ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 313

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
29 ta' Novembru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2200 tat-28 ta' Novembru 2017 li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukrajna

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2201 tas-27 ta' Novembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tat-2′-fukosillattożju prodott bil-varjant BL21 tal-Escherichia coli bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2017) 7662)

5

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE stabbilit mill-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, tas-17 ta' Novembru 2017 li jikkonċerna l-emenda tal-Anness IX għall-Protokoll I: Pajjiżi u territorji extra-Ewropej [2017/2202]

10

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2017 tal-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE stabbilit bil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, tas-17 ta' Novembru 2017 fir-rigward tal-istabbiliment ta' lista ta' arbitri [2017/2203]

12

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2200

tat-28 ta' Novembru 2017

li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukrajna

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punti (a) u (c) tal-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2017/1566 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi arranġamenti preferenzjali għad-dazji doganali marbuta mal-importazzjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Ukrajna. Il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni msemmija fl-Anness II ta' dak ir-Regolament għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 184 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Huma għandhom japplikaw għal tliet snin mill-1 ta' Jannar 2018.

(2)

Biex jiġi żgurat li importazzjonijiet ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukrajna li huma koperti bil-kwoti tariffarji huma skont l-ordni u mhux spekulattivi, jixraq li jkun previst li dawn l-importazzjonijiet jiġu amministrati permezz tal-użu ta' liċenzji tal-importazzjoni. Għal dan l-għan, jenħtieġ li japplikaw ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3), (KE) Nru 1342/2003 (4) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 (5), għajr fil-każijiet fejn hemm id-derogi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-amministrazzjoni korretta ta' dawn il-kwoti, jenħtieġ li jiġu stabbiliti d-dati ta' skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u li tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet u fil-liċenzji.

(4)

Biex l-amministrazzjoni tkun effiċjenti, jenħtieġ li meta jinnotifikaw lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri jużaw is-sistemi ta' informazzjoni previsti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 (6) u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 (7).

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-ftuħ u l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji

1.   Il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Ukrajna, msemmija fl-Anness, għandhom jinfetħu fuq bażi annwali mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2020.

2.   Id-dazji fuq l-importazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu imposti bir-rata ta' EUR 0 għal kull tunnellata.

3.   Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 1301/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-regoli għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijet għal-liċenzji tal-importazzjoni u għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni

1.   B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikanti ma jistgħux jissottomettu aktar minn applikazzjoni waħda għal liċenzja tal-importazzjoni għal kull numru tal-ordni u dan darba kull ġimgħa. Meta l-applikanti jippreżentaw aktar minn applikazzjoni waħda, ebda waħda minn dawn l-applikazzjonijiet ma għandha tkun aċċettabbli u l-garanziji li kienu saru meta ġew sottomessi l-applikazzjonijiet għandhom jingħataw lill-Istat Membru kkonċernat.

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kull ġimgħa l-aktar tard nhar ta' Ġimgħa fis-13.00 (ħin ta' Brussell).

2.   Kull applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni għandha tindika b'numri sħaħ, il-kwantità f'kilogrammi, li ma tistax taqbeż il-kwantità totali tal-kwota kkonċernata.

3.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu fir-raba' jum tax-xogħol wara d-data ta' skadenza għan-notifika msemmija fl-Artikolu 4(1).

4.   It-taqsima 8 tal-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni u tal-liċenzja tal-importazzjoni għandha turi l-isem “L-Ukrajna” u salib fil-kaxxa “Iva”. Il-liċenzji huma validi biss għall-prodotti li joriġinaw mill-Ukrajna.

Artikolu 3

Il-validità tal-liċenzji tal-importazzjoni

Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi mill-perjodu li jiskorri mill-jum tal-ħruġ attwali, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239, sa tmiem it-tieni xahar ta' wara x-xahar inkwistjoni.

Artikolu 4

In-notifiki

1.   Sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn fis-18.00 (ħin ta' Brussell) fil-ġimgħa ta' wara li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu b'mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni, kull applikazzjoni skont in-numru tal-ordni, bl-oriġini tal-prodott u l-kwantità mitluba skont il-kodiċi tan-NM, inklużi n-notifiki “nulli”. Din in-notifika għandha ssir skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 u skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1185.

2.   Fil-jum tal-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw b'mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar il-liċenzji maħruġa skont l-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, bil-kwantitajiet totali skont il-kodiċi tan-NM li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni.

Artikolu 5

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2017/1566 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali disponibbli taħt il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (ĠU L 254, 30.9.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross (ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 44).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 tal-20 ta' April 2017 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni ta' informazzjoni u dokumenti (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 100).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 113).


ANNESS

Minkejja r-regoli ta' interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem li ntuża għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala kliem ta' valur indikattiv biss, billi l-ambitu tal-iskema preferenzjali jiġi deċiż, fil-kuntest ta' dan l-Anness, permezz tal-kodiċijiet tan-NM kif jeżistu fl-1 ta' Jannar 2017. Meta jkun hemm “ex” quddem il-kodiċi tan-NM, l-applikazzjoni tal-arranġamenti preferenzjali tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-kodiċi tan-NM u tad-deskrizzjoni tal-prodott.

Nru tal-Ordni

Prodott

Kodiċi NM

Kwantità f'tunnellati

09.4277

Spelt, qamħ komuni u meslin, ħlief żerriegħa

1001 99 00

65 000

Dqiq tal-qamħ komuni u dqiq tal-ispelt,

1101 00 15

Dqiq tal-meslin

1101 00 90

Dqiq taċ-ċereali ħlief il-qamħ, il-meslin, is-segala, il-qamħirrum, il-barli, il-ħafur, ir-ross

1102 90 90

Groats u pasta tal-qamħ komuni u tal-ispelt

1103 11 90

Gerbub tal-qamħ

1103 20 60

09.4278

Qamħirrun ħlief żerriegħa

1005 90 00

625 000

Dqiq tal-qamħirrum

1102 20

Groats u pasta tal-qamħirrun

1103 13

Gerbub tal-qamħirrum

1103 20 40

Ħbub maħdumin tal-qamħirrum

1104 23

09.4279

Barli ħlief żerriegħa

1003 90 00

325 000

Dqiq tal-barli

1102 90 10

Gerbub tal-barli

ex 1103 20 25


DEĊIŻJONIJIET

29.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/5


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2201

tas-27 ta' Novembru 2017

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tat-2′-fukosillattożju prodott bil-varjant BL21 tal-Escherichia coli bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 7662)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-4 ta' Awwissu 2014, il-kumpanija Jennewein Biotechnologie GmbH għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tan-Netherlands biex tqiegħed it-trab u l-likwidu konċentrat tal-oligosakkaride 2′-fukosillattożju prodotti b'organiżmu ġenetikament immodifikat tal-varjant BL21 tal-Escherichia coli fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont it-tifsira tal-punt (d) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. Il-popolazzjoni fil-mira hija l-popolazzjoni infantili.

(2)

It-2′-fukosillattożju jaqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għax il-varjant BL21 ġenetikament modifikat tal- Escherichia coli jintuża bħala għajnuna fl-ipproċessar u l-materjal derivat mill-mikroorganiżmu modifikat ġenetikament mhuwiex preżenti fl-ikel il-ġdid.

(3)

Fit-3 ta' Ġunju 2016, l-awtorità kompetenti tan-Netherlands ħarġu l-ewwel rapport ta' evalwazzjoni tagħhom. F'dak ir-rapport din waslet għall-konklużjoni li t-trab u l-likwidu konċentrat tal-oligosakkaride 2′-fukosillattożju prodotti b'organiżmu ġenetikament immodifikat tal-varjant BL21 tal-Escherichia coli jissodisfa l-kriterji għal ikel ġdid kif stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(4)

Fit-13 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni għaddiet l-ewwel rapport ta' valutazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

(5)

Matul il-perjodu ta' 60 jum stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tqajmu xi oġġezzjonijiet motivati. B'mod partikolari, tqajmu oġġezzjonijiet dwar il-livelli għolja ta' konsum ta' 2′-fukosillattożju. B'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, għandha tittieħed Deċiżjoni li tqis l-oġġezzjonijiet li saru. Għaldaqstant l-applikant biddel it-talba dwar l-ammont massimu ta' 2′-fukosillattożju fil-formuli tat-trabi u l-formuli tal-prosegwiment. B'dik il-bidla u bl-spjegazzjonijiet l-oħra li ta l-applikant, ittaffa dan it-tħassib, u l-Istati Membri u l-Kummissjoni ġew issodisfati.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar. L-użu tat-2′-fukosillattożju fl-għamla ta' trab u likwidu konċentrat għandu jkun awtorizzat mingħajr preġudizzju għal dak ir-Regolament kif ukoll għal kwalunwke leġiżlazzjoni oħra li tapplika b'mod parallel għar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 609/2013, it-2′-fukosillattożju fl-għamla ta' trab u likwidu konċentrat kif speċifikat fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid għall-użi definiti u fil-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deżinjazzjoni tat-2′-fukosillattożju fl-għamla ta' trab u likwidu konċentrat awtorizzat b'din id-Deċiżjoni li trid tidher ft-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel għandha tkun “2′-fucosyllactose” għat-trab u l-likwidu konċentrat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Jennewein Biotechnologie GmbH, Maarweg 32, 53619 Rheinbreitbach, il-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).


ANNESS I

SPEĊIFIKAZZJONI TAT-2′-FUKOSILLATTOŻJU

Definizzjoni:

Isem kimiku

α-L-fukopiranosil-(1→2)-β-D-galattopiranosil-(1→4)-D-glukopiranoside

Formula kimika

C18H32O15

Massa molekolari

488,44 Da

Nru tal-CAS

41263-94-9

Deskrizzjoni: It-trab tal-2′-fukosillattożju prodott bil-varjant BL21 ġenetikament modifikat tal-Escherichia coli huwa trab ta' lewn abjad sa jagħti fl-avorju li huwa derivat minn likwidu konċentrat tat-2′-fukosillattożju bit-tnixxif permezz tal-isprejjar. Il-likwidu konċentrat tat-2′-fukosillattożju huwa soluzzjoni akweuża mingħajr kulur sa tagħti fl-isfar ċar ħafif ta' 45 % w/v ± 5 %.

Speċifikazzjonijiet tat-trab tat-2′-fukosillattożju

Paramentru tal-Ispeċifikazzjoni

Limiti

Parametru fiżiku

Abjad sa lewn l-avorju

 

Analiżi kimika

2′-fukosillattożju

≥ 90 %

Lattożju

≤ 5 %

3-fukosillattożju

≤ 5 %

Difukosillattożju

≤ 5 %

Fukosilgalattożju

≤ 3 %

Glukożju

≤ 3 %

Galattożju

≤ 3 %

Fukożju

≤ 3 %

Detezzjoni ta' OMĠ

Negattiv

 

Kontenut ta' ilma

 

≤ 9,0 %

Kontenut ta' proteina

 

≤ 100 μg/g

Irmied totali

 

≤ 0,5 %

Kontaminanti

Ċomb

≤ 0,02 mg/kg

Arseniku

≤ 0,2 mg/kg

Kadmju

≤ 0,1 mg/kg

Merkurju

≤ 0,5 mg/kg

Aflatossin M1

≤ 0,025 μg/kg

Parametri Mikrobjali

Għadd Totali tal-Kolonji Aerobiċi (TPC)

≤ 104 CFU/g

Enterobatterji/Koliformi

assenti f'11 g

Ħmira u Moffa

≤ 100 CFU/g

Salmonella spp.

Negattiv/100 g

Cronobacter spp.

Negattiv/100 g

Endotossini

≤ 100 UE/g

CFU: Unitajiet li Jifformaw Kolonji; UE: Unitajiet ta' Endotossini

Speċifikazzjonijiet tal-likwidu konċentrat tat-2′-fukosillattożju

Paramentru tal-Ispeċifikazzjoni

Limiti

Parametru fiżiku

Soluzzjoni ċara, bla kulur sa kemxejn safra

 

Kontenut ta' solidi

 

45 % w/v (± 5 % w/v) ta' materja niexfa fl-ilma

Analiżi kimika

2′-fukosillattożju

≥ 90 %

Lattożju

≤ 5 %

3-fukosillattożju

≤ 5 %

Difukosillattożju

≤ 5 %

Fukosilgalattożju

≤ 3 %

Glukożju

≤ 3 %

Galattożju

≤ 3 %

Fukożju

≤ 3 %

Detezzjoni ta' OMĠ

Negattiv

 

Kontenut ta' proteina

 

≤ 100 μg/g

Irmied totali

 

≤ 0,5 %

Kontaminanti

Ċomb

≤ 0,02 mg/kg

Arseniku

≤ 0,2 mg/kg

Kadmju

≤ 0,1 mg/kg

Merkurju

≤ 0,5 mg/kg

Aflatossin M1

≤ 0,025 μg/kg

Parametri Mikrobjali

Għadd Totali tal-Kolonji Aerobiċi (TPC)

≤ 5 000 UJK/g

Enterobatterji/Koliformi

assenti f'11 g

Ħmira u Moffa

≤ 50 CFU/g

Salmonella spp.

Negattiv/200 ml

Cronobacter spp.

Negattiv/200 ml

Endotossini

≤ 100 UE/ml

UJK: Unitajiet li Jifformaw Kolonji; UE: Unitajiet ta' Endotossini


ANNESS II

Użijiet awtorizzati tat-2′-fukosillattożju fl-għamla ta' trab u likwidu konċentrat

Kategorija tal-ikel

Livell massimu

Formuli tat-trabi u formoli ta' prosegwiment

1,2 gramma ta' 2′-fukosillattożju għal kull litru tal-prodott finali lest għall-użu mqiegħed fis-suq bħala tali jew kostitwit mill-ġdid skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

29.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/10


DEĊIŻJONI Nru 1/2017 TAL-KUNSILL KONĠUNT CARIFORUM-UE

stabbilit mill-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra,

tas-17 ta' Novembru 2017

li jikkonċerna l-emenda tal-Anness IX għall-Protokoll I: Pajjiżi u territorji extra-Ewropej [2017/2202]

IL-KUNSILL KONĠUNT CARIFORUM-UE

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Cariforum, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tal-Protokoll I tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll I tal-Ftehim — Dwar id-Definizzjoni tal-Kunċett ta' “Prodotti Oriġinarji” u Metodi ta' Kooperazzjoni Amministrattiva — jiddefinixxi Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej (Overseas Countries and Territories - OCTs) bħala li tfisser il-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej imniżżla fl-Anness IX tiegħu;

(2)

Wara l-bidla fl-istatus ta' Mayotte (1) u Saint Barthélemy (2), u d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (3) dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, il-lista ta' pajjiżi u territorji extra-Ewropej fl-Anness IX għall-Protokoll I tal-Ftehim jenħtieġ li tiġi aġġornata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness IX għall-Protokoll I huwa mibdul bl-Anness li jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2017.

Għall-Istati tal-Cariforum

K. JOHNSON SMITH

Għall-Parti tal-UE

C. MALMSTRÖM


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE tal-11 ta' Lulju 2012 li temenda l-istatus ta' Mayotte fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU UE L 204, 31.7.2012, p. 131).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/718/UE tad-29 ta' Ottubru 2010 li timmodifika l-istatus tal-gżira ta' Saint-Barthélemy fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU UE L 325, 9.12.2010, p. 4).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).


ANNESS

ANNESS IX GĦALL-PROTOKOLL I

Pajjiżi u territorji extra-Ewropej

Għall-finijiet ta' dan il-Protokoll “pajjiżi u territorji barranin” tfisser il-pajjiżi u t-territorji msemmija fl-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea elenkati hawn taħt:

(Din il-lista hija mingħajr preġudizzju għall-istatus ta' dawn il-pajjiżi u t-territorji, jew għat-tibdiliet futuri fl-istatus tagħhom.)

1.

Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju tad-Danimarka:

Greenland.

2.

Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Repubblika Franċiża:

New Caledonia u d-Dipendenzi,

Il-Polineżja Franċiża,

Saint Pierre u Miquelon,

Saint Barthélemy,

It-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u tal-Antartiku,

Wallis u Futuna.

3.

Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju tan-Netherlands:

Aruba,

Bonaire,

Curaçao,

Saba,

Sint Eustatius,

Sint Maarten.

4.

Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq:

Anguilla,

Bermuda,

Il-Gżejjer Cayman,

Il-Gżejjer Falkland,

South Georgia u s-South Sandwich Islands,

Montserrat,

Il-Gżejjer Pitcairn,

Saint Helena u d-Dipendenzi,

It-Territorju Brittaniku tal-Antartiku,

It-Territorju Brittaniku tal-Oċean Indjan,

Il-Gżejjer Turks u Caicos,

Il-Gżejjer Verġni Brittaniċi.


29.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/12


DEĊIŻJONI Nru 2/2017 TAL-KUNSILL KONĠUNT CARIFORUM-UE

stabbilit bil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra,

tas-17 ta' Novembru 2017

fir-rigward tal-istabbiliment ta' lista ta' arbitri [2017/2203]

IL-KUNSILL KONĠUNT CARIFORUM-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 221(1) tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta' ħmistax-il arbitru prevista fl-Artikolu 221(1) annessa ma' din id-Deċiżjoni hija adottata mill-Partijiet.

Artikolu 2

Il-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp CARIFORUM-UE jista' jemenda l-lista ta' arbitri annessa ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell fis-17 ta' Novembru 2017.

Għall-Istati tal-CARIFORUM

K. JOHNSON SMITH

Għall-Parti tal-UE

C. MALMSTRÖM


ANNESS

Lista tal-arbitri msemmija fl-Artikolu 221(1) tal-Ftehim

Arbitri magħżula mill-Istati tal-CARIFORUM:

 

Is-Sinjura Tracy BENN-ROBERTS (Antigua u Barbuda)

 

Is-Sinjura Nicole FOSTER (Barbados)

 

Is-Sinjura Bertha COOPER-ROSSEAU (il-Bahamas)

 

Is-Sinjura Michelle A. BROWN (il-Ġamajka)

 

Is-Sinjura Fabiola MEDINA GARNES (ir-Repubblika Dominicana)

Arbitri magħżula mill-UE:

 

Is-Sur Jacques BOURGEOIS (il-Belġju)

 

Is-Sur Claus-Dieter EHLERMANN (il-Ġermanja)

 

Is-Sur Pieter Jan KUIJPER (in-Netherlands)

 

Is-Sur Giorgio SACERDOTI (l-Italja)

 

Is-Sur Ramon TORRENT (Spanja)

Arbitri magħżula b'mod konġunt mill-Partijiet:

 

Is-Sur Frederick ABBOTT (l-Istati Uniti)

 

Is-Sur James BACCHUS (l-Istati Uniti)

 

Is-Sur Armand DE MESTRAL (il-Kanada)

 

Is-Sinjura Claudia OROZCO (il-Kolombja)

 

Is-Sur Helge SELAND (in-Norveġja)