ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 307

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
23 ta' Novembru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2177 tat-22 ta' Novembru 2017 dwar l-aċċess għall-faċilitajiet ta' servizz u għas-servizzi relatati mal-ferroviji ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2178 tat-22 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 468/2010 li jistabbilixxi l-lista tal-UE ta' bastimenti involuti f'sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat

14

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2179 tat-22 ta' Novembru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

25

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2180 tas-16 ta' Novembru 2017 li testendi l-perjodu ta' validità tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/412 li tawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-injam tal-fraxxnu li joriġina fil-Kanada jew li huwa pproċessat hemmhekk (notifikata bid-dokument C(2017) 7488)

57

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2181 tal-21 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1918 rigward ċerti miżuri ta' salvagwardja b'konnessjoni mal-marda tat-tnewwin kroniku (notifikata bid-dokument C(2017) 7661)  ( 1 )

58

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

23.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2177

tat-22 ta' Novembru 2017

dwar l-aċċess għall-faċilitajiet ta' servizz u għas-servizzi relatati mal-ferroviji

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(9) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-regoli bażiċi tad-Direttiva 2012/34/UE dwar l-aċċess għal faċilitajiet ta' servizz u l-użu tas-servizzi forniti f'dawk il-faċilitajiet, bħad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta' aċċess, ir-regoli proċedurali ewlenin dwar l-immaniġġjar tat-talbiet u r-rekwiżiti dwar il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni, japplikaw għall-faċilitajiet kollha ta' servizz. Id-Direttiva 2012/34/UE tistabbilixxi wkoll regoli differenti għal tipi differenti ta' servizzi pprovduti f'faċilitajiet ta' servizz. Jenħtieġ li dawn id-distinzjonijiet ikunu riflessi fir-Regolament ukoll.

Filwaqt li jitqies l-iskop u tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2012/34/UE, id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għas-servizzi pprovduti f'faċilitajiet ta' servizz jenħtieġ li jkopru biss servizzi li huma relatati mal-forniment ta' servizzi tat-trasport bil-ferrovija.

(2)

Biex jiġu evitati piżijiet sproporzjonati għall-operaturi ta' faċilitajiet ta' servizz b'importanza minuri, jidher xieraq li tiġi pprovduta possibbiltà biex il-korpi regolatorji jeżentaw lil operaturi ta' faċilitajiet ta' servizz mid-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament jew minn uħud minnhom, bl-eċċezzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-obbligu ta' pubblikazzjoni ta' deskrizzjoni tal-faċilità ta' servizz, meta l-korp regolatorju jqis li l-faċilità tkun mingħajr importanza strateġika għall-funzjonament tas-suq. Meta s-suq tal-faċilitajiet ta' servizz rilevanti jkun ikkaratterizzat minn firxa ta' operaturi li jipprovdu servizzi komparabbli f'kompetizzjoni jew korp regolatorju jqis li dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament jistgħu jħallu impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-suq tal-faċilitajiet ta' servizz, jenħtieġ li l-korp regolatorju jkun intitolat jagħti dawn l-eżenzjonijiet ukoll. Pereżempju dan jista' jkun il-każ jekk intrapriża ferrovjarja tkun qed tipprovdi servizzi lil intrapriża ferrovjarja oħra biex tassisti lil dik l-intrapriża f'postijiet remoti bħala parti minn kooperazzjoni li hi neċessarja minħabba l-kost ekonomiku li kieku jkollha ġġarrab.

Jenħtieġ li l-korpi regolatorji jivvalutaw it-talbiet għal eżenzjonijiet b'mod individwali, fuq il-bażi ta' każ b'każ. Jekk wara lment rigward l-aċċess għall-faċilità ta' servizz jew għas-servizz relatat mal-ferroviji kkonċernati, il-korp regolatorju jqis li ċ-ċirkustanzi setgħu nbidlu b'tali mod li eżenzjoni li tkun ingħatat fl-imgħoddi jkollha impatt negattiv fuq is-suq tas-servizzi tat-trasport bil-ferrovija, jenħtieġ li l-korp regolatorju jirrieżamina u jista' jirrevoka eżenzjoni.

Jenħtieġ li l-korpi regolatorji jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tal-eżenzjonijiet fl-Istati Membri kollha; jenħtieġ li dawn jiżviluppaw prinċipji komuni għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-eżenzjonijiet mid-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2. F'konformità mal-Artikolu 57(8) tad-Direttiva 2012/34/UE, jekk ikun hemm bżonn il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistabbilixxu dawn il-prinċipji.

L-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz li ġew eżentati mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jibqgħu soġġetti għar-regoli l-oħra kollha dwar l-aċċess għall-faċilitajiet ta' servizz u l-użu ta' servizzi relatati mal-ferroviji stabbiliti fid-Direttiva 2012/34/UE.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi qafas għall-forniment tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet. Dan ir-Regolament, li jistabbilixxi d-dettalji tal-proċeduri u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti mill-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizzi u mill-applikanti, jenħtieġ li japplika wkoll għal faċilitajiet marittimi u tal-portijiet interni li huma marbuta ma' attivitajiet ferrovjarji.

Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tiddefinixxi l-obbligi tal-entità inkarigata mill-manutenzjoni. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(4)

It-trasparenza dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-faċilitajiet ta' servizz u għal servizzi relatati mal-ferroviji u għal informazzjoni dwar l-imposti hi prerekwiżit biex l-applikanti kollha jkunu jistgħu jaċċessaw faċilitajiet ta' servizz u servizzi forniti f'dawk il-faċilitajiet fuq bażi nondiskriminatorja. Skontijiet moħbija li huma nnegozjati b'mod individwali ma' kull applikant mingħajr ma jiġu segwiti l-istess prinċipji jkunu ta' xkiel għall-prinċipju ta' aċċess nondiskriminatorju għall-faċilitajiet ta' servizz u għal servizzi relatati mal-ferroviji. Madankollu, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar il-prinċipji tal-iskemi ta' skont ipprovduti fid-deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta' servizz tqis ir-rekwiżiti dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali.

(5)

Id-Direttiva 2012/34/UE teħtieġ li l-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz jipprovdu aċċess nondiskriminatorju għall-faċilitajiet ta' servizz u għas-servizzi forniti f'dawk il-faċilitajiet. Dik id-Direttiva tapplika f'każijiet ta' awtoforniment ta' servizzi kif ukoll f'każijiet ta' servizzi li jiġu forniti minn operatur ta' faċilità ta' servizz. Meta jkun hemm bżonn li jiġu korretti distorsjoni fis-suq jew żviluppi mhux mixtieqa fis-suq, jenħtieġ li l-korp regolatorju jkun jista' jitlob li l-operatur ta' faċilità ta' servizz jiftaħ il-faċilità għall-awtoforniment, dment li dan ikun legalment u teknikament fattibbli u ma jipperikolax is-sikurezza tal-operazzjonijiet.

(6)

Meta jkun hemm bżonn li wieħed jgħaddi minn linja fergħa privata jew minn siding biex jaċċessa faċilità ta' servizz, l-operatur tal-faċilità ta' servizz jenħtieġ li jipprovdi informazzjoni dwar il-linja fergħa privata u s-siding. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tippermetti lill-applikant jifhem lil min jista' jikkuntattja biex jitlob aċċess għal din il-linja f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2012/34/UE.

(7)

Il-maniġers tal-infrastruttura jenħtieġ li jiffaċilitaw il-ġbir ta' informazzjoni dwar il-faċilitajiet ta'servizz u jtaffu l-piż amministrattiv tal-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz billi jipprovdu mudell f'post faċilment aċċessibbli bħall-portal web tagħhom. Jenħtieġ li dan il-mudell jiġi żviluppat mis-settur ferrovjarju u minn korpi regolatorji, f'konsultazzjoni mal-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz. L-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz huma obbligati jfornu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-maniġers tal-infrastruttura tagħhom f'konformità mal-Artikolu 31(10) u mal-punt 6 tal-Anness IV għad-Direttiva 2012/34/UE. Il-maniġer tal-infrastruttura ewlieni, li lilu trid tiġi pprovduta d-deskrizzjoni tal-faċilità ta' servizz f'każ li l-maniġer tal-infrastruttura li l-faċilità kkonċernata tkun imqabbda man-netwerk tiegħu jkun eżentat mill-obbligu li jippubblika d-dikjarazzjoni dwar in-netwerk, jenħtieġ li jkun dak iddeterminat mill-Istat Membru għall-fini ta' parteċipazzjoni fin-netwerk imsemmi fl-Artikolu 7f tad-Direttiva 2012/34/UE.

(8)

Entitajiet differenti jistgħu jkunu inkarigati mit-teħid ta' deċiżjoni dwar il-kundizzjonijiet ta' aċċess għal faċilità ta' servizzi, mill-allokazzjoni tal-kapaċità fil-faċilità ta' servizzi u mill-forniment ta' servizzi relatati mal-ferroviji fil-faċilità. F'każijiet bħal dawn, l-entitajiet ikkonċernati kollha għandhom jitqiesu bħala operaturi ta' faċilità ta' servizz skont it-tifsira tad-Direttiva 2012/34/UE. Barra minn hekk, kull waħda minnhom jenħtieġ li tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għall-parti li tkun responsabbli minnha. Jekk faċilità tkun proprjetà ta' diversi entitajiet u tkun ġestita u operata minnhom, l-entitajiet effettivament responsabbli għall-fornment tal-informazzjoni u għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar it-talbiet għall-aċċess għall-faċilità ta' servizz u dwar l-użu tas-servizzi relatati mal-ferroviji biss jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala operaturi tal-faċilità ta' servizz.

(9)

Il-prattika attwali turi li f'ħafna każijiet applikanti bħal spedituri u spedizjoniera jitolbu aċċess għall-faċilitajiet ta' servizz. Madankollu, l-intrapriża ferrovjarja maħtura mill-applikant spiss ma jkollhiex relazzjoni kuntrattwali mal-operatur tal-faċilità ta' servizz. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi ċċarat li mhux biss l-intrapriżi ferrovjarji iżda anki applikanti oħra jenħtieġ li jkollhom dritt li jitolbu aċċess għal faċilitajiet ta' servizz bil-kundizzjonijiet stabbilitif'dan ir-Regolament, meta d-dritt nazzjonali jipprovdi għal possibbiltà bħal din. Jenħtieġ li l-operaturi ta' dawn il-faċilitajiet ta' servizz ikunu marbuta b'dan ir-Regolament irrisipettivament minn jekk ikunux f'relazzjoni kuntrattwali ma' intrapriża ferrovjarja jew ma' applikant ieħor intitolat li jitlob kapaċità f'faċilitajiet ta' servizz f'konformità mad-dritt nazzjonali.

(10)

Il-mogħdijiet u l-kapaċità tal-ferrovija fil-faċilitajiet ta' servizz spiss jiġu allokati minn entitajiet differenti. Għalhekk hu importanti li dawn l-entitajiet jikkomunikaw ma' xulxin biex jiżguraw li l-mogħdijiet tal-ferroviji skedati u l-islots skedati fil-faċilitajiet ta' servizz ikunu konsistenti biex l-operazzjonijiet ferrovjarji jsiru mingħajr intoppi u b'mod effiċjenti. Jenħtieġ li jsir l-istess għal sitwazzjonijiet li fihom applikant jitlob servizzi relatati mal-ferroviji f'faċilità li huma pprovduti minn fornituri differenti. Għal servizzi mhux direttament marbuta mal-kapaċità infrastrutturali, ma jkunx hemm bżonn ta' kooperazzjoni bħal din.

(11)

L-iskambju ta' data bejn entitajiet li jordnaw servizzi tat-trasport, intrapriżi u terminals ferrovjarji dwar traċċar u rintraċċar u l-ħin stmat tal-wasla u tat-tluq jenħtieġ li jikkontribwixxi għal kwalità u kosteffettività aħjar tas-servizzi fil-katina loġistika.

(12)

Ir-rekwiżit biex titqiegħed għad-dispożizzjoni informazzjoni indikattiva f'ħin reali dwar il-kapaċità disponibbli tal-faċilità ta' servizz fuq portal web komuni jista' jiġi ssodisfat billi tiġi pprovduta informazzjoni dwar jekk il-faċilità hix sħiħa, fadlilhiex kapaċità limitata jew fadlilhiex biżżejjed kapaċità biex takkomoda kwalunkwe tip ta' talba. Għal servizzi bħall-manutenzjoni, li għalihom vettura trid titneħħa mis-servizz għal perjodu estiż, jaf ma jkunx hemm bżonn ta' informazzjoni bħal din. Il-kapaċità operazzjonali massima tista' tkun iktar baxxa mill-kapaċità teorika massima. Dan għaliex jista' jkun hemm bżonn ta' ħin addizzjonali xieraq biex ikunu jistgħu jiġu pprovduti servizzi affidabbli f'sitwazzjonijiet bħall-wasla ttardjata ta' ferrovija fil-faċilità jew xkiel operazzjonali. Jenħtieġ li l-indikazzjoni tal-kapaċità tirreferi għall-kapaċità operazzjonali disponibbli.

(13)

Jenħtieġ li l-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz ma jobbligawx lill-applikanti jixtru servizzi offruti f'faċilità, li l-applikant ma jkunx jeħtieġ. Madankollu, jenħtieġ li dan il-prinċipju ma jimplikax li l-applikant jista' jġiegħel lill-operatur ta' faċilità jaċċetta l-awtoforniment fil-bini tal-operatur fejn l-operatur ikun qed joffri s-servizz rispettiv b'tali mod li jikkonforma mad-Direttiva 2012/34/UE u ma' dan ir-Regolament.

(14)

Meta operatur ta' faċilità ta' servizz jirċievi talba li tkun f'kunflitt ma' talba jew ma' kapaċità oħra diġà allokata, l-operatur tal-faċilità ta' servizz jenħtieġ li l-ewwel nett jivverifika jekk ikunx possibbli li jakkomoda t-talba addizzjonali billi jipproponi slot differenti, jimmodifika l-islot allokata jekk l-applikant ikkonċernat jaqbel dwar dan, jew billi jieħu miżuri li jagħmluha possibbli li tiżdied il-kapaċità tal-faċilità. Jenħtieġ li l-operatur ma jkunx obbligat jieħu miżuri bħat-tibdil tas-sigħat tal-ftuħ jew miżuri li jkunu jeħtieġu investiment biex tiżdied il-kapaċità ta' faċilità. Madankollu, meta applikant jiggarantixxi li jkopri l-kostijiet tal-investiment jew il-kostijiet operazzjonali addizzjonali mġarrba, l-operatur ta' faċilità ta' servizz jenħtieġ li jikkunsidra din l-għażla.

(15)

Meta l-proċedura ta' koordinazzjoni ma tkunx ippermettiet ir-rikonċiljazzjoni ta' talbiet f'kunflitt, l-operatur ta' faċilità ta' servizz jista' japplika kriterji tal-prijorità biex jiddeċiedi dwar it-talbiet f'kunflitt. Jenħtieġ li dawn il-kriterji jkunu nondiskriminatorji u trasparenti u jiġu ppubblikati fid-deskrizzjoni tal-faċilità ta' servizz, li hi soġġetta għal rieżami mill-korp regolatorju.

(16)

It-terminu alternattiva vijabbli jħaddan fih diversi elementi, inklużi b'mod partikolari karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bħall-post ta' faċilità, l-aċċess bit-triq, bil-ferrovija, b'passaġġ fuq l-ilma jew bit-trasport pubbliku, spazju ħieles tal-gejġ tal-linji, it-tul tal-binarju u elettrifikazzjonijiet; karatteristiċi operazzjonali bħall-ħinijiet tal-ftuħ, il-kapaċità fil-faċilità u madwarha, ir-rekwiżiti ta' taħriġ tas-sewwieq, il-kamp ta' applikazzjoni u t-tip ta' servizzi offruti; l-attraenza u l-kompetittività tas-servizzi tat-trasport bħar-rotot, il-konnessjonijiet ma' modalitajiet oħra tat-trasport, u l-ħin tat-trasport; u l-aspetti ekonomiċi bħall-impatt fuq il-kostijiet operazzjonali u l-profittabbiltà tas-servizzi previsti.

(17)

Il-bini ta' faċilità ta' servizz jeħtieġ investimenti sinifikanti u l-karattru tan-netwerk tal-linji ferrovjarji jimplika li hemm limitazzjonijiet fuq fejn jistgħu jinbnew il-faċilitajiet; b'riżultat ta' dan, ħafna faċilitajiet ta' servizz ma jistgħux jiġu duplikati faċilment. Meta t-talbiet għall-aċċess għal faċilità ma jistgħux jiġu akkomodati wara l-proċedura ta' koordinazzjoni u l-faċilità tkun magħluqa għall-konġestjoni, jenħtieġ li l-korpi regolatorji jkunu jistgħu jitolbu lill-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz idaħħlu fis-seħħ miżura biex jottimizzaw l-użu tal-faċilità. Jenħtieġ li l-operatur tal-faċilità ta' servizz jidentifika miżuri xierqa għall-kisba ta' dan l-objettiv. Dawn jistgħu jinkludu pereżempju penali finanzjarji li jridu jitħallsu mill-applikanti li jonqsu milli jużaw id-drittijiet ta' aċċess mogħtija jew jitolbu lill-applikanti jirrinunzjaw għad-drittijiet ta' aċċess għal faċilità ta' servizz jew għal servizzi relatati mal-ferroviji jekk ikunu naqsu milli jużaw dawn id-drittijiet b'mod ripetut jew b'mod intenzjonat jew ikunu kkawżaw xkiel fl-operat tal-faċilitajiet ta' servizz jew lil applikant ieħor.

(18)

Biex isir l-aħjar użu mill-faċilitajiet eżistenti, l-operar tal-faċilitajiet li ma jkunux intużaw għal tal-inqas sentejn jenħtieġ li jiġi ppubbliċizzat għal-lokazzjoni jew għall-kirja meta intrapriża ferrovjarja tesprimi interess fl-użu ta' din il-faċilità fuq il-bażi tal-ħtiġijiet murija. Kwalunkwe attur ekonomiku interessat li jopera dik il-faċilità jenħtieġ li jkun jista' jieħu sehem fil-proċeduri tal-offerti u jissottometti offerta għall-akkwiżizzjoni tal-operat tal-faċilità. Madankollu, proċedura tal-offerti mhux bilfors li trid titnieda jekk ikun għaddej proċess formali biex tiġi rtirata d-dedikazzjoni tas-sit għal skopijiet ferrovjarji u l-faċilità tkun qed terġa' tiġi żviluppata għal skopijiet oħra li mhumiex l-użu bħala faċilità ta' servizz.

(19)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi sett ta' regoli ġodda għall-operaturi ta' faċilitajiet ta' servizz. Dawk l-operaturi jeħtieġu ż-żmien biex jadattaw proċeduri interni eżistenti biex jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Għalhekk, ir-Regolament jenħtieġ li japplika biss mill-1 ta' Ġunju 2019. Dan ifisser li d-deskrizzjoni tal-faċilità ta' servizz meħtieġa f'konformità mal-Artikolu 4 jew link għall-informazzjoni rilevanti ser ikollhom jitħejjew u jiġu inklużi biss għall-ewwel darba fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għall-iskeda ta' żmien operazzjonali li tibda f'Diċembru 2020.

(20)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dettalji tal-proċedura u tal-kriterji li għandhom jiġu segwiti għall-aċċess għas-servizzi li għandhom jiġu forniti fil-faċilitajiet ta' servizz elenkati fil-punti 2, 3 u 4 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE.

Meta d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jirreferu għall-applikanti, dawn għandhom jinftiehmu li jirreferu għal intrapriżi ferrovjarji. Meta d-dritt nazzjonali jintitola lil applikanti oħra li mhumiex intrapriżi ferrovjarji biex jitolbu aċċess għall-faċilitajiet ta' servizz u għal servizzi relatati mal-ferroviji, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għal dawk l-applikanti f'konformità mad-dritt nazzjonali.

Artikolu 2

L-eżenzjonijiet

1.   L-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jitolbu li jiġu eżentati mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament jew minn uħud minnhom, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 4(2)(a) sa (d) u (m) u 5.

L-operaturi ta' faċilitajiet ta' servizz li jeżistu biss għall-użu minn operaturi ta' ferroviji storiċi għall-finijiet tagħhom stess jistgħu jitolbu eżenzjoni mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament.

Dawn it-talbiet għandhom jiġu sottomessi lill-korp regolatorju u jkunu sostanzjati kif xieraq.

2.   Il-korpi regolatorji jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw lil operaturi ta' faċilitajiet ta' servizz li joperaw il-faċilitajiet ta' servizz li ġejjin jew jipprovdu s-servizzi li ġejjin:

il-faċilitajiet ta' servizz jew is-servizzi li m'għandhom ebda importanza strateġika għall-funzjonament tas-suq tas-servizzi tat-trasport bil-ferrovija, b'mod partikolari fir-rigward tal-livell ta' użu tal-faċilità, fir-rigward tat-tip u tal-volum ta' traffiku potenzjalment affettwati u fir-rigward tat-tip ta' servizzi offruti fil-faċilità;

il-faċilitajiet ta' servizz jew is-servizzi li huma operati jew ipprovduti f'ambjent tas-suq kompetittiv b'firxa ta' kompetituri li jipprovdu servizzi komparabbli;

il-faċilitajiet ta' servizz jew is-servizzi fejn l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tista' tħalli impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-suq tal-faċilitajiet ta' servizz.

3.   Il-korpi regolatorji għandhom jippubblikaw kwalunkwe deċiżjoni li tagħti eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fuq is-sit web tagħhom fi żmien ġimagħtejn wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni.

4.   Meta l-kriterji għall-għoti ta' eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma jibqgħux issodisfati, il-korp regolatorju għandu jirrevoka l-eżenzjoni.

5.   Il-korpi regolatorji għandhom jiżviluppaw u jippubblikaw prinċipji komuni tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“servizz bażiku” tfisser servizz fornit fi kwalunkwe waħda mill-faċilitajiet ta' servizz elenkati fil-punt 2 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE;

(2)

“servizz relatat mal-ferroviji” tfisser servizz bażiku, addizzjonali jew anċillari elenkat fil-punti 2, 3 u 4 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE;

(3)

“deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta' servizz” tfisser dokument li jistabbilixxi informazzjoni dettaljata neċessarja għall-aċċess għall-faċilitajiet ta' servizz u għal servizzi relatati mal-ferroviji;

(4)

“kapaċità tal-faċilità ta' servizz” tfisser il-potenzjal li tintuża faċilità ta' servizz u li jiġi fornit servizz tul perjodu partikolari ta' żmien, filwaqt li jitqies iż-żmien meħtieġ biex wieħed jaċċessa u jitlaq il-faċilità ta' servizz;

(5)

“proċedura ta' koordinazzjoni” tfisser proċedura li permezz tagħha l-operatur ta' faċilità ta' servizz u l-applikanti jippruvaw isolvu sitwazzjonijiet li fihom il-ħtiġijiet ta' aċċess għal faċilità ta' servizz jew għal servizzi relatati mal-ferroviji jikkonċernaw l-istess kapaċità tal-faċilità ta' servizz u jkunu f'kunflitt;

(6)

“faċilitajiet ta' servizz konnessi” tfisser faċilitajiet ta' servizz li huma biswit xulxin u jeħtieġu passaġġ minn waħda biex wieħed jasal għall-oħra;

(7)

“entità ta' kontroll” tfisser korp jew ditta, li jeżerċitaw kontroll dirett jew indirett fuq operatur ta' faċilità ta' servizz u jkunu attivi wkoll u jżommu pożizzjoni dominanti fi swieq nazzjonali tas-servizzi tat-trasport bil-ferrovija li għalihom tintuża l-faċilità jew inkella teżerċita kontroll dirett jew indirett fuq operatur ta' faċilità ta' servizz u intrapriża ferrovjarja li jkollha kariga bħal din;

(8)

“awtoforniment ta' servizzi” tfisser sitwazzjoni li fiha intrapriża ferrovjarja twettaq hi stess servizz relatat mal-ferroviji fuq il-bini ta' operatur ta' faċilità ta' servizz, dment li l-aċċess għall-faċilità u l-użu ta' din minn dik l-intrapriża ferrovjarja għall-awtoforniment ta' servizzi jkunu legalment u teknikament fattibbli, ma jipperikolawx is-sikurezza tal-operazzjonijiet u l-operatur tal-faċilità ta' servizz ikkonċernata joffri din il-possibbiltà;

(9)

“rikonverżjoni” tfisser proċess formali li bih l-iskop tal-faċilità ta' servizz jinbidel għal użu li mhuwiex għall-provvista ta' servizzi relatati mal-ferroviji;

(10)

“talba ad hoc” tfisser talba għall-aċċess għal faċilità ta' servizz jew għal servizz relatat mal-ferroviji li hu marbut ma' talba ta' passaġġ ad hoc għal mogħdija tal-ferrovija individwali msemmija fl-Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2012/34/UE;

(11)

“talba tard” tfisser talba għall-aċċess għal faċilità ta' servizz jew għal servizz relatat mal-ferrovija sottomessa wara l-iskadenza għas-sottomissjoni ta' talbiet iddefiniti mill-operatur tal-faċilità inkwistjoni;

Artikolu 4

Deskrizzjoni tal-faċilità ta' servizz

1.   L-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz għandhom jistabbilixxu deskrizzjoni tal-faċilità ta' servizz għall-faċilitajiet ta' servizz u għas-servizzi li jkunu responsabbli għalihom.

2.   Id-deskrizzjoni tal-faċilità ta' servizz għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja sal-punt li hu meħtieġ minn dan ir-Regolament:

(a)

il-lista tal-installazzjonijiet kollha li fihom huma forniti s-servizzi relatati mal-ferrovija, inkluża informazzjoni dwar il-postijiet u l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom;

(b)

dettalji ta' kuntatt ewlenin tal-operatur tal-faċilità ta' servizz;

(c)

deskrizzjoni tal-karatteristiċi tekniċi tal-faċilità ta' servizz, bħas-sidings jew il-linji ferrovjarji tax-shuting u tal-marshalling, it-tagħmir tekniku għat-tagħbija u għall-ħatt, għall-ħasil, għall-manutenzjoni u l-kapaċità ta' ħżin disponibbli; informazzjoni dwar linji fergħa privati u sidings li mhumiex parti mill-infrastruttura ferrovjarja, iżda huma meħtieġa għall-aċċess ta' faċilitajiet ta' servizz li huma essenzjali għall-forniment tas-servizzi tat-trasport bil-ferrovija;

(d)

deskrizzjoni tas-servizzi kollha relatati mal-ferroviji, li huma forniti fil-faċilità, u tat-tip tagħhom (bażiku, addizzjonali jew anċillari);

(e)

il-possibbiltà għal awtoforniment ta' servizzi relatati mal-ferroviji u tal-kundizzjonijiet li japplikaw għalihom;

(f)

informazzjoni dwar proċeduri għat-talba ta' aċċess għall-faċilità ta' servizz jew għas-servizzi forniti fil-faċilità jew għat-tnejn, inklużi skadenzi għas-sottomissjoni tat-talbiet, u limiti ta' żmien għall-immaniġġjar ta' dawk it-talbiet;

(g)

f'faċilitajiet ta' servizz operati minn iktar minn operatur wieħed jew fejn is-servizzi relatati mal-ferroviji jiġu pprovduti minn iktar minn operatur wieħed, indikazzjoni ta' jekk iridux jiġu sottomessi talbiet separati għall-aċċess għall-faċilitajiet u għal dawk is-servizzi;

(h)

informazzjoni dwar il-kontenut minimu u l-format ta' talba għall-aċċess għall-faċilitajiet ta' servizz u għal servizzi relatati mal-ferroviji, jew mudell għal talba bħal din;

(i)

tal-inqas fil-każ ta' faċilitajiet ta' servizz operati u ta' servizzi relatati mal-ferroviji pprovduti minn operaturi taħt il-kontroll dirett jew indirett ta' entità ta' kontroll, il-mudell ta' kuntratti ta' aċċess u l-patti u kundizzjonijiet ġenerali;

(j)

fejn rilevanti, informazzjoni dwar il-patti tal-użu tas-sistemi tal-IT tal-operatur, jekk l-applikanti huma meħtieġa jużaw dawn is-sistemi, u r-regoli li jikkonċernaw il-protezzjoni ta' data sensittiva u kummerċjali;

(k)

deskrizzjoni tal-proċedura ta' koordinazzjoni u tal-miżuri regolatorji msemmija fl-Artikolu 10 u l-kriterji ta' prijorità msemmija fl-Artikolu 11;

(l)

informazzjoni dwar it-tibdiliet fil-karatteristiċi tekniċi u tar-restrizzjonijiet temporanji fuq il-kapaċità tal-faċilità ta' servizz, li jista' jkollhom impatt qawwi fuq l-operat tal-faċilità ta' servizz, inklużi x-xogħlijiet ippjanati;

(m)

informazzjoni dwar l-imposti għall-kisba ta' aċċess għall-faċilitajiet ta' servizz u l-imposti għall-użu ta' kull servizz relatat mal-ferroviji fornit fihom;

(n)

informazzjoni dwar il-prinċipji tal-iskemi ta' skont offruti lill-applikanti, filwaqt li jiġu rrispettati r-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità kummerċjali.

Artikolu 5

Pubblikazzjoni ta' deskrizzjoni tal-faċilità ta' servizz

1.   L-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni pubblika d-deskrizzjoni dwar il-faċilità ta' servizz mingħajr ħlas, b'wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

billi jippubblikawha fuq il-portal web tagħhom jew fuq portal web komuni u jipprovdu lill-maniġers tal-infrastruttura b'link li għandha tiddaħħal fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk;

(b)

billi jipprovdu lill-maniġers tal-infrastruttura bl-informazzjoni rilevanti u lesta biex tiġi ppubblikata li għandha tiddaħħal fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk.

Meta l-maniġer tal-infrastruttura li man-netwerk tiegħu tkun konnessa l-faċilità jkun eżentat mill-obbligu li jippubblika dikjarazzjoni dwar in-netwerk f'konformità mal-Artikolu 2(3) jew (4) tad-Direttiva 2012/34/UE, l-operatur ta' faċilità ta' servizz għandu jipprovdi l-link rilevanti jew l-informazzjoni lesta biex tiġi ppubblikata lill-maniġer tal-infrastruttura ewlieni.

2.   Fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk jew fuq il-portal web tagħhom, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jispeċifikaw l-iskadenza biex tiġi pprovduta l-informazzjoni jew il-link li għandha tiġi ppubblikata fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk, bl-għan li tiġi ppubblikata sad-data msemmija fl-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2012/34/UE.

Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jipprovdu mudell komuni li għandu jiġi żviluppat mis-settur ferrovjarju f'kooperazzjoni mal-korpi regolatorji sat-30 ta' Ġunju 2018 li l-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz jistgħu jużaw biex jissottomettu l-informazzjoni. Il-mudell għandu jiġi rivedut u aġġornat skont il-bżonn.

3.   L-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz għandhom iżommu d-deskrizzjoni tal-faċilità ta' servizz aġġornata skont il-bżonn. Dawn għandhom fi żmien debitu jinformaw lill-applikanti li diġà jkunu talbu aċċess jew li jkunu abbonaw għal servizz wieħed jew iktar fil-faċilità ta' servizz dwar kwalunkwe tibdil rilevanti fid-deskrizzjoni tal-faċilità.

4.   Fil-każ ta' faċilitajiet ta' servizz operati minn iktar minn operatur wieħed ta' faċilità ta' servizz jew meta s-servizzi fil-faċilità jkunu forniti minn iktar minn fornitur wieħed, dawk l-operaturi jew il-fornituri għandhom jikkoordinaw ma' xulxin biex:

(a)

iqiegħdu għad-dispożizzjoni f'post wieħed id-deskrizzjonijiet tal-faċilitajiet ta' servizz tagħhom; jew

(b)

jindikaw fid-deskrizzjonijiet tal-faċilità ta' servizz tagħhom l-operaturi tal-faċilità ta' servizz kollha responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar talbiet għall-aċċess għall-faċilità jew għas-servizzi relatati mal-ferroviji forniti fl-istess faċilità ta' servizz.

Jekk din il-koordinazzjoni ma tirnexxix, il-korp regolatorju jista' jadotta deċiżjoni li tiddeżinja wieħed mill-operaturi tal-faċilità ta' servizz biex jikkonforma mar-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu. Kwalunkwe kost rilevanti għandu jinqasam bejn l-operaturi kollha kkonċernati tal-faċilità ta' servizz.

5.   L-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 4 għandu jiġi ssodisfat b'mod li jkun proporzjonat għad-daqs, għall-karatteristiċi tekniċi u għall-importanza tal-faċilità ta' servizz ikkonċernata.

Artikolu 6

Informazzjoni addizzjonali

1.   Il-korp regolatorju jista' jitlob lill-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz jiġġustifikaw għaliex huma jiddeżinjaw servizz relatat mal-ferroviji bħala bażiku, addizzjonali jew anċillari.

2.   Fuq talba ta' applikant, l-operaturi ta' faċilitajiet ta' servizz elenkati fil-punti 2(a) sa (g) tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE għandhom jipprovdu informazzjoni indikattiva dwar il-kapaċità disponibbli tal-faċilità ta' servizz.

3.   Kull meta dan ikun teknikament possibbli bi sforzi ekonomiċi raġonevoli, l-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz għandhom iqiegħdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2)(l) disponibbli f'ħin reali permezz tal-użu ta' portal web komuni.

Artikolu 7

Il-kooperazzjoni fl-allokazzjoni tal-kapaċità ta' faċilità ta' servizz u l-użu tagħha

1.   L-applikanti għandhom jissottomettu t-talbiet tagħhom għal aċċess għall-faċilitajiet ta' servizz u għal servizzi relatati mal-ferroviji f'konformità mal-iskadenzi stabbiliti mill-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz. Meta rilevanti, l-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz elenkati fil-punt 2 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE għandhom jagħtu l-kunsiderazzjoni dovuta lill-iskedi ta' żmien u lill-kriterji ta' prijorità stabbiliti mill-maniġers tal-infrastruttura għall-proċess ta' skedar meta jiddeterminaw dawn l-iskadenzi bl-għan li jipprevjenu inkonsistenzi.

2.   L-operaturi ta' faċilitajiet ta' servizz elenkati fil-punt 2 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkooperaw bl-għan li jiżguraw li l-allokazzjoni tal-kapaċità għall-infrastruttura u għall-faċilitajiet ta' servizz hi konsistenti meta jkun hemm bżonn. L-obbligu ta' kooperazzjoni għandu japplika wkoll għal operaturi ta' faċilitajiet ta' servizz konnessi. L-applikanti kkonċernati jistgħu jkunu involuti f'din il-kooperazzjoni fuq talba. L-applikanti jistgħu jitolbu wkoll l-involviment tal-entitajiet responsabbli għall-għoti tal-aċċess għal linji fergħa privati u għal sidings meħtieġa biex jiksbu aċċess għall-faċilitajiet ta' servizz li huma essenzjali għall-forniment ta' servizzi tat-trasport bil-ferrovija fil-kooperazzjoni.

Meta applikant ifittex il-provvista ta' servizzi addizzjonali jew anċillari elenkati fil-punti 3 u 4 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE offruti fil-faċilità minn operatur wieħed jew iktar tal-faċilità ta' servizz għajr dak responsabbli għall-għoti ta' aċċess għall-faċilità, l-applikant jista' jitlob il-parteċipazzjoni tal-operaturi kollha tal-faċilitajiet ta' servizz li jipprovdu dawn is-servizzi fil-kooperazzjoni.

Dment li l-proċess ta' skedar imwettaq mill-maniġer tal-infrastruttura jkun pendenti, it-talbiet għall-aċċess għall-faċilitajiet ta' servizz u għas-servizzi relatati mal-ferroviji m'għandhomx jiġu rrifjutati fuq il-bażi li ma tkunx għadha ġiet allokata mogħdija tal-ferrovija mitluba. Madankollu, l-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz elenkati fil-punt 2 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE u l-maniġers tal-infrastruttura kkonċernati għandhom ifittxu konsistenza fid-deċiżjonijiet rispettivi tagħhom.

3.   Meta rilevanti, l-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz, il-maniġers tal-infrastruttura u l-applikanti għandhom jikkooperaw biex jiżguraw l-operat effiċjenti tal-ferroviji minn u lejn il-faċilitajiet ta' servizz. Fil-każ ta' ferroviji li jużaw terminals tal-merkanzija bil-ferrovija, inklużi dawk f'portijiet marittimi jew interni, din il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-iskambju ta' informazzjoni dwar it-traċċar u r-rintraċċar tal-ferroviji u, fejn disponibbli, il-ħin stmat tal-wasla u tat-tluq fil-każ ta' dewmien u ta' disturbi.

4.   Fuq talba tal-korp regolatorju, l-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz għandhom juru bil-miktub li għall-aħħar tliet snin huma ssodisfaw ir-rekwiżiti ta' kooperazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu.

Artikolu 8

Talbiet għall-aċċess għall-faċilitajiet ta' servizz u għall-użu ta' servizzi relatati mal-ferroviji

1.   It-talbiet għall-aċċess għall-faċilitajiet ta' servizz u għall-użu ta' servizzi relatati mal-ferroviji jistgħu jsiru mill-applikanti.

2.   L-applikanti għandhom jindikaw fit-talbiet tagħhom il-faċilità ta' servizz jew is-servizzi relatati mal-ferroviji li għalihom talbu l-aċċess, jew it-tnejn li huma. L-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz m'għandhomx jagħmlu aċċess għall-faċilità jew għall-provvista ta' servizz relatat mal-ferroviji li jkunu soġġetti għax-xiri obbligatorju ta' servizzi oħra li ma jknuux relatati mas-servizz mitlub.

3.   L-operatur ta' faċilità ta' servizz għandu jikkonferma li rċieva talba mingħajr dewmien żejjed. Meta t-talba ma jkunx fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa f'konformità mad-deskrizzjoni tal-faċilità ta' servizz u neċessarja għat-teħid ta' deċiżjoni, l-operatur ta' faċilità ta' servizz kkonċernata għandu jinforma lill-applikant dwar dan u għandu jistabbilixxi skadenza raġonevoli għas-sottomissjoni tal-informazzjoni nieqsa. Jekk din l-informazzjoni ma tiġix sottomessa sa dik l-iskadenza, it-talba tista' tiġi rrifjutata.

Artikolu 9

Tweġiba għat-talbiet

1.   Wara li jirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa, l-operatur ta' faċilità ta' servizz għandu jwieġeb għat-talbiet għall-aċċess għall-faċilitajiet ta' servizz u għall-provvista ta' servizzi fil-faċilitajiet ta' servizz elenkati fil-punt 2 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE f'limitu ta' żmien raġonevoli stabbilit mill-korp regolatorju f'konformità mal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2012/34/UE. Jistgħu jiġu stabbiliti skadenzi differenti għal tipi differenti ta' faċilitajiet ta' servizz u/jew ta' servizzi.

2.   Meta l-operatur ta' faċilità ta' servizz ikun wieġeb b'offerta ta' aċċess għall-faċilità ta' servizz, dik l-offerta għandha tibqa' valida għal żmien raġonevoli li hu jispeċifika u li għandu jqis il-ħtiġijiet kummerċjali tal-applikant.

3.   Il-korpi regolatorji għandhom jistabbilixxu l-limiti ta' żmien biex iwieġbu t-talbiet sottomessi mill-applikanti kif stipulat fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2012/34/UE qabel il-pubblikazzjoni tal-ewwel dikjarazzjoni dwar in-netwerk soġġetti għar-regoli ta' dan ir-Regolament ta' implimentazzjoni biex jiżguraw konformità mal-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2012/34/UE.

4.   Għal talbiet ad hoc li jikkonċernaw l-aċċess għall-faċilitajiet ta' servizz u għas-servizzi elenkati fil-punti (a) sa (d) u (f) sa (i) tal-punt 2 tal-Anness II, meta jiġu stabbiliti l-limiti ta' żmien f'konformità mal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2012/34/UE, il-korpi regolatorji għandhom iqisu l-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2012/34/UE. Meta l-korpi regolatorju ma jkunux iddefinew limiti ta' żmien għal dawn it-talbiet ad hoc, l-operatur ta' faċilità ta' servizz għandu jwieġeb it-talba fil-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 48(1) tad-Direttiva.

Meta l-operatur ta' faċilità ta' servizz ikun iddefinixxa skadenza annwali għas-sottomissjoni ta' talbiet għall-aċċess għall-faċilitajiet ta' servizz u għas-servizzi relatati mal-ferroviji elenkati fil-punti (a) sa (d) u (f) sa (i) tal-punt 2 tal-Anness II, il-limiti ta' żmien biex jitwieġbu t-talbiet tard iddefiniti mill-korp regolatorju għandhom iqisu l-limiti ta' żmien applikati mill-maniġers tal-infrastruttura għall-ipproċessar ta' dawn it-talbiet.

Għall-faċilitajiet ta' servizz u għas-servizzi relatati mal-ferroviji elenkati fil-punt (e) tal-punt 2 tal-Anness II, il-limitu ta' żmien għandu jibda ladarba l-kompatibbiltà teknika tal-vetturi ferrovjarji ma' dawk il-faċilitajiet u mat-tagħmir tkun ġiet ivvalutata u l-applikant ikun ġie informat dwar din.

5.   L-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz li jipprovdu servizzi addizzjonali u anċillari elenkati fil-punti 3 u 4 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE għandhom iwieġbu għal talbiet għal dawn is-servizzi fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-korp regolatorju jew, meta dan il-limitu ta' żmien ma jkunx ġie stabbilit, fi żmien raġonevoli. Meta applikant jissottometti talbiet ad hoc għal diversi servizzi relatati mal-ferroviji forniti f'faċilità ta' servizz waħda u jindika li l-allokazzjoni simultanja tagħhom biss tkun ta' użu, l-operaturi kkonċernati kollha tal-faċilità ta' servizz, inklużi l-fornituri ta' servizzi addizzjonali u anċillari elenkati fil-punti 3 u 4 tal-Anness II għandhom iwieġbu għal dawk it-talbiet fi żmien raġonevoli msemmi fil-paragrafu 4.

Għas-servizzi relatati mal-ferroviji elenkati fil-punt (e) tal-punt 4 tal-Anness II, il-limitu ta' żmien għandu jibda ladarba l-kompatibbiltà teknika tal-vetturi ferrovjarji mal-faċilitajiet u mat-tagħmir tkun ġiet ivvalutata u l-applikant ikun ġie informat dwar din.

6.   Bil-qbil tal-applikant ikkonċernat, il-limiti ta' żmien imsemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 jistgħu jiġu estiżi.

7.   Id-drittijiet ta' aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja u għas-servizzi relatati mal-ferroviji m'għandhomx jiġu ttrasferiti lil applikanti oħra.

8.   Jekk applikant ikun biħsiebu jagħmlu użu minn dritt ta' aċċess għal faċilità ta' servizz jew għal servizz relatat mal-ferroviji mogħti mill-operatur tal-faċilità ta' servizz, hu għandu jinforma lill-operatur ikkonċernat mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 10

Proċedura ta' koordinazzjoni

1.   Meta operatur ta' faċilità ta' servizz elenkata fil-punt 2 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE jirċievi talba għall-aċċess għall-faċilità ta' servizz jew għall-provvista ta' servizz li tkun f'kunflitt ma' talba oħra jew tkun tikkonċerna kapaċità tal-faċilità ta' servizz diġà allokata, hu għandu jipprova, permezz ta' diskussjoni u ta' koordinazzjoni mal-applikanti kkonċernati, jiżgura l-aħjar tlaqqigħ possibbli tat-talbiet kollha. Din il-koordinazzjoni għandha tinvolvi wkoll lil fornituri ta' servizzi addizzjonali u anċillari elenkati fil-punti 3 u 4 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE meta dawn is-servizzi jiġu offruti fil-faċilità u jintalbu minn applikant. Kwalunkwe modifika tad-drittijiet ta' aċċess diġà mogħtija għandha tkun soġġetta għall-ftehim tal-applikant ikkonċernat.

2.   L-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz elenkati fil-punt 2 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE m'għandhomx jiċħdu talbiet għall-aċċess għall-faċilità ta' servizz tagħhom jew għall-provvista ta' servizz u lanqas ma jindikaw alternattivi vijabbli lill-applikant, meta l-kapaċità li taqbel mal-ħtiġijiet tal-applikant tkun disponibbli fil-faċilità ta' servizz tagħhom jew tkun mistennija li ser issir disponibbli matul jew wara l-proċedura ta' koordinazzjoni.

3.   L-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz għandhom jikkunsidraw għażliet differenti li jippermettulhom jakkomodaw talbiet f'kunflitt għall-aċċess għall-faċilità ta' servizz jew għall-provvista ta' servizz fil-faċilità ta' servizz. Meta jkun hemm bżonn, dawk l-għażliet għandhom jinkludu miżuri biex tiġi mmassimizzata l-kapaċità disponibbli fil-faċilità, sal-punt li ma jkunx meħtieġ investiment addizzjonali f'riżorsi jew f'faċilitajiet. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu:

il-proposta ta' twaqqit alternattiv;

it-tibdil tal-ħinijiet tal-ftuħ jew tal-mudell tax-xiftijiet, fejn possibbli;

l-għoti tal-aċċess għall-faċilità għall-awtoforniment tas-servizzi.

4.   L-applikanti u l-operaturi tal-faċilitajiet ta' servizz jistgħu jitolbu lill-korp regolatorju flimkien biex jieħu sehem bħala osservatur fil-proċedura ta' koordinazzjoni.

5.   Meta talba għall-aċċess għal faċilità ta' servizz elenkata fil-punt 2 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE ma tkunx tista' tintlaqa' wara l-proċedura ta' koordinazzjoni u l-faċilità ta' servizz tkun kważi f'konġestjoni, il-korp regolatorju jista' jitlob lill-operatur tal-faċilità ta' servizz biex jieħu miżuri mfassla biex jippermettu l-akkomodazzjoni ta' talbiet addizzjonali għall-aċċess għall-faċilità tiegħu. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu trasparenti u nondiskriminatorji.

Artikolu 11

Kriterji ta' prijorità

L-operaturi tal-faċilità ta' servizz jistgħu jiddeterminaw il-kriterji ta' prijorità biex jallokaw il-kapaċità fil-każ ta' talbiet f'kunflitt għall-aċċess għall-faċilitajiet ta' servizz u għas-servizzi relatati mal-ferroviji, meta dawn it-talbiet ma jkunux jistgħu jiġu akkomodati wara l-proċedura ta' koordinazzjoni.

Dawn il-kriterji ta' prijorità għandhom ikunu nondiskriminatorji u oġġettivi u jiġu ppubblikati fid-deskrizzjoni tal-faċilità ta' servizz f'konformità mal-ittra k tal-Artikolu 4(2). Dawn għandhom iqisu l-iskop tal-faċilità, l-iskop u n-natura tas-servizzi kkonċernati tat-trasport bil-ferrovija u l-objettiv ta' kisba ta' użu effiċjenti tal-kapaċità disponibbli.

Il-kriterji ta' prijorità jistgħu jqisu wkoll l-aspetti li ġejjin:

il-kuntratti eżistenti;

l-intenzjoni u l-ħila ta' użu tal-kapaċità mitluba, inkluż falliment preċedenti, jekk ikun jeżisti, ta' użu tal-kapaċità allokata kollha jew ta' parti minnha u r-raġunijiet għal dak il-falliment;

il-mogħdijiet tal-ferrovija diġà allokati li huma konnessi mas-servizzi mitluba;

il-kriterji ta' prijorità għall-allokazzjoni tal-mogħdijiet tal-ferrovija;

is-sottomissjoni puntwali tat-talbiet.

Artikolu 12

Alternattivi vijabbli

1.   Meta talba għall-aċċess għall-faċilitajiet ta' servizz u għas-servizzi relatati mal-ferroviji ma tkunx tista' tiġi akkomodata wara l-proċedura ta' koordinazzjoni, l-operatur ta' faċilità ta' servizz elenkata fil-punt 2 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE għandu jinforma lill-applikant ikkonċernat u lill-korp regolatorju, fuq talba ta' dan, mingħajr dewmien żejjed. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-korp regolatorju jiġi informat anki fin-nuqqas ta' talba bħal din.

2.   L-operatur ta' faċilità ta' servizz elenkata fil-punt 2 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE u l-applikant għandhom, jekk ma tkunx tista' tiġi akkomodata talba, jivvalutaw b'mod konġunt jekk hemmx alternattivi vijabbli li jippermettu l-operar tas-servizz ikkonċernat tal-merkanzija jew ta' trasport ta' passiġġieri fuq l-istess rotot jew oħrajn alternattivi f'kundizzjonijiet ekonomikament aċċettabbli. L-applikant m'għandux ikun meħtieġ jiżvela l-istrateġija tan-negozju tiegħu.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 2, l-operatur tal-faċilità ta' servizz għandu jindika l-alternattivi possibbli, inkluż, fejn rilevanti, fi Stati Membri oħra, fuq il-bażi ta' deskrizzjonijiet ta' faċilità ta' servizz oħra, fuq il-bażi tal-informazzjoni ppubblikata fuq portal web komuni f'konformità mal-Artikolu 5 u fuq il-bażi ta' kwalunkwe informazzjoni pprovduta mill-applikant. Meta jiġu proposti alternattivi possibbli, tal-inqas għandhom jiġu kkunsidrati l-kriterji li ġejjin, dment li dawk ikunu jistgħu jiġu vvalutati mill-operatur tal-faċilità ta' servizz:

is-sostitwibbiltà tal-karatteristiċi operazzjonali tal-faċilità ta' servizz alternattiva;

is-sostitwibbiltà tal-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-faċilità ta' servizz alternattiva;

l-impatt ċar fuq l-attraenza u l-kompetittività tas-servizz tat-trasport bil-ferrovija previst mill-applikant;

il-kost addizzjonali stmat għall-applikant.

L-operatur ta' faċilità ta' servizz għandu jirrispetta l-kunfidenzjalità kummerċjali tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant.

4.   Meta l-informazzjoni dwar il-kapaċità tal-alternattiva proposta ma tkunx disponibbli pubblikament, l-applikant għandu jivverifikaha.

L-applikant għandu jivvaluta jekk l-użu tal-alternattiva proposta jippermettilux jopera s-servizz tat-trasport previst b'kundizzjonijiet ekonomikament aċċettabbli. Għandu jinforma lill-operatur tal-faċilità ta' servizz dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tiegħu sa skadenza miftiehma b'mod konġunt.

5.   L-applikant jista' jitlob lill-operatur ta' faċilità ta' servizz biex ma jindikax l-alternattivi vijabbli u ma jipproċedix għall-valutazzjoni konġunta.

Artikolu 13

Rifjut tal-aċċess

1.   Meta l-operatur ta' faċilità ta' servizz elenkata fil-punt 2 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE u l-applikant jikkonkludu li ma teżisti ebda alternattiva vijabbli, u ma jkunx possibbli li t-talba għall-aċċess tiġi akkomodata jew li jiġi fornit servizz fil-faċilità wara l-proċedura ta' koordinazzjoni, l-operatur ta' faċilità ta' servizz jista' jirrifjuta t-talba.

Meta l-operatur tal-faċilità ta' servizz u l-applikant ma jkunux jistgħu jaqblu fuq alternattiva vijabbli, l-operatur tal-faċilità ta' servizz jista' jirrifjuta t-talba li tindika l-alternattivi li hu jqis bħala vijabbli.

L-applikant jista' jilmenta mal-korp regolatorju f'konformità mal-Artikolu 13(5) tad-Direttiva 2012/34/UE.

2.   Meta l-operatur tal-faċilità ta' servizz u l-applikant ikunu identifikaw alternattivi vijabbli b'mod konġunt, l-operatur tal-faċilità ta' servizz jista' jirrifjuta t-talba.

3.   L-operaturi ta' faċilità ta' servizz imsemmija fl-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2012/34/UE għandhom jiġġustifikaw bil-miktub mal-applikant għaliex it-talba ma setgħetx tiġi akkomodata wara l-proċedura ta' koordinazzjoni u għaliex, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, huma jqisu li kwalunkwe alternattiva proposta tissodisfa r-rekwiżiti tal-applikant u hi vijabbli.

4.   Operatur ta' faċilità ta' servizz li jirrifjuta talba għandu juri lill-korp regolatorju u lill-applikant, fuq talba tagħhom, ir-raġunijiet għar-rifjut, inklużi l-alternattivi eżaminati u l-eżitu tal-proċedura ta' koordinazzjoni.

5.   Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 12(5), l-operatur ta' faċilità ta' servizz jista' jirrifjuta mingħajr ma jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

6.   Meta l-applikant ikun naqas b'mod ripetut milli jħallas għad-drittijiet ta' aċċess diġà mogħtija u użati, l-operatur ta' faċilità ta' servizz jista' jitlob garanziji finanzjarji biex jissalvagwardja l-aspettattivi leġittimi tiegħu dwar id-dħul u l-użu futuri tal-faċilità. L-informazzjoni dwar dawn il-garanziji għandha tiġi ppubblikata fid-deskrizzjoni tal-faċilità ta' servizz.

Artikolu 14

Ilmenti

Meta l-applikant jilmenta mal-korp regolatorju skont l-Artikolu 13(5) tad-Direttiva 2012/34/UE li l-korp regolatorju għandu, fil-valutazzjoni tal-impatt ta' kwalunkwe deċiżjoni li jista' jieħu biex jagħti parti xierqa tal-kapaċità lill-applikant, iqis tal-inqas l-elementi li ġejjin, meta dawn ikunu rilevanti:

L-obbligi kuntrattwali u l-vijabbiltà tal-mudelli kummerċjali ta' utenti oħra tal-faċilità ta' servizz affettwata;

il-volum ġenerali tal-kapaċità tal-faċilità ta' servizz diġà allokata lil utenti affettwati oħra;

l-investimenti magħmula fil-faċilità minn utenti affettwati oħra;

id-disponibbiltà ta' alternattivi vijabbli biex jiġu akkomodati l-ħtiġijiet ta' utenti affettwati oħra, inklużi alternattivi fi Stati Membri oħra f'każ ta' servizzi ferrovjarji internazzjonali;

il-vijabbiltà tal-mudell kummerċjali tal-operatur tal-faċilità ta' servizz;

id-drittijiet ta' aċċess għall-infrastruttura tal-konnessjoni.

Artikolu 15

Faċilitajiet mhux użati

1.   Il-faċilitajiet ta' servizz elenkati fil-punt 2 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE li ma ntużawx għal tal-inqas sentejn konsekuttivi għandhom ikunu soġġetti għall-espressjoni ta' interess u għal-lokazzjoni jew għall-kirja. Informazzjoni dwar il-faċilitajiet mhux użati għandha tiġi ppubblikata f'konformità mal-Artikolu 5.

2.   Il-perjodu ta' sentejn imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jibda l-għada tad-data li fiha servizz relatat mal-ferroviji ġie fornit fil-faċilità ta' servizz ikkonċernata għall-aħħar darba.

3.   Applikant interessat li juża faċilità ta' servizz elenkata fil-punt 2 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE li ma ntużatx għal mill-inqas sentejn konsekuttivi għandu jesprimi l-interess tiegħu bil-miktub lill-operatur tal-faċilità kkonċernata u jinforma lill-korp regolatorju dwar dan. Din l-espressjoni ta' interess għandha turi l-ħtiġijiet tal-intrapriża ferrovjarja kkonċernata. L-oepratur tal-faċilità ta' servizz jista' jiddeċiedi li jkompli bl-operazzjonijiet b'mod li jissodisfa l-ħtiġijiet murija tal-intrapriża ferrovjarja.

4.   Meta s-sid ta' faċilità ta' servizz ma joperax dik il-faċilità, l-operatur ta' dik il-faċilità għandu jinforma lis-sid dwar l-espressjoni ta' interess fi żmien 10 ijiem wara r-riċevuta tagħha. Is-sid tal-faċilità għandu jirreklama li l-faċilità hi disponibbli għal-lokazzjoni jew għall-kiri, kollha kemm hi jew parti minnha, sakemm l-operatur tal-faċilità ta' servizz ma jkunx iddeċieda li jkompli bl-operazzjonijiet wara l-espressjoni ta' interess.

5.   Qabel ma ssir pubblikazzjoni bħal din, is-sid tal-faċilità ta' servizz jista' jippermetti lill-operatur tal-faċilità ta' servizz jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu fuq dik il-pubblikazzjoni fi żmien erba' ġimgħat. L-operatur jista' joġġezzjona għal dik il-pubblikazzjoni billi jissottometti dokumenti li juru bil-provi li hemm proċess ta' rikonverżjoni li għaddej, imniedi qabel l-espressjoni ta' interess.

6.   Il-korp regolatorju għandu jiġi informat mis-sid dwar il-proċess ta' rikonverżjoni u jista' jitlob id-dokumenti mingħand l-operatur sabiex jivvaluta l-plawżibbiltà tiegħu.

Jekk il-valutazzjoni ma tkunx sodisfaċenti, il-korp regolatorju għandu jitlob il-pubblikazzjoni tal-operazzjoni tal-faċilità bħala waħda għal-lokazzjoni jew għall-kiri, kollha kemm hi jew parti minnha.

7.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli tal-akkwist pubbliku, is-sid ta' faċilità ta' servizz elenkata fil-punt 2 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE għandu jippubblika fuq il-portal web tiegħu avviż dwar il-lokazzjoni jew il-kiri tal-faċilità ta' servizz ikkonċernata u għandu jinforma dwar dan lill-korp regolatorju u lill-maniġer tal-infrastruttura li man-netwerk tiegħu hi konnessa l-faċilità. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-intrapriżi interessati jkunu jistgħu jissottomettu offerta biex jakkwiżixxu l-operat tal-faċilità, kollha kemm hi jew parti minnha. Din l-informazzjoni b'mod partikolari għandha tinkludi:

(a)

id-dettalji tal-proċedura tal-għażla li għandha tkun trasparenti u nondiskriminatorja u tqis l-objettiv ta' żgurar ta' użu effettiv ottimali tal-kapaċità tal-faċilità;

(b)

il-kriterji tal-għażla;

(c)

il-karatteristiċi ewlenin tat-tagħmir tekniku tal-faċilità ta' servizz;

(d)

l-indirizz u l-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni ta' offerta li mill-inqas għandu jkun ta' 30 jum mill-pubblikazzjoni tal-avviż.

8.   Il-maniġer tal-infrastruttura kkonċernat għandu jippubblika wkoll fuq il-portal web tiegħu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7.

9.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli tal-akkwist pubbliku, is-sid ta' faċilità ta' servizz elenkata fil-punt 2 tal-Anness II għad-Direttiva 2012/34/UE għandu jagħżel il-kandidat ammess u jagħmel offerta raġonevoli mingħajr dewmien żejjed.

10.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-proċeduri eżistenti għall-kontroll regolatorju tad-dekummissjonar tal-faċilitajiet ta' servizz. F'dan il-każ, il-korp regolatorju jista' jagħti eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 16

Reviżjoni

Sal-1 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, fuq il-bażi tal-eżitu ta' dik il-valutazzjoni, tirrevedih, jekk ikun hemm bżonn.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Ġunju 2019.

Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2017 li jistabbilixxi qafas għall-forniment tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet (ĠU L 57, 3.3.2017, p. 1).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102).


23.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2178

tat-22 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 468/2010 li jistabbilixxi l-lista tal-UE ta' bastimenti involuti f'sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistabbilixxi l-proċeduri għall-identifikazzjoni ta' bastimenti tas-sajd involuti f'sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (“IUU”) kif ukoll il-proċeduri għall-istabbiliment ta' lista tal-Unjoni ta' dawn il-bastimenti (“il-lista tal-Unjoni”). L-Artikolu 37 ta' dak ir-Regolament jipprevedi li jittieħdu azzjonijiet kontra l-bastimenti tas-sajd inklużi f'dik il-lista.

(2)

Il-lista tal-Unjoni ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 468/2010 (2) u sussegwentement ġiet emendata bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 724/2011 (3), (UE) Nru 1234/2012 (4), (UE) Nru 672/2013 (5), (UE) Nru 137/2014 (6), (UE) 2015/1296 (7) u (UE) 2016/1852 (8).

(3)

Skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-bastimenti inklużi fil-listi tal-bastimenti IUU adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni.

(4)

L-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd kollha jipprevedu t-twaqqif u l-aġġornament regolari tal-listi tal-bastimenti IUU skont ir-regoli rispettivi tagħhom (9).

(5)

Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, hekk kif il-listi tal-bastimenti tas-sajd meqjusa jew ikkonfermati li huma involuti fis-sajd IUU jaslu mingħand l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista tal-Unjoni. Peress li l-Kummissjoni rċeviet listi ġodda mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, issa jenħtieġ li l-lista tal-Unjoni tiġi aġġornata.

(6)

Meta jitqies li l-istess bastiment jista' jkun imniżżel taħt ismijiet u/jew bnadar differenti skont iż-żmien tal-inklużjoni tiegħu fil-listi tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, jenħtieġ li l-lista aġġornata tal-Unjoni tinkludi l-ismijiet u/jew il-bnadar differenti kif stabbiliti mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rilevanti.

(7)

Il-bastiment “Viking” (10), li bħalissa huwa inkluż fil-lista tal-Unjoni, tneħħa mil-lista stabbilita mill-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar Antartiku (“CCAMLR”), peress li ġie mgħarraq mill-awtoritajiet Indoneżjani fl-14 ta' Marzu 2016. Għalhekk, jenħtieġ li dak il-bastiment jitneħħa mil-lista tal-Unjoni minkejja l-fatt li għadu ma tħassarx mil-lista stabbilita mill-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (“GFCM”).

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 468/2010 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 468/2010 tinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 131, 29.5.2010, p. 22.

(3)  ĠU L 194, 26.7.2011, p. 14.

(4)  ĠU L 350, 20.12.2012, p. 38.

(5)  ĠU L 193, 16.7.2013, p. 6.

(6)  ĠU L 43, 13.2.2014, p. 47.

(7)  ĠU L 199, 29.7.2015, p. 12.

(8)  ĠU L 284, 20.10.2016, p. 5.

(9)  L-aħħar aġġornamenti: CCAMLR: il-lista IUU tal-2016/2017 kif adottata fil-laqgħa annwali CCAMLR-XXXV ta' bejn is-17 u t-28 ta' Ottubru 2016; SEAFO: il-lista tal-bastimenti IUU tas-SEAFO kif adottata fit-13-il laqgħa annwali tal-Kummissjoni ta' bejn it-28 ta' Novembru u t-2 ta' Diċembru 2016; ICCAT: il-lista IUU tal-2016 kif adottata fl-20 laqgħa speċjali tal-Kummissjoni ta' bejn l-14 u l-21 ta' Novembru 2016; IATTC: il-lista tal-2017 kif adottata fit-92 laqgħa tal-IATTC ta' bejn l-24 u t-28 ta' Lulju 2017; NEAFC: il-lista IUU B AM tal-2016-40 kif adottata fil-35 laqgħa annwali ta' bejn l-14 u t-18 ta' Novembru 2016; NAFO: il-lista tal-2016 kif adottata fit-38 laqgħa annwali ta' bejn id-19 u t-23 ta' Settembru 2016; WCPFC: il-lista ta' bastimenti IUU tal-WCPFC għall-2017, effettiva mis-7 ta' Frar 2017 kif adottata fit-13-il sessjoni regolari tal-Kummissjoni ta' bejn il-5 u d-9 ta' Diċembru 2016; IOTC: il-lista ta' bastimenti IUU tal-IOTC, approvata waqt il-21 sessjoni tal-IOTC ta' bejn it-22 u s-26 ta' Mejju 2017; GFCM: il-lista IUU tal-2016 kif adottata fl-40 sessjoni ta' bejn it-30 ta' Mejju u t-3 ta' Ġunju 2016; SPRFMO: il-lista ta' bastimenti IUU tal-2017 kif adottata fil-ħames (5) laqgħa tal-Kummissjoni ta' bejn it-18 u t-22 ta' Jannar 2017.

(10)  Numru ta' identifikazzjoni tal-bastiment tal-IMO: 8713392.


ANNESS

Numru IMO (1) ta' identifikazzjoni tal-bastiment/Referenza tal-RFMO

Isem il-bastiment (2)

L-Istat tal-Bandiera jew it-Territorju tal-Bandiera (2)

Elenkat fl-RFMO (2)

20150046 [ICCAT]

ABUNDANT 1 [skont IOTC], YI HONG 6 [skont ICCAT] (isem preċedenti skont IOTC: YI HONG 06)

Mhux magħruf [skont ICCAT, IOTC], il-Bolivja [skont ICCAT]

IOTC, ICCAT

20150042 [ICCAT]

ABUNDANT 12 [skont IOTC], YI HONG 106 [skont ICCAT] (isem preċedenti skont IOTC: YI HONG 106)

Il-Bolivja [skont ICCAT], Mhux magħruf [skont IOTC]

IOTC, ICCAT

20150044 [ICCAT]

ABUNDANT 3 [skont IOTC], YI HONG 16 [skont ICCAT] (isem preċedenti skont IOTC: YI HONG 16)

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

 

ABUNDANT 6 (isem preċedenti: YI HONG 86)

Mhux magħruf

IOTC

20150043 [ICCAT]

ABUNDANT 9 [skont IOTC], YI HONG 116 [skont ICCAT] (isem preċedenti skont IOTC: YI HONG 116)

Il-Bolivja [skont ICCAT], Mhux magħruf [skont IOTC]

IOTC, ICCAT

20060010 [ICCAT]

ACROS No. 2

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Honduras)

ICCAT, GFCM

20060009 [ICCAT]

ACROS No. 3

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Honduras)

ICCAT, GFCM

7306570

ALBORAN II (isem preċedenti skont NAFO, NEAFC: WHITE ENTERPRISE; ismijiet preċedenti skont SEAFO: WHITE, ENTERPRISE, ENXEMBRE, ATALAYA, REDA IV, ATALAYA DEL SUR)

Mhux magħruf [skont NAFO, NEAFC, SEAFO], il-Panama [skont GFCM] (l-aħħar bnadar magħrufa skont NAFO, NEAFC, SEAFO: il-Panama, Saint Kitts u Nevis)

NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM

7424891

ALDABRA (isem preċedenti skont CCAMLR, GFCM: OMOA I)

Mhux magħruf [skont CCAMLR], it-Tanzanija [skont GFCM] (l-aħħar bnadar magħrufa skont CCAMLR: it-Tanzanija, il-Honduras)

CCAMLR, SEAFO, GFCM

7036345

AMORINN (ismijiet preċedenti skont CCAMLR, GFCM: ICEBERG II, LOME, NOEMI)

Mhux magħruf [skont CCAMLR, GFCM] (l-aħħar bnadar magħrufa skont CCAMLR: it-Togo, il-Belize)

CCAMLR, SEAFO, GFCM

7236634

ANTONY (ismijiet preċedenti skont CCAMLR: URGORA, ATLANTIC OJI MARU No. 33, OJI MARU No. 33)

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa skont CCAMLR: l-Indoneżja, il-Belize, il-Panama, il-Honduras, il-Venezwela)

CCAMLR, SEAFO

2015001[ICCAT]

ANEKA 228

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

2015002[ICCAT]

ANEKA 228; KM.

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

7322897/20150024 [ICCAT]

ASIAN WARRIOR [skont CCAMLR], KUNLUN [skont ICCAT, IOTC, SEAFO], HUANG HE 22 [skont GFCM] (ismijiet preċedenti skont CCAMLR: KUNLUN, TAISHAN, CHANG BAI, HOUGSHUI, HUANG HE 22, SIMA QIAN BARU 22, CORVUS, GALAXY, INA MAKA, BLACK MOON, RED MOON, EOLO, THULE, MAGNUS, DORITA; isem preċedenti skont ICCAT, IOTC: TAISHAN; ismijiet preċedenti skont GFCM: SIMA QIAN BARU 22, DORITA, MAGNUS, THULE, EOLO, RED MOON, BLACK MOON, INA MAKA, GALAXY, CORVUS)

Saint Vincent u l-Grenadini [skont CCAMLR], il-Guinea Ekwatorjali [skont ICCAT, IOTC] (l-aħħar bnadar magħrufa skont CCAMLR: l-Indoneżja, it-Tanzanija, il-Korea ta' Fuq (DPRK), il-Panama, Sierra Leone, il-Guinea Ekwatorjali, Saint Vincent u l-Grenadini, l-Urugwaj)

CCAMLR, SEAFO, GFCM, IOTC, ICCAT

9037537

BAROON [skont CCAMLR, SEAFO], LANA [skont GFCM] (ismijiet preċedenti skont CCAMLR: LANA, ZEUS, TRITON I; ismijiet preċedenti skont GFCM: ZEUS, TRITON-1, KINSHO MARU No. 18)

It-Tanzanija [skont CCAMLR, SEAFO], Mhux magħruf [skont GFCM] (l-aħħar bnadar magħrufa skont CCAMLR: in-Niġerja, il-Mongolja, it-Togo, Sierra Leone)

CCAMLR, SEAFO, GFCM

 

BENAIAH

L-Indja

IOTC

 

BEO HINGIS

L-Indja

IOTC

12290 [IATTC]/20110011 [ICCAT]

BHASKARA No. 10

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: l-Indoneżja)

IATTC, ICCAT, GFCM

12291 [IATTC]/20110012 [ICCAT]

BHASKARA No. 9

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: l-Indoneżja)

IATTC, ICCAT, GFCM

20060001 [ICCAT]

BIGEYE

Mhux magħruf

ICCAT, GFCM

20040005 [ICCAT]

BRAVO

Mhux magħruf

ICCAT, GFCM

9407 [IATTC]/20110013 [ICCAT]

CAMELOT

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa skont IATTC: il-Belize)

IATTC, ICCAT, GFCM

 

CARMAL MATHA

L-Indja

IOTC

6622642

CHALLENGE (ismijiet preċedenti skont CCAMLR: PERSEVERANCE, MILA; ismijiet preċedenti skont GFCM: MILA, ISLA, MONTANA CLARA, PERSEVERANCE)

Mhux magħruf [skont CCAMLR], il-Panama [skont GFCM] (l-aħħar bnadar magħrufa skont CCAMLR: il-Panama, il-Guinea Ekwatorjali, ir-Renju Unit)

CCAMLR, SEAFO, GFCM

20150003 [ICCAT]

CHI TONG

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

125 [IATTC]/20110014 [ICCAT]

CHIA HAO No. 66

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa skont IATTC, ICCAT: il-Belize; l-aħħar bandiera magħrufa skont ICCAT: il-Guinea Ekwatorjali)

IATTC, ICCAT, GFCM

7913622

DAMANZAIHAO (isem preċedenti: LAFAYETTE)

Il-Perù (l-aħħar bandiera magħrufa: ir-Russja)

SPRFMO

20080001 [ICCAT]

DANIAA (isem preċedenti: CARLOS)

Mhux magħruf [skont ICCAT], il-Guinea [skont GFCM] (l-aħħar bandiera magħrufa skont ICCAT: il-Guinea)

ICCAT, GFCM

 

DIGNAMOL 1

L-Indja

IOTC

6163 [IATTC]/20130005 [ICCAT]

DRAGON III

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa skont IATTC: il-Kambodja)

IATTC, ICCAT, GFCM

 

EPHRAEEM

L-Indja

IOTC

8604668

EROS DOS (isem preċedenti: FURABOLOS)

Mhux magħruf [skont NAFO, NEAFC, SEAFO], il-Panama [skont GFCM] (l-aħħar bnadar magħrufa skont NAFO, NEAFC, SEAFO: il-Panama, is-Seychelles)

NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM

20150004 [ICCAT]

FU HSIANG FA 18

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150005 [ICCAT]

FU HSIANG FA No. 01

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150006 [ICCAT]

FU HSIANG FA No. 02

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150007 [ICCAT]

FU HSIANG FA No. 06

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150008 [ICCAT]

FU HSIANG FA No. 08

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150009 [ICCAT]

FU HSIANG FA No. 09

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150010 [ICCAT]

FU HSIANG FA No. 11

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150011 [ICCAT]

FU HSIANG FA No. 13

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150012 [ICCAT]

FU HSIANG FA No. 17

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150013 [ICCAT]

FU HSIANG FA No. 20

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150014 [ICCAT]

FU HSIANG FA No. 21

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20130003 [ICCAT]

FU HSIANG FA No. 21 [skont ICCAT, IOTC], FU HSIANG FA [skont GFCM]

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT, GFCM

20150015 [ICCAT]

FU HSIANG FA No. 23

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150016 [ICCAT]

FU HSIANG FA No. 26

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150017 [ICCAT]

FU HSIANG FA No. 30

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

7355662/20130001 [ICCAT]/M-01432 [WCPFC]

FU LIEN No. 1

Mhux magħruf [skont: WCPFC], il-Georgia [skont GFCM, ICCAT] (l-aħħar bandiera magħrufa skont WCPFC: il-Georgia)

WCPFC, ICCAT, GFCM

20130004 [ICCAT]

FULL RICH

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa skont IOTC: il-Belize)

IOTC, ICCAT, GFCM

20080005 [ICCAT]

GALA I (ismijiet preċedenti: MANARA II, ROAGAN)

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa skont ICCAT: il-Libja, Isle of Man)

ICCAT, GFCM

6591 [IATTC]/20130006 [ICCAT]

GOIDAU RUEY No. 1 (ismijiet preċedenti skont IATTC, ICCAT: GOIDAU RUEY 1)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama)

IATTC, ICCAT, GFCM

7020126

GOOD HOPE (isem preċedenti skont CCAMLR: TOTO; ismijiet preċedenti skont GFCM: TOTO, SEA RANGER V)

In-Niġerja

CCAMLR, SEAFO, GFCM

6719419 [NEAFC, SEAFO]/6714919 [NAFO, SEAFO]

GORILERO (isem preċedenti: GRAN SOL)

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa skont GFCM, NAFO, NEAFC: Sierra Leone, il-Panama)

NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM

2009003 [ICCAT]

GUNUAR MELYAN 21

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT, GFCM

7322926

HEAVY SEA (ismijiet preċedenti skont CCAMLR: DUERO, JULIUS, KETA, SHERPA UNO)

Mhux magħruf [skont CCAMLR], il-Panama [skont GFCM] (l-aħħar bnadar magħrufa skont CCAMLR: il-Panama, Saint Kitts u Nevis, il-Belize)

CCAMLR, SEAFO, GFCM

20150018 [ICCAT]

HOOM XIANG 101

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Malasja)

IOTC, ICCAT

20150019 [ICCAT]

HOOM XIANG 103

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Malasja)

IOTC, ICCAT

20150020 [ICCAT]

HOOM XIANG 105

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Malasja)

IOTC, ICCAT

20100004 [ICCAT]

HOOM XIANG II [skont ICCAT, IOTC], HOOM XIANG 11 [skont GFCM, ICCAT]

Mhux magħruf [skont ICCAT, IOTC] (l-aħħar bandiera magħrufa skont ICCAT, IOTC: il-Malasja)

IOTC, ICCAT, GFCM

7332218

IANNIS 1 [skont NEAFC], IANNIS I [skont GFCM, NAFO, SEAFO] (ismijiet preċedenti skont GFCM: MOANA MAR, CANOS DE MECA)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa skont NAFO, NEAFC, SEAFO: il-Panama)

NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM

6803961

ITZIAR II (isem preċedenti skont CCAMLR, GFCM: SEABULL 22, CARMELA, GOLD DRAGON, GOLDEN SUN, NOTRE DAME, MARE)

In-Niġerja [skont CCAMLR, SEAFO], il-Mali [skont GFCM] (l-aħħar bnadar magħrufa skont CCAMLR: il-Mali, in-Niġerja, it-Togo, il-Guinea Ekwatorjali, il-Bolivja, in-Namibja

CCAMLR, SEAFO, GFCM

9505 [IATTC]/20130007 [ICCAT]

JYI LIH 88

Mhux magħruf

IATTC, ICCAT, GFCM

20150021 [ICCAT]

KIM SENG DENG 3

Il-Bolivja

IOTC, ICCAT

 

KING JESUS

L-Indja

IOTC

7905443

KOOSHA 4 (isem preċedenti skont GFCM: EGUZKIA)

L-Iran

CCAMLR, SEAFO, GFCM

20150022 [ICCAT]

KUANG HSING 127

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150023 [ICCAT]

KUANG HSING 196

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20060007 [ICCAT]

LILA No. 10

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama)

ICCAT, GFCM

7388267

LIMPOPO (ismijiet preċedenti skont CCAMLR: ROSS, ALOS, LENA, CAP GEORGE)

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa skont CCAMLR: it-Togo, il-Ghana, is-Seychelles, Franza; l-aħħar bnadar magħrufa skont GFCM: it-Togo, il-Ghana, is-Seychelles)

CCAMLR, SEAFO, GFCM

20150025 [ICCAT]

MAAN YIH HSING

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20040007 [ICCAT]

MADURA 2

Mhux magħruf

ICCAT, GFCM

20040008 [ICCAT]

MADURA 3

Mhux magħruf

ICCAT, GFCM

7325746

MAINE [skont GFCM, NAFO, NEAFC], MAINE/LABIKO [skont SEAFO] (ismijiet preċedenti skont SEAFO: GUINESPA I, MAPOSA NOVENO)

il-Guinea

NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM

20060002 [ICCAT]

MARIA

Mhux magħruf

ICCAT, GFCM

20060005 [ICCAT]

MELILLA No. 101

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama)

ICCAT, GFCM

20060004 [ICCAT]

MELILLA No. 103

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama)

ICCAT, GFCM

7385174

MURTOSA

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa skont NAFO, NEAFC, SEAFO: it-Togo)

NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM

9009918

MYS MARII

ir-Russja

SPRFMO

M-00545 [WCPFC]/14613 [IATTC]/C-00545, 20110003 [ICCAT]

NEPTUNE

Mhux magħruf [skont ICCAT, WCPFC], il-Georgia [IATTC, ICCAT, GFCM] (l-aħħar bandiera magħrufa skont ICCAT, WCPFC: il-Georgia)

IATTC, ICCAT, WCPFC, GFCM

20160001 [ICCAT]

NEW BAI I No. 168 (isem preċedenti: SAMUDERA)

Mhux magħruf (l-aħħar bnadar magħrufa: il-Liberja, l-Indoneżja)

ICCAT

20060003 [ICCAT]

No. 101 GLORIA (isem preċedenti: GOLDEN LAKE)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Panama)

ICCAT, GFCM

20060008 [ICCAT]

No. 2 CHOYU

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Honduras)

ICCAT, GFCM

20060011 [ICCAT]

No. 3 CHOYU

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Honduras)

ICCAT, GFCM

8808903

NORTHERN WARRIOR (ismijiet preċedenti skont CCAMLR: MILLENNIUM, SIP 3)

L-Angola [skont CCAMLR] (l-aħħar bnadar magħrufa skont CCAMLR: Curaçao, l-Antilli Olandiżi, l-Afrika t'Isfel, il-Belize, il-Marokk)

CCAMLR, SEAFO

20040006 [ICCAT]

OCEAN DIAMOND

Mhux magħruf

ICCAT, GFCM

7826233/20090001 [ICCAT]

OCEAN LION

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Guinea Ekwatorjali)

IOTC, ICCAT, GFCM

7816472

OKAPI MARTA

il-Belize

GFCM

11369 [IATTC]/20130008 [ICCAT]

ORCA

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Belize)

IATTC, ICCAT, GFCM

20060012 [ICCAT]

ORIENTE No. 7

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Honduras)

ICCAT, GFCM

5062479

PERLON (ismijiet preċedenti skont CCAMLR: CHERNE, BIGARO, HOKING, SARGO, LUGALPESCA; ismijiet preċedenti skont GFCM: CHERNE, SARGO, HOKING, BIGARO, UGALPESCA)

Mhux magħruf [skont CCAMLR, GFCM] (l-aħħar bnadar magħrufa skont CCAMLR, GFCM: il-Mongolia, it-Togo, l-Urugwaj)

CCAMLR, SEAFO, GFCM

95 [IATTC]/20130009 [ICCAT]

REYMAR 6

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Belize)

IATTC, ICCAT, GFCM

 

SACRED HEART

L-Indja

IOTC

20130013 [ICCAT]

SAMUDERA PASIFIK No. 18 (ismijiet preċedenti skont ICCAT: KAWIL No. 03, LADY VI-T-III)

l-Indoneżja

ICCAT, GFCM

20150026 [ICCAT]

SAMUDERA PERKASA 11

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150027 [ICCAT]

SAMUDRA PERKASA 12 [skont IOTC], SAMUDERA PERKASA 12 [skont ICCAT]

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

8514772

SEA BREEZE [skont CCAMLR], ANDREY DOLGOV [skont SEAFO] (ismijiet preċedenti skont CCAMLR: ANDREY DOLGOV, STD No. 2, SUN TAI No. 2, SHINSEI MARU No. 2)

It-Togo [skont CCAMLR], Mhux magħruf [skont SEAFO] (l-aħħar bnadar magħrufa skont CCAMLR: il-Kambodja, il-Korea t'Isfel, il-Filippini, il-Ġappun, in-Namibja)

CCAMLR, SEAFO

 

SHALOM

L-Indja

IOTC

20080004 [ICCAT]

SHARON 1 (ismijiet preċedenti skont GFCM: MANARA I, POSEIDON; ismijiet preċedenti skont ICCAT: MANARA 1, POSEIDON)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa skont GFCM: il-Libja; l-aħħar bnadar magħrufa skont ICCAT: il-Libja, ir-Renju Unit)

ICCAT, GFCM

 

SHENG JI QUN 3

Mhux magħruf

IOTC

20150028 [ICCAT]

SHUEN SIANG

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

 

SHUN LAI (isem preċedenti: HSIN JYI WANG No. 6)

Mhux magħruf

IOTC

20150029 [ICCAT]

SIN SHUN FA 6

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150030 [ICCAT]

SIN SHUN FA 67

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150031 [ICCAT]

SIN SHUN FA 8

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150032 [ICCAT]

SIN SHUN FA 9

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20050001 [ICCAT]

SOUTHERN STAR 136 (isem preċedenti: HSIANG CHANG)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: Saint Vincent u l-Grenadini)

ICCAT, GFCM

20150034 [ICCAT]

SRI FU FA 168

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150035 [ICCAT]

SRI FU FA 18

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150036 [ICCAT]

SRI FU FA 188

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150037 [ICCAT]

SRI FU FA 189

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150038 [ICCAT]

SRI FU FA 286

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150039 [ICCAT]

SRI FU FA 67

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20150040 [ICCAT]

SRI FU FA 888

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

9405 [IATTC]/20130010 [ICCAT]

TA FU 1

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa skont IATTC: il-Belize)

IATTC, ICCAT, GFCM

9179359

TAVRIDA (isem preċedenti: AURORA, PACIFIC CONQUEROR)

Ir-Russja (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Perù)

SPRFMO

6818930

TCHAW (ismijiet preċedenti skont CCAMLR: REX, CONDOR, INCA, VIKING, CISNE AZUL)

Mhux magħruf [skont CCAMLR, GFCM] (l-aħħar bnadar magħrufa skont CCAMLR, GFCM: it-Togo, il-Belize, is-Seychelles)

CCAMLR, SEAFO, GFCM

13568 [IATTC]/20130011 [ICCAT]

TCHING YE No. 6 (isem preċedenti skont ICCAT: EL DIRIA I)

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa skont IATTC, GFCM: il-Belize; l-aħħar bnadar magħrufa skont ICCAT: il-Belize, il-Costa Rica)

IATTC, ICCAT, GFCM

20150041 [ICCAT]

TIAN LUNG No.12

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

7321374

TRINITY (ismijiet preċedenti skont NAFO, SEAFO: ENXEMBRE, YUCUTAN BASIN, FONTE NOVA, JAWHARA; ismijiet preċedenti skont NEAFC: ENXEMBRE, YUCUTAN BASIN, FONTENOVA, JAWHARA)

Mhux magħruf [skont NAFO, NEAFC, SEAFO], il-Ghana [skont GFCM] (l-aħħar bnadar magħrufa skont NAFO: il-Ghana, il-Panama; l-aħħar bnadar magħrufa skont NEAFC: il-Ghana, il-Panama, il-Marokk)

NEAFC, NAFO, SEAFO, GFCM

 

VACHANAM

L-Indja

IOTC

8994295/129 [IATTC]/20130012 [ICCAT]

WEN TENG No. 688/MAHKOIA ABADI No. 196

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Belize)

IATTC, ICCAT, GFCM

 

WISDOM

L-Indja

IOTC

20140001 [ICCAT]/15579 [IATTC]

XIN SHI JI 16

Fiġi

ICCAT, IATTC

6607666

YELE [skont CCAMLR], RAY [skont GFCM, NEAFC, SEAFO] (ismijiet preċedenti skont CCAMLR: RAY, KILY, CONSTANT, TROPIC, ISLA GRACIOSA; ismijiet preċedenti skont GFCM: KILLY, TROPIC, CONSTANT, ISLA RACIOSA; ismijiet preċedenti skont NEAFC: KILLY, CONSTANT, TROPIC, ISLA GRACIOSA; ismijiet preċedenti skont SEAFO: KILLY, CONSTANT, TROPICS, ISLA GRACIOSA)

Sierra Leone [skont CCAMLR], il-Belize [skont NEAFC, SEAFO] (l-aħħar bnadar magħrufa skont CCAMLR: il-Belize, il-Guinea Ekwatorjali, l-Afrika t'Isfel; l-aħħar bnadar magħrufa skont NEAFC: l-Afrika t'Isfel, il-Guinea Ekwatorjali, il-Mongolja)

CCAMLR, NEAFC, SEAFO, GFCM

20150045 [ICCAT]

YI HONG 3

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

20130002 [ICCAT]

YU FONG 168

Tajpei Ċiniż

WCPFC, ICCAT, GFCM

20150048 [ICCAT]

YU FONG 168

Mhux magħruf

IOTC, ICCAT

2009002 [ICCAT]

YU MAAN WON

Mhux magħruf (l-aħħar bandiera magħrufa: il-Georgia)

IOTC, ICCAT, GFCM

 

YUTUNA 3 (ismijiet preċedenti: HUNG SHENG No. 166)

Mhux magħruf

IOTC

 

YUTUNA No.1

Mhux magħruf

IOTC

9319856/20150033 [ICCAT]

ZEMOUR 1 [skont CCAMLR, SEAFO], HUIQUAN/WUTAISHAN ANHUI 44 [skont GFCM], SONGHUA [skont ICCAT, IOTC] (ismijiet preċedenti skont CCAMLR: KADEI, SONGHUA, YUNNAN, NIHEWAN, HUIQUAN, WUTAISHAN ANHUI 44, YANGZI HUA 44, TROSKY, PALOMA V; isem preċedenti skont ICCAT, IOTC: YUNNAN; isem preċedenti skont SEAFO: SONGHUA)

Il-Mauritania [skont CCAMLR, SEAFO], it-Tanzanija [skont GFCM], Mhux magħruf [skont ICCAT, IOTC], il-Guinea Ekwatorjali [skont ICCAT] (l-aħħar bnadar magħrufa skont CCAMLR: il-Guinea Ekwatorjali, l-Indonezja, it-Tanzanija, il-Mongolja, il-Kambodja, in-Namibja, l-Urugwaj; l-aħħar bandiera magħrufa skont ICCAT, IOTC: il-Guinea Ekwatorjali)

CCAMLR, SEAFO, GFCM, IOTC, ICCAT

9042001/20150047 [ICCAT]

ZEMOUR 2 [skont CCAMLR, SEAFO], SHAANXI HENAN 33 [skont GFCM], YONGDING [skont ICCAT, IOTC] (ismijiet preċedenti skont CCAMLR: LUAMPA, YONGDING, CHENGDU, JIANGFENG, SHAANXI HENAN 33, XIONG NU BARU 33, DRACO I, LIBERTY, CHILBO SAN 33, HAMMER, SEO YANG No. 88, CARRAN; ismijiet preċedenti skont GFCM: XIONG NU BARU 33, LIBERTY, CHILBO SAN 33, HAMMER, CARRAN, DRACO-1; isem preċedenti skont ICCAT, IOTC: JIANGFENG; isem preċedenti skont SEAFO: YONDING)

Il-Mauritania [skont CCAMLR, SEAFO], it-Tanzanija [skont GFCM], Mhux magħruf [skont ICCAT], il-Guinea Ekwatorjali [skont ICCAT] (l-aħħar bnadar magħrufa skont CCAMLR: il-Guinea Ekwatorjali, l-Indoneżja, it-Tanzanija, il-Panama, Sierra Leone, il-Korea ta' Fuq (DPRK), it-Togo, ir-Repubblika tal-Korea, l-Urugwaj)

CCAMLR, SEAFO, GFCM, IOTC, ICCAT


(1)  l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

(2)  Għal kull informazzjoni oħra ara s-siti web tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs).


23.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2179

tat-22 ta' Novembru 2017

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Wara investigazzjoni tal-antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill impona, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 917/2011, (2) dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Il-miżuri ħadu l-forma ta' dazju ad valorem u l-livelli tad-dazju imposti varjaw minn 13,9 % (3) għal 36,5 % għall-produtturi li kkooperaw. Il-Kunsill impona wkoll rata ta' dazju ta' 69,7 % mal-pajjiż kollu fuq il-kumpaniji Ċiniżi li jew ma ddikjarawx ruħhom jew inkella ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

2.   Talba għal rieżami tal-iskadenza

(3)

Wara l-pubblikazzjoni ta' notifika ta' skadenza imminenti (4) tal-miżuri antidumping fis-seħħ, il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri dis-seħħ skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (“ir-Regolament bażiku”) (“it-talba”).

(4)

It-talba tressqet mill-European Ceramic Tile Manufacturers' Federation (“l-applikant” jew “CET”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-madum taċ-ċeramika tal-Unjoni.

(5)

It-talba kienet ibbażata fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri probabbilment tirriżulta f'kontinwazzjoni jew f'rikorrenza ta' dumping u f'kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

3.   Bidu ta' rieżami tal-iskadenza

(6)

Wara li stabbilixxiet li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, fit-13 ta' Settembru 2016, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (5) (“in-Notifika tal-Bidu”) il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

4.   Perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni

(7)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016 (il-“perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2013 sat-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

5.   Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

(8)

Il-Kummissjoni avżat lill-applikanti, produtturi oħrajn magħrufa tal-Unjoni, produtturi esportaturi fir-RPĊ, importaturi u kummerċjanti magħrufa, l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw il-produtturi tal-Unjoni u l-utenti u r-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi dwar il-bidu tar-rieżami tal-iskadenza.

(9)

Il-partijiet interessati ngħataw opportunità jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta ta' smigħ fiż-żmien stabbilit fin-Notifika tal-bidu.

(10)

Il-produtturi tal-Unjoni, irrappreżentati mill-applikant, ħadu din l-opportunità biex jitolbu li isimhom jibqa' kunfidenzjali għaliex beżgħu li jistgħu jiffaċċjaw ritaljazzjoni mill-klijenti jew mill-kompetituri implikati b'din l-investigazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni eżaminat individwalment il-mertu ta' kull waħda minn dawn it-talbiet għall-kunfidenzjalità. Stabbilixxiet li kien hemm tabilħaqq prova ta' possibbiltà sinifikanti ta' ritaljazzjoni f'kull każ u aċċettat li l-ismijiet ta' dawn il-kumpaniji ma jiġux żvelati.

(11)

Iċ-Chinese Chamber of Commerce of Metals, Minerals & Chemicals Importers & Exporters (“CCCMC”) talbet seduta ta' smigħ. Is-seduta ta' smigħ seħħet fis-6 ta' Diċembru 2016.

(12)

Fis-seduta ta' smigħ u fis-sottomissjonijiet sussegwenti l-CCCMC talbet aċċess sħiħ għall-kalkoli tal-marġini ta' dumping, l-effetti fuq il-prezzijiet, il-marġini ta' ħsara u l-indikaturi tal-ħsara, u kull informazzjoni oħra kunfidenzjali li l-kalkoli kienu bbażati fuqha. Il-CCCMC argumentat li l-avukati li jingħataw aċċess huma reġistrati mal-assoċjazzjoni tal-avukati Ewropea u huma soġġetti għal regoli stretti u li d-divulgazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali lill-klijenti tagħhom tirriżulta f'azzjonijiet dixxiplinari severi, inkluża t-tneħħija mill-elenku tal-avukati u azzjoni kriminali potenzjali. Għalhekk, il-CCCMC argumentat li l-aċċess għall-fajl kunfidenzjali mhux se jikser l-obbligu tal-Kummissjoni li tipproteġi l-informazzjoni kunfidenzjali filwaqt li tippermetti eżerċizzju effettiv tad-drittijiet ta' difiża.

(13)

L-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku jistipula li l-Kummissjoni ma għandha tiżvela l-ebda informazzjoni li hija ta' natura kunfidenzjali mingħajr il-permess speċifiku mill-fornitur tat-tali informazzjoni. Dan ma jipprevedix li kwalunkwe parti oħra, inklużi l-avukati rreġistrati f'assoċjazzjoni tal-avukati tal-Ewropa, tingħata aċċess. Barra dan, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tgħid li l-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża għandhom ikunu, fejn meħtieġ, rikonċiljati mal-prinċipju ta' kunfidenzjalità li huwa stipulat b'mod speċifiku fl-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku (6). Filwaqt li dik ir-rikonċiljazzjoni tippermetti r-riċeviment ta' sommarji mhux kunfidenzjali ta' informazzjoni bħal din (mwettqa, pereżempju, fil-forma ta' meded u/jew elementi indiċjati ta' informazzjoni) fejn dik l-informazzjoni ma twassalx għal divulgazzjoni ta' sigrieti tan-negozju, din mhijiex assoluta. Għaldaqstant, u filwaqt li l-CCCMC setgħet ingħatat aċċess għal, pereżempju, meded u/jew elementi indiċjati tal-informazzjoni mitluba, id-divulgazzjoni totali ta' dik l-informazzjoni ma tqisitx rikonċiljabbli mad-dover ta' protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali. Bl-istess mod, u minħabba li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma pprevedix din l-eċċezzjoni fir-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset li l-fatt li l-avukati rreġistrati fl-assoċjazzjoni tal-avukati Ewropea huma soġġetti għal regoli stretti u huma potenzjalment soġġetti għal sanzjonijiet jekk jiksru dawn ir-regoli, xorta waħda ma jippermettix lis-servizzi tal-Kummissjoni jagħtu aċċess li jmur kontra l-leġiżlazzjoni applikabbli. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali minn avukati reġistrati ma' assoċjazzjoni tal-avukati Ewropea ma jistax jingħata. Fi kwalunkwe każ, element addizzjonali għas-salvagwardja, f'dan ir-rigward, tad-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati, huwa l-possibbiltà li jsir rikors għand l-Uffiċjal tas-Seduta fil-Proċedimenti Kummerċjali skont l-Artikolu 15 tat-termini ta' referenza tiegħu (7) li ma ddubitax il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kunfidenzjalità. Għalhekk il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni mogħtija fid-dokumenti divulgati kienet biżżejjed biex tissodisfa id-drittijiet ta' difiża.

5.1.   Kampjunar

(14)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista' tieħu kampjun tal-partijiet interessati, f'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

5.2.   Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(15)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant, il-Kummissjoni sabet li l-industrija taċ-ċeramika tar-RPĊ kienet fil-biċċa l-kbira frammentata b'1 452 produttur fl-2014. Għalhekk, minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ, fin-Notifika ta' Bidu kien previst li jsir kampjunar.

(16)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Bħala total, l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu ntbagħtet lil 119-il kumpanija fir-RPĊ.

(17)

Dsatax-il produttur jew grupp ta' produtturi fir-RPĊ pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Minħabba l-għadd ta' kumpaniji li setgħu jippreżentaw ruħhom, din tqieset bħala kooperazzjoni baxxa. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet b'mod provviżorju kampjun ta' erba' gruppi ta' produtturi esportaturi abbażi tal-volum iddikjarat ta' esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami u l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom li tista' tiġi raġjonevolment investigata fil-ħin disponibbli. Wara d-divulgazzjoni lill-partijiet interessati ta' dan il-kampjun provviżorju, il-grupp ta' produtturi esportaturi bl-ikbar kapaċità tal-produzzjoni ma baqax jikkoopera. Għalhekk, il-kampjun propost kien emendat billi ġie miżjud il-produttur esportatur bit-tieni l-ikbar kapaċità tal-produzzjoni. Wara d-divulgazzjoni tal-kampjun emendat lill-partijiet interessati, ma wasal l-ebda kumment. Għalhekk, il-proposta tal-kampjunar ġiet ikkonfermata skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku.

(18)

L-erba' gruppi inklużi fil-kampjun ta' produtturi esportaturi kellhom produzzjoni annwali ta' 55 miljun m2 tal-prodott ikkonċernat, li jirrappreżenta madwar 34 % tal-produzzjoni u l-bejgħ kumplessiv lill-Unjoni ddikjarati tal-produtturi esportaturi jew gruppi ta' produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat li kkooperaw. L-erba' gruppi inklużi fil-kampjun koprew madwar 8 % tat-total tal-esportazzjonijiet Ċiniżi skont il-Eurostat fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

5.3.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(19)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hi kienet għażlet provviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-ikbar volum rappreżentattiv tal-bejgħ u l-produzzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-firxa ġeografika kif ukoll tal-frammentazzjoni għolja tal-industrija tal-madum taċ-ċeramika b'konformità mal-metodoloġija spjegata hawn taħt fil-premessi (20) sa (21).

(20)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-settur tal-madum taċ-ċeramika huwa frammentat ħafna. Għalhekk, sabiex tiżgura li r-riżultati tal-kumpaniji l-kbar ma jiddominawx l-analiżi tal-ħsara u sabiex tiżgura li s-sitwazzjoni tal-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju, li jammontaw b'mod kollettiv għall-ikbar sehem tal-produzzjoni tal-Unjoni, ikunu riflessi kif xieraq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi tliet segmenti fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni annwali.

Segment 1: kumpaniji kbar – produzzjoni li taqbeż 10 miljun m2,

Segment 2: kumpaniji ta' daqs medju – produzzjoni bejn 5 u 10 miljun m2,

Segment 3: kumpaniji żgħar – produzzjoni taħt 5 miljun m2.

(21)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni ma żvelat ebda bidla fis-suq tal-madum taċ-ċeramika, li baqa' frammentat, u għalhekk iddominat minn produtturi żgħar tal-Unjoni għall-kuntrarju ta' produtturi ikbar li jistgħu jinfluwenzaw id-direzzjoni tas-suq. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-frammentazzjoni għolja tas-settur tal-madum taċ-ċeramika għandha tingħata kunsiderazzjoni wkoll fir-rieżami tal-iskadenza attwali. Għalhekk, iddeċidiet li tapplika l-istess metodoloġija għall-għażla tal-kampjun bħal dik fl-investigazzjoni oriġinali u qieset li s-segmenti kollha, jiġifieri kumpaniji żgħar, ta' daqs medju u kbar għandhom ikunu rrappreżentanti fil-kampjun.

(22)

Dan il-kampjun provviżorju kien jikkonsisti f'disa' produtturi mill-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni kampjunati kienu jammontaw għal aktar minn 8,5 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni fl-2015. Kumpaniji mit-tliet setturi kollha kienu rappreżentati: Żewġ kumpaniji kienu mis-segment ta' kumpaniji kbar, tliet kumpaniji kienu mis-segment ta' kumpaniji ta' daqs medju u erba' kumpaniji kienu mis-segment ta' kumpaniji żgħar. Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun kienu jinsabu fil-Ġermanja, fl-Italja, fil-Polonja, fil-Portugall u fi Spanja.

(23)

Sabiex tirrifletti s-sitwazzjonijiet differenti li wieħed jista' jitlaqa' magħhom fl-Unjoni fl-Istati Membri differenti, meta għażlet il-kampjun, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll il-firxa ġeografika (ara l-premessa 19). Il-kampjun għalhekk kopra l-Istati Membri fejn tinsab madwar 90 % tal-produzzjoni. Għalhekk, il-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni żgurat li l-kampjun kien rappreżentattiv tal-produzzjoni tal-Unjoni b'mod ġenerali u li jikkonforma mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku.

(24)

Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment sal-iskadenza u għaldaqstant il-kampjun provviżorju kien ikkonfermat. Il-kampjun tqies li kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

(25)

Fit-28 ta' Ottubru 2016, 11-il ġurnata wara li tħabbar il-kampjun finali, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-produttur Pollakk, informa lill-Kummissjoni li kien iddeċieda li ma jibqax jikkoopera fl-investigazzjoni. Sabiex dan ma jkollux impatt fuq ir-rappreżentattività tal-kampjun, il-Kummissjoni ddeċidiet li tissostitwixxi l-kumpanija bi produttur ieħor tal-Unjoni mill-istess segment tas-suq u informat lill-partijiet kollha interessati dwar il-bidla fil-kampjun. Il-kampjun il-ġdid jgħodd għal 7,7 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. Il-kampjun il-ġdid kopra l-Istati Membri fejn tinsab madwar 80 % tal-produzzjoni. Is-sostituzzjoni tal-kumpanija li ma kkooperatx b'kumpanija mill-istess segment tas-suq saret biex jiġi żgurat li l-kampjun finali jibqa' rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni, anke jekk in-nuqqas ta' kooperazzjoni mhux mistenni tal-ewwel kumpanja naqqas invarjabbilment ir-rappreżentattività tal-produzzjoni totali tal-Unjoni.

5.4.   Il-kampjunar ta' importaturi mhux relatati

(26)

Biex ikun deċiż jekk kienx hemm bżonn ta' kampjunar u, jekk dan ikun il-każ, li jittieħed kampjun, l-importaturi/utenti magħrufa kollha (aktar minn elf b'kollox) ġew mistiedna jimlew il-formola tal-kampjunar mehmuża man-Notifika ta' Bidu.

(27)

Ħdax-il kumpanija wieġbu għall-formola tal-kampjunar. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħżel erba' kumpaniji. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun tal-importaturi mhux relatati abbażi tad-daqs tal-importazzjonijiet filwaqt li qieset il-firxa ġeografika. L-importaturi kampjunati kienu jinsabu fil-Belġju, fid-Danimarka u fil-Ġermanja. L-importaturi mhux relatati kampjunati ammontaw għal madwar 6,5 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ.

(28)

Fit-30 ta' Novembru 2016, wieħed mill-importaturi mhux relatati kampjunati informa lill-Kummissjoni li kien iddeċieda li ma jibqax jikkoopera fl-investigazzjoni. Il-kampjun finali tal-importaturi mhux relatati kien jikkonsisti għalhekk minn tliet importaturi mhux relatati. Dawn xorta kienu ammontaw għal madwar 6 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. Il-kampjun finali għalhekk tqies bħala rappreżentattiv.

6.   Kwestjonarji u żjarat ta' verifika

(29)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja biex tiġi determinata l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dumping, tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' ħsara, u l-interess tal-Unjoni.

(30)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-erba' produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, liż-żewġ produtturi fil-pajjiż analogu, lid-disa' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lill-erba' importaturi mhux relatati li ppreżentaw ruħhom fl-eżerċizzjoni tal-ikkampjunar. Wara li bagħtet il-kwestjonarju, wieħed mill-gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u importatur wieħed mhux relatat inkluż fil-kampjun irtiraw il-kooperazzjoni tagħhom (ara l-premessi (17) u (25) rispettivament).

(31)

Tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju wasslu minn tliet grupp ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, żewġ produtturi tal-pajjiż analogu, id-disa' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u t-tliet importaturi mhux relatati.

(32)

Il-Kummissjoni wettqet verifiki fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Unjoni:

Saru żjarat ta' verifika fil-bini tad-disa' produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun (8);

(b)

L-importatur:

Enmon GmbH;

(c)

Produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat:

Foshan Shiwan Eagle group, il-Belt ta' Foshan, Provinċja ta' Guangdong, RPĊ,

Guangdong Bode Fine Building Group, il-Belt ta' Foshan, Provinċja ta' Guangdong, RPĊ,

Guangdong Kaiping Tile's building Materials, il-Belt ta' Kaiping, Provinċja ta' Guangdong, RPĊ,

(d)

Il-produtturi fil-pajjiż analogu

Del Conca, Loudon, Tennessee, l-Istati Uniti

Florida Tiles, Lexington, Kentucky, l-Istati Uniti.

7.   Żvelar

(33)

Fit-2 ta' Awwissu 2017, il-Kummissjoni żvelat lill-partijiet interessati kollha l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali tal-investigazzjoni u stednithom jissottomettu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċeduri kummerċjali sa mhux aktar tard mit-3 ta' Settembru 2017.

(34)

Tliet produtturi esportaturi Ċiniżi, is-CCCMC, importatur wieħed mill-Unjoni u l-applikant ressqu l-kummenti tagħhom wara l-iżvelar, u saret seduta ta' smigħ bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u s-CCCMC fit-22 ta' Settembru 2017.

(35)

Permezz tal-ittri tas-17 ta' Awwissu 2017 u tas-6 ta' Settembru 2017, is-CCCMC talbet lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni dwar għadd ta' elementi relatati tal-kalkoli tad-dumping u tal-ħsara, flimkien mal-informazzjoni li tinsab fil-fajl miftuħ u żvelata lill-partijiet interessati. Is-CCCMC iddikjarat li minħabba li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi din l-informazzjoni, la s-CCCMC, u lanqas mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kienu f'pożizzjoni li jeżerċitaw kompletament id-drittijiet ta' difiża tagħhom.

(36)

Il-Kummissjoni analizzat individwalment kull biċċa informazzjoni mitluba mis-CCCMC. Hija pprovdiet l-informazzjoni kollha permezz tal-ittri tal-25 ta' Awwissu 2017 u l-20 ta' Settembru 2017 li s-CCCMC, jew li l-produtturi esportaturi Ċiniżi li jesportaw direttament, pereżempju lista ta' tipi ta' prodott prodotti mill-industrija tal-Unjoni jew dettalji dwar l-aġġustamenti użati għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, bl-eċċezzjoni ta' informazzjoni li ma kinitx teżisti, ma kinitx parti mill-fajl, jew kienet kunfidenzjali. Fejn l-informazzjoni ma kinitx teżisti, ma kinitx parti mill-fajl, jew meqjusa kunfidenzjali, il-Kummissjoni tat ir-raġunijiet xierqa għaċ-ċaħda. B'mod partikolari, il-Kummissjoni ma wettqitx kalkoli aggregati kumplessivi tat-twaqqigħ tal-prezz u kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz skont in-numru tal-kontroll tal-prodott (“PCN” jew “tip ta' prodott”) (minflok skont il-produttur esportatur). Għaldaqstant, din l-informazzjoni ma kinitx parti mill-fajl. Il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li s-CCCMC kienet kapaċi teżerċita d-drittijiet tagħha ta' difiża b'mod suffiċjenti mingħajr aċċess għal din l-informazzjoni.

(37)

Għal dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni kunfidenzjali, bħall-prezzijiet u l-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni skont il-PCN pereżempju, il-Kummissjoni fakkret li hija kienet taħt l-obbligu li tipproteġi din l-informazzjoni skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk il-Kummissjoni kkunsidrat li l-fajl miftuħ tal-każ, li kien disponibbli għall-partijiet, inkluż għas-CCCMC, kien fih l-informazzjoni kollha rilevanti għall-preżentazzjoni tal-każijiet tagħhom u użata fl-investigazzjoni. Meta informazzjoni tqieset kunfidenzjali, il-fajl miftuħ kien fih sommarji sinifikattivi tagħha. Il-partijiet interessati kollha, inklużi s-CCCMC kellhom aċċess għall-fajl miftuħ u setgħu jikkonsultawh.

(38)

Fi ftit kliem, il-Kummissjoni b'hekk ikkunsidrat li l-partijiet kollha, inkluż is-CCCMC, ingħataw l-opportunità jeżerċitaw id-drittijiet ta' difiża tagħhom bis-sħiħ. Il-Kummissjoni għalhekk ma laqgħetx din l-affermazzjoni.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-Prodott ikkonċernat

(39)

Il-prodott ikkonċernat huwa ċangaturi u ċangar, madum għall-qigħan tal-fuklari jew għall-ħitan, taċ-ċeramika gglejżjata jew mhix igglejżjata; kubi tal-możajk igglejżjati jew mhux igglejżjati u simili, kemm jekk fuq fond jew le (“il-prodott ikkonċernat”), li fil-preżent jaqgħu fil-Kodiċi HS 6907. Il-kodiċi HS t'hawn fuq huwa validu sa mill-1 ta' Jannar 2017 u jissostitwixxi l-kodiċijiet NM 6907 10 00, 6907 90 20, 6907 90 80, 6908 10 00, 6908 90 11, 6908 90 20, 6908 90 31, 6908 90 51, 6908 90 91, 6908 90 93 u 6908 90 99 imsemmija fl-investigazzjoni oriġinali u fin-Notifika tal-Bidu tal-proċedura kurrenti.

(40)

Il-madum taċ-ċeramika jintuża l-aktar fl-industrija tal-kostruzzjoni għall-kisi ta' ħitan u pavimenti.

2.   Il-prodott simili

(41)

Il-prodott ikkonċernat u l-madum taċ-ċeramika prodott u mibjugħ fir-RPĊ, fis-suq domestiku tal-Istati Uniti tal-Amerika (“USA”), il-pajjiż analogu, kif ukoll il-madum taċ-ċeramika prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni nstabu li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u użi.

(42)

Wara l-iżvelar, is-CCCMC talbet lill-Kummissjoni biex tipprovdi deskrizzjoni aktar dettaljata tat-tipi ta' prodott differenti tal-produtturi tal-Unjoni u tal-produtturi fil-pajjiż analogu li kienu inklużi f'numru ta' kontroll ta' prodott partikolari. Huwa stqarr li jista' jkun hemm differenzi bejn it-tip ta' prodott manifatturat mill-industrija tal-Unjoni, mill-industrija tal-pajjiż analogu u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li ma kinux rifless fil-PCN u li la mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-CCCMC ma kienu jafu bihom. Is-CCCMC ġabet l-argument f'rabta mal-prezz ta' paragun għall-iskop kemm tal-analiżi tad-dumping kif ukoll tal-ħsara, fejn argumentat li mingħajr l-informazzjoni ma kinitx f'pożizzjoni li titlob aġġustamenti meta kien hemm bżonn u, għalhekk, li teżerċita id-drittijiet tad-difiża tagħha bis-sħiħ (ara l-premessi (81) sa (83) u (120) sa (122)).

(43)

Madankollu, kif spjegat il-Kummissjoni lis-CCCMC fl-ittra tal-20 ta' Settembru 2017, hija ma kellhiex deskrizzjonijiet aktar dettaljati tat-tipi differenti tal-prodott fl-istess PCN partikolari u lanqas ma kellha xi raġuni biex tikkunsidra li kienu jeżistu xi differenzi f'xi PCN partikolari. Kif spjegat fil-premessa (45) hawn taħt, ġie meqjus li l-karatteristiċi ta' kull PCN kienu ddettaljati biżżejjed sabiex ikopri d-differenzi bejn it-tipi differenti ta' prodotti. Is-CCCMC lanqas ma pprovdiet argumenti li deskrizzjoni jew distinzjoni aktar dettaljata kienet meħtieġa. Il-Kummissjoni għalhekk ma laqgħetx din l-affermazzjoni.

(44)

Is-CCCMC qalet ukoll li peress li l-madum taċ-ċeramika jinkludi għadd kbir ta' prodotti, il-Kummissjoni missha ġabret informazzjoni dwar it-tipi ta' prodotti importati mill-RPĊ u tipi tal-prodott manifatturat mill-industrija tal-Unjoni, u biex twettaq analiżi għal kull (grupp ta') tip ta' prodotti (segmenti).

(45)

Biex jiġi ddefinit il-prodott ikkonċernat u li jkun hemm distinzjoni bejn tipi differenti ta' prodotti, il-Kummissjoni użat seba' karatteristiċi li jiddeskrivu karatteristiċi fiżiċi bħalma huma l-assorbiment tal-ilma, l-irfinar (jekk l-madum hux iggleżjat jew le, misjur darba jew darbtejn, ikkuluriti jew le, rettifikat jew le), id-daqs u l-istandards tal-kwalità. Dawn l-istess karatteristiċi diġà ntużw fl-investigazzjoni oriġinali. L-ebda parti oħra ma qalet li dawn ma jirriflettux id-differenzi kollha bejn it-tipi differenti ta' prodotti, u li l-istess tip ta' prodott manifatturat fl-Unjoni kien differenti mill-istess tip ta' prodott manifatturat fir-RPĊ. Is-CCCMC lanqas ma pprovdiet informazzjoni dwar liema karatteristiċi oħrajn jistgħu jkunu meħtieġa għal din il-kwistjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni sostniet li l-karatteristiċi ta' kull PCN kienu dettaljati biżżejjed sabiex ikopru d-differenzi bejn it-tipi differenti tal-prodott, u dan jippermetti paragun ġust tal-prodott (u tal-prezz).

(46)

Barra minn hekk, fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti tipi ta' prodotti kien jistħoqqilhom li jiġu raggruppati f'segment u analizzati b'mod separat, il-Kummissjoni ma sabet ebda bażi oġġettiva biex tagħmel dawn is-segmenti, għajr id-differenzi koperti mill-PNC. Hija nnotat ukoll li ma kienx hemm gruppi ta' prodotti distinti fl-investigazzjoni oriġinali. Barra minn hekk, is-CCCMC ma ssostanzjatx it-talba tagħha bi proposta konkreta u l-ebda parti oħra ma sostniet li kien meħtieġ u ġustifikat raggruppar ta' xi tipi ta' prodotti. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni kkunsidrat li analiżi skont il-PCN kienet iktar dettaljata minn analiżi skont is-segment li jiġbor ċerti PCNs flimkien, u għalhekk, kienet aktar xierqa. Il-Kummissjoni għalhekk ma laqgħetx din l-affermazzjoni.

(47)

Għalhekk, fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq u fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, il-Kummissjoni sostniet li dawn il-prodotti huma simili fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   IL-PROBABBILTÀ TA' TKOMPLIJA JEW TA' RIKORRENZA TAD-DUMPING

1.   Kummenti preliminari

(48)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk ikunx probabbli li l-iskadenza tal-miżuri eżistenti twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping mill-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(49)

Id-dsatax-il produttur esportatur jew gruppi ta' produtturi esportaturi wieġbu għall-formola tal-kampjunar. Il-volum iddikjarat ta' esportazzjonijiet ta' madum taċ-ċeramika lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi li kkoperaw kien ta' madwar 1,7 miljun m2 fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami li jikkorrispondi għal madwar 11 % tal-volumi totali ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina rreġistrati mill-Eurostat għall-istess perjodu. Il-kapaċità tal-produzzjoni totali ddikjarata tal-produtturi esportaturi jew tal-gruppi ta' produtturi esportaturi li kkoperaw jammonta għal 207 miljuni m2 li huwa madwar 1,5 % tal-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża totali stmata (stima ta' 13,9-il biljun m2 fl-2015). Aktar dettalji dwar il-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ jinsabu fit-taqsima 3(a) aktar 'l isfel.

(50)

Il-Kummissjoni għalhekk ivvalutat il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza tad-dumping b'referenza għad-dejta pprovduta minn dawn it-tliet gruppi ta' kumpaniji.

2.   Dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami

(a)   Il-pajjiż analogu

(51)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kellu jiġi determinat abbażi tal-prezzijiet imħallsa jew pagabbli fis-suq domestiku jew il-valur maħdum f'pajjiż terz xieraq b'ekonomija tas-suq (il-“pajjiż analogu”).

(52)

Il-CCCMC ikkontestat il-metodoloġija tal-pajjiż analogu stess biex jiġi stabbilit il-valur normali, u qal li t-Taqsima 15 tal-Protokoll tal-Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO kienet skadiet wara l-11 ta' Diċembru 2016. Għaldaqstant, skont il-CCCMC, il-valur normali għall-produtturi esportaturi Ċiniżi għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-prezzijiet u/jew il-kostijiet domestiċi tagħhom. Wara l-iżvelar, is-CCCMC tenniet din l-affermazzjoni.

(53)

Il-Kummissjoni fakkret li l-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha ngħataw l-opportunità jissottomettu formoli ta' talba għal MET (Trattament ta' Ekonomija tas-Suq) sabiex ikunu jistgħu jsiru kalkoli individwali tal-marġni tad-dumping. Ħadd minn dawn l-esportaturi ma uża dik il-possibbiltà. Għalhekk, skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tad-dejta minn pajjiż analogu. Dan l-argument għalhekk ġie rifjutat.

(54)

Fl-investigazzjoni oriġinali, l-Istati Uniti tal-Amerika ntużaw bħala l-pajjiż analogu għall-fini li jkun stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-RPĊ.

(55)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li hija kellha l-ħsieb tuża lill-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-pajjiż analogu u stiednet lill-partijiet biex jikkummentaw. Barra minn hekk, in-Notifika tal-Bidu semmiet li jista' hemm produtturi oħra tal-ekonomija tas-suq, fost oħrajn, fit-Turkija, l-Emirati Għarab Magħquda (l-UAE), l-Indja u l-Brażil u se jiġu eżaminati ukoll.

(56)

Is-CCCMC qajmet tħassib dwar l-adegwatezza tal-Istati Uniti tal-Amerka bħala l-pajjiż analogu wara li l-każ kien inbeda. Dan qies li l-Istati Uniti tal-Amerika ma kienx pajjiż analogu xieraq u allega li kien hemm disparità fl-iżvilupp ekonomiku bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti tal-Amerika u konsum baxx ta' madum taċ-ċeramika għas-suq tal-pavimentar fl-Istati Uniti tal-Amerika. Is-CCCMC esprimiet li l-għażla tal-Brażil, l-Indja, il-Messiku u t-Turkija bħala pajjiż analogu jkun aktar xieraq, billi dawk il-pajjiżi u r-RPĊ kienu simili f'termini ta' livell ta' żvilupp u kellhom konsum domestiku komparabbli.

(57)

Rigward l-Istati Uniti tal-Amerika, is-CET sostniet li kien hemm livell għoli ta' kompetizzjoni fis-suq domestiku fost firxa wiesgħa ta' prodotti, kompletament komparabbli ma' dawk esportati mir-RPĊ. Barra minn hekk, argumentat li l-aċċess għall-materja prima u għar-riżorsi tal-enerġija kien simili bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u r-RPĊ u li l-kwantitajiet mibjugħin fis-suq domestiku tal-Istati Uniti tal-Amerika kienu jagħmlu l-Istati Uniti għażla rappreżentattiva ta' pajjiż analogu.

(58)

Wara dawn il-kummenti, il-Kummissjoni kkuntattjat ir-rappreżentazzjonijiet tal-pajjiżi msemmija hawn fuq flimkien mal-pajjiżi bl-ogħla volumi ta' importazzjoni tal-madum taċ-ċeramika lejn l-Unjoni, sabiex titlob għall-għajnuna tagħhom fl-identifikazzjoni tal-produtturi fil-pajjiżi rispettivi tagħhom li setgħu jiġu mistiedna jikkooperaw bħala produttur ta' pajjiż analogu. Barra dan, intbagħtu talbiet għal kooperazzjoni lill-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi magħrufin tal-pajjiż analogu.

(59)

Għaxar produtturi esprimew ir-rieda tagħhom li jikkooperaw mal-investigazzjoni. Dawn kienu jinsabu fl-Istati Uniti tal-Amerika (3), fil-Brażil (2) u fl-Indja (5), rispettivament. Il-Kummissjoni bagħtitilhom il-kwestjonarju għall-pajjiż analogu fl-20 ta' Jannar 2017. Ma waslet l-ebda tweġiba mill-Indja. Għall-produtturi esportaturi mill-Brażil, produttur wieħed ma weġibx u t-tieni wieħed irtira mill-kooperazzjoni tiegħu. Mill-Istati Uniti, produttur wieħed irtira l-kooperazzjoni tiegħu u żewġ produtturi mlew il-kwestjonarju.

(60)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Istati Uniti kellhom produzzjoni sinifikanti u livell sodisfaċenti ta' kompetizzjoni fis-suq domestiku tagħhom. Il-konsum domestiku tal-Istati Uniti kien ta' madwar 254 miljun m2. Kien hemm mill-anqas 28 produttur domestiku. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet jirrappreżentaw 68 % tal-konsum, li joriġina l-aktar mir-RPĊ (minn volum totali ta' importazzjoni ta' 49 miljun m2). Minbarra d-dazju doganali ta' 8,5 %-10 % ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-importazzjoni fis-seħħ. Il-produtturi tal-Istati Uniti użaw proċess ta' produzzjoni simili ta' dak użat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun. Il-produtturi li kkooperaw tal-Istati Uniti rrapportaw bejgħ domestiku ta' 2,0 u 2,9 miljun m2 rispettivament.

(61)

Wara l-iżvelar, is-CCCMC iddikjarat li l-Istati Uniti tal-Amerika huma fi kwalunkwe każ mhux pajjiż analogu xieraq u li l-Kummissjoni ma użatx pajjiż fejn il-prezz għal prodott simili jiġi fformat f'ċirkustanzi li jkunu simili kemm jista' jkun għal dawk tal-pajjiż tal-esportazzjoni.

(62)

Fir-rigward ta' din it-talba, l-ewwel nett huwa fakkar li l-Kummissjoni kkuntattjat lir-rappreżentanzi uffiċjali u/jew lill-produtturi li jinsabu fil-Brażil, l-Indja, l-Indoneżja, il-Malasja, il-Messiku, ir-Russja, is-Serbja, it-Tajlandja, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Ukraina u l-Istati Uniti tal-Amerika. Madankollu, kif deskritt fil-premessa (59), żewġ produtturi biss ikkooperaw.

(63)

Kif imsemmi fil-premessa (60), l-Istati Uniti tqiesu pajjiż adatt bħala pajjiż analogu għaliex, l-Istati Uniti kellhom produzzjoni, konsum u livell sodisfaċenti ta' kompetizzjoni fis-suq domestiku tagħhom. L-affermazzjoni ġiet għalhekk irrifjutata.

(64)

Wara l-iżvelar, importatur wieħed qajjem tħassib dwar l-għażla ta' żewġ produtturi mill-US b'rabta ma' produttur mill-Unjoni u l-istabbiliment tal-valur normali għar-RPĊ fuq il-bażi ta' dawn iż-żewġ produtturi. Għaldaqstant, l-oġġettività tad-dejta miġbura mingħand dawn il-produtturi tista' tkun dubjuża.

(65)

Il-Kummissjoni osservat li anki jekk produttur fil-pajjiż analogu huwa relatat ma' produtturi mill-Unjoni, rabta bħal din la tinvalida u lanqas taffettwa d-determinazzjoni tal-valur normali (9).

(66)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq u fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Istati Uniti huma pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(b)   Il-valur normali

(67)

L-informazzjoni riċevuta miż-żewġ produtturi li kkooperaw fil-pajjiż analogu ntużat bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali.

(68)

B'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti li sar mill-produtturi li kkooperaw tal-pajjiż analogu matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kienx rappreżentattiv. Għal dan il-għan, il-volumi totali ta' bejgħ tagħhom ġew ipparagunati mal-volum totali tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni minn kull produttur esportatur Ċiniż li kien inkluż fil-kampjun. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonstatat li l-prodott simili kien jinbiegħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku tal-Istati Uniti.

(69)

Imbagħad, abbażi tat-tip ta' prodott, il-Kummissjoni għamlet paragun bejn il-volum ta' bejgħ fis-suq tal-Istati Uniti u l-volumi ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni minn kull produttur esportatur Ċiniż li kien inkluż fil-kampjun. Dan il-paragun wera li żewġ tipi ta' prodott direttament paragunabbli ma kinux qed jinbiegħu fi kwantitajiet rappreżentattivi fl-Istati Uniti. Għalhekk, il-valur normali ta' dawn iż-żewġ tipi ta' prodotti kien maħdum fuq il-bażi tal-SG&A tagħhom stess, il-profitt u l-aġġustamenti li nstabu fil-kors ordinarju tal-kummerċ.

(70)

Wara l-iżvelar, is-CCCMC affermat li ma jagħmilx sens li jitqabblu l-volum tal-bejgħ mill-produtturi tal-pajjiż analogu fis-suq domestiku tagħhom mal-volum tal-bejgħ esportat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, għax dawn bl-ebda mod mhuma relatati ma' xulxin. Għalhekk, l-analiżi li għamlet il-Kummissjoni ma tgħid xejn dwar ir-rappreżentattività tal-bejgħ domestiku tal-Istati Uniti għal dawn it-tipi ta' prodotti.

(71)

B'analoġija għas-sitwazzjoni ta' kalkolu ta' dumping f'ekonomiji tas-suq, il-Kummissjoni vverifikat jekk it-tranżazzjonijiet sarux fi kwantitajiet suffiċjenti fil-livell tat-tip individwali tal-prodott skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Peress li dawn iż-żewġ tipi ta' prodotti kienu jirrappreżentaw rispettivament 0,70 % u 0,09 % ta' bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-bejgħ domestiku tal-Istati Uniti ma kienx rappreżentattiv u l-valur ħadmet il-valur normali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-metodoloġija użata ma kellhiex impatt fuq it-twaqqif tal-marġni tad-dumping. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(72)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon ta' bejgħ bi profitt lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku li fil-fatt sar għall-kalkolu tal-valur normali skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(73)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku reali għal kull tip ta' prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ hux profittabbli jew le, jekk:

il-volum tal-bejgħ tat-tip ta' prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett li huwa daqs jew ogħla mill-ispiża kkalkolata ta' produzzjoni, jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip ta' prodott; u

il-prezz tal-bejgħ medju ponderat ta' dak it-tip ta' prodott huwa daqs jew ogħla mill-ispiża tal-produzzjoni għal kull unità.

(74)

F'dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip ta' prodott matul il-PI.

(75)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku reali għal kull tip ta' prodott, tal-bejgħ domestiku bi profitt biss tat-tipi ta' prodott matul il-PI, jekk:

il-volum tal-bejgħ bi profitt tat-tip tal-prodott jirrappreżenta 80 % jew inqas mill-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip; jew

il-prezz medju ponderat ta' dan it-tip ta' prodott huwa inqas mill-ispiża tal-produzzjoni għal kull unità.

(76)

L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li l-valuri normali ta' 10 tipi ta' prodotti kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-metodu msemmi fil-premessa (74) u 7 tipi ta' prodotti fuq il-bażi tal-metodi msemmi fil-premessa (75).

(77)

Il-produtturi mill-Istati Uniti li kkoperaw irrapportaw bħala total sbatax-il tip ta' prodott filwaqt li l-produtturi esportaturi li kkoperaw Ċiniżi rrapportaw bħala total ħmistax-il tip ta' prodott. Madankollu, il-paragun bejn it-tipi ta' prodotti esportati miċ-Ċiniżi u dawk mibjugħin mill-produtturi tal-Istati Uniti żvela li kien hemm tqabbil dirett bejn żewġ tipi ta' prodotti biss. L-għadd limitat ta' tipi ta' prodotti li jaqblu kien spjegat mid-definizzjoni pjuttost kumplessa tat-tipi ta' prodotti li tinvolvi seba' karatteristiċi u 672 kombinazzjoni possibbli (li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, proċellana/mhux porċellana, seba' tipi ta' uċuħ tax-xogħol, il-preżenza ta' glejżing singolu/doppju jew bla glejżing). Minħabba li huwa rekwiżit li jiġi kkunsidrat 100 % tal-bejgħ għall-esportazzjoni fil-kalkoli tad-dumping, għal skopijiet ta' tqabbil, kellhom isiru xi aġġustamenti.

(78)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżid il-paragunabbiltà billi taħdem il-valuri normali ta' tipi ta' prodotti addizzjonali. F'dan ir-rigward, huwa mfakkar li l-produtturi esportaturi li kkoperaw Ċiniżi jbigħu żewġ tipi ta' prodotti mhux tal-porċellana lill-Unjoni (li jirrappreżentaw madwar 6 % tal-kwantità totali esportata lejn l-Unjoni). Il-produtturi tal-pajjiż analogu tal-Istati Uniti, madankollu, ma pproduċewx tali tipi ta' prodotti mhux tal-porċellana, Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li taħdem il-kostijiet tal-manifattura għat-tipi ta' prodotti mhux tal-porċellana billi tipparaguna l-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni għall-porċellana u għal mhux tal-porċellana. Il-kost tal-manifattura għat-tipi ta' prodotti mhux tal-porċellana nstab li huwa 30 % inqas minn dak tat-tipi ta' prodotti tal-porċellana. Il-proporzjon miksub kien applikat għas-sbatax-il tip ta' prodott irrapportat mill-produtturi tal-Istati Uniti sabiex dawn jiġu mqabblin mat-tipi ta' prodotti rrapportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(79)

Rigward il-madum taċ-ċeramika mhux igglejżjat, il-produtturi esportaturi Ċiniżi rrapportaw il-bejgħ tagħhom (erba' tipi ta' prodotti li jirrappreżentaw madwar 56 % tal-kwantità totali esportata lejn l-Unjoni) li għalihom ma kienx hemm tqabbil dirett mat-tipi ta' prodotti mibjugħin mill-produtturi li kkooperaw mill-Istati Uniti. Bl-applikazzjoni tal-istess metodoloġija deskritta fil-premessa (78) hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-kostijiet tal-manifattura għal tipi ta' prodotti bi glejżing wieħed billi pparagunat il-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni għal porċellana bi glejżing wieħed u dik mhux igglejżjata. Il-kost tal-manifattura tal-madum taċ-ċeramika mhux igglejżjat instab li huwa 6 % inqas minn dak tat-tipi ta' prodotti bi glejżing uniku. Il-proporzjon miksub kien applikat lis-sbatax-il tip ta' prodott irrapportati mill-produtturi tal-Istati Uniti.

(80)

Fuq il-bażi tal-valuri normali maħduma addizzjonali, kien hemm 3 tipi ta' prodotti li kienu jaqblu bejn it-tipi ta' prodotti li kienu prodotti mill-produtturi tal-Istati Uniti u l-produtturi esportaturi Ċiniżi. Fl-aħħar nett, għat-tipi ta' prodotti li għalihom ma setax isir tqabbil dirett, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipparaguna t-tipi ta' prodotti mibjugħin mill-produtturi esportaturi Ċiniżi mat-tipi ta' prodotti tal-Istati Uniti bl-eqreb karatteristiċi tekniċi u l-orħos valur normali.

(81)

Wara l-iżvelar, żewġ partijiet interessati qalu li l-Kummissjoni naqset milli tiżvela informazzjoni dwar tipi ta' prodotti speċifiċi tal-produttur tal-pajjiż analogu. Barra minn hekk, huma sostnew li huma ma kinux f'pożizzjoni jidentifikaw jekk kienx hemm differenzi (li mhumiex riflessi mill-PCN) li kellhom bżonn aġġustament.

(82)

Il-Kummissjoni żvelat il-kalkoli tal-valuri normali skont it-tipi ta' prodott lil partijiet interessati. Kif issemma fil-premessa (45), it-tipi ta' prodotti ġew definiti fuq il-bażi ta' dawn il-karatteristiċi tekniċi li ġejjin: l-assorbiment tal-ilma, l-irfinar (gleżjat b'tisjira waħda, gleżjati b'żewt tisjiriet, jew mhux gleżjati, illustrat jew mhux illustrat, jekk maduma kinitx kulurita jew bla kulur, irrettifikata jew le), id-daqs tal-wiċċ tax-xogħol u l-istandard tal-kwalità.

(83)

L-ebda waħda mill-partijiet interessati ma kkummentat dwar id-definizzjoni tat-tipi ta' prodott jew ma pproponiet xi metodoloġija addizzjonali rilevanti jew ma ppreżentat informazzjoni addizzjonali. Il-Kummissjoni tqieset li d-definizzjonijiet tat-tip tal-prodott kienu suffiċjenti sabiex jinqabdu d-differenzi kollha li jaffettwaw il-komparabilità tal-prezzijiet. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. Barra minn hekk, produttur esportatur Ċiniż li ntgħażel fil-kampjun sostna li l-Kummissjoni ma għandhiex tuża l-profitt medju ponderat u l-marġni SG&A tal-bejgħ domestiku fil-pajjiż analogu meta jiġi ddeterminat il-valur normali maħdum iżda l-marġni tal-profitt medju ponderat u l-marġnijiet SG&A tat-tipi ta' prodott bl-eqreb karatteristiċi tekniċi.

(84)

Fil-każ attwali, it-tipi ta' prodott esportati mill-parti interessata ma kinux manifatturati u mibjugħa fil-pajjiż analogu. Għalhekk, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq il-bażi tal-kost tal-manifattura tat-tipi ta' prodott bl-eqreb karatteristiċi tekniċi u, skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, l-ammonti medji tal-kostijiet u l-profit tas-SG&A, abbażi tad-dejta dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, mill-produtturi tal-pajjiż analogu. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma ntlaqgħetx.

(c)   Il-prezz tal-esportazzjonijiet

(85)

It-tliet gruppi ta' produtturi esportaturi kkampjunati esportaw direttament lejn l-Unjoni fil-forma ta' bejgħ dirett tal-prodott ikkonċernat lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit għall-prezz li verament tħallas jew li kien pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami.

(d)   Paragun

(86)

Il-Kummissjoni pparagunat il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fuq il-bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika. Fejn kien iġġustifikat mill-ħtieġa ta' paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezz, b'konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(87)

Fir-rigward tal-prezzijiet domestiċi tal-produtturi tal-pajjiż analogu, saru aġġustamenti għall-kostijiet tat-trasport domestiku, il-kostijiet tal-kreditu, il-kostijiet tal-maniġġ, il-kostijiet tal-ippakkjar u l-kummissjonijiet u għal-livell ta' kummerċ. Fir-rigward tal-prezzijiet ta' esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, saru aġġustamenti għall-assigurazzjoni tat-trasport, il-maniġġ, il-kostijiet tal-kreditu, it-tariffi tal-bank, il-kostijiet tal-ippakkjar, it-tariffi tal-importazzjoni, id-dazji doganali u l-kummissjonijiet.

(e)   Marġni tad-dumping

(88)

Il-Kummissjoni pparagunat il-valur normali medju ponderat ta' kull tip ta' prodott simili fil-pajjiż analogu mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat ta' kull grupp li kkoopera inkluż fil-kampjun f'konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(89)

Fuq din il-bażi, il-marġini tad-dumping medji ponderati espressi bħala perċentwal tal-prezz fil-fruntiera tal-Unjoni CIF matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, bid-dazju mhux imħallas, instabu li kienu bejn 66 % u 231 %.

(f)   Konklużjoni dwar id-dumping fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami

(90)

Il-Kummissjoni rriżultalha li l-produtturi esportaturi Ċiniżi (f'volum ogħla mill-investigazzjoni oriġinali) baqgħu jesportaw il-madum taċ-ċeramika lejn l-Unjoni bi prezzijiet li kienu oġġett ta' dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

3.   Evidenza dwar il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping

(91)

Il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk kienx hemm il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu. Meta għamlet dan, analizzat il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva fiċ-Ċina, l-imġiba tal-esportaturi Ċiniżi fi swieq oħra, is-sitwazzjoni fis-suq domestiku taċ-Ċina u kemm hu attraenti s-suq tal-Unjoni.

(92)

Kif imsemmi hawn fuq, resqu dsatax-il produttur esportatur jew gruppi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi, li jirrappreżentaw biss 1,5 % tal-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża stmata fl-2015. It-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi kkampjunati u verifikati matul żjara ta' verifika fuq il-post kienu jirrappreżentaw frazzjoni (jiġifieri 0,3 %) tal-produzzjoni Ċiniża stmata. L-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni dwar il-produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kienet, għalhekk, limitata.

(93)

Għal din ir-raġuni, il-maġġoranza tas-sejbiet stabbiliti hawn taħt li jikkonċernaw il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping kellhom ikunu bbażati fuq sorsi oħra, jiġifieri, dejta tal-Eurostat, il-Bażi tad-Dejta tal-Esportazzjonijiet Ċiniżi u l-informazzjoni mressqa mill-industrija tal-Unjoni fit-talba għar-rieżami. L-analiżi ta' dik l-informazzjoni żvelat dan li ġej.

(a)   Il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità ta' riżerva fir-RPĊ

(94)

Il-produtturi Ċiniżi installaw kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-madum taċ-ċeramika vasti, li jkomplu jaqbżu l-kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni b'mod sinifikanti. Matul l-aħħar deċenju, il-produtturi Ċiniżi żiedu b'mod sinifikanti l-produzzjoni kif ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni u baqgħu jagħmlu hekk. Il-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża tal-madum taċ-ċeramika żdiedet bi kważi 30 % bejn l-2011 u l-2014, minn 10,8 sa 13,9-il biljun m2. Barra minn hekk, l-għadd ta' produtturi Ċiniżi tal-madum taċ-ċeramika żdied b'mod sinifkanti bi kważi 20 % bejn l-2014 u l-2016, minn 1 452 fl-2014 għal 1 777. Il-kapaċità tal-produzzjoni għas-sena 2016 kienet stmata għal madwar 17-il biljun m2 permezz tal-estrapolazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni mill-għadd ta' kumpaniji produtturi (10).

(95)

Skont l-istess sors statistiku Ċiniż, il-produzzjoni reali żdiedet minn 8,7 biljun m2 fl-2011 għal 11,1-il biljun m2 fl-2016, jiġifieri 2,4 biljuni m2 matul il-perjodu. Madankollu, il-produzzjoni tal-madum taċ-ċeramika ma żdiedx b'pass simili mqabbel mal-kapaċità installata tal-produzzjoni tal-madum taċ-ċeramika Ċiniża matul dak il-perjodu: il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b'6,2 biljun m2 (minn 10,8 biljuni m2 fl-2011 għal 17-il biljun m2 fl-2016). Għalhekk, il-kapaċità ta' riżerva żdiedet minn 20 % fl-2011 għal 35 % fl-aħħar tal-2016, ekwivalenti għal żieda ta' 3,8 biljun m2. Din il-kapaċità ta' riżerva hija diversi drabi ogħla mill-konsum totali tal-Unjoni li kien ta' madwar 879 miljun m2 matul il-PIR.

(96)

Barra minn hekk, l-informazzjoni miġbura matul il-verifika fuq il-post żvelat li matul il-perjodu PIR tal-2013, l-użu tal-kapaċità tal-produtturi esportaturi verifikati naqas minn 74 % għal 54 % u l-għadd ta' impjegati niżel b'25 %. Il-produtturi waqqfu l-produzzjoni għal xahrejn matul l-ewwel trimestru tal-2017 għaliex l-istokkijiet laħqu ċertu livell, li jirrappreżetna 67 % tal-produzzjoni totali tal-PIR. Fl-aħħar tal-PIR, it-tliet produtturi esportaturi kampjunati kellhom maħżunin fl-imħażen tagħhom 23 miljun m2 (matul il-PIR, l-Unjoni importat miċ-Ċina 15-il miljun m2).

(97)

Fil-qosor, minħabba l-fatt li ċ-Ċina għandha kapaċità tal-produzzjoni kbira disponibbli u għalhekk l-abilità li żżid il-volumi tal-produzzjoni tagħha fi żmien qasir, it-tħassir tal-miżuri kurrenti probabbilment jirriżulta f'żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta' dumping bi prezzijiet baxxi fis-suq tal-Unjoni.

(b)   L-imġiba tal-esportaturi Ċiniżi fis-swieq ta' pajjiżi terzi

(98)

Il-produtturi Ċiniżi jesportaw kwantitajiet sinifikanti ta' madum taċ-ċeramika lejn pajjiżi terzi minbarra l-Unjoni, b'mod partikolari lejn il-Filippini, l-Istati Uniti, l-Arabja Sawdija, il-Korea t'Isfel, l-Indoneżja, it-Tajlandja u l-Awstralja.

(99)

Il-Kummissjoni pparagunat il-prezz medju tal-prodott ikkonċernat minn dawn il-produtturi lis-swieq ta' esportazzjoni ewlenin imsemmija hawn fuq matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami mal-prezz tal-esportazzjoni medju lejn is-suq tal-Unjoni. Dan il-paragun sar fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Bażi tad-Dejta tal-Esportazzjonijiet Ċiniżi, fejn il-valuri tal-esportazzjonijiet huma espressi f'dollari Amerikani u fuq bażi FOB. Il-kwantitajiet huma espressi f'kilogrammi.

(100)

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienu ogħla b'mod sinifikanti meta mqabbla mas-swieq l-oħrajn ewlenin tal-esportazzjoni. Il-prezz tal-esportazzjonijiet medju lejn l-Unjoni kien ta' madwar USD 0,46 kull kilo filwaqt li l-prezzijiet medji lejn id-destinazzjonijiet l-oħrajn ewlenin kienu ta' madwar USD 0,34 kull kilo.

(101)

Skont il-Bażi tad-Dejta tal-Esportazzjonijiet Ċiniżi, il-prezzijiet tal-bejgħ lill-bqija tad-dinja komplew jonqsu wara l-PIR. Matul it-tieni semestru tal-2016, il-prezzijiet tal-esportazzjoni medji lis-swieq ta' esportazzjoni ewlenin waqgħu meta pparagunati mal-prezzijiet tal-esportazzjoni fil-PIR (– 37 % għall-Filippini, – 26 % għall-Arabja Sawdija, – 22 % għall-Istati Uniti, u madwar – 13 % għall-Korea t'Isfel u l-Awstralja).

(c)   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(102)

Id-domanda stmata tal-Unjoni hija frazzjoni tal-kapaċità ta' riżerva disponibbli tas-suq domestiku Ċiniż. Qabel ma ġew introdotti l-miżuri, l-Unjoni kienet suq tal-esportazzjoni tradizzjonali għaċ-Ċina: Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu laħqu 65 miljun m2 fis-sena bħala medja, aktar minn tliet darbiet il-livell tal-esportazzjonijiet attwali tagħhom lejn l-UE. Attwalment, il-prezz medju fis-suq tal-Unjoni (USD 0,46/kg) huwa wkoll ogħla mill-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż (USD 0,34/kg) fis-swieq tal-esportazzjoni ewlenin tagħha. Għalhekk, huwa probabbli li l-produtturi Ċiniżi sejrin jippruvaw iżidu l-bejgħ tagħhom lill-Unjoni bl-użu tal-kapaċitajiet disponibbli tagħhom jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(d)   Konklużjoni dwar id-dumping u l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping

(103)

L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-madum taċ-ċeramika lill-Unjoni u lis-swieq tal-esportazzjoni ewlenin tar-RPĊ kienu taħt il-valur normali stabblit matul il-PIR. Barra dan, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-produzzjoni fiċ-Ċina baqgħu jiżdiedu. Il-volum tal-esportazzjonijiet tagħhom kien pjuttost stabbli u ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-konsum domestiku Ċiniż se jkun jista' jassorbi l-kwantitajiet enormi prodotti u maħżuna. Lanqas ma l-partijiet interessati rnexxilhom jispjegaw kif dawn il-kwantitajiet jistgħu jiġu assorbiti b'mod ieħor mingħajr ma jimponu theddida għall-Unjoni.

(104)

Fuq dik il-bażi, u fin-nuqqas ta' kummenti mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni tqis li huwa probabbli ħafna li volumi sinifikanti ta' madum taċ-ċeramika Ċiniż se jkomplu jiġu esportati lejn l-Unjoni bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping fil-każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

D.   INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(105)

L-industrija tal-Unjoni ma għaddiet minn l-ebda tibdil strutturali kbir sa mill-investigazzjoni oriġinali 'l hawn. L-industrija hija frammentata ħafna, u l-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju jirrappreżentaw kollettivament sehem importanti tas-suq (66 % fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni fl-2015). Il-prodott simili kien manifatturat minn madwar 500 produttur magħruf tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(106)

Kif deskritt fil-premessa (20), il-Kummissjoni kkunsidrat il-frammentazzjoni għolja tal-industrija tal-Unjoni meta kienet qed tagħżel il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni, sabiex ikunu rappreżentati kumpaniji minn kull settur. Sabiex tirrifletti s-sehem (ponderazzjoni) rispettiv ta' kull segment fil-produzzjoni totali tal-Unjoni u sabiex tpinġi stampa rappreżentattiva tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni użat is-sehem (ponderazzjoni) rispettiv biex twettaq ponderazzjoni ta' ċertu indikaturi mikroekonomiċi (ara premessa 144) tal-kumpaniji kampjunati fis-segment speċifiku, skont il-metodoloġija użata fl-investigazzjoni oriġinali.

(107)

Il-ponderazzjonijiet kienu stabbiliti fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-applikant, jiġifieri l-volumi tal-produzzjoni fl-2015 ta' kumpaniji li jinsabu fil-pajjiżi li jirrappreżentaw 79 % tal-produzzjoni tal-Unjoni (11). Ir-riżultati kienu kif ġej: il-kumpaniji mis-settur tal-kumpaniji żgħar bi produzzjoni ta' inqas minn ħames miljun metru kwadru kienu jirrappreżentaw 41 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni; il-kumpaniji mis-settur tal-kumpaniji ta' daqs medju bi produzzjoni bejn ħames u għaxar miljun metru kwadru kienu jirrappreżentaw 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni u l-kumpaniji mis-settur tal-kumpaniji kbar kienu jirrappreżentaw 34 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni.

E.   IS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Il-konsum tal-Unjoni

(108)

Il-konsum tal-Unjoni kien stabbilit billi ġie miżjud il-bejgħ nett tal-Unjoni mal-importazzjonijiet mir-RPĊ u minn pajjiżi terzi. Il-volumi tal-produzzjoni kienu bbażati fuq id-dejta tal-Eurostat u d-dejta miksuba mill-membri tas-CET.

(109)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni

 

2013

2014

2015

PIR

Volum (eluf m2)

750 158

837 188

851 104

878 968

Indiċi (2013 = 100)

100

112

113

117

Sors: Eurostat, CET

(110)

Il-konsum tal-Unjoni żdied matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-ikbar żieda (12 %) seħħet bejn l-2013 u l-2014 minn 750 miljun m2 għal madwar 837 miljun m2. Kumplessivament, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum żdied bi 17 % minn 750 miljun m2 għal madwar 879 miljun m2 fil-PIR.

(111)

Meta pparagunat mal-perjodu eżaminat fl-investigazzjoni oriġinali, il-konsum kien madankollu xorta waħda 37 % inqas fil-PIR milli fl-2007 meta kien ta' madwar 1,4 biljun m2. It-tnaqqis fil-konsum wara l-2007 kien ikkawżat minn kontrattazzjoni fil-konsum domestiku wara l-kriżi taż-Żona tal-euro u r-riċessjoni sinifikanti li segwit fis-settur tal-kostruzzjoni (12).

2.   Importazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni

2.1.   Volum, prezz u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

(112)

Il-volumi u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kienu bbażati fuq id-dejta tal-Eurostat.

(113)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Il-volum u l-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

 

2013

2014

2015

PIR

Volum tal-importazzjoniiet (eluf m2)

22 691

23 244

18 167

15 057

Indiċi (2013 = 100)

100

102

80

66

Sehem mis-suq %

3,02

2,78

2,13

1,70

Sors: Eurostat

(114)

Wara l-impożizzjoni tad-dazji antidumping, l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika mir-RPĊ naqsu b'mod konsiderevoli (13). Madankollu, l-importazzjonijiet Ċiniżi xorta baqgħu preżenti fis-suq tal-Unjoni u fil-PIR kienu jirrappreżentaw madwar 15-il miljun m2 f'termini ta' volum ta' importazzjonijiet u 1,7 % f'termini ta' perċentwal tas-sehem mis-suq.

(115)

Il-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ waqgħu b'34 % fil-PIR paragunati mal-2013, minn kważi madwar 22,7 miljun m2 għal madwar 15-il miljun m2. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi waqa' minn 3,2 % fl-2013 għal madwar 1,7 % fil-PIR.

2.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

(116)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

 

2013

2014

2015

PIR

Prezz CIF medju fil-fruntiera tal-Unjoni EUR/m2

5,07

5,44

6,13

5,78

Indiċi (2013 = 100)

100

107

121

114

Sors: Eurostat

(117)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni medji mir-RPĊ żdiedu b'14 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn 5,07 EUR/m2 għal 5,78 EUR/m2, bl-intensità massima fl-2015 meta l-prezz żdied b'21 % għal 6,13 EUR/m2.

(118)

Għall-għanijiet li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati tal-produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika, ġew paragunati għal kull tip ta' prodott mal-prezzijiet medji ponderati korrispondenti tal-importazzjonijiet mir-RPĊ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF b'aġġustamenti xierqa għad-dazji eżistenti u l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni. Għat-tipi ta' prodotti li għalihom ma jeżistix tip ta' prodott korrispondenti, il-paragun sar b'aġġustament tat-tip ta' prodott bl-ikbar xebħ. B'mod partikolari kellhom isiru aġġustamenti għal tipi ta' prodotti bi glejżing b'żewt tisjiriet u għal tipi ta' prodotti mhux igglejżjati li għalihom ma setgħux jinstabu tipi ta' prodotti korrispondenti fin-naħa tal-industrija tal-Unjoni.

(119)

Il-paragun wera li matul il-PIR, u minkejja ż-żieda fil-prezz medju CIP fil-fruntiera tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa (90) hawn fuq, l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat kienu mibjugħin fl-Unjoni bi prezzijiet li waqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni. Meta mfisser bħala perċentwal, il-livell ta' twaqqigħ varja minn 17 % sa 50 %. Il-kalkulazzjonijiet kienu bbażati fuq id-dejta sottomessa mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ fil-kampjun.

(120)

Wara l-iżvelar, is-CCCMC qalet li l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet kienet dgħajfa billi la s-CCCMC u lanqas il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kienu f'pożizzjoni jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' difiża għaliex ma ngħatawx il-possibbiltà jidentifikaw id-differenzi bejn il-prodotti manifatturati mill-industrija tal-Unjoni u mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u għalhekk li jitolbu aġġustamenti.

(121)

Fir-rigward tad-differenzi potenzjali bejn il-prodotti tal-Unjoni u l-prodotti importati mir-RPĊ, minħabba r-raġunijiet imsemmija f'Taqsima B, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda raġuni biex tikkunsidra li kienu jeżistu differenzi bħal dawn fi ħdan l-istess PCN. Għall-kuntrarju, id-definizzjoni tal-PCN ippermettiet “paragunabbiltà” sħiħa tal-prezzijiet bejn il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili (ara t-Taqsima B).

(122)

Kwalunkwe parti li titlob aġġustament trid tibbaża ruħha fuq stima raġonevoli tal-valur tas-suq tad-differenza. Madankollu, il-Kummissjoni ma rċeviet talba mingħand l-ebda waħda mill-partijiet biex isir aġġustament f'xi tip partikolari ta' prodott. Għalhekk, l-uniċi aġġustamenti l-għamlet il-Kummissjoni kienu għat-tipi ta' prodotti bi glejżing b'żewt tisjiriet u għat-tipi ta' prodotti mhux igglejżjati li għalihom ma jinstabux tipi ta' prodotti korrispondenti fin-naħa tal-industrija tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa (118). Wara t-talba mis-CCCMC tas-6 ta' Settembru 2017, il-Kummissjoni pprovdiet dettalji dwar dawn l-aġġustamenti u b'mod partikolari dwar il-PCNs ikkonċernati u dwar l-ammont tal-aġġustament għaż-żewġ produtturi esportaturi konċernati fil-kampjun, biex din tkun tista' tikkummenta dwarhom. Wara, is-CCCMC ma reġgħetx semmietha din il-kwistjoni.

(123)

Wara l-iżvelar, is-CCCMC argumentat ukoll li l-Kummissjoni kien imissha wettqet (u żvelat) analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet mhux biss għal kull produttur esportatur, iżda wkoll kumplessivament (fuq il-bażi ta' medja ponderata). Barra minn hekk, is-CCCMC qalet li l-Kummissjoni missha għamlet (u żvelat) kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz għal kull tip ta' prodott, li skont is-CCCMC kien l-uniku mod biex jinġibdu konklużjonijiet utli fir-rigward tal-possibbiltà li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu qed jeżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, is-CCCMC talbet lill-Kummissjoni biex tiżvela wkoll il-volum u l-valur totali mibjugħa għal kull PCN kollha tal-bejgħ kollu mill-industrija tal-Unjoni li ma kinux użati fil-kalkolazzjonijiet tat-twaqqiħ tal-prezz.

(124)

Kif il-Kummissjoni infurmat lis-CCCMC permezz tal-ittri tal-25 ta' Awwissu 2017 u tal-20 ta' Settembru 2017, hija kienet għamlet il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz għal kull produttur esportatur fuq bażi individwali u għal il-PCNs li kienu mibjugħa minn produtturi esportaturi Ċiniżi individwali magħżula fil-kampjun. Il-Kummissjoni qieset li dan ma kienx rilevanti għall-analiżi tal-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara li titwettaq analiżi tal-livell ta' twaqqigħ tal-prezzijiet kumplessiv u analiżi tal-livell ta' twaqqigħ fil-prezzijiet għal kull PCN għax din kienet taggrega d-dejta tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun għal kull PCN. It-tip ta' kalkolu aggregat mitlub mis-CCCMC, f'kull każ, ma kien ikun ifisser xejn peress li dan it-tip ta' informazzjoni ma għandux impatt fuq l-analiżi tal-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara. Barra minn hekk, il-kalkoli aggregati ma kinux jippermettu lill-produtturi esportaturi individwali jivverifikaw jekk il-Kummissjoni użatx id-dejta tagħhom b'mod korrett meta wettqet il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz. Il-produttur esportatur b'hekk ma kienx ikunu f'pożizzjoni li jeżerċita d-dritt ta' difiża tiegħu. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni ma wettqitx dan il-kalkolu. Minflok, il-Kummissjoni debitament wettqet l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz għal kull produttur esportatur fil-kampjun. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kellhiex għalfejn tagħmel l-analiżi mitluba.

(125)

Il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-każ preżenti kien rieżami tal-iskadenza. Il-miżuri fis-seħħ kellhom effett ta' tnaqqis sinifikanti fl-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika (minn madwar 66 miljun m2 fil-PI oriġinali għal madwar 15-il miljun fil-PIR tal-investigazzjoni attwali). Għalhekk, l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet tista' tkun ibbażata biss fuq għadd limitat ta' PCNs tal-prodott ikkonċernat esportat mir-RPĊ lejn l-Unjoni. L-għan tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet għal kull produttur esportatur kien li jiġi analizzat jekk il-produtturi esportaturi Ċiniżi kinux se jkunu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(126)

Min-naħa l-oħra, il-livell ta' twaqqigħ tal-prezzijiet kumlpessiv u l-livell tat-twaqqigħ tal-prezzijiet għan kull PCN ma kinux ikkunsidrati bħala rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara u għalhekk, ma jagħmlux parti mill-fajl. Il-Kummissjoni kkunsidrat li hija ma kellhiex l-obbligu tagħmel (u tiżvela) kalkoli li ma twettqux. Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tirrifjuta t-talba.

3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(127)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra u s-sehem tagħhom mis-suq żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u s-sehem tagħhom mis-suq

Volum tal-importazzjonijiet (eluf m2)

2013

2014

2015

PIR

It-Turkija

35 526

34 256

35 965

35 246

Indiċi (2013 = 100)

100

96

101

99

Prezzijiet tal-importazzjonijiet

5,44

6,10

6,19

6,11

Indiċi (2013 = 100)

100

112

114

112

Sehem mis-suq (%)

4,74

4,09

4,23

4,01

L-Emirati Għarab Magħquda

7 759

6 538

18 424

16 603

Indiċi (2013 = 100)

100

84

237

214

Prezzijiet tal-importazzjonijiet

7,73

7,92

3,08

3,27

Indiċi (2013 = 100)

100

102

40

42

Sehem mis-suq (%)

1,03

0,78

2,16

1,89

L-Indja

1 314

3 582

3 648

4 341

Indiċi (2013 = 100)

100

273

278

330

Prezzijiet tal-importazzjonijiet

4,32

4,22

5,19

4,67

Indiċi (2013 = 100)

100

98

120

108

Sehem mis-suq (%)

0,18

0,43

0,43

0,49

Pajjiżi terzi oħra

12 367

12 868

12 301

13 021

Indiċi (2013 = 100)

100

104

99

105

Prezzijiet tal-importazzjonijiet

6,13

5,95

6,02

5,69

Indiċi (2013 = 100)

100

97

98

93

Sehem mis-suq (%)

1,65

1,54

1,45

1,48

Total tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra l-pajjiż ikkonċernat

56 967

57 244

70 338

69 211

Indiċi (2013 = 100)

100

100

123

121

Prezzijiet tal-importazzjonijiet

5,87

6,15

5,30

5,26

Indiċi (2013 = 100)

100

105

90

90

Sehem mis-suq (%)

7,59

6,84

8,26

7,87

Sors: Eurostat

(128)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-ikbar volumi ta' importazzjoni kienu mit-Turkija (bi kważi 4 % tas-sehem mis-suq fil-PIR), l-Emirati Għarab Magħquda (bi kważi 2 % tas-sehem mis-suq fil-PIR) u l-Indja (b'madwar 0,5 % mis-sehem tas-suq fil-PIR). Flimkien is-sehem mis-suq minn pajjiżi terzi kien jirrappreżenta 7,84 % fil-PIR. Dan baqa' relattivament stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni bl-intensità massima fl-2015 (8,26 % sehem mis-suq).

(129)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet tat-Turkija żdiedu bi 12 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, għal 6,11 EUR/m2 fil-PIR. Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet tal-Emirati Għarab Magħquda waqgħu bi 58 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, għal 3,27 EUR/m2. Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet ta' 4,67 EUR/m2 mill-Indja kienu 8 % ogħla fil-PIR paragunati mal-prezzijiet fl-2013. Flimkien, il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kollha li jimportaw ħlief ir-RPĊ waqgħu b'10 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni għal 5,26 EUR/m2.

4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.1.   Rimarki ġenerali

(130)

B'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

(131)

Kif imsemmi fil-premessa (19), intuża kampjunar għad-determinazzjoni tal-ħsara possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(132)

Il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tal-ħsara makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi relatati mal-industrija tal-Unjoni kollha abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami u tad-dejta tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li ġiet aġġustata abbażi tad-dejta pprovduta fit-tweġibiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun għall-PIR. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi li jirrigwardaw biss il-kumpaniji inklużi fil-kampjun fuq il-bażi tad-dejta inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta' dejta nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(133)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġini tad-dumping.

(134)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta' unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-kapital.

4.2.   L-indikaturi makroekonomiċi

4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(135)

Id-dejta dwar il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni għall-perjodu taħt kunsiderazzjoni kienet stabbilita abbażi tad-dejta mill-Eurostat u d-dejta miġbura minn CET.

(136)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità totali tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 5

Il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2013

2014

2015

PIR

Volum tal-produzzjoni (eluf m2)

1 126 000

1 168 000

1 192 000

1 238 500

Indiċi (2013 = 100)

100

104

106

110

Kapaċità tal-produzzjoni (eluf m2)

1 503 300

1 545 000

1 536 100

1 536 100

Indiċi (2013 = 100)

100

103

102

102

Użu tal-kapaċità (%)

74,9

75,6

77,6

80,6

Indiċi (2013 = 100)

100

101

104

108

Sors: Eurostat, CET

(137)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni naqset b'10 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan jammonta għal 1,24 biljun m2 fil-PIR. Matul l-istess perjodu, iż-żieda fil-konsum tal-Unjoni kienet ta' 18 % (ara t-Tabella 1).

(138)

Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-użu tal-kapaċità żdied bi 8 % u laħaq madwar 81 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

4.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(139)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem mis-suq tagħha jirreferu għall-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil konsumaturi indipendenti. Dawn kienu stabbiliti abbażi tad-dejta mill-Eurostat u d-dejta miġbura mis-CET. Dawn żviluppaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej:

Tabella 6

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2013

2014

2015

PIR

Volum tal-bejgħ (eluf m2)

670 500

756 700

762 600

794 700

Indiċi (2013 = 100)

100

113

114

119

Sehem mis-suq (%)

89,4

90,4

89,6

90,4

Indiċi (2013 = 100)

100

101

101

101

Sors: Eurostat, CET

(140)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 19 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fl-istess perjodu, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa' relattivament stabbli b'żieda ta' 1 %. Din żammet sehem mis-suq ta' madwar 90 % fil-PIR.

4.2.3.   L-impjiegi u l-produttività

(141)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej:

Tabella 7

L-impjiegi u l-produttività

 

2013

2014

2015

PIR

Għadd ta' impjegati

(Impjiegi/impjegati full time)

59 348

59 010

59 352

59 352

Indiċi (2013 = 100)

100

99

100

100

Produttività (m2/impjegat)

18 973

19 793

20 084

20 867

Indiċi (2013 = 100)

100

104

106

110

Sors: Eurostat, CET

(142)

L-impjiegi baqgħu pjuttost stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-produttività espressa skont il-volum tal-produzzjoni (f'm2) għal kull impjegat żdiedet b'10 % tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

4.2.4.   Id-daqs tal-marġnijiet tad-dumping

(143)

Il-marġnijiet tad-dumping huma speċifikati fil-premessa (89). Il-marġnijiet kollha huma ogħla b'mod sinifikanti mil-livell de minimis.

4.3.   L-indikaturi mikroekonomiċi

4.3.1.   Rimarki ġenerali

(144)

Għal uħud mill-indikaturi mikroekonomiċi espressi f'valuri oħra minbarra dawk assoluti - jiġifieri f'% jew għal kull unità (il-prezz tal-bejgħ, il-kost tal-produzzjoni, il-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investiment), il-figuri kienu ponderati skont il-metodoloġija użata fl-investigazzjoni oriġinali biex jirriflettu s-sehem ta' dak is-segment fil-produzzjoni totali tal-Unjoni (ara l-premessa 20), bl-użu tal-ponderazzjoni speċifika ta' kull segement fil-produzzjoni totali tal-Unjoni (ara l-premessa 107).

4.3.2.   Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(145)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 8

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ

 

2013

2014

2015

PIR

Prezz tal-bejgħ (EUR/m2)

9,00

9,06

9,13

9,21

Indiċi (2013 = 100)

100

101

101

102

Sors: it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

(146)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni il-prezz medju tal-bejgħ tal-unitajiet tal-industrija tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdied bi 2 %. Fl-istess perjodu, il-kost tal-unità tal-produzzjoni naqas b'9 %.

4.3.3.   Il-kostijiet lavorattivi

(147)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 9

Kostijiet lavorattivi

 

2013

2014

2015

PIR

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

39 314

41 783

42 922

42 262

Indiċi (2013 = 100)

100

106

109

107

Sors: it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

(148)

Bejn l-2013 u l-PIR, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdiedu b'7 %.

4.3.4.   L-inventarji

(149)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej:

Tabella 10

Inventarji

 

2013

2014

2015

PIR

Stokkijiet tal-għeluq (eluf m2)

49 168

44 529

42 538

43 427

Indiċi (2013 = 100)

100

91

87

88

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

58

51

46

45

Indiċi (2013 = 100)

100

87

79

78

Sors: it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

(150)

L-istokkijiet tal-għeluq kemm bħala volumi assoluti kif ukoll bħala perċentwal tal-produzzjoni naqqsu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (bi 12 % u 22 % rispettivament).

(151)

L-istokkijiet relattivament għoljin espressi bħala perċentwal tal-produzzjoni jibqgħu l-konsegwenza tat-tnaqqis fil-konsum u għalhekk tad-domanda f'dawn l-aħħar snin, wara l-kriżi fis-settur tal-kostruzzjoni wara l-2007. Il-fatt li l-madum taċ-ċeramika huwa prodott li jiddependi fuq ix-xejriet fiż-żmien tal-bejgħ ikkontribwixxa għad-diffikultajiet tal-kumpaniji biex isibu domanda għall-istokkijiet tagħhom u b'hekk inaqqsu l-istokkijiet. Madankollu, il-konsum fil-PIR baqa' aktar baxx mill-2007 (b'37 %, ara l-premessa 111).

4.3.5.   Il-kost tal-produzzjoni

Il-kost unitarju tal-produzzjoni żviluppa kif ġej tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 11

Kost unitarju tal-produzzjoni

 

2013

2014

2015

PIR

Kost tal-produzzjoni ta' unità (EUR/m2)

10,10

9,54

9,35

9,15

Indiċi (2013 = 100)

100

95

93

91

(152)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-madum taċ-ċeramika tal-industrija tal-Unjoni naqas b'9 %.

4.3.6.   Il-profittabilità, il-fluss ta' flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(153)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett, qabel it-taxxa, tal-prodott simili għall-klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Dan żviluppa kif ġej:

Tabella 12

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2013

2014

2015

PIR

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni fis-suq ħieles (% tal-fatturat tal-bejgħ)

– 5,84

– 2,06

– 0,68

2,02

Indiċi (2013 = 100)

– 100

– 35

– 12

35

Fluss ta' flus (EUR)

9 801 189

28 450 311

26 667 148

28 851 493

Indiċi (2013 = 100)

100

290

272

294

Investimenti (EUR)

124 733 782

148 595 194

168 940 047

173 001 344

Indiċi (2013 = 100)

100

119

135

139

Redditu fuq l-investiment (%)

– 5,96

– 3,76

– 1,12

2,06

Indiċi (2013 = 100)

– 100

– 63

– 19

35

Sors: it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarji

(154)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni saret pożittiva u żdiedet b'mod konsiderevoli minn – 5,8 % għal 2,0 %. Iż-żieda tikkorrispondi għal żvilupp pożittiv, matul l-istess perjodu, tal-indikaturi li għandhom impatt fuq il-profittabbiltà bħal: żieda bi 2 % tal-prezz unitarju tal-bejgħ (ara l-premessa 145), u tnaqqis fil-kost tal-produzzjoni għal kull unità b'9 % (ara l-premessa 152). Kumplessivament, fil-livell makroekonomiku, il-produzzjoni żdiedet b'10 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni (ara l-premessa 137), u l-Unjoni kisbet 1 % addizzjonali mis-sehem fis-suq (ara l-premessa 140).

(155)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja hija stess l-attività tagħha. Il-fluss tal-flus żdied b'mod sinifikanti bejn l-2013 u l-2014 (b'190 %) u mbagħad baqa' stabbli).

(156)

L-investimenti żdiedu b'39 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-kumpaniji fis-settur tal-madum taċ-ċeramika jridu jinvestu b'mod kostanti fil-modernizzazzjoni tat-tagħmir, sabiex isegwu x-xejriet fis-suq. Dan jikkonċerna b'mod partikolari l-investiment f'magni tal-istampar li jippermettu li d-disinn tal-madum isegwi x-xejriet, u l-investiment fi fran iktar effiċjenti li huma wieħed mill-akbar diffikultajiet fil-produzzjoni tal-madum taċ-ċeramika.

(157)

Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-assi fissi. Dan ukoll żviluppa b'mod pożittiv fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u sar pożittiv, li jirrifletti x-xejra 'l fuq ġenerali.

5.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(158)

L-industrija tal-Unjoni rnexxiela tirkupra mid-dumping tal-passat. Is-sitwazzjoni ekonomika tagħha tjiebet matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni paragunata mas-sitwazzjoni ekonomika tagħha fil-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. Għalkemm il-miżuri fis-seħħ ma eskludewx lill-produtturi Ċiniżi mis-suq tal-Unjoni, dawn ippermettew lill-produtturi tal-Unjoni jżommu s-sehem mis-suq u dan kellu impatt pożittiv fuq l-iżvilupp ekonomiku tal-industrija tal-Unjoni.

(159)

Bħala konsegwenza, fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-indikaturi kollha tal-ħsara wrew xejra pożittiva. Kemm il-produzzjoni kif ukoll il-bejgħ żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-prezz tal-bejgħ baqa' relattivament stabbli iżda l-kost tal-produzzjoni naqas. Għalkemm dan baqa' relativament għoli, il-livell tal-istokkijiet naqas. Kemm il-fluss tal-flus kif ukoll ir-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus żdiedu b'mod konsiderevoli.

(160)

L-indikaturi kollha t'hawn fuq kellhom impatt pożittiv fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, li mxew minn riżultati negattivi għal dawk pożittivi fil-PIR.

(161)

Fuq il-bażi ta' dan t'hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma sofrietx ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

F.   IL-PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA TAL-ĦSARA

(162)

Kif ġie determinat hawn fuq (ara l-premessi 103 u 104), l-importazzjonijiet Ċiniżi saru f'livelli ta' prezzijiet li kienu oġġett ta' dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u kien hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping f'każ li l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu.

(163)

Minħabba li l-Unjoni ma baqgħatx issofri minn ħsara materjali, il-Kummissjoni vvalutat jekk kienx hemm probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara f'każ li l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu.

(164)

Sabiex tkun stabbilita l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara, ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċitajiet ta' riżerva fiċ-Ċina, kemm huwa attraenti s-suq tal-Unjoni, inkluż l-eżistenza ta' miżuri antidumping jew kompensatorji fuq il-madum taċ-ċeramika f'pajjiżi terzi oħra, l-imġiba tal-prezz tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fi swieq oħra ta' pajjiżi terzi, u l-effett fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. L-analiżi qieset ukoll iż-żieda fil-konsum fl-Unjoni u s-sitwazzjoni profittabbli tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

1.   Il-kapaċitajiet ta' produzzjoni u l-kapaċitajiet ta' riżerva fiċ-Ċina

(165)

Ir-RPĊ hija l-ikbar produttur tal-madum taċ-ċeramika fid-dinja. Dan jammonta għal aktar minn nofs il-produzzjoni globali tad-dinja. Il-produzzjoni totali stmata għall-2016 kienet ogħla minn 11-il biljun m2 madum (ara l-premessa 95).

(166)

Fl-istess ħin, il-kapaċitajiet ta' riżerva disponibbli fir-RPĊ kienu għoljin ħafna paragunati mad-daqs tas-suq tal-Unjoni. Fl-2016, kienu stmati għal madwar 6 biljun m2 (ara l-premessa 95). Paragunat ma' dan, il-produzzjoni tal-Unjoni fil-PIR kienet madwar 1,24 biljun m2 u l-konsum tal-madum kien biss 879 miljun m2 fl-istess perjodu. Għalhekk, il-kapaċità ta' riżerva Ċiniża taqbeż il-konsum tal-Unjoni b'iktar minn sitt darbiet.

(167)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll li l-produtturi esportaturi Ċiniżi akkumulaw stokkijiet sinifikanti li huma jistgħu jibdew jesportaw fil-mument li l-miżuri jiskadu (ara l-premessa 96 hawn fuq). Fuq il-bażi tal-informazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, l-istokkijiet jistgħu jirrappreżentaw sa żewġ terzi mill-produzzjoni tal-madum taċ-ċeramika tagħhom.

2.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(168)

Għalkemm is-suq tal-Unjoni tal-madum taċ-ċeramika huwa iżgħar f'termini ta' konsum paragunat ma', pereżempju, l-Asja, xorta jirrappreżenta madwar 7 % tal-konsum dinji tal-madum taċ-ċeramika. Barra dan, kif muri fit-Tabella 1 hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat żdied bejn l-2013 u l-PIR minn 750 158 tunnellata għal 878 968 tunnellata. Dan juri li l-konsum tal-Unjoni għadu b'saħħtu u li s-suq tal-Unjoni, minħabba d-daqs relattivament kbir u l-konsum tiegħu li qed jiżdied b'mod stabbli, jibqa' attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(169)

Qabel l-impożizzjoni tal-miżuri, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu jirrappreżentaw bħala medja madwar 65 miljun m2 fis-sena. Il-fatt li l-importazzjonijiet Ċiniżi, għalkemm f'livell aktar baxx (ara t-Tabella 2 hawn fuq), ma waqqfux wara l-impożizzjoni tal-miżuri jikkonferma li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jsibu s-suq tal-Unjoni attraenti u jkomplu jbigħu fis-suq tal-Unjoni.

(170)

Barra dan, il-miżuri antidumping kienu imposti fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika mir-RPĊ minn pajjiżi terzi oħrajn, (14) li se jagħmilha diffiċli aktar għall-produtturi esportaturi Ċiniżi biex jesportaw lejn dawn is-swieq u jkompli jżid l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, fejn dawn l-esportazzjonijiet jistgħu jiġu ridirezzjonati.

2.1.   L-imġiba tal-prezz tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fi swieq oħra ta' pajjiżi terzi

(171)

Fattur ieħor importanti li juri l-attraenza tas-suq tal-Unjoni huwa l-prezz tal-prodott ikkonċernat, kif mibjugħ mill-produtturi esportaturi Ċiniżi lil swieq ta' pajjiżi terzi. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun tal-prodott ikkonċernat lis-swieq ta' pajjiżi terzi huma ogħla mill-prezzijiet li dawn l-istess produtturi jitolbu fl-Unjoni, madankollu dawn xorta jibqgħu aktar baxxi b'mod sinifikanti mill-prezzijiet tas-suq tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Matul il-PIR, il-prezz medju tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat, kif esportat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi lis-swieq ta' pajjiżi terzi, kien bħala medja 15-25 % aktar baxx mill-prezz medju tal-madum taċ-ċeramika fis-suq tal-Unjoni.

2.2.   Il-prezzijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni

(172)

Element ieħor li juri l-attraenza tas-suq tal-Unjoni huwa l-livell ogħla ta' prezzijiet tal-madum taċ-ċeramika fis-suq tal-Unjoni. Matul il-PIR, il-prezz medju tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi lis-suq tal-Unjoni kien bħala medja 30-40 % aktar baxx mill-prezz medju tal-madum taċ-ċeramika fis-suq tal-Unjoni. Għalkemm il-prezzijiet attwali mill-UAE u l-Indja huma attwalment taħt il-livell tal-prezzijiet Ċiniżi, il-volumi u l-potenzjal ta' tkabbir tagħhom mhumiex komparabbli mad-daqs tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni fir-RPĊ.

3.   L-effett fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(173)

Meta wieħed iqis il-kapaċitajiet ta' riżerva għoljin fil-PRĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u elementi oħrajn kif mogħti fil-qosor hawn fuq fil-premessi (162) sa (172), huwa probabbli li volumi sinifikanti ta' madum taċ-ċeramika bi prezz baxx ikunu disponibbli għall-bejgħ jew għal ridirezzjoni lejn l-Unjoni fi żmien qasir fil-każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

(174)

Biex tivvaluta l-impatt probabbli ta' importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx bħal dawn fuq l-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni l-ewwel ħarset lejn it-telf potenzjali tagħha mis-sehem tas-suq. Hi ssimulat l-impatt li jkun hemm kieku l-produtturi esportaturi Ċiniżi kellhom jerġgħu jiksbu sehem mis-suq ta' 6,5 % li kellhom fil-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri, qabel l-impożizzjoni tal-miżuri. F'termini ta' volum dan jirrappreżenta 57 miljun m2, abbażi tal-konsum tal-Unjoni fil-PIR. Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, volum bħal dan ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping ta' madum taċ-ċeramika mir-RPĊ kien biżżejjed biex jikkawża ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni fil-passat.

(175)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li minħabba li l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-importazzjonijiet ta' pajjiżi terzi lejn l-Unjoni huma aktar baxxi mill-prezz medju tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u jekk madum Ċiniż bi prezz baxx jerġa' jitfaċċa fis-suq tal-Unjoni, dan se jibda jikseb sehem mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni, imbagħad jieħu s-sehem mis-suq tal-esportazzjonijiet minn produtturi minn pajjiżi terzi li jesportaw lejn l-Unjoni.

(176)

Għalhekk, jekk wieħed jassumi li ż-żieda fl-importazzjonijiet tittraduċi fi tnaqqis ekwivalenti fil-produzzjoni u l-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, bħala riżultat, il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni jiżdied minn 8,95 EUR/m2 għal 9,09 EUR/m2. Iż-żieda fil-kost unitarju tal-produzzjoni tirriżulta fit-tnaqqis tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni sal-punt ta' ekwilibriju (jiġifieri, sa dħul li huwa ugwali għat-total tal-kostijiet fissi u varjabbli).

(177)

Il-volum tal-importazzjonijiet ta' 57 miljun m2 użat għal din is-simulazzjoni kien ibbażat fuq stima konservattiva. Fir-realtà, jista' jiġi ssoponut li minħabba l-kapaċità ta' riżerva kbira u l-istokkijiet akkumulati, il-produtturi esportaturi Ċiniżi se jibdew jesportaw volumi anke aktar sinifikanti ta' madum taċ-ċeramika lejn l-Unjoni. Dan l-istokk jista' jsir disponibbli biex jiġi esportat lejn l-Unjoni fiż-żmien meta jieqfu l-miżuri.

(178)

Tabilħaqq, il-madum taċ-ċeramika huwa prodott li jiddependi fuq ix-xejriet u l-moda kurrenti. Għalhekk, huwa improbabbli li l-iskokk kollu akkumulat se jkun esportat lejn l-Unjoni jekk jiskadu l-miżuri. Madankollu, minħabba l-volumi konsiderevoli tal-istokkijiet akkumulati, l-impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jista' jkun konsiderevoli anke jekk perċentwal żgħir ta' dan l-istokk jasal fis-suq tal-Unjoni.

(179)

Barra dan, il-kapaċitajiet ta' riżerva enormi tal-produtturi esportaturi Ċiniżi jsaħħu l-probabbiltà li l-madum taċ-ċeramika Ċiniż jidħol fis-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni sabet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jużaw tagħmir simili jew l-istess bħal dak użat mill-industrija tal-Unjoni u li jistgħu jipproduċu fil-parti l-kbira madum ta' kwalità u disinn simili bħal dak ta' prodotturi tal-Unjoni. Minkejja dan, wara valutazzjoni ulterjuri, il-Kummissjoni sabet li ma kien hemm l-ebda informazzjoni li tappoġġja l-affermazzjoni li l-madum taċ-ċeramika kien sensibbli għall-prezz, u li mill-perspettiva tal-utent finali l-uniku fattur determinanti jkun il-prezz. Wieħed ma jistax jiċħad li l-prezz huwa mill-inqas wieħed mill-fatturi deċiżivi meta l-konsumaturi jagħżlu prodott speċifiku, flimkien ma' fatturi oħra bħalma huma l-marka u l-moda, u minħabba s-similaritajiet bejn il-madum taċ-ċeramika mill-Unjoni u miċ-Ċiniż, il-Kummissjoni nnutat li hemm probabbiltà li l-importazzjonijiet ta' prodotti Ċiniżi oġġett ta' dumping ibaxxu l-prezzijiet tal-Unjoni u għandhom il-konsegwenzi msemmija hawn fuq (ara l-premessi (173) sa (178) aktar 'il fuq).

(180)

Għalhekk, huwa probabbli li l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta' dumping jisfurzaw lill-produtturi tal-madum taċ-ċeramika tal-Unjoni biex jaġġustaw il-prezzijiet għal-livell tagħhom. Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (172), bħala medja, l-importazzjonijiet Ċiniżi huma ddikjarati fi prezz li huwa b'mod sinifikanti aktar baxx mill-prezz tas-suq tal-Unjoni.

(181)

It-tieni, il-Kummissjoni ħarset lejn l-effetti fuq il-prezzijiet. Hi ssimulat xi jkun l-effett li jirriżulta jekk l-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx fis-suq tal-Unjoni jwaqqgħu l-prezz tal-prodott ikkonċernat, kif mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni. Abbażi tad-dejta verifikata tal-produtturi tal-Unjoni u l-produtturi esportaturi Ċiniżi għall-PIR, tnaqqis ipotetiku fil-prezz tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi tal-Unjoni għal-livell tal-prezzijiet Ċiniżi jirriżulta fi tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà tagħhom u f'telf kbir ta' 47,52 %.

(182)

It-tielet, bħala alternattiva, il-Kummissjoni ssoponiet li l-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni jitwaqqa' għal-livell tal-prezz medju tal-bejgħ tal-esportaturi Ċiniżi lejn swieq terzi. Hawnhekk, b'mod simili, fuq il-bażi tad-dejta verifikata tal-produtturi tal-Unjoni, il-profittabbiltà tagħhom tiddeterjora u tirriżulta f'telf konsiderevoli ta' 17,15 %.

(183)

Is-CCCMC argumentat is-simulazzjonijiet li wettqet il-Kummissjoni kienu żbaljati. Fil-fehma tagħha, meta ssimulat l-impatt biex jinkiseb lura sehem mis-suq ta' 6,5 % mill-importazzjonijiet Ċiniżi, il-Kummissjoni kienet naqset milli tqis taħliet differenti tal-prodott, in-nuqqas tal-komparabbiltà tal-prezzijiet u (in-nuqqas ta') kompetittività bejn it-tipi ta' prodotti.

(184)

Is-CCCMC argumentat ukoll li meta ssimulatat iż-żieda fl-kostijiet tal-produzzjoni li jirriżultaw miż-żieda tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni injorat id-differenzi sinifikanti bejn il-kostijiet tal-produzzjoni tat-tipi differenti tal-prodott, u l-fatt li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu jikkonċernaw biss għadd limitat ta' PCNs.

(185)

Barra minn hekk, is-CCCMC argumentat li meta l-Kummissjoni ssimulatat l-effetti fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi, hija bbażat ruħha biss fuq il-prezzijiet medji, u qisitx id-differenzi fil-prezzijiet tat-tipi differenti ta' madum taċ-ċiramika filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu limitati u kienu jirrigwardaw biss għadd limitat ta' tipi tal-prodott. Is-CCCMC qalet li minħabba d-differenzi importanti fit-tipi ta' madum taċ-ċeramika, ma kinitxteżisti relazzjoni ta' kompetizzjoni bejn tipi differenti ta' madum taċ-ċeramika, u għaldaqstant il-prezzijiet ta' tip wieħed ta' madum taċ-ċeramika ma setgħux jagħmlu pressjoni fuq il-prezzijiet ta' tip ieħor ta' madum. Hija argumentat li l-Kummissjoni kellha tagħmel simulazzjonijiet għal kull tip ta' prodott u mhux fuq bażi aggregata, kif kien il-każ għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz.

(186)

Għalhekk, skont is-CCCMC, il-Kummissjoni kienet naqset milli tiddetermina l-probabbiltà fuq bażi fattwali suffiċjenti, biex tasal għal “konklużjonijiet raġunati u adegwati” u naqset milli twettaq analiżi li tkun ibbażata fuq evidenza pożittiva u eżami oġġettiv.

(187)

Il-Kummissjoni fakkret li, l-ewwel nett, hija waslet għall-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara wara li analizzat għadd ta' elementi bħalma huma l-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċitajiet ta' riżerva fir-RPĊ, l-attrattiva tas-suq tal-Unjoni, l-imġiba tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fi swieq oħrajn ta' pajjiżi terzi, u l-effett fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Ewropa (ara l-premessi 164 sa 172). Is-simulazzjonijiet tagħha saħħew u kkonfermaw il-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rikorrenza ta' ħsara f'każ li l-miżuri attwali jitħallew jiskadu.

(188)

It-tieni, biex iwettqu s-simulazzjonijiet, il-Kummissjoni setgħet tibbaża lilha nnfisha biss fuq id-dejta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u fuq il-volumi u l-prezzijiet aggregati tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ. Hija ma qisitx informazzjoni dwar tipi ta' prodotti u prezzijiet ta' kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun.

(189)

Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tibbaża ruħha fuq għadd ta' suppożizzjonijiet inkluż it-taħlita partikolari tal-prodott importat mir-RPĊ matul il-PIR u l-prezzijiet medji tagħha. Dawn is-suppożizzjonijiet ma jrendux l-analiżi tagħha żbaljata. Minflok u għall-kuntrarju, il-Kummissjoni qieset li hija kienet għażlet approċċ pjuttost konservattiv, fid-dawl tal-elementi l-oħra kollha bħal pereżempju u l-kapaċità ta' riżerva u ta' produzzjoni fir-RPĊ. L-analiżi ta' elementi oħra wriet li jekk il-miżuri jiskadu, li volum ferm akbar kif ukoll it-taħlita usa' tal-prodott jiġu importati lejn l-Unjoni, kif kien il-każ fil-PI oriġinali. Barra minn hekk, is-simulazzjonijiet wrew li l-importazzjonijiet futuri potenzjali kien ikollhom impatt negattiv sinifikanti fuq is-saħħa finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni u jirriżultaw f'rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ma laqgħetx din l-affermazzjoni.

(190)

Is-CCCMC argumentat ukoll li l-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara kienet żbaljata peress li l-Kummissjoni sabet biss effetti fuq il-prezzijiet għal subsett żgħir ta' bejgħ tal-Unjoni. Twaqqigħ tal-prezzijiet li nstab kien jirrappreżenta biss madwar 1 % tat-total tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR u madwar 8 % tal-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-PIR. Barra minn hekk, is-CCCMC semmiet l-għadd żgħir ta' tipi ta' prodotti (sitta) li nbiegħu mill-produtturi esportaturi Ċiniżi matul il-PIR (minn aktar minn mija mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni), u għalhekk għal livell baxx ta' tqabbil.

(191)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni fakkret li dan il-każ kien rieżami ta' skadenza. L-effett tal-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ kienu li naqqsu b'mod sinifikanti l-importazzjonijiet mir-RPĊ tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz setgħet titwettaq biss abbażi tal-importazzjonijiet (fil-kampjun) u kienu jirrappreżentaw biss wieħed mid-diversi elementi biex tiġi vvalutata l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dumping u ħsara.

(192)

It-tieni nett, kuntrarjament għall-valutazzjoni fl-investigazzjoni oriġinali, il-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara hija ta' natura prospettiva. L-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet tal-passat kienet biss wieħed mill-indikaturi dwar prezzijiet futuri u l-volum tal-produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat, u l-effetti tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni.

(193)

It-tielet, analiżi tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun uriet li minkejja l-miżuri, it-tipi kollha tal-prodott importati minnhom ikunu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. F'dak il-każ, volum akbar ukoll u wkoll ħafna aktar tipi tal-prodott jiġu importati lejn l-Unjoni bi prezzijiet li x'aktarx iwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni. Dan ikompli jindika l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ma laqgħetx din l-affermazzjoni.

(194)

Is-CCCMC argumentat ukoll li n-nuqqas ta' analiżi segmentata (skont segmenti tal-kumpaniji) ivvizzja s-sejbiet kollha relatati ma' (il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni)tal-ħsara. Is-CCCMC argumentat li l-Kummissjoni kellha tipprovdi valutazzjoni tal-ħsara għal kull segment jiġifieri għall-kumpaniji żgħar, medji u kbar, sabiex tippermetti lis-CCCMC teżerċita d-drittijiet ta' difiża tagħha u biex tanalizza l-pożizzjoni tas-CCCMC li ma kien hemm l-ebda bażi biex jiġi konkluż li l-ħsara kienet x'aktarx tirrikorri.

(195)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li analiżi segmentali separata tal-ħsara ma kinitx xierqa jew meħtieġ f'dan ir-rieżami tal-iskadenza. Permezz ta' teħid ta' kampjun tal-produtturi tal-Unjoni ta' daqsijiet differenti b'tali mod li kull segment kien rappreżentat fil-kampjun, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ħsara u tal-analiżi tal-probabbiltà, is-sitwazzjoni tas-segmenti differenti ġiet awtomatikament riflessa fis-sejbiet kollha tal-ħsara. Barra minn hekk, f'konformità mal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament bażiku, id-determinazzjoni tal-ħsara twettqet għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi u mhux għal produtturi individwali jew għal xi grupp ta' produtturi. Il-kampjun f'dan il-każ tqies rappreżentattiv tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni sħiħa kif spjegat fil-premessi minn (19) sa (25) u (105) sa (107) hawn fuq. Il-Kummissjoni għalhekk ma laqgħetux dan l-argument.

(196)

Is-CCCMC finalment argumentat li l-Kummissjoni missha kkumplimentat l-analiżi tagħha tal-istat tal-industrija tal-Unjoni b'analiżi skont il-gruppi tat-tip tal-prodott. Madankollu, minbarra affermazzjonijiet, la s-CCCMC, u lanqas kwalunkwe parti interessata oħra ma ssottomettiet xi dettalji dwar liema tipi ta' prodott partikolari kien jistħoqqilhom analiżi separata — ara l-premessa (46). Barra minn hekk, analiżi segmentata ma kinitx parti mill-investigazzjoni oriġinali. Il-Kummissjoni ma kellha l-ebda raġuni biex tikkunsidra li din l-analiżi kienet xierqa u għalhekk qieset li dan l-argument kien bla bażi. Il-Kummissjoni għalhekk ma laqgħetx din l-affermazzjoni.

(197)

Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tħassir tal-miżuri, bil-probabbiltà kollha jwassal għal rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

G.   INTERESSI TAL-UNJONI

1.   Kummenti preliminari

(198)

F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri eżistenti kontra r-RPĊ tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(199)

Matul il-PIR l-industrija tal-Unjoni rkuprat mill-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ. F'każ li l-miżuri kontra r-RPĊ kellhom jitħassru, huwa probabbli madanakollu li jkun hemm rikorrenza tal-ħsara billi l-industrija tal-Unjoni tiġi esposta għal importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ, potenzjalment f'volumi sinifikanti u li jqiegħdu pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet. Bħala konsegwenza, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni probabbilment tiddeterjora b'mod sinifikanti għar-raġunijiet deskritti hawn fuq (ara l-premessi 173 sa 197). Għall-kuntrarju ta' dan, iż-żamma tal-miżuri ġġib ċertezza lis-suq, li tippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżomm ix-xejriet ekonomiċi pożittivi tagħha waqt li topera f'suq ġust u kompetittiv.

(200)

Fuq il-bażi ta' dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri se tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

3.   L-interess tal-importaturi

(201)

Aktar minn elf importatur/utent magħruf ġew ikkuntattjati fl-istadju tal-bidu. Ħdax-il kumpanija wieġbu għall-formola tal-kampjunar, u tlieta mlew il-formola tal-kwestjonarju.

(202)

Tnejn mill-kumpaniji kienu kontra l-kontinwazzjoni tal-miżuri, u waħda minnhom argumentat li kinitx se tkun kontra l-miżuri jekk dawn jinżammu b'rata aktar baxxa. Il-kumpanija li fadal ma kellha l-ebda fehma speċifika dwar jekk il-miżuri għandhomx jitħallew jiskadu jew le.

(203)

It-tliet kumpaniji kollha kienu tal-fehma li flimkien mal-miżuri, ir-rata tal-kambju attwali u l-kostijiet tat-trasport jagħmlu l-importazzjoni tal-madum taċ-ċeramika mir-RPĊ inqas attraenti, u li l-importazzjonijiet mir-RPĊ jistgħu jiżdiedu b'mod mhux sinifikanti jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Fl-istess ħin tnejn mit-tliet importaturi kkunsidraw li qabel l-impożizzjoni tal-dazji antidumping, l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu attraenti minħabba d-disinji u l-prezzijiet baxxi tagħhom.

(204)

Fl-investigazzjoni oriġinali, ġie konkluż li l-impożizzjoni tal-miżuri mhux se jkollha impatt sinifikanti fuq l-attività tal-importaturi għaliex dawn jistgħu, fost oħrajn, jaqilbu għal sorsi oħra ta' provvista. Il-Kummissjoni osservat li, tabilħaqq, matul il-PIR, u filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqas għal 1,7 %, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra minbarra r-RPĊ laħqu kważi sehem mis-suq ta' 8 % (ara l-premessa 127) paragunati ma' 5,3 % fil-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali (15). Dawn l-importazzjonijiet ma kinux affettwati mid-dazji għaliex mhumiex ġejjin miċ-Ċina. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li jekk il-miżuri jinżammu, dawn m'għandhomx iwaqqfu lill-importaturi tal-Unjoni milli jkomplu jixtru prodotti simili minn sorsi oħra.

(205)

Finalment, il-livell pjuttost baxx ta' kooperazzjoni tal-importaturi mhux relatati jissuġġerixxi li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma jkollhiex impatt negattiv sinifikanti fuq l-importaturi.

4.   L-interess tal-utenti

(206)

Fil-bidu, l-utenti kollha magħrufa ġew ikkuntattjati flimkien mal-importaturi. Madankollu, l-ebda utent jew assoċjazzjoni tal-utenti ma ressqu 'l quddiem. Fil-każ oriġinali, il-Kummissjoni kkalkulat l-impatt tal-miżuri fuq il-konsumaturi finali u waslet għall-konklużjoni li l-impatt f'termini ta' żieda fil-kostijiet għal kull m2 kien limitat u jammonta għal inqas minn 0,5 EUR/m2. Fl-istess ħin, il-konsum medju fis-sena tal-konsumaturi fl-Unjoni kien ta' madwar 2,2 m2 kull persuna. L-impatt medju fuq il-konsumaturi fl-Unjoni kien, għalhekk, 1,1 EUR/m2 kull persuna. Għall-istess raġunijiet bħal dawk stabbiliti fil-premessi (182) sa (184) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 917/2011, dan tqies bħala mhux sinifikanti. Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-impatt tal-miżuri fuq l-importaturi, l-utenti u l-fornituri li setgħu jkunu soġġetti għal kostijiet addizzjonali jew għal nuqqas ta' provvista minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri. Ġie konkluż li l-impożizzjoni ta' miżuri ma kellhiex impatt sinifikant fuq l-attività tagħhom.

5.   Ponderazzjoni u bbilanċjar tal-interessi

(207)

Fil-ponderazzjoni u fl-ibbilanċjar tal-interessi differenti, il-Kummissjoni tat kunsiderazzjoni speċjali lill-ħtieġa li jiġu eliminati l-effetti ta' dumping dannuż li jfixklu l-kummerċ u li terġa' tiġi restawrata l-kompetizzjoni effettiva. Filwaqt li l-kontinwazzjoni tal-miżuri tipproteġi industrija importanti tal-Unjoni, inklużi diversi intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, kontra r-rikorrenza possibbli tal-ħsara, il-livell pjuttost baxx ta' kooperazzjoni tal-importaturi u l-utenti jissuġġerixxi li l-kontinwazzjoni tal-miżuri mhux se jkollha impatt negattiv sproporzjonat fuqhom.

6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(208)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri fuq l-importazzjonijiet ta' madum taċ-ċeramika li joriġina mir-RPĊ.

H.   IL-KONKLUŻJONI U D-DIVULGAZZJONI

(209)

Il-partijiet kollha ġew infurmati dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li jinżammu l-miżuri eżistenti kontra r-RPĊ. Ingħataw ukoll perjodu ta' żmien biex jissottomettu kummenti sussegwenti għal dik id-divulgazzjoni. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien xieraq.

(210)

Minn dan isegwi li, kif previst fl-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-RPĊ imposti bir-Regolament (UE) Nru 917/2011, għandhom jinżammu.

(211)

Dan ir-Regolament huwa konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(1)   Dazju definittiv antidumping qed b'dan jiġi impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċangaturi u ċangar tal-pavimentar, madum għall-qigħan tal-fuklari jew għall-ħitan taċ-ċeramika, igglejżjati jew mhix igglejżjati; kubi tal-możajk taċ-ċeramika gglejżjati jew mhux igglejżjati u simili, kemm jekk imwaħħlin fuq dahar kif ukoll jekk le, li jaqgħu fi ħdan il-Kodiċi HS 6907, u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(2)   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji li ġejjin għandha tkun din li ġejja:

Kumpanija

Dazju

Kodiċi TARIC Addizzjonali

Dongguan City Wonderful Ceramics Industrial Park Co., Ltd.; Guangdong Jiamei Ceramics Co., Ltd.;

32,0 %

B938

Qingyuan Gani Ceramics Co. Ltd.; Foshan Gani Ceramics Co. Ltd.

13,9 %

B939

Guangdong Xinruncheng Ceramics Co. Ltd.

29,3 %

B009

Shandong Yadi Ceramics Co Ltd

36,5 %

B010

Kumpaniji elenkati fl-Anness I

30,6 %

 

Il-kumpaniji kollha l-oħrajn

69,7 %

B999

(3)   L-applikazzjoni tar-rati ta' dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II. Jekk din il-fattura ma tiġix ippreżentata japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

(4)   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali

Artikolu 2

Meta kwalunkwe produttur mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jipprovdi evidenza biżżejjed lill-Kummissjoni li (a) ma esportax il-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu tal-investigazzjoni (mill-1 ta' April 2009 sal-31 ta' Marzu 2010), (b) li mhuwiex relatat ma' esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament u (c) li jew effettivament esporta l-prodotti kkonċernati jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara li jkun spicċa l-perjodu tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness I billi żżid produttur esportatur ġdid mal-kumpaniji li mhumiex fil-kampjun jew billi ma tagħtix trattament individwali u b'hekk ikun soġġett għar-rata medja tad-dazju ponderata ta' 30,6 %.

Artikolu 3

Fejn tiġi ppreżentata dikjarazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa rigward il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, l-għadd ta' metri kwadri tal-prodotti impurtati għandu jiddaħħal fl-ispazju rilevanti ta' dik id-dikjarazzjoni.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011 tat-12 ta' Settembru 2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 238, 15.9.2011, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/782 tad-19 ta' Mejju 2015 li jżid kumpanija mal-lista ta' produtturi mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 917/2011 (ĠU L 124, 20.5.2015, p. 9).

(3)  Ara r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/409 tal-11 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 23).

(4)  Notifika tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri antidumping (ĠU C 425, 18.12.2015, p. 20).

(5)  Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' madum taċ-ċeramika li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 336, 13.9.2016, p. 5).

(6)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' Marzu 1985, fil-Kawża C-264/82 Timex vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni ECLI:EU:C:1985:119, fil-paragrafu 24.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta' Frar 2012 dwar il-funzjoni u t-termini ta' referenza tal-uffiċjal tas-seduta f'ċerti proċeduri kummerċjali (ĠU L 107, 19.4.2012, p. 5).

(8)  Kif spjegat fil-premessa (10), l-ismijiet tal-produtturi tal-Unjoni mhumiex iddivulgati għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

(9)  Jekk jogħġbok ara wkoll is-Sentenza fil-każ C-687/13, punt 67, talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht München - il-Ġermanja, Fliesen-Zentrum Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Regensburg Fliesen-Zentrum, Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta' Settembru 2015.

(10)  Sors: The China Building Ceramics and Sanitary Ware Association (“CBCSA”) (sit web: http://www.china-china.cn)

(11)  Il-ponderazzjonijiet attwali kienu ftit differenti minn dawk użati fl-investigazzjoni oriġinali, stabbiliti abbażi ta' dejta mill-2008.

(12)  Ara l-premessa (121) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 258/2011 tas-16 ta' Marzu 2011 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 70, tas-17.3.2011, p. 5).

(13)  Matul l-investigazzjoni oriġinali (mill-2007 sal-31 ta' Marzu 2010), l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu bħala medja madwar 65 miljun m2 fis-sena.

(14)  It-Tajlandja (2,18-35,49 %), l-Arġentina (USD 50,03/m2), il-Brażil (USD 3,34/m2 għal USD 6,42/m2), il-Korea t'Isfel (9,07 % għal 37,40 %), l-Indja (żieda ta' sa USD 1,87 kull m2), il-Messiku (impenn fuq il-prezzijiet FOB ta' mhux inqas minn USD 6,72/m2, jew dazji ta' USD 2,9/m2 sa USD 12,42/m2), u l-Pakistan (5,21 %-59,18 %). Sors: L-Anness 22 tat-talba, is-sit web tad-WTO għar-rapport semiannwali skont l-Artikolu 16.4 tal-Ftehim mill-pajjiżi differenti, u l-pubblikazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi Indjan.

(15)  Ara l-premessa (78) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 258/2011 tas-16 ta' Marzu 2011 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 5).


ANNESS I

Produtturi Ċiniżi li kkooperaw imma ma ntgħażlux fil-kampjun jew li ma ngħatawx trattament individwali:

Isem

Kodiċi TARIC Addizzjonali

Dongguan He Mei Ceramics Co. Ltd

B132

Dongpeng Ceramic (Qingyuan) Co. Ltd

B133

Eagle Brand Ceramics Industrial (Heyuan) Co. Ltd

B134

Enping City Huachang Ceramic Co. Ltd

B135

Enping Huiying Ceramics Industry Co. Ltd

B136

Enping Yungo Ceramic Co. Ltd

B137

Foshan Aoling Jinggong Ceramics Co. Ltd

B138

Foshan Bailifeng Building Materials Co. Ltd

B139

Foshan Bragi Ceramic Co. Ltd

B140

Foshan City Fangyuan Ceramic Co. Ltd

B141

Foshan Gaoming Shuncheng Ceramic Co. Ltd

B142

Foshan Gaoming Yaju Ceramics Co. Ltd

B143

Foshan Guanzhu Ceramics Co. Ltd

B144

Foshan Huashengchang Ceramic Co. Ltd

B145

Foshan Jiajun Ceramics Co. Ltd

B146

Foshan Mingzhao Technology Development Co. Ltd

B147

Foshan Nanhai Jingye Ceramics Co. Ltd

B148

Foshan Nanhai Shengdige Decoration Material Co. Ltd

B149

Foshan Nanhai Xiaotang Jinzun Border Factory Co. Ltd

B150

Foshan Nanhai Yonghong Ceramic Co. Ltd

B151

Foshan Oceanland Ceramics Co. Ltd

B152

Foshan Oceano Ceramics Co. Ltd

B153

Foshan Sanshui Hongyuan Ceramics Enterprise Co. Ltd

B154

Foshan Sanshui Huiwanjia Ceramics Co. Ltd

B155

Foshan Sanshui New Pearl Construction Ceramics Industrial Co. Ltd

B156

Foshan Shiwan Eagle Brand Ceramic Co. Ltd

B157

Foshan Shiwan Yulong Ceramics Co. Ltd

B158

Foshan Summit Ceramics Co. Ltd

B159

Foshan Tidiy Ceramics Co. Ltd

B160

Foshan VIGORBOOM Ceramic Co. Ltd

B161

Foshan Xingtai Ceramics Co. Ltd

B162

Foshan Zhuyangyang Ceramics Co. Ltd

B163

Fujian Fuzhou Zhongxin Ceramics Co. Ltd

B164

Fujian Jinjiang Lianxing Building Material Co. Ltd

B165

Fujian Minqing Jiali Ceramics Co. Ltd

B166

Fujian Minqing Ruimei Ceramics Co. Ltd

B167

Fujian Minqing Shuangxing Ceramics Co. Ltd

B168

Gaoyao Yushan Ceramics Industry Co. Ltd

B169

Guangdong Bode Fine Building Materials Co. Ltd

B170

Guangdong Foshan Redpearl Building Material Co. Ltd

B171

Guangdong Gold Medal Ceramics Co. Ltd

B172

Guangdong Grifine Ceramics Co. Ltd

B173

Guangdong Homeway Ceramics Industry Co. Ltd

B174

Guangdong Huiya Ceramics Co. Ltd

B175

Guangdong Juimsi Ceramics Co. Ltd

B176

Guangdong Kaiping Tilee's Building Materials Co. Ltd

B177

Guangdong Kingdom Ceramics Co. Ltd

B178

Guangdong Monalisa Ceramics Co. Ltd

B179

Guangdong New Zhong Yuan Ceramics Co. Ltd Shunde Yuezhong Branch

B180

Guangdong Ouya Ceramics Co. Ltd

B181

Guangdong Overland Ceramics Co. Ltd

B182

Guangdong Qianghui (QHTC) Ceramics Co. Ltd

B183

Guangdong Sihui Kedi Ceramics Co. Ltd

B184

Guangdong Summit Ceramics Co. Ltd

B185

Guangdong Tianbi Ceramics Co. Ltd

B186

Guangdong Winto Ceramics Co. Ltd

B187

Guangdong Xinghui Ceramics Group Co. Ltd

B188

Guangning County Oudian Art Ceramic Co. Ltd

B189

Guangzhou Cowin Ceramics Co. Ltd

B190

Hangzhou Nabel Ceramics Co. Ltd

B191

Hangzhou Nabel Group Co. Ltd

B192

Hangzhou Venice Ceramics Co. Ltd

B193

Heyuan Becarry Ceramics Co. Ltd

B194

Guangdong Luxury Micro-crystal stone Technology Co., Ltd

B195

Hitom Ceramics Co. Ltd

B196

Huiyang Kingtile Ceramics Co. Ltd

B197

Jiangxi Ouya Ceramics Co. Ltd

B198

Jingdezhen Tidiy Ceramics Co. Ltd

B199

Kim Hin Ceramics (Shanghai) Co. Ltd

B200

Lixian Xinpeng Ceramic Co. Ltd

B201

Louis Valentino (Inner Mongolia) Ceramic Co. Ltd

B202

Louvrenike (Foshan) Ceramics Co. Ltd

B203

Nabel Ceramics (Jiujiang City) Co. Ltd

B204

Ordos Xinghui Ceramics Co. Ltd

B205

Qingdao Diya Ceramics Co. Ltd

B206

Qingyuan Guanxingwang Ceramics Co. Ltd

B207

Qingyuan Oudian Art Ceramic Co. Ltd

B208

Qingyuan Ouya Ceramics Co. Ltd

B209

RAK (Gaoyao) Ceramics Co. Ltd

B210

Shandong ASA Ceramic Co. Ltd

B211

Shandong Dongpeng Ceramic Co. Ltd

B212

Shandong Jialiya Ceramic Co. Ltd

B213

Shanghai CIMIC Holdings Co., Ltd

B214

Sinyih Ceramic (China) Co. Ltd

B215

Sinyih Ceramic (Penglai) Co. Ltd

B216

Southern Building Materials and Sanitary Co. Ltd of Qingyuan

B217

Tangshan Huida Ceramic Group Co. Ltd

B218

Tangshan Huida Ceramic Group Huiquin Co. Ltd

B219

Tegaote Ceramics Co. Ltd

B220

Tianjin (TEDA) Honghui Industry & Trade Co. Ltd

B221

Topbro Ceramics Co. Ltd

B222

Xingning Christ Craftworks Co. Ltd

B223

Zhao Qing City Shenghui Ceramics Co. Ltd

B224

Zhaoqing Jin Ouya Ceramics Company Limited

B225

Zhaoqing Zhongheng Ceramics Co. Ltd

B226

Zibo Hualiansheng Ceramics Co. Ltd

B227

Zibo Huaruinuo Ceramics Co. Ltd

B228

Shandong Tongyi Ceramics Co. Ltd

B229

Onna Ceramic Industries (China) Co., Ltd

B293

Everstone Industry (Qingdao) Co., Ltd

B998


ANNESS II

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, trid tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

1.

L-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali.

2.

Id-dikjarazzjoni li ġejja:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) tal-madum taċ-ċeramika mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (isem il-kumpanija u s-sede reġistrata) (Kodiċi TARIC addizzjonali) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.

(Data u Firma)”


DEĊIŻJONIJIET

23.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/57


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2180

tas-16 ta' Novembru 2017

li testendi l-perjodu ta' validità tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/412 li tawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-injam tal-fraxxnu li joriġina fil-Kanada jew li huwa pproċessat hemmhekk

(notifikata bid-dokument C(2017) 7488)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/412 (2) tippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw, permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, u flimkien mal-punt 2.3 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV ta' dik id-Direttiva, l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-injam tal-fraxxnu (Fraxinus L.) li joriġina fil-Kanada, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(2)

Billi għadhom japplikaw iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw din l-awtorizzazzjoni, u billi ma hemm l-ebda informazzjoni ġdida li tagħti lok għal reviżjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni tiġi estiża.

(3)

Abbażi tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/412, huwa xieraq li l-awtorizzazzjoni tiġġedded għal sena.

(4)

Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/412 tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/412, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2018”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/412 tas-17 ta' Marzu 2016 li tawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-injam tal-fraxxnu li joriġina fil-Kanada jew li huwa pproċessat hemmhekk (ĠU L 74, 19.3.2016, p. 41).


23.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/58


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2181

tal-21 ta' Novembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1918 rigward ċerti miżuri ta' salvagwardja b'konnessjoni mal-marda tat-tnewwin kroniku

(notifikata bid-dokument C(2017) 7661)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, għall-kontroll u għall-eradikazzjoni tal-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (TSEs) fl-Unjoni. Dan japplika għall-produzzjoni u għat-tqegħid fis-suq ta' annimali ħajjin u ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u, f'ċerti każijiet speċifiċi, għall-esportazzjonijiet tagħhom. Jistipula wkoll, fost affarijiet oħra, programmi ta' monitoraġġ għal ċerti TSEs kif ukoll l-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja fil-każ ta' tifqigħat ta' TSEs.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1918 (2) tistabbilixxi miżuri ta' salvagwardja temporanji b'konnessjoni mal-marda tat-tnewwin kroniku (CWD). Din ġiet adottata wara li fl-2016 ġew individwati ħames każijiet ta' CWD fiċ-ċervidi fin-Norveġja. Dik kienet l-ewwel darba li ġiet skoperta s-CWD fl-Ewropa u kien l-ewwel każ naturali fir-renna fid-dinja. Is-CWD hija marda infettiva u f'każ ta' tifqigħa ta' dik il-marda, hemm riskju li din tista' tinxtered fost popolazzjonijiet ta' ċervidi oħra u f'reġjuni oħra, kif ukoll fit-territorju ta' Stati Membri oħra tal-Unjoni u fl-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-Istati taż-ŻEE-EFTA).

(3)

Fit-2 ta' Diċembru 2016, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat opinjoni xjentifika dwar is-CWD fiċ-ċervidi (l-opinjoni tal-EFSA) (3). L-opinjoni tal-EFSA tirrakkomanda li jiġi implimentat programm ta' sorveljanza ta' tliet snin għas-CWD fiċ-ċervidi fl-Estonja, fil-Finlandja, fl-Iżlanda, fil-Latvja, fil-Litwanja, fin-Norveġja, fil-Polonja u fl-Iżvezja, li huma l-Istati Membri u l-Istati taż-ŻEE-EFTA b'popolazzjoni tar-renni jew tal-moose, jew bit-tnejn li huma. L-opinjoni tal-EFSA saħqet li l-objettiv tal-programm ta' monitoraġġ ta' tliet snin għas-CWD jenħtieġ li jkun li jikkonferma jew li jeskludi l-preżenza tas-CWD f'pajjiżi fejn qatt ma ġiet individwata din il-marda u f'pajjiżi fejn ġiet individwata s-CWD, sabiex tiġi stmata l-prevalenza u l-firxa ġeografika tas-CWD. Sal-lum, qatt ma ġiet individwata s-CWD fl-Unjoni u fir-rigward tal-Istati taż-ŻEE-EFTA, ġiet individwata biss fin-Norveġja.

(4)

Wara li ġiet adottata l-opinjoni tal-EFSA, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 ġie emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1972 (4) sabiex jistipula programm ta' monitoraġġ ta' tliet snin għas-CWD fiċ-ċervidi f'ċerti Stati Membri u fl-Istati taż-ŻEE-EFTA li għandhom popolazzjonijiet taċ-ċervidi li jista' jkun li ġew esposti għas-CWD, li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2020 (programm ta' monitoraġġ ta' tliet snin għas-CWD). L-iskop tal-programm ta' monitoraġġ ta' tliet snin għas-CWD huwa li jikseb stampa ċara tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tas-CWD fiċ-ċervidi fl-Ewropa.

(5)

Bejn Jannar 2017 u Settembru 2017, in-Norveġja informat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, permezz ta' sottomissjonijiet elettroniċi kif imsemmi fil-Parti I.B tal-Kapitolu B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, bi tliet każijiet ulterjuri ta' CWD individwati fir-renni selvaġġi, flimkien mal-ħames każijiet ta' CWD individwati fin-Norveġja fl-2016 fir-renni selvaġġi u fil-moose selvaġġi.

(6)

L-opinjoni tal-EFSA tisħaq ukoll li l-użu ta' lixkiet abbażi ta' urina naturali taċ-ċervidi jżid il-probabbiltà li s-CWD tiġi introdotta fl-Unjoni, u tirrakkomanda li jittieħdu miżuri sabiex titnaqqas il-probabbiltà li din tiġi introdotta permezz ta' lixkiet abbażi ta' urina naturali taċ-ċervidi. L-infettività tas-CWD hija preżenti fl-urina, li għandha rwol fit-trażmissjoni u fit-tixrid tas-CWD. Fl-għamla ta' lixkiet għall-kaċċa, l-urina dderivata minn ċervidi infettati tista' għalhekk twassal għall-kontaminazzjoni ta' żoni fejn qabel ma kinitx preżenti s-CWD. Għaldaqstant l-opinjoni tal-EFSA tirrakkomanda li ma jissoktax l-użu ta' lixkiet għall-kaċċa abbażi tal-urina taċ-ċervidi.

(7)

Filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-opinjoni tal-EFSA, huwa xieraq li jiġu estiżi l-miżuri ta' salvagwardja stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1918 biex ikopru l-lixkiet għall-kaċċa abbażi tal-urina taċ-ċervidi billi jipprojbixxu l-importazzjoni fl-Unjoni ta' lixkiet għall-kaċċa abbażi tal-urina taċ-ċervidi minn pajjiżi terzi, il-moviment ta' konsenji ta' lixkiet għall-kaċċa abbażi tal-urina li ġejja minn ċervidi li joriġinaw min-Norveġja lejn l-Unjoni, u l-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' lixkiet għall-kaċċa abbażi tal-urina minn ċervidi li joriġinaw miż-żoni tal-Iżvezja u tal-Finlandja elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1918.

(8)

Barra minn hekk, il-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1918 jenħtieġ li jittawwal, filwaqt li titqies l-individwazzjoni tal-każijiet ġodda ta' CWD fin-Norveġja u sakemm joħorġu r-riżultati tal-programm ta' monitoraġġ ta' tliet snin għas-CWD. Għaldaqstant il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dak l-att jenħtieġ li jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2020.

(9)

Hemm bżonn ukoll li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1918 bħala riżultat tal-emendi li saru fl-Artikoli ta' dak l-att b'din id-Deċiżjoni.

(10)

Għalhekk id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1918 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1918 hija emendata kif ġej:

(1)

qed jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

1.   L-importazzjoni fl-Unjoni minn pajjiżi terzi ta' konsenji ta' lixkiet għall-kaċċa abbażi tal-urina taċ-ċervidi għandha tiġi pprojbita.

2.   Il-moviment lejn l-Unjoni ta' konsenji ta' lixkiet għall-kaċċa abbażi tal-urina li ġejja minn ċervidi li joriġinaw min-Norveġja, għandu jiġi pprojbit.

3.   Il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' lixkiet għall-kaċċa abbażi tal-urina minn ċervidi li joriġinaw miż-żoni elenkati fl-Anness, għandhom jiġu pprojbiti.”

(2)

fl-Artikolu 4, id-data “31 ta' Diċembru 2017” qed tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2020”.

(3)

l-Anness qed jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1918 tat-28 ta' Ottubru 2016 rigward ċerti miżuri ta' salvagwardja b'konnessjoni mal-marda tat-tnewwin kroniku (ĠU L 296, 1.11.2016, p. 21).

(3)  Scientific Opinion on Chronic wasting disease (CWD) in cervids, The EFSA Journal (2017);15(1):46.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1972 tat-30 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' programm ta' sorveljanza għall-marda ta' tnewwin kroniku fiċ-ċervidi fl-Estonja, fil-Finlandja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja u fl-Iżvezja u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/182/KE (ĠU L 281, 31.10.2017, p. 14).


ANNESS

ANNESS

1.   Iż-żoni tal-Iżvezja msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u (e), fl-Artikolu 3(1), (2) u (4) u fl-Artikolu 3a(3)

il-kontea ta' Norrbotten,

il-kontea ta' Västerbotten,

il-kontea ta' Jämtland,

il-kontea ta' Västernorrland,

il-muniċipalità ta' Älvdalen fil-kontea ta' Dalarna,

il-muniċipalitajiet ta' Nordanstig, Hudiksvall u Söderhamn fil-kontea ta' Gävleborg.

2.   Iż-żoni tal-Finlandja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b), fl-Artikolu 3(1), (3) u (4) u fl-Artikolu 3a(3)

iż-żona li tinsab bejn il-fruntiera Norveġiża-Finlandiża u s-sies għar-renni bejn in-Norveġja u l-Finlandja.