-Ġimgħa Il-Ġimgħa, 30 ta' Marzu 2018 fis-13.00pm, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mit-Tlieta, Il-Ħamis, 12 ta' April 2018,

Il-Ġimgħa, l-20 ta' April mis-13:00 sal-Ġimgħa, is-27 ta' April 2018 fis-13:00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ħamis, l-10 ta' Mejju 2018

Il-Ġimgħa, is-27 ta' April mis-13:00 sal-Ġimgħa, l-4 ta' Mejju 2018 fis-13:00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ħamis, is-17 ta' Mejju 2018

Il-Ġimgħa, ir-3 ta' Awwissu mis-13:00 sal-Ġimgħa, l-10 ta' Awwissu 2018 fis-13.00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ħamis, it-23 ta' Awwissu 2018

Il-Ġimgħa, id-19 ta' Ottubru mis-13.00 sal-Ġimgħa, is-26 ta' Ottubru 2018 fis-13.00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol milll-Ħamis, it-8 ta' Novembru 2018


ANNESS III

Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa

Dati tal-ħruġ

It-Tnejn is-26 jew it-Tlieta is-27 ta' Marzu 2018

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ġimgħa, is-6 ta' April 2018

It-Tnejn is-7 jew it-Tlieta it-8 ta' Mejju 2018

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ġimgħa, it-18 ta' Mejju 2018

It-Tnejn 13 jew it-Tlieta l-14 ta' Awwissu 2018

L-ewwel jum ta' xogħol mit-Tlieta it-22 ta' Awwissu 2018

It-Tnejn 29 jew it-Tlieta it-30 ta' Ottubru 2018

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ħamis, it-8 ta' Novembru 2018


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2236

tal-5 ta' Diċembru 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3199/93 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxi tas-sisa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(4) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE, l-Istati Membri huma meħtieġa li jeżentaw mit-taxxa tas-sisa l-alkoħol li jkun ġie żnaturat kompletament skont ir-rekwiżiti ta' kwalunkwe Stat Membru, sakemm dawk ir-rekwiżiti jkunu ġew debitament innotifikati u aċċettati skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3 u 4 ta' dak l-Artikolu.

(2)

Iż-żnaturanti li jintużaw f'kull Stat Membru għall-iskopijiet tal-iżnaturar komplet tal-alkoħol skont Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE huma kif deskritti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93 (2).

(3)

Fit-8 ta' Ġunju 2017, ir-Rumanija kkomunikat lill-Kummissjoni biż-żnaturant li beħsiebha tuża għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol, b'effett mill-1 ta' Settembru 2017, għall-finijiet tal-Artikolu 27(1)(a) ta' dik id-Direttiva.

(4)

Il-Kummissjoni bagħtet il-komunikazzjoni msemmija lill-Istati Membri l-oħra fl-14 ta' Ġunju 2017.

(5)

Fil-5 ta' Lulju 2017, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni biż-żnaturant li beħsiebha tuża għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol, b'effett mill-1 ta' Awwissu 2017, għall-finijiet tal-Artikolu 27(1)(a) ta' dik id-Direttiva.

(6)

Il-Kummissjoni bagħtet il-komunikazzjoni msemmija lill-Istati Membri l-oħra fis-7 ta' Lulju 2017.

(7)

L-ebda oġġezzjoni ma waslet għand il-Kummissjoni.

(8)

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b'urġenza.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 3199/93, għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 3199/93 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93 tat-22 ta' Novembru 1993 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa (ĠU L 288, 23.11.1993, p. 12)


ANNESS

“ANNESS

Lista ta' prodotti awtorizzati, bin-numru ta' reġistrazzjoni tagħhom tal-Chemical Abstracts Service (CAS), għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol:

Aċeton

CAS: 67-64-1

Benżoat tad-denatonju

CAS: 3734-33-6

Etanol

CAS: 64-17-5

Etil-terz-butil-etere

CAS: 637-92-3

Fluworexxeina

CAS: 2321-07-5

Petrol (inkluż petrol bla ċomb)

CAS: 86290-81-5

Alkoħol isopropiliku

CAS: 67-63-0

Kerosin

CAS: 8008-20-6

Pitrolju

CAS: 64742-47-8 u 64742-48-9

Metanol

CAS: 67-56-1

Metiletilketon (2-butanon)

CAS: 78-93-3

Metilisobutilketon

CAS: 108-10-1

Metilen blu (52015)

CAS: 61-73-4

Solvent tan-nafta

CAS: 8030-30-6

Trementina

CAS: 8006-64-2

Petrol għal użu tekniku

CAS: 92045-57-3

It-terminu “etanol assolut” f'dan l-Anness għandu l-istess tifsira bħall-kelma “alkoħol assolut” użata mill-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata.

Fl-Istati Membri kollha, kwalunkwe żebgħa tista' tiġi miżjuda mal-alkoħol żnaturat biex tagħtih kulur karatteristiku, u jsir immedjatament identifikabbli.

I.   Il-proċedura komuni tal-iżnaturar għall-alkoħol żnaturat kompletament użata fil-Belġju, fil-Bulgarija, fid-Danimarka, fil-Ġermanja, fl-Estonja, fl-Irlanda, fil-Greċja, fi Spanja, fi Franza, fl-Italja, f'Ċipru, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Lussemburgu, fl-Ungerija, f'Malta, fin-Netherlands, fl-Awstrija, fil-Polonja, fil-Portugall, fis-Slovenja, fis-Slovakkja, fil-Finlandja:

Għal kull ettolitru ta' etanol assolut:

Litru (1,0 l) alkoħol isopropil,

Litru (1,0 l) metiletilketon,

1,0 gramma benżoat tad-denatonju.

II.   Konċentrazzjoni ikbar tal-proċedura komuni tal-iżnaturar għall-alkoħol żnaturat kompletament, użata fl-Istati Membri li ġejjin:

Ir-Repubblika Ċeka u r-Renju Unit

Għal kull ettolitru ta' etanol assolut:

3,0 litri alkoħol isopropil;

3,0 litri metiletilketon,

1,0 gramma benżoat tad-denatonju.

Il-Kroazja

Għal kull ettolitru ta' etanol assolut:

Minimu ta':

Litru (1,0 l) alkoħol isopropil,

Litru (1,0 l) metiletilketon,

1,0 gramma benżoat tad-denatonju.

L-Iżvezja

Għal kull ettolitru etanol assolut:

Litru (1,0 l) alkoħol isopropil,

2,0 litri metiletilketon,

1,0 gramma benżoat tad-denatonju.

III.   Proċeduri addizzjonali tal-iżnaturar għall-alkoħol żnaturat kompletament, użati f'ċerti Stati Membri:

Għal kull ettolitru ta' etanol assolut, kwalunkwe minn dawn il-formulazzjonijiet li ġejjin:

Ir-Repubblika Ċeka

1.

0,4 litri solvent tan-nafta,

0,2 litri pitrolju,

litru (0,1 l) petrol għal użu tekniku.

2.

3,0 litri ta' etil-terz-butil-etere,

Litru (1,0 l) alkoħol isopropil,

1,0 litru petrol bla ċomb,

10 milligrammi fluworoxxeina.

Il-Greċja

Alkoħol ta' kwalità inferjuri biss (id-distillat miksub fil-bidu u fi tmiem il-proċess tad-distillazzjoni), b'saħħa alkoħolika ta' mill-inqas 93 % tal-volum u ta' mhux aktar minn 96 % tal-volum jista' jiġi żnaturat.

Għal kull ettolitru ta' alkoħol idratat ta' 93 % tal-volum jiżdiedu s-sustanzi li ġejjin:

2,0 litri metanol,

litru (1,0 l) trementina,

0,50 litru pitrolju,

0,40 gramma metilen blu.

F'temperatura ta' 20 °C, il-prodott aħħari, fil-forma mhux mibdula tiegħu, għandu jilħaq 93 % tal-volum.

Il-Finlandja – awtorizzata sal-31.12.2018

Għal kull ettolitru ta' etanol assolut, kwalunkwe minn dawn il-formulazzjonijiet li ġejjin:

1.

2,0 litri metiletilketon,

3,0 litri metilisobutilketon.

2.

2,0 litri ta' aċeton,

3,0 litri metilisobutilketon.


DEĊIŻJONIJIET

6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2237

tat-30 ta' Novembru 2017

li taħtar żewġ membri, proposti mir-Renju tal-Iżvezja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Żvediż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fl-20 ta' Lulju 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1203 (4), is-Sinjura Monalisa NORMANN ġiet sostitwita mis-Sur Joakim LARSSON bħala membru.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sinjura Heléne FRITZON u tas-Sur Joakim LARSSON saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sinjura Katrin STJERNFELDT JAMMEH, Malmö kommun,

Is-Sinjura Agneta GRANSTRÖM, Norrbottens läns landsting.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. SIMSON


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1203 tal-20 ta' Lulju 2015 li taħtar tliet membri Żvediżi u sitt membri supplenti Żvediżi fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 195, 23.7.2015, p. 44).


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/11


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2238

tal-5 ta' Diċembru 2017

dwar l-ekwivalenza tal-qafas legali u superviżorju applikabbli għal swieq magħżula tal-kuntratti u faċilitajiet ta' eżekuzzjoni ta' swaps fl-Istati Uniti tal-Amerika skont ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 28(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 jirrikjedi lill-kontropartijiet finanzjarji u l-kontropartijiet mhux finanzjarji 'il fuq mil-limitu tal-ikklerjar kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) stabbiliti fl-Unjoni li jikkonkludu tranżazzjonijiet f'derivati li jappartjenu għal klassi ta' derivati li tkun ġiet iddikjarata soġġetta għall-obbligu ta' negozjar biss fi swieq regolati, faċilitajiet ta' kummerċ multilaterali (multilateral trading facilities, MTFs), faċilitajiet organizzati tan-negozjar (organised trading facilities, OTFs) u ċentri tan-negozjar ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-Kummissjoni bħala ekwivalenti. Jenħtieġ li l-pajjiż terz rilevanti jipprovdi għal sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent taċ-ċentri tan-negozjar awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

Il-proċedura għar-rikonoxximent ta' ċentri tan-negozjar stabbilita f'pajjiżi terzi, stipulata fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, għandha l-għan li tippermetti kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji stabbiliti fl-Unjoni li jikkonkludu tranżazzjonijiet f'derivati soġġetti għall-obbligu ta' negozjar f'ċentri tan-negozjar ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti bħala ekwivalenti. Il-proċedura ta' rikonoxximent u d-deċiżjoni ta' ekwivalenza b'hekk iżidu t-trasparenza tan-negozjar tad-derivati, inkluż fejn in-negozju jsir f'ċentri tan-negozjar stabbiliti f'pajjiż terz.

(3)

Meta wieħed jikkunsidra l-ftehim milħuq mill-partijiet fil-G20 f'Pittsburgh fil-25 ta' Settembru 2009 sabiex in-negozjar f'kuntratti ta' derivati OTC standardizzati jitmexxa għal pjattaformi ta' kummerċ elettroniku jew boroż, huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal firxa adegwata ta' ċentri eliġibbli li fihom jista jkun hemm negozjar skont dak l-impenn. Id-dispożizzjonijiet ta' ekwivalenza għandhom jinqraw fid-dawl tal-għanijiet segwiti mir-Regolament (UE) Nru 600/2014, b'mod partikolari għall-kontribuzzjoni tiegħu għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, l-integrità tas-suq u l-protezzjoni tal-investitur u l-istabbiltà finanzjarja. Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 enfasizza barra minn hekk il-ħtieġa li tiġi stabbilita ġabra waħda ta' regoli għall-istituzzjonijiet kollha fir-rigward ta' ċerti rekwiżiti u li jiġi evitat il-potenzjal tal-arbitraġġ regolatorju. Għalhekk, meta jintgħażlu l-kuntratti standardizzati tad-derivati OTC li se jkunu soġġetti għall-obbligu ta' negozjar, huwa xieraq li l-Unjoni trawwem l-iżvilupp ta' numru suffiċjenti ta' ċentri eliġibbli għall-eżekuzzjoni tal-obbligu tan-negozjar, inkluż fl-UE.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, ċentri tan-negozjar ta' pajjiżi terzi jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għaċ-ċentri tan-negozjar stabbiliti fl-Unjoni meta dawn jikkonformaw ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti għaċ-ċentri tan-negozjar li jirriżultaw mid-Direttiva 2014/65/UE, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u li humasoġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f'dak il-pajjiż terz. Jenħtieġ li dan jinqara fid-dawl tal-għanijiet segwiti minn dak l-att, b'mod partikolari għall-kontribuzzjoni tiegħu għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, l-integrità tas-suq u l-protezzjoni tal-investitur u l-aħħar iżda mhux l-anqas l-istabbiltà finanzjarja.

(5)

Pjattaformi ta' negozjar ta' swaps li joperaw fl-Istati Uniti tal-Amerika (USA) joffru livell għoli ta' negozjar fi swaps denominati f'dollari u huwa importanti li l-kumpaniji tal-UE jkunu jistgħu jaċċessaw din il-likwidità għal ġestjoni effikaċi tar-riskji. Filwaqt li tiġi kkunsidrata l-importanza ta' pjattaformi ta' negozjar ta' swaps tal-Istati Uniti għall-funzjonament tas-suq tal-UE u l-impatt tagħhom fuq l-istabbiltà finanzjarja, huwa xieraq, f'dan il-kuntest, li jiġu rikonoxxuti l-pjattaformi ta' negozjar ta' swaps li joperaw fl-Istati Uniti tal-Amerika. Din id-deċiżjoni hija bbażata fuq valutazzjoni dettaljata tal-qafas legali u superviżorju tal-pjattaformi ta' kummerċ ta' swaps taħt il-Commodity Exchange Act (CEA) tal-Istati Uniti u r-regolamenti ta' implimentazzjoni b'enfasi partikolari fuq l-integrità u t-trasparenza tas-suq.

(6)

L-għan ta' din il-valutazzjoni ta' ekwivalenza huwa għalhekk li tivverifika li l-arranġamenti legali u superviżorji taħt is-CEA u r-regolamenti ta' implimentazzjoni jiżguraw li s-swieq magħżula tal-kuntratti (DCMs) u l-faċilitajiet ta' eżekuzzjoni ta' swaps (SEFs) stabbiliti fl-Istati Uniti u awtorizzati mill-Commodity Futures Trading Commission (CFTC) huma soġġetti għal rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti għaċ-ċentri tan-negozjar li jirriżultaw mid-Direttiva 2014/65/UE, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 u abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 28(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Il-fini tal-valutazzjoni ta' ekwivalenza huwa wkoll li jiġi verifikat jekk id-DCMs u s-SEFs humiex soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f'dak il-pajjiż terz.

(7)

Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti għal DCMs awtorizzati fl-Istati Uniti huma stabbiliti taħt il-forma CEA ta' qafas legali bażat fuq il-prinċipji għat-tħaddim tad-DCMs. Ir-rekwiżiti tas-CEA għad-DCMs jinkludu 23 Prinċipju Fundamentali. Dawn il-prinċipji għandhom is-saħħa tal-liġi u d-DCMs iridu jikkonformaw magħhom fuq bażi inizjali u kontinwa. DCM irid jikkonforma wkoll mar-regolamenti applikabbli tas-CFTC (CFR), li jispeċifikaw ir-rekwiżiti għall-operat bħala DCM.

(8)

Ir-rekwiżiti legalment vinkolanti għal SEFs awtorizzati fl-Istati Uniti huma stabbiliti taħt il-forma CEA ta' qafas legali bbażat fuq il-prinċipji. L-SFSs joperaw taħt Taqsima 5h tas-CEA, li żdiedet mit-Taqsima 733 tad-Dodd-Frank Wall Street Reform u l-Consumer Protection Act għal kummerċ u pproċessar ta' swaps. It-Taqsima 5h tas-CEA tistipula 15 il-Prinċipju Fundamentali għas-SEFs. Sabiex persuna tikseb u żżomm ir-reġistrazzjoni mas-CFTC, l-SEFs iridu jikkonformaw ma' 15 il-Prinċipju Fundamentali. L-SEFs iridu jikkonformaw ukoll mar-regolamenti CFTC applikabbli għall-SEFs fuq bażi inizjali u kontinwa.

(9)

L-Artikolu 28(4)(ad) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jistabbilixxi erba' kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati sabiex jiġi determinat li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' pajjiż terz rigward iċ-ċentri tan-negozjar awtorizzati hemmhekk huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE.

(10)

Skont l-ewwel kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 28(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, ċentri tan-negozjar ta' pajjiżi terzi jridu jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa.

(11)

Sabiex jopera bħala DCM applikant irid japplika għal deżinjazzjoni mas-CFTC u juri l-konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tas-CEA kif ukoll taħt ir-regolamenti CFTC. Bl-istess mod, sabiex jopera bħala SEF, applikant irid jikseb reġistrazzjoni mas-CFTC u juri l-konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tas-CEA kif ukoll taħt ir-regolamenti CFTC. Is-CFTC għandha awtorità ta' sorveljanza regolatorja fuq DCMs u SEFs, rispettivament, skont it-Taqsimiet 5 u 5h tas-CEA, 7 USC 7 u 7 USC 7b-3. Sabiex tiġi nnominata mis-CFTC, DCM trid tikkonforma mat-23 Prinċipji Fundamentali tad-DCM taħt is-CEA u kwalunkwe rekwiżit li s-CFTC tista' timponi minn regola jew regolament. Sabiex tiġi rreġistrata mas-CFTC, SEF trid tikkonforma mal-15-il Prinċipju Fundamentali tal-SEF taħt is-CEA u kwalunkwe rekwiżit li s-CFTC tista' timponi minn regola jew regolament. DCM hija meħtieġa li tkun faċilità tan-negozjar li ġeneralment, taħt is-CEA, tfisser sistema multilaterali li fiha l-parteċipanti jkollhom il-kapaċità li jwettqu tranżazzjonijiet skont regoli mhux diskrezzjonali. DCMs iridu jipprovdu lill-membri b'aċċess imparzjali għas-swieq u s-servizzi tagħhom. Il-kriterji tal-aċċess iridu jkunu imparzjali, trasparenti u applikati b'mod mhux diskriminatorju. Barra minn hekk, ir-regolamenti CEA u CFTC jissoġettaw DCMs għar-rekwiżitiorganizzazzjonali rigward il-governanza korporattiva, il-politika dwar il-kunflitti ta' interess, il-ġestjoni tar-riskju, negozjar ġust u ordnat, ir-reżiljenza tas-sistema tan-negozjar, l-arranġamenti tal-ikklerjar u tas-soluzzjoni tal-kontroversji, l-ammissjoni għan-negozjar u l-monitoraġġ tal-konformità, li kollha jridu jitħarsu fuq bażi kontinwa. SEFs huma pjattaformi ta' negozjar tas-swaps li joperaw fuq bażi multilaterali. L-SEFs iridu jipprovdu lill-parteċipanti b'kuntratt eliġibbli b'aċċess imparzjali għas-swieq u s-servizzi tagħhom u huma meħtieġa li jkollhom kriterji ta' aċċess li jkunu imparzjali, trasparenti u applikati b'mod ġust u b'mod mhux diskriminatorju. L-SEFs huma soġġetti wkoll għal rekwiżiti organizzazzjonali rigward il-governanza korporattiva, il-politika dwar il-kunflitti ta' interess, il-ġestjoni tar-riskju, negozjar ġust u ordnat, ir-reżiljenza tas-sistema tan-negozjar, l-arranġamenti tal-ikklerjar u tas-soluzzjoni tal-kontroversji, l-ammissjoni għan-negozjar u l-monitoraġġ tal-konformità, li kollha jridu jitħarsu fuq bażi kontinwa.

(12)

Id-DCMs u l-SEFs iridu jistabbilixxu r-regoli li jirregolaw l-operazzjonijiet tagħhom, inklużi regoli li jipprojbixxu prattiki kummerċjali abbużivi u jinfurzaw il-konformità ma' dawn ir-regoli. Dawn ir-regoli u kull emenda għalihom huma vvalutati mis-CFTC biex tiżgura konsistenza mar-regolamenti CEA u CFTC. Id-DCMs u l-SEFs irid ikollhom il-kapaċità li jidentifikaw, jinvestigaw, u japplikaw sanzjonijiet xierqa lil kwalunkwe persuna li tikser xi regola tad-DCM jew tal-SEF. Id-DCMs u l-SEFs jistgħu jużaw is-servizzi regolatorji ta' parti terza għall-għajnuna fil-konformità mar-rekwiżiti applikabbli taħt ir-regolamenti CEA u CFTC. Id-DCMs u l-SEFs jibqgħu responsabbli għall-konformità mal-obbligi statutorji u regolatorji tagħhom, anke meta jużaw tali parti terza biex jipprovdu servizzi regolatorji.

(13)

Is-CFTC għandha wkoll ir-responsabbiltajiet tal-infurzar u sorveljanza kontinwa fir-rigward tad-DCMs u l-SEFs. Reviżjonijiet regolari tal-Infurzar tar-Regoli (Rule Enforcement Reviews, RERs) huma mwettqa, li huma mfassla biex jevalwaw il-konformità tad-DCMs ma' rekwiżiti statutorji u regolatorji relatati mas-sorveljanza tal-prattika tam-negozju, tas-sorveljanza tas-suq, tar-rekord tal-awditjar u l-programmi dixxiplinari ta' DCM. Programm simili qed jiġi żviluppat għal SEFs. It-Taqsima 8(a)(1) tas-CEA tagħti lis-CFTC setgħat wiesgħa biex tagħmel investigazzjonijiet biex tiżgura l-konformità mar-regolamenti tas-CEA u s-CFTC. Skont it-Taqsimiet tas-CEA 5(e), 6(b), 6b u 6c(a) is-CFTC tista' wkoll tagħmel azzjonijiet ta' infurzar ċivili biex tevita ksur tas-CEA jew tar-regolament tas-CFTC u tikseb rimedju ġust ieħor u sanzjonijiet monetarji: iġġib il-proċedimenti ta' infurzar amministrattiv, tissospendi jew tirrevoka d-deżinjazzjoni ta' DCM jew ir-reġistrazzjoni ta' SEF, u tirreġistra kontra DCM jew SEF ordni ta' waqfien u ebda tkomplija biex ma jinkisrux ir-regolamenti tas-CEA jew is-CFTC. It-Taqsima 6(c) tas-CEA tagħti l-poter lis-CFTC li tamministra ġuramenti u affermazzjonijiet, it-taħrika tax-xhieda, iġġiegħel l-attendenza tagħhom, tiġbor l-evidenza u teħtieġ il-produzzjoni ta' kotba, korrispondenza, memoranda u rekords oħra, għall-fini ta' infurzar tas-CEA jew għal skopijiet ta' kull att ta' investigazzjoni jew proċediment.

(14)

Għalhekk jista' jiġi konkluż li d-DCMs u l-SEFs huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa.

(15)

Skont it-tieni kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 28(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, ċentri tan-negozjar ta' pajjiżi terzi jrid ikollhom regoli ċari u trasparenti dwar l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar sabiex it-tali strumenti finanzjarji jkunu jistgħu jiġu nnegozjati b'mod ġust, ordinat u effiċjenti, u jkunu negozjabbli liberament.

(16)

La d-DCM u lanqas l-SEF ma jistgħu jelenkaw kuntratt ġdid ta' derivati ħlief jekk dak il-kuntratt ma jkunx konformi mar-regolamenti CEA u CFTC, li jiżguraw negozjar ġust, ordnat u effiċjenti. Dan jiġi infurzat billi d-DCMs u l-SEFs kollha jkunu obbligati li jiffajljaw kuntratti ġodda mas-CFTC qabel l-elenkar, jew għall-approvazzjoni mis-CFTC jew b'ċertifikazzjoni permezz tad-DCM jew SEF li l-kuntratt jikkonforma mar-regolamenti CEA u CFTC. L-iffajljar irid jinkludi spjegazzjoni u analiżi tal-kuntratt tad-derivati, u l-konformità tagħha ma' kwalunkwe rekwiżit applikabbli, inkluż ir-rekwiżit tas-CEA li d-DCM jew l-SEF jelenkaw biss kuntratti li ma jistgħux jiġu manipulati faċilment. Il-gwida tas-CFTC għall-konformità ma' dan ir-rekwiżit statutorju jiddikjara li fil-każ ta' kuntratti ta' swaps imħallsa fi flus kontanti, jenħtieġ li d-DCM jew l-SEF iqisu, fost l-oħrajn, l-affidabbiltà tal-prezz tas-saldu fi flus kontanti bħala indikatur tal-valuri tal-prezz tas-suq, kif ukoll l-aċċettabilità kummerċjali, l-aċċessibbiltà għall-pubbliku, u l-puntwalità tas-serje ta' prezzijiet li tintuża biex jiġi kkalkulat il-prezz tal-ħlas bi flus kontanti. Din il-gwida tiddeskrivi wkoll dak li s-CFTC tqis li hija speċifikazzjoni aċċettabbli ta' termini u kundizzjonijiet kuntrattwali. Id-DCM u l-SEF iridu jagħmlu t-termini u l-kundizzjonijiet ta' kuntratt tad-derivati ffajljat ma' CFTC pubblikament disponibbli, fiż-żmien ta' tali ffajljar. Dan ir-rekwiżit ta' ffajljar qabel tiddaħħal fil-lista u r-rekwiżiti tas-CFTC fir-rigward tal-karatteristiċi tal-kuntratt, jgħinu biex jiġi żgurat li l-kuntratti tad-derivati jkunu jistgħu jiġu nnegozjati b'mod ġust, ordinat u effiċjenti. Il-gwida tas-CFTC tassisti lis-CFTC fil-kunsiderazzjonijiet tagħha jekk DCM jew SEF hijiex f'konformità mar-rekwiżiti tal-Prinċipji Ewlenin.

(17)

Id-DCMs huma meħtieġa jipprovdu suq kompetittiv, miftuħ u effiċjenti u mekkaniżmu għall-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet li jipproteġu l-proċess tal-iskoperta tal-prezzijiet ta' negozjar f'suq ċentralizzat tad-DCM. Konsistenti ma' dan ir-rekwiżit, id-DCMs kollha jutilizzaw kotba tal-limitu tal-ordnijiet ċentrali fejn jiġu murija l-offerti. Barra minn hekk, DCMs wara l-prezz jikkwotaw l-informazzjoni fuq is-siti elettroniċi pubbliċi tagħhom. Tranżazzjonijiet SEF li jinvolvu swaps li huma soġġetti għar-rekwiżit tat-twettiq tan-negozju tas-CFTC, li mhumiex negozjar ta' blokki, għandhom isiru jew skont Reġistru tal-Ordnijiet, kif definit fir-regolamenti CFTC, jew skont is-Sistema ta' Talba għal Kwotazzjoni li taħdem flimkien ma' Reġistru tal-Ordnijiet. “Sistema ta' talba għal kwotazzjoni” hija definita fir-regolamenti CFTC bħala sistema jew pjattaforma ta' negozjar li fiha parteċipant fis-suq jittrażmetti talba għal kwotazzjoni biex jixtri jew ibigħ strument speċifiku lil mhux inqas minn tliet parteċipanti tas-suq f'sistema jew pjattaforma ta' negozjar, li għaliha jistgħu jirrispondu l-parteċipanti kollha fis-suq. Barra minn hekk, il-Parti 43 tar-regolamenti CFTC titlob għal tranżazzjoni ta' swaps rapportabbli pubblikament li jiġu rrapportati f'repożitorju tad-dejta tal-iswaps (swap data repository, SDR) reġistrat mas-CFTC sa fejn hu teknoloġikament prattikabbli wara li t-tranżazzjoni tkun ġiet eżegwita. Għal tranżazzjoni ta' swaps rapportabbli pubblikament li hija eżegwita fuq jew skont ir-regoli ta' DCM jew SEF, l-SDR irid jiżgura li t-tranżazzjoni ta' swaps u d-dejta tal-ipprezzar ikunu pubblikament imxerrda kemm jista' jkun malajr u sa fejn hu teknoloġikament prattikabbli wara li tali dejta tkun waslet mid-DCM jew l-SEF, sakemm l-iswap ma tkunx soġġetta għal dewmien. SDR huwa meħtieġ li jdewwem it-tixrid pubbliku ta' tranżazzjoni ta' swap u d-dejta ta' prezzar għal tranżazzjonijiet ta' swaps rappurtati pubblikament li jaqbżu ċertu daqs.

(18)

Jista' għalhekk jiġi konkluż li d-DCMs u l-SEFs għandhom regoli ċari u trasparenti dwar l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar sabiex it-tali strumenti finanzjarji jkunu jistgħu jiġu negozjati b'mod ġust, ordinat u effiċjenti, u jkunu negozjabbli liberament.

(19)

Skont it-tielet kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 28(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-emittenti ta' strumenti finanzjarji jridu ikunu suġġetti għal rekwiżiti ta' informazzjoni perjodika u kontinwa li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-investitur.

(20)

Minħabba n-natura u l-karatteristiċi ta' kuntratti tad-derivati elenkati fuq DCMs u SEFs, u b'mod partikolari l-fatt li l-assi sottostanti tagħhom huma primarjament komoditajiet, rati tal-imgħax jew valuti, it-tielet kundizzjoni ma tistax tiġi applikata għall-parti l-kbira tal-opzjonijiet u swaps eżegwiti fuq DCMs u SEFs. Dan ir-rekwiżit ma jistax japplika għal kuntratti tad-derivati li mhumiex ekwitajiet ta' referenza bħala sottostanti. Għal derivati soġġetti għall-obbligu ta' negozjar, bħal swaps, bir-rati tal-imgħax bħala sottostanti, ma hemm l-ebda kumpanija li tkun tista' toħroġ rapporti finanzjarji rilevanti. L-obbligi ta' żvelar madankollu huma obbligi għall-emittenti ta' kuntratti derivati f'każ li l-assi sottostanti jkun garanzija. Fl-Istati Uniti, din tkun tikkonċerna biss opzjonijiet fuq titoli jew swaps ibbażati fuq titoli. Opzjonijiet fuq it-titoli jistgħu jiġu nnegozjati biss f'borża tat-titoli taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju (Securities and Exchange Commission, SEC), għalhekk mhux fuq DCMs jew SEFs. Swaps ibbażati fuq titoli tista' ssir tranżazzjoni fuqhom f'faċilità ta' eżekuzzjoni ta' swaps ibbażata fuq titoli, iżda huma rregolati mis-SEC. Fejn it-titolu sottostanti ta' swap ibbażat fuq titoli huwa ammess għan-negozjar f'borża tat-titoli nazzjonali tal-Istati Uniti, l-emittent huwa suġġett għar-rekwiżiti ta' rapportar skont it-Taqsima 13(a) tal-Att dwar il-Kambju u jrid jippubblika rapporti finanzjarji annwali u interim, li għalihom il-qafas regolatorju tal-Istati Uniti għandu rekwiżiti speċifiċi ta' divulgazzjoni ċari, komprensivi u speċifiċi, u l-aċċess liberu għall-pubbliku huwa żgurat permezz tas-sistema msejħa “EDGAR” ipprovduta mis-sit web tas-SEC. Għalhekk, bħala riżultat, xorta waħda huwa żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-investitur.

(21)

Skont ir-raba' kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 28(4)(d) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-qafas ta' pajjiżi terzi jrid jiżgura t-trasparenza u l-integrità tas-suq permezz ta' regoli li jindirizzaw abbuż tas-suq f'forma ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

(22)

Ir-regolamenti tas-CEA u CFTC jistabbilixxu qafas regolatorju komprensiv sabiex jiżguraw l-integrità tas-suq u jevitaw l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq. Dan il-qafas jipprojbixxi, u jawtorizza s-CFTC sabiex tieħu azzjoni ta' infurzar kontra aġir li jista' jirriżulta f'distorsjoni tal-funzjonament tas-swieq bħal manipulazzjonijiet tal-prezz u l-komunikazzjoni ta' informazzjoni falza jew qarrieqa (CEA § § 6(c) u 9(a)(2), § § 180.1 u 180.2 tar-regolamenti tal-Kummissjoni), ksur tal-prassi kummerċjali (CEA § § 4c(a) (1)-(2)), ċerti prattiki ta' tfixkil li jistgħu jfixklu l-eżekuzzjoni ordinata tat-tranżazzjonijiet (CEA § 4c(a)(5)) u l-użu, jew attentat ta' użu, ta' apparat manipulattiv, skema jew artifizju ta' frodi (CEA § 6(c)(1), 17 CFR § 180.1 tar-regolamenti tal-Kummissjoni). Il-kummerċ abbażi ta' informazzjoni privileġġata miksuba b'mod illegali jew bi ksur ta' dmir preeżistenti ta' żvelar ta' informazzjoni mhux pubblika jista' wkoll ikun bi ksur tas-CEA. Id-DCMs u l-SEFs għandhom ir-responsabbiltà li jissorveljaw is-swieq tagħhom biex jgħinu jiżguraw li l-attivitajiet ta' kummerċ ikunu soġġetti għal proċess kontinwu u effettiv ta' sorveljanza sabiex jiġu identifikati u evitati attivitajietmanipulattivi li jistgħu jirriżultaw f'distorsjoni tal-prezzijiet jew manipulazzjoni tas-suq. Il-programm RER tas-CFTC jevalwa sorveljanza u l-programmi dixxiplinari tad-DCM. Programm simili qed jiġi żviluppat għall-SEFs. Barra minn hekk, is-CFTC tista', fi kwalunkwe ħin, fuq inizjattiva tagħha stess, titlob DCM jew SEF li juru li huma f'konformità mal-obbligi tad-DCM jew SEF taħt ir-regolamenti tas-CEA jew CFTC.

(23)

Għalhekk jista' jiġi konkluż li l-qafas applikabbli għad-DCMs u l-SEFs fl-Istati Uniti jiżgura t-trasparenza u l-integrità tas-suq permezz ta' regoli li jindirizzaw abbuż tas-suq f'forma ta' informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

(24)

Għalhekk jista' jiġi konkluż li d-DCMs u l-SEFs jikkonformaw ma' rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti għaċ-ċentri tan-negozjar li jirriżultaw mid-Direttiva 2014/65/UE, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 u li huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f'dak il-pajjiż terz.

(25)

F'konformità mal-Artikolu 28(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, ċentri tan-negozjar ta' pajjiżi terzi jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti sakemm il-pajjiż terz jipprovdi għal sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent taċ-ċentri tan-negozjar awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE għall-ammissjoni għan-negozjar ta' derivati dikjarati soġġetti għall-obbligu ta' negozjar f'dak il-pajjiż terz fuq bażi mhux esklużiva.

(26)

Skont is-CEA, it-Taqsima 5h(g), is-CFTC hija awtorizzata li teżenta mir-reġistrazzjoni faċilitajiet ta' eżekuzzjoni ta' swaps jekk is-CFTC ssib li l-faċilitajiet huma suġġetti għal superviżjoni u regolamentazzjoni komparabbli u komprensiva fuq bażi konsolidata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-pajjiż ta' oriġini tal-faċilità. Skont it-Taqsima 5h(g), is-CFTC għandha s-setgħa li teżenta lis-swieq regolati kollha, MTFs u OTFs innotifikati mill-Kummissjoni permezz ta' ordni unika ladarba s-CFTC tiddetermina li ċ-ċentri notifikati huma soġġetti għal superviżjoni u regolamentazzjoni komparabbli u komprensiva fuq bażi konsolidata.

(27)

Dikjarazzjoni konġunta mill-President tas-CFTC u l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għas-servizzi finanzjarji tistipula l-approċċ tas-CFTC li jikkonċerna l-eżenzjoni ta' postijiet tal-kummerċ tal-UE. Id-deċiżjoni se tiġi kkumplimentata wkoll bi ftehimiet ta' kooperazzjoni biex ikun żgurat l-iskambju effettiv ta' informazzjoni u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni taċ-ċentri tan-negozjar tal-UE rikonoxxuti u s-CFTC.

(28)

Għalhekk jista' jiġi konkluż li l-qafas legali u superviżorju tal-Istati Uniti tal-Amerika jipprovdi għal sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent taċ-ċentri tan-negozjar awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE għall-ammissjoni għan-negozjar jew negozjar ta' derivati ddikjarati soġġetti għar-rekwiżit tal-eżekuzzjoni tal-kummerċ fl-Istati Uniti fuq bażi mhux esklussiva.

(29)

Din id-deċiżjoni tiddetermina l-eliġibbiltà ta' ċentri tan-negozjar ta' pajjiżi terzi biex tippermetti kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji stabbiliti fl-Unjoni biex ikunu konformi mal-obbligu ta' negozjar tagħhom meta jkunu qed jinnegozjaw id-derivati f'ċentru ta' pajjiż terz. Din id-deċiżjoni ma taffettwax l-abbiltà ta' kontropartijiet finanzjarji u mhux finanzjarji stabbiliti fl-Unjoni li jinnegozjaw derivati li mhumiex soġġetti għall-obbligu ta' negozjar f'konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar ċentri tan-negozjar ta' pajjiżi terzi.

(30)

Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq ir-rekwiżiti legalment vinkolanti relatati ma' DCMs u SEFs applikabbli fl-Istati Uniti fiż-żmien tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli tagħmel monitoraġġ fuq bażi regolari tal-evoluzzjoni tal-arranġamenti legali u superviżorji għal dawn iċ-ċentri tan-negozjar, tal-iżviluppi tas-suq, l-effettività ta' kooperazzjoni superviżorja fir-rigward tal-monitoraġġ u l-infurzar u l-issodisfar tal-kundizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ittieħdet din id-Deċiżjoni.

(31)

Ir-reviżjoni regolari tal-arranġamenti legali u superviżorji applikabbli fl-Istati Uniti tal-Amerika għad-DCMs u l-SEFs awtorizzati bihom u l-iżvilupp tas-suq hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni twettaq rieżami speċifiku fi kwalunkwe ħin fejn l-iżviluppi rilevanti jagħmluha neċessarja għall-Kummissjoni li tivvaluta mill-ġdid l-ekwivalenza mogħtija b'din id-Deċiżjoni. Valutazzjoni mill-ġdid bħal din tista' twassal għat-tħassir ta' din id-Deċiżjoni.

(32)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, il-qafas legali u superviżorju tal-Istati Uniti tal-Amerika li japplika għal swieq magħżula tal-kuntratti u faċilitajiet ta' eżekuzzjoni ta' swaps awtorizzati hemmhekk, u stabbiliti fl-Anness għandu jitqies li huwa ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 għal ċentri ta' negozjar kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(4)  Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).


ANNESS

Swieq magħżula tal-kuntratti meqjusa ekwivalenti għal ċentri tan-negozjar kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE:

(a)

Cantor Futures Exchange, L.P.

(b)

CBOE Futures Exchange, LLC

(c)

Chicago Board of Trade (il-Bord tal-Kummerċ tal-Belt ta' Chicago, Inc.)

(d)

Chicago Mercantile Exchange, Inc.

(e)

Commodity Exchange, Inc.

(f)

Eris Exchange, LLC

(g)

ICE Futures U.S., Inc.

(h)

Minneapolis Grain Exchange, Inc.

(i)

NASDAQ Futures, Inc.

(j)

New York Mercantile Exchange, Inc.

(k)

Nodal Exchange, LLC

(l)

North American Derivatives Exchange, Inc.

(m)

OneChicago LLC

(n)

trueEX LLC

Faċilitajiet tal-eżekuzzjoni ta' swaps meqjusa ekwivalenti għal ċentri tan-negozjar kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE:

(a)

360 Trading Networks, Inc.

(b)

Bats Hotspot SEF, LLC

(c)

BGC Derivatives Markets, L.P.

(d)

Bloomberg SEF LLC

(e)

Chicago Mercantile Exchange, Inc.

(f)

Clear Markets North America, Inc.

(g)

DW SEF LLC

(h)

FTSEF LLC

(i)

GFI Swaps Exchange LLC

(j)

GTX SEF LLC

(k)

ICAP SEF (US) LLC

(l)

ICE Swap Trade LLC

(m)

LatAm SEF, LLC

(n)

LedgerX LLC

(o)

MarketAxess SEF Corporation

(p)

Seed SEF LLC

(q)

SwapEx LLC

(r)

TeraExchange, LLC

(s)

Thomson Reuters (SEF) LLC

(t)

tpSEF Inc.

(u)

Tradition SEF, Inc.

(v)

trueEX LLC

(w)

TW SEF LLC


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/18


DEĊIŻJONI (UE) 2017/2239 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-16 ta' Novembru 2017

li temenda d-Deċìżjoni (UE) 2016/2247 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/36)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 26.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni (UE) 2016/2247 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/35) (1) tistabbilixxi r-regoli għat-tħejjija tal-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

(2)

Jenħtieġ li l-qafas tar-rapportar finanzjarju tal-BĊE jiġi ċċarat sabiex jiġi żgurat li r-rapporti finanzjarji tiegħu jiġu ppreżentati skont l-istandards tal-kontabilità li huma aċċettati ġeneralment.

(3)

Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2016/2247 (BĊE/2016/35) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni (UE) 2016/2247 (BĊE/2016/35) hija emendata skont kif ġej:

1.

fl-Artikolu 25, huwa miżjud il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   F'ċirkostanzi estremament rari fejn il-Kunsill Governattiv jikkonkludi li l-konformità ma' rekwiżit ta' din id-Deċiżjoni ma tirriżultax fi preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali, il-BĊE għandu jiddevdja minn dak ir-rekwiżit u jagħti r-raġunijiet fin-noti għall-kontijiet annwali”;

2.

L-Anness I huwa ssostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Deċiżjoni (UE) 2016/2247 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Novembru 2016 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/35) (ĠU L 347, 20.12.2016, p. 1).


ANNESS

L-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2247 (BĊE/2016/35) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS I

KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TAL-VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ

ASSI

 

Partita tal-karta tal-bilanċ

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

1

Deheb u ammonti riċevibbli f'deheb

Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew ‘under way’. Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f'gold sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti b'terminu u krediti biex jiġi rċevut deheb li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (a) tranżazzjonijiet ta' titjib jew tnaqqis fil-grad; u (b) lokazzjoni tad-deheb jew jew purity swaps fejn hemm differenza ta' aktar minn jum ta' negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta

Valur tas-suq

2

Krediti kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija

Krediti kontra kontropartijiet residenti barra ż-żona tal-euro inklużi istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija

 

2.1

Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF)

(a)

Drittijiet ta' kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Kwota nazzjonali bil-bilanċi f'euro mnaqqsin għad-dispożizzjoni tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont f'euro għal spejjeż amministrattivi) jista' jiġi inkluż taħt din il-partita jew taħt il-partita ‘Passiv għar-residenti barra ż-żona tal-euro denominati f'euro’

(a)

Drittijiet ta' kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

Drittijiet speċjali ta' ġbid (DSP)

Investimenti f'SDRs (gross)

(b)

SDRs

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

(c)

Krediti oħrajn

Arranġamenti ġenerali għat-teħid ta' self, self taħt arranġamenti speċjali ta' teħid ta' self, depożiti li jsiru fi trusts taħt il-ġestjoni tal-IMF

(c)

Krediti oħrajn

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

2.2

Bilanci ma' banek u investimenti f'titoli, self barrani u assi esterni oħrajn

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-assi ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona euro

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

Investimenti f'titoli barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta' ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti barra ż-żona tal-euro

(b)

(i)

Titoli ta' dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli ta' dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli ta' dejn mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

(c)

Self barrani (depożiti) lil residenti barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

(c)

Self barrani

Depożiti skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju ta' flus barranin

(d)

Assi barranin oħrajn

Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona tal-euro

(d)

Assi barranin oħrajn

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

3

Krediti kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f'munita barranija

(a)

Investimenti f'titoli fiż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta' ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti taż-żona tal-euro

(a)

(i)

Titoli ta' dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli ta' dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli ta' dejn mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

krediti oħrajn kontra residenti taż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Self, depożiti, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub, self varju

(b)

Krediti oħrajn

Depożiti u self ieħor skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

4

Krediti kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro denominati f'euro

 

 

4.1

Bilanċi ma' banek, investimenti f'titoli u self

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-assi ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, flus minn jum għal jum, transazzjonijiet repo b'lura marbutin mal-ġestjoni ta' titoli ddenominati f'euro

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona euro

Valur nominali

(b)

Investimenti f'titoli barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Strumenti ta' ekwità, noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, kollha maħruġin minn residenti minn barra ż-żona tal-euro

(b)

(i)

Titoli ta' dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli ta' dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli ta' dejn mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

(c)

Self lil residenti minn barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

(c)

Self barra ż-żona euro

Depożiti skont il-valur nominali

(d)

Titoli maħruġin minn entitajiet barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ u l-partita tal-assi 7.1 ‘Titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja’

Titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali, eż. il-Bank Ewropew tal-Investiment, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom, u mhux mixtrija għal finijiet tal-politika monetarja

(d)

(i)

Titoli ta' dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli ta' dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli ta' dejn mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

4.2

Krediti li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt il-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju (ERM II)

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali

5

Self lill-istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro

Partiti 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti rispettivi tal-politika monetarja deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1)

 

5.1

Operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin

Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu l-likwidità ta' kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta' ġimgħa.

Valur nominali jew kost repo

5.2

Operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal

Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu likwidità bi frekwenza ta' kull xahar, u b'maturità itwal minn dik ta' operazzjonijiet ewlenin ta' rifinanzjament

Valur nominali jew kost repo

5.3

Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub

Tranżazzjonijiet bil-maqlub, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta' rfinar

Valur nominali jew kost repo

5.4

Operazzjonijiet strutturali bil-maqlub

Tranżazzjonijiet bil-maqlub li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju

Valur nominali jew kost repo

5.5

Faċilità ta' self marġinali

Faċilità ta' likwidità mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali jew kost repo

5.6

Krediti relatati ma' sejħiet marġinali

Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta' kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali jew kost

6

Krediti oħra kontra istituzzjonijiet ta' kreditu denominati f'euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub b'rabta mal-amministrazzjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita 7 tal-assi ‘Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro denominati f'euro’, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta' qabel ta' valuta barranija taż-żona tal-euro u krediti oħrajn. Kontijiet korrispondenti ma' istituzzjonijiet ta' kreditu mhux domestiċi fiż-żona tal-euro. Krediti u operazzjonijiet oħrajn mhux relatati ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

Valur nominali jew kost

7

Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro denominati f'euro

 

 

7.1

Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja

Titoli miżmuma għal finijiet tal-politika monetarja (inklużi titoli mixtrija għal finijiet tal-politika monetarja maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali u internazzjonali, jew banek tal-iżvilupp multilaterali, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom). Ċertifikati ta' dejn tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) mixtrijin għal finijiet ta' rfinar

(a)

Titoli negozjabbli ta' dejn

Kontabilizzati skont konsiderazzjonijiet tal-politika monetarja:

(i)

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Kost suġġett għall-indeboliment (kost meta l-indeboliment huwa kopert minn provvediment taħt il-partita nru. 13(b) tal-passiv ‘Provvedimenti’)

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(b)

Titoli ta' dejn mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

7.2

Titoli oħra

Titoli minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 7.1 ‘Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja’ u taħt il-partita tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), iddenominati f'euro. Strumenti ta' ekwità

(a)

Titoli ta' dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(b)

Titoli ta' dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(c)

Titoli ta' dejn mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(d)

Strumenti ta' ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

8

Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat f'euro

Krediti fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM (titoli mhux negozjabbli, self)

Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost

9

Krediti Intra-Eurosistema

 

 

9.1

Krediti marbutin mal-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE

Krediti intra-Eurosistema fil-konfront ta' banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), li jirriżultaw mill-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE

Kost

9.2

Krediti marbutin mal-allokazzjoni ta' karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema

Krediti marbutin mal-ħruġ ta' karti tal-flus mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 (2)

Valur nominali

9.3

Krediti oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)

Pożizzjoni nett tas-sub-partiti li ġejjin:

 

(a)

krediti netti li jirriżultaw mil-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, jiġifieri ċ-ċifra netta tal-krediti u l-passiv Ara ukoll il-partita tal-passiv 10.2 ‘Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett)’

(a)

Valur nominali

(b)

krediti oħrajn intra-Eurosistema denominati f'euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni proviżorja tad-dħul tal-BĊE lilll-BĊNi

(b)

Valur nominali

10

Partiti fil-proċess li jiġu saldati

Bilanċi fil-kont tas-saldu (krediti), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru

Valur nominali

11

Assi oħrajn

 

 

11.1

Muniti taż-żona tal-euro

Muniti Euro

Valur nominali

11.2

Assi fissi tanġibbli u intanġibbli

Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software

Kost wara d-deprezzament

Id-deprezzament huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont deprezzabbli ta' assi fuq il-perijodu ta' utilità tiegħu. Il-perijodu ta' utilità huwa l-perijodu li matulu assi fissi huma mistennija li jkunu jistgħu jintużaw mill-entità. Il-perijodi ta' utilità ta' assi fissi materjali individwali jistgħu jiġu reveduti fuq bażi sistematika, jekk l-aspettattivi jkunu differenti mill-istimi preċedenti. L-assi ewlenin jistgħu jinkludu komponenti b'perijodi ta' utilità differenti. Il-perijodi ta' utilità ta' dawn il-komponenti għandhom ikunu vvalutati individwalment.

Il-kost tal-assi intanġibbli jinkludi l-kost għall-akkwist tal-assi mhux tanġibbli. Spejjeż oħrajn diretti jew indiretti għandhom jiġu nklużi

Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT; mingħajr kapitalizzazzjoni)

11.3

Assi finanzjarji oħrajn

Interessi parteċipanti u investimenti f'sussidjarji; ishma azzjonarji miżmumin għal raġunijiet strateġiċi/ta' politika

Titoli inklużi ekwitajiet, u strumenti finanzjarji u bilanċi oħrajn inklużi d-depożiti għal terminu fiss u kontijiet kurrenti miżmumin bħala portafoll immarkat

Tranżazzjonjiet repo bil-maqlub ma' istituzzjonijiet ta' kreditu b'rabta mal-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt din il-partita

(a)

Strumenti ta' ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

(b)

Interessi parteċipanti u ishma azzjonarji mhux likwidi, u kwalunkwe strumenti ta' ishma azzjonarji oħrajn miżmuma bħala investimenti permanenti

Kost suġġett għal indeboliment

(c)

Investiment f'sussidjarji jew interessi sinifikanti

Valur tal-assi nett

(d)

Titoli ta' dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Primjums/skontijiet huma ammortizzati

(e)

Titoli ta' dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumin bħala investiment permanenti

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(f)

Titoli ta' dejn mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

(g)

Bilanċi ma' banek u self

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani jekk il-bilanċi/id-depożiti huma ddenominati f'valuti barranin

11.4

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, swaps ta' valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f'titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

11.5

Dovuti u spejjeż imħallsin minn qabel

Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrappurtat. Prezz mħallsa minn qabel u imgħax akkumulat imħallas, jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b'titolu

Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq

11.6

Varji

(a)

Avvanzi, self u partiti minuri oħra. Self mogħti fuq bażi ta' fiduċja

(b)

Investimenti marbutin ma' depożiti ta' deheb tal-klijent

(c)

Assi nett tal-pensjoni

(d)

Krediti pendenti li jirriżultaw mill-inadempjenza tal-kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema

(e)

Assi jew krediti (fil-konfront ta' terzi) negozjati u/jew miksubin fil-kuntest tar-realizzazzjoni tal-garanzija ppreżentata mill-kontropartijiet tal-Eurosistema li huma inadempjenti

(a)

Valur nominali jew kost

(b)

Valur tas-suq

(c)

Skont l-Artikolu 25(2)

(d)

Valur nominali/li jista' jiġi rkuprat (qabel/wara s-saldu tat-telf)

(e)

Kost (maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fil-ħin tal-akkwist jekk l-assi finanzjarji huma ddenominati f'valuti barranin)

12

Telf ghas-sena

 

Valur nominali

PASSIV

 

Partita tal-karta tal-bilanċ

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

1

Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni

Karti tal-flus euro maħruġin mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29

Valur nominali

2

Passiv lejn istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro

Partiti 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f'euro kif deskritti fl-Anness I tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)

 

2.1

Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta' riżervi minimi)

Kontijiet denominati f'euro ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi skont l-Istatut tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (l-“Istatut tas-SEBĊ”). Din il-partita tinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi

Valur nominali

2.2

Faċilità ta' depożitu

Depożiti mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali

2.3

Depożiti b'terminu fiss

Ġbir għall-finijiet ta' assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta' kalibrazzjoni

Valur nominali

2.4

Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub

Tranżazzjonijiet b'rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità

Valur nominali jew kost repo

2.5

Depożiti relatati ma' sejħiet marġinali

Depożiti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta' assi sottostanti fil-konfront ta' krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali

3

Passiv ieħor għal residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f'euro

Tranżazzjonijiet repo konnessi ma' tranżazzjonijiet repo bil-maqlub simultanji għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita nru. 7 tal-assi “Titoli ta' residenti fiż-żona tal-euro denominati f'euro”. Operazzjonijiet oħrajn mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Ebda kontijiet kurrenti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali jew kost repo

4

Ċertifikati ta' dejn maħruġin mill-BĊE

Ċertifikati ta' dejn kif deskritt fl-Anness fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Karta ta' skont, maħruġa bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità

Kost

Kull skont huwa ammortizzat

5

Passiv fil-konfront ta' residenti ohra taż-żona tal-euro denominati f'euro

 

 

5.1

Gvern ġenerali

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba

Valur nominali

5.2

Passiv ieħor

Kontijiet kurrenti tal-persunal, ta' kumpaniji u ta' klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi (Ara l-partita tal-passiv 2.1); depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba

Valur nominali

6

Passiv għal residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ġestjoni tar-riżervi: ta' banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inkluża l-Kummissjoni Ewropea; kontijiet kurrenti ta' depożitanti oħra. Tranżazzjonijiet repo b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji bil-maqlub għall-ġestjoni ta' titoli denominati f'euro. Bilanċi ta' kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta' Stati Membri li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro

Valur nominali jew kost repo

7

Passiv għal residenti taż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija

Kontijiet kurrenti Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

8

Passiv fil-konfront ta' residenti barra ż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija

 

 

8.1

Depożiti, bilanċi u passiv ieħor

Kontijiet kurrenti Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

8.2

Obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

9

Il-kontroparti ta' drittijiet speċjali ta' kreditu allokati mill-IMF

Element denominat bħala SDR li juri l-ammont ta' SDRs li kienu oriġinalment allokati lil kull pajjiż/BĊN rispettiv

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

10

Passiv Intra-Eurosistema

 

 

10.1

Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta' riżervi barranin

Element fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE, denominat f'euro

Valur nominali

10.2

Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett)

Pożizzjoni nett tas-sub-partiti li ġejjin:

 

(a)

Krediti netti li jirriżultaw mil-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, jiġifieri ċ-ċifra netta tal-krediti u l-passiv. Ara ukoll il-partita tal-passiv 9.3 ‘Krediti oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)’

(a)

Valur nominali

(b)

passiv ieħor intra-Eurosistema denominat f'euro li jista' jirriżulta, inkluża d-distribuzzjoni proviżorja tad-dħul tal-BĊE lilll-BĊNi

(b)

Valur nominali

11

Partiti fil-proċess li jiġu saldati

Bilanċi fil-kont tas-saldu (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta' trasferimenti giro

Valur nominali

12

Passiv ieħor

 

 

12.1

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, swaps ta' valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f'titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

12.2

Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem

Nefqa li ssir dovuta f'perjodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu ta' rapportar. Dħul riċevut fil-perjodu rrapportat imma marbut ma' perjodu futur

Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq

12.3

Varji

(a)

Kontijiet provviżorji għat-taxxa. Kreditu f'valuta barranija jew kontijiet li jkopru l-garanzija. Tranżazzjonijiet repo ma' istituzzjonijiet ta' kreditu b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji bil-maqlub għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita nru. 11.3 tal-assi “Assi finanzjarji oħrajn”. Depożiti obbligatorji li mhumiex depożiti ta' riżerva. Partiti minuri oħra. Obbligazzjonijiet fuq bażi fiduċjarja.

(a)

Valur nominali jew kost (repo)

(b)

Depożiti f'deheb tal-konsumatur

(b)

Valur tas-suq

(c)

Obbligazzjonijiet tal-pensjoni netti

(c)

Skont l-Artikolu 25(2)

13

Provvedimenti

(a)

Għar-rata tal-kambju barrani, rata ta' imgħax, riskji fil-kreditu u fil-prezz tad-deheb, u għal finijiet oħra, eż spejjeż mistennija fil-futur u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ għal dak li jirrigwarda banek ċentrali ta' Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati.

(a)

Kost/valur nominali

(b)

Għal riskji tal-kontroparti jew tal-kreditu li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta' politika monetarja

(b)

Valur nominali (ibbażat fuq valutazzjoni fi tmiem is-sena mill-Kunsill Governattiv)

14

Kontijiet ta' rivalutazzjoni

(a)

Kontijiet ta' rivalutazzjoni marbutin ma' movimenti fil-prezz tad-deheb, għal kull tip ta' titoli denominati f'euro, għal kull tip ta' titoli denominati f'valuta barranija, għal opzjonijiet; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq marbutin ma' derivattivi tar-rata ta' imgħax; kontijiet ta' rivalutazzjoni marbutin ma' caqliq fir-rata tal-kambju għal kull pożizzjoni netta ta' valuta barranija, inklużi swaps/forwards ta' kambju barrani u SDRs

Kontijiet speċjali ta' rivalutazzjoni li joriġinaw minn kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fil-rigward ta' banek ċentrali ta' Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati. Ara l-Artikolu 14(2)

(a)

Differenza fir-rivalutazzjoni bejn il-kost medju u l-valur tas-suq, bil-kambju barrani maqlub bir-rata tas-suq

(b)

Ir-riżultati tal-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni ta' benefiċċju definit nett (assi) fir-rigward ta' benefiċċji ta' wara l-impjieg, li hija l-pożizzjoni nett tas-subpartiti li ġejjin:

(i)

Qligħ u telf attwarjali fil-valur preżenti ta-obbligu tal-benefiċċju ddefinit;

(ii)

Ir-redditu fuq l-assi tal-pjan, esklużi l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq obbligazzjoni ta' benefiċċju definit nett (assi)

(iii)

Kull tibdil fl-effett tal-massimu tal-assi, esklużi l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni ta' benefiċċju definit nett (assi)

(b)

Skont l-Artikolu 25(2)

15

Kapital u riżervi

 

 

15.1

Kapital

Kapital imħallas

Valur nominali

15.2

Riżervi

Riżervi legali, skont l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-SEBĊ u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fir-rigward ta' banek ċentrali ta' Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati

Valur nominali

16

Profitt għas-sena

 

Valur nominali


(1)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

(2)  Deċiżjoni BĊE/2010/29 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26).


Rettifika

6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/31


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246 tas-7 ta' Ġunju 2017 li tapprova l-iskema ta' riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A.

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 178 tal-11 ta' Lulju 2017 )

F'paġna 15, fil-Premessa 4:

minflok:

“Il-Kummissjoni taqbel mal-iskema ta' riżoluzzjoni. B'mod partikulari taqbel mar-raġunijiet mogħtiija mill-SRB li minħabba fihom hi neċessarja r-riżoluzzjoni fl-interess pubbliku skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014.”,

aqra:

“Il-Kummissjoni taqbel mal-iskema ta' riżoluzzjoni. B'mod partikulari taqbel mar-raġunijiet mogħtiija mill-SRB li minħabba fihom hi neċessarja r-riżoluzzjoni fl-interess pubbliku skont l-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014.”.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/31


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 181 tad-29 ta' Ġunju 2013 )

F'paġna 42, il-punt (a) tal-Artikolu 2(2),

minflok:

“(a)

‘tfal’ tfisser tfal ta' taħt it-12-il xahar;”,

aqra:

“(a)

‘trabi’ tfisser tfal ta' taħt it-12-il xahar;”;

F'paġna 42, il-kliem introduttorju tal-punt (f) tal-Artikolu 2(2),

minflok:

“(f)

‘ikel tat-trabi’ tfisser ikel maħsub biex jissodisfa r-rekwiżiti partikolari tat-tfal żgħar b'saħħithom li jkunu mreddgħa, …”,

aqra:

“(f)

‘ikel tat-trabi’ tfisser ikel maħsub biex jissodisfa r-rekwiżiti partikolari tat-trabi b'saħħithom li jkunu mreddgħa, …”.