ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
25.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2188
tal-11 ta' Awwissu 2017
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-deroga marbuta mar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal ċerti bonds koperti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 503(4) tiegħu.
Billi:
(1) |
L-Artikolu 496 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jeżentaw, għal ċerti bonds koperti u sal-31 ta' Diċembru 2017, il-livell limitu ta' 10 % msemmi fl-Artikolu 129(1)(d)(ii) ta' dak ir-Regolament u l-Artikolu 129(1)(f)(ii) ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
L-Artikolu 503(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jobbliga lill-Kummissjoni tagħmel rieżami tal-adegwatezza ta' din il-possibiltà għall-awtoritajiet kompetenti u tiddeċiedi jekk din il-possibiltà għandhiex issir permanenti. Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Bankarja Ewropea tipprovdi konsulenza teknika dwar din il-kwistjoni. Din it-talba rriżultat fir-“Report on EU Covered Bond Frameworks and Capital Treatment”(ir-Rapport dwar l-Oqfsa u t-Trattament tal-Kapital ta' Bonds Koperti fl-UE. Il-Kummissjoni użat dan ir-rapport biex tkompli tivvaluta l-arranġamenti superviżorji u regolatorji applikabbli għal bonds koperti u sussegwentement ippreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-Artikolu 503 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
(3) |
Minn dan ir-rapport, irriżulta li għadd limitat biss ta' oqfsa nazzjonali ta' bonds koperti jippermettu l-inklużjoni ta' titoli abbażi ta' ipoteka fuq proprjetà residenzjali jew kummerċjali jew strutturi intragrupp ta' bonds koperti miġburin f'daqqa. Madankollu, peress li xi istituzzjonijiet, fil-mudelli kummerċjali tagħhom, jiddependu fuq l-użu tad-deroga mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti, ikun xieraq, għal raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt, li l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jestendu d-deroga msemmija fl-Artikolu 496(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 lil hinn mid-data msemmija f'din id-dispożizzjoni. L-Artikolu 496(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat biex titħassar id-data msemmija f'din id-dispożizzjoni, bil-ftehim li madankollu jista' jkun li l-possibiltà għall-awtoritajiet kompetenti biex jagħtu deroga jkollha tiġi vvalutata mill-ġdid fil-kuntest ta' qafas futur ta' bonds koperti. |
(4) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt, ikun adegwat li tiġi prevista deroga permanenti li tibda mill-jum ta' wara l-iskadenza tad-deroga attwali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 496(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-sentenza introduttorja tinbidel b'dan li ġej:
“L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw kompletament jew parzjalment mil-limitu ta' 10 % lill-unitajiet prijoritarji maħruġa mill-Fonds Communs de Créances Franċiżi jew minn entitajiet ta' titolazzjoni li huma ekwivalenti għall-Fonds Communs de Créances Franċiżi stabbiliti fil-punti (d) u (f) tal-Artikolu 129(1), dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
25.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2189
tal-24 ta' Novembru 2017
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2450 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-formoli għas-sottomissjoni ta' informazzjoni lill-awtoritajiet superviżorji skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-25 ta' Novembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 35(10), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 244(6) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 245(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Huwa meħtieġ li jiġi ffaċilitat rappurtar konsistenti u titjieb il-kwalità tal-informazzjoni rrappurtata lill-awtoritajiet superviżorji kif prevedut mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2450 (2). |
(2) |
Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbuta ma' xulxin mill-qrib, peress li kollha jittrattaw is-sottomissjoni tal-informazzjoni mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u l-gruppi lill-awtoritajiet superviżorji. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn dawn id-dispożizzjonijiet, li jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva u aċċess għalihom minn persuni soġġetti għal dawk l-obbligi, inklużi investituri li mhumiex residenti fl-Unjoni, huwa mixtieq li l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikoli 35(10), 244(6) u 245(6) tad-Direttiva 2009/138/KE jkunu inklużi f'Regolament wieħed. |
(3) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, EIOPA) lill-Kummissjoni. |
(4) |
EIOPA imxiet mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) biex tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni, wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz li huwa bbażat fuqu dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tas-Settur tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. |
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2450 jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Jenħtieġ li diversi żbalji żgħar ta' abbozzar fl-istruzzjonijiet tal-formoli inklużi fit-test tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2450 jiġu kkoreġuti wkoll, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet Emendatorji
L-Annessi II u III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2450 huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet ta' korrezzjoni
L-Annessi I, II u III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2450 huma kkoreġuti skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2450 tat-2 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-formoli għas-sottomissjoni ta' informazzjoni lill-awtoritajiet superviżorji skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 31.12.2015, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
ANNESS I
1. |
Kemm l-Anness II kif ukoll III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/2450 jiġu emendati kif ġej:
|
2. |
L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2450 huwa emendat kif ġej:
|
3. |
L-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2450 huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS II
1.
L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2450 huwa kkoreġut kif ġej:
(a) |
Fil-formoli S.01.02.01 u S.01.02.04 tiżdied ir-ringiela R0081 wara r-ringiela R0080 “Data tas-sottomissjoni tar-rapportar” kif ġej:
”; |
(b) |
Fil-formola S.19.01.01, l-isem tal-kolonni C0560, C1160 u C1760 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Tmiem is-sena (data skontata)”; |
(c) |
Fil-formola S.23.01.04, ir-ringiela R0440 hija sostitwita b'dan li ġej:
”; |
(d) |
Fil-formoli S.26.01.01, S.26.01.04 u SR.26.01.01, ir-ringiela R0600 hija sostitwita b'dan li ġej:
”; |
(e) |
Fil-formoli S.30.01.01 u S.30.02.01, fit-tieni tabella tal-formola (li tirreferi għall-koperturi fakultattivi għan-negozju tal-ħajja) l-entrata Z0010 tinbidel għal Z0020; |
2.
Kemm l-Anness II kif ukoll III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2450 huma kkoreġuti kif ġej:
(a) |
Fil-formola S.01.01.Z0020, it-tieni paragrafu tħassar; |
(b) |
Fil-formola S.01.01.C0010, fir-ringieli R0260 u R0270, l-għażla “18 — Mhux irrappurtati bħala negozju tal-assigurazzjoni mhux dirett” tiddaħħal fl-istruzzjonijiet qabel l-għażla “0 — Mhux rapportata (f'dan il-każ hija meħtieġa ġustifikazzjoni speċjali)”; |
(c) |
Fil-formola S.01.01.C0010/R0130, l-istruzzjonijiet huma sostitwiti b'dan li ġej: “Għandha tintuża waħda mill-għażliet fil-lista magħluqa li ġejja:
|
(d) |
Fil-formola S.01.01.C0010, fir-ringieli R0140, R0150, R0170 u R0180 tal-istruzzjoni, l-għażla “7 — M'hemmx għalfejn għax ma kienx hemm tibdil materjali mis-sottomissjoni trimestrali (din l-għażla tgħodd biss għas-sottomissjonijiet annwali)” hija sostitwita b'dan li ġej: “7 — M'hemmx għalfejn annwalment kif ġie rrappurtat għal Trimestru 4 (din l-għażla tgħodd biss għas-sottomissjonijiet annwali)”; |
(e) |
Fil-formoli S.01.01.C0010/R0460 u C0010/R0840, l-għażla “2 — rapportata għax meħtieġ mill-Artikolu 112” titħassar mill-istruzzjonijiet u l-għażla “16 — rapportata għax meħtieġ mill-Artikolu 112 tad-Direttiva 2009/138/KE” tiddaħħal fl-istruzzjonijiet wara l-għażla “9 — Mhux rapportata għax tintuża formola interna sħiħa (“MI”)”; |
(f) |
Fil-formola S.01.01.C0010/R0500 sa R0560 u C0010/R0870 sa R0930, l-għażliet “16 — rapportata għax mitluba mill-Artikolu 112 tad-Direttiva 2009/138/KE” u “17 — rapportata darbtejn minħabba l-użu ta' PIM” jiddaħħlu fl-istruzzjonijiet qabel l-għażla “0 — Mhux rapportata għal raġuni oħra (f'dan il-każ hija meħtieġa ġustifikazzjoni speċjali)”; |
(g) |
Fil-formola S.02.01.C0010-C0020/R0360, l-istruzzjonijiet huma sostitwiti b'dan li ġej: “Ammonti għall-ħlas mid-detenturi ta' polza, assiguraturi u operazzjonijiet oħrajn marbuta mal-assigurazzjoni, imma li mhumiex inklużi fi provvedimenti tekniċi. Dan għandu jinkludi riċevibbli minn riassigurazzjoni aċċettata. Għall-kolonna (C0010) ta' Solvibbiltà II, din iċ-ċellula għandha tinkludi biss ammonti skaduti”; |
(h) |
Fil-formola S.02.01.C0010-C0020/R0370, l-istruzzjonijiet huma sostitwiti b'dan li ġej: “Ammonti għall-ħlas mir-riassiguraturi u marbuta ma' operazzjonijiet tar-riassigurazzjoni li mhumiex inklużi f'rekuperabbli tar-riassigurazzjoni. Tista' tinkludi: l-ammonti minn riċevibbli minn riassiguraturi relatati ma' pretensjonijiet saldati ta' detenturi ta' poloz jew benefiċjarji; riċevibbli minn riassiguraturi b'rabta ma' eventi li mhumiex assigurazzjoni jew pretensjonijiet tal-assigurazzjoni saldati, pereżempju kummissjonijiet. Għall-kolonna (C0010) ta' Solvibbiltà II, din iċ-ċellula għandha tinkludi biss ammonti skaduti”; |
(i) |
Fil-formola S.02.01.C0010-C0020/R0810, il-formulazzjoni “L20” titħassar mill-kodiċi tal-entrata; |
(j) |
Fil-formoli S.02.01, S.25.01, S.25.02, S.25.03, S.26.01, S.26.02, S.26.03, S.26.04, S.26.05, S.26.06, S.26.07 u S.27.01, fl-entrata Z0030, jitħassar it-tieni paragrafu; |
(k) |
Fil-formola S.02.01.C0010-C0020/R0820, l-istruzzjonijiet huma sostitwiti b'dan li ġej: “Ammonti dovuti lil detenturi ta' polza, assiguraturi u operazzjonijiet oħrajn marbuta mal-assigurazzjoni, imma li mhumiex provvedimenti tekniċi. Jinkludu ammonti pagabbli lil intermedjarji ta' (ri)assigurazzjoni (pereżempju kummissjonijiet dovuti lil intermedjarji iżda li għadhom ma tħallsux mill-impriża). Huma esklużi self u ipoteki dovuti lil kumpaniji tal-assigurazzjoni oħrajn, jekk ikunu marbuta biss ma' finanzjament u mhux marbuta ma' operazzjonijiet ta' assigurazzjoni (dawn is-self u l-ipoteki għandhom jiġu rapportati bħala obbligazzjonijiet finanzjarji). Għandha tinkludi ammonti pagabbli minn riassigurazzjoni aċċettata. Għall-kolonna (C0010) ta' Solvibbiltà II, din iċ-ċellula għandha tinkludi biss ammonti skaduti”; |
(l) |
Fil-formola S.02.01.C0010-C0020/R0830, l-ewwel paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Ammonti pagabbli lil riassiguraturi (partikolarment kontijiet kurrenti) għajr depożiti marbuta ma' operazzjonijiet tar-riassigurazzjoni, li mhumiex inklużi f'rekuperabbli tar-riassigurazzjoni. Tinkludi ammonti pagabbli lil riassiguraturi marbuta ma' primjums ċeduti. Għall-kolonna (C0010) ta' Solvibbiltà II, din iċ-ċellula għandha tinkludi biss ammonti skaduti”; |
(m) |
Fil-formoli S.05.01 u S.05.02, ir-referenzi kollha għal “sena finanzjarja” huma sostitwiti b'“perjodu ta' rapportar”; |
(n) |
Fil-formola S.05.01.C0010 sa C0120 fir-ringieli R0410, R0420, S.05.01.C0130 sa C0160 fir-ringieli R0430, S.05.01.C0010 sa C0160 fir-ringiela R0500, S.05.01.C0210 sa C0280 fir-ringieli R1710 u R1800, S.05.02.C0080 sa C0140 fir-ringieli R0410, R0420, R0430 u R0500 u f'S.05.02.C0220 sa C0280 fir-ringieli R1710 u R1800, fit-tmiem tal-istruzzjonijiet jiżdied dan li ġej: “Din l-entrata għandha tiġi rappurtata bħala ammont pożittiv jekk il-varjazzjoni hija negattiva (tnaqqis ta'provvedimenti tekniċi li jwasslu għal profitt) jew bħala ammont negattiv jekk il-varjazzjoni hija pożittiva (żieda ta' provvedimenti tekniċi oħrajn li jwasslu għal telf).”; |
(o) |
Fil-formola S.05.01 fi C0010 sa C0160/R0440 u C0210 sa C0280/R1720, u fi S.05.02 fi C0080 sa C0140/R0440 u C0220 sa C0280/R1720 fit-tmiem tal-istruzzjonijiet jiżdied dan li ġej: “Din l-entrata għandha tiġi rrappurtata bħala ammont pożittiv jekk il-varjazzjoni hija negattiva jew bħala ammont negattiv jekk il-varjazzjoni hija pożittiva.”; |
(p) |
Fil-formola S.05.02, wara l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-kummenti ġenerali, jiżdied dan li ġej: “Il-formola mhijiex dovuta meta l-livelli limitu għar-rapportar mill-pajjiżi deskritti hawn taħt ma jkunux applikabbli, jiġifieri l-pajjiż ta' oriġini jirrappreżenta 90 % jew aktar tal-primjums gross totali miktuba.”; |
(q) |
Fil-formola S.06.02.C0170, it-tieni inċiż tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “il-multiplikazzjoni tal-“Kwantità” bil-“Prezz unitarju ta' Solvibbiltà II”, għall-assi fejn dawn iż-żewġ entrati huma relevanti (kif ukoll “Imgħax” jekk applikabbli)”; |
(r) |
Fil-formola S.06.02.C0180, fl-ewwel sentenza tal-istruzzjonijiet, il-kelma “titoli” hija sostitwita b'“assi”; |
(s) |
Fil-formola S.06.02.C0050, l-għażla “7 — Reuters RIC (kodiċi tal-istrument Reuters)+” mil-lista magħluqa fl-istruzzjonijiet hija sostitwita b'“7 — Reuters RIC (kodiċi tal-istrument Reuters)”; |
(t) |
Fil-formola S.06.02.C0050, fit-tmiem tal-aħħar sentenza tal-istruzzjonijiet, ir-referenza għal “9/1” hija sostitwita b'“99/1”; |
(u) |
Fil-formola S.06.02.C0320, l-ewwel tliet paragrafi tal-istruzzjonijiet huma sostitwiti b'dan li ġej: “Mill-inqas applikabbli għall-kategoriji CIC 1, 2, 5, 6, u 8 (Ipoteki u Self, għajr ipoteki u self lil persuni fiżiċi), fejn disponibbli. Din hija l-klassifikazzjoni tal-ħruġ tal-assi fid-data tar-referenza tar-rapportar kif mogħtija mill-istituzzjoni tal-valutazzjoni tal-kreditu nominata (ECAI). Jekk il-klassifikazzjoni tal-ħruġ ma tkunx disponibbli, l-entrata għandha titħalla vojta.”; |
(v) |
Fil-formola S.06.02.C0340, l-ewwel sentenza tal-istruzzjonijiet hija sostitwita b'dan li ġej: “Applikabbli għal kwalunkwe kreditu li għalih għandha tiġi attribwita l-iskala tal-kwalità kreditizja għall-iskop tal-kalkolu SCR.”; |
(w) |
Fil-formola S.06.02.C0350, titħassar l-ewwel sentenza tal-istruzzjonijiet u t-tieni paragrafu huwa sostitwit kif ġej: “Mill-inqas applikabbli għall-kategoriji CIC 1, 2, 5, 6, u 8 (Ipoteki u Self, għajr ipoteki u self għal persuni fiżiċi), fejn disponibbli.” |
(x) |
Fil-formola S.06.03. it-tieni sentenza tat-tieni paragrafu tal-kummenti ġenerali hija sostitwita b'dan li ġej: “Meta jitqiesu l-proporzjonalità u l-istruzzjonijiet speċifiċi tal-formola, il-prinċipju ta' trasparenza għandu jitwettaq sakemm jiġu identifikati l-kategoriji tal-assi, il-pajjiżi u l-muniti. F'każ ta' fondi ta' fondi, il-prinċipju ta' trasparenza għandu jsegwi l-istess approċċ.”; |
(y) |
Fil-formola S.06.03.C0060, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Għall-obbligazzjonijiet, għandu jiġi rrappurtat ammont pożittiv, sakemm entrata ma tkunx obbligazzjoni derivattiva.”; |
(z) |
Fil-formola S.07.01.C0160, tiżdied is-sentenza li ġejja fl-aħħar tal-istruzzjonijiet: “Meta jkun meħtieġ, din l-entrata tista' tiġi rrapportata bħala “string” biex jiġi rifless kif ser jiġi kkalkulat ir-redditu”; |
(aa) |
Fil-formola S.07.01.C0170, il-formulazzjoni “pereżempju 5 % għandu jiġi rrappurtat bħala 0,05” titħassar mill-ewwel paragrafu tal-istruzzjonijiet; |
(bb) |
Fil-formola S.08.01.C0090, fit-tieni paragrafu, ir-raba' punt jinbidel kif ġej: “ ‘Diversi assi/obbligazzjonijiet/CAU’, jekk l-assi jew l-obbligazzjonijiet sottostanti jkunu aktar minn wieħed” |
(cc) |
Fil-formola S.08.01.C0140, jitħassru l-kliem li ġejjin mill-ewwel sentenza tal-istruzzjonijiet: “(swaps tal-munita, kreditu u titoli)”; |
(dd) |
Fil-formola S.08.01.C0150, l-istruzzjonijiet huma sostitwiti b'dan li ġej: “Il-ħlas li jkun sar (jekk mixtri), għall-għażliet kif ukoll għal ammonti primjum bil-quddiem jew perjodiċi mħallsa għal swaps, mill-mument li l-impriża tkun daħlet fil-kuntratt ta' derivattivi.”; |
(ee) |
Fil-formola S.08.01.C0160, l-istruzzjonijiet huma sostitwiti b'dan li ġej: “Il-ħlas li jkun wasal (jekk mibjugħ), għall-għażliet kif ukoll għal ammonti primjum bil-quddiem jew perjodiċi rċevuti għal swaps, mill-mument li l-impriża tkun daħlet fil-kuntratt ta' derivattivi.”; |
(ff) |
Fil-formola S.08.01.C0290, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Il-klassifikazzjoni tal-kontroparti tad-derivattiv fid-data ta' referenza tar-rapportar maħruġa mill-istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu (ECAI) nominata.” |
(gg) |
Fil-formola S.06.02.C0050, wara t-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet jiddaħħal dan li ġej: “Jekk klassifikazzjoni tal-emittent ma tkunx disponibbli, l-entrata għandha titħalla vojta.”; |
(hh) |
Fil-formola S.08.02, it-tieni sentenza tar-raba' paragrafu tal-kummenti ġenerali hija sostitwita b'dan li ġej: “Jitqiesu obbligazzjonijiet jekk il-valur tas-Solvibbiltà II tagħhom ikun negattiv.”; |
(ii) |
Fil-formola S.08.02.C0090, fit-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet, ir-raba' punt jinbidel kif ġej: “ ‘Diversi assi/obbligazzjonijiet/CAU’, jekk l-assi jew l-obbligazzjonijiet sottostanti jkunu aktar minn wieħed”; |
(jj) |
Fil-formola S.08.02.C0140, l-istruzzjonijiet huma sostitwiti b'dan li ġej: “Il-pagament li sar (jekk inxtraw), għall-opzjonijiet kif ukoll l-ammonti ta' primjum bil-quddiem u perjodiċi mħallsa għal swaps, mill-mument li l-impriża tkun daħlet fil-kuntratt ta' derivattivi.”; |
(kk) |
Fil-formola S.08.02.C0150, l-istruzzjonijiet huma sostitwiti b'dan li ġej: “Il-pagament irċevut (jekk mibjugħa), għall-opzjonijiet kif ukoll l-ammonti ta' primjum bil-quddiem u perjodiċi rċevuti għal swaps, mill-mument li l-impriża tkun daħlet fil-kuntratt ta' derivattivi.”; |
(ll) |
Fil-formola S.08.02.C0160, l-ewwel paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Ammont tal-profitt u t-telf li jirriżulta mid-derivattiv mill-mument li l-impriża tkun daħlet fil-kuntratt ta' derivattivi, realizzat fid-data tal-għeluq/tal-maturità. Jikkorrispondi għad-differenza bejn il-valur (prezz) fid-data tal-bejgħ u l-valur (prezz) fid-data tal-akkwist.”; |
(mm) |
Fil-formola S.09.01.C0100 u C0110, l-aħħar sentenza tal-istruzzjonijiet hija sostitwita b'dan li ġej: “Dan il-kalkolu għandu jsir mingħajr l-imgħax dovut.”; |
(nn) |
Fil-formola S.22.01, ir-referenzi kollha għall-“aġġustament għall-provvedimenti tekniċi” huma sostitwiti b'“aġġustament għall-provvedimenti tekniċi gross”; |
(oo) |
Fil-formola S.22.01, ir-referenzi kollha għall-“Ammont totali tal-provvedimenti tekniċi” huma sostitwiti b'“Ammont totali tal-provvedimenti tekniċi gross”; |
(pp) |
Fil-formola S.22.01.C0020, fir-ringieli R0010 sa R0090 fi tmiem tal-istruzzjonijiet, jiddaħħal paragrafu ġdid: “Jekk it-tnaqqis tranżizzjonali fuq il-provvedimenti tekniċi mhuwiex applikabbli, irrapporta l-istess ammont bħal fis-C0010.”; |
(qq) |
Fil-formola S.22.01.C0030/R0020, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji bażiċi kalkulati meta wieħed iqis il-provvedimenti tekniċi mingħajr tnaqqis tranżizzjonali fuq il-provvedimenti tekniċi u l-fondi proprji bażiċi kkalkulati bil-provvedimenti tekniċi b'miżuri LTG u tranżizzjonali.”; |
(rr) |
Fil-formola S.22.01.C0030/R0030, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn l-eċċess tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet kalkulat meta wieħed iqis il-provvedimenti tekniċi mingħajr tnaqqis tranżizzjonali fuq il-provvedimenti tekniċi u l-eċċess tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet kalkulat bil-provvedimenti tekniċi b'miżuri LTG u tranżizzjonali.”; |
(ss) |
Fil-formola S.22.01.C0030/R0040, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji ristretti dovuti għad-delimitazzjoni kkalkulati meta wieħed iqis il-provvedimenti tekniċi mingħajr tnaqqis tranżizzjonali fil-provvedimenti tekniċi u l-fondi proprji ristretti dovuti għad-delimitazzjoni kkalkulati bil-provvedimenti tekniċi b'miżuri LTG u tranżizzjonali.”; |
(tt) |
Fil-formola S.22.01.C0030/R0050, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS kalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr tnaqqis tranżizzjonali fuq il-provvedimenti tekniċi u l-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS kalkulati bil-provvedimenti tekniċi b'miżuri LTG u tranżizzjonali.”; |
(uu) |
Fil-formola S.22.01.C0030/R0060, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS–Grad 1 kalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr tnaqqis tranżizzjonali fil-provvedimenti tekniċi u l-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS–Grad 1 kalkulati bil-provvedimenti tekniċi b'miżuri LTG u tranżizzjonali.”; |
(vv) |
Fil-formola S.22.01.C0030/R0070, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS–Grad 2 kalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr tnaqqis tranżizzjonali fil-provvedimenti tekniċi u l-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS–Grad 2 kalkulati bil-provvedimenti tekniċi b'miżuri LTG u tranżizzjonali.”; |
(ww) |
Fil-formola S.22.01.C0030/R0080, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS–Grad 3 kalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr tnaqqis tranżizzjonali fil-provvedimenti tekniċi u l-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS–Grad 3 kalkulati bil-provvedimenti tekniċi b'miżuri LTG u tranżizzjonali.”; |
(xx) |
Fil-formola S.22.01.C0030/R0090, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn l-RKS kalkulat b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr tnaqqis tranżizzjonali fil-provvedimenti tekniċi u l-RKS kalkulat bil-provvedimenti tekniċi b'miżuri LTG u tranżizzjonali.”; |
(yy) |
Fil-formola S.22.01.C0040, fir-ringieli R0010 sa R0090 fi tmiem tal-istruzzjonijiet, jiddaħħal paragrafu ġdid: “Jekk l-aġġustament tranżizzjonali fl-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti ma jkunx applikabbli, irrapporta l-istess ammont bħal fis-C0020.”; |
(zz) |
Fil-formola S.22.01.C0050/R0020, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji bażiċi kalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżizzjonali fl-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti u l-fondi proprji bażiċi kkalkulati bil-provvedimenti tekniċi rrappurtati taħt C0020.”; |
(aaa) |
Fil-formola S.22.01.C0050/R0030, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn l-eċċess tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet kalkulat b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżizzjonali fl-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti u l-eċċess tal-assi fuq l-obbligazzjonijiet kalkulat bil-provvedimenti tekniċi rrappurtati taħt C0020.”; |
(bbb) |
Fil-formola S.22.01.C0050/R0040, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji bażiċi ristretti dovuti għad-delimitazzjoni b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżizzjonali fl-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti u l-fondi proprji ristretti dovuti għad-delimitazzjoni kalkulati bil-provvedimenti tekniċi rrappurtati taħt C0020.”; |
(ccc) |
Fil-formola S.22.01.C0050/R0050, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS kalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżizzjonali fl-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti u l-fondi proprji eliġibbli sabiex jissodisfaw l-RKS kalkulati bil-provvedimenti rrappurtati taħt C0020.”; |
(ddd) |
Fil-formola S.22.01.C0050/R0060, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS–Grad 1 kalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżizzjonali fl-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti u l-fondi proprji eliġibbli sabiex jissodisfaw l-RKS–Grad 1 kalkulati bil-provvedimenti tekniċi taħt C0020.”; |
(eee) |
Fil-formola S.22.01.C0050/R0070, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS–Grad 2 kalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżizzjonali fl-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti u l-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS–Grad 2 bil-provvedimenti tekniċi rrappurtati taħt C0020.”; |
(fff) |
Fil-formola S.22.01.C0050/R0080, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS–Grad 3 kalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżizzjonali fl-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti u l-fondi proprji eliġibbli sabiex jissodisfaw l-RKS–Grad 3 kalkulati bil-provvedimenti tekniċi rrappurtati taħt C0020.”; |
(ggg) |
Fil-formola S.22.01.C0050/R0090, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn l-RKS kalkulat b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżizzjonali fl-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti u l-RKS kalkulat bil-provvedimenti rrapportati taħt C0020.”; |
(hhh) |
Fil-formola S.22.01.C0060, fir-ringieli R0010 sa R0090, fit-tmiem tal-istruzzjonijiet, jiddaħħal paragrafu ġdid: “Jekk l-aġġustament għall-volatilità ma jkunx applikabbli, irrapporta l-istess ammont bħal fis-C0040.” |
(iii) |
Fil-formola S.22.01.C0070/R0020, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji bażiċi kalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżizzjonali oħrajn u l-fondi proprji bażiċi kalkulati bil-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0040.”; |
(jjj) |
Fil-formola S.22.01.C0070/R0030, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn l-eċċess ta' assi fuq obbligazzjonijiet kalkulat b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżizzjonali oħrajn u l-eċċess ta' assi fuq obbligazzjonijiet kalkulat bil-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0040.”: |
(kkk) |
Fil-formola S.22.01.C0070/R0040, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji ristretti dovuti għad-delimitazzjoni kkalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżizzjonali oħrajn u l-fondi proprji ristretti dovuti għad-delimitazzjoni kkalkulati bil-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0040.”; |
(lll) |
Fil-formola S.22.01.C0070/R0050, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS kalkulat b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżizzjonali oħrajn u l-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS kalkulat bil-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0040.”; |
(mmm) |
Fil-formola S.22.01.C0070/R0060, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS–Grad 1 kalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżizzjonali oħrajn u l-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS–Grad 1 kalkulati bil-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0040.”; |
(nnn) |
Fil-formola S.22.01.C0070/R0070, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS–Grad 2 kalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżizzjonali oħrajn u l-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS–Grad 2 kalkulati bil-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0040.”; |
(ooo) |
Fil-formola S.22.01.C0070/R0080, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS–Grad 3 kalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżizzjonali oħrajn u l-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS–Grad 3 kalkulati bil-provvedimenti tekniċi rrapportati taħt C0040.”; |
(ppp) |
Fil-formola S.22.01.C0070/R0090, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn l-RKS kalkulat b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżizzjonali oħrajn u l-RKS kalkulat bil-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0040.”; |
(qqq) |
Fil-formola S.22.01.C0080, fir-ringieli R0010 sa R0090, fit-tmiem l-istruzzjonijiet, jiżdied paragrafu ġdid: “Jekk l-aġġustament ta' korrispondenza ma jkunx applikabbli, irrapporta l-istess ammont bħal fis-C0060.”; |
(rrr) |
Fil-formola S.22.01.C0090/R0020, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji bażiċi b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament ta' korrispondenza u mingħajr il-miżuri tranżizzjonali oħrajn kollha u l-fondi proprji bażiċi kalkulati bil-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0060.”; |
(sss) |
Fil-formola S.22.01.C0090/R0030, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Għandha tkun id-differenza bejn l-eċċess ta' assi fuq l-obbligazzjonijiet kalkulat b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament ta' korrispondenza u mingħajr il-miżuri tranżizzjonali l-oħrajn kollha u l-eċċess ta' assi fuq l-obbligazzjonijiet bil-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0060.”; |
(ttt) |
Fil-formola S.22.01.C0090/R0040, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji ristretti dovuti għad-delimitazzjoni kalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament ta' korrispondenza u mingħajr il-miżuri tranżizzjonali l-oħrajn kollha u l-fondi proprji ristretti dovuti għad-delimitazzjoni kkalkulati bil-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0060.”; |
(uuu) |
Fil-formola S.22.01.C0090/R0050, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS kalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament ta' korrispondenza u mingħajr il-miżuri tranżizzjonali l-oħrajn kollha u l-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS kalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0060.”; |
(vvv) |
Fil-formola S.22.01.C0090/R0060, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS-Grad 1 kalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament ta' korrispondenza u mingħajr il-miżuri tranżizzjonali l-oħrajn kollha u l-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS-Grad 1 kalkulati bil-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0060.”; |
(www) |
Fil-formola S.22.01.C0090/R0070, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS-Grad 2 kalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament ta' korrispondenza u mingħajr il-miżuri tranżizzjonali l-oħrajn kollha u l-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS-Grad 2 kalkulati bil-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0060.”; |
(xxx) |
Fil-formola S.22.01.C0090/R0080, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS-Grad 3 kalkulati b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament ta' korrispondenza u mingħajr il-miżuri tranżizzjonali l-oħrajn kollha u l-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKS-Grad 3 kalkulati bil-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0060.”; |
(yyy) |
Fil-formola S.22.01.C0090/R0090, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn l-RKS kalkulat b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament ta' korrispondenza u mingħajr il-miżuri tranżizzjonali l-oħrajn kollha u l-RKS kalkulat bil-provvedimenti tekniċi rrapportati taħt C0060.”; |
(zzz) |
Fil-formola S.26.06.R0100/C0020, fit-tmiem tal-ewwel sentenza tal-istruzzjonijiet, tiddaħħal “esklużi dawk marbuta ma' unitajiet” |
(aaaa) |
Fil-formoli S.26.06.R0200/C0020 u R0230/C0020, fl-istruzzjonijiet wara l-formulazzjoni “obbligi tal-assigurazzjoni”, jiddaħħal it-test li ġej “esklużi dawk marbuta mal-unità”; |
(bbbb) |
Fil-formola S.31.01.C0150, wara l-ewwel sentenza fl-istruzzjonijiet, tiddaħħal sentenza ġdida kif ġej: “Tikkorrispondi għat-total tal-ammonti rrapportati f'C0120, C0130 and C0140.”; |
(cccc) |
Fil-formola S.31.01.C0210, fit-tmiem tal-istruzzjonijiet, jiddaħħlu t-tieni u t-tielet paragrafu kif ġej: “Jekk il-klassifikazzjoni mhijiex disponibbli, l-entrata għandha titħalla vojta u r-riassiguratur għandu jiġi identifikat bħala “9 — l-ebda klassifikazzjoni disponibbli” fil-kolonna C0230 (Pass tal-kwalità tal-kreditu). Din l-entrata ma tapplikax għal riassiguraturi li għalihom l-impriżi li jużaw formola interna jużaw klassifikazzjonijiet interni. Jekk l-impriżi li jużaw formola interna ma jużawx klassifikazzjoni interna, din l-entrata għandha tiġi rapportata.”; |
(dddd) |
Fil-formola S.31.02.C0270, l-istruzzjonijiet jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Klassifikazzjoni tas-SPV (jekk hemm) li titqies mill-impriża u li ngħatat minn aġenzija tal-klassifikazzjoni esterna. Jekk il-klassifikazzjoni mhijiex disponibbli, l-entrata għandha titħalla vojta u s-SPV għandha tiġi identifikata bħala “9 — l-ebda klassifikazzjoni mhija disponibbli” fil-kolonna C0290(Pass tal-kwalità tal-kreditu). Din l-entrata ma tapplikax għal SPVs li għalihom l-impriżi li jużaw formola interna jużaw klassifikazzjonijiet interni. Jekk l-impriżi li jużaw formola interna ma jużawx klassifikazzjoni interna, din l-entrata għandha tiġi rapportata.”; |
(eeee) |
Fil-formola S.36.02.C0180, fit-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet, ir-raba' punt jiġi kkoreġut kif ġej: “ ‘Diversi assi/obbligazzjonijiet/CAU’, jekk l-assi jew l-obbligazzjonijiet sottostanti jkunu aktar minn wieħed”; |
(ffff) |
Fil-formola S.36.02.C0190, fit-tmiem l-istruzzjonijiet jiżdied dan il-paragrafu ġdid li ġej: “Din l-entrata ma tiġix rapportata għal derivattivi li jkollhom bħala sottostanti aktar minn ass jew obbligazzjoni waħda.”. |
3.
L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2450 huwa kkoreġut kif ġej:
(a) |
Fil-formola S.01.01.C0010, fir-ringieli R0100, R0300 u R0330-R0360, l-għażla “18 — Mhux rapportati bħala l-ebda negozju ta' assigurazzjoni diretta” tiddaħħal fl-istruzzjonijiet qabel l-għażla “0 — Mhux rapportati (f'dan il-każ hemm bżonn ta' ġustifikazzjoni speċjali)”; |
(b) |
Fil-formola S.04.01.C0060, l-istruzzjonijiet jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Total ta' negozju sottoskritt permezz tal-FPS mill-impriża u l-fergħat kollha tal-ŻEE f'pajjiżi taż-ŻEE fejn dawn ma jkunux stabbiliti ħlief FPS minn fergħat fil-pajjiż tal-oriġini tal-impriża. Dan għandu jkun it-total ta' C0100 għall-fergħat kollha.”; |
(c) |
Fil-formola S.12.01.C0020, C0100/R0240, l-isem tal-entrata huwa sostitwit b'dan li ġej: “L-Aħjar Stima Gross għall-Fluss tal-flus, Ħruġ ta' flus, Benefiċċji ggarantiti fil-futur”; |
(d) |
Fil-formola S.12.01, l-istruzzjonijiet għall-entrata C0020, C0100/R0240 huma sostitwiti b'dan li ġej: “Ammont ta' Ħruġ ta' flus skontat (ħlas lid-detenturi ta' polza u lill-benefiċjarji) għal benefiċċji ggarantiti fil-futur. Fir-rigward ta' C0020 /R0240, linja ta' negozju, kif definit fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35, għandha tiġi rrappurtata “Assigurazzjoni bil-parteċipazzjoni tal-profitt”. Fir-rigward ta' C0100/R0240, għandhom jiġu rrappurtati l-benefiċċji kollha ggarantiti fil-futur marbuta ma' riassigurazzjoni aċċettata, irrispettivament mil-linja ta' negozju.”; |
(e) |
Fil-formola S.12.01.C0150/R0320, l-isem tal-entrata huwa sostitwit b'dan li ġej: “Provvedimenti tekniċi mingħajr tranżizzjonali tar-rata tal-imgħax — Total (Assigurazzjoni tal-ħajja li mhijiex tas-saħħa, inklużi Marbuta ma' Unitajiet)”; |
(f) |
Fil-formola S.12.01.C0210/R0320, l-isem tal-entrata huwa sostitwit b'dan li ġej: “Provvedimenti tekniċi mingħajr tranżizzjonali tar-rata tal-imgħax — Total (Assigurazzjoni tal-ħajja li mhijiex tas-saħħa, inklużi Marbuta ma' Unitajiet)”; |
(g) |
Fil-formoli S.12.01 u S.17.01, f'entrata Z0030, jitħassar it-tieni paragrafu; |
(h) |
Fil-formola S.12.02, fil-kummenti ġenerali, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din it-taqsima hija marbuta mas-sottomissjoni tal-informazzjoni annwali għall-entitajiet individwali. Il-formola mhijiex dovuta meta l-livelli limiti għar-rapportar mill-pajjiż deskritti hawn taħt ma jkunux applikabbli, jiġifieri l-pajjiż ta' oriġini jirrappreżenta 100 % tat-total tal-provvedimenti tekniċi kkalkulati bis-sħiħ jew bħala l-aħjar stima gross. Meta dan l-ammont ikun aktar minn 90 % iżda inqas minn 100 %, allura R0010, R0020 u R0030 biss għandhom jiġu rrappurtati.”; |
(i) |
Fil-formola S.12.02, fit-tielet paragrafu tal-kummenti ġenerali, in-numerazzjoni hija mibdula minn “a” sa “f” minflok “e” sa “j”; |
(j) |
Fil-formola S.12.02, fir-raba' paragrafu tal-kummenti ġenerali, in-numerazzjoni hija mibdula minn “a” sa “d” minflok “k” sa “n”; |
(k) |
Fil-formola S.14.01.C0010, fi tmiem l-istruzzjonijiet jiddaħħal dan li ġej: “Fil-każijiet fejn ikun hemm bżonn li l-istess prodott jiġi rrappurtat f'aktar minn ringiela waħda, il-kontenut ta' C0010 (u C0090) għandu jsegwi l-formola speċifika: {Kodiċi ID tal-prodott}/+/{numru tal-verżjoni}. Pereżempju ‘AB222/+/3’.”; |
(l) |
Fil-formola S.14.01.C0040, fi tmiem tal-istruzzjonijiet tiddaħħal is-sentenza li ġejja: “Għall-prodotti li mhumiex raggruppati f'aktar minn ringiela waħda, jekk jogħġbok irrapporta n-numru tal-kuntratt fir-ringieli kollha rrapportati.”; |
(m) |
Fil-formola S.16.01, fil-kummenti ġenerali, il-punti b) u ċ) tar-raba' paragrafu (i) jiġu sostitwiti b'dan li ġej:
|
(n) |
Fil-formola S.16.01.C0020/R0040-R0190, titħassar it-tieni sentenza mill-istruzzjonijiet: |
(o) |
Fil-formola S.16.01.C0030/R0040-R0190, fi tmiem tal-istruzzjonijiet jiżdied dan li ġej: “Dan huwa parti mill-provvedimenti tekniċi stabbiliti matul is-sena N (Movimenti netti bejn riżervi ġodda matul is-sena N/rilaxx ta' riżervi matul is-sena N).”; |
(p) |
Fil-formola S.17.02, fil-kummenti ġenerali, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din it-taqsima tirrelata mas-sottomissjoni annwali tal-informazzjoni għall-entitajiet individwali. Il-formola mhijiex dovut meta l-livelli limiti għar-rapportar mill-pajjiż deskritti hawn taħt ma jkunux applikabbli, jiġifieri l-pajjiż ta' oriġini jirrappreżenta 100 % tat-total tal-provvedimenti tekniċi kkalkulati bis-sħiħ jew bħala l-aħjar stima gross. Meta dan l-ammont ikun aktar minn 90 % iżda inqas minn 100 %, allura R0010, R0020 u R0030 biss għandhom jiġu rrappurtati.”; |
(q) |
Fil-formola S.19.01, fil-kummenti ġenerali, il-punti b) u c) tar-raba' paragrafu (ii) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
(r) |
Fil-formola S.19.01.C0170/R0100 sa R0260, C0360/R0100 sa R0260 u C0560/R0100 sa R0260, fl-istruzzjonijiet, ir-referenza għall-“R0110” hija sostitwita bir-referenza għall-“R0100”; |
(s) |
Fil-formola S.19.01.C0560/R0100 sa R0260, l-ewwel sentenza tal-istruzzjonijiet hija sostitwita b'dan li ġej: “Total ta' “Tmiem is-sena” jirrifletti l-aħħar dijagonali iżda mhux fuq bażi skontata (id-data kollha b'referenza għall-aħħar sena ta' rapportar) minn R0100 sa R0250.”; |
(t) |
Fil-formola S.19.01.C0600 sa C0750/R0300 sa R0450, l-isem tal-entrata huwa sostitwit b'dan li ġej: “Irkupru tar-Riassigurazzjoni (mhux kumulattiv) — Trijangolu”; |
(u) |
Fil-formola S.19.01.C0600 sa C0750/ R0300 sa R0450, l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-istruzzjonijiet huma sostitwiti b'dan li ġej: “Trijangoli għal kull sena tal-aċċident/tas-sottoskrizzjoni minn N–14 (u qabel) u l-perjodi kollha ta' rapportar preċedenti sa — inkluż — N (l-aħħar sena ta' rapportar) tal-ħlas (pretensjonijiet imħallsa mir-riassiguratur flimkien ma' ammonti rekuperabbli mir-riassigurazzjoni), irrapportati fil-“Pretensjonijiet Gross Imħallsa (mhux kumulattivi)” koperti minn kuntratt ta' riassigurazzjoni. L-ammonti rekuperabbli mir-riassigurazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati wara l-aġġustament għall-kontroparti inadempjenti.”; |
(v) |
Fil-formola S.19.01.C0760/R0300 sa R0460, C0960/R0300 sa R0460 u C1160/R0300 sa R0460, fl-istruzzjonijiet, ir-referenza għall-“R0310” hija sostitwita bir-referenza għall-“R0300”; |
(w) |
Fil-formola S.19.01.C1160/R0300 sa R0460, l-isem tal-entrata huwa sostitwit kif ġej: “Pretensjonijiet RBNS tar-Riassigurazzjoni — Tmiem is-sena (data skontata)”; |
(x) |
Fil-formola S.19.01.C1160/R0300 sa R0460, l-ewwel sentenza tal-istruzzjonijiet tiġi sostitwita b'dan li ġej: “Total ta' “Tmiem is-sena” jirrifletti l-aħħar dijagonali iżda mhux fuq bażi skontata (id-data kollha b'referenza għall-aħħar sena ta' rapportar) minn R0300 sa R0450.”; |
(y) |
Fil-formola S.19.01.C1360/R0500 sa R0660, C1560/R0500 sa R0660 u C1760/R0500 sa R0660, fl-istruzzjonijiet, ir-referenza għall-“R0510” hija sostitwita bir-referenza għall-“R0500”; |
(z) |
Fil-formola S.19.01.C1560/R0500 sa R0660, l-ewwel sentenza tal-istruzzjonijiet tiġi sostitwita b'dan li ġej: “Total ta' “Tmiem is-sena” jirrifletti l-aħħar dijagonali iżda mhux fuq bażi skontata (id-data kollha b'referenza għall-aħħar sena ta' rapportar) minn R0500 sa R0650.”; |
(aa) |
Fil-formola S.19.01.C1760/R0500 sa R0660, l-isem tal-entrata huwa sostitwit kif ġej: “Pretensjonijiet RBNS Netti — Tmiem is-sena (data skontata)”; |
(bb) |
Fil-formola S.19.01.C1760/R0500 sa R0660, l-ewwel sentenza tal-istruzzjonijiet tiġi sostitwita b'dan li ġej: “Total ta' “Tmiem is-sena” jirrifletti l-aħħar dijagonali iżda mhux fuq bażi skontata (id-data kollha b'referenza għall-aħħar sena ta' rapportar) minn R0500 sa R0650.”; |
(cc) |
Fil-formola S.20.01, fit-tmiem tat-tieni sentenza tat-tielet paragrafu, fil-kummenti ġenerali, jiżdied dan li ġej: “skont il-Linja ta' Negozju”; |
(dd) |
Fil-formola S.22.01, it-tieni sentenza tat-tielet paragrafu fil-kummenti ġenerali tiġi sostitwita b'dan li ġej: “Għal dak l-għan, għandu jiġi segwit approċċ pass pass kumulattiv fejn kull miżura LTG u tranżizzjonali titneħħa waħda waħda u mingħajr ma jiġi rikalkulat l-impatt tal-miżuri li jifdal wara kull pass.”; |
(ee) |
Fil-formola S.22.01.C0020, fir-ringieli R0100 sa R0110, fit-tmiem l-istruzzjonijiet, jiżdied paragrafu ġdid: “Jekk it-tnaqqis tranżizzjonali għall-provvedimenti tekniċi ma jkunx applikabbli, irrapporta l-istess ammont bħal fis-C0010.”; |
(ff) |
Fil-formola S.22.01.C0040, fir-ringieli R0100 sa R0110, fit-tmiem tal-istruzzjonijiet, jiżdied paragrafu ġdid: “Jekk l-aġġustament tranżizzjonali fl-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti ma jkunx applikabbli, irrapporta l-istess ammont bħal fis-C0020.”; |
(gg) |
Fil-formola S.22.01.C0030/R0100, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw ir-RKM kalkulat meta wieħed iqis il-provvedimenti tekniċi mingħajr tnaqqis tranżizzjonali fil-provvedimenti tekniċi u l-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKM kalkulati bi provvedimenti tekniċi b'LTG u miżuri tranżizzjonali.”; |
(hh) |
Fil-formola S.22.01.C0050/R0100, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw ir-RKM kalkulat b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżizzjonali fl-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti u l-fondi proprji eliġibbli sabiex jissodisfaw l-RKM kalkulat bil-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0020.”; |
(ii) |
Fil-formola S.22.01.C0070/R0100, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Għandha tkun id-differenza bejn il-Fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw ir-RKM meta wieħed iqis il-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżizzjonali oħra u l-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKM kalkulat bil-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0040.”; |
(jj) |
Fil-formola S.22.01.C0090/R0100, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Għandha tkun id-differenza bejn il-Fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw ir-RKM meta wieħed iqis il-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament ta' korrispondenza u mingħajr il-miżuri tranżizzjonali l-oħrajn kollha u l-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw l-RKM kalkulat bil-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0060.”; |
(kk) |
Fil-formola S.22.01.C0030/R0110, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn l-RKM kalkulat b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr tnaqqis tranżizzjonali fil-provvedimenti tekniċi u l-RKM kalkulat bil-provvedimenti tekniċi b'miżuri LTG u tranżizzjonali.”; |
(ll) |
Fil-formola S.22.01.C0050/R0110, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn l-RKM kalkulat b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżizzjonali fl-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti u l-RKM kalkulat bil-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0020.”; |
(mm) |
Fil-formola S.22.01.C0070/R0110, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn l-RKM kalkulat b'kunsiderazzjoni tal-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżizzjonali oħrajn u l-RKM kalkulat bil-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0040.”; |
(nn) |
Fil-formola S.22.01.C0090/R0110, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din għandha tkun id-differenza bejn l-RKM kalkulat billi jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament ta' korrispondenza u mingħajr il-miżuri tranżizzjonali l-oħrajn kollha u l-RKM kalkulat bil-provvedimenti tekniċi rapportati taħt C0060.”; |
(oo) |
Fil-formola S.22.01.C0060, fir-ringieli R0100 sa R0110, fit-tmiem tal-istruzzjonijiet, jiżdied paragrafu ġdid kif ġej: “Jekk l-aġġustament għall-volatilità ma jkunx applikabbli, irrapporta l-istess ammont bħal fis-C0040.”; |
(pp) |
Fil-formola S.22.01.C0070, fir-ringieli R0100 sa R0110, ir-referenzi kollha għall-“massimu bejn il-” u “C0010, C0020 u” jitħassru; |
(qq) |
Fil-formola S.22.01.C0080, fir-ringieli R0100 sa R0110, fit-tmiem tal-istruzzjonijiet, jiżdied paragrafu ġdid: “Jekk l-aġġustament ta' korrispondenza ma jkunx applikabbli, irrapporta l-istess ammont bħal fis-C0060.”; |
(rr) |
Fil-formola S.22.01.C0090, fir-ringieli R0100 sa R0110, ir-referenzi kollha għall-“massimu bejn il-” u “C0010, C0020, C0040 u” jitħassru; |
(ss) |
Fil-formola S.22.05, f'C0010/R0010, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit kif ġej: “Jekk intalab rikalkolu fuq il-bażi tal-Artikolu 308d(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, dan il-kalkolu għandu jikkunsidra biss dawk l-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni soġġetti għat-tranżizzjonali u li jkunu għadhom jeżistu fid-data tar-referenza tar-rikalkolu evalwati fid-data tar-rapportar (valur tas-Solvibbiltà II bit-tnaqqis tal-kuntratti li ma għadhomx jeżistu).”; |
(tt) |
Fil-formola S.22.05, f'C0010/R0020, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa mħassar; |
(uu) |
Fil-formola S.22.05 f'C0010/R0030 u C0010/R0040, it-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Jekk intalab rikalkolu fuq il-bażi tal-Artikolu 308d(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, dan il-kalkolu għandu jikkunsidra biss dawk l-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni soġġetti għat-tranżizzjonali u li jkunu għadhom jeżistu fid-data tar-referenza tar-rikalkolu evalwati fid-data tar-rapportar (valur tas-Solvibbiltà II bit-tnaqqis tal-kuntratti li ma għadhomx jeżistu).”; |
(vv) |
Fil-formola S.22.05, f'C0010/R0050, l-istruzzjonijiet huma sostitwiti b'dan li ġej: “L-ammont ta' provvedimenti tekniċi, soġġett għat-tnaqqis tranżizzjonali fil-provvedimenti tekniċi, wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni kalkulat f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li huma adottati skont l-Artikolu 15 tad- Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/83/KE u l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2005/68/KE fil-jum qabel ma dawk id-Direttivi huma revokati skont l-Artikolu 310 tad-Direttiva 2009/138/KE. Jekk intalab rikalkolu fuq il-bażi tal-Artikolu 308d(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, dan il-kalkolu għandu jikkunsidra biss dawk l-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni eżistenti fid-data tar-referenza tar-rikalkolu.”; |
(ww) |
Fil-formola S.22.05.C0010/R0070, l-istruzzjonijiet huma sostitwiti b'dan li ġej: “Ammont tal-aġġustament għad-dispożizzjonijiet tekniċi wara kwalunkwe limitu applikat skont l-Artikolu 308d(4) tad-Direttiva 2009/138/KE, jekk applikabbli. Jekk ebda limitazzjoni, għandu jiġi rrapportat l-istess ammont bħal fl-R0060.”; |
(xx) |
Fil-formola S.27.01.C0890/R2750: ma tgħoddx għall-verżjoni Maltija; |
(yy) |
Fil-formola S.28.02.C0130/R0350, fit-tmiem tas-sentenza, fl-istruzzjonijiet, it-test jiddaħħal kif ġej: “u l-Artikolu 253 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35”; |
(zz) |
Fil-formola S.28.02.C0140/R0550 u C0150/R0550, fi tmiem tas-sentenza fl-istruzzjonijiet, jiddaħħal test kif ġej: “qabel ma jiġi kkunsidrat l-Artikolu 253 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35”; |
(aaa) |
Fil-formola S.29.03.C0100-C0110/R0320 u C0100-C0110/R0330, fl-istruzzjonijiet, ir-referenzi għall- “aħjar stima” huma sostitwiti b' “għeluq tal-aħjar stima”; |
(bbb) |
Fil-formola S.29.04: ma tgħoddx għall-verżjoni Maltija; |
(ccc) |
Fil-formola S.29.04, wara t-tieni paragrafu tal-kummenti ġenerali, jiddaħħal it-tielet paragrafu kif ġej: “Impriżi huma mitluba jirrapportaw data abbażi ta' sena tal-aċċident jew sena tas-sottoskrizzjoni, skont ir-rekwiżiti tal-Awtorità Superviżorja Nazzjonali. Jekk l-Awtorità Superviżorja Nazzjonali ma tkunx stipulat liema għandha tintuża, allura l-impriża tista' tuża s-sena tal-aċċident jew tas-sottoskrizzjoni skont kif huma jiġġestixxu kull linja ta' negozju, diment li dawn jużaw l-istess sena b'mod konsistenti, fuq bażi annwali.”; |
(ddd) |
Fil-formola S.29.04.Z0010, l-aħħar żewġ linji fl-aħħar tal-lista magħluqa fl-istruzzjonijiet huma sostitwiti kif ġej: “37 — Ħajja (inklużi l-linji operatorji 30, 31, 32, 34 u 36, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35) 38 — Saħħa SLT (inklużi l-linji operatorji 29, 33 u 35)”; |
(eee) |
Fil-formola S.29.04.C0020/R0040, l-isem tal-entrata huwa sostitwit b'dan li ġej: “Varjazzjoni ta' BE”; |
(fff) |
Fil-formola S.29.04.C0030/R0110, fit-tmiem tal-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-istruzzjonijiet, jiżdied dan li ġej: “jekk l-analiżi f'S.29.03 titwettaq abbażi ta' linja ta' negozju.”; |
(ggg) |
Fil-formola S.29.04.C0040/R0110, fl-aħħar tas-sentenza, fit-tieni paragrafu tal-istruzzjonijiet, jiddaħħal it-test li ġej: “jekk l-analiżi f'S.29.03 titwettaq abbażi ta' linja ta' negozju.”; |
(hhh) |
Fil-formola S.29.04.C0050/R0110, fil-kolonna tal-entrati, il-formulazzjoni “minħabba d-dħul u l-ħruġ ta' flus proġettati għas-sena N” hija mħassra; |
(iii) |
Fil-formola S.30.01 u S.30.02, fit-tieni tabella tal-formola (li qiegħda tirreferi għall-koperturi fakultattivi għan-negozju tal-ħajja), entrata Z0010 hija sostitwita b'Z0020; |
(jjj) |
Fil-formola S.30.01.C0030, S.30.01.C0200, S.30.02.C0030 u S.30.02.C0160, fl-aħħar tal-istruzzjonijiet, jiżdiedu t-tieni u t-tielet paragrafi kif ġej: “Ladarba dan il-kodiċi jiġi assenjat, ma għandux jerġa' jintuża għal riskju ieħor anke meta r-riskju li għalih ġie assenjat il-kodiċi oriġinarjament ma jkunx għadu jeżistu. Meta riskju wieħed jaffettwa aktar minn linja waħda ta' negozju, l-istess kodiċi jista' jintuża għal-linji operatorji kollha affettwati.”; |
(kkk) |
Fil-formola S.31.01.C0230, fl-aħħar tal-istruzzjonijiet, jiddaħħal it-tieni paragrafu kif ġej: “Fil-każ ta' total bla limitu assigurat, it-“Total assigurat” għandu jkun stima tat-telf possibbli mistenni (kkalkulat permezz tal-istess metodi kif użati għall-kalkolu tal-primjum, li għandhom jirriflettu l-iskopertura għar-riskju attwali).”; |
(lll) |
Fil-formola S.30.02, fil-kummenti ġenerali, fi tmiem tar-raba' paragrafu, jiżdied dan li ġej: “Meta kopertura fakultattiva, kif irrapportata fil-formola S.30.01, tkun relatata ma' aktar minn impriża waħda ta' riassigurazzjoni, din il-formola għandha timtela bl-istess għadd ta' ringieli daqs l-għadd ta' impriżi tar-riassigurazzjoni involuti għall-kopertura fakultattiva speċifika.”; |
(mmm) |
Fil-formola S.30.02.C0050, fit-tmiem tal-istruzzjonijiet, jiżdiedu t-tieni u t-tielet paragrafi kif ġej: “Fil-każ li jiġi attribwit kodiċi speċifiku mill-impriża, il-kodiċi għandu jkun uniku għar-riassiguratur jew sensar speċifiku u m'għandu jikkoinċidi mal-ebda kodiċi ieħor, attribwit mill-impriża jew mal-kodiċi LEI. Fil-każijiet fejn diġà jeżisti kodiċi (pereżempju identifikatur nazzjonali), l-istess kodiċi jintuża bħala dan l-identifikatur u għandu jinżamm b'mod konsistenti matul iż-żmien sakemm jibda jeżisti kodiċi LEI.”; |
(nnn) |
Fil-formola S.30.02.C0330, l-istruzzjonijiet jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “Klassifikazzjoni tar-riassiguratur fid-data ta' referenza tar-rapportar kif mogħtija mill-istituzzjoni ta' valutazzjoni tal-kreditu nominata (ECAI). Jekk il-klassifikazzjoni ma tkunx disponibbli, l-entrata għandha titħalla vojta.”; |
(ooo) |
Fil-formola S.30.03.C0170 u C0180, fl-aħħar sentenza tal-istruzzjonijiet wara “Din l-entrata hija rrapportata” jiddaħħal test kif ġej: “, fejn huwa applikabbli,”; |
(ppp) |
Fil-formola S.30.03.C0370, fit-tmiem tal-ewwel sentenza tal-istruzzjonijiet, il-formulazzjoni “jew NA għal mhux applikabbli” titħassar; |
(qqq) |
Fil-formola S.30.04.C0230, l-ewwel paragrafu tal-istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Klassifikazzjoni tar-riassiguratur fid-data ta' referenza tar-rapportar kif mogħtija minn istituzzjoni ta' valutazzjoni tal-kreditu nominata (ECAI).”; |
(rrr) |
Fil-formola S.30.04.C0230, wara l-ewwel paragrafu fl-istruzzjonijiet, jiddaħħal paragrafu ġdid kif ġej: “Jekk il-klassifikazzjoni ma tkunx disponibbli, l-entrata għandha titħalla vojta.”; |
4.
L-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2450 huwa kkoreġut kif ġej:
(a) |
Fil-formola S.01.01.C0010, ringieli R0150, R0160 u R0200 tal-istruzzjonijiet, l-għażla “6 — Eżentata skont l-Artikolu 35 (6) sa (8)” tiġi sostitwita b'dan li ġej: “6 — Eżentata skont l-Artikolu 254(2)”; |
(b) |
Fil-formola S.03.01, l-entrata C0020/R0010 tiżdied immedjatament wara l-entrata C0010/R0010 fl-istruzzjonijiet kif ġej:
|
(c) |
Fil-formola S.03.01, l-entrata C0020/R0030 tiżdied immedjatament wara l-entrata C0010/R0030 fl-istruzzjonijiet kif ġej:
|
(d) |
Fil-formola S.05.02, it-tielet paragrafu “Il-formula hija bbażata fuq bażi ta' sena s'issa” jitħassar; |
(e) |
Fil-formola S.22.01, fit-tmiem tat-tielet paragrafu, fil-kummenti ġenerali, jiżdied dan li ġej: “Peress li huwa possibbli fi grupp li jiġu applikati ż-żewġ tipi ta' miżuri tranżizzjonali, il-formola ssegwi approċċ ta' pass b'pass kumulattiv.”; |
(f) |
Fil-formola S.25.01.R0220/C0100 and S.25.02.R0220/C0100, fi tmiem tal-istruzzjonijiet, jiżdied paragrafu ġdid kif ġej: “Dan għandu jinkludi l-komponenti kollha tal-RKS konsolidat (R0200 + R0210), inklużi rekwiżiti kapitali ta' impriżi minn setturi finanzjarji oħrajn (R0500), rekwiżit kapitali għar-rekwiżiti tal-parteċipazzjoni mhux kontrollati (R0540) u rekwiżit kapitali għall-impriżi residwi (R0550).”; |
(g) |
Fil-formola S.25.01.R0500/C0100, S.25.02.R0500/C0100 u S.25.03.R0500/C0100, wara l-ewwel paragrafu tal-istruzzjonijiet, jiżdied paragrafu ġdid kif ġej: “R0500 huwa mistenni li jkun ugwali għat-total ta' R0510, R0520 u R0530.”; |
(h) |
Fil-formola S.25.01.R0570/C0100 and S.25.02.R0570/C0100, fi tmiem tal-istruzzjonijiet, jiżdied paragrafu ġdid kif ġej: “Ir-rekwiżit kapitali tas-solvenza totali huwa mistenni li jkun ugwali għat-total ta' R0220 u R0560.”; |
(i) |
Fil-formola S.25.02, it-tieni ringiela R0220/C0100 tħassret. |
25.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/30 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2190
tal-24 ta' Novembru 2017
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri, il-formati u l-formuli tar-rapport dwar is-solvenza u l-kondizzjoni finanzjarja skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-25 ta' Novembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u b'mod partikolari r-raba' paragrafu tal-Artikolu 56 u l-Artikolu 256(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Hemm bżonn li jiġi ffaċilitat l-iżvelar konsistenti u li titjieb il-kwalità tal-informazzjoni żvelata kif stipulat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2452 (2). |
(2) |
Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbutin ma' xulxin mill-qrib, peress li jittrattaw il-proċeduri u l-formoli għall-iżvelar tar-rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn dawn id-dispożizzjonijiet, li jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva u aċċess għalihom minn persuni suġġetti għal dawn l-obbligi, inklużi investituri li mhumiex residenti fl-Unjoni, ikun tajjeb jekk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikoli 56 u 256(5) tad-Direttiva 2009/138/KE jkunu inklużi f'Regolament wieħed. |
(3) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, EIOPA) lill-Kummissjoni. |
(4) |
L-EIOPA segwiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 (3) sabiex tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni, wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tas-Settur tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. |
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Jenħtieġ li jiġu kkoreġuti wkoll id-diversi żbalji żgħar ta' abbozzar fl-istruzzjonijiet tal-formoli inklużi fit-test tar-Regolament (UE) 2015/2452, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet Emendatorji
L-Annessi II u III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikoli 2
Dispożizzjonijiet ta' korrezzjoni
L-Annessi I, II u III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huma kkoreġuti skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2452 tat-2 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri, il-formati u l-formuli tar-rapport dwar is-solvenza u l-kondizzjoni finanzjarja skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 31.12.2015, p. 1285).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
ANNESS I
1.
Kemm l-Anness II kif ukoll III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huma emendati kif ġej:
(a) |
Fit-taqsima S.05.01, Kummenti Ġenerali, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din il-formola għandha tagħti rendikont mill-perspettiva kontabilistika, jiġifieri: GAAP lokali jew IFRS jekk jkunu aċċettati bħala prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati lokali iżda bl-użu tal-linji operatorji SII. L-impriżi għandhom jużaw l-istess bażi ta' rikonoxximent u ta' valutazzjoni bħal tar-rapporti finanzjarji ppubblikati, mhux meħtieġ rikonoxximent ġdid jew rivalutazzjoni għajr għall-klassifikazzjoni bejn il-kuntratti ta' investiment u l-kuntratti ta' assigurazzjoni meta dan ikun applikabbli fir-rapporti finanzjarji. Din il-formola għandha tinkludi n-negozji kollha ta' assigurazzjoni minkejja l-possibbiltà ta' klassifikazzjoni differenti bejn il-kuntratti ta' investiment u l-kuntratti ta' assigurazzjoni applikabbli fir-rapporti finanzjarji.” |
2.
L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huwa emendat kif ġej:
(a) |
Fit-taqsima S.05.02 — Kummenti Ġenerali — it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Il-formula hija msejsa fuq il-bażi ta' sena sa issa. L-impriżi għandhom jużaw l-istess bażi ta' rikonoxximent u ta' valutazzjoni bħal tar-rapporti finanzjarji ppubblikati, mhux meħtieġ rikonoxximent ġdid jew rivalutazzjoni għajr għall-klassifikazzjoni bejn il-kuntratti ta' investiment u l-kuntratti ta' assigurazzjoni meta dan ikun applikabbli fir-rapporti finanzjarji. Din il-formola għandha tinkludi n-negozji kollha ta' assigurazzjoni minkejja l-possibbiltà ta' klassifikazzjoni differenti bejn il-kuntratti ta' investiment u l-kuntratti ta' assigurazzjoni applikabbli fir-rapporti finanzjarji.” |
3.
L-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huwa emendat kif ġej:
(a) |
Fit-taqsima S.05.02 — Kummenti Ġenerali, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din il-formola għandha tiġi divulgata minn perspettiva ta' kontabbiltà, jiġifieri: GAAP lokali jew IFRS jekk aċċettati bħala GAAP lokali. Il-formula hija msejsa fuq il-bażi ta' sena sa issa. L-impriżi għandhom jużaw l-istess bażi ta' rikonoxximent u ta' valutazzjoni bħal tar-rapporti finanzjarji ppubblikati, mhux meħtieġ rikonoxximent ġdid jew rivalutazzjoni għajr għall-klassifikazzjoni bejn il-kuntratti ta' investiment u l-kuntratti ta' assigurazzjoni meta dan ikun applikabbli fir-rapporti finanzjarji. Din il-formola għandha tinkludi n-negozji kollha ta' assigurazzjoni minkejja l-possibbiltà ta' klassifikazzjoni differenti bejn il-kuntratti ta' investiment u l-kuntratti ta' assigurazzjoni applikabbli fir-rapporti finanzjarji.” |
ANNESS II
1.
L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huwa kkoreġut kif ġej:
(a) |
Fil-formola S.19.01.21, ir-ringiela Z0010 hija sostitwita bir-ringiela li ġejja:
” |
(b) |
Fil-formola S.23.01.01.R0230, ir-ringiela kollha hija sostitwita b'dan li ġej:
” |
(c) |
Fil-formola S.23.01.22.R0220, ir-ringiela kollha hija sostitwita b'dan li ġej:
” |
(d) |
Fil-formola S.23.01.22.R0240, ir-ringiela kollha hija sostitwita b'dan li ġej:
” |
(e) |
Fil-formola S.23.01.22.R0330, ir-ringiela li ġejja hija mdaħħla wara R0320:
” |
(f) |
Fil-formoli S.23.01.22.R0350 u S.23.01.22.R0340, ir-ringieli kollha huma sostitwiti b'dan li ġej:
” |
(g) |
Fil-formola S.23.01.22.R0410, ir-ringiela kollha hija sostitwita b'dan li ġej:
” |
(h) |
Fil-formola S.23.01.22.R0440, ir-ringiela kollha hija sostitwita b'dan li ġej:
” |
(i) |
Fil-formola S.23.01.22.R0770, ir-ringiela kollha hija sostitwita b'dan li ġej:
” |
(j) |
Fil-formola S.23.01.22.R0780, ir-ringiela kollha hija sostitwita b'dan li ġej:
” |
(k) |
Fil-formola S.23.01.22.R0790, ir-ringiela kollha hija sostitwita b'dan li ġej:
” |
(l) |
Fil-formola S.25.01.21, “C0100” Simplifikazzjonijiet hija sostitwita b'“C0120”; |
(m) |
Fil-formoli S.25.01.22, S.25.02.21, S.25.02.22.C0080 hija sostitwita b'C0090, u C0090 b'C0120; |
(n) |
Fil-formoli S.25.02.21, S.25.02.22, S.25.03.21 u S.25.03.22,R0420, ir-ringiela kollha hija sostitwita b'dan li ġej:
” |
(o) |
Fil-formola S.25.02.22, qabel “Rekwiżit kapitali tas-solvenza tal-grupp konsolidat minimu, R0470”, jitħassru r-ringieli li ġejjin:
|
(p) |
Fil-formola S.25.03.22, qabel “Rekwiżit kapitali għal setturi finanzjarji oħrajn (Rekwiżiti kapitali mhux tal-assigurazzjoni) — Istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti ta' investiment u istituzzjonijiet finanzjarji, maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi, kumpaniji tal-immaniġjar tal-UCITS, R0510”, jitħassru r-ringieli li ġejjin:
|
2.
Kemm l-Anness II kif ukoll III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huma kkoreġuti kif ġej:
(a) |
Fil-formola S.05.01, minn C0010 sa C0120/R0410 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(b) |
Fil-formola S.05.01, minn C0010 sa C0120/R0420 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(c) |
Fil-formola S.05.01, minn C0130 sa C0160/R0430 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(d) |
Fil-formola S.05.01, minn C0010 sa C0160/R0440 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(e) |
Fil-formola S.05.01, minn C0010 sa C0160/R0500 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(f) |
Fil-formola S.05.01, minn C0210 sa C0280/R1710 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(g) |
Fil-formola S.05.01, minn C0210 sa C0280/R1720 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(h) |
Fil-formola S.05.01, minn C0210 sa C0280/R1800 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(i) |
Fil-formola S.05.02, minn C0080 sa C0140/R0410 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(j) |
Fil-formola S.05.02, minn C0080 sa C0140/R0420 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(k) |
Fil-formola S.05.02, minn C0080 sa C0140/R0430 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(l) |
Fil-formola S.05.02, minn C0080 sa C0140/R0440 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(m) |
Fil-formola S.05.02, minn C0080 sa C0140/R0500 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(n) |
Fil-formola S.05.02, minn C0220 sa C0280/R1710 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(o) |
Fil-formola S.05.02, minn C0220 sa C0280/R1720 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(p) |
Fil-formola S.05.02, minn C0220 sa C0280/R1800 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(q) |
Fil-formola S.22.01.C0010/R0010, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(r) |
Fil-formola S.22.01.C0030/R0010, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(s) |
Fil-formola S.22.01.C0050/R0010, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(t) |
Fil-formola S.22.01.C0070/R0010, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(u) |
Fil-formola S.22.01.C0090/R0010, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(v) |
Fil-formola S.22.01.C0050/R0020, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(w) |
Fil-formola S.22.01.C0070/R0020, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(x) |
Fil-formola S.22.01.C0090/R0020, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(y) |
Fil-formola S.22.01.C0050/R0050, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(z) |
Fil-formola S.22.01.C0070/R0050, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(aa) |
Fil-formola S.22.01.C0090/R0050, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(bb) |
Fil-formola S.22.01.C0050/R0090, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(cc) |
Fil-formola S.22.01.C0070/R0090, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(dd) |
Fil-formola S.22.01.C0090/R0090, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(ee) |
Fil-formola S.22.01.C0050/R0100, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(ff) |
Fil-formola S.22.01.C0070/R0100, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(gg) |
Fil-formola S.22.01.C0090/R0100, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(hh) |
Fil-formola S.22.01.C0050/R0110, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(ii) |
Fil-formola S.22.01.C0070/R0110, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(jj) |
Fil-formola S.22.01.C0090/R0110, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(kk) |
Fil-formoli S.25.01 u S.25.02, ir-referenzi għal C0080 huma sostitwiti b'C0090, u r-referenzi għal C0090 huma sostitwiti b'C0120; |
(ll) |
Fil-formola S.25.02.C0030, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
3.
L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huwa kkoreġut kif ġej:
(a) |
Fil-formola S.19.01, minn C0170/R0100 sa R0260, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(b) |
Fil-formola S.19.01, minn C0360/R0100 sa R0260, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(c) |
Fit-taqsima S.12.01, fil-parti intitolata “L-ammont tal-miżura tranżitorja fuq il-provvedimenti tekniċi”, it-tieni paragrafu tal-Istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej: “Dan il-valur għandu jkun divulgat bħala valur negattiv meta jnaqqas il-provvedimenti tekniċi.”; |
(d) |
Fil-formola S.17.01, minn C0020 sa C0170/R0290, C0180/R0290, minn C0020 sa C0170/R0300, C0180/R0300, minn C0020 sa C0170/R0310 u C0180/R0310, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Dan il-valur għandu jkun divulgat bħala valur negattiv meta jnaqqas il-provvedimenti tekniċi.”; |
(e) |
Fil-formola S.23.01.01.R0230/C0040 tiżdied ir-ringiela li ġejja wara d-deskrizzjoni:
|
4.
L-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huwa kkoreġut kif ġej:
(a) |
Fil-formola S.23.01.R0440/C0040 tiżdied ir-ringiela li ġejja wara d-deskrizzjoni:
|
(b) |
Fil-formola S.23.01.R0680/C0010, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(c) |
Fil-formola S.25.01.R0220/C0100, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(d) |
Fil-formola S.25.01.R0500/C0100, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(e) |
Fil-formola S.25.01.R0570/C0100, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(f) |
Fil-formola S.25.02.R0220/C0100, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(g) |
Fil-formola S.25.02.R0500/C0100, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(h) |
Fil-formola S.25.02.R0570/C0100, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:
|
25.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/46 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2191
tal-24 ta' Novembru 2017
li jirtira s-sospensjoni tal-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont il-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 891/2009 fis-settur taz-zokkor
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 et (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 (2) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjonijiet tal-prodotti taz-zokkor. |
(2) |
Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni skont l-ordni bin-numru 09.4321 ġiet sospiża mill-20 ta' Ottubru 2017 bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1917 (3). |
(3) |
Wara n-notifiki dwar liċenzji ta' importazzjoni mhux użati jew użati parzjalment, saru disponibbli mill-ġdid kwantitajiet għall-ordni b'dak in-numru. Is-sospensjoni ta' applikazzjonijiet għandha għalhekk tiġi rtirata, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 891/2009. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sospensjoni tal-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni skont in-numru tal-ordni 09.4321 stabbilit bir-Regolament (UE) 2017/1917 għandha tiġi rtirata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1917 tad-19 ta' Ottubru 2017 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu japplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa sad-9 ta' Ottubru 2017 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 891/2009 fis-settur taz-zokkor u s-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjoni għal liċenzji bħal dawn (ĠU L 271, 20.10.2017, p. 27).
DEĊIŻJONIJIET
25.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/47 |
DEĊIŻJONI (UE) 2017/2192 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Novembru 2017
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Italja — EGF/2017/004 IT/Almaviva
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (minn hawn 'il quddiem “FEG”) għandu l-iskop li jagħti appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li kienu jaħdmu għal rashom u kellhom iwaqqfu l-attività tagħhom minħabba bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni, bħala riżultat tal-kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew bħala riżultat ta' kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida, u li jassistihom fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. |
(2) |
Il-FEG ma jridx jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif previst fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3). |
(3) |
Fid-9 ta' Mejju 2017, l-Italja ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta' sensji f'Almaviva Contact SpA fl-Italja. Din ġiet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali mogħtija skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Dik l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. |
(4) |
Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 3 347 370 fir-rigward tal-applikazzjoni ppreżentata mill-Italja. |
(5) |
Sabiex iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-FEG jitnaqqas kemm jista' jkun, din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tal-adozzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni stabbilit għas-sena finanzjarja 2017, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 3 347 370 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-deċiżjoni għandha tapplika mill-15 ta' Novembru 2017.
Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta' Novembru 2017.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
LINJI GWIDA
25.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/49 |
LINJA GWIDA (UE) 2017/2193 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-27 ta' Ottubru 2017
li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/280 dwar l-istabbiliment ta' Sistema ta' Produzzjoni u Akkwisti tal-Eurosistema (BĊE/2017/31)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikoli 12.1 u 14.3 u l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
il-Linja Gwida (UE) 2015/280 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/44) (1) tipprovdi l-possibbiltà għall-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”), li huma parti mill-grupp intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 6(1) tagħha, biex jistabbilixxu persuna ġuridika separata biex taqdi konġuntament kompiti pubbliċi, b'mod partikolari l-produzzjoni ta' karti tal-flus tal-euro. L-Artikolu 1(2) jipprovdi l-kundizzjonijiet li dik il-persuna ġuridika separata trid tissodisfa biex tikkwalifika bħala stamperija interna. Waħda minn dawn il-kundizzjonijiet hija li l-BĊNi jeżerċitaw kontroll konġunt fuq l-entità. Attwalment, il-possibbiltà li jiġi eżerċitat kontroll konġunt permezz ta' persuna ġuridika oħra kkontrollata konġuntament, jekk applikabbli konġuntament ma' BĊN wieħed jew aktar, mhijiex ipprovduta b'mod espliċitu. Madankollu, sabiex il-BĊNi jitħallew jagħżlu l-forma legali għall-kooperazzjoni li huma jikkunsidraw bħala xierqa u b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-liġi nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-possibbiltà ta' dak il-kontroll konġunt indirett għandha tiġi inkluża fil-qafas legali. B'hekk, skont l-Artikolu 6(1) tal-Linja Gwida (UE) 2015/280 (BĊE/2014/44) u l-Premessa 7 tagħha, BĊN li jkun għalaq l-istamperija interna li kellu qabel u li jibda juża stamperija interna oħra li tkun organizzata bħala entità ġuridika separata billi jeżerċita kontroll konġunt indirett fuq dik l-entità, għandu jibqa' parti mill-grupp intern. |
(2) |
Il-Linja Gwida (UE) 2015/280 (BĊE/2014/44) tippermetti wkoll lil BĊNi li huma parti mill-grupp intern biex jistabbilixxu kooperazzjoni orizzontali mhux istituzzjonalizzata sabiex jaqdu kompiti pubbliċi konġuntament. Għall-finijiet ta' ċertezza u ċarezza ġuridika, il-qafas legali għandu jistabbilixxi li BĊN li jagħlaq l-istamperija interna tiegħu jista' jibqa' parti mill-grupp intern billi jipparteċipa f'dik il-kooperazzjoni orizzontali sakemm jissodisfa r-rekwiżitiiti relevanti. Bħala tali, BĊN li jagħlaq l-istamperija tiegħu jista' jagħżel bejn li jsir parti mill-grupp li jissottometti offerta fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-Linja Gwida (UE) 2015/280 (BĊE/2014/44) jew li jipparteċipa f'kooperazzjoni orizzontali. |
(3) |
L-Artikolu 12 tal-Linja Gwida (UE) 2015/280 (BĊE/2014/44) jipprovdi li l-Kunsill Governattiv għandu jirrevedi din il-Linja Gwida kull sentejn. Il-Kunsill Governattiv għandu jkollu diskrezzjoni sħiħa biex jiddetermina meta u jekk hemmx bżonn ta' tali reviżjoni. |
(4) |
Għalhekk, il-Linja Gwida (UE) 2015/280 (BĊE/2014/44) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida (UE) 2015/280 (BĊE/2014/44) hija emendata skont kif ġej:
1. |
fil-punt (2) tal-Artikolu 1 qed jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Kontroll fuq stamperija interna organizzata bħala entità ġuridika separata jista' jiġi eżerċitat ukoll, jekk applikabbli konġuntament ma' BĊN wieħed jew aktar, minn persuna ġuridika oħra li tkun ikkontrollata konġuntament fis-sens tal-paragrafu preċedenti mill-BĊNi.”; |
2. |
L-Artikolu 3 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 3 Prinċipji Ġenerali Il-BĊNi li la jużaw stamperiji interni u lanqas ma jipparteċipaw f'kooperazzjoni orizzontali mhux istituzzjonalizzata skont l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 8 għandhom ikunu parti mill-grupp li jissottometti offerta (BĊNi tal-grupp li jissottometti offerta).”; |
3. |
fl-Artikolu 6, huwa miżjud il-paragrafu 3 li ġej: “3. Mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli dwar l-akkwist pubbliku, BĊN li jagħlaq l-istamperija interna tiegħu jista' jiddeċiedi li jibqa' parti mill-grupp intern bil-kundizzjoni li jipparteċipa f'kooperazzjoni orizzontali mhux istituzzjonalizzata fuq il-bażi ta' ftehim ta' kooperazzjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 8.”; |
4. |
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'li ġej: “1. Sabiex iwettqu kompiti pubbliċi konġuntament, il-BĊNi tal-grupp li jissottometti offerta għandhom jesploraw l-istabbiliment ta': (a) persuna ġuridika separata li tikkonsisti fi stamperija interna jew li jkollha sehem fiha; jew (b) kooperazzjoni orizzontali mhux istituzzjonalizzata fuq il-bażi ta' ftehim ta' kooperazzjoni.”; |
5. |
L-Artikolu 12 huwa mħassar. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lill-BĊNi.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-27 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida (UE) 2015/280 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta' Novembru 2014 dwar l-istabbiliment tas-Sistema ta' Produzzjoni u Akkwisti tal-Eurosistema (BĊE/2014/44) (ĠU L 47, 20.2.2015, p. 29).
(2) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).