ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 304

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
21 ta' Novembru 2017


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2152 tal-15 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni Nru 189/2014/UE li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta' ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum tradizzjonali prodott fil-Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, fil-Martinique u fir-Réunion

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2153 tal-20 ta' Novembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

3

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2154 tat-22 ta' Settembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar arranġamenti tal-ikklerjar indirett ( 1 )

6

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2155 tat-22 ta' Settembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 149/2013 fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indirett ( 1 )

13

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2156 tas-7 ta' Novembru 2017 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Kiełbasa piaszczańska (IĠP))

20

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2157 tas-16 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 211/2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

21

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2158 tal-20 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi miżuri ta' mitigazzjoni u livelli ta' parametri referenzjarji għat-tnaqqis tal-preżenza tal-akrilammid fl-ikel ( 1 )

24

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2159 tal-20 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 fir-rigward ta' ċerti referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-ICAO ( 1 )

45

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2160 tal-20 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 fir-rigward ta' ċerti referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-ICAO ( 1 )

47

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2161 tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)

48

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2162 tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

50

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2163 tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

51

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2164 tas-17 ta' Novembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tal-iskema volontarja msejħa RTRS EU RED biex tintwera l-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

53

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2165 tas-17 ta' Novembru 2017 li tapprova l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f'ċerti żoni tar-Repubblika Ċeka (notifikata bid-dokument C(2017) 7536)  ( 1 )

55

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2166 tas-17 ta' Novembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2017) 7540)  ( 1 )

57

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/141 tas-26 ta' Jannar 2017 li jimponi dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma' tarf ta' tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan ( ĠU L 22, 27.1.2017 )

69

 

*

Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/659 tas-6 ta' April 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/141 li jimponi dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma' tarf ta' tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan ( ĠU L 94, 7.4.2017 )

69

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

21.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2152

tal-15 ta' Novembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni Nru 189/2014/UE li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta' ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott fil-Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, fil-Martinique u fir-Réunion

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 189/2014/UE (2) awtorizza lil Franza testendi għar-rum “tradizzjonali” prodott fil-Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, fil-Martinique u fir-Réunion l-applikazzjoni fi Franza kontinentali ta' rata ta' dazju tas-sisa għall-alkoħol inqas mir-rata sħiħa stabbilita mill-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE (3) u tapplika rata tal-imposta magħrufa bil-Franċiż bħala “cotisation sur les boissons alcooliques” (“VSS”) li hija inqas mit-taxxa sħiħa applikabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali Franċiża għal tali rum “tradizzjonali”.

(2)

Skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 189/2014/UE, ir-rati ta' sisa u ta' VSS imnaqqsin applikabbli għal dan ir-rum “tradizzjonali” għandhom ikunu limitati għal kwota annwali ta' 120 000 ettolitru ta' alkoħol pur (“hlpa”).

(3)

Fit-22 ta' Settembru 2016 l-awtoritajiet Franċiżi talbu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal aġġustament tekniku biex il-kwota annwali ta' 120 000 hlpa tiżdied għal 144 000 hlpa. Ma' din it-talba ntbagħat rapport li kien fiħ l-informazzjoni kollha li tiġġustifika l-bidla mitluba. Fl-2016, il-produtturi tar-rum “tradizzjonali” ma kellhomx biżżejjed aċċess għas-suq Franċiż kontinentali. Ir-rati tat-tkabbir previsti kienu jeħtieġu li jkun hemm kwota ta' 144 400 hlpa, u dan il-volum intlaħaq sa tmiem l-2016. Għalhekk jeħtieġ li l-kwota annwali ta' 120 000 hlpa tiżdied għal 144 000 hlpa.

(4)

Il-miżuri awtorizzati skont id-Deċiżjoni Nru 189/2014/UE jridu jiġu analizzati u jrid isir rieżami f'aktar dettall tas-sistema kollha kemm hi. Din l-analiżi trid tqis ir-rapport ta' Franza kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 189/2014/UE.

(5)

Il-kwota ta' 120 000 hlpa għall-2016 intużat kollha qabel tmiem l-2016. Mingħajr żieda retroattiva b'effett mill-1 ta' Jannar 2016, il-produtturi tar-rum “tradizzjonali” ser isofru ħsara konsiderevoli u x'aktarx irreparabbli.L-arranġamenti bejn il-produtturi tar-rum “tradizzjonali” u d-distributuri tagħhom fi Franza huma rregolati permezz ta' kuntratti annwali li jipprevedu l-impenji dwar il-volumi li jintbagħtu, dwar il-prezz tal-bejgħ, u dwar skonti u promozzjonijiet li jistgħu jsiru. Billi l-kwota ntużat kollha, l-ispiża fuq il-kwantitajiet barra mill-kwota, li kienu imprevedibbli, kienet ikbar, iżda l-kuntratti kienu diġà laħqu ġew iffirmati, fi żmien meta l-produtturi tar-rum “tradizzjonali” ma kinux f'pożizzjoni li jipprevedu li ser tinqabeż il-kwota u b'kemm ser tinqabeż. Mingħajr żieda retroattiva fil-kwota, il-produtturi tar-rum “tradizzjonali” ser ikollhom telf sostanzjali fuq il-kwantitajiet li bihom inqabżet il-kwota. Għaldaqstant jeħtieġ li tiġi awtorizzata żieda retroattiva fil-kwota, b'effett mill-1 ta' Jannar 2016.

(6)

Il-kriterji l-oħrajn tad-Deċiżjoni Nru 189/2014/UE ma jinbidlux, u analiżi ekonomika indipendenti organizzata mis-servizzi tal-Kummissjoni li ġiet finalizzata f'Lulju 2016 ikkonfermat li l-importazzjonijiet Franċizi tar-rum “tradizzjonali” prodott fil-Guadeloupe, fil-Guyana Franċiża, fil-Martinique u fir-Réunion irrappreżenta biss proporzjon żgħir tal-konsum totali tal-alkoħol fi Franza. Għalhekk, rata ta' taxxa mnaqqsa x'aktarx ma tikkawżax distorzjoni fil-kompetizzjoni tas-suq tar-rum Franċiż, iżjed u iżjed f'dik tas-suq uniku.

(7)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu applikati l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat.

(8)

Għaldaqsant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni Nru 189/2014/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Nru 189/2014/UE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Ir-rati mnaqqsa tad-dazju tas-sisa u r-rati mnaqqsa tal-VSS msemmija fl-Artikolu 1 li japplikaw għar-rum imsemmi fl-Artikolu 2 għandhom ikunu limitati għal:

(a)

kwota annwali ta' 120 000 ettolitru ta' alkoħol pur għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2015; u

(b)

kwota annwali ta' 144 000 ettolitru ta' alkoħol pur għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2020”.

(2)

l-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, ħlief għal:

(a)

l-Artikolu 1, punt (a) tal-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3(2), li għndhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2012; u

(b)

il-pnt (b) tal-Artikolu 3(1), li għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

J. AAB


(1)  Opinjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 189/2014/UE tal-20 ta' Frar 2014 li tawtorizza lil Franza tapplika rata mnaqqsa ta' ċerti taxxi indiretti fuq ir-rum “tradizzjonali” prodott fil-Guadeloupe, fil-Gujana Franċiża, fil-Martinique u fir-Réunion u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/659/KE (ĠU L 59, 28.2.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 29).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2153

tal-20 ta' Novembru 2017

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Wara li ġew organizzati mill-Federazzjoni Russa elezzjonijiet tal-gvernaturi fil-belt annessa illegalment ta' Sevastopol fl-10 ta' Settembru 2017, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li tiżdied persuna mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuna elenkata fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiżdied mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. REPS


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“161.

Dmitry Vladimirovich OVSYANNIKOV

(Дмитрий Владимирович Овсянников)

Data tat-twelid: 21.2.1977

Post tat-Twelid: Omsk, USSR

‘Gvernatur ta' Sevastopol’.

Ovsyannikov ġie elett bħala l-‘Gvernatur ta' Sevastopol’ fl-elezzjonijiet tal-10 ta' Settembru 2017 organizzati mill-Federazzjoni Russa fil-belt annessa illegalment ta' Sevastopol.

Fit-28 ta' Lulju 2016, il-President Putin ħatru bħala Aġent ‘Gvernatur ta' Sevastopol’. F'din il-kapaċità, huwa ħadem għal aktar integrazzjoni tal-peniżola annessa illegalment tal-Krimea fi ħdan il-Federazzjoni Russa, u għalhekk huwa responsabbli għall-appoġġ jew l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Fl-2017 għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi b'appoġġ għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol u fl-anniversarju tar-‘referendum’ illegali tal-Krimea. Huwa ikkommemora l-veterani tal-hekk imsejħa ‘unitajiet ta' awtodifiża’ li ffaċilitaw l-iskjerament ta' forzi Russi fil-peniżola tal-Krimea qabel ma saret l-annessjoni illegali tagħha mill-Federazzjoni Russa, u appella biex Sevastopol issir il-Kapitali tan-Nofsinhar tal-Federazzjoni Russa.

21.11.2017”


21.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/6


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2154

tat-22 ta' Settembru 2017

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar arranġamenti tal-ikklerjar indirett

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 30(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Jenħtieġ li l-arranġamenti tal-ikklerjar indirett ma jesponux lill-kontropartijiet ċentrali (central counterparties, CCPs), lill-membri tal-ikklerjar, lill-klijenti, lill-klijenti indiretti jew livelli oħra ta' klijenti indiretti għal riskju addizzjonali tal-kontroparti, u jenħtieġ li l-assi u l-pożizzjonijiet tal-klijenti indiretti jibbenefikaw minn livell xieraq ta' protezzjoni. Għaldaqstant huwa essenzjali li kwalunkwe tip ta' arranġament tal-ikklerjar indirett jikkonforma mal-kundizzjonijiet minimi biex tiġi żgurata s-sigurtà tiegħu. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-partijiet involuti fl-arranġamenti tal-ikklerjar indirett ikunu soġġetti għal obbligi speċifiċi, u jenħtieġ li l-arranġamenti tal-ikklerjar indirett jiġu permessi meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti f'dan ir-Regolament.

(2)

Billi jenħtieġ li l-assi u l-pożizzjonijiet tal-kontroparti li jiġu pprovduti servizzi tal-ikklerjar indirett għalihom jibbenefikaw minn protezzjoni b'effett ekwivalenti għal dak imsemmi fl-Artikoli 39 u 48 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-kunċetti differenti tal-klijent indirett huma kruċjali għal dan ir-Regolament u jenħtieġ li jiġu definiti fih.

(3)

Meta wieħed iqis li jenħtieġ li l-membri tal-ikklerjar jikkwalifikaw bħala parteċipanti fis-sens tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u biex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' protezzjoni għall-klijenti indiretti bħal dak mogħti lill-klijenti skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, jenħtieġ li l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar indirett ikunu istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti tal-investiment, jew entitajiet ta' pajjiżi terzi ekwivalenti għal istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti tal-investiment.

(4)

Il-livell ogħla ta' attivita ta' intermedjazzjoni bejn CCP u l-livelli differenti ta' klijenti indiretti jitlob passi operattivi addizzjonali, kontijiet addizzjonali kif ukoll soluzzjonijiet teknoloġiċi u flussi ta' proċessar aktar kumplessi. Dan jirriżulta f'żieda fil-kumplessità ta' arranġamenti tal-ikklerjar indirett meta mqabbla ma' arranġamenti tal-ikklerjar tal-klijenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li dak il-livell ogħal ta' intermedjazzjoni jittaffa b'rekwiżiti għal għażla alternattiva u aktar sempliċi fil-livell operattiv ta' strutturi tal-kontijiet għal arranġamenti tal-ikklerjar indirett milli għal arranġamenti tal-ikklerjar tal-klijenti.

(5)

L-arranġamenti tal-ikklerjar tal-klijenti jirrikjedu l-għoti ta' kontijiet segregati individwalment. Madankollu, għal arranġamenti tal-ikklerjar indirett, jenħtieġ li tiġi rikjesta offerta ta' struttura tal-kontijiet indiretti omnibus gross b'mekkaniżmu biex jiġi trasferit marġni appellat biss u, jekk jintlaħaq ftehim, marġni li jaqbeż il-marġni appellat, mill-klijent indirett sas-CCP, u mingħajr ma jiġi permess l-ebda nettjar ta' pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti differenti fl-istess kont indirett omnibus gross, apparti l-kontijiet indiretti omnibus li jippermettu dan l-innettjar. Dan il-mekkaniżmu jippermetti li ssir identifikazzjoni, b'mod ekwivalenti għal kontijiet segregati individwalment, bejn il-kollateral u l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont ta' klijent indirett speċifiku, fuq naħa waħda, u l-kollateral u l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont tal-klijent jew klijenti indiretti oħrajn fuq in-naħa l-oħra.

(6)

Barra minn hekk, anke jekk l-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma fi struttura ta' kont omnibus gross għal arranġamenti ta' kklerjar indirett jistgħu xorta jibqgħu esposti għat-telf ta' klijent indirett ieħor billi dawk l-assi u l-pożizzjonijiet jitħalltu f'kont wieħed, il-veloċità li biha dawk l-assi u l-pożizzjonijiet jistgħu jiġu identifikati fejn meħtieġ biex jillikwidawhom wara inadempjenza, tikkontribwixxi biex timminimizza dak it-telf potenzjali.

(7)

Fl-istess ħin, dan il-mekkaniżmu jippermetti struttura ta' kont aktar sempliċi li tnaqqas l-ispejjeż u l-kumplessità meta mqabbel ma' kontijiet segregati individwalment filwaqt li jippermetti li ssir distinzjoni tal-kollateral u l-pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti differenti u għaldaqstant jiżgura livell ta' protezzjoni li huwa ekwivalenti għal-livell ta' protezzjoni offrut minn kont segregat individwalment. Madankollu, jenħtieġ li r-rikjesta għal offerta ta' kontijiet indiretti omnibus gross ma tipprekludix il-possibbiltà li jiġu offruti kontijiet segregati individwalment għal klijenti indiretti fl-arranġamenti tal-ikklerjar li jikkonsistu f'CCP, membru tal-ikklerjar, klijent u livell uniku ta' klijenti indiretti.

(8)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ikklerjar ċentrali, billi jiġu razzjonalizzati s-servizzi tal-ikklerjar u jiġu ssimplifikati r-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-membri tal-ikklerjar, il-klijenti u l-klijenti indiretti, xi gruppi joffru servizzi tal-ikklerjar billi jużaw żewġ entitajiet mill-istess grupp li jaġixxu bħala intermedjarji fil-forniment ta' dawn is-servizzi. Għal raġunijiet simili, il-grupp tal-klijent xi kultant juża entità waħda biex jittratta direttament mal-membru tal-ikklerjar u ma' entità differenti biex tjttratta direttament mal-klijent indirett, tipikament għax dik it-tieni entità hija stabbilita fil-ġuriżdizzjoni tal-klijent indirett. F'dawn il-każijiet, is-servizzi tal-ikklerjar huma razzjonalizzati matul l-attivitajiet ekonomiċi differenti tal-grupp u r-relazzjoni kummerċjali bejn il-membri tal-ikklerjar, il-klijenti u l-klijenti indiretti hija ssimplifikata wkoll. Dment li dawn it-tipi ta' arranġamenti jissodisfaw kundizzjonijiet speċifiċi li jiżguraw li r-riskju tal-kontroparti ma jiżdiedx u li jingħata livell xieraq ta' protezzjoni lill-ikklerjar indirett, dawn jinħtieġ li jiġu permessi.

(9)

Fi ktajjen ta' kklerjar indirett li jinvolvu aktar minn CCP, membru tal-ikklerjar, klijent u livell uniku ta' klijenti indiretti, l-użu ta' kontijiet segregati individwalment jista' jwassal għal diffikultajiet tekniċi mhux mistennija billi jkollha tiġi ġestita l-inadempjenza potenzjali ta' kontroparti waħda jew aktar f'dik il-katina u għadd ta' kontijiet segregati individwalment. L-offerta ta' kontijiet segregati individwalment f'dawk il-ktajjen itwal tista' tqarraq bil-kontropartijiet li jkunu qed ifittxu l-livell ta' protezzjoni normalment assoċjat ma' kontijiet segregati individwalment billi dak il-livell ta' protezzjoni ma jistax jinkiseb f'xi wħud minn dawk il-ktajjen itwal. Sabiex jiġu evitati r-riskji li jirriżultaw minn dik is-suppożizzjoni falza, jenħtieġ li f'dawn il-ktajjen itwal ta' kklerjar indirett jiġi permess li jintużaw biss kontijiet segregati omnibus, dment li l-kontropartijiet li jikklerjaw permezz ta' dawn l-arranġamenti jkunu infurmati b'mod sħiħ bil-livell ta' segregazzjoni u r-riskji assoċjati ma' dak it-tip ta' kont.

(10)

Sabiex jiġi żgurat li l-ammont tal-marġni msejjaħ fi struttura ta' kont indirett omnibus gross ikun l-istess bħall-ammont li kien jissejjaħ kieku ntuża kont tal-ikklerjar indirett segregat individwalment, jenħtieġ li CCP jirċievi informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet li ttieħdu għall-kont tal-klijent indirett biex jiġi kkalkulat l-appell għall-marġni assoċjat dwar klijent indirett b'bażi tal-klijenti indiretti.

(11)

Sabiex tiġi żgurata l-ekwivalenza fl-ikklerjar tal-klijenti, jenħtieġ li membru tal-ikklerjar ikollu proċeduri fis-seħħ biex jiffaċilita t-trasferiment ta' pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti għal klijent alternattiv wara n-nuqqas ta' klijent milli jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li membru tal-ikklerjar ikollu proċeduri biex jillikwida l-pożizzjonijiet u l-assi tal-klijenti indiretti u biex jirritorna r-rikavati minn likwidazzjoni lil dawn il-klijenti indiretti meta jkunu magħrufa. Meta, għal kwalunkwe raġuni, ir-rikavati minn likwidazzjoni ma jkunux jistgħu jiġu rritornati direttament lill-klijenti indiretti kkonċernati, jenħtieġ li r-rikavati minn likwidazzjoni jiġu rritornati lill-klijent inadempjenti għall-kont tal-klijenti indiretti tiegħu.

(12)

Jenħtieġ li jitpoġġew proċeduri fis-seħħ sabiex, f'każ ta' inadempjenza tal-klijent, l-informazzjoni dwar l-identità tal-klijenti indiretti tkun tista' tiġi magħrufa u l-membru tal-ikklerjar ikun jista' jidentifika liema assi u pożizzjonijiet jappartjenu lil liema klijent indirett.

(13)

Jenħtieġ li klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett jippreżenta għażla ta' strutturi ta' kontijiet lill-klijent indirett. Madankollu, huwa possibbli li klijent indirett ma jkunx ta struzzjonijiet lill-klijent fi żmien raġonevoli. F'dak il-każ, jenħtieġ li dak il-klijent jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett lil dak il-klijent indirett billi juża kwalunkwe struttura ta' kontijiet, dment li dak il-klijent jinforma lill-klijent indirett bl-istruttura tal-kont użata, ir-riskji assoċjati ma' dak il-kont u l-livell ta' segregazzjoni tiegħu, u l-possibbiltà li jibdel l-istruttura tal-kontijiet fi kwalunkwe żmien.

(14)

L-arranġamenti tal-ikklerjar indirett jistgħu jwasslu għal riskji speċifiċi. Għaldaqstant jeħtieġ li l-partijiet kollha li jipparteċipaw fl-arranġamenti tal-ikklerjar indirett, inkluż il-membri tal-ikklerjar u s-CCPs, jidentifikaw, jissorveljaw u jġestixxu kull riskju materjali li jirriżulta minn dawn l-arranġamenti fuq bażi kontinwa. Tqassim xieraq tal-informazzjoni bejn il-klijenti u l-membri tal-ikklerjar huwa importanti b'mod speċjali għal dawn l-iskopijiet. Madankollu, jenħtieġ li l-membri tal-ikklerjar jiżguraw li dik l-informazzjoni tintuża biss għal skopijiet ta' ġestjoni tar-riskju u ta' proviżjonament ta' marġni u biex dik l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva ma tintużax ħażin.

(15)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 japplikaw mill-istess data.

(16)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(17)

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“klijent” tfisser klijent kif definit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b)

“klijent indirett” tfisser klijent ta' klijent kif definit fil-punt (a);

(c)

“arranġamenti tal-ikklerjar indirett” tfisser is-sett ta' relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornituri u r-riċeventi tas-servizzi tal-ikklerjar indirett ipprovduti min klijent, klijent indirett jew it-tieni klijent indirett;

(d)

“tieni klijent indirett” tfisser klijent ta' klijent indirett kif definit fil-punt (b);

(e)

“tielet klijent indirett” tfisser klijent tat-tieni klijent indirett kif definit fil-punt (d);

Artikolu 2

Rekwiżiti għall-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar indirett minn klijenti

1.   Klijent jista' jipprovdi biss servizzi tal-ikklerjar indirett lil klijenti indiretti dment li jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha:

(a)

il-klijent ikun istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata jew ditta tal-investiment jew entità stabbilita f'pajjiż terz li titqies bħala istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment kieku dik l-entità kienet stabbilita fl-Unjoni;

(b)

il-klijent jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett b'termini kummerċjali raġonevoli u jiddivulga pubblikament it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali li bihom iipprovdi dawn is-servizzi;

(c)

il-membru tal-ikklerjar ikun qabel mat-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu.

2.   Il-klijent imsemmi fil-paragrafu 1 u l-klijent indirett għandhom jikkonkludu, bil-miktub, arranġament tal-ikklerjar indirett. L-arranġament tal-ikklerjar indirett għandu jinkludi mill-inqas dawn it-termini kuntrattwali li ġejjin:

(a)

it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali msemmija fil-paragrafu 1(b);

(b)

l-impenn tal-klijent li jonora l-obbligi kollha tal-klijent indirett lejn il-membru tal-ikklerjar fir-rigward tat-tranżazzjonijiet koperti mill-arranġament tal-ikklerjar indirett.

L-aspetti kollha tal-arranġament tal-ikklerjar indirett għandhom jiġu dokumentati b'mod ċar.

3.   CCP ma għandhiex tipprevjeni l-konklużjoni tal-arranġamenti tal-ikklerjar indirett li tkun daħlet fihom fuq termini kummerċjali raġonevoli.

Artikolu 3

Obbligi tas-CCPs

1.   CCP għandha tiftaħ u żżomm kwalunkwe wieħed mill-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 4(4) skont it-talba tal-membru tal-ikklerjar.

2.   CCP li żżomm l-assi u l-pożizzjonijiet ta' diversi klijenti indiretti f'kont kif imsemmi fl-Artikolu 4(4)(b) għandha żżomm reġistri separati tal-pożizzjonijiet ta' kull klijent indirett, tikkalkula l-marġini fir-rigward ta' kull klijent indirett u tiġbor l-ammont ta' dawk il-marġni fuq bażi gross, abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3).

3.   CCP għandu jidentifika, jissorvelja u jġestixxi kull riskju materjali li jirriżulta mid-dispożizzjoni ta' servizzi tal-ikklerjar indirett li seta' jaffettwa r-reżiljenza tas-CCP għal żviluppi avversi tas-suq.

Artikolu 4

Obbligi tal-membri tal-ikklerjar

1.   Membru tal-ikklerjar li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett għandu jagħmel dan fuq termini kummerċjali raġonevoli u għandu jiddivulga pubblikament it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali li bihom jipprovdi dawn is-servizzi.

It-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu r-riżorsi finanzjarji minimi u r-rekwiżiti tal-kapaċità operattiva għal klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar indirett.

2.   Membru tal-ikklerjar li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett għandu jiftaħ u jżomm mill-inqas dawn il-kontijiet li ġejjin skont it-talba tal-klijent:

(a)

kont omnibus bl-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma minn dak il-klijent għall-kont tal-klijenti indiretti tiegħu;

(b)

kont omnibus bl-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma minn dak il-klijent għall-kont tal-klijenti indiretti tiegħu, li fihom il-membru tal-ikklerjar għandu jiżgura li l-pożizzjonijiet ta' klijent indirett ma jpaċux il-pożizzjonijiet ta' klijent indirett ieħor u li l-assi ta' klijent indirett ma jistgħux jintużaw biex ikopru l-pożizzjonijiet ta' klijent indirett ieħor.

3.   Membru tal-ikklerjar li jżomm assi u pożizzjonijiet għall-kont ta' diversi klijenti indiretti f'kont kif imsemmi fil-paragrafu 2(b) għandu jipprovdi s-CCP fuq bażi ta' kuljum bl-informazzjoni kollha meħtieġa li tippermetti li s-CCP tidentifika l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont ta' kull klijent indirett. Din l-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4).

4.   Membru tal-ikklerjar li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett għandu mill-inqas jiftaħ u jżomm dawn il-kontijiet li ġejjin fis-CCP skont it-talba li tkun saret mill-klijent:

(a)

kont segregat għall-iskop esklużiv li jinżammu l-assi u l-pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti miżmuma mill-membru tal-ikklerjar f'kont kif imsemmi fil-paragrafu 2(a);

(b)

kont segregat għall-iskop esklużiv li jinżammu l-assi u l-pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti ta' kull klijent, miżmum mill-membru tal-ikklerjar f'kont kif imsemmi fil-paragrafu 2(b);

5.   Membru tal-ikklerjar għandu jistabbilixxi proċeduri għall-ġestjoni ta' inadempjenza ta' klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett.

6.   Membru tal-ikklerjar li jżomm l-assi u l-pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti f'kont kif imsemmi fil-paragrafu 2(a) għandu:

(a)

jiżgura li l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 5 jippermettu l-likwidazzjoni fil-pront ta' dawk l-assi u pożizzjonijiet wara l-inadempjenza ta' klijent, inkluż il-likwidazzjoni ta' dawk l-assi u pożizzjonijiet fil-livell tas-CCP, u jinkludi proċedura dettaljata biex jikkomunika mal-klijenti indiretti dwar l-inadempjenza tal-klijent u l-prejodu ta' żmien mistenni biex jiġu likwidati l-assi u l-pożizzjonijiet ta' dawk il-klijenti indiretti;

(b)

warali jitlesta l-proċess tal-ġestjoni tal-inadempjenza għall-inadempjenza ta' klijent, jirritorna fil-pront għand dak il-klijent, għall-kont tal-klijenti indiretti, kwalunkwe bilanċ dovut mil-likwidazzjoni ta' dawk l-assi u pożizzjonijiet.

7.   Membru tal-ikklerjar li jżomm assi u pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti f'kont kif imsemmi fil-paragrafu 2(b) għandu:

(a)

jinkludi fil-proċeduri msemmija fil-paragrafu 5:

(i)

il-passi biex jittrasferixxi l-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma minn klijent inadempjenti għall-kont tal-klijenti indiretti tiegħu lil klijent ieħor jew lil membru tal-ikklerjar;

(ii)

il-passi biex iħallas lil kull klijent indirett ir-rikavati mil-likwidazzjoni tal-assi u l-pożizzjonijiet ta' dak il-klijent indirett;

(iii)

proċedura dettaljata li tikkomunika lill-klijenti indiretti l-inadempjenza tal-klijent u l-perjodu ta' żmien mistenni biex jiġu likwidati l-assi u l-pożizzjonijiet ta' dawn il-klijenti indiretti;

(b)

jimpenja ruħu b'kuntratt li jiskatta l-proċeduri għat-trasferiment tal-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma minn klijent inadempjenti għall-kont tal-klijenti indiretti tiegħu għal klijent jew membru tal-ikklerjar ieħor li nħatar mill-klijenti indiretti rilevanti tal-klijent inadempjenti, fuq talba minn dawk il-klijenti indiretti u mingħajr ma jikseb il-kunsens tal-klijent inadempjenti. Il-klijent jew il-membru tal-ikklerjar l-ieħor għandu jkun obbligat jaċċetta dawn l-assi u l-pożizzjonijiet biss meta dan il-klijent jew il-membru tal-ikklerjar l-ieħor ikun daħal minn qabel f'relazzjoni kuntrattwali ma' dawn il-klijenti indiretti rilevanti biex ikun impenjat li jagħmel dan;

(c)

jiżgura li l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 5 jippermettu l-likwidazzjoni fil-pront ta' dawk l-assi u pożizzjonijiet wara l-inadempjenza ta' klijent, inkluż il-likwidazzjoni ta' dawk l-assi u pożizzjonijiet fil-livell tas-CCP, f'każ li t-trasferiment imsemmi fil-punt (b) ma jkunx seħħ għal xi raġuni f'perjodu ta' żmien ta' trasferiment predefinit speċifikat fl-arranġament tal-ikklerjar indirett;

(d)

wara l-likwidazzjoni ta' dawn l-assi u l-pożizzjonijiet, jimpenja ruħu b'kuntratt biex jiskatta l-proċeduri għall-pagament tar-rikavati minn likwidazzjoni għal kull klijent indirett;

(e)

meta l-membru tal-ikklerjar ma jkunx seta' jidentifika l-klijenti indiretti jew itemm il-pagament tar-rikavati minn likwidazzjoni msemmija fil-punt (d) għal kull klijent indirett, jirritorna fil-pront lill-klijent għall-kont tal-klijenti indiretti kwalunkwe bilanċ dovut mil-likwidazzjoni ta' dawn l-assi u pożizzjonijiet.

8.   Membru tal-ikklerjar għandu jidentifika, jissorvelja u jġestixxi kwalunkwe riskju materjali li jirriżulta mid-dispożizzjoni ta' servizzi tal-ikklerjar indirett li seta' jaffettwa r-reżiljenza tiegħu għal żviluppi avversi tas-suq. Il-membru tal-ikklerjar għandu jistabbilixxi l-proċeduri interni biex jiżgura li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(8) ma tkunx tista' tintuża għal skopijiet kummerċjali.

Artikolu 5

Obbligi tal-klijenti

1.   Klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett għandu joffri għażla lill-klijenti indiretti bejn mill-inqas it-tipi ta' kontijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) u għandu jiżgura li dawk il-klijenti indiretti jkunu infurmati b'kollox dwar il-livelli tas-segregazzjoni u r-riskji assoċjati ma' kull tip ta' kont.

2.   Il-klijent imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jassenja wieħed mit-tipi ta' kontijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) lill-klijenti indiretti li ma jkunux għażlu wieħed f'perjodu ta' żmien raġonevoli stabbilit mill-klijent. Il-klijent għandu jinforma lill-klijent indirett dwar ir-riskji assoċjati mat-tip ta' kont assenjat mingħajr dewmien żejjed. Il-klijent indirett jista' jagħżel tip differenti ta' kont fi kwalunkwe ħin billi jitlob dan bil-miktub lill-klijent.

3.   Klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett iżomm rekords u kontijiet separati li jippermettulu jiddistingwi bejn l-assi u l-pożizzjonijiet tiegħu stess u dawk miżmuma għall-kont tal-klijenti indiretti tiegħu.

4.   Meta l-assi u l-pożizzjonijiet ta' diversi klijenti indiretti jinżammu mill-membru tal-ikklerjar f'kont kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(b), il-klijent għandu jipprovdi lill-membru tal-ikklerjar bl-informazzjoni meħtieġa fuq bażi ta' kuljum biex jippermetti li l-membru tal-ikklerjar jidentifika l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont ta' kull klijent indirett.

5.   Klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett għandu, skont l-għażla tal-klijenti indiretti tiegħu, jitlob lill-membru tal-ikklerjar biex jiftaħ u jżomm fis-CCP il-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 4(4).

6.   Klijent għandu jipprovdi lill-klijenti indiretti tiegħu b'biżżejjed informazzjoni biex jippermetti li dawn il-klijenti indiretti jidentifikaw is-CCP u l-membru tal-ikklerjar użati biex jikklerjaw il-pożizzjonijiet tagħhom.

7.   Meta l-assi u l-pożizzjonijiet ta' wieħed mill-klijenti indiretti jew aktar jinżammu mill-membru tal-ikklerjar f'kont kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(b), il-klijent għandu jinkludi t-termini u l-kundizzjonijiet kollha fl-arranġament tal-ikklerjar mal-klijenti indiretti tiegħu biex jiżgura li, fil-każ ta' inadempjenza ta' dak il-klijent, il-membru tal-ikklerjar jista' jirritorna fil-pront lill-klijenti indiretti r-rikavati mil-likwidazzjoni tal-pożizzjonijiet u l-assi miżmuma għall-kont ta' dawn il-klijenti indiretti skont l-Artikolu 4(7).

8.   Klijent għandu jipprovdi lill-membru tal-ikklerjar biżżejjed informazzjoni biex jidentifika, jissorvelja u jġestixxi kwalunkwe riskju materjali li jirriżulta mid-dispożizzjoni ta' servizzi tal-ikklerjar indirett li seta' jaffettwa r-reżiljenza tal-membru tal-ikklerjar.

9.   Klijent għandu jkollu arranġamenti fis-seħħ biex jiżgura li, meta jsir inadempjenti, l-informazzjoni kollha li għandu fir-rigward tal-klijenti indiretti tiegħu tkun disponibbli għall-membru tal-ikklerjar, inkluż l-identità tal-klijenti indiretti msemmija fl-Artikolu 5(4).

Artikolu 6

Rekwiżiti għall-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar indirett minn klijenti indiretti

1.   Klijent indirett jista' jipprovdi biss servizzi tal-ikklerjar indirett lit-tieni klijenti indiretti dment li l-partijiet għall-arranġamenti tal-ikklerjar indirett jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 u li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-klijent indirett ikun istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata jew ditta tal-investiment jew entità stabbilita f'pajjiż terz li titqies bħala istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment kieku dik l-entità kienet stabbilita fl-Unjoni;

(b)

il-klijent indirett u t-tieni klijent indirett jikkonkludu, bil-miktub, arranġament tal-ikklerjar indirett. L-arranġament tal-ikklerjar indirett għandu jinkludi mill-inqas dawn it-termini kuntrattwali li ġejjin:

(i)

it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali msemmija fl-Artikolu 2(1)(b);

(ii)

l-impenn tal-klijent indirett li jonora l-obbligi kollha tat-tieni klijent indirett lejn il-klijent fir-rigward ta' tranżazzjonijiet koperti mill-arranġament tal-ikklerjar indirett;

(c)

l-assi u l-pożizzjonijiet tat-tieni klijent indirett jinżammu mill-membru tal-ikklerjar f'kont kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(a).

L-aspetti kollha tal-arranġament tal-ikklerjar indirett imsemmija fil-punt (b) għandhom jiġu ddokumentati b'mod ċar.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-partijiet għall-arranġamenti tal-ikklerjar indirett għandhom jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-membru tal-ikklerjar u l-klijent huma parti mill-istess grupp, iżda l-klijent indirett mhuwiex parti minn dak il-grupp;

(b)

il-klijent u l-klijent indirett huma parti mill-istess grupp, iżda la l-membru tal-ikklerjar u lanqas it-tieni klijent indirett ma huma parti minn dak il-grupp.

3.   Għall-arranġamenti tal-ikklerjar indirett li jkunu daħlu fihom il-partijiet fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(a):

(a)

l-Artikoli 4(1), 4(5), 4(6) u 4(8) għandhom japplikaw għall-klijent bħallikieku dak il-klijent kien membru tal-ikklerjar;

(b)

l-Artikoli 2(1)(b), 5(2), 5(3), 5(6), 5(8) u 5(9) għandhom japplikaw għall-klijent indirett bħallikieku dak il-klijent indirett kien klijent.

4.   Għall-arranġamenti tal-ikklerjar indirett li jkunu daħlu fihom il-partijiet fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(b):

(a)

l-Artikoli 4(5) u 4(6) għandhom japplikaw għall-klijent bħallikieku dak il-klijent kien membru tal-ikklerjar;

(b)

l-Artikoli 2(1)(b), 5(2), 5(3), 5(6), 5(8) u 5(9) għandhom japplikaw għall-klijent indirett bħallikieku dak il-klijent indirett kien klijent.

Artikolu 7

Rekwiżiti għall-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar indirett mit-tieni klijenti indiretti

1.   It-tieni klijent indirett jista' jipprovdi biss servizzi tal-ikklerjar indirett lit-tielet klijenti indiretti dment li jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha:

(a)

il-klijent indirett u t-tieni klijent indirett ikunu istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati jew ditti tal-investiment jew entitajiet stabbiliti f'pajjiż terz li jitqiesu bħala istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment kieku dawk l-entitajiet kienu stabbiliti fl-Unjoni;

(b)

il-membru tal-ikklerjar u l-klijent huma parti mill-istess grupp, iżda l-klijent indirett mhuwiex parti minn dak il-grupp;

(c)

il-klijent indirett u t-tieni klijent indirett ikunu parti mill-istess grupp, iżda l-klijent t-tielet klijent indirett ma jkunux parti minn dak il-grupp.

(d)

it-tieni klijent indirett u t-tielet klijent indirett jikkonkludu, bil-miktub, arranġament tal-ikklerjar indirett. L-arranġament tal-ikklerjar indirett għandu jinkludi mill-inqas dawn it-termini kuntrattwali li ġejjin:

(i)

it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali msemmija fl-Artikolu 2(1)(b);

(ii)

l-impenn tat-tieni klijent indirett li jonora l-obbligi kollha tat-tielet klijent indirett lejn il-klijent indirett fir-rigward ta' tranżazzjonijiet koperti mill-arranġament tal-ikklerjar indirett;

(e)

l-assi u l-pożizzjonijiet tat-tielet klijent indirett jinżammu mill-membru tal-ikklerjar f'kont kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(a).

L-aspetti kollha tal-arranġament tal-ikklerjar indirett imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu dokumentati b'mod ċar.

2.   Meta t-tieni klijenti indiretti jipprovdu servizzi tal-ikklerjar indirett skont il-paragrafu 1:

(a)

l-Artikoli 4(1), 4(5), 4(6) u 4(8) għandhom japplikaw kemm għall-klijent kif ukoll għall-klijent indirett bħallikieku kienu membri tal-ikklerjar;

(b)

l-Artikoli 2(1)(b), 5(2), 5(3), 5(6), 5(8) u 5(9) għandhom japplikaw kemm għall-klijent indirett kif ukoll għat-tieni klijent indirett bħallikieku kienu klijenti.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Settembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1)

(3)  Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


21.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/13


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2155

tat-22 ta' Settembru 2017

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 149/2013 fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indirett

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Jenħtieġ li l-arranġamenti tal-ikklerjar indirett ma jesponux lill-kontropartijiet ċentrali (central counterparties, CCPs), lill-membri tal-ikklerjar, lill-klijenti, lill-klijenti indiretti jew livelli oħra ta' klijenti indiretti għal riskju addizzjonali tal-kontroparti, u jenħtieġ li l-assi u l-pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti jibbenefikaw minn livell xieraq ta' protezzjoni. Għaldaqstant huwa essenzjali li kwalunkwe tip ta' arranġament tal-ikklerjar indirett jikkonforma mal-kundizzjonijiet minimi biex tiġi żgurata s-sigurtà tagħhom. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-partijiet involuti fl-arranġamenti tal-ikklerjar indirett ikunu soġġetti għal obbligi speċifiċi, u li l-arranġamenti tal-ikklerjar indirett jiġu permessi biss meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti f'dan ir-Regolament.

(2)

Billi jenħtieġ li l-assi u l-pożizzjonijiet tal-kontroparti li jiġu pprovduti servizzi tal-ikklerjar indirett għalihom jibbenefikaw minn protezzjoni b'effett ekwivalenti għal dak imsemmi fl-Artikoli 39 u 48 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, il-kunċetti differenti tal-klijent indirett huma kruċjali għal dan ir-Regolament u jenħtieġ li jiġu ddefiniti fih.

(3)

Meta wieħed iqis li jenħtieġ li l-membri tal-ikklerjar jikkwalifikaw bħala parteċipanti fis-sens tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u biex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' protezzjoni għall-klijenti indiretti bħal dak mogħti lill-klijenti skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, jenħtieġ li l-klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar indirett ikunu istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti tal-investiment jew entitajiet ta' pajjiżi terzi ekwivalenti għal istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti tal-investiment.

(4)

Il-livell ogħla ta' attività ta' intermedjazzjoni bejn CCP u l-livelli differenti ta' klijenti indiretti jitlob passi operattivi addizzjonali, kontijiet addizzjonali kif ukoll soluzzjonijiet teknoloġiċi u flussi ta' proċessar aktar kumplessi. Dan jirriżulta f'żieda fil-kumplessità ta' arranġamenti tal-ikklerjar indirett meta mqabbla ma' arranġamenti tal-ikklerjar tal-klijenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li dak il-livell ogħla ta' intermedjazzjoni jittaffa b'rekwiżiti għal għażla alternattiva u aktar sempliċi fil-livell operattiv ta' strutturi tal-kontijiet għal arranġamenti tal-ikklerjar indirett milli għal arranġamenti tal-ikklerjar tal-klijenti.

(5)

L-arranġamenti tal-ikklerjar tal-klijenti jirrikjedu l-għoti ta' kontijiet segregati individwalment. Madankollu, għal arranġamenti tal-ikklejar indirett jenħtieġ li tiġi rikjesta offerta ta' struttura tal-kontijiet indiretti omnibus gross b'mekkaniżmu biex jiġi trasferit marġni appellat biss u, jekk jintlaħaq ftehim, marġni li jaqbeż il-marġni appellat, mill-klijent indirett sas-CCP, u mingħajr ma jiġi permess l-ebda nettjar ta' pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti differenti fl-istess kont indirett omnibus gross, apparti l-kontijiet indiretti omnibus li jippermettu dan l-innettjar. Dan il-mekkaniżmu jippermetti li ssir distinzjoni, b'mod ekwivalenti għal kontijiet segregati individwalment, bejn il-kollateral u l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont ta' klijent indirett speċifiku, fuq naħa waħda, u l-kollateral u l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont tal-klijent jew klijenti indiretti oħrajn fuq in-naħa l-oħra.

(6)

Barra minn hekk, anke jekk assi u pożizzjonijiet miżmuma fi struttura ta' kont omnibus gross għal arranġamenti tal-ikklerjar indirett xorta jibqgħu esposti għat-telf ta' klijent indirett ieħor billi dawk l-assi u l-pożizzjonijiet jitħalltu f'kont wieħed, il-veloċità li biha dawk l-assi u l-pożizzjonijiet jistgħu jiġu identifikati meta jkun meħtieġ biex jiġu likwidati wara inadempjenza, tikkontribwixxi biex timminimizza dak it-telf potenzjali.

(7)

Fl-istess ħin, dan il-mekkaniżmu jippermetti struttura ta' kont aktar sempliċi li tnaqqas l-ispejjeż u l-kumplessità meta mqabbel ma' kontijiet segregati individwalment filwaqt li jippermetti li ssir distinzjoni tal-kollateral u l-pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti differenti u għaldaqstant jiżgura livell ta' protezzjoni li huwa ekwivalenti għal-livell ta' protezzjoni offrut minn kont segregat individwalment. Madankollu, jenħtieġ li r-rikjesta għal offerta ta' kontijiet indiretti omnibus gross ma tipprekludix il-possibbiltà li jiġu offruti kontijiet segregati individwalment għal klijenti indiretti fl-arranġamenti tal-ikklejar li jikkonsistu f'CCP, membru tal-ikklerjar, klijent u livell uniku ta' klijenti indiretti.

(8)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal ikklerjar ċentrali, billi jiġu razzjonalizzati s-servizzi tal-ikklerjar u jiġu ssimplifikati r-relazzjonijiet kummerċjali bejn il-membri tal-ikklerjar, il-klijenti u l-klijenti indiretti, xi gruppi li joffru servizzi tal-ikklerjar bl-użu ta' żewġ entitajiet mill-istess grupp li jaġixxu bħala intermedjarji fil-forniment ta' dawn is-servizzi. Għal raġunijiet simili, il-grupp tal-klijent xi drabi juża entità waħda biex jittratta direttament mal-membru tal-ikklerjar u entità differenti biex jittratta direttament mal-klijent indirett, tipikament għax dik it-tieni entità hija stabbilita fil-ġurisdizzjoni tal-klijent indirett. F'dawn il-każijiet, is-servizzi tal-ikklerjar huma razzjonalizzati matul l-attivitajiet ekonomiċi differenti tal-grupp u r-relazzjoni kummerċjali bejn il-membri tal-ikklerjar, il-klijenti u l-klijenti indiretti hija ssimplifikata wkoll. Dment li dawn it-tipi ta' arranġamenti jissodisfaw kundizzjonijiet speċifiċi li jiżguraw li r-riskju tal-kontroparti ma jiżdiedx u li jingħata livell xieraq ta' protezzjoni lill-ikklerjar indirett, dawn għandhom jiġu permessi.

(9)

Fi ktajjen ta' ikklerjar indirett li jinvolvu aktar minn CCP waħda, membru tal-ikklerjar, klijent u livell uniku ta' klijenti indiretti, l-użu ta' kontijiet segregati individwalment jista' joħloq diffikultajiet tekniċi mhux mistennija billi jkollha tiġi ġestita l-inadempjenza potenzjali ta' kontroparti waħda jew aktar f'dik il-katina u għadd ta' kontijiet segregati individwalment. L-offerta ta' kontijiet segregati individwalment f'dawk il-ktajjen itwal tista' tqarraq bil-kontropartijiet li jkunu qed ifittxu l-livell ta' protezzjoni normalment assoċjat ma' kontijiet segregati individwalment billi dak il-livell ta' protezzjoni jista' ma jinkisibx f'xi wħud minn dawk il-ktajjen itwal. Sabiex jiġu evitati r-riskji li jirriżultaw minn dik is-suppożizzjoni falza, jenħtieġ li f'dawn il-ktajjen itwal ta' kklerjar indirett jiġi permessi li jintużaw biss kontijiet segregati omnibus, dment li l-kontropartijiet li jikklerjaw permezz ta' dawn l-arranġamenti jkunu infurmati b'kollox bil-livell ta' segregazzjoni u r-riskji assoċjati ma' dak it-tip ta' kont.

(10)

Sabiex jiġi żgurat li l-ammont tal-marġni msejjaħ fi struttura ta' kont indirett omnibus tkun l-istess bħall-ammont li kien jissejjaħ li kieku ntuża kont tal-ikklerjar indirett segregat individwalment, jenħtieġ li CCP tirċievi informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont tal-klijent indirett biex jiġi kkalkulat l-appell għall-marġni assoċjat dwar klijent indirett b'bażi tal-klijenti indiretti.

(11)

Sabiex tiġi żgurata l-ekwivalenza fl-ikklerjar tal-klijenti, jenħtieġ li membru tal-ikklerjar ikollu proċeduri fis-seħħ biex jiffaċilita t-trasferiment ta' pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti għal klijent alternattiv wara li klijent jonqos milli jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indiretti. Għal-istess raġuni, jenħtieġ li membru tal-ikklerjar ikollu proċeduri biex jillikwida l-pożizzjonijiet u l-assi ta' klijenti indiretti u jirritorna r-rikavat minn likwidazzjoni lil dawn il-klijenti indiretti meta jkun magħruf. Meta, għal xi raġuni, ir-rikavati minn likwidazzjoni ma jkunux jistgħu jiġu rritornati direttament lill-klijenti indiretti kkonċernati, jenħtieġ li r-rikavati minn likwidazzjoni jiġu ritornati lill-klijent inadempjenti għall-kont tal-klijenti indiretti tiegħu.

(12)

Jenħtieġ li jitpoġġew fis-seħħ proċeduri sabiex, f'każ ta' inadempjenza tal-klijent, l-informazzjoni dwar l-identità tal-klijenti indiretti tkun tista' tiġi magħrufa u l-membru tal-ikklerjar ikun jista' jidentifika liema assi u pożizzjonijiet jappartjenu lil liema klijent indirett.

(13)

Jenħtieġ li klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indiretti jippeżenta għażla ta' strutturi ta' kontijiet lill-klijent indirett. Madankollu, mhuwiex possibbli li klijent indirett ma jkunx ta struzzjonijiet lil klijent tal-għażla tiegħu f'perjodu ta' żmien raġonevoli. F'dan il-każ, jenħtieġ li dan il-klijent ikun jista' jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indiretti lil dak il-klijent indirett billi juża kwalunkwe struttura ta' kontijiet, dment li dak il-klijent jinforma lill-klijent indirett bl-istruttura tal-kont użata, ir-riskji assoċjati ma' dak il-kont u l-livell ta' segregazzjoni tiegħu, u l-possibiltà li jibdel l-istruttura tal-kontijiet fi kwalunkwe ħin.

(14)

L-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti jistgħu jwasslu għal riskji speċifiċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-partijiet kollha li jipparteċipaw fl-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, inklużi membri tal-ikklerjar u CCPs, jidentifikaw, jissorveljaw u jġestixxu kull riskju materjali li jirriżulta minn dawn l-arranġamenti fuq bażi kontinwa. Tqassim xieraq tal-informazzjoni bejn il-klijenti u l-membri tal-ikklerjar huwa partikolarment importanti għal dawn l-iskopijiet. Madankollu, jenħtieġ li l-membri tal-ikklerjar jiżguraw li dik l-informazzjoni tintuża biss għal skopijiet ta' ġestjoni tar-riskju u ta' proviżjonament ta' marġni u biex dik l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva ma tintużax ħażin.

(15)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 (3) japplikaw mill-istess data.

(16)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(17)

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(18)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 (5) jenħtieġ li għalhekk jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

“arranġamenti tal-ikklerjar indirett” tfisser sett ta' relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-fornituri u r-riċeventi ta' servizzi tal-ikklerjar indirett pprovduti minn klijent, klijent indirett jew it-tieni klijent indirett;”.

(2)

Fl-Artikolu 1, jiddaħħlu l-punti segwenti (d) u (e):

“(d)

“tieni klijent indirett” tfisser klijent ta' klijent indirett;

(e)

“tielet klijent indirett” tfisser klijent tat-tieni klijent indirett.”.

(3)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Rekwiżiti għall-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar indirett minn klijenti

1.   Klijent jista' jipprovdi biss servizzi tal-ikklerjar indirett lil klijenti indiretti sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-klijent ikun istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata jew ditta tal-investiment jew entità stabbilita f'pajjiż terz li titqies bħala istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment kieku dik l-entita kienet stabbilita fl-Unjoni;

(b)

il-klijent jipprovdi s-servizzi tal-ikklerjar indirett b'termini kummerċjali raġonevoli u jiddivulga pubblikament it-termini u kundizzjonijiet ġenerali li bihom jipprovdi dawk is-servizzi;

(c)

il-membru tal-ikklerjar ikun qabel mat-termini u kundizzjonijiet ġenerali msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu.

2.   Il-klijent imsemmi fil-paragrafu 1 u l-klijent indirett għandhom jikkonkludu, bil-miktub, arranġament tal-ikklerjar indirett. L-arranġament tal-ikklerjar indirett għandu jinkludi mill-inqas dawn it-termini kuntrattwali li ġejjin:

(a)

it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali msemmija fil-paragrafu 1(b);

(b)

l-impenn tal-klijent li jonora l-obbligi kollha tal-klijent indirett lejn il-membru tal-ikklerjar fir-rigward tat-tranżazzjonijiet koperti mill-arranġament tal-ikklerjar indirett.

L-aspetti kollha tal-arranġament tal-ikklerjar indirett għandhom jiġu dokumentati b'mod ċar.

3.   CCP ma għandhiex tipprevjeni l-konklużjoni tal-arranġamenti tal-ikklerjar indirett li tkun daħlet fihom fuq termini kummerċjali raġonevoli.”

(4)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Obbligi tas-CCPs

1.   CCP għandha tiftaħ u żżomm kwalunkwe wieħed mill-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 4(4) skont it-talba tal-membru tal-ikklerjar.

2.   CCP li żżomm l-assi u l-pożizzjonijiet ta' diversi klijenti indiretti f'kont kif imsemmi fl-Artikolu 4(4)(b) għandha żżomm reġistri separati tal-pożizzjonijiet ta' kull klijent indirett, tikkalkula l-marġini fir-rigward ta' kull klijent indirett u tiġbor l-ammont ta' dawk il-marġni fuq bażi gross, abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3).

3.   CCP għandu jidentifika, jissorvelja u jġestixxi kull riskju materjali li jirriżulta mill-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar indirett li seta' jaffettwa r-reżiljenza tas-CCP għal żviluppi avversi tas-suq.”

(5)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Obbligi tal-membri tal-ikklerjar

1.   Membru tal-ikklerjar li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett għandu jagħmel dan fuq termini kummerċjali raġonevoli u għandu jiddivulga pubblikament it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali li bihom jipprovdi dawn is-servizzi.

It-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu r-riżorsi finanzjarji minimi u r-rekwiżiti tal-kapaċità operattiva għal klijenti li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar indirett.

2.   Membru tal-ikklerjar li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett għandu jiftaħ u jżomm mill-inqas dawn il-kontijiet li ġejjin skont it-talba tal-klijent:

(a)

kont omnibus bl-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma minn dak il-klijent għall-kont tal-klijenti indiretti tiegħu;

(b)

kont omnibus bl-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma minn dak il-klijent għall-kont tal-klijenti indiretti tiegħu, li fihom il-membru tal-ikklerjar għandu jiżgura li l-pożizzjonijiet ta' klijent indirett ma jpaċux il-pożizzjonijiet ta' klijent indirett ieħor u li l-assi ta' klijent indirett ma jistgħux jintużaw biex ikopru l-pożizzjonijiet ta' klijent indirett ieħor

3.   Membru tal-ikklerjar li jżomm assi u pożizzjonijiet għall-kont ta' diversi klijenti indiretti f'kont kif imsemmi fil-paragrafu 2(b) għandu jipprovdi s-CCP fuq bażi ta' kuljum bl-informazzjoni kollha meħtieġa li tippermetti li s-CCP tidentifika l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont ta' kull klijent indirett. Din l-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4).

4.   Membru tal-ikklerjar li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indiretti għandu mill-inqas jiftaħ u jżomm dawn il-kontijiet li ġejjin fis-CCP skont it-talba li tkun saret mill-klijent:

(a)

kont segregat għall-iskop esklużiv li jinżammu l-assi u l-pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti miżmuma mill-membru tal-ikklejar f'kont kif imsemmi fil-paragrafu 2(a);

(b)

kont segregat għall-iskop esklużiv li jinżammu l-assi u l-pożizzjonijiet ta' kull klijent indirett miżmuma mill-membru tal-ikklejar f'kont kif imsemmi fil-paragrafu 2(b);

5.   Membru tal-ikklerjar għandu jistabbilixxi proċeduri għall-ġestjoni ta' inadempjenza ta' klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indiretti.

6.   Membru tal-ikklerjar li jżomm l-assi u l-pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti f'kont kif imsemmi fil-paragrafu 2(a) għandu:

(a)

jiżgura li l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 5 jippermettu l-likwidazzjoni fil-pront ta' dawk l-assi u pożizzjonijiet wara l-inadempjenza ta' klijent, inkluż il-likwidazzjoni ta' dawk l-assi u pożizzjonijiet fil-livell tas-CCP, u jinkludi proċedura dettaljata biex jikkomunika mal-klijenti indiretti dwar l-inadempjenza tal-klijent u l-perjodu ta' żmien mistenni biex jiġu likwidati l-assi u l-pożizzjonijiet ta' dawk il-klijenti indiretti;

(b)

wara li jitlesta l-proċess tal-ġestjoni tal-inadempjenza għall-inadempjenza ta' klijent, jirritorna fil-pront għand dak il-klijent, għall-kont tal-klijenti indiretti, kwalunkwe bilanċ dovut mil-likwidazzjoni ta' dawk l-assi u pożizzjonijiet.

7.   Membru tal-ikklerjar li jżomm assi u pożizzjonijiet ta' klijenti indiretti f'kont kif imsemmi fil-paragrafu 2(b) għandu:

(a)

jinkludi fil-proċeduri msemmija fil-paragrafu 5:

(i)

il-passi biex jittrasferixxi l-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma minn klijent inadempjenti għall-kont tal-klijenti indiretti tiegħu lil klijent ieħor jew lil membru tal-ikklerjar;

(ii)

il-passi biex iħallas lil kull klijent indirett ir-rikavat mil-likwidazzjoni tal-assi u l-pożizzjonijiet ta' dak il-klijent indirett;

(iii)

proċedura dettaljata li tikkomunika lill-klijenti indiretti l-inadempjenza tal-klijent u l-perjodu ta' żmien mistenni biex jiġu likwidati l-assi u l-pożizzjonijiet ta' dawn il-klijenti indiretti;

(b)

jimpenja ruħu b'kuntratt li jiskatta l-proċeduri għat-trasferiment tal-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma minn klijent inadempjenti għall-kont tal-klijenti indiretti tiegħu għal klijent jew membru tal-ikklerjar ieħor li nħatar mill-klijenti indiretti rilevanti tal-klijent inadempjenti, fuq talba minn dawk il-klijenti indiretti u mingħajr ma jikseb il-kunsens tal-klijent inadempjenti. Il-klijent jew il-membru tal-ikklerjar l-ieħor għandu jkun obbligat jaċċetta dawn l-assi u l-pożizzjonijiet biss meta dan il-klijent jew il-membru tal-ikklerjar l-ieħor ikun daħal minn qabel f'relazzjoni kuntrattwali ma' dawn il-klijenti indiretti rilevanti fejn ħa impenn li jagħmel dan;

(c)

jiżgura li l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 5 jippermettu l-likwidazzjoni fil-pront ta' dawk l-assi u pożizzjonijiet wara l-inadempjenza ta' klijent, inkluż il-likwidazzjoni ta' dawk l-assi u pożizzjonijiet fil-livell tas-CCP, f'każ li t-trasferiment imsemmi fil-punt (b) ma jkunx seħħ għal xi raġuni f'perjodu ta' żmien ta' trasferiment predefinit speċifikat fl-arranġament tal-ikklerjar indirett;

(d)

wara l-likwidazzjoni ta' dawn l-assi u l-pożizzjonijiet, jimpenja ruħu b'kuntratt biex jiskatta l-proċeduri għall-pagament tar-rikavati minn likwidazzjoni għal kull klijent indirett;

(e)

meta l-membru tal-ikklerjar ma jkunx seta' jidentifika l-klijenti indiretti jew itemm il-pagament tar-rikavat minn likwidazzjoni msemmi fil-punt (d) għal kull klijent indirett, jirritorna fil-pront lill-klijent għall-kont tal-klijenti indiretti kwalunkwe bilanċ dovut mil-likwidazzjoni ta' dawn l-assi u pożizzjonijiet

8.   Membru tal-ikklerjar għandu jidentifika, jissorvelja u jġestixxi kwalunkwe riskju materjali li jirriżulta mill-forniment ta' servizzi tal-ikklejar indirett li seta' jaffettwa r-reżiljenza tiegħu għal żviluppi avversi tas-suq Il-membru tal-ikklerjar għandu jistabbilixxi l-proċeduri interni biex jiżgura li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(8) ma tkunx tista' tintuża għal skopijiet kummerċjali”

(6)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Obbligi tal-klijenti

1.   Klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett għandu joffri għażla lill-klijenti indiretti bejn mill-inqas it-tipi ta' kontijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) u għandu jiżgura li dawk il-klijenti indiretti jkunu infurmati b'kollox dwar il-livelli tas-segregazzjoni u r-riskji assoċjati ma' kull tip ta' kont.

2.   Il-klijent imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jassenja wieħed mit-tipi ta' kontijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) lill-klijenti indiretti li ma jkunux għażlu wieħed f'perjodu ta' żmien raġonevoli stabbilit mill-klijent. Il-klijent għandu jinforma lill-klijent indirett dwar ir-riskji assoċjati mat-tip ta' kont assenjat mingħajr dewmien żejjed.. Il-klijent indirett jista' jagħżel tip differenti ta' kont fi kwalunkwe ħin billi jitlob dan bil-miktub lill-klijent.

3.   Klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indiretti jżomm rekords u kontijiet separati li jippermettulu jiddistingwi bejn l-assi u l-pożizzjonijiet tiegħu stess u dawk miżmuma għall-kont tal-klijenti indiretti tiegħu.

4.   Meta l-assi u l-pożizzjonijiet ta' diversi klijenti indiretti jinżammu mill-membru tal-ikklerjar f'kont kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(b), il-klijent għandu jipprovdi lill-membru tal-ikklerjar bl-informazzjoni meħtieġa fuq bażi ta' kuljum biex jippermetti li l-membru tal-ikklerjar jidentifika l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont ta' kull klijent indirett.

5.   Klijent li jipprovdi servizzi tal-ikklerjar indirett għandu, skont l-għażla tal-klijenti indiretti tiegħu, jitlob lill-membru tal-ikklerjar jiftaħ u jżomm fis-CCP il-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 4(4).

6.   Klijent għandu jipprovdi lill-klijenti indiretti tiegħu biżżejjed informazzjoni biex jippermetti li dawn il-klijenti indiretti jidentifikaw is-CCP u l-membru tal-ikklerjar użati biex jikklerjaw il-pożizzjonijiet tagħhom

7.   Meta l-assi u l-pożizzjonijiet ta' wieħed mill-klijenti indiretti jew aktar jinżammu mill-membru tal-ikklerjar f'kont kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(b), il-klijent għandu jinkludi t-termini u l-kundizzjonijiet kollha fl-arranġament tal-ikklerjar mal-klijenti indiretti tiegħu biex jiżgura li, fil-każ ta' inadempjenza ta' dak il-klijent, il-membru tal-ikklerjar jista' jirritorna fil-pront lill-klijenti indiretti r-rikavati mil-likwidazzjoni tal-pożizzjonijiet u l-assi miżmuma għall-kont ta' dawn il-klijenti indiretti skont l-Artikolu 4(7)

8.   Klijent għandu jipprovdi lill-membru tal-ikklerjar b'biżżejjed informazzjoni biex jidentifika, jissorvelja u jġestixxi kwalunkwe riskju materjali li jirriżulta mill-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar indirett li seta' jaffettwa r-reżiljenza tal-membru tal-ikklerjar

9.   Klijent għandu jkollu arranġamenti fis-seħħ biex jiżgura li, meta jsir inadempjenti, l-informazzjoni kollha li għandu fir-rigward tal-klijenti indiretti tiegħu tkun disponibbli għall-membru tal-ikklerjar, inkluż l-identità tal-klijenti indiretti msemmija fl-Artikolu 5(4)”.

(7)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej:

“Artikolu 5a

Rekwiżiti għall-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar indirett minn klijenti indiretti

1.   Klijent indirett jista' jipprovdi biss servizzi tal-ikklerjar indirett lit-tieni klijenti indiretti dment li l-partijiet għall-arranġamenti tal-ikklerjar indirett jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 u li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-klijent indirett ikun istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata jew ditta tal-investiment jew entità stabbilita f'pajjiż terz li titqies bħala istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment kieku dik l-entità kienet stabbilita fl-Unjoni;

(b)

il-klijent indirett u t-tieni klijent indirett jikkonkludu, bil-miktub, arranġament tal-ikklerjar indirett. L-arranġament tal-ikklerjar indirett għandu jinkludi mill-inqas dawn it-termini kuntrattwali li ġejjin:

(i)

it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali msemmija fl-Artikolu 2(1)(b);

(ii)

l-impenn tal-klijent indirett li jonora l-obbligi kollha tat-tieni klijent indirett lejn il-klijent fir-rigward ta' tranżazzjonijiet koperti mill-arranġament tal-ikklerjar indirett;

(c)

l-assi u l-pożizzjonijiet tat-tieni klijent indirett jinżammu mill-membru tal-ikklerjar f'kont kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(a).

L-aspetti kollha tal-arranġament tal-ikklerjar indirett imsemmija fil-punt (b) għandhom jiġu ddokumentati b'mod ċar.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-partijiet għall-arranġamenti tal-ikklerjar indirett għandhom jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-membru tal-ikklerjar u l-klijent ikunu parti mill-istess grupp, iżda l-klijent indirett ma jkunx parti minn dak il-grupp;

(b)

il-klijent u l-klijent indirett ikunu parti mill-istess grupp, iżda la l-membru tal-ikklerjar u lanqas it-tieni klijent indirett ma jkunu parti minn dak il-grupp.

3.   Għall-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti li jkunu daħlu fihom il-partijiet fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(a):

(a)

l-Artikoli 4(1), 4(5), 4(6) u 4(8) għandhom japplikaw għall-klijent bħallikieku dak il-klijent kien membru tal-ikklerjar;

(b)

l-Artikoli 2(1)(b), 5(2), 5(3), 5(6), 5(8) u 5(9) għandhom japplikaw għall-klijent indirett bħallikieku dak il-klijent indirett kien klijent.

4.   Għall-arranġamenti tal-ikklerjar indirett li jkunu daħlu fihom il-partijiet fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(b):

(a)

l-Artikoli 4(5) u 4(6) għandhom japplikaw għall-klijent bħallikieku dak il-klijent kien membru tal-ikklerjar;

(b)

l-Artikoli 2(1)(b), 5(2), 5(3), 5(6), 5(8) u 5(9) għandhom japplikaw għall-klijent indirett bħallikieku dak il-klijent indirett kien klijent.”

(8)

Jiddaħħal l-Artikolu 5b li ġej:

“Artikolu 5b

Rekwiżiti għall-forniment ta' servizzi tal-ikklerjar indirett mit-tieni klijienti indiretti

1.   It-tieni klijent indirett jista' jipprovdi biss servizzi tal-ikklerjar indirett lit-tielet klijenti indiretti dment li jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha:

(a)

il-klijent indirett u t-tieni klijent indirett ikunu istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati jew ditti tal-investiment jew entitajiet stabbiliti f'pajjiż terz li jitqiesu bħala istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment kieku dawk l-entitajiet kienu stabbiliti fl-Unjoni;

(b)

il-membru tal-ikklerjar u l-klijent ikunu parti mill-istess grupp, iżda l-klijent indirett ma jkunx parti minn dak il-grupp;

(c)

il-klijent indirett u t-tieni klijent indirett ikunu parti mill-istess grupp, iżda l-klijent tat-tieni klijent indirett ma jkunx parti minn dak il-grupp;

(d)

it-tieni klijent indirett u t-tielet klijent indirett jikkonkludu, bil-miktub, arranġament tal-ikklerjar indirett. L-arranġament tal-ikklerjar indirett għandu jinkludi mill-inqas dawn it-termini kuntrattwali li ġejjin:

(i)

it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali msemmija fl-Artikolu 2(1)(b);

(ii)

l-impenn tat-tieni klijent indirett li jonora l-obbligi kollha tat-tielet klijent indirett lejn il-klijent indirett fir-rigward ta' tranżazzjonijiet koperti mill-arranġament tal-ikklerjar indirett;

(e)

l-assi u l-pożizzjonijiet tat-tielet klijent indirett jinżammu mill-membru tal-ikklerjar f'kont kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(a).

L-aspetti kollha tal-arranġament tal-ikklerjar indirett imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu dokumentati b'mod ċar.

2.   Meta t-tieni klijenti indiretti jipprovdu servizzi tal-ikklerjar indiretti skont il-paragrafu 1:

(a)

l-Artikoli 4(1), 4(5), 4(6) u 4(8) għandhom japplikaw kemm għall-klijent kif ukoll għall-klijent indirett bħallikieku kienu membri tal-ikklerjar;

(b)

l-Artikoli 2(1)(b), 5(2), 5(3), 5(6), 5(8) u 5(9) għandhom japplikaw kemm għall-klijent indirett kif ukoll għat-tieni klijent indirett bħallikieku kienu klijenti.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Settembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(5)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 11).


21.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2156

tas-7 ta' Novembru 2017

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (“Kiełbasa piaszczańska” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Polonja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Kiełbasa piaszczańska” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li d-denominazzjoni “Kiełbasa piaszczańska” tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Kiełbasa piaszczańska” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 205, 29.6.2017, p. 70.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


21.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2157

tas-16 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 211/2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda (“NM”) annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti.

(2)

Skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 211/2012 (3), prodott li jikkonsisti f'taħlita ta' alkoħol etiliku (70 % tal-piż) u gażolina (petrol tal-karozzi) u li jikkonforma ma' EN 228 (30 % tal-piż) irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 2207 20 00.

(3)

Skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 626/2014 (4), il-Kummissjoni introduċiet Nota addizzjonali 12 għall-Kapitolu 22 tat-Tieni Parti tan-Nomenklatura Magħquda. Jenħtieġ li r-raġunijiet li wasslu biex il-prodott ikkonċernat ikun ikklassifikat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 211/2012 taħt il-kodiċi NM 2207 20 00, ikunu allinjati mar-regoli stabbiliti f'dik in-Nota addizzjonali biex jiġu evitati diverġenzi potenzjali fil-klassifikazzjoni tariffarja ta' taħlitiet speċifiċi ta' alkoħol etiliku ma' sustanzi oħra u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda fl-Unjoni. Jenħtieġ ukoll li d-deskrizzjoni tal-prodott stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 211/2012 tiċċara li l-prodott jintuża bħala materja prima biex jipproduċi fjuwil għall-vetturi bil-mutur.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 211/2012 jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 211/2012 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 211/2012 tat-12 ta' Marzu 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 73, 13.3.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2014 tal-10 ta' Ġunju 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 26).


ANNESS

ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott bil-kompożizzjoni li ġejja (% tal-piż):

alkoħol etiliku

70

gażolina (petrol tal-karozzi) li tikkonforma ma' EN 228

30

Il-prodott jintuża bħala materja prima biex jipproduċi fjuwil għall-vetturi bil-mutur.

Dan jiġi ttrasportat bl-ingrossa.

2207 20 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota Addizzjonali 12 tal-Kapitolu 22 u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 2207 u 2207 20 00 .

Il-prodott huwa taħlita ta' alkoħol etiliku u gażolina (petrol tal-karozzi). Il-livelli perċentwali ta' gażolina (petrol tal-karozzi) fil-prodott ma jagħmluhx tajjeb għall-konsum mill-bniedem iżda ma jwaqqafx l-użu tal-prodott għal skopijiet industrijali (ara wkoll in-Noti Spjegattivi tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 2207 , ir-raba' paragrafu).

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 2207 20 00 bħala alkoħol etiliku denaturat.


21.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2158

tal-20 ta' Novembru 2017

li jistabbilixxi miżuri ta' mitigazzjoni u livelli ta' parametri referenzjarji għat-tnaqqis tal-preżenza tal-akrilammid fl-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tas-sigurtà tal-ikel. Jiddefinixxi l-“iġjene tal-ikel” bħala sett ta' miżuri u ta' kondizzjonijiet meħtieġa għall-kontroll tal-perikli u sabiex jassiguraw il-bontà għall-konsum uman tal-oġġetti tal-ikel billi jkun meqjus l-użu ntiż tagħhom. Il-perikli għas-sigurtà tal-ikel iseħħu meta l-ikel jiġi espost għal aġenti perikolużi li jirriżultaw fil-kontaminazzjoni ta' dak l-ikel. Il-perikli għall-ikel jistgħu jkunu bijoloġiċi, kimiċi jew fiżiċi.

(2)

L-akrilammid huwa kontaminant kif iddefinit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 (2) u, b'hekk, huwa periklu kimiku fil-katina alimentari.

(3)

L-akrilammid huwa kompost organiku b'piż molekulari baxx u ferm solubbli fl-ilma li jifforma mill-asparaġina u miz-zokkor li huma kostitwenti li jseħħu b'mod naturali f'ċertu ikel meta jitħejja f'temperaturi tipikament ogħla minn 120 °C u b'livell baxx ta' umdità. Dan jifforma primarjament f'ikel li jkun rikk fil-karboidrati moħmi jew moqli fejn il-materja prima jkun fiha l-prekursuri tiegħu, bħaċ-ċereali, il-patata u l-kafena.

(4)

Peress li l-livelli tal-akrilammid f'ċerti oġġetti tal-ikel jidhru li huma ferm ogħla mil-livelli fi prodotti komparabbli tal-istess kategorija ta' prodotti, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/647/UE (3) stiednet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex iwettqu investigazzjonijiet fil-metodi ta' produzzjoni u ta' pproċessar użati mill-operaturi ta' negozju tal-ikel jekk il-livell tal-akrilammid misjub f'oġġett tal-ikel speċifiku jkun jaqbeż il-valuri indikattivi stabbiliti fl-Anness ta' dik ir-Rakkomandazzjoni.

(5)

Fl-2015, il-Bord Xjentifiku dwar Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel (CONTAM) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adotta opinjoni dwar l-akrilammid fl-ikel (4). Abbażi ta' studji magħmula fuq l-annimali, l-Awtorità tikkonferma l-evalwazzjonijiet preċedenti li l-akrilammid fl-ikel jista' jżid ir-riskju tal-kanċer għall-konsumaturi fi gruppi ta' kull età. Peress li l-akrilammid huwa preżenti f'firxa wiesgħa ta' ikel ta' kuljum, dan it-tħassib japplika għall-konsumaturi kollha iżda t-tfal huma l-aktar grupp ta' età espost minħabba l-piż tal-ġisem. L-effetti dannużi possibbli tal-akrilammid fuq is-sistema nervuża, fuq l-iżvilupp qabel u wara t-twelid u fuq ir-riproduzzjoni fl-irġiel ma ġewx meqjusa li huma ta' tħassib, fuq il-bażi tal-livelli attwali ta' esponiment djetetiku. Il-livelli attwali ta' esponiment djetetiku għall-akrilammid bejn il-gruppi ta' età jindikaw tħassib fir-rigward tal-effetti karċinoġeniċi tiegħu.

(6)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Awtorità fir-rigward tal-effetti karċinoġeni tal-akrilammid u fin-nuqqas ta' kwalunkwe miżura konsistenti u obbligatorja li għandha tiġi applikata min-negozji tal-ikel biex jitnaqqsu l-livelli tal-akrilammid, hemm bżonn li tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel u li titnaqqas il-preżenza tal-akrilammid fl-oġġetti tal-ikel fejn il-materja prima jkun fiha l-prekursuri tiegħu billi jiġu stabbiliti miżuri ta' mitigazzjoni xierqa. Il-livelli tal-akrilammid jistgħu jitnaqqsu permezz ta' approċċ ta' mitigazzjoni, bħall-implimentazzjoni ta' prattika tajba tal-iġjene u bl-applikazzjoni ta' proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u punti kritiċi ta' kontroll (HACCP)

(7)

F'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, l-operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom isegwu l-proċeduri meħtieġa biex jilħqu l-miri stabbiliti biex jiksbu l-objettivi ta' dak ir-Regolament u jużaw b'mod xieraq il-kampjunar u l-analiżi biex iżommu l-prestazzjoni tagħhom stess. F'dak ir-rigward, l-istabbiliment ta' miri, bħal-livelli tal-parametri referenzjarji, jista' jiggwida l-implimentazzjoni ta' regoli dwar l-iġjene, filwaqt li jiġi żgurat it-tnaqqis tal-livell ta' esponiment għal ċerti perikli. Il-miżuri ta' mitigazzjoni jbaxxu l-preżenza tal-akrilammid fl-ikel. Biex tiġi vverifikata l-konformità mal-livelli tal-parametri referenzjarji, jenħtieġ li tiġi vverifikata l-effikaċja tal-miżuri ta' mitigazzjoni permezz tal-kampjunar u tal-analiżi.

(8)

Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu stabbiliti miżuri ta' mitigazzjoni li jidentifikaw l-istadji tal-ipproċessar tal-ikel li huma suxxettibbli għall-formazzjoni tal-akrilammid fl-ikel u jiġu stabbiliti attivitajiet li jnaqqsu l-livelli tal-akrilammid f'dawk l-oġġetti tal-ikel.

(9)

Il-miżuri ta' mitigazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-għarfien xjentifiku u tekniku attwali u wrew li jnaqqsu l-livelli tal-akrilammid mingħajr ma jaffettwaw b'mod negattiv il-kwalità u s-sikurezza mikrobjali tal-prodott. Dawk il-miżuri ta' mitigazzjoni ġew stabbiliti wara konsultazzjoni estensiva tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-operaturi ta' negozji tal-ikel, lill-konsumaturi u lill-esperti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Meta l-miżuri ta' mitigazzjoni jinkludu l-użu ta' addittivi tal-ikel u ta' sustanzi oħrajn, jenħtieġ li l-addittivi tal-ikel u s-sustanzi l-oħrajn jintużaw skont l-awtorizzazzjoni tal-użu tagħhom.

(10)

Il-livelli tal-parametri referenzjarji huma indikaturi tal-prestazzjoni li għandhom jintużaw għall-verifika tal-effikaċja tal-miżuri ta' mitigazzjoni u huma bbażati fuq l-esperjenza u l-okkorrenza għall-kategoriji wesgħin tal-ikel. Jenħtieġ li dawn jiġu stabbiliti fl-inqas livell li jista' raġonevolment jintlaħaq bl-applikazzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni kollha rilevanti. Jenħtieġ li l-livelli tal-parametri referenzjarji jiġu determinati fid-dawl tal-aktar dejta reċenti dwar l-okkorrenzi mill-bażi tad-dejta tal-Awtorità, filwaqt li jiġi preżunt li fi ħdan kategorija wiesgħa tal-ikel, il-livell tal-akrilammid f'10 % sa 15 % tal-produzzjoni bl-ogħla livelli normalment jista' jitbaxxa billi jiġu applikati prattiki tajbin. Huwa rikonoxxut li f'ċerti każijiet il-kategoriji speċifikati tal-ikel ikunu wiesgħa u li għal ikel speċifiku fi ħdan kategorija wiesgħa tal-ikel bħal din jista' jkun hemm kundizzjonijiet tal-produzzjoni, ġeografiċi jew staġjonali speċifiċi jew karatteristiċi tal-prodott li għalihom ma jkunx possibbli li jinkisbu l-livelli tal-parametri referenzjarji minkejja l-applikazzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni kollha. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-operatur ta' negozju tal-ikel ikun jista' juri l-evidenza li huwa applika l-miżuri ta' mitigazzjoni rilevanti.

(11)

Jenħtieġ li l-livelli tal-parametri referenzjarji jiġu rieżaminati b'mod regolari mill-Kummissjoni bl-għan li din tistabbilixxi livelli aktar baxxi, li jirriflettu t-tnaqqis kontinwu tal-preżenza tal-akrilammid fl-ikel.

(12)

L-operaturi ta' negozji tal-ikel, li jipproduċu l-oġġetti tal-ikel fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u li jwettqu attivitajiet ta' bejgħ bl-imnut u/jew li jfornu biss direttament lil stabbilimenti lokali tal-bejgħ bl-imnut tipikament ikunu operaturi fuq skala żgħira. Għaldaqstant, il-miżuri ta' mitigazzjoni jiġu adattati għan-natura tal-operazzjoni tagħhom. Madankollu, l-operaturi ta' negozju tal-ikel li jkunu parti jew inkella joperaw fi franchising ta' operazzjoni interkonnessa ikbar, u li jiġu fornuti ċentralment jenħtieġ li japplikaw miżuri ta' mitigazzjoni addizzjonali prattikabbli għal negozji fuq skala ikbar peress li dawk il-miżuri jkomplu jnaqqsu l-preżenza tal-akrilammid fl-ikel u jistgħu jiġu applikati minn impriżi bħal dawk.

(13)

Jenħtieġ li l-effikaċja tal-miżuri ta' mitigazzjoni biex jitnaqqas il-kontenut ta' akrilammid tiġi vverifikata permezz tal-kampjunar u tal-analiżi. Huwa xieraq li jiġu determinati r-rekwiżiti għall-kampjunar u għall-analiżi li jridu jitwettqu mill-operaturi ta' negozju tal-ikel. Fir-rigward tal-kampjunar, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti analitiċi u l-frekwenza tal-kampjunar sabiex jiġi żgurat li r-riżultati analitiċi miksuba jkunu rappreżentattivi għall-produzzjoni tagħhom. L-operaturi ta' negozju tal-ikel, li jipproduċu oġġetti tal-ikel li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u li jwettqu attivitajiet ta' bejgħ bl-imnut u/jew li jfornu biss direttament lil stabbilimenti lokali tal-bejgħ bl-imnut huma eżentati mill-obbligu li jieħdu kampjunar tal-produzzjoni tagħhom u li janalizzawh għall-preżenza tal-akrilammid peress li rekwiżit bħal dan joħloq piż sproporzjonat fuq in-negozju tagħhom.

(14)

Minbarra l-kampjunar u l-analiżi mill-operaturi tan-negozji, ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jeżiġi li l-Istati Membri jwettqu b'mod regolari kontrolli uffiċjali biex jiżguraw il-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel. Jenħtieġ li l-kampjunar u l-analiżi mwettqa mill-Istati Membri fil-kuntest tal-kontrolli uffiċjali jikkonformaw mal-proċeduri ta' kampjunar u mal-kriterji analitiċi stabbiliti bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(15)

B'mod komplimentari għall-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-istabbiliment ta' livelli massimi għall-akrilammid f'ċertu ikel jitqies f'konformità mar-Regolament (KEE) Nru 315/93 wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(16)

L-implimentazzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni mill-operaturi ta' negozju tal-ikel tista' tinvolvi tibdiliet fil-proċess tal-produzzjoni attwali tagħhom u, għalhekk, xieraq li jiġi previst perjodu tranżitorju qabel ma jibdew japplikaw il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament.

(17)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' Applikazzjoni

1.   Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-ikel, l-operaturi ta' negozju tal-ikel li jipproduċu u jqiegħdu fis-suq oġġetti tal-ikel elenkati fil-paragrafu 2 għandhom, f'konformità mal-Artikolu 2, japplikaw il-miżuri ta' mitigazzjoni stabbiliti fl-Annessi I u II, bl-għan li jiksbu l-livelli tal-parametri referenzjarji stabbiliti fl-Anness IV.

2.   L-oġġetti tal-ikel imsemmija fil-paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:

(a)

Ċipps, prodotti oħra mqattgħin (moqlija kompletament fiż-żejt) u krisps tal-patata magħmulin mill-patata friska;

(b)

krisps tal-patata, snacks, krekers u prodotti oħra tal-patata magħmulin mill-għaġina tal-patata;

(c)

ħobż;

(d)

ċereali tal-kolazzjon (ħlief il-poriġ);

(e)

prodotti fini tal-forn: cookies, gallettini, ħobż mixwi (rusks), bars taċ-ċereali, scones, kornets, wejfers, crumpets u gingerbread, kif ukoll krekers, ħobż iqarmeċ u sostituti tal-ħobż. F'din il-kategorija, kreker hija galletta niexfa (prodott moħmi bbażat fuq id-dqiq taċ-ċereali);

(f)

kafè:

(i)

kafè inkaljat;

(ii)

kafè instant (solubbli);

(g)

sostituti tal-kafè;

(h)

ikel tat-trabi u, ikel ipproċessat biċ-ċereali maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

Artikolu 2

Miżuri ta' mitigazzjoni

1.   L-operaturi ta' negozju tal-ikel, li jipproduċu u jqiegħdu fis-suq l-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Artikolu 1(2) għandhom japplikaw il-miżuri ta' mitigazzjoni previsti fl-Anness I.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-operaturi ta' negozju tal-ikel li jipproduċu l-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Artikolu 1(2), li jwettqu attivitajiet ta' bejgħ bl-imnut, u/jew li jfornu biss direttament lil stabbilimenti lokali tal-bejgħ bl-imnut għandhom japplikaw il-miżuri ta' mitigazzjoni previsti fil-Parti A tal-Anness II.

3.   L-operaturi tan-negozju tal-ikel imsemmija fil-paragrafu 2 li joperaw f'faċilitajiet li jkunu taħt kontroll dirett u li jkunu qed joperaw taħt trademark jew liċenzja kummerċjali waħda, bħala parti minn operazzjoni interkonnessa ikbar, jew li huma franchising ta' operazzjoni interkonnessa ikbar, u taħt l-istruzzjonijiet tal-operatur tan-negozju tal-ikel li jforni b'mod ċentralizzat l-oġġetti tal-ikel msemmija fl-Artikolu 1(2), għandhom japplikaw il-miżuri addizzjonali ta' mitigazzjoni stabbiliti fil-Parti B tal-Anness II.

4.   Meta l-livelli tal-parametri referenzjarji jinqabżu, l-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jirrieżaminaw il-miżuri ta' mitigazzjoni applikati u jaġġustaw il-proċessi u l-kontrolli bl-għan li jinkisbu livelli tal-akrilammid li jkunu l-inqas li jistgħu raġonevolment jintlaħqu, taħt il-livelli tal-parametri referenzjarji stabbiliti fl-Anness IV. Għalhekk, l-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom iqisu s-sikurezza tal-oġġetti tal-ikel, il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-produzzjoni u ġeografiċi jew il-karatteristiċi tal-prodotti.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

id-definizzjonijiet ta' “ikel”, “operatur ta' negozju tal-ikel”, “bejjiegħ bl-imnut”, “tqegħid fis-suq” u “konsumatur finali” stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

2.

“livelli tal-parametri referenzjarji” tfisser indikaturi tal-prestazzjoni użati għall-verifika tal-effikaċja tal-miżuri ta' mitigazzjoni u huma bbażati fuq l-esperjenza u l-okkorrenza għall-kategoriji wesgħin tal-ikel.

Artikolu 4

Kampjunar u analiżi

1.   L-operaturi ta' negozju tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom jistabbilixxu programm għall-kampjunar u għall-analiżi tagħhom stess tal-livelli tal-akrilammid fl-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Artikolu 1(2).

2.   L-operaturi ta' negozju tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom iżommu rekord tal-miżuri ta' mitigazzjoni applikati stabbiliti fl-Anness I.

3.   L-operaturi ta' negozju tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 2(3) għandhom iżommu rekord tal-miżuri ta' mitigazzjoni applikati stabbiliti fil-Partijiet A u B tal-Anness II.

4.   L-operaturi ta' negozju tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 2(1) u 2(3) għandhom iwettqu kampjunar u analiżi biex jiddeterminaw il-livell tal-akrilammid fl-oġġetti tal-ikel f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III u għandhom iżommu rekord tar-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi.

5.   Jekk ir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi jindikaw li l-livelli mhumiex inqas mill-livelli tal-parametri referenzjarji tal-akrilammid stabbiliti fl-Anness IV, l-operaturi tan-negozju tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 2(1) u 2(3) għandhom jirrieżaminaw mingħajr dewmien il-miżuri ta' mitigazzjoni f'konformità mal-Artikolu 2(4).

6.   Permezz ta' deroga, dan l-Artikolu ma japplikax għal operaturi ta' negozju tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 2(2). Dawk l-operaturi ta' negozju tal-ikel għandhom ikunu jistgħu jipprovdu evidenza tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni stabbiliti fil-parti A tal-Anness II.

Artikolu 5

Rieżami tal-livelli tal-akrilammid

Il-livelli tal-parametri referenzjarji tal-preżenza tal-akrilammid fl-oġġetti tal-ikel previsti fl-Anness IV għandhom jiġu rieżaminati mill-Kummissjoni kull tliet snin u l-ewwel darba fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ir-rieżami tal-livelli tal-parametri referenzjarji għandu jkun ibbażat fuq id-dejta dwar l-okkorrenza tal-akrilammid li tinsab fil-bażi tad-dejta tal-Awtorità, relatata mal-perjodu ta' rieżami u pprovduta lill-bażi tad-dejta tal-Awtorità mill-awtoritajiet kompetenti u mill-operaturi ta' negozju tal-ikel.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-11 ta' April 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).

(3)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/647/UE tat-8 ta' Novembru 2013 dwar investigazzjonijiet tal-livelli tal-akrilammid fl-ikel (ĠU L 301, 12.11.2013, p. 15).

(4)  The EFSA Journal 2015;13(6):4104.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


ANNESS I

IL-MIŻURI TA' MITIGAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)

Meta l-miżuri ta' mitigazzjoni f'dan l-Anness jinkludu l-użu tal-addittivi tal-ikel u ta' sustanzi oħrajn, l-addittivi tal-ikel u s-sustanzi l-oħrajn għandhom jintużaw f'konformità mad-dispożizzjonijiet previsti fir-Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1332/2008 (1) u (KE) Nru 1333/2008 (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3).

I.   PRODOTTI BBAŻATI FUQ PATATA MHUX IPPROĊESSATA

Għażla ta' varjetajiet xierqa ta' patata

1.

L-operaturi ta' negozji tal-ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “FBOs”) għandhom jidentifikaw u jużaw il-varjetajiet ta' patata li huma xierqa għat-tip ta' prodott u li l-kontenut tagħhom ta' prekursuri tal-akrilammid, bħaz-zokkor riduċenti (il-fruttożju u l-glukożju) u l-asparaġina jkun l-aktar baxx għall-kundizzjonijiet reġjonali.

2.

L-FBOs għandhom jużaw il-varjetajiet ta' patata li nħażnu fil-kundizzjonijiet li huma applikabbli għal varjetà speċifika ta' patata u għall-perjodu tal-ħżin determinat għal varjetà speċifika. Il-patata maħżuna għandha tintuża fi ħdan il-perjodu ta' ħżin ottimali tagħha.

3.

L-FBOs għandhom jidentifikaw il-varjetajiet ta' patata b'inqas potenzjal li jifformaw l-akrilammid fil-kultivazzjoni, fil-ħażna u matul l-ipproċessar tal-ikel. Ir-riżultati għandhom jiġu ddokumentati.

Kriterji ta' aċċettazzjoni

1.

L-FBOs għandhom jispeċifikaw fl-arranġamenti tagħhom rigward il-provvista tal-patata l-kontenut massimu ta' zokkor riduċenti fil-patata kif ukoll l-ammont massimu ta' patata li tkun bid-daqqiet, ittikkjata jew imħassra.

2.

Jekk jinqabeż il-kontenut speċifikat taz-zokkor riduċenti fil-patata u l-ammont ta' patata li tkun bid-daqqiet, ittikkjata jew imħassra, l-FBOs jistgħu jaċċettaw il-provvista tal-patata billi jispeċifikaw il-miżuri ta' mitigazzjoni addizzjonali disponibbli li għandhom jittieħdu biex jiżguraw li l-preżenza tal-akrilammid fil-prodott finali tkun l-inqas li tista' raġonevolment tintlaħaq taħt il-livell tal-parametru referenzjarju stabbilit fl-Anness IV.

Ħżin u trasport tal-patata

1.

Meta l-FBOs joperaw il-faċilitajiet ta' ħżin tagħhom stess:

it-temperatura għandha tkun xierqa għall-varjetà ta' patata maħżuna u għandha tkun ta' iktar minn 6 °C;

il-livell ta' umdità għandu jkun tali li jnaqqas it-taħlil minħabba l-maturazzjoni;

it-tnibbit għandu jiġi mrażżan meta l-patata tkun maħżuna fit-tul, fejn ikun permess, billi jintużaw aġenti xierqa;

matul il-ħżin, għandu jiġi ttestjat il-livell ta' zokkor riduċenti fil-patata.

2.

Il-lottijiet tal-patata għandhom jiġu kkontrollati għaz-zokkor riduċenti waqt il-mument tal-ħsad.

3.

L-FBOs għandhom jispeċifikaw il-kundizzjonijiet tat-trasport tal-patata f'termini tat-temperatura u tad-durata, speċjalment jekk it-temperaturi ta' barra jkunu ferm aktar baxxi mit-temperatura applikata matul il-ħażna, biex ikun żgurat li t-temperatura matul it-trasport tal-patata ma tkunx inqas mit-temperatura applikata matul il-ħażna. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiġu dokumentati.

(a)   KRISPS TAL-PATATA

Tfassil tar-riċetta u tal-proċess

1.

Għal kull tfassil tal-prodott, l-FBOs għandhom jispeċifikaw it-temperaturi taż-żejt tal-qali mal-ħruġ mill-apparat tal-qali. Dawk it-temperaturi għandhom ikunu l-inqas possibbli fuq linja speċifika u għall-prodott speċifiku, f'konformità mal-istandards dwar il-kwalità u s-sigurtà tal-ikel u fid-dawl tal-fatturi rilevanti bħall-manifattur tal-apparat tal-qali, it-tip tal-apparat tal-qali, il-varjetà ta' patata, is-solidi totali, id-daqs tal-patata, il-kundizzjonijiet tal-kultivazzjoni, il-kontenut ta' zokkor, l-istaġjonalità u l-kontenut ta' ndewwa previst tal-prodott.

2.

Meta t-temperatura taż-żejt tal-qali mal-ħruġ mill-apparat tal-qali tkun ogħla minn 168 °C minħabba prodott, tfassil jew teknoloġija speċifiċi, l-FBOs għandhom jipprovdu dejta li turi li l-livell tal-akrilammid fil-prodott finali jkun l-inqas li jista' raġonevolment jinkiseb u li jintlaħaq il-livell tal-parametru referenzjarju stabbilit fl-Anness IV.

3.

Għal kull tfassil tal-prodott, l-FBOs għandhom jispeċifikaw il-kontenut ta' ndewwa wara l-qali li għandu jkun l-ogħla possibbli għal linja ta' produzzjoni speċifika u għal prodott speċifiku, f'konformità mal-istandards mistennija dwar il-kwalità u s-sigurtà tal-ikel u fid-dawl tal-fatturi rilevanti bħall-varjetà tal-patata, l-istaġjonalità, id-daqs tat-tuberi, u t-temperatura mal-ħruġ mill-apparat tal-qali. Il-kontenut minimu ta' ndewwa m'għandux ikun inqas minn 1,0 %.

4.

L-FBOs għandhom jużaw tqassim skont il-kulur (manwali u/jew ottiku-elettroniku) fil-linja tal-produzzjoni tal-krisps tal-patata wara l-qali.

(b)   ĊIPPS U PRODOTTI OĦRA MAGĦMULIN MILL-PATATA MQATTGĦA LI JINQLEW KOMPLETAMENT FIŻ-ŻEJT JEW FIL-FORN

Tfassil tar-riċetta u tal-proċess

1.

Il-patata għandha tiġi ttestjata għaz-zokkor riduċenti qabel l-użu. Dan jista' jsir b'ittestjar tal-qali bl-użu ta' kuluri bħala indikaturi tal-kontenut potenzjali għoli ta' zokkor riduċenti: ittestjar tal-qali indikattiv ta' madwar 20-25 strixxa miksubin mill-qalba tal-patata, li jinqlew biex jiġu evalwati l-kuluri tal-istrixxi tal-patata moqlijin meta mqabbla mal-ispeċifikazzjoni tal-kulur bl-użu ta' ċart tal-kuluri USDA Munsell jew bl-użu ta' ċart ikkalibrata speċifika tal-kumpanija għall-operaturi ż-żgħar. Inkella, il-kulur kumplessiv lest tal-qali jista' jitkejjel b'apparat speċifiku (eż. Agtron).

2.

L-FBOs għandhom ineħħu t-tuberi immaturi li jkollhom piż baxx taħt l-ilma u livelli għoljin ta' zokkor riduċenti. It-tneħħija tista' ssir billi t-tuberi jingħaddew minn ġo salmura tal-melħ jew minn sistemi simili li fihom it-tuberi immaturi jżommu fil-wiċċ jew billi l-patata tinħasel minn qabel biex jiġu individwati t-tuberi l-ħżiena.

3.

L-FBOs għandhom ineħħu l-biċċiet iż-żgħar eżatt wara t-tqattigħ biex ma jkunx hemm biċċiet maħruqa fil-prodott finali msajjar.

4.

L-FBOs għandhom jisomtu l-istrixxi tal-patata biex ineħħu xi ftit miz-zokkor riduċenti min-naħa ta' barra tal-istrixxi.

5.

L-FBOs għandhom jadattaw ir-reġimi tas-smit għall-attributi speċifiċi tal-kwalità tal-materja prima li tasal u għandhom jibqgħu fi ħdan il-limiti tal-ispeċifikazzjoni għall-kulur tal-prodott finali.

6.

L-FBOs għandhom jipprevjenu t-tibdil fil-kulur (enzimatiku) u l-iskurar wara t-tisjir tal-prodotti tal-patata. Dan jista' jsir billi jiġi applikat id-difosfat tad-disodju (E450), li wkoll ibaxxi l-livell tal-pH tal-ilma tal-ħasil u jinibixxi r-reazzjoni li tiskura l-kulur.

7.

L-użu taz-zokkor riduċenti bħala aġent li jiskura l-kulur għandu jiġi evitat. Dawn jistgħu jintużaw biss jekk ikun hemm bżonn, biex wieħed jibqa' b'mod konsistenti fi ħdan il-limiti tal-ispeċifikazzjoni. L-FBOs għandhom jikkontrollaw il-kulur tal-prodott finali billi jwettqu kontrolli tal-kulur fuq il-prodott finali msajjar. Jekk ikun meħtieġ wara s-smit, iż-żieda kontrollata tad-destrożju tippermetti li tintlaħaq l-ispeċifikazzjoni tal-kulur tal-prodott lest. Iż-żieda kkontrollata tad-destrożju wara s-smit tirriżulta f'livelli aktar baxxi ta' akrilammid fil-prodott finali msajjar li jkollu l-istess kulur bħal dak osservat fil-prodotti mhux soġġetti għas-smit li jkun fihom biss zokkor riduċenti akkumulat b'mod naturali.

Informazzjoni għall-utenti finali

1.

Għall-utenti finali, l-FBOs għandhom jindikaw fuq l-imballaġġ u/jew permezz ta' kanali ta' komunikazzjoni oħra l-metodi tat-tisjir rakkomandati billi jispeċifikaw il-ħin, it-temperatura, il-kwantità għal forn/apparat tal-qali fiż-żejt/taġen. Għall-konsumaturi, l-istruzzjonijiet rakkomandati għat-tisjir għandhom jintwerew biċ-ċar fuq l-imballaġġ tal-prodotti kollha f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

Il-metodi tat-tisjir rakkomandati għandhom ikunu jaqblu mal-ispeċifikazzjonijiet għall-klijenti u mar-rekwiżiti għall-utenti finali professjonali u jridu jkunu vvalidati għal kull tip ta' prodott biex jiġi żgurat li l-prodotti jkollhom kwalità sensorjali ottimali bl-iktar kulur ċar aċċettabbli, għal kull metodu ta' tisjir speċifikat (eż. apparat tal-qali, forn) u jkollhom livelli ta' akrilammid inqas mil-livell tal-parametru referenzjarju ddeterminat fl-Anness IV.

L-FBOs għandhom jirrakkomandaw lill-utenti finali li mhumiex konsumaturi li jenħtieġ li dawn ikollhom għodod disponibbli għall-operaturi (eż. koki) biex jiżguraw metodi ta' tisjir tajbin u jipprovdu wkoll tagħmir kalibrat (eż. timers, kurvi tal-qali, charts ta' gradazzjoni tal-kuluri (eż. USDA/Munsell) u, tal-inqas, stampi ċari b'kuluri fil-mira tal-prodott finali ppreparat.

2.

L-FBOs għandhom jirrakkomandaw lill-utenti finali b'mod partikolari biex:

iżommu t-temperatura bejn 160 u 175 °C meta jaqlu, u 180-220 °C meta jużaw forn. Tista' tintuża temperatura aktar baxxa meta jinxtegħel il-fann;

It-tisħin minn qabel l-apparat tat-tisjir (eż. forn, apparat tal-qali bl-arja sħuna) għat-temperatura korretta bejn 180-220 °C f'konformità mal-istruzzjonijiet tat-tisjir fuq il-pakkett, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti u r-rekwiżiti lokali;

isajru l-patata sakemm tieħu kulur safrani dehbi;

ma jsajruhiex iżżejjed;

idawru l-prodotti wara 10 minuti jew meta jasal nofs il-ħin totali tat-tisjir;

isegwu l-istruzzjonijiet rakkomandati tat-tisjir, kif ipprovduti mill-manifattur;

meta jippreparaw kwantitajiet ta' patata li jkunu inqas minn dawk indikati fuq il-pakkett għandhom inaqqsu l-ħin tat-tisjir biex jevitaw li l-prodott jiskura b'mod eċċessiv;

ma jimlewx wisq il-kontenitur tal-qali; imla l-kontenitur tal-qali sal-marka tan-nofs biex tevita l-assorbiment eċċessiv ta' żejt minħabba ħinijiet twal ta' qali.

II.   KRISPS TAL-PATATA, SNACKS, KREKERS U PRODOTTI OĦRA BBAŻATI FUQ L-GĦAĠINA TAL-PATATA

Materja Prima

1.

Għal kull prodott, l-FBOs għandhom jispeċifikaw il-valuri mmirati għaz-zokkor riduċenti fl-ingredjenti tal-patata deidratata tagħhom.

2.

Il-valur immirat taz-zokkor riduċenti fil-prodotti kkonċernati għandu jiġi stabbilit għall-inqas livell possibbli, filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha fit-tfassil u fil-produzzjoni tal-prodott finali bħall-ammont ta' ingredjenti tal-patata fir-riċetta tal-prodott, il-miżuri ta' mitigazzjoni ulterjuri possibbli, l-ipproċessar ulterjuri tal-għaġina, l-istaġjonalità u l-kontenut ta' ndewwa fil-prodott finali.

3.

Meta l-kontenut taz-zokkor riduċenti jkun ogħla minn 1,5 % l-FBOs għandhom jipprovdu dejta li turi li l-livell tal-akrilammid fil-prodott finali jkun l-inqas li jista' raġonevolment jinkiseb taħt il-livell tal-parametru referenzjarju stabbilit fl-Anness IV.

Tfassil tar-riċetta u tal-proċess

1.

L-ingredjenti tal-patata deidratata għandhom jiġu analizzati qabel l-użu tagħhom jew mill-fornitur jew mill-utent biex ikun ikkonfermat li l-kontenut taz-zokkor ma jaqbiżx il-livell speċifikat.

2.

Meta l-ingredjenti tal-patata deidratata jaqbżu l-livell speċifikat ta' zokkor, l-FBOs għandhom jispeċifikaw il-miżuri ta' mitigazzjoni addizzjonali li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li l-livell tal-akrilammid fil-prodott finali jkun l-inqas li jista' raġonevolment jinkiseb taħt il-livell tal-parametru referenzjarju stabbilit fl-Anness IV.

3.

Għal kull prodott, l-FBOs għandhom jirrieżaminaw jekk hux possibbli li ssir sostituzzjoni parzjali tal-ingredjenti tal-patata ma' ingredjenti b'potenzjal inferjuri li jifformaw l-akrilammid.

4.

F'sistemi bbażati fuq għaġina mxarrba, l-FBOs għandhom kemm jista' jkun possibbli jikkunsidraw l-użu tas-sustanzi li ġejjin, filwaqt li jqisu li dawn is-sustanzi jistgħu ma jkunux sinerġistiċi fl-effett ta' mitigazzjoni tagħhom, jiġifieri japplikaw b'mod speċifiku għall-użu tal-asparaġinażi u għat-tnaqqis tal-livelli tal-pH:

Asparaġinażi

Aċidi jew il-melħ tagħhom (għat-tnaqqis tal-livell tal-pH tal-għaġina)

Melħ tal-kalċju.

5.

Meta l-krisps tal-patata, is-snacks jew il-krekers ibbażati fuq l-għaġina tal-patata jinqlew, l-FBOs għandhom jispeċifikaw it-temperaturi taż-żejt tal-qali għal kull prodott mal-ħruġ mill-apparat tal-qali, jikkontrollaw dawn it-temperaturi u jżommu rekords biex juru l-kontrolli.

6.

It-temperatura taż-żejt mal-ħruġ mill-apparat tal-qali għandha tkun l-inqas possibbli fuq linja speċifika u għall-prodott speċifiku, f'konformità mal-istandards stabbiliti dwar il-kwalità u s-sigurtà tal-ikel u fid-dawl tal-fatturi rilevanti bħall-manifattur tal-apparat tal-qali, it-tip tal-apparat tal-qali, il-kontenut ta' zokkor u l-kontenut ta' ndewwa fil-mira għall-prodott.

Meta t-temperatura tkun ogħla minn 175 °C mal-ħruġ mill-apparat tal-qali, l-FBOs għandhom jipprovdu dejta li turi li l-livell tal-akrilammid fil-prodott lest ikun inqas mil-livell tal-parametru referenzjarju speċifikat fl-Anness IV.

(Nota: Ħafna mill-prodotti f'pellet jinqlew f'temperatura ogħla minn 175 °C minħabba l-ħin tal-qali qasir ħafna tagħhom u t-temperaturi neċessarji biex jinkisbu l-espansjoni u s-sawra meħtieġa ta' dawn il-prodotti).

7.

Meta l-krisps tal-patata, is-snacks jew il-krekers ibbażati fuq l-għaġina tal-patata jiġu moħmija, l-FBOs għandhom jispeċifikaw għal kull prodott it-temperatura tal-ħami mal-ħruġ mill-forn tal-ħami u jżommu rekords biex juru l-kontrolli.

8.

It-temperatura mal-ħruġ mill-forn tal-ħami/mill-proċess tat-tnixxif għandha tkun l-inqas possibbli fuq linja speċifika u għall-prodott speċifiku, f'konformità mal-istandards mistennija dwar il-kwalità u s-sigurtà tal-ikel u fid-dawl tal-fatturi rilevanti bħat-tip ta' makkinarju, il-kontenut ta' zokkor riduċenti tal-materja prima u l-kontenut ta' ndewwa tal-prodott.

9.

Meta t-temperatura tal-prodott tkun ogħla minn 175 °C fi tmiem il-proċess tal-ħami/tat-tnixxif, l-FBOs għandhom jipprovdu dejta li turi li l-livell tal-akrilammid fil-prodott lest ikun inqas mil-livell tal-parametru referenzjarju speċifikat fl-Anness IV.

10.

Għal kull prodott, l-FBOs għandhom jispeċifikaw il-kontenut ta' ndewwa wara l-qali jew il-ħami li għandu jkun l-ogħla possibbli f'linja ta' produzzjoni speċifika u għal prodott speċifiku, f'konformità mar-rekwiżiti dwar il-kwalità tal-prodott u s-sigurtà tal-ikel, u b'kunsiderazzjoni tat-temperatura mal-ħruġ mill-apparat tal-qali kif ukoll tat-temperatura tal-ħami u tat-temperatura tat-tnixxif. Il-kontenut ta' ndewwa fil-prodott finali m'għandux ikun ta' inqas minn 1,0 %.

III.   PRODOTTI FINI MOĦMIJIN

Il-miżuri ta' mitigazzjoni f'dan il-Kapitolu huma applikabbli għall-prodotti fini moħmijin bħal cookies, gallettini, ħobż mixwi (rusks), bars taċ-ċereali, scones, kornets, wejfers, crumpets u gingerbread, kif ukoll prodotti mhux ħelwin bħal krekers, ħobżiet iqarmċu u sostituti tal-ħobż. F'din il-kategorija, kreker hija galletta niexfa (prodott moħmi bbażat fuq id-dqiq taċ-ċereali), eż. krekers tas-soda, ħobżiet iqarmċu tas-segala u matzot.

Agronomija

Fil-każ ta' biedja b'kuntratt, meta l-prodotti agrikoli jiġu fornuti lill-FBOs direttament mill-produtturi tagħhom, l-FBOs għandhom jiżguraw li japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin biex jipprevjenu livelli għoljin ta' asparaġina fiċ-ċereali:

li jiġu segwiti Prattiki Agrikoli Tajbin dwar il-fertilizzazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward taż-żamma ta' livelli bbilanċjati ta' kubrit fil-ħamrija u biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tan-nitroġenu;

li jiġu segwiti Prattiki Fitosanitarji Tajbin biex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' prattiki tajbin fuq miżuri ta' protezzjoni tal-għelejjel għall-prevenzjoni ta' infezzjonijiet fungali.

L-FBOs għandhom iwettqu kontrolli biex jivverifikaw l-applikazzjoni effettiva tar-rekwiżiti msemmija hawn fuq.

Tfassil tar-riċetta u tal-prodott

Fil-proċess tal-manifattura l-FBOs għandhom japplikaw il-miżuri ta' mitigazzjoni li ġejjin:

1.

Għall-prodotti rilevanti, l-FBOs għandhom iqisu t-tnaqqis jew is-sostituzzjoni għalkollox jew parzjali tal-bikarbonat tal-ammonju ma' aġenti li jgħollu alternattivi bħal

(a)

il-bikarbonat tas-sodju u l-aċidulanti; jew

(b)

il-bikarbonat tas-sodju u d-difosfati tad-disodju b'aċidi organiċi jew varjanti tal-potassju tagħhom.

Bħala parti minn din il-kunsiderazzjoni, l-FBOs għandhom jiżguraw li l-użu tal-aġenti alternattivi li jgħollu msemmija ma jirriżultax f'tibdiliet organolettiċi (togħma, dehra, sawra, eċċ.) jew f'żieda fil-kontenut kumplessiv ta' sodju li jinfluwenzaw l-identità tal-prodott u l-aċċettazzjoni mill-konsumaturi.

2.

Għall-prodotti li għalihom it-tfassil tal-prodott ikun jippermetti, l-FBOs għandhom jissostitwixxu l-fruttożju jew l-ingredjenti li fihom il-fruttożju, bħall-ġuleppi u l-għasel, mal-glukożju jew maz-zokkor mhux riduċenti bħas-sukrożju, b'mod partikolari f'riċetti li jkun fihom il-bikarbonat tal-ammonju meta dan ikun possibbli u b'kunsiderazzjoni li s-sostituzzjoni tal-fruttożju jew ta' zokkor riduċenti ieħor tista' tirriżulta f'modifikazzjoni tal-identità tal-prodott minħabba telfien tat-togħma u l-formazzjoni ta' kulur.

3.

L-FBOs għandhom jużaw l-asparaġinażi fejn din tkun effettiva u possibbli biex inaqqsu l-asparaġina kif ukoll il-potenzjal għall-formazzjoni tal-akrilammid. L-FBOs għandhom iqisu li hemm effett limitat jew ebda effett fuq il-livelli tal-akrilammid mill-użu tal-asparaġinażi f'riċetti b'kontenut għoli ta' xaħam, bi ndewwa baxxa jew b'valur għoli tal-pH.

4.

Meta karatteristika tal-prodott tkun tippermetti, l-FBOs għandhom jirrieżaminaw jekk hux possibbli li tintuża s-sostituzzjoni parzjali tad-dqiq ma' dqiq tal-qamħ alternattiv, bħar-ross, filwaqt li jqisu li kwalunkwe tibdil se jkollu impatt fuq il-proċess tal-ħami u fuq il-proprjetajiet organolettiċi tal-prodotti. Tipi differenti ta' ħbub urew livelli differenti ta' asparaġina (il-livelli tipiċi ta' asparaġina huma l-ogħla fis-segala u f'ordni dekrexxenti inqas fil-ħafur, fil-qamħ, fil-qamħirrum u bl-inqas livelli fir-ross).

5.

L-FBOs għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni fil-valutazzjoni tar-riskju l-impatt tal-ingredjenti fil-prodotti fini moħmijin li jistgħu jżidu l-livelli tal-akrilammid fil-prodott finali, u jużaw ingredjenti li m'għandhomx effetti bħal dawn iżda jżommu l-karatteristiċi fiżiċi u organolettiċi (bħal lewż inkaljat f'temperaturi aktar baxxi milli f'temperaturi ogħla u frott xott bħala sors ta' fruttożju).

6.

L-FBOs għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' ingredjenti ttrattati bis-sħana li huma suxxettibbli għall-formazzjoni tal-akrilammid iwettqu valutazzjoni tar-riskju tal-akrilammid u jimplimentaw il-miżuri ta' mitigazzjoni xierqa.

7.

L-FBOs għandhom jiżguraw li tibdil fil-prodotti miksuba mill-fornituri ma jirriżultax f'żieda fil-livelli tal-akrilammid f'dawn il-każijiet.

8.

L-FBOs għandhom iqisu li, kemm ikun possibbli u raġonevoli, iżidu l-aċidi organiċi mal-proċess tal-produzzjoni jew inaqqsu l-livelli tal-pH, flimkien ma' miżuri ta' mitigazzjoni oħra u jqisu li dawn jistgħu jirriżultaw f'tibdiliet organolettiċi (prodotti jiskuraw inqas, modifika tat-togħma).

Ipproċessar

L-FBOs għandhom jieħdu l-miżuri ta' mitigazzjoni li ġejjin fil-manifattura tal-prodotti fini moħmijin u għandhom jiżguraw li l-miżuri meħudin ikunu kompatibbli mal-karatteristiċi tal-prodotti u mar-rekwiżiti dwar is-sigurtà tal-ikel:

1.

L-FBO għandu japplika l-input tas-sħana, jiġifieri l-kombinament ta' ħin u ta' temperatura, li huwa l-aktar effettiv biex inaqqas il-formazzjoni tal-akrilammid filwaqt li jinkisbu l-karatteristiċi tal-prodott fil-mira.

2.

L-FBOs għandhom iżidu l-kontenut ta' ndewwa fil-prodott finali bl-għan li jiksbu l-kwalità tal-prodott fil-mira, il-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa meħtieġa u l-istandards dwar is-sigurtà tal-ikel.

3.

Il-prodotti għandhom jiġu moħmija sakemm il-prodott finali jikseb kulur aktar ċar bl-għan li jinkisbu l-kwalità tal-prodott stabbilita, il-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa meħtieġa u l-istandards dwar is-sigurtà tal-ikel.

4.

Meta jiżviluppaw prodotti ġodda, l-FBOs għandhom jikkunsidraw fil-valutazzjoni tar-riskju tagħhom id-daqs u l-erja tas-superfiċje ta' biċċa partikolari ta' prodott filwaqt li jqisu li prodott ta' daqs żgħir potenzjalment iwassal għal livelli ogħla ta' akrilammid minħabba l-impatt tas-sħana.

5.

Peress li ċerti ingredjenti użati fil-manifattura tal-prodotti fini moħmijin jistgħu jiġu ttrattati bis-sħana diversi drabi (eż. biċċiet taċ-ċereali, ġewż, żrieragħ, frott imnixxef ipproċessati minn qabel, eċċ.), li jirriżulta f'żieda fil-livelli tal-akrilammid fil-prodotti finali, l-FBOs għandhom jaġġustaw it-tfassil tal-prodott u tal-proċess kif xieraq biex iżommu mal-livelli tal-parametri referenzjarji tal-akrilammid stipulati fl-Anness IV. B'mod partikolari, l-FBOs ma għandhomx jerġgħu jużaw prodotti maħruqa.

6.

Għal taħlitiet minn qabel tal-prodott li jitqiegħdu fis-suq biex jiġu moħmija d-dar jew fi stabbilimenti tal-forniment tal-ikel, l-FBOs għandhom jipprovdu lill-klijenti tagħhom bi struzzjonijiet dwar il-preperazzjoni biex jiżguraw li l-livelli tal-akrilammid fil-prodotti finali jkunu l-inqas li jistgħu raġonevolment jinkisbu taħt il-livelli tal-parametri referenzjarji.

IV.   ĊEREALI GĦALL-KOLAZZJON

Agronomija

Fil-każ ta' biedja b'kuntratt, meta l-prodotti agrikoli jiġu fornuti lill-FBOs direttament mill-produtturi tagħhom, l-FBOs għandhom jiżguraw li japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin biex jipprevjenu livelli għoljin ta' asparaġina fiċ-ċereali:

li jiġu segwiti Prattiki Agrikoli Tajbin dwar il-fertilizzazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward taż-żamma ta' livelli bbilanċjati ta' kubrit fil-ħamrija u biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tan-nitroġenu;

li jiġu segwiti Prattiki Fitosanitarji Tajbin biex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' prattiki tajbin fuq miżuri ta' protezzjoni tal-għelejjel għall-prevenzjoni ta' infezzjonijiet fungali.

L-FBOs għandhom iwettqu kontrolli biex jivverifikaw l-applikazzjoni effettiva tar-rekwiżiti msemmija hawn fuq.

Riċetta

1.

Peress li l-prodotti bbażati fuq il-qamħirrum u r-ross għandhom it-tendenza li jkollhom inqas akrilammid minn dawk magħmula bil-qamħ, bis-segala, bil-ħafur u bix-xgħir, l-FBOs għandhom jikkunsidraw l-użu tal-qamħirrum u tar-ross fl-iżvilupp ta' prodotti ġodda meta dan ikun applikabbli u filwaqt li jqisu li kwalunkwe tibdil se jkollu impatt fuq il-proċess tal-manifattura u fuq il-proprjetajiet organolettiċi tal-prodotti.

2.

L-FBOs għandhom jikkontrollaw ir-rati ta' żieda meta jiġu miżjuda z-zokkor riduċenti (eż. l-fruttożju u l-glukożju) u l-ingredjenti li fihom iz-zokkor riduċenti (eż. l-għasel) filwaqt li jqisu l-impatt tagħhom fuq il-karatteristiċi organolettiċi u fuq il-funzjonalitajiet tal-proċess (formazzjoni ta' biċċiet minħabba tagħqid) u li jistgħu jaġixxu bħala prekursuri għall-formazzjoni tal-akrilammid meta jiżdiedu qabel l-istadji tat-trattament bis-sħana.

3.

Fil-valutazzjoni tar-riskju l-FBOs għandhom iqisu l-kontribuzzjoni għall-akrilammid minn ingredjenti mnixxfa u ttrattati bis-sħana, bħal ġewż inkaljat u mixwi u frott mnixxef fil-forn, u jużaw ingredjenti alternattivi jekk il-kontribuzzjoni aktarx li twassal biex il-prodott lest ikollu livell ogħla mil-livell tal-parametru referenzjarju speċifikat fl-Anness IV.

4.

Għal ingredjenti ttrattati bis-sħana li fihom 150 mikrogramma ta' akrilammid għal kull kilogramma (μg/kg) jew iktar, l-FBOs għandhom jieħdu l-azzjonijiet li ġejjin:

jistabbilixxu reġistru ta' dawn l-ingredjenti;

iwettqu awditjar tal-fornituri u/jew tal-analiżijiet;

jiżguraw li ma jsir ebda tibdil mill-fornitur fit-tali ingredjenti li jżid il-livelli tal-akrilammid.

5.

Meta ċ-ċereal ikun fil-forma ta' għaġina tad-dqiq u l-proċeduri tal-manifattura jipprovdu biżżejjed żmien, temperatura u kontenut ta' ndewwa biex l-asparaġinażi tnaqqas il-livelli ta' asparaġina, l-FBOs għandhom jużaw l-asparaġinażi meta jkun hemm bżonn diment li ma jkun hemm ebda effett avvers fuq it-togħma jew riskju ta' attività enzimatika residwa.

Ipproċessar

Fil-manifattura taċ-ċereali tal-kolazzjon, l-FBOs għandhom japplikaw il-miżuri ta' mitigazzjoni li ġejjin u għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda jkunu kompatibbli mal-karatteristiċi tal-prodott u mar-rekwiżiti dwar s-sigurtà tal-ikel:

1.

L-FBOs għandhom jidentifikaw, permezz ta' valutazzjoni tar-riskju, l-istadji kritiċi tat-trattament bis-sħana fil-proċess tal-manifattura li jiġġeneraw l-akrilammid.

2.

Peress li t-temperaturi tat-tisħin u l-ħinijiet tat-tisħin itwal iwasslu għal livelli ogħla ta' akrilammid, l-FBOs għandhom jidentifikaw taħlita effettiva ta' temperatura u ta' ħinijiet ta' tisħin biex titnaqqas il-formazzjoni tal-akrilammid mingħajr ma jiġu kompromessi t-togħma, is-sawra, il-kulur, is-sikurezza u l-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa.

3.

Biex jevitaw żieda fil-formazzjoni tal-akrilammid, l-FBOs għandhom jikkontrollaw it-temperaturi, il-ħinijiet u r-rati ta'alimentazzjoni fil-fażi tat-tisħin biex jiksbu dan il-kontenut minimu ta' ndewwa li ġej fil-prodott finali wara t-trattament bis-sħana finali, bl-għan li jinkisbu l-kwalità tal-prodott stabbilita, il-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa meħtieġa u l-istandards dwar is-sigurtà tal-ikel:

prodotti mixwijin: 1 g/100 g għal prodotti estrużi, 1 g/100 g għal prodotti msajrin f'lott, 2 g/100 g għal prodotti rrumblati bil-fwar;

prodotti li jiġu espanduti direttament: 0,8 g/100 g għal prodotti estrużi;

prodotti moħmija: 2 g/100 g għal prodotti msajrin kontinwament;

prodotti mimlija: 2 g/100 g għal prodotti estrużi;

tnixxif ieħor: 1 g/100 g għal prodotti msajrin f'lott, 0,8 g/100 g għal prodotti minfuħin (gun puffed).

L-FBOs għandhom ikejlu l-kontenut ta' ndewwa u jesprimu l-konċentrazzjoni tal-akrilammid f'massa xotta biex jeliminaw l-effett ta' konfużjoni tat-tibdiliet fl-indewwa.

4.

L-użu mill-ġdid ta' prodott fil-proċess kollu jista' jiġġenera livelli ogħla tal-akrilammid permezz tal-esponiment ripetut fl-istadji tat-trattament bis-sħana. Għaldaqstant, l-FBOs għandhom jivvalutaw l-impatt tal-użu mill-ġdid fuq il-livelli tal-akrilammid u jnaqqsu jew jeliminaw l-użu mill-ġdid.

5.

L-FBOs għandu jkollhom proċeduri fis-seħħ, bħal kontrolli u monitoraġġ tat-temperatura, biex jipprevjenu l-inċidenza ta' prodotti maħruqin.

V.   KAFÈ

Riċetta

Meta jikkunsidraw il-kompożizzjoni tat-taħlit tal-kafè, l-FBOs għandhom iqisu fil-valutazzjoni tar-riskju li l-prodotti bbażati fuq kafè tat-tip Robusta għandhom it-tendenza li jkollhom livelli ogħla ta' akrilammid minn prodotti bbażati fuq kafè tat-tip Arabica.

Ipproċessar

1.

L-FBOs għandhom jidentifikaw il-kundizzjonijiet kritiċi tal-inkaljar biex jiżguraw il-formazzjoni minima ta' akrilammid fi ħdan il-profil tat-togħma fil-mira.

2.

Il-kontroll tal-kundizzjonijiet tal-inkaljar għandu jkun inkorporat fi Programm ta' Prerekwiżiti (PRP) bħala parti mill-Prassi Tajba ta' Manifattura (PTM).

3.

L-FBOs għandhom jikkunsidraw l-użu tat-trattament bl-asparaġinażi, meta jkun possibbli u meta jkun effettiv biex titnaqqas il-preżenza tal-akrilammid.

VI.   SOSTITUTI TAL-KAFÈ LI FIHOM AKTAR MINN 50 % ĊEREALI

Agronomija

Fil-każ ta' biedja b'kuntratt, meta l-prodotti agrikoli jiġu fornuti lill-FBOs direttament mill-produtturi tagħhom, l-FBOs għandhom jiżguraw li japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin biex jipprevjenu livelli għoljin ta' asparaġina fiċ-ċereali:

li jiġu segwiti Prattiki Agrikoli Tajbin dwar il-fertilizzazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward taż-żamma ta' livelli bbilanċjati ta' kubrit fil-ħamrija u biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tan-nitroġenu;

li jiġu segwiti Prattiki Fitosanitarji Tajbin biex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' prattiki tajbin fuq miżuri ta' protezzjoni tal-għelejjel għall-prevenzjoni ta' infezzjonijiet fungali.

L-FBOs għandhom iwettqu kontrolli biex jivverifikaw l-applikazzjoni effettiva tar-rekwiżiti msemmija hawn fuq.

Riċetta

1.

Peress li l-prodotti bbażati fuq il-qamħirrum u r-ross għandhom tendenza li jkollhom inqas akrilammid minn dawk magħmula bil-qamħ, bis-segala, bil-ħafur u bix-xgħir, l-FBOs għandhom jikkunsidraw l-użu tal-qamħirrum u tar-ross fl-iżvilupp ta' prodotti ġodda meta dan ikun applikabbli, filwaqt li jqisu li kwalunkwe tibdil se jkollu impatt fuq il-proċess tal-manifattura u fuq il-proprjetajiet organolettiċi tal-prodott.

2.

L-FBOs għandhom jikkontrollaw ir-rati ta' żieda meta jiġu miżjuda iz-zokkor riduċenti (eż. l-fruttożju u l-glukożju) u l-ingredjenti li fihom iz-zokkor riduċenti (eż. l-għasel) filwaqt li jqisu l-impatt fuq il-karatteristiċi organolettiċi u fuq il-funzjonalitajiet tal-proċess (tagħqid ta' biċċiet) u li jistgħu jaġixxu bħala prekursuri għall-formazzjoni tal-akrilammid meta jiżdiedu qabel l-istadji tat-trattament bis-sħana.

3.

Jekk is-sostituti tal-kafè ma jkunux magħmula esklużivament miċ-ċereali, l-FBOs għandhom jużaw ingredjenti oħra li jirriżultaw f'livelli inqas ta' akrilammid wara l-ipproċessar f'temperatura għolja, fejn applikabbli.

Ipproċessar

1.

L-FBOs għandhom jidentifikaw il-kundizzjonijiet kritiċi tal-inkaljar biex jiżguraw il-formazzjoni minima ta' akrilammid fi ħdan il-profil tat-togħma fil-mira.

2.

Il-kontroll tal-kundizzjonijiet tal-inkaljar għandu jkun inkorporat fi Programm ta' Prerekwiżiti (PRP) bħala parti mill-Prassi Tajba ta' Manifattura (PTM).

VII.   SOSTITUTI TAL-KAFÈ LI FIHOM AKTAR MINN 50 % ĊIKWEJRA

L-FBOs għandhom jixtru biss kultivari b'livelli baxxi ta' asparaġina u l-FBOs għandhom jiżguraw li ma sseħħ ebda applikazzjoni tardiva u eċċessiva tan-nitroġenu matul it-tkabbir taċ-ċikwejra.

Riċetta

Jekk is-sostituti tal-kafè ma jsirux esklużivament miċ-ċikwejra, jiġifieri l-kontenut ta' ċikwejra jkun inqas minn 100 % u iktar minn 50 %, l-FBOs għandhom iżidu ingredjenti oħra, bħal fibri taċ-ċikwejra, ċereali inkaljati, peress li dawn urew li huma effettivi biex inaqqsu l-kontenut tal-akrilammid fil-prodott finali.

Ipproċessar

1.

L-FBOs għandhom jidentifikaw il-kundizzjonijiet kritiċi tal-inkaljar biex jiżguraw il-formazzjoni minima ta' akrilammid fi ħdan il-profil tat-togħma fil-mira. Il-konklużjonijiet għandhom jiġu ddokumentati.

2.

Il-kontroll tal-kundizzjonijiet tal-inkaljar għandu jkun inkorporat fis-sistema ta' ġestjoni tas-sigurtà tal-ikel tal-manifattur.

VIII.   GALLETTINI TAT-TRABI U ĊEREALI GĦAT-TFAL ŻGĦAR (5)

Fil-każ ta' biedja b'kuntratt, meta l-prodotti agrikoli jiġu fornuti lill-FBOs direttament mill-produtturi tagħhom, l-FBOs għandhom jiżguraw li japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin biex jipprevjenu livelli għoljin ta' asparaġina fiċ-ċereali:

li jiġu segwiti Prattiki Agrikoli Tajbin dwar il-fertilizzazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward taż-żamma ta' livelli bbilanċjati ta' kubrit fil-ħamrija u biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tan-nitroġenu;

li jiġu segwiti Prattiki Fitosanitarji Tajbin biex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' prattiki tajbin fuq miżuri ta' protezzjoni tal-għelejjel għall-prevenzjoni ta' infezzjonijiet fungali.

L-FBOs għandhom iwettqu kontrolli biex jivverifikaw l-applikazzjoni effettiva tar-rekwiżiti msemmija hawn fuq.

Tfassil, Ipproċessar u Tisħin tal-Prodott

1.

L-FBOs għandhom kemm jista' jkun possibbli jużaw l-asparaġinażi biex inaqqsu l-livelli ta' asparaġina fil-materja prima tad-dqiq. L-FBOs li ma jistgħux jużaw l-asparaġinażi minħabba, pereżempju, ir-rekwiżiti ta' pproċessar jew it-tfassil tal-prodott, għandhom jużaw materja prima tad-dqiq b'livelli baxxi ta' prekursuri tal-akrilammid, bħal-fruttożju u l-glukożju u l-asparaġina.

2.

Matul l-iżvilupp tar-riċetta l-FBOs għandhom jagħmlu valutazzjoni li tipprovdi informazzjoni dwar iz-zokkor riduċenti u l-asparaġina, u tinkludi għażliet dwar kif jista' jinkiseb livell baxx ta' zokkor riduċenti fir-riċetta finali. Din il-ħtieġa għal din il-valutazzjoni se tkun tiddependi fuq l-użu tal-asparaġinażi fir-riċetta.

3.

L-FBOs għandhom jiżguraw li l-ingredjenti ttrattati bis-sħana li huma suxxettibbli għall-formazzjoni tal-akrilammid jinkisbu mingħand fornituri li kapaċi juru li ħadu l-miżuri ta' mitigazzjoni xierqa biex inaqqsu l-preżenza tal-akrilammid f'dawk l-ingredjenti.

4.

L-FBOs għandu jkollhom fis-seħħ proċedura ta' kontroll tat-tibdil li tiżgura li ma jagħmlu ebda tibdil fil-fornitur li jirriżulta f'żieda tal-akrilammid.

5.

Jekk l-użu ta' materja prima u ta' ingredjenti ttrattati bis-sħana jwassal biex fil-prodott finali jinqabeż il-livell tal-parametru referenzjarju tal-akrilammid speċifikat fl-Anness IV, l-FBOs għandhom jirrieżaminaw l-użu ta' dawk il-prodotti bil-għan li jinkisbu livelli ta' akrilammid li jkunu l-inqas li jisgħu raġonevolment jinkisbu taħt il-livell tal-parametru referenzjarju stabbilit fl-Anness IV.

Riċetta

1.

Peress li l-prodotti bbażati fuq il-qamħirrum u r-ross għandhom tendenza li jkollhom inqas akrilammid minn dawk magħmula bil-qamħ, bis-segala, bil-ħafur u bix-xgħir, l-FBOs għandhom jikkunsidraw l-użu tal-qamħirrum u tar-ross fl-iżvilupp ta' prodotti ġodda meta dan ikun applikabbli filwaqt li jqisu li kwalunkwe tibdil se jkollu impatt fuq il-proċess tal-manifattura u fuq il-proprjetajiet organolettiċi tal-prodott.

2.

B'mod partikolari fil-valutazzjoni tar-riskju tagħhom, l-FBOs għandhom jikkunsidraw li l-prodotti bbażati fuq iċ-ċereali integrali u/jew b'livelli għoljin ta' nuħħala taċ-ċereali għandhom livelli ogħla ta' akrilammid.

3.

L-FBOs għandhom jikkontrollaw ir-rati ta' żieda meta jiġu miżjuda iz-zokkor riduċenti (eż. l-fruttożju u l-glukożju) u l-ingredjenti li fihom iz-zokkor riduċenti (eż. l-għasel) filwaqt li jqisu l-impatt fuq il-karatteristiċi organolettiċi u fuq il-funzjonalitajiet tal-proċess (tagħqid ta' biċċiet) u li jistgħu jaġixxu bħala prekursuri għall-formazzjoni tal-akrilammid meta jiżdiedu qabel l-istadji tat-trattament bis-sħana.

4.

L-FBO għandu jiddetermina l-kontribuzzjoni għall-akrilammid minn ingredjenti mnixxfa u ttrattati bis-sħana, bħal ġewż inkaljat u mixwi u frott imnixxef fil-forn, u jużaw ingredjenti alternattivi jekk l-użu ta' dawk l-ingredjenti jwassal biex il-prodott lest ikollu livell ogħla mil-livell tal-parametru referenzjarju speċifikat fl-Anness IV.

Ipproċessar

1.

L-FBOs għandhom jidentifikaw, permezz ta' valutazzjoni tar-riskju, l-istadji kritiċi tat-trattament bis-sħana fil-proċess tal-manifattura li jiġġeneraw l-akrilammid.

2.

L-FBOs għandhom ikejlu l-kontenut ta' ndewwa u jesprimu l-konċentrazzjoni tal-akrilammid f'massa xotta biex jeliminaw l-effett ta' konfużjoni tat-tibdiliet fl-indewwa.

3.

L-FBOs għandhom jidentifikaw u japplikaw taħlita effettiva ta' temperatura u ta' ħinijiet ta' tisħin biex titnaqqas il-formazzjoni tal-akrilammid mingħajr ma jiġu kompromessi t-togħma, is-sawra, il-kulur, is-sikurezza u l-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa.

4.

L-FBOs għandhom jikkontrollaw it-temperaturi tat-tisħin, il-ħinijiet u r-rati ta' alimentazzjoni. Jenħtieġ li s-sistemi ta' ġestjoni tar-rati ta' alimentazzjoni u ta' kontroll tat-temperatura jiġu kkalibrati b'mod regolari u li dawn il-kundizzjonijiet operatorji jiġu kkontrollati fi ħdan il-limiti stabbiliti. Dawn il-kompiti għandhom jiġu inkorporati fil-proċeduri tal-HACCP.

5.

Il-monitoraġġ u l-kontroll tal-kontenut ta' ndewwa tal-prodott wara li l-istadji kritiċi tat-trattament bis-sħana wrew li huma effettivi fil-kontroll tal-livelli tal-akrilammid f'ċerti proċessi u, għalhekk, f'dawn iċ-ċirkustanzi, dan il-proċess jista' jkun alternattiva adegwata għall-kontroll tat-temperaturi u tal-ħinijiet tat-tisħin, u għalhekk għandu jintuża.

IX.   IKEL TAT-TRABI FIL-VAŻETT (IKEL B'LIVELL BAXX TA' AĊIDITÀ U BBAŻAT FUQ IL-PRUNA) (6)

1.

Għall-produzzjoni tal-ikel tat-trabi fil-vażetti, l-FBOs għandhom jagħżlu materja prima b'kontenut baxx ta' prekursur tal-akrilammid, eż. zokkor riduċenti bħall-fruttożju u l-glukożju u l-asparaġina.

2.

Fil-każ ta' biedja b'kuntratt, meta l-prodotti agrikoli jiġu fornuti lill-FBOs direttament mill-produtturi tagħhom, l-FBOs għandhom jiżguraw li japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin biex jipprevjenu livelli għoljin ta' asparaġina fiċ-ċereali:

li jiġu segwiti Prattiki Agrikoli Tajbin dwar il-fertilizzazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward taż-żamma ta' livelli bbilanċjati ta' kubrit fil-ħamrija u biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tan-nitroġenu;

li jiġu segwiti Prattiki Fitosanitarji Tajbin biex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' prattiki tajbin fuq miżuri ta' protezzjoni tal-għelejjel għall-prevenzjoni ta' infezzjonijiet fungali.

L-FBOs għandhom iwettqu kontrolli biex jivverifikaw l-applikazzjoni effettiva tar-rekwiżiti msemmija hawn fuq.

3.

F'kuntratti ta' xiri ta' puré tal-pruna, l-FBOs għandhom jinkludu r-rekwiżiti li jiżguraw li fil-proċess tal-manifattura tal-puré tal-pruna jiġu applikati reġimi ta' trattament bis-sħana li għandhom l-għan li jnaqqsu l-okkorrenza tal-akrilammid f'dak il-prodott.

4.

L-FBOs għandhom jiżguraw li l-ingredjenti ttrattati bis-sħana li huma suxxettibbli għall-formazzjoni tal-akrilammid jinkisbu mingħand fornituri li jistgħu juru li ħadu l-miżuri ta' mitigazzjoni biex inaqqsu l-preżenza tal-akrilammid f'dawk l-ingredjenti.

5.

Jekk l-użu ta' materja prima u ta' ingredjenti ttrattati bis-sħana jwassal biex fil-prodott finali jinqabeż il-livell tal-parametru referenzjarju tal-akrilammid speċifikat fl-Anness IV, l-FBOs għandhom jirrieżaminaw l-użu ta' dawk il-materjali u l-ingredjenti bil-għan li jinkisbu livelli ta' akrilammid li jkunu l-inqas li jistgħu raġonevolment jinkisbu taħt il-livell tal-parametru referenzjarju stabbilit fl-Anness IV.

Riċetta

1.

Fil-valutazzjoni tar-riskju tal-akrilammid fl-oġġetti tal-ikel ikkonċernati, l-FBOs għandhom jikkunsidraw li l-prodotti bbażati fuq iċ-ċereali integrali u/jew b'livelli għoljin ta' nuħħala taċ-ċereali għandhom livelli ogħla ta' akrilammid.

2.

L-FBOs għandhom jagħżlu varjetajiet ta' patata ħelwa u ta' pruni li għandhom l-inqas livelli possibbli ta' prekursuri tal-akrilammid, bħaz-zokkor riduċenti (eż. l-fruttożju u l-glukożju) u l-asparaġina.

3.

L-FBOs għandhom jikkontrollaw ir-rati ta' żieda meta jiġu miżjuda iz-zokkor riduċenti (eż. l-fruttożju u l-glukożju) u l-ingredjenti li fihom iz-zokkor riduċenti (eż. l-għasel) filwaqt li jqisu l-impatt fuq il-karatteristiċi organolettiċi u fuq il-funzjonalitajiet tal-proċess (tagħqid ta' biċċiet) u li jistgħu jaġixxu bħala prekursuri għall-formazzjoni tal-akrilammid meta jiżdiedu qabel l-istadji tat-trattament bis-sħana.

Ipproċessar

1.

L-FBOs għandhom jidentifikaw l-istadji ewlenin tat-trattament bis-sħana fil-proċess li jiġġeneraw l-iktar akrilammid biex jiffokaw iktar l-isforzi ta' tnaqqis/kontroll tal-akrilammid bl-iktar mod effettiv. Dan irid jinkiseb permezz ta' valutazzjoni tar-riskju jew bil-kejl dirett tal-livelli tal-akrilammid fil-prodott qabel u wara kull stadju tat-trattament bis-sħana.

2.

Biex tiġi evitata żieda fil-formazzjoni tal-akrilammid, l-FBO għandu jikkontrolla t-temperaturi tat-tisħin, il-ħinijiet u r-rati ta' alimentazzjoni. Jenħtieġ li s-sistemi ta' ġestjoni tar-rati ta' alimentazzjoni u ta' kontroll tat-temperatura jiġu kkalibrati b'mod regolari u li dawn il-kundizzjonijiet operatorji jiġu kkontrollati fi ħdan il-limiti stabbiliti. Dawn il-kompiti għandhom jiġu inkorporati fil-proċeduri tal-HACCP.

3.

L-FBOs għandhom jiżguraw li t-tnaqqis tal-input termali maħsub biex inaqqas l-akrilammid fl-ikel b'livell baxx ta' aċidità u bbażat fuq il-pruna ma jaffettwax is-sikurezza mikrobijoloġika tal-oġġetti tal-ikel ikkonċernati.

X.   ĦOBŻ

Agronomija

Fil-każ ta' biedja b'kuntratt, meta l-prodotti agrikoli jiġu fornuti lill-FBOs direttament mill-produtturi tagħhom, l-FBOs għandhom jiżguraw li japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin biex jipprevjenu livelli għoljin ta' asparaġina fiċ-ċereali:

li jiġu segwiti Prattiki Agrikoli Tajbin dwar il-fertilizzazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward taż-żamma ta' livelli bbilanċjati ta' kubrit fil-ħamrija u biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tan-nitroġenu;

li jiġu segwiti Prattiki Fitosanitarji Tajbin biex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' prattiki tajbin fuq miżuri ta' protezzjoni tal-għelejjel għall-prevenzjoni ta' infezzjonijiet fungali.

L-FBOs għandhom iwettqu kontrolli biex jivverifikaw l-applikazzjoni effettiva tar-rekwiżiti msemmija hawn fuq.

Tfassil, ipproċessar u tisħin tal-prodott

1.

L-FBOs għandhom jiżguraw li l-ħobż jiġi moħmi sakemm jikseb kulur aktar ċar sabiex titnaqqas il-formazzjoni tal-akrilammid filwaqt li jitqiesu t-tfassil u l-possibbiltajiet tekniċi tal-prodott individwali.

2.

L-FBOs għandhom jestendu l-ħin tal-fermentazzjoni tal-ħmira filwaqt li jqisu t-tfassil tal-prodott u l-possibbiltajiet tekniċi.

3.

L-FBOs għandhom ibaxxu l-input termali billi jottimizzaw it-temperatura u l-ħin tal-ħami sa fejn possibbli.

4.

L-FBOs għandhom jipprovdu struzzjonijiet dwar il-ħami għall-ħobż li għandu jitlesta d-dar, f'żoni fejn isir il-ħami, fi ħwienet tal-bejgħ bl-imnut jew fi stabbilimenti tal-forniment tal-ikel.

5.

L-FBOs għandhom jissostitwixxu l-ingredjenti li għandhom il-potenzjal li jżidu l-livelli tal-akrilammid fil-prodott finali meta dan ikun kompatibbli mat-tfassil tal-prodott u mal-possibiltajiet tekniċi, li jinkludu pereżempju l-użu ta' ġewż u ta' żrieragħ inkaljati f'temperaturi aktar baxxi milli f'temperaturi ogħla.

6.

L-FBOs għandhom jissostitwixxu l-fruttożju mal-glukożju b'mod partikolari f'riċetti li fihom il-bikarbonat tal-ammonju (E503) meta t-tfassil tal-prodott ikun jippermetti u sa fejn ikun possibbli. Dan jinkludi, pereżempju, is-sostituzzjoni tal-ġulepp taz-zokkor invertit u l-għasel, li fihom livelli ogħla ta' fruttożju, mal-ġulepp tal-glukożju.

7.

Fi prodotti b'kontenut baxx ta' ndewwa, l-FBOs għandhom jużaw l-asparaġinażi biex sa fejn possibbli jnaqqsu l-asparaġina u jqisu r-riċetta tal-prodott, l-ingredjenti, il-kontenut ta' ndewwa u l-proċess.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7).

(2)  Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi ta' l-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 |li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(5)  Kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013.

(6)  Kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013.


ANNESS II

PARTI A

MIŻURI TA' MITIGAZZJONI LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI MILL-OPERATURI TA' NEGOZJI TAL-IKEL (FBOs) IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(2)

1.

L-FBOs li jipproduċu l-prodotti tal-patata għandhom japplikaw il-miżuri ta' mitigazzjoni li ġejjin:

Ċipps u prodotti oħra (li jinqlew kompletament fiż-żejt) magħmulin mill-patata mqattgħa:

Meta disponibbli u sakemm ikun kompatibbli mal-prodott tal-ikel li jrid jinkiseb għandhom jintużaw varjetajiet tal-patata b'kontenut baxx ħafna ta' zokkor. F'dan ir-rigward, il-fornitur għandu jiġi kkonsultat għall-aktar varjetajiet xierqa ta' patata.

Il-patata għandha tinħażen f'temperatura ogħla minn 6 °C.

Qabel il-proċess tal-qali:

Fejn possibbli u sakemm ikun kompatibbli mal-prodott tal-ikel mixtieq, għaċ-ċipps nejja għandha tittieħed waħda minn dawn il-miżuri li ġejjin sabiex jitnaqqas il-kontenut ta' zokkor, ħlief għal prodotti tal-patata ffriżati li għalihom għandhom jiġu segwiti l-istruzzjonijiet tat-tisjir:

Aħsel u ħalli fl-ilma għal preferibbilment minn 30 minuta sa sagħtejn f'ilma kiesaħ. Laħlaħ l-istrixxi f'ilma nadif qabel il-qali.

Ħalli fl-ilma għal ftit minuti fl-ilma sħun. Laħlaħ l-istrixxi f'ilma nadif qabel il-qali.

Is-smit tal-patata jirriżulta f'livelli aktar baxxi ta' akrilammid u għalhekk, fejn possibbli, huwa xieraq li l-patata tiġi mismuta.

Meta tinqela ċ-ċipps jew prodotti oħra tal-patata:

Għandhom jintużaw żejt u xaħam tal-qali li jippermettu qali aktar veloċi u/jew f'temperaturi aktar baxxi. Il-fornituri taż-żejt tat-tisjir għandhom jiġu kkonsultati għall-aktar żejt u xaħam adattat.

It-temperaturi tal-qali għandhom ikunu inqas minn 175 °C u fi kwalunkwe każ l-inqas possibbli b'kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti dwar is-sigurtà tal-ikel.

Il-kwalità taż-żejt u tax-xaħam tal-qali għandha tinżamm permezz ta' xkumar frekwenti biex jitneħħew il-biċċiet fini u l-frak.

Għat-tisjir taċ-ċipps, huwa xieraq li l-FBOs jużaw il-gwidi tal-kuluri disponibbli li jipprovdu gwida dwar it-taħlita ottimali ta' kulur u livelli baxxi ta' akrilammid.

Fil-bini fejn ikun hemm il-persunal li jipprepara l-ikel huwa xieraq li jkun hemm imwaħħla fejn tidher gwida tal-kulur li tipprovdi gwida dwar it-taħlita ottimali ta' kulur u livelli baxxi ta' akrilammid.

2.

L-FBOs li jipproduċu ħobż u prodotti fini moħmijin għandhom jużaw il-miżuri ta' mitigazzjoni li ġejjin fil-proċess tal-ħami:

Sa fejn possibbli u kompatibbli mal-proċess tal-produzzjoni u mar-rekwiżiti dwar l-iġjene:

l-estensjoni taż-żmien tal-fermentazzjoni tal-ħmira;

il-kontenut ta' ndewwa tal-għaġina għall-produzzjoni ta' prodott b'kontenut baxx ta' ndewwa, għandu jiġi ottimizzat;

it-tnaqqis tat-temperatura tal-forn u l-estensjoni tal-ħin tat-tisjir.

Il-prodotti għandhom jiġu moħmija sakemm jiksbu kulur aktar ċar u għandu jiġi evitat l-iskurament eċċessiv tal-qoxra f'każ fejn il-qoxra tkun skura minħabba xiwi qawwi u mhux relatata mal-kompożizzjoni jew man-natura speċifika tal-ħobż li jwasslu għal qoxra skura.

3.

Meta jiġu ppreparati sandwiches, l-FBOs għandhom jiżguraw li s-sandwiches jiġu mixwija sal-kulur ottimali. Għall-produzzjoni ta' dawn il-prodotti speċifiċi huwa xieraq li jintużaw il-gwidi tal-kulur disponibbli maħsuba għal tipi ta' prodotti speċifiċi, fejn disponibbli, li jipprovdu gwida dwar it-taħlita ottimali ta' kulur u livelli baxxi ta' akrilammid. Meta jintuża ħobż ippakkjat minn qabel jew meta jintużaw prodotti tal-furnara li ma jkunux kompletament imsajra, iridu jiġu segwiti l-istruzzjonijiet dwar it-tisjir.

Fil-bini fejn ikun hemm il-persunal li jipprepara l-ikel speċifiku għandu jkun hemm imwaħħla fejn tidher il-gwida tal-kulur msemmija hawn fuq li tipprovdi gwida dwar it-taħlita ottimali ta' kulur u livelli baxxi ta' akrilammid.

PARTI B

MIŻURI TA' MITIGAZZJONI LI JRIDU JIĠU APPLIKATI MILL-OPERATURI TAN-NEGOZJI TAL-IKEL IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(3) MINBARRA L-MIŻURI TA' MITIGAZZJONI MSEMMIJA FIL-PARTI A

1.   Rekwiżit ġenerali

L-FBOs għandhom jaċċettaw biss il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) mingħand l-FBOs li implimentaw il-miżuri ta' mitigazzjoni kollha stipulati fl-Anness I.

2.   Ċipps u prodotti oħra (li jinqlew kompletament fiż-żejt) magħmulin mill-patata mqattgħa

L-FBOs għandhom:

isegwu l-istruzzjonijiet dwar il-ħżin ipprovduti mill-FBOs jew mill-fornituri jew ipprovduti fil-miżuri ta' mitigazzjoni rilevanti fl-Anness I;

jaħdmu bil-Proċeduri Operazzjonali Standard u b'apparati tal-qali kkalibrati mgħammra b'timers kompjuterizzati u pprogrammati b'issettjar standard (ħin-temperatura);

jissorveljaw il-livell tal-akrilammid fil-prodotti finali biex jivverifikaw li l-miżuri ta' mitigazzjoni huma effettivi fiż-żamma tal-livelli tal-akrilammid taħt il-livell tal-parametru referenzjarju.

3.   Prodotti tal-furnara

L-FBOs għandhom jissorveljaw il-livell tal-akrilammid fil-prodotti finali biex jivverifikaw li l-miżuri ta' mitigazzjoni huma effettivi fiż-żamma tal-livelli tal-akrilammid taħt il-livell tal-parametru referenzjarju.

4.   Kafè

L-FBOs għandhom jiżguraw li l-livell tal-akrilammid fil-kafè fornut ikun inqas mil-livell tal-parametru referenzjarju speċifikat fl-Anness IV filwaqt li, madankollu, għandu jitqies li dan jista' ma jkunx possibbli għat-tipi kollha ta' kafè skont it-taħlita u l-karatteristiċi tal-inkaljar. F'dawn il-każijiet, il-fornitur għandu jipprovdi ġustifikazzjoni.


ANNESS III

IR-REKWIŻITI TA' KAMPJUNAR U TA' ANALIŻI GĦALL-MONITORAĠĠ IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4

I.   Kampjunar

1.

Il-kampjun għandu jkun rappreżentattiv għal-lott tal-kampjunar.

2.

L-FBOs għandhom jiżguraw li jwettqu l-kampjunar rappreżentattiv u l-analiżi tal-prodotti tagħhom għall-preżenza tal-akrilammid biex jivverifikaw l-effikaċja tal-miżuri ta' mitigazzjoni, jiġifieri li l-livelli tal-akrilammid ikunu konsistentement inqas mil-livelli tal-parametri referenzjarji.

3.

L-FBOs għandhom jiżguraw li jittieħed kampjun rappreżentattiv ta' kull tip ta' prodott għall-analiżi tal-konċentrazzjoni tal-akrilammid. “Tip ta' prodott” jinkludi gruppi ta' prodotti li jkollhom l-istess ingredjenti, tfassil tar-riċetta, tfassil tal-proċess u/jew kontrolli tal-proċess jew inkella jkunu simili għalihom meta dawn ikollhom potenzjal li jinfluwenzaw il-livelli tal-akrilammid fil-prodott finali. Il-programmi ta' monitoraġġ għandhom jagħtu prijorità lit-tipi ta' prodotti li wrew il-potenzjal li jaqbżu l-livell tal-parametru referenzjarju u għandhom ikunu bbażati fuq ir-riskju meta miżuri ta' mitigazzjoni ulterjuri jkunu fattibbli.

II.   Analiżi

1.

L-FBOs għandhom jipprovdu biżżejjed dejta biex jippermettu li ssir valutazzjoni tal-livell tal-akrilammid u tal-probabilità li t-tip ta' prodott jista' jaqbeż il-livell tal-parametru referenzjarju.

2.

Il-kampjun għandu jiġi analizzat f'laboratorju li jieħu sehem fi skemi xierqa ta' ttestjar tal-profiċjenza (li jikkonformaw mal-“International Harmonised Protocol for the Proficiency Testing of (Chemical) Analytical Laboratories” (1) żviluppati taħt l-awspiċji tal-IUPAC/ISO/AOAC) u juża metodi analitiċi approvati għad-detezzjoni u għall-kwantifikazzjoni. Il-laboratorji għandhom ikunu kapaċi juru li jħaddmu proċeduri għall-kontroll intern tal-kwalità. Eżempju ta' dawn huma l-“ISO/AOAC/IUPAC Guidelines on Internal Quality Control in Analytical Chemistry Laboratories” (2).

Meta jkun possibbli, għandha ssir stima tal-awtentiċità tal-analiżi billi fl-analiżi jiddaħħlu materjali xierqa ta' referenza ċċertifikati.

3.

Il-metodu ta' analiżi użat għall-analiżi tal-akrilammid irid jikkonforma mal-kriterji tal-prestazzjoni li ġejjin

Parametru

Kriterju

Applikabbiltà

L-ikel speċifikat f'dan ir-Regolament

Speċifiċità

Mingħajr interferenzi matriċi jew spettrali

Kamp vojt

Inqas mil-Limitu ta' Detezzjoni (LOD)

Ripetibbiltà (RSDr)

0,66 drabi tal-RSDR kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (modifikata)

Riproduċibbiltà (RSDR)

kif derivata mill-ekwazzjoni Horwitz (modifikata)

Irkupru

75–110 %

Limitu ta' Detezzjoni (LOD)

Tliet għexieren ta' LOQ

Limitu tal-Kwantifikazzjoni (LOQ)

Għal-livell tal-parametru referenzjarju < 125 μg/kg: ≤ tnejn minn ħamsa tal-livell tal-parametru referenzjarju (madankollu mhux meħtieġ li jkun inqas minn 20 μg/kg)

Għal-livell tal-parametru referenzjarju ≥ 125 μg/kg: ≤ 50 μg/kg

4.

L-analiżi tal-akrilammid tista' tiġi sostitwita mill-kejl tal-attributi tal-prodott (eż. il-kulur) jew tal-parametri tal-proċess diment li tkun tista' tintwera korrelazzjoni statistika bejn l-attributi tal-prodott jew il-parametri tal-proċess u l-livell tal-akrilammid.

III.   Frekwenza tal-kampjunar

1.

L-FBOs għandhom iwettqu l-kampjunar u l-analiżi tal-inqas darba fis-sena għal prodotti li għandhom livell magħruf u kkontrollat sew ta' akrilammid. L-FBOs għandhom iwettqu l-kampjunar u l-analiżi bi frekwenza ikbar għal prodotti li jkollhom il-potenzjal li jaqbżu l-livell tal-parametru referenzjarju u għandhom ikunu bbażati fuq ir-riskju meta miżuri ta' mitigazzjoni ulterjuri jkunu fattibbli.

2.

Abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-punt II.1 l-FBOs għandhom jispeċifikaw il-frekwenzi xierqa għall-analiżi għal kull tip ta' prodott. Il-valutazzjoni għandha tiġi ripetuta jekk prodott jew proċess jiġi mmodifikat b'tali mod li jista' jwassal għal tibdil fil-livelli tal-akrilammid fil-prodott finali.

IV.   Mitigazzjoni

Jekk ir-riżultat analitiku, ikkoreġut għall-irkupru iżda mingħajr il-kunsiderazzjoni tal-inċertezza tal-kejl, jindika li prodott qabeż il-livell tal-parametru referenzjarju, jew fih l-akrilammid f'livell ogħla minn dak previst (b'kunsiderazzjoni tal-analiżijiet preċedenti, iżda inqas mil-livell tal-parametru referenzjarju), l-FBOs għandhom iwettqu rieżami tal-miżuri ta' mitigazzjoni applikati u għandhom jieħdu l-miżuri ta' mitigazzjoni addizzjonali disponibbli biex jiżguraw li l-livelli tal-akrilammid fil-prodott finali jkunu inqas mil-livell tal-parametru referenzjarju. Dan irid jintwera bit-twettiq ta' kampjunar rappreżentattiv u ta' analiżi ġodda, wara l-introduzzjoni tal-miżuri ta' mitigazzjoni addizzjonali.

V.   Informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti

L-FBOs għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżultati analitiċi miksuba mill-analiżi ta' kull sena jekk l-awtorità kompetenti titlobhom, flimkien ma' deskrizzjonijiet tal-prodotti analizzati. Għal dawk il-prodotti li jaqbżu l-livell tal-parametru referenzjarju għandhom jiġu pprovduti d-dettalji dwar il-miżuri ta' mitigazzjoni meħuda għat-tnaqqis tal-livelli tal-akrilammid taħt il-livell tal-parametru referenzjarju.


(1)  M. Thompson et al, Pure and Applied Chemistry, 2006, 78, pp. 145-196.

(2)  Edijat minn M. Thompson u R. Wood, Pure and Applied Chemistry, 1995, 67, pp. 649-666.


ANNESS IV

IL-LIVELLI TAL-PARAMETRI REFERENZJARJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(1)

Il-livelli tal-parametri referenzjarji għall-preżenza tal-akrilammid fl-oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) huma kif ġej:

Ikel

Livell tal-parametru referenzjarju

[μg/kg]

Ċipps (lesta biex tittiekel)

500

Il-krisps tal-patata magħmulin minn patata friska u minn għaġina tal-patata

Krekers ibbażati fuq il-patata

Prodotti oħra tal-patata bbażati fuq l-għaġina tal-patata

750

Ħobż artab

 

(a)

Ħobż ibbażat fuq il-qamħ

50

(b)

Ħobż artab li mhux ħobż ibbażat fuq il-qamħ

100

Ċereali tal-kolazzjon (ħlief il-poriġ)

 

prodotti bbażati fuq in-nuħħala u ċ-ċereali integrali, ċereali minfuħin (gun puffed)

300

prodotti bbażati fuq il-qamħ u s-segala (1)

300

prodotti bbażati fuq il-qamħirrun, il-ħafur, l-ispelt, ix-xgħir u r-ross (1)

150

Gallettini u wejfers

350

Krekers ħlief il-krekers ibbażati fuq il-patata

400

Ħobż iqarmeċ

350

Ginger bread

800

Prodotti simili għall-prodotti l-oħra f'din il-kategorija

300

Kafè inkaljat

400

Kafè instant (solubbli)

850

Sostituti tal-kafè

 

(a)

sostituti tal-kafè esklużivament miċ-ċereali

500

(b)

sostituti tal-kafè minn taħlita ta' ċereali u ta' ċikwejra

 (2)

(c)

sostituti tal-kafè esklużivament miċ-ċikwejra

4 000

Ikel tat-trabi, ikel proċessat biċ-ċereali għat-trabi u t-tfal żgħar ħlief il-gallettini u l-ħobż mixwi (3)

40

Gallettini u ħobż mixwi għat-trabi u għat-tfal żgħar (3)

150


(1)  Ċereali mhux integrali u/jew mhux ibbażati fuq in-nuħħala. Iċ-ċereali preżenti fl-akbar kwantità jiddeterminaw il-kategorija.

(2)  Il-livell tal-parametru referenzjarju li jrid jiġi applikat għas-sostituti tal-kafè minn taħlita ta' ċereali u ta' ċikwejra jqis il-proporzjon relattiv ta' dawn l-ingredjenti fil-prodott finali.

(3)  Kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013.


21.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/45


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2159

tal-20 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 fir-rigward ta' ċerti referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-ICAO

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-ajru) (1), u partikolarment l-Artikolu 6(7) tiegħu;

Billi:

(1)

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 (2) jirreferi għal dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 11 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili (il-Konvenzjoni ta' Chicago), u speċifikament għat-13-il edizzjoni ta' Lulju 2001, li tinkorpora l-Emenda Nru 49. Fl-10 ta' Novembru 2016, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) emendat l-Anness 11 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, biex jinkorpora l-Emenda Nru 50 A.

(2)

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 jirreferi wkoll għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Proċeduri tal-ICAO għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru — il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (PANS-ATM, id-Dok. 4444), u b'mod aktar speċifiku għall-15-il edizzjoni tal-2007 li tinkludi l-Emenda 6. Fl-10 ta' Novembru 2016, l-ICAO emendat id-Dokument 4444, biex jinkorpora l-Emenda Nru 7 A.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-referenzi fir-Regolament (UE) Nru 255/2010 għall-Anness 11 tal-Konvenzjoni ta' Chicago u għad-Dokument 4444 jiġu aġġornati sabiex iqisu dawk l-emendi, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi legali internazzjonali tagħhom u jiżguraw il-konsistenza mal-qafas regolatorju internazzjonali tal-ICAO.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 255/2010 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 255/2010, il-punti 1 u 2 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“1.

Il-paragrafu 3.7.5 tal-Kapitolu 3 (Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru) tal-Anness 11 tal-Konvenzjoni ta' Chicago — Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru (l-14-il edizzjoni — Lulju 2016, li tinkorpora l-emenda Nru 50 A).

2.

Il-Kapitolu 3 (Il-kapaċità tas-sistema ATS u l-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru) tad-Dokument 4444 tal-ICAO, Proċeduri għas-Servizzi tan-Navigazzjoni tal-Ajru —Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (PANS-ATM) (is-16-il edizzjoni – 2016 li tinkorpora l-Emenda Nru 7 A).”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10).


21.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/47


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2160

tal-20 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 fir-rigward ta' ċerti referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-ICAO

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (Ir-Regolament ta' interoperabilità) (1), u partikolarment l-Artikolu 3(5) tiegħu;

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

Billi:

(1)

Il-Punt 3 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 (2) jirreferi għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Proċeduri tal-ICAO għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru — il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (PANS-ATM, id-Dok. 4444), u b'mod aktar speċifiku għall-15-il edizzjoni tal-2007 li tinkorpora l-Emenda 6. Fl-10 ta' Novembru 2016, l-ICAO emendat id-Dokument 4444, biex jinkorpora l-Emenda Nru 7 A.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li r-referenzi fir-Regolament (UE) Nru 1079/2012 għad-Dokument 4444 jiġu aġġornati sabiex iqisu dawk l-emendi, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi legali internazzjonali tagħhom u jiżguraw il-konsistenza mal-qafas regolatorju internazzjonali tal-ICAO.

(3)

Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1079/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1079/2012, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.

It-Taqsima 12.3.1.5 ‘8.33 kHz channel spacing’ tad-Dokument 4444 tal-PANS-ATM tal-ICAO (is-16-il Edizzjoni — 2016, li tinkorpora l-Emenda Nru 7 A).”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 tas-16 ta' Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta' spazjar bejn il-kanali ta' komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 14).


DEĊIŻJONIJIET

21.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2161

tal-20 ta' Novembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/486/PESK (1) dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine).

(2)

Fit-3 ta' Diċembru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2249 (2), li testendi l-mandat sat-30 ta' Novembru 2017 u biex l-EUAM Ukraine tingħata ammont ta' referenza finanzjarja sat-30 ta' Novembru 2016.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/712 (3) adattat l-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sat-30 ta' Novembru 2016, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2083 (4) pprevediet ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2016 sat-30 ta' Novembru 2017.

(4)

Jenħtieġ li wara r-Reviżjoni Strateġika tal-2017, l-EUAM Ukraine tiġi estiża sal-31 ta' Mejju 2019.

(5)

Jenħtieġ li jiġi previst ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2017 sal-31 ta' Mejju 2019.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/486/PESK tiġi emendata skont dan.

(7)

L-EUAM Ukraine ser titwettaq fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Ukraine sat-30 ta' Novembru 2014 għandu jkun ta' EUR 2 680 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2014 sat-30 ta' Novembru 2015 għandu jkun ta' EUR 13 100 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2015 sat-30 ta' Novembru 2016 għandu jkun ta' EUR 17 670 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2016 sat-30 ta' Novembru 2017 għandu jkun ta' EUR 20 800 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2017 sal-31 ta' Mejju 2019 għandu jkun ta' EUR 31 956 069,20.

L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodi sussegwenti għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.”.

(2)

fl-Artikolu 19, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Għandha tapplika sal-31 ta' Mejju 2019.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Diċembru 2017.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. REPS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat- 22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2249 tat-3 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 318, 4.12.2015, p. 38).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/712 tat-12 ta' Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 125, 13.5.2016, p. 11).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2083 tat-28 ta' Novembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 321, 29.11.2016, p. 55).


21.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/50


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2162

tal-20 ta' Novembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/233/PESK (1) li tistabbilixxi l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya).

(2)

Fis-17 ta' Lulju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1342 (2) li testendi l-mandat ta' EUBAM Libya sal-31 ta' Diċembru 2018 u tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja sat-30 ta' Novembru 2017.

(3)

Id-Deċiżjoni 2013/233/PESK jenħtieġ li tiġi emendata biex tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018.

(4)

EUBAM Libya ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni 2013/233/PESK, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma' EUBAM Libya għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018 għandu jkun ta' EUR 31 200 000,00.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Diċembru 2017.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. REPS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1342 tas-17 ta' Lulju 2017 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 185, 18.7.2017, p. 60).


21.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/51


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2163

tal-20 ta' Novembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(2)

Wara li ġew organizzati mill-Federazzjoni Russa elezzjonijiet tal-gvernaturi fil-belt annessa illegalment ta' Sevastopol fl-10 ta' Settembru 2017, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li tiżdied persuna mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(3)

Jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuna elenkata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tiżdied mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. REPS


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.


ANNESS

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“161.

Dmitry Vladimirovich OVSYANNIKOV

(Дмитрий Владимирович Овсянников)

Data tat-twelid: 21.2.1977

Post tat-Twelid: Omsk, USSR

“Gvernatur ta' Sevastopol”.

Ovsyannikov ġie elett bħala l-“Gvernatur ta' Sevastopol” fl-elezzjonijiet tal-10 ta' Settembru 2017 organizzati mill-Federazzjoni Russa fil-belt annessa illegalment ta' Sevastopol.

Fit-28 ta' Lulju 2016, il-President Putin ħatru bħala Aġent “Gvernatur ta' Sevastopol”. F'din il-kapaċità, huwa ħadem għal aktar integrazzjoni tal-peniżola annessa illegalment tal-Krimea fi ħdan il-Federazzjoni Russa, u għalhekk huwa responsabbli għall-appoġġ jew l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

Fl-2017 għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi b'appoġġ għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol u fl-anniversarju tar-“referendum” illegali tal-Krimea. Huwa ikkommemora l-veterani tal-hekk imsejħa “unitajiet ta' awtodifiża” li ffaċilitaw l-iskjerament ta' forzi Russi fil-peniżola tal-Krimea qabel ma saret l-annessjoni illegali tagħha mill-Federazzjoni Russa, u appella biex Sevastopol issir il-Kapitali tan-Nofsinhar tal-Federazzjoni Russa.

21.11.2017”


21.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/53


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2164

tas-17 ta' Novembru 2017

dwar ir-rikonoxximent tal-iskema volontarja msejħa “RTRS EU RED” biex tintwera l-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttivi 98/70/KE u 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (1), u b'mod partikulari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7c(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (2), u b'mod partikulari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikoli 7b u 7c u l-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u l-Artikoli 17 u 18 u l-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE jistipulaw kriterji simili tas-sostenibbiltà għall-bijofjuwils u għall-bijolikwidi, u proċeduri simili għall-verifika tal-konformità tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi ma' dawk il-kriterji.

(2)

Meta l-bijofjuwils u l-bijolikwidi jkunu jridu jitqiesu għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 2009/28/KE, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi juru li l-bijofjuwils u l-bijolikwidi jkunu konformi mal-kriterji tas-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(2) sa (5) ta' dik id-Direttiva.

(3)

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-iskemi volontarji nazzjonali jew internazzjonali li jistabbilixxu l-istandards għall-produzzjoni tal-prodotti tal-bijomassa fihom dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE, u/jew li dawn juru li l-konsenji tal-bijofjuwils jew tal-bijolikwidi jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17(3), (4) u (5), u/jew li l-ebda materjal ma nbidel jew ma twarrab apposta sabiex il-konsenja jew parti minnha tkun tista' taqa' taħt l-Anness IX. Meta operatur ekonomiku jagħti provi jew jipprovdi dejta miksuba skont skema volontarja rikonoxxuta mill-Kummissjoni, safejn ikun kopert bid-deċiżjoni tar-rikonoxximent, Stat Membru ma għandux jitlob lill-fornitur jipprovdi aktar evidenza ta' konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà.

(4)

It-talba biex jiġi rikonoxxut li l-iskema volontarja msejħa “RTRS EU RED” turi li l-konsenji tal-bijofjuwils jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE u fid-Direttiva 2009/28/KE tressqet lill-Kummissjoni fl-14 ta' Ġunju 2017. L-iskema, li hija bbażata fi Ciudad de la Paz 353, PISO3 OF 307. C1426AGE Buenos Aires, fl-Arġentina, tkopri l-bijofjuwils prodotti mis-sojja. Jenħtieġ li d-dokumenti tal-iskema rikonoxxuta jkunu disponibbli fil-pjattaforma ta' trasparenza stabbilita skont id-Direttiva 2009/28/KE.

(5)

Hija u tivvaluta l-iskema volontarja msejħa “RTRS EU RED”, il-Kummissjoni sabet li din tkopri kif xieraq il-kriterji kollha ta' sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE u fid-Direttiva 2009/28/KE, u wkoll li din tapplika metodoloġija ta' bilanċ tal-massa skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7c(1) tad-Direttiva 98/70/KE u tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(6)

Mill-valutazzjoni tal-iskema volontarja msejħa “RTRS EU RED” irriżulta li din tilħaq standards xierqa ta' affidabbiltà, ta' trasparenza u ta' awditjar indipendenti, u wkoll li hija tikkonforma mar-rekwiżiti metodoloġiċi stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils u tal-Bijolikwidi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema volontarja msejħa “RTRS EU RED” (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-iskema”), li tressqet lill-Kummissjoni fl-14 ta' Ġunju 2017 għar-rikonoxximent, turi li l-konsenji tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi prodotti skont l-istandards għall-produzzjoni tal-bijofjuwils u tal-bijolikwidi stabbiliti fl-iskema jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà kif stabbiliti fl-Artikolu 7b(3), (4) u (5) tad-Direttiva 98/70/KE u fl-Artikolu 17(3), (4) u (5) tad-Direttiva 2009/28/KE.

L-iskema tinkludi wkoll dejta preċiża għall-finijiet tal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u tal-Artikolu 7b(2) tad-Direttiva 98/70/KE.

Artikolu 2

Jekk il-kontenut tal-iskema, kif imressaq lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent fl-14 ta' Ġunju 2017, jinbidel b'tali mod li jista' jaffettwa l-bażi ta' din id-Deċiżjoni, dan it-tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-tibdil innotifikat biex tistabbilixxi jekk l-iskema tkunx għadha tkopri kif xieraq il-kriterji tas-sostenibbiltà li għalihom tkun ġiet rikonoxxuta jew le.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni tista' tħassar din id-Deċiżjoni, fost l-oħrajn, fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a)

jekk ikun intwera biċ-ċar li l-iskema ma tkunx implimentat elementi meqjusa bħala deċiżivi għal din id-Deċiżjoni jew jekk ikun twettaq ksur serju u strutturali ta' dawk l-elementi;

(b)

jekk l-iskema ma tibgħatx rapporti annwali lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7c(6) tad-Direttiva 98/70/KE u skont l-Artikolu 18(6) tad-Direttiva 2009/28/KE;

(c)

jekk l-iskema ma timplimentax l-istandards tal-awditjar indipendenti speċifikati fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7c(5) tad-Direttiva 98/70/KE u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 18(5) tad-Direttiva 2009/28/KE jew ma ttejjibx l-elementi l-oħrajn tal-iskema meqjusa bħala deċiżivi għall-issuktar tar-rikonoxximent.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika sat-12 ta' Diċembru 2022.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

(2)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.


21.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/55


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2165

tas-17 ta' Novembru 2017

li tapprova l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f'ċerti żoni tar-Repubblika Ċeka

(notifikata bid-dokument C(2017) 7536)

(It-test biċ-Ċek biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/60/KE tistabbilixxi l-miżuri minimi tal-Unjoni li għandhom jittieħdu għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, fosthom dawk li għandhom jiġu applikati jekk jiġi kkonfermat każ tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi.

(2)

Fl-2017 ir-Repubblika Ċeka nnotifikat lill-Kummissjoni l-każijiet tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u ħadet il-miżuri għall-kontroll tal-mard rikjesti mid-Direttiva 2002/60/KE.

(3)

Fid-dawl tal-qagħda epidemjoloġika attwali u f'konformità mad-Direttiva 2002/60/KE, ir-Repubblika Ċeka ppreżentat lill-Kummissjoni pjan għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer (il-pjan ta' eradikazzjoni).

(4)

Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (2) ġiet stabbilita lista tal-Unjoni ta' żoni ta' riskju għoli bl-għan li jiġu stabbiliti l-miżuri xierqa għall-kontroll tas-saħħa tal-annimali u biex ikun evitat it-tixrid ulterjuri tal-marda. Reċentement, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie emendat bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1850 (3) sabiex iqis, inter alia, il-każijiet reċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi fir-Repubblika Ċeka u l-Partijiet I u II ta' dak l-Anness issa jinkludu ż-żoni infettati fir-Repubblika Ċeka.

(5)

Il-pjan ta' eradikazzjoni ġie eżaminat mill-Kummissjoni u ġie konkluż li dan jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/60/KE. Għalhekk jenħtieġ li jiġi approvat kif xieraq.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pjan imressaq mir-Repubblika Ċeka fl-24 ta' Ottubru 2017 għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer mill-popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi fiż-żoni infettati ta' dak l-Istat Membru huwa b'dan approvat.

Artikolu 2

Ir-Repubblika Ċeka għandha ddaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' eradikazzjoni msemmi fl-Artikolu 1 sal-1 ta' Diċembru 2017.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1850 tal-11 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri (ĠU L 264, 13.10.2017, p. 7).


21.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/57


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2166

tas-17 ta' Novembru 2017

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2017) 7540)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. Fil-Partijiet I sa IV tiegħu, l-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċertu żoni ta' dawk l-Istati Membri skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta' dik il-marda. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni tal-Estonja, tal-Latvja, tal-Litwanja u tal-Polonja.

(2)

F'Settembru u f'Ottubru 2017, ġew osservati ftit każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali, f'Kuldīgas novads fil-Latvja, f'Jurbarko rajono savivaldybė fil-Litwanja u fil-gminy Bargłów Kościelny, Płaska, Sejny u Stary Brus fil-Polonja, fiż-żoni li bħalissa huma elenkati fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Dawn il-każijiet jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tkun riflessa fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni.

(3)

F'Settembru u f'Ottubru 2017, seħħew xi tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer domestiċi f'Lääne-Nigula valdin fl-Estonja, f'Neretas novads fil-Latvja, f'Anykščių rajono savivaldybė, Kavarsko seniūnija fil-Litwanja u fil-gmina Lipsk fil-Polonja. Dawn it-tifqigħat seħħew fiż-żoni li bħalissa huma elenkati fil-Parti I u fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Dawn it-tifqigħat jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tkun riflessa fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni.

(4)

Sa minn Ottubru 2016, ma saret ebda notifika ta' xi tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi f'ċerti żoni tal-Latvja li bħalissa huma elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness. Barra minn hekk, is-superviżjoni ta' miżuri ta' bijosigurtà ġiet implimentata b'mod sodisfaċenti fl-azjendi agrikoli ta' dawk iż-żoni, abbażi ta' programmi nazzjonali għall-bijosigurtà mmirati lejn il-prevenzjoni tat-tixrid ta' dak il-virus. Dawn il-fatti jindikaw titjib fis-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-Latvja.

(5)

Sa minn Lulju 2017, ma saret ebda notifika ta' xi tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi f'ċerti żoni tal-Litwanja li bħalissa huma elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness u li fihom ma hemm ebda azjenda mhux kummerċjali li trabbi l-ħnieżer. Barra minn hekk, is-superviżjoni ta' miżuri ta' bijosigurtà ġiet implimentata b'mod sodisfaċenti fl-azjendi agrikoli ta' dawk iż-żoni. Dawn il-fatti jindikaw titjib fis-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-Litwanja.

(6)

L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika preżenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-popolazzjonijiet milquta ta' ħnieżer domestiċi u selvaġġi fl-Unjoni jenħtieġ li titqies fil-valutazzjoni tar-riskju għas-saħħa tal-annimali minħabba s-sitwazzjoni l-ġdida tal-marda fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja. Sabiex il-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jiġu ffokati, u biex jiġi evitat aktar tifrix tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, filwaqt li fl-istess ħin jiġi evitat xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni, u jiġu evitati wkoll ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, il-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex jitqiesu t-tibdiliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja.

(7)

Għaldaqstant, iż-żoni milquta mit-tifqigħat riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja li bħalissa huma elenkati fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jenħtieġ li issa minflok jiġu elenkati fil-Parti II ta' dak l-Anness.

(8)

Barra minn hekk, iż-żoni milquta mit-tifqigħat riċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja li bħalissa huma elenkati fil-Parti I u fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jenħtieġ li issa minflok jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness.

(9)

Barra minn hekk, iż-żoni speċifiċi tal-Latvja li bħalissa huma elenkati fil-Parti III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, fejn ma seħħet ebda notifika riċenti ta' tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, jenħtieġ li issa minflok jiġu elenkati fil-Parti II ta' dak l-Anness.

(10)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jiġi emendat kif xieraq.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jinbidel b'li ġej:

ANNESS

PARTI I

1.   Ir-Repubblika Ċeka

Iż-żoni li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:

okres Uherské Hradiště,

okres Kroměříž,

okres Vsetín.

2.   L-Estonja

Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

Hiiu maakond.

3.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

Aizputes novads,

Alsungas novads,

Auces novada Bēnes, Vecauces un Ukru pagasts, Auces pilsēta,

Dobeles novada Penkules pagasts,

Jelgavas novada Platones, Vircavas, Jaunsvirlaukas, Vilces, Lielplatones, Elejas un Sesavas pagasts,

Kuldīgas novada Ēdoles, Īvandes, Gudenieku, Turlavas, Kurmāles, Snēpeles, Laidu pagasts, Kuldīgas pilsēta,

Pāvilostas novada Sakas pagasts un Pāvilostas pilsēta,

republikas pilsēta Jelgava,

Rundāles novada Svitenes un Viesturu pagasts,

Saldus novada Ezeres, Kursīšu, Novadnieku, Pampāļu, Saldus, Zaņas un Zirņu pagasts, Saldus pilsēta,

Skrundas novads,

Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes,

Tērvetes novads,

Ventspils novada Jūrkalnes pagasts.

4.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

Joniškio rajono savivaldybė,

Jurbarko rajono savivaldybė: Eržvilko, Girdžių, Jurbarko miesto Jurbarkų ir Viešvilės seniūnijos ir Skirsnemunės ir Šimkaičių seniūnijos dalis į vakarus nuo kelio Nr. 146,

Kalvarijos savivaldybė,

Kazlų Rūdos savivaldybė,

Kelmės rajono savivaldybė,

Marijampolės savivaldybė,

Pakruojo rajono savivaldybė: Linkuvos ir Pašvitinio seniūnijos,

Panevėžio rajono savivaldybė: Krekenavos seninūnijos dalis į vakarus nuo Nevėžio upės ir į pietus nuo kelio Nr. 3004,

Radviliškio rajono savivaldybė: Aukštelkų, Baisogalos, Grinkiškio, Radviliškio, Radviliškio miesto, Skėmių, Šaukoto, Šeduvos miesto, Šaulėnų ir Tyrulių,

Raseinių rajono savivaldybė: Ariogalos seniūnija į šiaurę nuo kelio Nr A1, Ariogalos miesto, Betygalos seniūnijos, Girkalnio ir Kalnūjų seniūnijos į šiaurę nuo kelio Nr A1, Nemakščių, Pagojukų, Paliepių, Raseinių, Raseinių miesto, Šiluvos ir Viduklės seniūnijos,

Šakių rajono savivaldybė,

Šiaulių miesto savivaldybė,

Šiaulių rajono savivaldybė,

Vilkaviškio rajono savivaldybė.

5.   Il-Polonja

Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

 

w województwie warmińsko-mazurskim:

gminy Kalinowo, Prostki, Stare Juchy i gmina wiejska Ełk w powiecie ełckim,

gminy Biała Piska, Orzysz, Pisz i Ruciane Nida w powiecie piskim,

gminy Miłki i Wydminy w powiecie giżyckim,

gminy Olecko, Świętajno i Wieliczki w powiecie oleckim.

 

w województwie podlaskim:

gmina Brańsk z miastem Brańsk, gminy Boćki, Rudka, Wyszki, część gminy Bielsk Podlaski położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę nr 19 (w kierunku północnym od miasta Bielsk Podlaski) i przedłużonej przez wschodnią granicę miasta Bielsk Podlaski i drogę nr 66 (w kierunku południowym od miasta Bielsk Podlaski), miasto Bielsk Podlaski, część gminy Orla położona na zachód od drogi nr 66 w powiecie bielskim,

gminy Augustów z miastem Augustów, Nowinka i część gminy Sztabin położona na południe od linii wyznaczonej przez drogę nr 664 w powiecie augustowskim;

gminy Dąbrowa Białostocka, Janów, Suchowola i Korycin w powiecie sokólskim,

gminy Dziadkowice, Grodzisk i Perlejewo w powiecie siemiatyckim,

gminy Kolno z miastem Kolno, Mały Płock i Turośl w powiecie kolneńskim,

gminy Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Łapy i Poświętne w powiecie białostockim,

powiat zambrowski,

gminy Bakałarzewo, Raczki, Rutka-Tartak, Suwałki i Szypliszki w powiecie suwalskim,

gminy Sokoły, Kulesze Kościelne, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo, Ciechanowiec, Wysokie Mazowieckie z miastem Wysokie Mazowieckie, Czyżew w powiecie wysokomazowieckim,

gminy Łomża, Miastkowo, Nowogród, Piątnica, Śniadowo i Zbójna w powiecie łomżyńskim,

powiat miejski Białystok,

powiat miejski Łomża,

powiat miejski Suwałki.

 

w województwie mazowieckim:

gminy Bielany, Ceranów, Jabłonna Lacka, Sabnie, Sterdyń, Repki i gmina wiejska Sokołów Podlaski w powiecie sokołowskim,

gminy Domanice, Kotuń, Mokobody, Skórzec, Suchożebry, Mordy, Siedlce, Wiśniew i Zbuczyn w powiecie siedleckim,

powiat miejski Siedlce,

gminy Lelis, Łyse, Rzekuń, Troszyn, Czerwin i Goworowo w powiecie ostrołęckim,

gminy Olszanka i Łosice w powiecie łosickim,

powiat ostrowski.

 

w województwie lubelskim:

gminy Cyców, Ludwin i Puchaczów w powiecie łęczyńskim,

gminy Borki, Czemierniki, miasto Radzyń Podlaski i Ulan-Majorat w powiecie radzyńskim,

gmina Adamów, Krzywda, Serokomla, Stanin, Trzebieszów, Wojcieszków i gmina wiejska Łuków w powiecie łukowskim,

gminy Dębowa Kłoda, Jabłoń, Milanów, Parczew, Siemień i Sosnowica w powiecie parczewskim,

gminy Dorohusk, Kamień, Chełm, Ruda – Huta, Sawin i Wierzbica w powiecie chełmskim,

powiat miejski Chełm,

gminy Firlej, Kock, Niedźwiada, Ostrówek, Ostrów Lubelski i Uścimów

w powiecie lubartowskim.

PARTI II

1.   Ir-Repubblika Ċeka

Iż-żoni li ġejjin fir-Repubblika Ċeka:

okres Zlín.

2.   L-Estonja

Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

Haapsalu linn,

Hanila vald,

Harju maakond,

Ida-Viru maakond,

Jõgeva maakond,

Järva maakond,

Kihelkonna vald,

Kullamaa vald,

Kuressaare linn,

Lääne-Viru maakond,

Lääne-Saare vald,

osa Leisi vallast, mis asub lääne pool Kuressaare-Leisi maanteest (maanatee nr 79),

Lihula vald,

Martna vald,

Muhu vald,

Mustjala vald,

osa Noarootsi vallast, mis asub põhja pool maanteest nr 230,

Nõva vald,

Pihtla vald,

Pärnu maakond (välja arvatud Audru ja Tõstamaa vald),

Põlva maakond,

Rapla maakond,

osa Ridala vallast, mis asub edela pool maanteest nr 31,

Ruhnu vald,

Salme vald,

Tartu maakond,

Torgu vald,

Valga maakond,

Viljandi maakond,

Vormsi vald,

Võru maakond.

3.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

Ādažu novads,

Aglonas novada Kastuļinas, Grāveru un Šķeltovas pagasts,

Aizkraukles novads,

Aknīstes novads,

Alojas novads,

Alūksnes novads,

Amatas novads,

Apes novads,

Auces novada Lielauces un Īles pagasts,

Babītes novads,

Baldones novads,

Baltinavas novads,

Balvu novads,

Bauskas novads,

Beverīnas novads,

Brocēnu novads,

Burtnieku novads,

Carnikavas novads,

Cēsu novads,

Cesvaines novads,

Ciblas novads,

Dagdas novads,

Daugavpils novada Vaboles, Līksnas, Sventes, Medumu, Demenas, Kalkūnes, Laucesas, Tabores, Maļinovas, Ambeļu, Biķernieku, Naujenes, Vecsalienas, Salienas un Skrudalienas pagasts,

Dobeles novada Dobeles, Annenieku, Bikstu, Zebrenes, Naudītes, Auru, Krimūnu, Bērzes un Jaunbērzes pagasts, Dobeles pilsēta,

Dundagas novads,

Engures novads,

Ērgļu novads,

Garkalnes novada daļa, kas atrodas uz ziemeļrietumiem no autoceļa A2,

Gulbenes novads,

Iecavas novads,

Ikšķiles novada Tīnūžu pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidaustrumiem no autoceļa P10, Ikšķiles pilsēta,

Ilūkstes novads,

Jaunjelgavas novads,

Jaunpiebalgas novads,

Jaunpils novads,

Jēkabpils novads,

Jelgavas novada Glūdas, Zaļenieku, Svētes, Kalnciema, Līvbērzes un Valgundes pagasts,

Kandavas novads,

Kārsavas novads,

Ķeguma novads,

Ķekavas novads,

Kocēnu novads,

Kokneses novads,

Krāslavas novads,

Krimuldas novada Krimuldas pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļaustrumiem no autoceļa V89 un V81, un Lēdurgas pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļaustrumiem no autoceļa V81 un V128,

Krustpils novads,

Kuldīgas novada Padures, Pelču, Rumbas, Rendas, Kalibes un Vārmes pagasti,

Lielvārdes novads,

Līgatnes novads,

Limbažu novada Skultes, Limbažu, Umurgas, Katvaru, Pāles un Viļķenes pagasts, Limbažu pilsēta,

Līvānu novads,

Lubānas novads,

Ludzas novads,

Madonas novads,

Mālpils novads,

Mārupes novads,

Mazsalacas novads,

Mērsraga novads,

Naukšēnu novads,

Neretas novada Mazzalves pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļaustrumiem no autoceļa P73 un uz rietumiem no autoceļa 932,

Ogres novads,

Olaines novads,

Ozolnieku novads,

Pārgaujas novads,

Pļaviņu novads,

Preiļu novada Saunas pagasts,

Priekuļu novada Veselavas pagasts un Priekuļu pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa P28 un rietumiem no autoceļa P20,

Raunas novada Drustu pagasts un Raunas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa A2,

republikas pilsēta Daugavpils,

republikas pilsēta Jēkabpils,

republikas pilsēta Jūrmala,

republikas pilsēta Rēzekne,

republikas pilsēta Valmiera,

Rēzeknes novada Audriņu, Bērzgales, Čornajas, Dricānu, Gaigalavas, Griškānu, Ilzeskalna, Kantinieku, Kaunatas, Lendžu, Lūznavas, Maltas, Mākoņkalna, Nagļu, Ozolaines, Ozolmuižas, Rikavas, Nautrēnu, Sakstagala, Silmalas, Stoļerovas, Stružānu un Vērēmu pagasts un Feimaņu pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļiem no autoceļa V577 un Pušas pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļaustrumiem no autoceļa V577 un V597,

Riebiņu novada Sīļukalna, Stabulnieku, Galēnu un Silajāņu pagasts,

Rojas novads,

Ropažu novada daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa P10,

Rugāju novads,

Rundāles novada Rundāles pagasts,

Rūjienas novads,

Salacgrīvas novads,

Salas novads,

Saldus novada Jaunlutriņu, Lutriņu un Šķēdes pagasts,

Saulkrastu novads,

Siguldas novada Mores pagasts un Allažu pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa P3,

Skrīveru novads,

Smiltenes novads,

Strenču novads,

Talsu novads,

Tukuma novads,

Valkas novads,

Varakļānu novads,

Vecpiebalgas novads,

Vecumnieku novads,

Ventspils novada Ances, Tārgales, Popes, Vārves, Užavas, Piltenes, Puzes, Ziru, Ugāles, Usmas un Zlēku pagasts, Piltenes pilsēta,

Viesītes novada Elkšņu un Viesītes pagasts, Viesītes pilsēta,

Viļakas novads,

Viļānu novads,

Zilupes novads.

4.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

Alytaus miesto savivaldybė,

Alytaus rajono savivaldybė,

Anykščių rajono savivaldybė: Andrioniškio, Anykščių, Debeikių, Kavarsko seniūnijos dalis į šiaurės rytus nuo kelio Nr. 1205 ir į šiaurę rytus nuo kelio Nr. 1218, Kurklių, Skiemonių, Svėdasų, Troškūnų ir Viešintų seniūnijos,

Birštono savivaldybė,

Biržų miesto savivaldybė,

Biržų rajono savivaldybė: Nemunėlio Radviliškio, Pabiržės, Pačeriaukštės ir Parovėjos seniūnijos,

Elektrėnų savivaldybė,

Ignalinos rajono savivaldybė,

Jonavos rajono savivaldybė,

Jurbarko rajono savivaldybė: Juodaičių, Raudonės, Seredžiaus, Veliuonos seniūnijos ir Skirsnemunės ir Šimkaičių seniūnijos dalis į rytus nuo kelio Nr. 146,

Kaišiadorių miesto savivaldybė,

Kaišiadorių rajono savivaldybė,

Kauno miesto savivaldybė,

Kauno rajono savivaldybės: Akademijos, Alšėnų, Batniavos, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos apylinkių, Garliavos, Karmėlavos, Kačerginės, Kulautuvos, Lapių, Linksmakalnio, Neveronių, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos apylinkių, Vilkijos, Zapyškio seniūnijos,

Kėdainių rajono savivaldybė savivaldybės: Dotnuvos, Gudžiūnų, Josvainių seniūnijos dalis į šiaurę nuo kelio Nr 3514 ir Nr 229, Krakių, Kėdainių miesto, Surviliškio, Truskavos, Vilainių ir Šėtos seniūnijos,

Kupiškio rajono savivaldybė: Noriūnų, Skapiškio, Subačiaus ir Šimonių seniūnijos,

Molėtų rajono savivaldybė,

Pakruojo rajono savivaldybė: Klovainių, Rozalimo, Lygumų, Pakruojo ir Žeimelio seniūnijos,

Pasvalio rajono savivaldybė: Joniškėlio apylinkių, Joniškėlio miesto, Saločių ir Pušaloto seniūnijos,

Radviliškio rajono savivaldybė: Pakalniškių ir Sidabravo seniūnijos,

Raseinių rajono savivaldybė: Kalnūjų, Girkalnio, Ariogalios seniūnijos į pietus nuo kelio Nr. A1,

Prienų miesto savivaldybė,

Prienų rajono savivaldybė,

Rokiškio rajono savivaldybė,

Širvintų rajono savivaldybė,

Švenčionių rajono savivaldybė,

Trakų rajono savivaldybė,

Utenos rajono savivaldybė,

Vilniaus miesto savivaldybė,

Vilniaus rajono savivaldybė,

Visagino savivaldybė,

Zarasų rajono savivaldybė.

5.   Il-Polonja

Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

 

w województwie podlaskim:

część gminy Wizna położona na zachód od linii wyznaczonej przez drogę łączącą miejscowości Jedwabne i Wizna oraz na południe od linii wyznaczoną przez drogę nr 64 (od skrzyżowania w miejscowości Wizna w kierunku wschodnim do granicy gminy) w powiecie łomżyńskim,

gmina Dubicze Cerkiewne, Czyże, Białowieża, Hajnówka z miastem Hajnówka, Narew, Narewka i części gmin Kleszczele i Czeremcha położone na wschód od drogi nr 66 w powiecie hajnowskim,

gmina Kobylin-Borzymy w powiecie wysokomazowieckim,

gminy Grabowo i Stawiski w powiecie kolneńskim,

gminy Czarna Białostocka, Dobrzyniewo Duże, Gródek, Michałowo, Supraśl, Tykocin, Wasilków, Zabłudów, Zawady i Choroszcz w powiecie białostockim,

część gminy Bielsk Podlaski położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę nr 19 (w kierunku północnym od miasta Bielsk Podlaski) i przedłużonej przez wschodnią granicę miasta Bielsk Podlaski i drogę nr 66 (w kierunku południowym od miasta Bielsk Podlaski), część gminy Orla położona na wschód od drogi nr 66 w powiecie bielskim,

powiat sejneński,

gminy Bargłów Kościelny, Płaska i część gminy Sztabin położona na północ od linii wyznaczonej przez drogę nr 664 w powiecie augustowskim,

gminy Sokółka, Szudziałowo, Sidra, Kuźnica, Nowy Dwór i Krynki w powiecie sokólskim.

 

w województwie mazowieckim:

gmina Przesmyki w powiecie siedleckim.

 

w województwie lubelskim:

gminy Komarówka Podlaska i Wohyń w powiecie radzyńskim,

gminy Stary Brus i Urszulin w powiecie włodawskim,

gminy Rossosz, Wisznice, Sławatycze, Sosnówka, Tuczna i Łomazy w powiecie bialskim.

PARTI III

1.   L-Estonja

Iż-żoni li ġejjin fl-Estonja:

Audru vald,

Lääne-Nigula vald,

Laimjala vald,

osa Leisi vallast, mis asub ida pool Kuressaare-Leisi maanteest (maantee nr 79),

osa Noarootsi vallast, mis asub lõuna pool maanteest nr 230,

Orissaare vald,

Pöide vald,

osa Ridala vallast, mis asub kirde pool maanteest nr 31,

Tõstamaa vald,

Valjala vald.

2.   Il-Latvja

Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

Aglonas novada Aglonas pagasts,

Auces novada Vītiņu pagasts,

Daugavpils novada Nīcgales, Kalupes, Dubnas un Višķu pagasts,

Garkalnes novada daļa, kas atrodas uz dienvidaustrumiem no autoceļa A2,

Ikšķiles novada Tīnūžu pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļrietumiem no autoceļa P10,

Inčukalna novads,

Krimuldas novada Krimuldas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidrietumiem no autoceļa V89 un V81, un Lēdurgas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidrietumiem no autoceļa V81 un V128,

Limbažu novada Vidrižu pagasts,

Neretas novada Neretas, Pilskalnes, Zalves pagasts un Mazzalves pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidrietumiem no autoceļa P73 un uz austrumiem no autoceļa 932,

Priekuļu novada Liepas un Mārsēnu pagasts un Priekuļu pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļiem no autoceļa P28 un austrumiem no autoceļa P20,

Preiļu novada Preiļu, Aizkalnes un Pelēču pagasts un Preiļu pilsēta,

Raunas novada Raunas pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļiem no autoceļa A2,

Rēzeknes novada Feimaņu pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidiem no autoceļa V577 un Pušas pagasta daļa, kas atrodas uz dienvidrietumiem no autoceļa V577 un V597,

Riebiņu novada Riebiņu un Rušonas pagasts,

Ropažu novada daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa P10,

Salaspils novads,

Saldus novada Jaunauces, Rubas, Vadakstes un Zvārdes pagasts,

Sējas novads,

Siguldas novada Siguldas pagasts un Allažu pagasta daļa, kas atrodas uz ziemeļiem no autoceļa P3, un Siguldas pilsēta,

Stopiņu novada daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes,

Vārkavas novads,

Viesītes novada Rites un Saukas pagasts.

3.   Il-Litwanja

Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

Anykščių rajono savivaldybė: Kavarsko seniūnijos dalis į vakarus-nuo kelio Nr. 1205 ir į pietus nuo kelio Nr. 1218 ir Traupio seniūnija,

Biržų rajono savivaldybė: Vabalninko, Papilio ir Širvenos seniūnijos,

Druskininkų savivaldybė,

Kauno rajono savivaldybė: Babtų, Čekiškės ir Vandžiogalos seniūnijos,

Kėdainių rajono savivaldybė: Pelėdnagių, Pernaravos seniūnijos ir Josvainių seniūnijos dalis į pietus nuo kelio Nr 3514 ir Nr 229,

Kupiškio rajono savivaldybė: Alizavos ir Kupiškio seniūnijos,

Lazdijų rajono savivaldybė,

Pakruojo rajono savivaldybė: Guostagalio seniūnija,

Panevėžio miesto savivaldybė,

Panevėžio rajono savivaldybė: Karsakiškio, Miežiškių, Naujamiesčio, Paįstrio, Raguvos, Ramygalos, Smilgių, Upytės, Vadoklių, Velžio seniūnijos ir Krekenavos seniūnijos dalis į rytus nuo Nevėžio upės ir į šiaurę nuo kelio Nr. 3004,

Pasvalio rajono savivaldybė: Daujėnų, Krinčino, Namišių, Pasvalio apylinkių, Pasvalio miesto, Pumpėnų ir Vaškų seniūnijos,

Šalčininkų rajono savivaldybė,

Ukmergės rajono savivaldybė,

Varėnos rajono savivaldybė.

4.   Il-Polonja

Iż-żoni li ġejjin fil-Polonja:

 

w województwie podlaskim:

powiat grajewski,

powiat moniecki,

gminy Jedwabne i Przytuły oraz część gminy Wizna, położona na wschód od linii wyznaczonej przez drogę łączącą miejscowości Jedwabne i Wizna oraz na północ od linii wyznaczonej przez drogę 64 (od skrzyżowania w miejscowości Wizna w kierunku wschodnim do granicy gminy) w powiecie łomżyńskim,

gmina Lipsk w powiecie augustowskim,

części gminy Czeremcha i Kleszczele położone na zachód od drogi nr 66 w powiecie hajnowskim,

gminy Drohiczyn, Mielnik, Milejczyce, Nurzec-Stacja, Siemiatycze z miastem Siemiatycze w powiecie siemiatyckim.

 

w województwie mazowieckim:

gminy Platerów, Sarnaki, Stara Kornica i Huszlew w powiecie łosickim,

gminy Korczew i Paprotnia w powiecie siedleckim.

 

w województwie lubelskim:

gminy Kodeń, Konstantynów, Janów Podlaski, Leśna Podlaska, Piszczac, Rokitno, Biała Podlaska, Zalesie i Terespol z miastem Terespol, Drelów, Międzyrzec Podlaski z miastem Międzyrzec Podlaski w powiecie bialskim,

powiat miejski Biała Podlaska,

gminy Radzyń Podlaski i Kąkolewnica w powiecie radzyńskim,

gminy Hanna, Hańsk, Wola Uhruska, Wyryki i gmina wiejska Włodawa w powiecie włodawskim,

gmina Podedwórze w powiecie parczewskim.

PARTI IV

L-Italja

Iż-żoni li ġejjin fl-Italja:

tutto il territorio della Sardegna.


Rettifika

21.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/69


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/141 tas-26 ta' Jannar 2017 li jimponi dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma' tarf ta' tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 22 tas-27 ta' Jannar 2017 )

F'paġna 52, fl-Artikolu 1(1),

minflok:

“1.   Qed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' tagħmir ta' tubi u ta'pajpijiet, iwweldjati tarf ma' tarf, ta' gradi ta' azzar li ma jsaddadx awstenitiku, li jikkorrispondu għat-tipi AISI 304, 304L, 316, 316L, 316Ti, 321 u 321H u l-ekwivalenti tagħhom fin-normi l-oħra, bl-ikbar dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm u ħxuna tal-ħitan ta' 16-il mm jew anqas, bi ħruxija medja (Ra) tal-finitura tal-wiċċ ta' mhux anqas minn 0,8 mikrometru, bit-truf mhux forma ta' flanġijiet, lesti jew le, li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajwan. Il-prodott jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 23 10 u ex 7307 23 90 (Kodiċijiet Taric 7307231015, 7307231025, 7307239015, 7307239025).”,

aqra:

“1.   Qed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' tagħmir ta' tubi u ta' pajpijiet, iwweldjati tarf ma' tarf, ta' gradi ta' azzar li ma jsaddadx awstenitiku, li jikkorrispondu għat-tipi AISI 304, 304L, 316, 316L, 316Ti, 321 u 321H u l-ekwivalenti tagħhom fin-normi l-oħra, bl-ikbar dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm u ħxuna tal-ħitan ta' 16-il mm jew anqas, bi ħruxija medja (Ra) tal-wiċċ tan-naħa ta' ġewwa ta' mhux anqas minn 0,8 mikrometru, bit-truf mhux forma ta' flanġijiet, lesti jew le, li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajwan. Il-prodott jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 23 10 u ex 7307 23 90 (Kodiċijiet Taric 7307231015, 7307231025, 7307239015, 7307239025).”.


21.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/69


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/659 tas-6 ta' April 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/141 li jimponi dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma' tarf ta' tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 94 tas-7 ta' April 2017 )

F'paġna 9, fl-Artikolu 1, it-test li jissostitwixxi l-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/141,

minflok:

“1.   Qed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' tagħmir ta' tubi u ta'pajpijiet, iwweldjati tarf ma' tarf, ta' gradi ta' azzar li ma jsaddadx awstenitiku, li jikkorrispondu għat-tipi AISI 304, 304L, 316, 316L, 316Ti, 321 u 321H u l-ekwivalenti tagħhom fin-normi l-oħra, bl-ikbar dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm u ħxuna tal-ħitan ta' 16-il mm jew anqas, bi ħruxija medja (Ra) tal-finitura tal-wiċċ ta' mhux anqas minn 0,8 mikrometru, bit-truf mhux forma ta' flanġijiet, lesti jew le, li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajwan. Il-prodott jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 23 10 u ex 7307 23 90 (Kodiċijiet Taric 7307231015, 7307231025, 7307239015, 7307239025).”,

aqra:

“1.   Qed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' tagħmir ta' tubi u ta' pajpijiet, iwweldjati tarf ma' tarf, ta' gradi ta' azzar li ma jsaddadx awstenitiku, li jikkorrispondu għat-tipi AISI 304, 304L, 316, 316L, 316Ti, 321 u 321H u l-ekwivalenti tagħhom fin-normi l-oħra, bl-ikbar dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm u ħxuna tal-ħitan ta' 16-il mm jew anqas, bi ħruxija medja (Ra) tal-wiċċ tan-naħa ta' ġewwa ta' mhux anqas minn 0,8 mikrometru, bit-truf mhux forma ta' flanġijiet, lesti jew le, li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajwan. Il-prodott jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 23 10 u ex 7307 23 90 (Kodiċijiet Taric 7307231015, 7307231025, 7307239015, 7307239025).”.