ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 295

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
14 ta' Novembru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2060 tas-6 ta' Novembru 2017 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tat-Tielet Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2061 tat-13 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

3

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2062 tat-13 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

4

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 tat-13 ta' Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

21

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2064 tat-13 ta' Novembru 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1420

38

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2065 tat-13 ta' Novembru 2017 li jikkonferma l-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva 8-idrossikwinolina, kif stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 540/2011 u li jimmodifika r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/408 fir-rigward tal-inklużjoni tas-sustanza attiva 8-idrossikwinolina fil-lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni ( 1 )

40

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2066 tat-13 ta' Novembru 2017 dwar l-approvazzjoni tat-trab taż-żerriegħa tal-mustarda bħala sustanza bażika, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

43

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2067 tat-13 ta' Novembru 2017 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-estratt tal-paprika (kapsantin, kapsorubin E 160 c) bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 1 )

47

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2068 tat-13 ta' Novembru 2017 dwar in-nonapprovazzjoni tas-sorbat tal-potassju bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 1 )

49

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2069 tat-13 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni għas-sustanzi attivi flonicamid (IKI-220), metalassil, penoxsulam u proquinazid ( 1 )

51

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2070 tas-6 ta' Novembru 2017 li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika tal-Finlandja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

54

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2071 tat-13 ta' Novembru 2017 li taħtar lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia

55

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2072 tat-13 ta' Novembru 2017 li taġġorna u temenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1426

57

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2073 tat-13 ta' Novembru 2017 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

59

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 tat-13 ta' Novembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

60

 

*

Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/2075 tal-4 ta' Settembru 2017 li tissostitwixxi l-Anness VII tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea ( 1 )

69

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2076 tas-7 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2009/607/KE rigward il-perjodi tal-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lill-kisi iebes (notifikata bid-dokument C(2017) 7247)  ( 1 )

74

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2077 tal-10 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta' 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta' tagħmir bir-radar ta' medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (notifikata bid-dokument C(2017) 7374)  ( 1 )

75

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2078 tal-10 ta' Novembru 2017 li tawtorizza estensjoni tal-użu tal-betaglukani tal-ħmira bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2017) 7391)

77

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2079 tal-10 ta' Novembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-estratt rikk fit-tassifolina bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2017) 7418)

81

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/2080 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Settembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/9 dwar l-aċċess għal u l-użu ta' ċerta dejta TARGET2 (BĊE/2017/29)

86

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/2081 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ta' TARGET2-BĊE (BĊE/2017/30)

89

 

 

LINJI GWIDA

 

*

Linja Gwida (UE) 2017/2082 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Settembru 2017 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2017/28)

97

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/652/UE tat-12 ta' Novembru 2013 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' reżistenza antimikrobika f'batterji żoonotiċi u kommensali ( ĠU L 303, 14.11.2013 )

115

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2060

tas-6 ta' Novembru 2017

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tat-Tielet Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-punt (a)(i) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tal-Kroazja ma', fost l-oħrajn, il-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim”) jeħtieġ li jkun maqbul permezz ta' protokoll għal dak il-Ftehim (“il-Protokoll”). F'konformità mal-Ftehim, għal tali adeżjoni tapplika proċedura ssimplifikata, li permezz tagħha jiġi konkluż protokoll mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f'isem l-Istati Membri, u mill-pajjiż terz ikkonċernat.

(2)

Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati fid-dawl tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni. In-negozjati maċ-Ċilì ġew konklużi b'suċċess u l-Protokoll ġie ffirmat, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fid-29 ta' Ġunju 2017 fi Brussell.

(3)

Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-Tielet Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 14(1) tal-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TAMM


(1)  Approvazzjoni tal-14 ta' Settembru 2017 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 352, 30.12.2002, p. 3.

(3)  Il-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 196, 27.7.2017, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.


REGOLAMENTI

14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/2061

tat-13 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2073 tat-13 ta' Novembru 2017 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (2) jagħti effett lill-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (3).

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2073 tħassar entità waħda mil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(3)

Hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 jiġi emendat skont dan.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, il-paragrafu 4 huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Ara paġna 59 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi mmirati kontra xi persuni u entitajiet bil-ħsieb tal-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70).

(3)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/4


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/2062

tat-13 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (2) iġib fis-seħħ il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fis-16 ta' Ottubru 2017, il-Kunsill iddeċieda li jkompli jespandi l-projbizzjoni fuq l-investiment tal-UE fir-RDPK u/jew magħha lejn is-setturi kollha, inaqqas l-ammont ta' rimessi personali li jistgħu jintbagħtu lir-RDPK minn EUR 15 000 għal EUR 5 000 u jimponi projbizzjoni fuq l-esportazzjoni taż-żejt lir-RDPK.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1858 (3) emenda r-Regolament (UE) 2017/1509 biex iġib fis-seħħ il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(4)

Il-Kunsill stieden ukoll lill-Kummissjoni tirrevedi l-lista ta' oġġetti ta' lussu, soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri.

(5)

Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1858 tas-16 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 265 I, 16.10.2017, p. 1).


ANNESS

L-Anness VIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa sostitwit kif ġej:

ANNESS VIII

Prodotti ta' lussu msemmija fl-Artikolu 10

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-kodiċijiet tan-nomenklatura ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana u kif stabbilit fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati bil-leġislazzjoni sussegwenti.

(1)   Żwiemel

 

0101 21 00

Annimali ta' razza pura għar-razza

ex

0101 29 90

Oħrajn

(2)   Kavjar u sostituti tal-kavjar

 

1604 31 00

Kavjar

 

1604 32 00

Sostituti tal-kavjar

(3)   Tartuf u preparazzjonijiet tiegħu

 

0709 59 50

Tartuf

ex

0710 80 69

Oħrajn

ex

0711 59 00

Oħrajn

ex

0712 39 00

Oħrajn

ex

2001 90 97

Oħrajn

 

2003 90 10

Tartuf

ex

2103 90 90

Oħrajn

ex

2104 10 00

Sopop u brodi u preparazzjonijiet tagħhom

ex

2104 20 00

Preparazzjonijiet tal-ikel komposti omoġenizzati

ex

2106 00 00

Preparazzjonijiet tal-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra

(4)   Inbejjed (inklużi l-inbejjed spumanti), birer, spirti u xorb li fih l-alkoħol

 

2203 00 00

Birra magħmula minn xgħir (malt)

 

2204 10 11

Xampanja

 

2204 10 91

Asti Spumante

 

2204 10 93

Oħrajn

 

2204 10 94

B'indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

 

2204 10 96

Inbejjed varjetali oħra

 

2204 10 98

Oħrajn

 

2204 21 00

F'kontenituri li jesgħu 2 litri jew inqas

 

2204 29 00

Oħrajn

 

2205 00 00

Vermut u inbid ieħor ta' għeneb frisk imħawrin bi pjanti jew sustanzi aromatiċi

 

2206 00 00

Xorb ieħor iffermentat (bħala eżempju, sidru, perry, mead, saké); taħlit ta' xorb iffermentat u taħlit ta' xorb iffermentat b'xorb li ma huwiex alkoħoliku, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra

 

2207 10 00

Alkoħol etiliku mhux żnaturat ta' saħħa alkoħolika bil-volum ta' 80 % vol jew aktar

 

2208 00 00

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b'qawwa alkoħolika bil-volum ta' inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb ieħor spirituż

(5)   Sigarri u sigarri żgħar

 

2402 10 00

Sigarri, cheroots u cigarillos, li fihom tabakk

 

2402 90 00

Oħrajn

(6)   Fwejjaħ, fwejjaħ tat-twaletta u kosmetiċi, inklużi prodotti tas-sbuħija u make-up

 

3303

Fwejjaħ u ilmijiet tat-twaletta

 

3304 00 00

Preparazzjonijiet tas-sbuħija jew tal-make-up u preparazzjonijiet għall-kura tal-ġilda (ħlief medikamenti), inklużi preparazzjonijiet għall-ilqugħ jew għas-smurija tal-ġilda mix-xemx; preparazzjonijiet għat-trattament tal-idejn u għat-trattament tas-saqajn

 

3305 00 00

Preparazzjonijiet għal użu fuq ix-xagħar

 

3307 00 00

Preparazzjonijiet għal qabel, waqt jew wara t-tqaxxir tal-leħja, deodoranti personali, preparazzjonijiet għall-banju, preparazzjonijiet għat-tneħħija tax-xagħar u fwejjaħ oħrajn, preparazzjonijiet kosmetiċi jew tat-twaletta, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra; deodorizzanti ppreparati għal kmamar, imfewħin jew bi proprjetajiet disinfettanti jew le

 

6704 00 00

Parrokki, daqniet foloz, ħuġbejn u xagħar ta' xfar l-għajnejn, trofof marbutin minn tarf wieħed u bħalhom, ta' xagħar uman jew ta' annimali jew ta' materjali ta' tessuti; oġġetti ta' xagħar uman mhux speċifikati jew inklużi band'oħra

(7)   Prodotti tal-ġilda, tas-sarġ u tal-ivvjaġġar, basktijiet u oġġetti simili b'valur li jkun aktar minn EUR 50 kull wieħed

ex

4201 00 00

Oġġetti tas-sarraġ u xedd għal kull annimal (inklużi tiranti, ċineg, protezzjoni għall-irkubbtejn, sarimi, drapp għas-sarġ, boroż għas-sarġ, kowtijiet għal klieb u bħalhom), ta' kull materjal

ex

4202 00 00

Bagolli, valiġġi, vanity-cases, executive-cases, brief-cases, basktijiet tal-iskola, kaxex għan-nuċċalijiet, kaxex għat-trombi, kaxex tal-kamera, kaxex ta' strumenti tal-mużika, kaxex ta' xkubetti, stoċċijiet tal-pistola u kontenituri simili; bagalji għas-safar, boroż iżolati għal ikel jew xorb, boroż tat-twaletta, barżakki, boroż tal-idejn, boroż tax-xiri, kartieri, portmonijiet, kaxex għall-mapep, kaxex għas-sigarretti, boroż tat-tabakk, boroż tal-għodda, boroż tal-isports, kaxex tal-fliexken, kaxex għall-ġojjelli, kaxex tat-terra, kaxex tal-pożati u kontenituri bħalhom, tal-ġilda jew ta' ġilda artifiċjali, ta' folji tal-plastiks, ta' materjali tessili, ta' fibra vulkanizzata jew tal-kartun, jew kollha jew prinċipalment miksijin b'dawn il-materjali jew bil-karta

ex

4205 00 90

Oħrajn

ex

9605 00 00

Settijiet tal-ivvjaġġar għat-twaletta personali, tal-ħjata jew għat-tindif taż-żraben jew tal-ħwejjeġ

(8)   Kowtijiet b'valur li jkun aktar minn EUR 75 kull wieħed, u ħwejjeġ, aċċessorji tal-ħwejjeġ u żraben oħra (indipendentement mill-materjal tagħhom) b'valur li jkun aktar minn EUR 20 kull wieħed

ex

4203 00 00

Oġġetti ta' lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, tal-ġilda jew ta' ġilda artifiċjali

ex

4303 00 00

Oġġetti ta' ħwejjeġ, aċċessorji ta' lbies u oġġetti oħrajn tal-fer

ex

6101 00 00

Surtù, car coats, kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġkieket tal-iskijar), wind-cheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili tal-irġiel jew tas-subien, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ħlief dawk ta' titlu 6103

ex

6102 00 00

Surtù, car coats, kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġkieket tal-iskijar), wind-cheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ħlief dawk ta' titlu 6104

ex

6103 00 00

Ilbiesi sħaħ, ensembles, ġkieket, blejżers, qliezet, owverols b'vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet (ħlief malji tal-għawm) tal-irġiel jew tas-subien, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6104 00 00

Ilbiesi sħaħ, ensembles, ġkieket, blejżers, ilbiesi, dbielet, dbielet mifrudin, qliezet, owverols b'vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet (ħlief malji tal-għawm) tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6105 00 00

Qomos tal-irġiel jew tas-subien, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6106 00 00

Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6107 00 00

Qliezet ta' taħt, briefs, qomos tas-sodda, piġami, ġagagi tal-banju, blużi ta' ġewwa u oġġetti simili tal-irġiel jew tas-subien, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6108 00 00

Ilbiesi ta' taħt, dbielet ta' taħt, briefs, qliezet ta' taħt, ilbiesi tas-sodda, piġami, négligés, ġagagi tal-banju, blużi ta' ġewwa u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6109 00 00

T-shirts, flokkijiet ta' taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta' taħt oħra, maħduma bil-labar jew bil-ganċ

ex

6110 00 00

Ġersijiet, pulowvers, kardigans, sdieri u oġġetti simili, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6111 00 00

Ħwejjeġ u aċċessorji ta' ħwejjeġ ta' trabi, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6112 11 00

Tal-qoton

ex

6112 12 00

Ta' fibri sintetiċi

ex

6112 19 00

Ta' materjali ta' tessuti oħrajn

 

6112 20 00

Ilbiesi tal-iskijar

 

6112 31 00

Ta' fibri sintetiċi

 

6112 39 00

Ta' materjali ta' tessuti oħrajn

 

6112 41 00

Ta' fibri sintetiċi

 

6112 49 00

Ta' materjali ta' tessuti oħrajn

ex

6113 00 10

Ta' drappijiet maħdumin bil-labar jew bil-ganċ ta' titlu 5906

ex

6113 00 90

Oħrajn

ex

6114 00 00

Ħwejjeġ oħrajn, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6115 00 00

Pantyhose, tajts, kalzetti, kalzetti qosra u maljerija oħra, inklużi maljerija b'kompressjoni gradwata (pereżempju, kalzetti għal vini varikożi) u lbies għar-riġlejn maħdumin bil-labar jew bil-ganċ mingħajr qigħan imwaħħlin

ex

6116 00 00

Ingwanti, ingwanti li jgħattu erba' swaba' biss (mittens) u ingwantili jgħattu nofs is-swaba' biss (mitts), maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6117 00 00

Aċċessorji oħrajn ta' lbies manifatturati, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ; biċċiet ta' ħwejjeġ jew ta' aċċessorji tal-ħwejjeġ maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

ex

6201 00 00

Surtù, car coats, kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġkieket tal-iskijar), wind-cheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili tal-irġiel jew tas-subien, ħlief dawk ta' titlu 6203

ex

6202 00 00

Surtù, car coats, kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġkieket tal-iskijar), wind-cheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, ħlief dawk ta' titlu 6204

ex

6203 00 00

Ilbiesi sħaħ, ensembles, ġkieket, blejżers, qliezet, owverols b'vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet (ħlief malji tal-għawm) tal-irġiel jew tas-subien

ex

6204 00 00

Ilbiesi sħaħ, ensembles, ġkieket, blejżers, ilbiesi, dbielet, dbielet mifrudin, qliezet, owverols b'vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet (ħlief malji tal-għawm) tan-nisa jew tal-bniet

ex

6205 00 00

Qomos tal-irġiel u tas-subien

ex

6206 00 00

Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet

ex

6207 00 00

Flokkijiet ta' taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta' taħt oħrajn, qliezet ta' taħt, briefs, qomos tas-sodda, piġami, ġagagi tal-banju, blużi ta' ġewwa u oġġetti simili tal-irġiel jew tas-subien

ex

6208 00 00

Flokkijiet ta' taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta' taħt oħrajn, ilbiesi ta' taħt, dbielet ta' taħt, briefs, qliezet ta' taħt, ilbiesi tas-sodda, piġami, négligés, ġagagi tal-banju, blużi ta' ġewwa u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet

ex

6209 00 00

Ħwejjeġ u aċċessorji ta' ħwejjeġ ta' trabi

ex

6210 10 00

Ta' drappijiet ta' titlu 5602 jew 5603

ex

6210 20 00

Ħwejjeġ oħrajn, tat-tip deskritt f'subtitli 6201 11 sa 6201 19

ex

6210 30 00

Ħwejjeġ oħrajn, tat-tip deskritt f'subtitli 6202 11 sa 6202 19

ex

6210 40 00

Ħwejjeġ oħrajn tal-irġiel jew tas-subien

ex

6210 50 00

Ħwejjeġ oħrajn tan-nisa jew tal-bniet

 

6211 11 00

Tal-irġiel jew tas-subien

 

6211 12 00

Tan-nisa jew tal-bniet

 

6211 20 00

Ilbiesi tal-iskijar

ex

6211 32 00

Tal-qoton

ex

6211 33 00

Ta' fibri magħmulin mill-bniedem

ex

6211 39 00

Ta' materjali ta' tessuti oħrajn

ex

6211 42 00

Tal-qoton

ex

6211 43 00

Ta' fibri magħmulin mill-bniedem

ex

6211 49 00

Ta' materjali ta' tessuti oħrajn

ex

6212 00 00

Riċipettijiet, ċinet, kurpetti, ċineg, suspenders, takkalji u oġġetti simili u partijiet tagħhom, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ jew le

ex

6213 00 00

Imkatar

ex

6214 00 00

Xalel, xarpi, maflers, mantilji, velijiet u bħalhom

ex

6215 00 00

Ingravajjet, ċfuf u mkatar tal-għonq

ex

6216 00 00

Ingwanti, ingwanti li jgħattu erba' swaba biss (mittens) u ingwanti li jgħattu nofs is-swaba' biss (mitts)

ex

6217 00 00

Aċċessorji oħrajn tal-ħwejjeġ manifatturati; Biċċiet ta' ilbiesi jew ta' aċċessorji ta' ilbies, ħlief dawk ta' titlu 6212

ex

6401 00 00

Ilbies għar-riġlejn li minnu ma jgħaddix ilma bil-qigħan ta' barra u l-uċuħ tal-lastiku jew tal-plastiks, li l-uċuħ tagħhom la huma mwaħħlin lanqas immuntati mal-qiegħ bi ħjata, imsiemer irbattuti (rivets), imsiemer, viti, tappijiet jew proċessi simili

ex

6402 20 00

Ilbies għar-riġlejn b'uċuħ ta' ċineg jew strixxi immuntati mal-qiegħ permezz ta' tappijiet

ex

6402 91 00

Jgħatti l-għaksa

ex

6402 99 00

Oħrajn

ex

6403 19 00

Oħrajn

ex

6403 20 00

Ilbies għar-riġlejn b'qigħan ta' barra tal-ġilda, u b'uċuħ li jikkonsistu f'ċineg tal-ġilda matul wiċċ is-sieq u madwar is-saba' l-kbir

ex

6403 40 00

Ilbies ieħor għar-riġlejn, li fih maskaretta protettiva ta' metall

ex

6403 51 00

Jgħatti l-għaksa

ex

6403 59 00

Oħrajn

ex

6403 91 00

Jgħatti l-għaksa

ex

6403 99 00

Oħrajn

ex

6404 19 10

Papoċċi u lbies tar-riġlejn ieħor ta' ġewwa

ex

6404 20 00

Ilbies għar-riġlejn bil-qigħan ta' barra tal-ġilda jew ta' kompożizzjoni ta' ġilda

ex

6405 00 00

Ilbies ieħor għar-riġlejn

ex

6504 00 00

Kpiepel u ilbies ieħor tar-ras, tat-tibna jew magħmulin bl-immuntar ta' strixxi ta' xi materjal, inforrati jew mirqumin jew le

ex

6505 00 10

Tal-feltru tal-fer jew tal-feltru tas-suf u fer, magħmul mill-qofsa tal-kpiepel, barnużi jew plateaux ta' titlu 6501 00 00

ex

6505 00 30

Brieret bil-pizz

ex

6505 00 90

Oħrajn

ex

6506 99 00

Ta' materjali oħrajn

ex

6601 91 00

B'lasta teleskopika

ex

6601 99 00

Oħrajn

ex

6602 00 00

Bsaten għall-mixi, bsaten siġġu, swat, frosti u bħalhom

ex

9619 00 81

Ħrieqi u qliebi għat-trabi

(9)   Twapet, raggs u tapezzeriji minsuġa bl-idejn, jew le

 

5701 00 00

Twapet u kisi tal-art ieħor ta' tessuti, bl-għoqiedi, manifatturati jew le

 

5702 10 00

“Kelem”, “Schumacks”, “Karamanie” u twapet simili minsuġin bl-idejn

 

5702 20 00

Kisi tal-art tal-fibri tal-ġewż tal-Indi (kajjar)

 

5702 31 80

Oħrajn

 

5702 32 00

Ta' materjali tessili magħmulin mill-bniedem

 

5702 39 00

Ta' materjali ta' tessuti oħrajn

 

5702 41 90

Oħrajn

 

5702 42 00

Ta' materjali tessili magħmulin mill-bniedem

 

5702 50 00

Oħrajn, mhux tal-pil, mhux manifatturati

 

5702 91 00

Ta' suf jew xagħar fin ta' annimali

 

5702 92 00

Ta' materjali tessili magħmulin mill-bniedem

 

5702 99 00

Ta' materjali ta' tessuti oħrajn

 

5703 00 00

Twapet u kisi tal-art ieħor ta' tessuti, bil-bżiebeż, manifatturati jew le

 

5704 00 00

Twapet u kisi tal-art ieħor ta' tessuti, tal-feltru, mingħajr bżiebeż jew trofof, manifatturati jew le

 

5705 00 00

Twapet oħrajn u kisi tal-art ieħor ta' tessuti, manifatturati jew le

 

5805 00 00

Tapizzeriji maħdumin bl-idejn tat-tip Gobelins, Flanders, Aubusson, Beauvais u bħalhom, u tapizzeriji maħdumin bil-labra (pereżempju, petit point, pont xewka), manifatturati jew le

(10)   Perli, ħaġar prezzjuż u semiprezzjuż, oġġetti bil-perli, ġojjelli, oġġetti magħmula minn arġentiera jew minn min jaħdem id-deheb

 

7101 00 00

Perli, naturali jew kultivati, maħdumin jew le jew iggradati iżda mhux midmumin, immuntati jew ingastati; perli, naturali jew kultivati, midmumin temporanjament għal konvenjenza fil-ġarr

 

7102 00 00

Djamanti, maħdumin jew le, iżda mhux immuntati jew ingastati

 

7103 00 00

Ħaġar prezzjuż (ħlief djamanti) u ħaġar semi-prezzjuż, maħdum jew iggradat jew le iżda mhux midmum, immuntat jew ingastat; ħaġar prezzjuż mhux iggradat (ħlief djamanti) u ħaġar semi-prezzjuż, midmum temporanjament għal konvenjenza fil-ġarr

 

7104 20 00

Oħrajn, mhux maħdumin jew sempliċiment issegati jew iffurmati ħorox

 

7104 90 00

Oħrajn

 

7105 00 00

Għabra u trab ta' ħaġar prezzjuż jew semi prezzjuż naturali jew artifiċjali

 

7106 00 00

Fidda (inkluża fidda miksija bid-deheb jew platinu), mhux maħduma jew f'għamliet semimanifatturati, jew f'għamla ta' trab

 

7107 00 00

Metalli ta' valur baxx miksijin bil-fidda, mhux maħdumin aktar ħlief semi-manifatturati

 

7108 00 00

Deheb (inkluż deheb miksi bi platinu), mhux maħdum jew f'għamla semimanifatturata, jew f'għamla ta' trab

 

7109 00 00

Metalli ta' valur baxx jew fidda, miksijin bid-deheb, mhux maħdumin aktar ħlief semimanifatturati

 

7110 11 00

Mhux maħdum jew f'għamla ta' trab

 

7110 19 00

Oħrajn

 

7110 21 00

Mhux maħdum jew f'għamla ta' trab

 

7110 29 00

Oħrajn

 

7110 31 00

Mhux maħdum jew f'għamla ta' trab

 

7110 39 00

Oħrajn

 

7110 41 00

Mhux maħdum jew f'għamla ta' trab

 

7110 49 00

Oħrajn

 

7111 00 00

Metalli ta' valur baxx, fidda jew deheb, miksijin bil-platinu, mhux maħdumin aktar ħlief semimanifatturati

 

7113 00 00

Oġġetti ta' ġojjelli u partijiet tagħhom, ta' metall prezzjuż jew ta' metall miksi b'metall prezzjuż

 

7114 00 00

Oġġetti ta' arġentiera jew ta' min jaħdem il-fidda u bċejjeċ tagħhom, ta' metall prezzjuż jew ta' metall miksi b'metall prezzjuż

 

7115 00 00

Oġġetti oħrajn ta' metall prezzjuż jew ta' metall miksi b'metall prezzjuż

 

7116 00 00

Oġġetti ta' perli naturali jew kultivati, ħaġar prezzjuż jew semiprezzjuż (naturali, artifiċjali jew rikostrutt)

(11)   Muniti u karti ta' flus, mhux valuta legali

ex

4907 00 30

Karti ta' flus

 

7118 10 00

Munita (ħlief munita tad-deheb), li mhix valuta legali

ex

7118 90 00

Oħrajn

(12)   Pożati ta' metall prezzjuż miksija jew indurati b'metall prezzjuż

 

7114 00 00

Oġġetti ta' arġentiera jew ta' min jaħdem il-fidda u bċejjeċ tagħhom, ta' metall prezzjuż jew ta' metall miksi b'metall prezzjuż

 

7115 00 00

Oġġetti oħrajn ta' metall prezzjuż jew ta' metall miksi b'metall prezzjuż

ex

8214 00 00

Oġġetti oħrajn ta' pożati (pereżempju, qattiegħa tax-xagħar, skieken b'xafra wiesgħa tal-biċċiera jew tal-kċina, mannari u skieken tal-ikkapuljat, taljakarti); settijiet u strumenti ta' manikjur jew pedikjur (inklużi limi tad-dwiefer)

ex

8215 00 00

Mgħaref, frieket, kuċċaruni, xkumaturi, cake servers, skieken tal-ħut, skieken tal-butir, pinzetti taz-zokkor u oġġetti simili tal-kċina jew tal-mejda

ex

9307 00 00

Xwabel, xablotti, bajonetti, lanez u armi simili u partijiet tagħhom u inforor u għantijiet għalihom

(13)   Oġġetti tal-mejda tal-porċellana, tal-kina, tal-ġebla jew tal-fuħħar jew fajjenza fina

 

6911 00 00

Oġġetti tal-mejda, oġġetti tal-kċina, oġġetti oħrajn tad-dar u oġġetti tat-twaletta, tal-porċellana jew tal-kina

 

6912 00 23

Oġġetti magħmulin mill-ġebla

 

6912 00 25

Fuħħar jew fajjenza fina

 

6912 00 83

Oġġetti magħmulin mill-ġebla

 

6912 00 85

Fuħħar jew fajjenza fina

 

6914 10 00

Tal-porċellana jew tal-kina

 

6914 90 00

Oħrajn

(14)   Oġġetti tal-kristall taċ-ċomb

ex

7009 91 00

Mingħajr gwarniċ

ex

7009 92 00

Bi gwarniċ

ex

7010 00 00

Damiġġani, fliexken, karaffi, vażetti, borom, fjali, impulluzzi u kontenituri oħrajn, ta' ħġieġ, ta' tip użati għall-ġarr jew ippakkjar ta' merkanzija; vażetti tal-ħġieġ għal ippreservar; tappijiet, għotien u tipi ta' għeluq ieħor, ta' ħġieġ

 

7013 22 00

Ta' kristall taċ-ċomb

 

7013 33 00

Ta' kristall taċ-ċomb

 

7013 41 00

Ta' kristall taċ-ċomb

 

7013 91 00

Ta' kristall taċ-ċomb

ex

7018 10 00

Żibeġ tal-ħġieġ, perli artifiċjali, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż artifiċjali u oġġetti żgħar tal-ħġieġ simili

ex

7018 90 00

Oħrajn

ex

7020 00 80

Oħrajn

ex

9405 10 50

Tal-ħġieġ

ex

9405 20 50

Tal-ħġieġ

ex

9405 50 00

Bozoz u tagħmir (fittings) tad-dawl mhux tal-elettriku

ex

9405 91 00

Tal-ħġieġ

(15)   Oġġetti elettroniċi għall-użu domestiku b'valur li jkun aktar minn EUR 50 kull wieħed

ex

8414 51

Fannijiet għall-mejda, għall-art, għat-tieqa jew għas-saqaf, b'mutur tal-elettriku fihom stess li ma jitfax aktar minn 125 W

ex

8414 59 00

Oħrajn

ex

8414 60 00

Għata (hoods) b'ġenb orizzontali massimu mhux aktar minn 120 cm

ex

8415 10 00

Tipi għat-twieqi jew għall-ħajt, kollox fihom stess jew sistemi maqsumin (split system)

ex

8418 10 00

Refriġerejters-friżi kombinati, mgħammrin b'bibien ta' barra separati

ex

8418 21 00

Tip bil-kompressur

ex

8418 29 00

Oħrajn

ex

8418 30 00

Friżi tat-tip senduq, ma jesgħux aktar minn 800 litru

ex

8418 40 00

Friżi tat-tip wieqaf, li jesgħu mhux aktar minn 900 litru

ex

8419 81 00

Biex isiru xarbiet sħan jew għat-tisjir jew tisħin ta' ikel

ex

8422 11 00

Ta' tip tad-dar

ex

8423 10 00

Magni ta' użin tal-persuna, inklużi mwieżen għat-trabi; mwieżen tad-dar

ex

8443 12 00

Makkinarju ta' stampar offset, jieħu folji tal-karta, tat-tip tal-uffiċċju (li juża folji b'naħa minnhom li ma taqbiżx it-22 cm u n-naħa l-oħra ma taqbiżx is-36 cm fl-istat tagħhom meta mhux mitwija)

ex

8443 31 00

Magni li jwettqu żewġ funzjonijiet jew aktar ta' stampar, ikkupjar jew trasmissjoni tal-faksimile, li huma kapaċi jaqbdu ma' magna awtomatika tal-ipproċessar ta' data jew ma' netwerk

ex

8443 32 00

Oħrajn, kapaċi jaqbdu ma' magna awtomatika tal-ipproċessar ta' data jew ma' netwerk

ex

8443 39 00

Oħrajn

ex

8450 11 00

Magni kompletament awtomatiċi

ex

8450 12 00

Magni oħrajn, b'magna li tnixxef ċentrifuga mibnija fihom

ex

8450 19 00

Oħrajn

ex

8451 21 00

Kull waħda tesa' mhux aktar minn 10 kg ħwejjeġ xotti

ex

8452 10 00

Magni tal-ħjata ta' tip għad-dar

ex

8470 10 00

Magni li jikkalkulaw elettroniċi li jistgħu jaħdmu mingħajr sors ta' enerġija elettrika estern u magni qies tal-but b'funzjonijiet li jikkalkulaw biex jirrekordjaw, jirriproduċu u juru data

ex

8470 21 00

Li fihom mezz għall-istampar

ex

8470 29 00

Oħrajn

ex

8470 30 00

Magni oħrajn li jikkalkulaw

ex

8471 00 00

Magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data u unitajiet tagħhom; apparat li jaqra b'sistema manjetika jew ottika, magni biex jittraskrivu data fuq mezzi ta' data f'għamla kkowdjata u magni biex jipproċessaw din id-data, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra

ex

8472 90 40

Magni għall-ipproċessar tal-kliem (word-processing)

ex

8472 90 90

Oħrajn

ex

8479 60 00

Kondizzjonaturi tal-arja evaporattivi

ex

8508 11 00

Ta' qawwa li ma taqbiżx l-1 500  W u li għandhom borża għat-trab jew kapaċità oħra ta' reċipjent li ma taqbiżx l-20 l

ex

8508 19 00

Oħrajn

ex

8508 60 00

Vacuum cleaners oħrajn

ex

8509 80 00

Għodod oħrajn

ex

8516 31 00

Nixxiefa tax-xagħar

ex

8516 50 00

Fran bil-majkrowejv

ex

8516 60 10

Kukers (li fihom għallinqas forn u hob)

ex

8516 71 00

Magni li jagħmlu kafe' jew te'

ex

8516 72 00

Towsters

ex

8516 79 00

Oħrajn

ex

8517 11 00

Settijiet tat-telefown tal-linja b'handsets mingħajr fili

ex

8517 12 00

Telefowns għal netwerks ċellulari jew netwerks oħra bla wajer

ex

8517 18 00

Oħrajn

ex

8517 61 00

Stazzjonijiet bażi

ex

8517 62 00

Magni għar-riċezzjoni, konverżjoni u trasmissjoni jew riġenerazzjoni ta' vuċi, immaġini jew data oħra, inkluż tagħmir għall-qlib tal-linji u routing

ex

8517 69 00

Oħrajn

ex

8526 91 00

Apparat tar-radju għal għajnuna għan-navigazzjoni

ex

8529 10 31

Għal riċezzjoni permezz ta' satellita

ex

8529 10 39

Oħrajn

ex

8529 10 65

Antenni ta' ġewwa għal riċevituri ta' xandir ta' radju jew televiżjoni, inklużi tipi built-in

ex

8529 10 69

Oħrajn

ex

8531 10 00

Allarmi tas-serq jew tan-nar u apparat simili

ex

8543 70 10

Magni tal-elettriku b'funzjonijiet ta' traduzzjoni jew dizzjunarju

ex

8543 70 30

Amplifikaturi tal-antenni

ex

8543 70 50

Sodod għat-tixmix, lampi għat-tixmix u tagħmir simili għat-tixmix

ex

8543 70 90

Oħrajn

 

9504 50 00

Pannelli għall-kontroll (consoles) u magni ta' logħob tal-vidjow, għajr dawk taħt titlu 9504 30

 

9504 90 80

Oħrajn

(16)   Apparat elettriku/elettroniku jew ottiku biex jirrekordja u jirriproduċi l-ħoss u l-immaġni, b'valur li jkun aktar minn EUR 50 kull wieħed

ex

8519 00 00

Tagħmir ta' rrekordjar jew riproduzzjoni tal-ħoss

ex

8521 00 00

Apparat li jirrekordja jew jirriproduċi vidjow, li fihom jew ma fihomx tuner tal-vidjow

ex

8525 80 30

Kameras diġtali

ex

8525 80 91

Jistgħu jirreġistraw biss ħoss u immaġni meħudin b'telekamera

ex

8525 80 99

Oħrajn

ex

8527 00 00

Tagħmir ta' riċezzjoni għax-xandir bir-radju, kemm jekk huwa kkumbinat u kemm jekk mhuwiex, fl-istess kaxxa (housing), ma tagħmir għar-rekordjar jew riproduzzjoni jew arloġġ

ex

8528 71 00

Li mhuwiex iddiżinjat sabiex jinkorpora fih display jew skrin tal-vidjow

ex

8528 72 00

Oħrajn, tal-kulur

ex

9006 00 00

Kameras fotografiċi (ħlief ċinematografiċi); apparat għall-flaxx u bozoz tal-flaxx fotografiċi ħlief bozoz ta' disċarġ tal-intestatura 8539 :

ex

9007 00 00

Kameras u proġekters ċinematografiċi, b'apparat għal irrekordjar jew riproduzzjoni tal-ħoss jew mingħajru

(17)   Vetturi għat-trasport ta' persuni fuq l-art, fl-ajru jew fuq il-baħar b'valur li jkun aktar minn EUR 10 000 kull wieħed, teleferiki, liftijiet-siġġu, ski-draglines, mekkaniżmi ta' ġbid għal funikulari, muturi b'valur li jkun aktar minn EUR 1 000 kull wieħed, kif ukoll l-aċċessorji u l-ispare parts tagħhom

ex

4011 10 00

Ta' tip użat f'vetturi bil-mutur (inklużi station wagons u karozzi tat-tlielaq)

ex

4011 20 00

Ta' tip użat f'karozzi tal-linja jew trakkijiet

ex

4011 30 00

Ta' tip użat fuq bċejjeċ tal-ajru

ex

4011 40 00

Ta' tip użat fuq muturi

ex

4011 90 00

Oħrajn

ex

7009 10 00

Mirja biex tara wara għal vetturi

ex

8407 00 00

Magni li jaqbdu bi xrara bil-moviment alternat jew magni rotatorji bil-pistuni b'kombustjoni interna

ex

8408 00 00

Magni li jaqbdu b'kompressjoni bil-pistuni b'kombustjoni interna (magni diżil jew semidiżil)

ex

8409 00 00

Partijiet tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-magni ta' titlu 8407 jew 8408

ex

8411 00 00

Turbo ġettijiet, turbo skrejjen u turbini oħrajn ta' gass.

 

8428 60 00

Teleferiki, liftijiet-siġġu, ski-draglines; mekkaniżmi ta' ġbid għal funikulari

ex

8431 39 00

Partijiet u aċċessorji ta' teleferiki, liftijiet-siġġu, ski-draglines; mekkaniżmi ta' ġbid għal funikulari

ex

8483 00 00

Xaftijiet ta' trasmissjoni (inklużi kamxafts u krankxafts) u krankijiet ħofor tal-berings u berings tax-xaft lixxi; gerijiet u settijiet ta' gerijiet; viti tal-boċċi jew tar-rombli; kaxex tal-gerijiet u oġġetti oħrajn li jibdlu l-veloċità, inklużi torque converters; volanti (flywheels) u tarjoli, inklużi blokok ta' tarjoli; klaċċijiet u gganċjar tax-xaft (couplings) (inklużi universal joints)

ex

8511 00 00

Tagħmir tal-elettriku biex iqabbad jew jistartja ta' tip użat għal magni b'kombustjoni interna bi tqabbid bix-xrara jew tqabbid bil-kompressjoni (pereżempju, manjeti għat-tqabbid, dinamos bil-manjete, koljaturi tat-tqabbid, sparking plugs u xemgħat inkandexxenti, muturi għall-istartjar); ġeneraturi (pereżempju, dinamos, alternaturi) u cut-outs ta' tip użat flimkien ma' dawn il-magni

ex

8512 20 00

Tagħmir ieħor tad-dawl jew tas-sinjalar viżwali

ex

8512 30 10

Allarmi tas-serq ta' tip użat għal vetturi bil-mutur

ex

8512 30 90

Oħrajn

ex

8512 40 00

Wajpers tal-windskrins, defrostaturi u demisters

ex

8544 30 00

Settijiet ta' sistemi ta' wajers għat-tqabbid jew settijiet oħrajn ta' sistemi ta' wajers ta' tip użat f'vetturi, biċċiet tal-ajru jew bastimenti

ex

8603 00 00

Kowċijiet, vannijiet u trakkijiet li jitħarrku minnhom infushom (self-propelled) ta' ferroviji jew linji tat-tramm, ħlief dawk ta' titlu 8604

ex

8605 00 00

Kowċijiet tal-passiġġieri tal-ferrovija jew tal-linja tat-tramm, ma jitħarrkux minnhom infushom (not self-propelled); vannijiet għall-valiġġi, kowċijiet tal-uffiċċju tal-posta u kowċijiet oħrajn b'għanijiet apposta tal-ferrovija jew tal-linja tat-tramm, ma jitħarrkux minnhom infushom (not self-propelled) (ħlief dawk ta' titlu 8604 )

ex

8607 00 00

Partijiet ta' lokomottivi jew magni u vaguni (rolling-stock) ta' ferroviji jew linji tat-tramm

ex

8702 00 00

Vetturi bil-mutur għat-trasport għal għaxar persuni jew aktar, inkluż ix-xufier

ex

8703 00 00

Karozzi bil-mutur u vetturi oħrajn bil-mutur prinċipalment maħsubin għat-trasport ta' persuni (ħlief dawk ta' intestatura 8702 ), inklużi station wagons u karozzi tat-tlielaq, inklużi snowmobiles

ex

8706 00 00

Xażis armati bil-magni, għall-vetturi ta' titli 8701 sa 8705

ex

8707 00 00

Bodis (inklużi kabini), għall-vetturi bil-mutur ta' titli 8701 sa 8705

ex

8708 00 00

Partijiet u aċċessorji tal-vetturi bil-mutur ta' titli 8701 sa 8705

ex

8711 00 00

Muturi (inklużi roti mutur (mopeds)) u roti mgħammrin b'mutur awżiljarju, bis-side-cars jew le; sidecars

ex

8712 00 00

Bajsikils u roti oħrajn (inklużi triċikletti għat-tqassim), mhux immotorizzati

ex

8714 00 00

Partijiet u aċċessorji ta' vetturi ta' titli 8711 sa 8713

ex

8716 10 00

Trejlers u semi-trejlers ta' tip karavana, għal akkomodazzjoni jew ikkampjar

ex

8716 40 00

Trejlers u semi-trejlers oħrajn

ex

8716 90 00

Partijiet

ex

8801 00 00

Blalen tal-ajru u bastimenti tal-ajru diriġibbl; glajders, hangglajders u inġenji oħrajn tal-ajru mingħajr mezz ta' enerġija (non-powered).

ex

8802 11 00

B'piż mingħajr tagħbija mhux aktar minn 2 000  kg

ex

8802 12 00

B'piż mingħajr tagħbija mhux aktar minn 2 000  kg

 

8802 20 00

Ajruplani u inġenji oħrajn tal-ajru, b'piż mingħajr tagħbija mhux aktar minn 2 000  kg

ex

8802 30 00

Ajruplani u inġenji oħrajn tal-ajru, b'piż mingħajr tagħbija aktar minn 2 000  kg iżda mhux aktar minn 15 000  kg

ex

8802 40 00

Ajruplani u inġenji oħrajn tal-ajru, b'piż mingħajr tagħbija ta' aktar minn 15 000  kg

ex

8803 10 00

Skrejjen u rotors u partijiet tagħhom

ex

8803 20 00

Undercarriages u partijiet tagħhom

ex

8803 30 00

Partijiet oħrajn ta' ajruplani u ħelikopters

ex

8803 90 10

Ta' tajr (kites)

ex

8803 90 90

Oħrajn

ex

8805 10 00

Armar għal illanċjar ta' ajruplani u partijiet tiegħu armar ta' deck-arrestor u armar simili u partijiet tagħhom

ex

8901 10 00

Vapuri ta' kruċiera, dgħajjes għall-eskursjonijiet u bastimenti simili prinċipalment maħsubin għat-trasport ta' persuni; laneċ ta' kull tip

ex

8901 90 00

Bastimenti oħrajn għat-trasport ta' prodotti u bastimenti oħrajn għat-trasport kemm ta' persuni kif ukoll ta' prodotti

ex

8903 00 00

Jottijiet u bastimenti oħrajn għall-passatemp jew sports; dgħajjes tal-qdif u kenuri

(18)   Arloġġi u arloġġi tal-idejn u l-partijiet tagħhom

 

9101 00 00

Arloġġi tal-idejn, arloġġi tal-but u arloġġi żgħar oħrajn, inklużi stopwatches, bil-kaxxa ta' metall prezzjuż jew ta' metall miksi b'metall prezzjuż

 

9102 00 00

Arloġġi tal-idejn, arloġġi tal-but u arloġġi oħrajn, inklużi stopwatches, ħlief dawk ta' titlu 9101

 

9103 00 00

Arloġġi b'mekkaniżmi ta' arloġġ tal-idejn jew tal-but, ħlief arloġġi ta' titlu 9104

 

9104 00 00

Arloġġi ta' pannella ta' strumenti u arloġġi ta' tip simili għal vetturi, inġenji tal-ajru, inġenji tal-ispazju, jew bastimenti

 

9105 00 00

Arloġġi oħrajn

 

9108 00 00

Mekkaniżmi ta' arloġġ tal-idejn jew tal-but, kompluti u immuntati

 

9109 00 00

Mekkaniżmi ta' arloġġi, kompluti u mmuntati

 

9110 00 00

Mekkaniżmi sħaħ ta' arloġġ tal-idejn jew ta' arloġġ, mhux immuntati jew immuntati parzjalment (settijiet ta' mekkaniżmu); mekkaniżmi tal-arloġġi jew tal-arloġġi tal-idejn, immuntati; mekkaniżmi ta' arloġġ tal-idejn jew ta' arloġġ mhux irfinuti:

 

9111 00 00

Kaxex ta' arloġġi tal-idejn u tal-but u partijiet tagħhom

 

9112 00 00

Kaxex ta' arloġġi u kaxex bħalhom għal prodotti oħrajn ta' dan il-kapitolu, u partijiet tagħhom

 

9113 00 00

Ċineg ta' arloġġi tal-idejn, bands ta' arloġġi tal-idejn u brazzuletti ta' arloġġi tal-idejn, u partijiet tagħhom:

 

9114 00 00

Partijiet oħrajn ta' arloġġi jew ta' arloġġi tal-idejn jew tal-but

(19)   Strumenti mużikali

 

9201 00 00

Pjanijiet, inklużi pjanijiet awtomatiċi; ċimbli u strumenti oħrajn bit-tastiera u bil-kordi

 

9202 00 00

Strumenti mużikali oħrajn tal-korda (pereżempju, kitarri, vjolini, arpi)

 

9205 00 00

Strumenti mużikali oħrajn tan-nifs (pereżempju, orgnijiet bit-tastiera u bil-pajp, akkordjins, klarinetti, trumbetti, ċirimelli), minbarra orgnijiet tal-fieri u orgnijiet mekkaniċi tat-triq

 

9206 00 00

Strumenti mużikali tal-perkussjoni (pereżempju, tnabar, ksilofoni, ċimbli, kastanjoli, marakas)

 

9207 00 00

Strumenti mużikali, li l-ħoss tagħhom huwa magħmul, jew għandu jkun amplifikat, bl-elettriku (pereżempju, orgnijiet, kitarri, akkordjins)

(20)   Xogħlijiet tal-arti, bċejjeċ tal-kollezzjoni u antikitajiet

 

9700

Xogħlijiet tal-arti, biċċiet tal-kollezzjoni u antikitajiet

(21)   Oġġetti u tagħmir għall-isports, inklużi l-iskijjar, il-golf, l-għadis u sports tal-ilma

ex

4015 19 00

Oħrajn

ex

4015 90 00

Oħrajn

ex

6210 40 00

Ħwejjeġ oħrajn tal-irġiel jew tas-subien

ex

6210 50 00

Ħwejjeġ oħrajn tan-nisa jew tal-bniet

 

6211 11 00

Tal-irġiel jew tas-subien

 

6211 12 00

Tan-nisa jew tal-bniet

 

6211 20 00

Ilbiesi tal-iskijar

ex

6216 00 00

Ingwanti, ingwanti li jgħattu erba' swaba biss (mittens) u ingwanti li jgħattu nofs is-swaba' biss (mitts)

 

6402 12 00

Stvali għall-iskijar, ilbies tar-riġlejn għal skijar fil-kampanja u stvali tal-bords tas-silġ

ex

6402 19 00

Oħrajn

 

6403 12 00

Stvali għall-iskijar, ilbies tar-riġlejn għal skijar fil-kampanja u stvali tal-bords tas-silġ

 

6403 19 00

Oħrajn

 

6404 11 00

Ilbies tal-isports għar-riġlejn; żraben tat-tennis, żraben tal-baskitbol, żraben tal-ġinnastika, żraben tat-taħriġ u bħalhom

 

6404 19 90

Oħrajn

ex

9004 90 00

Oħrajn

ex

9020 00 00

Apparat ieħor ta' respirazzjoni u askri tal-gass, ħlief maskri protettivi li la fihom partijiet mekkaniċi u lanqas filtri sostitwibbli

 

9506 11 00

Skis

 

9506 12 00

Qfil tal-iski (irbit tal-iski)

 

9506 19 00

Oħrajn

 

9506 21 00

Twavel tas-sailing

 

9506 29 00

Oħrajn

 

9506 31 00

Stikek, kompluti

 

9506 32 00

Blalen tal-golf

 

9506 39 00

Oħrajn

 

9506 40 00

Oġġetti u tagħmir għat-tabletennis

 

9506 51 00

Rakketti tat-tennis, bl-ispag jew le

 

9506 59 00

Oħrajn

 

9506 61 00

Blalen tat-tennis

 

9506 69 10

Blalen tal-cricket u tal-polo

 

9506 69 90

Oħrajn

 

9506 70

Skejz tas-silġ u skejz bir-roti, inklużi stvali tal-iskejzjar bi skejz imwaħħlin

 

9506 91

Oġġetti u tagħmir għal eżerċizzju fiżiku ġenerali, ġinnastika jew atletika

 

9506 99 10

Tagħmir ta' cricket u polo, ħlief blalen

 

9506 99 90

Oħrajn

 

9507 00 00

Qasab tas-sajd, snanar u tagħmir ieħor tas-sajd bil-lenza; xbieki biex jittella' l-ħut, xbieki għall-friefet u xbieki simili; “għasafar” tan-nasba (ħlief dawk ta' titlu 9208 jew 9705 ) u rekwiżiti simili tal-kaċċa jew tal-isparar

(22)   Oġġetti u tagħmir għall-biljard, bowling awtomatiku, logħob tal-każinò u logħob imħaddem b'muniti jew noti bankarji

 

9504 20 00

Oġġetti u aċċessorji għal biljards ta' kull tip

 

9504 30 00

Logħob ieħor, li jaħdem bil-muniti, karti tal-flus, kards tal-bank, towkins jew metodi oħra ta' ħlas, ħlief tagħmir tal-korsija tal-brilli (bowling)

 

9504 40 00

Karti tal-logħob

 

9504 50 00

Pannelli għall-kontroll (consoles) u magni ta' logħob tal-vidjow, għajr dawk taħt titlu 9504 30

 

9504 90 80

Oħrajn


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/21


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/2063

tat-13 ta' Novembru 2017

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikulari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 tat-13 ta' Novembru 2017 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fid-dawl tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem f'deterjorament kontinwu fil-Venezwela, l-Unjoni kemm-il darba esprimiet tħassib u talbet lill-atturi politiċi u lill-istituzzjonijiet kollha fil-Venezwela biex jaħdmu b'mod kostruttiv lejn soluzzjoni għall-kriżi fil-pajjiż, b'rispett sħiħ tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istituzzjonijiet demokratiċi u tas-separazzjoni tas-poteri.

(2)

Fit-13 ta' Novembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074, li tipprevedi, inter alia, projbizzjoni tal-esportazzjoni ta' armi u tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna, u projbizzjoni tal-esportazzjoni ta' tagħmir ta' sorveljanza u l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni, entitajiet u korpi responsabbli għal vjolazzjonijiet jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-ripressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika u persuni, entitajiet u korpi li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħhom b'xi mod ieħor jimminaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Venezwela, kif ukoll persuni, entitajiet u korpi assoċjati magħhom.

(3)

Ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha,hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex dawn jiġu implimentati.

(4)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, partikolarment id-dritt għal rimedju effettiv u proċess ġust u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat f'konformità ma' dawk id-drittijiet.

(5)

Jenħtieġ li s-setgħa tal-modifika tal-listi fl-Annessi IV u V għal dan ir-Regolament tkun eżerċitata mill-Kunsill sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-proċess għall-emendar u r-reviżjoni tal-Annessi I u II għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074.

(6)

Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u sabiex tinħoloq l-akbar ċertezza tad-dritt fl-Unjoni, l-ismijiet u data oħra rilevanti li jikkonċernaw persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom għandhom jiġu ffriżati f'konformità ma' dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru pubbliċi. Kull ipproċessar ta' data personali għandu jkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(7)

Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u dwar informazzjoni rilevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament.

(8)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeterminaw il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament. Il-penali jenħtieġ li jkunu effettivi, proprozjonati u dissważivi.

(9)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin.

(a)

“pretensjoni” tfisser kwalunkwe pretensjoni, kemm jekk asserita permezz ta' proċedimenti legali kif ukoll jekk le, magħmula qabel, fi jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b'rabta magħhom, u b'mod partikolari tinkludi:

(i)

pretensjoni għall-prestazzjoni ta' kull obbligu li jirriżulta skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b'rabta magħhom;

(ii)

pretensjoni għall-proroga jew għall-ħlas ta' bond, garanzija finanzjarja jew indennizz ta' kwalunkwe forma;

(iii)

pretensjoni għall-kumpens fir-rigward ta' kuntratt jew tranżazzjoni;

(iv)

kontropretensjoni;

(v)

pretensjoni għar-rikonoxximent jew l-infurzar, inkluż permezz tal-proċedura ta' exequatur, ta' sentenza, deċiżjoni arbitrali jew deċiżjoni ekwivalenti, kull fejn issir jew tingħata;

(b)

“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni irrispettivament mill-forma u irrispettivament mil-liġi applikabbli, kemm jekk tikkonsisti f'kuntratt wieħed jew aktar jew f'obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew bejn partijiet differenti; għal dan l-iskop, “kuntratt” tinkludi bond, garanzija jew indennità, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, kemm jekk legalment indipendenti kif ukoll jekk le, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni relatata li tirriżulta mit-tranżazzjoni jew b'konnessjoni magħha;

(c)

“awtoritajiet kompetenti” tirriferi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness III;

(d)

“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kull tip, tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi, iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, prodotti jew servizzi;

(e)

“iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta' riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta' fondi, prodotti jew servizzi b'kull mod, inkluż, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-użu tagħhom bħala ipoteka;

(f)

“iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kull moviment, trasferiment, alterazzjoni jew użu ta', aċċess għal, jew in-negozjar b'fondi b'kull mod li jirriżulta f'xi tibdil fil-volum, l-ammont, il-post, is-sjieda, il-pussess, in-natura jew id-destinazzjoni tagħhom jew kull tibdil ieħor li jippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż il-ġestjoni ta' portafolli;

(g)

“fondi” tfisser assi u benefiċċji finanzjarji ta' kull xorta, li jinkludu, iżda li mhumiex limitati għal, dan li ġej:

(i)

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money orders u strumenti oħra ta' pagament;

(ii)

depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn;

(iii)

titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi stokks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti derivati;

(iv)

imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew il-valur provenjenti jew iġġenerat minnhom;

(v)

kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji ta' eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;

(vi)

ittri ta' kreditu, poloz ta' kargu, poloz ta' bejgħ; kif ukoll

(vii)

dokumenti li jagħtu prova ta' interess f'fondi jew f'riżorsi finanzjarji;

(h)

“assistenza teknika” tfisser kull appoġġ tekniku relatat ma ' tiswijiet, żvilupp, manifattura, muntaġġ, ittestjar, manutenzjoni jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trażmissjoni ta ' tagħrif jew ħiliet prattikċi jew servizzi ta' konsulenza, inkluż forom verbali ta' assistenza;

(i)

“servizzi ta' senserija” tfisser:

(i)

in-negozjar jew l-arranġament ta' tranżazzjonijiet għax-xiri, il-bejgħ jew il-forniment ta' prodotti u teknoloġija jew servizzi finanzjarji u tekniċi minn pajjiż terz lil xi pajjiż terz ieħor, jew

(ii)

il-bejgħ jew ix-xiri ta' prodotti u teknoloġija jew servizzi finanzjarji u tekniċi li jkunu jinsabu f'pajjiż terz għat-trasferiment tagħhom lejn pajjiż terz ieħor;

(j)

“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, skont il-kundizzjonijiet stipulati fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom;

Artikolu 2

1.   Għandu jkun ipprojbit:

(a)

li jingħataw, direttament jew indirettament, assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħra relatati mal-prodotti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Komuni tal-UE ta' Tagħmir Militari (“il-Lista Militari Komuni”) u mal-provvista, manufattura, manutenzjoni u użu ta' prodotti u teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela;

(b)

li jingħataw, direttament jew indirettament, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mal-prodotti u teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kull bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' tali oġġetti, jew għall-provvista ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħra relatati, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela.

2.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti konklużi qabel it-13 ta' Novembru 2017 jew għal kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti, sakemm dawn ikunu konformi mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (4), b'mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tagħha, u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jfittxu jwettqu l-kuntratt ikunu nnotifikaw il-kuntratt lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti fi żmien 5 ġranet ta' xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Għandu jkun ipprojbit:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, kemm jekk joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela;

(b)

li tingħata assistenza teknika u servizzi ta' senerija u servizzi oħrajn relatati mat-tagħmir imsemmi fil-punt (a), direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela;

(c)

li jingħataw finanzjament jew assistenza finanzjarja, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mat-tagħmir imsemmi fil-punt (a), direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela.

Artikolu 4

1.   B'deroga mill-Artikoli 2 and 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif elenkati fl-Anness III jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kundizzjonijiet li jqisu xierqa:

(a)

il-provvista ta' finanzjament u assistenza finanzjarja u assistenza teknika relatata ma':

(i)

tagħmir militari mhux letali maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta' bini ta' istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha jew ta' organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali;

(ii)

materjal maħsub għal operazzjonijiet tan-NU u tal-Unjoni ta' maniġġar tal-kriżijiet jew għal organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali;

(b)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna u finanzjament u assistenza finanzjarja u teknika assoċjati, maħsuba biss għall-użu umanitarju jew protettiv jew għal programmi ta' bini ta' istituzzjonijiet tan-NU jew tal-Unjoni, jew għal operazzjonijiet tan-NU u tal-Unjoni ta' maniġġar tal-kriżijiet jew għal organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali;

(c)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir għat-tneħħija ta' mini u materjal għall-użu f'operazzjonijiet tat-tneħħija ta' mini u finanzjament u assistenza finanzjarja u teknika assoċjati.

2.   L-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jingħataw biss qabel l-attività li jkunu ntalbu għaliha.

Artikolu 5

L-Artikoli 2 u 3 ma għandhomx japplikawx għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket rinforzati u elmi militari, temporanjament esportati lejn il-Venezwela mill-persunal tan-NU, il-persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja, u ħaddiema umanitarji u fl-iżvilupp u l-persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

Artikolu 6

1.   Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta' tagħmir, teknoloġija jew software identifikati fl-Anness II, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kemm jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Venezwela jew għall-użu fil-Venezwela, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, kif identifikata fuq is-siti web elenkati fl-Anness III, ma tkunx tat awtorizzazzjoni minn qabel.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness III, ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni taħt il-paragrafu 1 jekk dawn ikollhom raġunijiet validi biex jiddeterminaw li t-tagħmir, it-teknoloġija jew is-software inkwistjoni jkunu jintużaw għar-repressjoni interna mill-gvern, il-korpi pubbliċi, il-korporazzjonijiet jew l-aġenziji tal-Venezwela jew kwalunkwe persuna jew entità li topera jew f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom.

3.   L-Anness II għandu jinkludi tagħmir, teknoloġija jew software maħsubin primarjament għall-użu fil-monitoraġġ jew l-interċettazzjoni tal-komunikazzjonijiet bl-internet jew bit-telefon.

4.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu, fi żmien erba' ġimgħat mill-awtorizzazzjoni.

Artikolu 7

1.   Sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, kif identifikata fuq is-siti web elenkati fl-Anness III, ma tkunx tat awtorizzazzjoni minn qabelskont l-Artikolu 6(2), għandu jkun ipprojbit:

(a)

il-forniment, direttament jew indirettament, ta' għajnuna teknika jew servizzi ta' senserija relatati mat-tagħmir, it-teknoloġija jew is-software identifikati fl-Anness II, jew relatati mal-istallazzjoni, il-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu tat-tagħmir u t-teknoloġija identifikati fl-Anness II jew mal-provvista, l-installazzjoni, l-operat jew l-aġġornar ta' kull software identifikat fl-Anness II, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Venezwela jew għall-użu fil-Venezwela;

(b)

il-forniment, direttament jew indirettament, ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mat-tagħmir, it-teknoloġija u s-software identifikati fl-Anness II lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Venezwela jew għall-użu fil-Venezwela;

(c)

il-fornuiment ta' kwalunkwe servizzi ta' monitoraġġ jew ta' interċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni jew tal-internet ta' kwalunkwe tip lil, jew għall-benefiċċju dirett jew indirett tal-gvern, il-korpi pubbliċi, il-korporazzjonijiet jew l-aġenziji tal-Venezwela, jew ta' kwalunkwe persuna jew entità li joperaw f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom.

2.   Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, “servizzi ta' monitoraġġ jew ta' interċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni jew tal-internet” tfisser dawk is-servizzi li jipprovdu, b'mod partikolari bl-użu ta' tagħmir, teknoloġija jew software kif identifikat fl-Anness II, aċċess għal u twassil tad-data assoċjata ma' telekomunikazzjonijiet jew telefonati deħlin jew ħerġin għall-finijiet tal-estrazzjoni, id-dekodifikar, ir-reġistrar, l-ipproċessar, l-analiżi jew il-ħżin tagħha, jew kwalunkwe attività relatata oħra.

Artikolu 8

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu jew li huma l-proprjetà ta', jew li huma fil-pussess jew taħt il-kontroll ta' xi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Annessi IV u V għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandha ssir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi IV u V.

3.   L-Anness IV għandu jinkludi:

(a)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi responsabbli għal vjolazzjonijiet jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem jew għal ripressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela;

(b)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħhom b'xi mod ieħor jimminaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

4.   L-Anness V għandu jinkludi l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi assoċjati mal-persuni u entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3.

5.   L-Annessi IV u V għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati.

6.   L-Annessi IV u V għandhom jinkludu wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post ta' twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaporti u tal-karti tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 9

1.   B'deroga mill-Artikolu 8, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kundizzjonijiet li jqisu li jkunu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu:

(a)

neċessarji biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi elenkati fl-Anness IV jew V, u tal-familjari dipendenti ta' dawn il-persuni fiżiċi, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni u spejjeż ta' servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta' spejjeż marbutin mal-għoti ta' servizzi legali;

(c)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi jew imposti għal servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

(d)

neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti relevanti tkun innotifikat ir-raġunijiet għaliex hi kkunsidrat li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; jew

(e)

se jitħallsu f'kont jew minn kont ta' missjoni diplomatika jew konsulari jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet f'konformità mad-dritt internazzjonali, sakemm tali pagamenti jkunu maħsuba għall-iskopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

Artikolu 10

1.   B'deroga mill-Artikolu 8, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma soġġetti għal deċiżjoni arbitrarja li tkun ittieħdet qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 8 ġew inklużi fl-Anness IV jew V, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva fl-Unjoni, jew għal deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel, fi jew wara dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi se jintużaw esklużivament sabiex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet iggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c)

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness IV jew V; u

(d)

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

Artikolu 11

1.   B'deroga mill-Artikolu 8 u bil-kundizzjoni li pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness IV jew V jkun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż, jew skont obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat, sa minn qabel id-data ta' meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness IV jew V, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu adattati, ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew ta' riżorsi ekonomiċi, dejjem jekk l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi għandhom jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness IV jew V;

(b)

il-pagament ma jiksirx l-Artikolu 8(2).

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1 fi żmien erba' ġimgħat mill-awtorizzazzjoni.

3.   L-Artikolu 8(2) ma għandux jipprevjeni l-ikkreditar ta' kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu li jirċievu fondi ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont ta' persuna fiżika jew ġuridika, ta' entità jew ta' korp elenkati, bil-kundizzjoni li kull żieda f'dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti b'kull tali tranżazzjoni, mingħajr dewmien.

4.   Sakemm kull imgħax, qligħ u pagamenti oħra jiġu ffriżati f'konformità mal-Artikolu 8, l-Artikolu 8(2) ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet;

(b)

pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 8 jkunu ġew inklużi fl-Anness IV jew V; jew

(c)

pagamenti dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali meħuda fi Stat Membru jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 12

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

(a)

ifornu minnufih kull informazzjoni li tiffaċilita l-osservanza ta' dan ir-Regolament, bħall-informazzjoni fuq kontijiet u l-ammonti ffriżati f'konformità mal-Artikolu 8, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u għandhom jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istat Membru, lill-Kummissjoni; u

(b)

jikkooperaw mal-awtorità kompetenti f'kull verifika tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a).

2.   Kull informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tirċievi direttament għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

3.   Kull informazzjoni pprovduta jew li tasal skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ngħatat jew waslet.

Artikolu 13

1.   L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew iċ-ċaħda li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq in bona fide abbażi tal-fatt li tali azzjoni tkun konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandu joħloq responsabbiltà tal-ebda tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawh, jew tad-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b'riżultat ta' negliġenza.

2.   Azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhom joħolqu l-ebda tip ta' responsabbiltà min-naħa tagħhom jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament.

Artikolu 15

1.   Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kull pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kull forma, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:

(a)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ddeżinjati, elenkati fl-Annessi IV u V;

(b)

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li taġixxi permezz ta' waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi imsemmija fil-punt (a) jew f'isimhom.

2.   F'kull proċediment għall-eżekuzzjoni ta' pretensjoni, l-obbligu ta' prova li l-issodisfar tal-pretensjoni mhux ipprojbit bil-paragrafu 1, għandu jkun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu l-eżekuzzjoni ta' dik il-pretensjoni.

3.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tan-nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' obbligi kuntrattwali f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 16

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri li jkunu ttieħdu skont dan ir-Regolament u jikkondividu kull informazzjoni oħra rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament, partikolarment informazzjoni li tirrigwarda:

(a)

fondi ffriżati skont l-Artikolu 8 u awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 9 sa 11;

(b)

problemi ta' ksur u eżekuzzjoni u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni b'kull informazzjoni rilevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom li jista' jkollha impatt fuq l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 17

1.   Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissottoponi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 8, hu għandu jemenda l-Anness IV jew V skont il-każ.

2.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp msemmijin fil-paragrafu 1, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, sakemm tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

3.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrivedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp skont il-każ.

4.   Il-lista li tinsab fl-Annessi IV u V għandha tiġi riveduta f'intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.

5.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness III abbażi ta' informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

Artikolu 18

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalii applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dawn ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.

Artikolu 19

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw l-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan ir-Regolament u jidentifikawhom fuq is-siti web elenkati fl-Anness III. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet kollha fl-indirizzi tas-siti web tagħhom elenkati fl-Anness III.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta' kuntatt ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kull emenda sussegwenti.

3.   Fejn dan ir-Regolament jistipula obbligu li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata jew infurmata, jew li ssir xi komunikazzjoni magħha b'xi mod ieħor, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness III.

Artikolu 20

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a)

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż fl-ispazju tal-ajru tagħha;

(b)

abbord kull inġenju tal-ajru jew kull bastiment taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(c)

għal kull persuna fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu li tkun ċittadina ta' Stat Membru;

(d)

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp ġuridiku, fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu, li jkunu inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta' Stat Membru;

(e)

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kwalunkwe kummerċ li jkun sar, interament jew parzjalment, fl-Unjoni.

Artikolu 21

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Ara paġna 60 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(4)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat- 8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).


ANNESS I

Lista ta' tagħmir li jista' jkun jintuża għar-repressjoni interna kif imsemmi fl-Artikolu 3

1.

Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:

1.1.

Armi tan-nar mhux ikkontrollati mil-LM 1 u l-LM 2 tal-Lista Militari Komuni;

1.2.

Munizzjon iddisinjat speċifikament għall-armi tan-nar elenkati fil-punt 1.1 u komponenti ddisinjati speċifikament għalihom;

1.3.

Miri tal-armi mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

2.

Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

3.

Vetturi kif ġej:

3.1.

Vetturi mgħammra b'kanun tal-ilma, speċifikament iddisinjati jew immodifikati għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet;

3.2.

Vetturi ddisinjati jew immodifikati speċifikament biex ikunu elettrifikati biex jimbuttaw lill-attakkanti;

3.3.

Vetturi ddisinjati jew immodifikati speċifikament biex ineħħu barrikati, inkluż tagħmir għall-kostruzzjoni bi protezzjoni ballistika;

3.4.

Vetturi ddisinjati speċifikament għat-trasport jew it-trasferiment ta' priġunieri u/jew detenuti;

3.5.

Vetturi ddisinjati speċifikament għall-iskjerament tal-barrikati mobbli;

3.6.

Komponenti għall-vetturi speċifikati fil-punti 3.1 sa 3.5 mfassla speċifikament għall-finijiet ta' kontroll tal-irvellijiet.

Nota 1

Din l-entrata ma tkoprix il-vetturi ddisinjati apposta għall-finijiet ta' tifi tan-nar.

Nota 2

Għall-finijiet tal-entrata 3.5, it-terminu “vetturi” jinkludi l-karrijiet.

4.

Sustanzi splussivi u tagħmir relatat kif ġej:

4.1.

Tagħmir u strumenti ddisinjati speċifikament biex jagħtu bidu għall-isplużjonijiet b'mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, inkluż settijiet tat-tqabbid, detonaturi, tagħmir li jqabbad, busters u korda tad-detonaturi, u komponenti ddisinjati b'mod speċjali għal dak l-iskop; minbarra dawk iddisinjati speċifikament għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operar b'mezzi splussivi ta' tagħmir jew tagħmir ieħor li l-funzjoni tagħhom mhijiex il-ħolqien ta' splużjonijiet (pereżempju, neffieħa tal-airbags tal-karozzi, tagħmir li jipprevjeni ż-żieda f'daqqa tal-elettriku ta' attwaturi ta' bexxiexa għat-tifi tan-nar);

4.2.

Kargi splussivi ta' qtugħ lineari mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni;

4.3.

Splussivi oħra mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni u sustanzi relatati kif ġej:

(a)

amatol;

(b)

nitroċelluloża (li fiha aktar minn 12,5 % nitroġenu);

(c)

nitroglikol;

(d)

tetranitrat tal-penteritritol (PETN);

(e)

klorur tal-pikril;

(f)

2,4,6-trinitrutoluwen (TNT).

5.

Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mil-LM 13 tal-Lista Militari Komuni kif ġej:

5.1.

Korazza kontra l-balal li tipprovdi protezzjoni ballistika u/jew kontra ferimenti b'arma bil-ponta jew sikkina;

5.2.

Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew frammentarja, elmi għal kontra l-irvellijiet, tarki għal kontra l-irvellijiet u tarki ballistiċi.

Nota:

Din l-entrata ma tikkontrollax:

tagħmir iddisinjat speċifikament għal attivitajiet sportivi;

tagħmir iddisinjat speċifikament sabiex jissodisfa rekwiżiti ta' sikurezza okkupazzjonali.

6.

Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mil-LM 14 tal-Lista Militari Komuni, għal taħriġ fl-użu ta' armi tan-nar, u software iddisinjat speċifikament għalihom.

7.

Tagħmir ta' viżjoni fid-dlam, tagħmir għal immaġnijiet termiċi u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

8.

Fildiferru mxewwek (barbed wire) bix-xfafar.

9.

Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b'xafra itwal minn 10 cm

10.

Tagħmir ta' produzzjoni ddisinjat speċifikament għall-oġġetti speċifikati f'din il-lista.

11.

Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f'din il-lista.


ANNESS II

It-tagħmir, it-teknoloġija u s-software imsemmijin fl-Artikoli 6 u 7

Nota ġenerali

Minkejja l-kontenut ta' dan l-Anness, huwa ma għandux japplika għal:

(a)

tagħmir, teknoloġija jew software li huma speċifikati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 428/2009 (1) jew il-Lista Militari Komuni; jew

(b)

software li huwa mfassal għall-installazzjoni mill-utent mingħajr aktar appoġġ sostanzjali mill-fornitur u li huwa ġeneralment disponibbli għall-pubbliku billi jinbiegħ mill-ħwienet, mingħajr restrizzjoni, permezz ta':

(i)

tranżazzjonijiet fil-ħanut;

(ii)

tranżazzjonijiet permezz ta' bejgħ bil-korrispondenza;

(iii)

tranżazzjonijiet elettroniċi; jew

(iv)

tranżazzjonijiet permezz ta' ordnijiet bit-telefon; jew

(c)

software li huwa fid-dominju pubbliku.

Il-kategoriji A, B, C, D u E jirreferu għall-kategoriji li jirriferi għalihom ir-Regolament (KE) Nru 428/2009.

It-tagħmir, teknoloġija u software imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 huwa:

A.

Lista ta' tagħmir

Tagħmir għall-ispezzjoni approfondita tal-pakketti

Tagħmir ta' Interċettar ta' Netwerk li jinkludi Tagħmir ta' Ġestjoni tal-Interċettar (IMS) u tagħmir ta' Data Retention Link Intelligence

Tagħmir ta' monitoraġġ tal-Frekwenzi tar-Radju

Tagħmir ta' disturbazzjoni ta' Netwerks u Satelliti

Tagħmir ta' Infettar Telekomandat

Tagħmir ta' għarfien/ipproċessar tal-kelliem

Tagħmir ta' interċettar u sorveljanza IMSI (2), MSIDN (3), IMEI (4), TMSI (5)

Tagħmir tattiku ta' interċettar u sorveljanza SMS (6) /GSM (7) /GPS (8) / GPRS (9) /UMTS (10) /CDMA (11) /PSTN (12)

Tagħmir ta' interċettar u sorveljanza tal-informazzjoni DHCP (13), SMTP (14), GTP (15)

Tagħmir ta' għarfien ta' xejriet u klassifikazzjoni ta' xejriet

Tagħmir forensiku li jaħdem mill-bogħod

Tagħmir ta' mutur għall-ipproċessar semantiku (semantic processing engine)

Tagħmir ta' kriptanaliżi WEP u WPA

Tagħmir ta' interċettar għall-protokolli proprjetarji u standard tal-VoIP

B.

Mhux użati

C.

Mhux użati

D.

“Software” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq.

E.

“Teknoloġija” għall-“iżvilupp”, “il-produzzjoni” jew l“użu” tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq.

Tagħmir, teknoloġija u software li jaqgħu f'dawn il-kategoriji huma fl-ambitu ta' dan l-Anness biss sal-punt li jaqgħu taħt id-deskrizzjoni ġenerali “sistemi ta' interċettar u sorveljanza tal-komunikazzjonijiet bl-internet, bit-telefon u bis-satellita”.

Għall-fini ta' dan l-Anness, is-“sorveljanza” tfisser l-akkwist, l-estrazzjoni, id-dekodifikar, ir-reġistrar, l-ipproċessar, l-analiżi u l-arkivjar tal-kontenut tat-telefonati jew id-dejta tan-netwerk.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).

(2)  “IMSI” tirreferi għall-identità internazzjonali tal-abbonati tal-mowbajl (International Mobile Subscriber Identity). Din hija kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għal kull biċċa apparat ta' telefonija mobbli, integrata fil-karta SIM u li tippermetti l-identifikazzjoni ta' tali SIM permezz tan-netwerks GSM u UMTS.

(3)  “MSISDN” tirreferi għal Mobile Subscriber Integrated Services Digital Network Number (numru tas-servizzi integrati tan-netwerk diġitali għall-abbonat ta' telefonija mobbli). Huwa numru uniku li jidentifika s-sottoskrizzjoni f'netwerk tal-mowbajls GSM jew UMTS. Fi kliem sempliċi, huwa n-numru tat-telefon għas-SIM card fit-telefon mobbli u għalhekk jidentifika lill-abbonat tat-telefon mobbli kif ukoll l-IMSI, iżda sabiex is-sejħiet jiġu trażmessi mingħandu.

(4)  “IMEI” tirreferi għall-identità internazzjonali tal-apparat tal-mowbajl (International Mobile Equipment Identity). Huwa numru li normalment ikun uniku, biex jidentifika l-mowbajls GSM, WCDMA u IDEN kif ukoll xi telefowns satellitari. Normalment issibu stampat fil-kompartiment tal-batterija tal-mowbajl. L-interċettazzjoni telefonika (wiretapping) jista' jiġi speċifikat permezz tan-numru IMEI kif ukoll l-IMSI u l-MSISDN.

(5)  “TMSI” tirreferi għal Temporary Mobile Subscriber Identity (identità temporanja tal-abbonat mobbli). Hija l-identità li tintbagħat l-aktar komunement bejn l-apparat mobbli u n-netwerk.

(6)  “SMS” tirreferi għal Short Message System (sistema ta' messaġġi qosra).

(7)  “GSM” tirreferi għal Global System for Mobile Communications (sistema globali għall-komunikazzjoni mobbli).

(8)  “GPS” tirreferi għal Global Positioning System (sistema ta' pożizzjonament globali).

(9)  “GPRS” tirreferi għal General Package Radio Service (servizz ġenerali tar-radju f'pakketti).

(10)  “UMTS” tirreferi għal Universal Mobile Telecommunication System (sistema universali ta' komunikazzjoni mobbli).

(11)  “CDMA” tirreferi għal Code Division Multiple Access (aċċess multiplu b'diviżjoni tal-kodiċi).

(12)  “PSTN” tirreferi għal Public Switch Telephone Network (netwerk telefoniku pubbliku bl-iswiċċ).

(13)  “DHCP” tirreferi għal Dynamic Host Configuration Protocol (protokoll ta' konfigurazzjoni dinamika tal-host).

(14)  “SMTP” tirreferi għal Simple Mail Transfer Protocol (protokoll ta' trasferiment sempliċi tal-posta).

(15)  “GTP” tirreferi għal GPRS Tunneling Protocol.


ANNESS III

Siti web b'informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni

IL-BELĠJU

https://diplomatie.belgium.be/nl/Beleid/beleidsthemas/vrede_en_veiligheid/sancties

https://diplomatie.belgium.be/fr/politique/themes_politiques/paix_et_securite/sanctions

https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.exteriores.gob.es/Portal/en/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Paginas/SancionesInternacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

http://www.mvep.hr/sankcije

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kormany.hu/download/9/2a/f0000/EU%20szankci%C3%B3s%20t%C3%A1j%C3%A9koztat%C3%B3_20170214_final.pdf

MALTA

https://www.gov.mt/en/Government/Government%20of%20Malta/Ministries%20and%20Entities/Officially%20Appointed%20Bodies/Pages/Boards/Sanctions-Monitoring-Board-.aspx

IN-NETHERLANDS

https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.portugal.gov.pt/pt/ministerios/mne/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi

IS-SLOVAKKJA

https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-IŻVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

European Commission

Service for Foreign Policy Instruments (FPI)

EEAS 07/99

B-1049 Brussels, Belgium

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu


ANNESS IV

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 8(3)


ANNESS V

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 8(4)


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/38


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2064

tat-13 ta' Novembru 2017

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1420

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1420 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u li jistabbilixxi lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (“il-lista”).

(2)

Il-Kunsill iddetermina li m'għadx hemm raġunijiet biex waħda mill-entitajiet tinżamm fuq il-lista.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 hija emendata kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1420 tal-4 ta' Awwissu 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/150 (ĠU L 204, 5.8.2017, p. 3).


ANNESS

L-entità segwenti hija mħassra mil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001:

II.   GRUPPI U ENTITAJIET

“18.

‘Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia’ — ‘FARC’ (il-‘Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja’).”.


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/40


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2065

tat-13 ta' Novembru 2017

li jikkonferma l-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva 8-idrossikwinolina, kif stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 540/2011 u li jimmodifika r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/408 fir-rigward tal-inklużjoni tas-sustanza attiva 8-idrossikwinolina fil-lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 13(2)(c), 78(2) u 80(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanza attiva 8-idrossikinolina ġiet approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 993/2011 (2) u hija elenkata fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3). Skont ir-ringiela 18 tal-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-użi bħala funġiċida u batteriċida biss jistgħu jiġu awtorizzati.

(2)

Fil-31 ta' Jannar 2014, Probelte S.A.U li fuq talba tagħha kienet ġiet approvata s-sustanza 8-idrossikwinolina, issottomettiet applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għal emenda għall-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva 8-idrossikwinolina sabiex titneħħa r-restrizzjoni għal applikazzjonijiet fis-serer u biex jiġu permessi l-użi ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-8-idrossikwinolina fl-għelieqi. Id-dokumentazzjoni li fiha tagħrif relatat mat-talba tal-estensjoni tal-użi ġiet ippreżentata lil Spanja, li kienet inħatret bħala l-Istat Membru relatur permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002 (4).

(3)

Spanja vvalutat it-tagħrif imressaq mill-applikant u ppreparat addendum mal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni. Hija ressqet dak l-addendum quddiem lill-Kummissjoni, u kopja quddiem l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) fil-25 ta' Marzu 2015.

(4)

L-Awtorità bagħtet l-addendum lill-applikant u lill-Istati Membri l-oħra, u għamlitu disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li tat perjodu ta' 60 jum għas-sottomissjoni ta' kummenti bil-miktub.

(5)

Fid-dawl tal-addendum mal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni, l-Awtorità adottat il-konklużjoni tagħha dwar l-8-idrossikwinolina fid-29 ta' April 2016 (5), fir-rigward tal-użi mhux ristretti tagħha fil-beraħ.

(6)

B'mod parallel, Spanja ppreżentat proposta għal klassifikazzjoni u ttikkettar armonizzati tal-8-idrossikwinolina lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ħareġ opinjoni (7) fuq dik il-proposta, fejn ikkonkluda li din is-sustanza attiva għandha tiġi kklassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni (Kategorija 1B).

(7)

L-Awtorità identifikat fil-konklużjoni tagħha li ġew osservati xi effetti tossiċi fuq l-organi endokrinali. Għalhekk l-8-idrossikwinolina għandha wkoll titqies bħala sustanza bi proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali. L-Awtorità kkomunikat il-konklużjoni tagħha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni u għamlitha disponibbli għall-pubbliku.

(8)

Fid-dawl tal-addendum mal-abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni tal-Istat Membru relatur, l-opinjoni tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-ECHA, u l-konklużjoni tal-Awtorità, fis-6 ta' Ottubru 2017, il-Kummissjoni ppreżentat addendum għar-rapport ta' reviżjoni u abbozz ta' Regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(9)

L-applikant ingħata l-possibbiltà li jressaq kummenti dwar l-addendum fir-rapport ta' reviżjoni għall-8-idrossikwinolina. L-applikant issottometta l-kummenti tiegħu, u dawn ġew eżaminati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, ma setax jitwarrab għalkollox it-tħassib imsemmi fil-premessi 6 u 7.

(10)

Għaldaqstant, ma ġiex ippruvat li wieħed jista' jistenna li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-8-idrossikwinolina jissodisfaw b'mod ġenerali r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 sakemm ir-restrizzjonijiet attwalment previsti f'dik is-sustanza jinżammu.

(11)

L-evalwazzjoni tat-talba tal-applikant biex temenda l-kundizzjoni għall-approvazzjoni ma tistax titqies bħala reviżjoni tal-approvazzjoni tal-8-idrossikwinolina. Għalhekk, il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva 8-idrossikwinolina, kif stabbiliti fir-ringiela 18 tal-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, m'għandhomx jinbidlu, u għandhom jiġu kkonfermati.

(12)

Skont l-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 (8) jipprevedi lista ta' sustanzi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (9) jew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 b'konformità mad-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikolu 80(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (“il-lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni”). Billi l-8-idrossikwinolina, approvata skont il-paragrafi (1) u (2) tal-Artikolu 80 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, tissodisfa wkoll il-kriterji stabbiliti fis-sitt u s-seba' inċiż tal-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, huwa xieraq li tiġi inkluża din is-sustanza attiva f'dik il-lista. Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(13)

L-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġjonevoli biex jadattaw ruħhom għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament peress li xi applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-8-idrossikwinolina jistgħu jkunu qrib il-finalizzazzjoni mingħajr il-possibbiltà li jwettqu valutazzjoni komparattiva sad-data ta' skadenza stipulata bl-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-obbligu li titwettaq valutazzjoni komparattiva tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom kandidati għas-sostituzzjoni huwa previst fl-Artikolu 50(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(14)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Konferma tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni

Il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva 8-idrossikwinolina, kif stipulat fir-ringiela 18 tal-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, huma kkonfermati.

Artikolu 2

Emenda għall-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/408

Id-denominazzjoni “8-idrossikwinolina” tiddaħħal bejn l-entrata “1-metilċiklopropin” u l-entrata “aklonifen”.

Artikolu 3

Applikazzjoni ddiferita tal-Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/408 kif emendat bl-Artikolu 2 għandu japplika għall-finijiet tal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 biss għal applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-8-idrossikwinolina sottomessi wara l-4 ta' April 2018.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 993/2011 tas-6 ta' Ottubru 2011 li japprova s-sustanza attiva 8-idrossikwinolina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 263, 7.10.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002 tal-14 ta' Awwissu 2002 li jwaqqaf regoli oħra għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta' xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 451/2000 (ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23).

(5)  Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance 8-hydroxyquinoline. EFSA Journal 2016;14(6):4493. Disponibbli online fuq: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(7)  Opinion proposing harmonised classification and labelling at EU level of Quinolin-8-ol; 8-hydroxyquinoline. ECHA 2015. Disponibbli online fuq: www.echa.europa.eu.

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal-11 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni (ĠU L 67, 12.3.2015, p. 18).

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/43


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2066

tat-13 ta' Novembru 2017

dwar l-approvazzjoni tat-trab taż-żerriegħa tal-mustarda bħala sustanza bażika, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Bi qbil mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fis-6 ta' Ġunju 2016 il-Kummissjoni waslitilha applikazzjoni mill-Institut Technique de l'Agriculture Biologique (ITAB) (Franza) għall-approvazzjoni tat-trab taż-żerriegħa tal-mustarda bħala sustanza bażika. Ma' dik l-applikazzjoni ngħatat l-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) għall-għajnuna xjentifika. Fl-20 ta' Jannar 2017, l-Awtorità ppreżentat Rapport Tekniku dwar it-trab taż-żerriegħa tal-mustarda (2) lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ppreżentat l-abbozz tar-rapport ta' rieżami (3) kif ukoll abbozz ta' dan ir-Regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fl-20 ta' Lulju 2017, u ffinalizzathom għal-laqgħa ta' dan il-Kumitat fis-6 ta' Ottubru 2017.

(3)

Id-dokumentazzjoni mogħtija mill-applikant turi li t-trab taż-żerriegħa tal-mustarda jissodisfa l-kriterji ta' oġġett tal-ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Barra minn hekk, din is-sustanza ma tintużax ħafna għal skopijiet ta' protezzjoni tal-pjanti, iżda madankollu hija utli għall-protezzjoni tal-pjanti f'prodott li jikkonsisti minn din is-sustanza u mill-ilma. Konsegwentement, għandha titqies bħala sustanza bażika.

(4)

Minn bosta eżaminazzjonijiet li saru jidher li t-trab taż-żerriegħa tal-mustarda jista', b'mod ġenerali, jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta' rieżami tal-Kummissjoni. Għaldaqstant jixraq li t-trab taż-żerriegħa tal-mustarda jiġi approvat bħala sustanza bażika.

(5)

Madankollu, bi qbil mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiddaħħlu ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet.

(6)

Bi qbil mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5) jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Approvazzjoni ta' sustanza bażika

Is-sustanza trab taż-żerriegħa tal-mustarda hija approvata bħala sustanza bażika kif stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 2

Emendi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  EFSA, 2017. Technical report on the outcome of the consultation with Member States and EFSA on the basic substance application for mustard seeds powder from Sinapis alba (Brassica alba), Brassica juncea and Brassica nigra for use in plant protection as fungicide. EFSA supporting publication 2017:EN-1169. 35 pp. doi:10.2903/sp.efsa.2017.

(3)  http://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.selection&language=MT

(4)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Trab taż-żerriegħa tal-mustarda

Ma japplikax

Tajjeb għall-ikel

l-4 ta' Diċembru 2017

It-trab taż-żerriegħa tal-mustarda għandu jintuża skont il-kundizzjonijiet speċifiċi mniżżlin fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar it-trab taż-żerriegħa tal-mustarda (SANTE/11309/2017) u b'mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu.


(1)  Fir-rapport ta' rieżami jinsabu aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-modi tal-użu tas-sustanza bażika.


ANNESS II

Fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, inżiedet l-entrata li ġejja:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“18

Trab taż-żerriegħa tal-mustarda

Ma japplikax

Tajjeb għall-ikel

l-4 ta' Diċembru 2017

It-trab taż-żerriegħa tal-mustarda għandu jintuża skont il-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar it-trab taż-żerriegħa tal-mustarda (SANTE/11309/2017) u b'mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu.”


(1)  Fir-rapport ta' rieżami jinsabu aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-modi tal-użu tas-sustanza bażika.


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/47


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2067

tat-13 ta' Novembru 2017

dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-estratt tal-paprika (kapsantin, kapsorubin E 160 c) bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-19 ta' Ġunju 2015, b'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mingħand Group Peyraud Nature għall-approvazzjoni tal-ħwawar Capsicum spp. bħala sustanza bażika. Dik l-applikazzjoni kellha magħha l-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) għal assistenza xjentifika. Fl-10 ta' Ottubru 2016, l-Awtorità ppreżentat Rapport Tekniku dwar is-sustanza kkonċernata lill-Kummissjoni (2). Fl-24 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport tar-rieżami (3) u l-abbozz ta' dan ir-Regolament dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-estratt tal-paprika (kapsantin, kapsorubin E 160 c) lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, u ffinalizzathom għal-laqgħa tal-Kumitat fis-6 ta' Ottubru 2017.

(3)

Matul il-konsultazzjoni organizzata mill-Awtorità, l-applikant qabel li jimmodifika l-isem tas-sustanza bażika għal estratt tal-paprika (kapsantin, kapsorubin E 160 c).

(4)

Id-dokumentazzjoni mressqa mill-applikant turi li l-estratt tal-paprika (kapsantin, kapsorubin E 160 c) jissodisfa l-kriterji ta' oġġett tal-ikel kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u jintuża b'mod predominanti għal skopijiet ta' protezzjoni tal-pjanti.

(5)

Fir-Rapport Tekniku tal-Awtorità ġie identifikat tħassib speċifiku dwar l-esponiment għall-komponent tiegħu kapsajkin u n-nuqqas ta' disponibbiltà tal-istimi tal-esponiment għall-estratt tal-paprika (kapsantin, kapsorubin E 160 c), speċifikament mill-użu tal-pestiċida u b'riżultat ta' dan, il-valutazzjoni tar-riskju għall-operaturi, għall-ħaddiema, għall-persuni fil-qrib u għall-organiżmi mhux fil-mira ma setgħetx tiġi finalizzata.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant jissottometti l-kummenti tiegħu dwar ir-rapport tar-rieżami. L-applikant issottometta l-kummenti tiegħu, u dawn ġew eżaminati bir-reqqa.

(7)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib relatat mas-sustanza ma jistax jiġi eliminat.

(8)

Konsegwentement, kif stabbilit fir-rapport tar-rieżami tal-Kummissjoni, ma ġiex stabbilit li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għalhekk huwa xieraq li l-estratt tal-paprika (kapsantin, kapsorubin E 160 c) ma jiġix approvat bħala sustanza bażika.

(9)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta' applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tal-estratt tal-paprika (kapsantin, kapsorubin E 160 c) bħala sustanza bażika f'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza estratt tal-paprika (kapsantin, kapsorubin E 160 c) mhix approvata bħala sustanza bażika.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Technical report on the outcome of the consultation with Member States and EFSA on the basic substance application for paprika extract, capsanthin, capsorubin E 160 c (admissibility accepted when named Capsicum spp. spice) for use in plant protection as repellent various invertebrates, mammals and birds. (Rapport tekniku dwar l-eżitu tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-EFSA dwar l-applikazzjoni tas-sustanza bażika għall-estratt tal-paprika, kapsantin, kapsorubin E 160 c (ammissibilità aċċettata meta l-isem ikun ħwawar Capsicum spp.) għall-użu fil-protezzjoni tal-pjanti bħala repellent ta' diversi invertebrati, mammiferi u għasafar. Il-pubblikazzjoni ta' appoġġ tal-EFSA 2016:EN-1096. 54 pp.

(3)  http://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.selection&language=MT

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/49


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2068

tat-13 ta' Novembru 2017

dwar in-nonapprovazzjoni tas-sorbat tal-potassju bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fid-9 ta' Ottubru 2015 il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mingħand Decco Iberica Post Cosecha S.A.U għall-approvazzjoni tas-sorbat tal-potassju bħala sustanza bażika. Fl-14 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni aġġornata. Dik l-applikazzjoni kellha magħha l-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”) għall-assistenza xjentifika. Fit-12 ta' Mejju 2017 l-Awtorità pprovdiet lill-Kummissjoni b'Rapport Tekniku dwar is-sorbat tal-potassju (2). Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' reviżjoni (3) u l-abbozz ta' dan ir-Regolament dwar in-nonapprovazzjoni tas-sorbat tal-potassju lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fl-20 ta' Lulju 2017, u ffinalizzathom għal-laqgħa ta' dak il-Kumitat fis-6 ta' Ottubru 2017.

(3)

Id-dokumentazzjoni mogħtija mill-applikant turi li s-sorbat tal-potassju jissodisfa l-kriterji ta' oġġett tal-ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(4)

Madankollu, fir-Rapport Tekniku tal-Awtorità ġie identifikat tħassib speċifiku dwar l-esponiment għas-sorbat tal-potassju, speċifikament permezz ta' residwi tal-użu tal-pestiċidi. L-Awtorità kkonkludiet li l-informazzjoni dwar ir-residwi kienet limitata ħafna u, b'riżultat ta' dan, ma setgħetx twettaq valutazzjoni tar-riskju affidabbli għall-konsumatur. Ma jistax jiġi eskluż l-eċċess fil-Konsum temporanju Aċċettabbli ta' Kuljum tas-sorbat tal-potassju minħabba l-esponiment addizzjonali tal-konsumatur għar-residwi tas-sorbat tal-potassju mill-użu tal-pestiċidi.

(5)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-Rapport Tekniku tal-Awtorità u dwar l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni. L-applikant ma ssottometta l-ebda kumment.

(6)

B'riżultat ta' dan, kif stabbilit fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni, ma ġiex stabbilit li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Huwa għalhekk xieraq li s-sorbat tal-potassju ma jiġix approvat bħala sustanza bażika.

(7)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta' applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tas-sorbat tal-potassju bħala sustanza bażika skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza sorbat tal-potassju mhijiex approvata bħala sustanza bażika.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2017. Technical report on the outcome of the consultation with Member States and EFSA on the basic substance application for potassium sorbate for use in plant protection as fungicide on citrus, stone and pome fruits (Rapport teknuku dwar l-eżitu tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-EFSA dwar l-applikazzjoni għal sustanza bażika b'rabta mas-sorbat tal-potassju għall-użu fil-protezzjoni tal-pjanti bħala funġiċida fuq il-frott taċ-ċitru, tal-għadma u taż-żerriegħa). Pubblikazzjoni ġustifikattiva tal-EFSA 2017:EN-1232. 53 pp. doi:10.2903/sp.efsa.2017.EN-1232.

(3)  http://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.selection&language=MT

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/51


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2069

tat-13 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni għas-sustanzi attivi flonicamid (IKI-220), metalassil, penoxsulam u proquinazid

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi li jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi inklużi f'dan ir-Regolament ġew ippreżentati b'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (3). Madankollu, l-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi tista' tiskadi, għal raġunijiet li huma barra mill-kontroll tal-applikant, qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tagħhom. Għalhekk jeħtieġ li jiġu estiżi l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(3)

Minħabba ż-żmien u r-riżorsi meħtieġa biex titlesta l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tal-għadd kbir ta' sustanzi attivi li l-approvazzjonijiet tagħhom jiskadu bejn l-2019 u l-2021, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016)6104 (4) stabbiliet programm ta' ħidma li jiġbor flimkien sustanzi attivi simili u li jistabbilixxi l-prijoritajiet abbażi tat-tħassib dwar is-sikurezza għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew għall-ambjent kif previst fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(4)

Billi s-sustanzi attivi elenkati f'dan ir-Regolament mhumiex fil-kategoriji prijoritizzati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C(2016) 6104, jenħtieġ li l-perjodu ta' approvazzjoni jiġi estiż b'sentejn jew bi tliet snin, filwaqt li jitqiesu d-data ta' skadenza attwali, il-fatt li skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 id-dossier supplimentari għal sustanza attiva għandu jiġi ppreżentat mhux aktar tard minn 30 xahar qabel l-iskadenza tal-approvazzjoni, il-ħtieġa li tiġi żgurata distribuzzjoni bilanċjata tar-responsabbiltajiet u tal-ħidma fost l-Istati Membri li jaġixxu bħala relaturi u korelaturi, u r-riżorsi disponibbli meħtieġa għall-valutazzjoni u għat-teħid ta' deċiżjonijiet. Għalhekk, jixraq li l-perjodu tal-approvazzjoni għas-sustanza attiva proquinazid jiġi estiż b'sentejn, u li l-perjodi tal-approvazzjoni għas-sustanzi attivi flonicamid (IKI-220), metalassil u penoxsulam jiġu estiżi bi tliet snin.

(5)

Għar-raġuni tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, f'każijiet meta ma jitressaqx dossier supplimentari skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 mhux aktar tard minn 30 xahar qabel id-data tal-iskadenza rispettiva stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tistabbilixxi d-data ta' skadenza fl-istess data bħal dik ta' qabel dan ir-Regolament jew fl-eqreb data minn hemm 'il quddiem.

(6)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta' każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux issodisfati l-kriterji tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni tistabbilixxi data ta' skadenza fl-istess data prevista qabel dan ir-Regolament jew inkella, jekk din id-data tiġi aktartard, fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jistipula li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx. Fir-rigward tal-każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jistipula t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tipprova tistabbilixxi l-aktar data tal-applikazzjoni kmieni possibbli, kif xieraq u skont iċ-ċirkostanzi.

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2016 dwar l-istabbiliment ta' programm ta' ħidma għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi li jiskadu fl-2019, fl-2020 u fl-2021 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 357, 29.9.2016, p. 9).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 301, Penoxsulam, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2023”;

(2)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 302, Proquinazid, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2022”;

(3)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 304, Metalassil, id-data tinbidel bid-data “30 ta' Ġunju 2023”;

(4)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 305, Flonicamid (IKI-220), id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2023”;


DEĊIŻJONIJIET

14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/54


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2070

tas-6 ta' Novembru 2017

li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika tal-Finlandja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Finlandiż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Wille VALVE, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sur Tony WIKSTRÖM, Ledamot i Ålands lagting.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TAMM


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/55


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2071

tat-13 ta' Novembru 2017

li taħtar lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 33 u 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-8 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/438/PESK (1) li taħtar lis-Sur Herbert SALBER bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia.

(2)

Fis-17 ta' Frar 2017, ir-Rappreżentant Għoli adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/299 (2) li testendi l-mandat tar-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia sat-30 ta' Ġunju 2018.

(3)

Wara l-ħatra tas-Sur Herbert SALBER għal pożizzjoni oħra, jenħtieġ li s-Sur Toivo KLAAR jinħatar bħala r-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia mit-13 ta' Novembru 2017.

(4)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tikkomprometti l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-mandat tas-Sur Herbert SALBER bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia b'dan jintemm fil-15 ta' Awwissu 2017.

2.   Is-Sur Toivo KLAAR huwa b'dan maħtur bħala r-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia mit-13 ta' Novembru 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018. Huwa għandu jeżerċita l-mandat tiegħu f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2017/299.

3.   Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm aktar kmieni, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Artikolu 2

In-nefqa marbuta mal-kontinwità amministrattiva bejn il-mandati tar-Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu mill-15 ta' Awwissu 2017 sat-12 ta' Novembru 2017 għandha tkun koperta mill-ammont ta' referenza finanzjarja stipulat fl-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/299.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2 għandhom japplikaw mill-15 ta' Awwissu 2017.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/438/PESK tat-8 ta' Lulju 2014 li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia (ĠU L 200, 9.7.2014, p. 11).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/299 tas-17 ta' Frar 2017 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia (ĠU L 43, 21.2.2017, p. 214).


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/57


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2072

tat-13 ta' Novembru 2017

li taġġorna u temenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1426

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1).

(2)

Fl-4 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1426 (2), li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (“il-lista”).

(3)

Il-Kunsill iddetermina li m'għadx hemm raġunijiet biex waħda mill-entitajiet tinżamm fuq il-lista.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1426 huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1426 tal-4 ta' Awwissu 2017 li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/154 (ĠU L 204, 5.8.2017, p. 95).


ANNESS

L-entità segwenti hija mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1426:

II.   GRUPPI U ENTITAJIET

“18.

‘Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia’ — ‘FARC’ (‘Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja’).”.


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/59


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2073

tat-13 ta' Novembru 2017

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1).

(2)

Il-Kunsill iddetermina li m'għadx hemm raġunijiet biex waħda mill-entitajiet tinżamm fuq il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-miżuri restrittivi li japplikaw għal dik l-entità ġew sospiżi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1711 (2).

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, it-tieni paragrafu huwa mħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1711 tas-27 ta' Settembru 2016 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 259I, 27.9.2016, p. 3).


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/60


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2074

tat-13 ta' Novembru 2017

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

L-Unjoni tibqa' serjament imħassba dwar id-deterjorament kontinwu tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem fil-Venezwela.

(2)

Fil-15 ta' Mejju 2017, il-Kunsill adotta konklużjonijiet fejn appella lill-atturi politiċi u l-istituzzjonijiet kollha tal-Venezwela biex jaħdmu b'mod kostruttiv lejn soluzzjoni għall-kriżi fil-pajjiż, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, l-istituzzjonijiet demokratiċi u s-separazzjoni tal-poteri. Huwa ddikjara wkoll li r-rilaxx ta' oppożituri politiċi li jinsabu l-ħabs u r-rispett tad-drittijiet kostituzzjonali huma passi kruċjali biex tinbena l-fiduċja u jgħinu biex il-pajjiż jerġa' jikseb l-istabbiltà politika.

(3)

L-Unjoni esprimiet ripetutament l-appoġġ sħiħ tagħha għall-isforzi fil-Venezwela biex jiġi ffaċilitat djalogu urġenti, kostruttiv u effettiv bejn il-Gvern u l-maġġoranza parlamentari sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet għal soluzzjonijiet paċifiċi għall-isfidi multidimensjonali li qed jiffaċċa l-pajjiż.

(4)

L-Unjoni ħeġġet bil-qawwa l-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni esterna biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet l-aktar urġenti tal-popolazzjoni u impenjat ruħha bis-sħiħ li tgħin il-Venezwela ssib soluzzjonijiet paċifiċi u demokratiċi, inkluż permezz tal-appoġġ għal sforzi reġjonali u internazzjonali għal dak l-għan.

(5)

Fis-26 ta' Lulju 2017, l-Unjoni esprimiet tħassib dwar rapporti numerużi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u użu eċċessiv ta' forza, u appellat lill-awtoritajiet tal-Venezwela biex jirrispettaw il-Kostituzzjoni tal-Venezwela (“il-Kostituzzjoni”) u l-istat tad-dritt u biex jiżguraw li jiġu garantiti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, inkluż id-dritt għal dimostrazzjoni paċifika.

(6)

Fit-2 ta' Awwissu 2017, l-Unjoni esprimiet id-dispjaċir kbir tagħha għad-deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-Venezwela li jkomplu bl-elezzjoni ta' Assemblea Kostitwenti, deċiżjoni li aggravat ħafna l-kriżi fil-Venezwela u ħolqot ir-riskju li ddgħajjef istituzzjonijiet leġittimi oħra previsti mill-Kostituzzjoni, bħall-Assemblea Nazzjonali. Filwaqt li appellat lill-partijiet kollha biex ma jużawx vjolenza u lill-awtoritajiet biex jiżguraw rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem kollha, u filwaqt li esprimiet id-disponibbiltà tagħha li tassisti fil-kwistjonijiet kollha li jistgħu jtaffu s-sitwazzjoni ta' kuljum tal-poplu tal-Venezwela, l-Unjoni indikat ukoll id-disponibbiltà tagħha li żżid gradwalment ir-rispons tagħha f'każ li il-prinċipji demokratiċi jiġu mminati ulterjorment u li l-Kostituzzjoni ma tkunx rispettata.

(7)

F'dan il-kuntest u f'konformità mad-Dikjarazzjoni mill-Unjoni tat-2 ta' Awwissu 2017, jenħtieġ li jiġu imposti b'mod immirat miżuri restrittivi kontra ċerti persuni fiżiċi u ġuridiċi responsabbli għal vjolazzjonijiet jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika u persuni, entitajiet u korpi li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħhom jimminaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Venezwela, kif ukoll persuni, entitajiet u korpi assoċjati magħhom.

(8)

Barra minn hekk, fid-dawl tar-riskju ta' aktar vjolenza, użu eċċessiv tal-forza u vjolazzjonijiet jew abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, ikun xieraq li jiġu imposti miżuri restrittivi fil-forma ta' embargo tal-armi, kif ukoll miżuri speċifiċi biex jiġu imposti restrizzjonijiet fuq tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna u biex jiġi pprevenut l-użu ħażin ta' tagħmir tal-komunikazzjoni.

(9)

Jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jkunu gradwali, immirati, flessibbli u riversibbli, mingħajr ma tiġi affettwata l-popolazzjoni ġenerali u jenħtieġ li jkollhom l-għan li jrawmu proċess kredibbli u siewi li jista' jwassal għal soluzzjoni paċifika u negozjata.

(10)

Tenħtieġ aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

RESTRIZZJONIJIET FUQ L-ESPORTAZZJONI

Artikolu 1

1.   Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u ta' materjal relatat ta' kull tip, inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' rikambju għalihom lill-Venezwela minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru bil-bandiera tagħhom għandhom ikunu pprojbiti, kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom jew le.

2.   Għandu jkun ipprojbit:

(a)

li jingħataw assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħra relatati ma' attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u partijiet ta' rikambju għalihom direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela;

(b)

li jingħataw finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat jew għall-provvista ta' assistenza teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra relatati direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela.

Artikolu 2

Il-projbizzjoni fl-Artikolu 1 ma għandhiex tapplika għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti konklużi qabel it-13 ta' Novembru 2017 jew għal kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti, sakemm dawn ikunu konformi mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (1), b'mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tagħha, u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jfittxu jwettqu l-kuntratt ikunu nnotifikaw il-kuntratt lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti fi żmien ħames ġranet ta' xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna lill-Venezwela minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru bil-bandiera tagħhom, għandhom ikunu pprojbiti, kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom jew le.

2.   Għandu jkun ipprojbit:

(a)

li jingħataw assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħra relatati ma' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' tali tagħmir direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela;

(b)

li jingħataw finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' tali tagħmir jew għall-provvista ta' assistenza teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra relatati direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Venezwela, jew għall-użu fil-Venezwela;

3.   L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li għandhom ikunu koperti b'dan l-Artikolu.

Artikolu 4

1   L-Artikoli 1 u 3 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir militari mhux letali jew ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għall-programmi għall-bini tal-istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jew tal-organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali, jew ta' materjal maħsub għal operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet tan-NU jew tal-Unjoni jew ta' organizzazzjonijiet reġjonali jew subreġjonali;

(b)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir għat-tneħħija tal-mini u materjal użat f'operazzjonijiet tat-tneħħija tal-mini;

(c)

il-manutenzjoni ta' tagħmir mhux letali li jista' jintuża mill-forza navali u mill-gwardja tal-kosta tal-Venezwela li jkun maħsub biss għall-protezzjoni tal-fruntiera, l-istabbiltà reġjonali u l-interċettazzjoni ta' narkotiċi;

(d)

il-provvista ta' finanzjament u għajnuna finanzjarja relatati mat-tagħmir jew materjal imsemmija fil-punti (a), (b) u (c);

(e)

il-provvista ta' assistenza teknika relatati mat-tagħmir jew materjal imsemmija fil-punti (a), (b) u (c),

bil-kondizzjoni li tali esportazzjonijiet ikunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti.

2.   L-Artikoli 1 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-ilbies protettiv, inkluż ġkieket rinforzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Venezwela mill-persunal tan-NU, il-persunal tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, minn rappreżentanti tal-mezzi tax-xandir, u ħaddiema umanitarji u fl-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

Artikolu 5

1.   Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir, teknoloġija jew software maħsubin primarjament għal użu ta' monitoraġġ jew interċettazzjoni mir-reġim tal-Venezwela, jew f'ismu, tal-komunikazzjonijiet bl-internet u telefoniċi fuq netwerks mobbli jew fissi fil-Venezwela, inkluż l-għoti ta' kwalunkwe tip ta' servizz ta' monitoraġġ jew interċettazzjoni fil-qasam tat-telekomunikazzjoni jew tal-internet, kif ukoll il-provvista ta' assistenza finanzjarja u teknika għall-installazzjoni, it-tħaddim jew l-aġġornament ta' tali tagħmir, teknoloġija jew software, minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri għandhom jiġu pprojbiti.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-tagħmir, it-teknoloġija jew is-software, inkluż l-għoti ta' kwalunkwe tip ta' servizz ta' monitoraġġ jew interċettazzjoni fil-qasam tat-telekomunikazzjoni jew tal-internet, kif ukoll il-provvista relatata ta' assistenza finanzjarja u teknika, imsemmija fil-paragrafu 1 jekk huma jkollhom raġunijiet validi biex jiddeterminaw li t-tagħmir, it-teknoloġija jew is-software ma jintużawx għar-repressjoni interna mill-gvern, korpi pubbliċi, korporazzjonijiet jew aġenziji tal-Venezwela, jew minn kwalunkwe persuna jew entità li topera f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu, fi żmien erba' ġimgħat mill-awtorizzazzjoni.

3.   L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li għandhom jiġu koperti b'dan l-Artiklu.

KAPITOLU II

RESTRIZZJONIJIET FUQ L-AMMISSJONI

Artikolu 6

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, ta':

(a)

persuni fiżiċi responsabbli għal vjolazzjonijiet jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela; jew

(b)

persuni fiżiċi li l-azzjonijiet, politiki jew attivitajiet tagħhom b'mod ieħor jimminaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Venezwela;

kif elenkati fl-Anness I.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru li jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu taċ-ċittadini tiegħu stess.

3.   Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b'obbligu skont id-dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a)

bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b)

bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqa' min-NU jew taħt l-awspiċi tagħha; jew

(c)

taħt ftehim multilaterali li jagħti privileġġi u immunitajiet; jew

(d)

taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni (Patt Lateran) tal-1929 konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

4.   Il-paragrafu 3 għandu jitqies li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru jkun il-pajjiż li jospita l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

5.   Il-Kunsill għandu jiġi infurmat debitament fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.

6.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 meta l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għar-raġunijiet ta' bżonn umanitarju urġenti, jew għal raġunijiet ta' attendenza għal laqgħat intergovernattivi u laqgħat promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-presidenza attwali tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi b'mod dirett id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-Venezwela.

7.   Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha titqies li tkun ingħatat sakemm membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma joġġezzjonawx bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta tasal in-notifika dwar l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

8.   Fejn, skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-tranżitu minnu, tal-persuni elenkati fl-Anness I, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih ingħatat u għall-persuni kkonċernati mill-awtorizzazzjoni.

KAPITOLU III

IFFRIŻAR TA' FONDI U RIŻORSI EKONOMIĊI

Artikolu 7

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta', miżmuma jew kontrollati minn:

(a)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi responsabbli għal vjolazzjonijiet jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela;

(b)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħhom b'mod ieħor jimminaw id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Venezwela,

kif elenkati fl-Anness I, għandhom jiġu ffriżati.

2.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma l-proprjetà ta', miżmuma jew kontrollati minn, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati mal-persuni, entitajiet jew korpi msemmija fil-paragrafu 1, kif elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu ffriżati

3.   L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandha ssir disponibbli, direttament jew indirettament, lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I jew II, jew għal benefiċċju tagħhom.

4.   L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt tali kondizzjonijiet li hi tqis xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a)

neċessarji biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I jew II u l-membri tal-familja dipendenti ta' tali persuni fiżiċi, inkluż pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni u spejjeż ta' servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi professjonali raġonevoli u għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;

(c)

maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

(d)

neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, għall-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni;

(e)

ser jitħallsu f'kont jew jinħarġu minnu ta' missjoni diplomatika jew konsulari, jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, sakemm tali pagamenti huma maħsubin biex jintużaw għal finijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari, jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

5.   B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta' sentenza arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fil-paragrafu 1 jew 2 ikunu ġew elenkati fl-Anness I jew II, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament biex jiġu sodisfatti pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c)

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I jew II; u

(d)

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

6.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jipprevjenu lil persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I jew II milli jagħmlu pagament dovut taħt kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li rriżulta għal, persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I jew II qabel id-data li fiha tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikunu ġew elenkati fih, dment li l-Istat Membru kkonċernat ikun iddetermina li l-pagament ma jkunx fi ksur tal-paragrafu 3.

7.   Il-paragrafu 3 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;

(b)

pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data meta dawk il-kontijiet ikunu saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3; jew

(c)

pagamenti dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ngħataw fl-Unjoni jew li huma eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat,

dment li kwalunkwe tali imgħax, qligħ u pagament ieħor jibqa' soġġett għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1 jew 2.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 8

1.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'unanimità fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi u jemenda l-listi fl-Annessi I u II.

2.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna, entità jew korp ikkonċernat, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, li tipprovdi lil tali persuna, entità jew korp opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

3.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet jew evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernati skont il-każ.

Artikolu 9

1.   L-Annessi I u II għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikoli 6(1) u 7(1),u fl-Artikolu 7(2), rispettivament.

2.   L-Annessi I u II għandhom jinkludu wkoll, meta tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi: l-ismijiet, inkluż il-psewdonimi; id-data u l-post ta' twelid; iċ-ċittadinanza; in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità; is-sess; l-indirizz, jekk magħruf; u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 10

Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 11

Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti taħt din id-Deċiżjoni, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew xi pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jeGw pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kull forma, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:

(a)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ddeżinjati, elenkati fl-Anness I jew II;

(b)

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li taġixxi permezz ta' waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi imsemmija fil-punt (a) jew f'isimhom.

Artikolu 12

Sabiex l-impatt tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni jkun kemm jista' jkun qawwi, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 13

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-14 ta' Novembru 2018.

Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġi mġedda, jew emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.

Artikolu 14

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).


ANNESS I

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi imsemmija fl-Artikoli 6(1) u 7(1)


ANNESS II

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi imsemmija fl-Artikolu 7(2)


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/69


DEĊIŻJONI DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2075

tal-4 ta' Settembru 2017

li tissostitwixxi l-Anness VII tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tagħha,

Billi:

(1)

Jenħtieġ li l-proċeduri għall-allokazzjoni tal-kapaċità jsiru trasparenti, filwaqt li titqies l-effiċjenza tal-proċess tal-allokazzjoni, kif ukoll it-tħassib dwar l-operat min-naħa tal-partijiet ikkonċernati dwar l-użu u dwar il-manutenzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja.

(2)

Jenħtieġ li l-applikanti għall-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura jkunu jistgħu jressqu t-talbiet għall-inkorporazzjoni tal-kapaċità fl-orarju annwali tas-servizz bejn id-data ta' skadenza għat-talbiet tal-abbozz tal-orarju u qabel il-bidla tal-orarju tas-servizz.

(3)

Ladarba jiġu allokati l-mogħdijiet tal-ferrovija, id-drittijiet kuntrattwali tal-applikant ikunu jinkludu d-dritt li jirrifjuta jew japprova talba għal skedar mill-ġdid li tkun saret mill-maniġer tal-infrastruttura.

(4)

Jenħtieġu restrizzjonijiet temporanji tal-kapaċità biex l-infrastruttura u t-tagħmir tagħha jinżammu f'kundizzjoni tajba u biex ikun hemm lok għall-iżvilupp tal-infrastruttura skont il-ħtiġijiet tas-suq.

(5)

Jenħtieġ li l-applikanti jirċievu informazzjoni bikrija dwar restrizzjonijiet tal-kapaċità suċċessivi li tippermettilhom jadattaw l-operazzjonijiet tagħhom u l-ħtiġijiet tat-trasport skont ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità tal-infrastruttura. Jekk l-informazzjoni dwar ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità suċċessivi diġà tkun ġiet ippubblikata fil-bidu tal-perjodu li fih isiru talbiet għall-inkorporazzjoni tal-kapacità fl-orarju annwali, il-ħtieġa li jiġu skedati mill-ġdid il-mogħdijiet ferrovjarji diġà allokati għandha tkun inqas.

(6)

Fl-għażla bejn żewġ alternattivi differenti tar- restrizzjonijiet tal-kapaċità, il-maniġers tal-infrastruttura m'għandhomx biss iqisu l-kostijiet tagħhom iżda anki r-restrizzjonijiet kummerċjali u operazzjonali tal-applikanti kkonċernati u r-riskji li t-trasport ixaqleb aktar lejn mezzi tat-trasport li jirrispettaw inqas l-ambjent.

(7)

Jenħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura jistabbilixxu, jippubblikaw u japplikaw kriterji trasparenti fir-rigward tad-devjazzjoni tal-ferroviji u l-allokazzjoni ta' kapaċità ristretta għal tipi differenti ta' traffiku. Dan jistgħu jagħmluh b'mod konġunt jew individwalment għar-restizzjonijiet tal-kapaċità tagħhom.

(8)

Jenħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura jadattaw id-dikjarazzjonijiet dwar in-netwerk tagħhom u l-proċeduri tal-iskedar sabiex tiġi żgurata konformità f'waqtha mar-regoli l-ġodda dwar ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità kif introdotti permezz ta' din id-Deċiżjoni.

(9)

Fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-ferroviji li jaqsmu aktar minn netwerk wieħed, jenħtieġ li l-maniġers tal-infrastruttura kkonċernati jikkoordinaw biex jiġi mminimizzat l-impatt tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità fuq it-traffiku u jissinkronizzaw ix-xogħlijiet fuq rotta partikolari jew biex tiġi evitata r-restrizzjoni tal-kapaċità fuq rotta tad-devjazzjoni.

(10)

Għall-finijiet taċ-ċarezza ġuridika u filwaqt li jitqies l-għadd ta' emendi li jridu jsiru fl-Anness VII tad-Direttiva 2012/34/UE, jenħtieġ li dak l-Anness jinbidel għalkollox. Barra minn hekk, sabiex jiġi ssimplifikat il-qafas regolatorju, Deċiżjoni Delegata hija l-istrument legali xieraq peress li din timponi regoli ċari u dettaljati li ma jeħtiġux traspożizzjoni mill-Istati Membri u b'hekk tiżgura implimentazzjoni uniformi rapida madwar l-Unjoni kollha.

(11)

B'riżultat taż-żmien tal-bidla fl-orarju tas-servizz f'konformità mal-punt (2) tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni u taż-żmien neċessarju għall-koordinazzjoni, għall-konsultazzjoni u għall-pubblikazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità stabbilit fil-punti (8) sa (11) tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni, il-maniġers tal-infrastruttura se jkunu jistgħu biss jikkonformaw għall-ewwel darba mar-rekwiżiti tal-punti (8) sa (11) għall-bidla fl-orarju tas-servizz li se sseħħ f'Diċembru 2019 fir-rigward tat-tieni sessjoni ta' pubblikazzjoni u f'Diċembru 2020 fir-rigward tal-ewwel sessjoni ta' pubblikazzjoni, mar-rekwiżiti tal-punt (12) biex il-bidla tal-orarju tas-servizz tidħol fis-seħħ f'Diċembru 2018 u mar-rekwiżiti tal-punti (14) sa (17) biex il-bidla tal-orarju tas-servizz tidħol fis-seħħ f'Diċembru 2018.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2012/34/UE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness VII tad-Direttiva 2012/34/UE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, l-4 ta' Settembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32.


ANNESS

ANNESS VII

SKEDA GĦALL-PROĊESS TAL-ALLOKAZZJONI

(imsemmija fl-Artikolu 43)

(1)

L-orarju tas-servizz għandu jiġi stabbilit darba f'kull sena kalendarja.

(2)

Il-bidla tal-orarju tas-servizz għandha sseħħ f'nofsillejl fit-tieni Sibt f'Diċembru. Meta aġġustament jitwettaq wara x-xitwa, b'mod partikolari sabiex jitqiesu, meta huwa xieraq, il-bidliet fl-orarji tat-traffiku tal-passiġġieri reġjonali, dawn għandhom iseħħu f'nofsillejl fit-tieni Sibt f'Ġunju u f'dawk l-intervalli bejn dawn id-dati kif meħtieġ. Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jiftiehmu fuq dati differenti u f'dan il-każ għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk it-traffiku internazzjonali jistax jiġi affettwat.

(3)

Id-data ta' skadenza sa meta jridu jaslu t-talbiet sabiex il-kapaċità tiġi inkorporata fl-orarju tas-servizz ma għandhiex tkun aktar minn tnax-il xahar qabel id-dħul fis-seħħ tal-orarju tas-servizz. Talbiet li jaslu wara d-data ta' skadenza wkoll għandhom jitqiesu mill-maniġer tal-infrastruttura.

(4)

Mhux aktar tard minn 11-il xahar qabel il-bidla fl-orarju tas-servizz, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-mogħdijiet proviżorji tal-ferroviji internazzjonali jkunu ġew stabbiliti b'kooperazzjoni ma' maniġers tal-infrastruttura rilevanti oħrajn. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li sa fejn ikun possibbli, dawn l-iskadenzi jinżammu matul il-proċessi sussegwenti.

(5)

Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprepara u jippubblika abbozz tal-orarju tas-servizz mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-ewwel skadenza msemmija fil-punt (3).

(6)

Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jiddeċiedi fuq it-talbiet li jirċievi wara l-iskadenza msemmija fil-punt (3), skont proċess ippubblikat fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk.

Il-maniġer tal-infrastruttura jista' jiskeda mill-ġdid mogħdija allokata tal-ferrovija jekk dan ikun meħtieġ biex jiġi żgurat l-aħjar tqabbil possibbli tat-talbiet kollha għal mogħdija u jekk tiġi approvata mill-applikant li lilu ġiet allokata l-mogħdija. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jaġġorna l-abbozz tal-orarju tas-servizz sa mhux aktar tard minn xahar qabel il-bidla fl-orarju tas-servizz sabiex ikunu inklużi l-mogħdijiet kollha tal-ferrovija allokati wara l-iskadenza msemmija fil-punt (3).

(7)

Fil-każ ta' ferroviji li jaqsmu minn netwerk għal ieħor li jaslu b'dewmien preżunt ta' mhux aktar minn 10 sigħat, u mill-14 ta' Diċembru 2019, 18-il siegħa, il-maniġer tal-infrastruttura tan-netwerk l-ieħor m'għandux iqis il-mogħdija ferrovjarja bħala kkanċellata jew jitlob applikazzjoni għal mogħdija ferrovjarja oħra, inkluż jekk jiddeċiedi li jalloka mogħdija ferrovjarja differenti, sakemm l-applikant ma jinformax lill-maniġer tal-infrastruttura li l-ferrovija mhux se taqsam għan-netwerk l-ieħor. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkomunika mal-applikant dwar il-mogħdija ferrovjarja aġġornata jew dik ġdida mingħajr dewmien, inkluż, jekk differenti, ir-rabta bejn dak in-numru tal-mogħdija ferrovjarja u n-numru tal-mogħdija ferrovjarja kkanċellata.

(8)

Fil-każ ta' restrizzjonijiet temporanji tal-kapaċità tal-linji ferrovjarji, għal raġunijiet bħal xogħlijiet infrastrutturali, inkluż restrizzjonijiet fuq il-veloċità, il-piż fuq il-fus, it-tul tal-ferrovija, il-forza tat-trazzjoni, jew il-gejġ tal-istruttura (restrizzjonijiet tal-kapaċità) li jdumu aktar minn sebat ijiem konsekuttivi u li għalihom aktar minn 30 % tal-volum tat-traffiku stmat fuq linja ferrovjarja jiġi kkanċellat, jingħata rotta ġdida jew jiġi sostitwit b'modi oħrajn tat-trasport, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippubblika r-restrizzjonijiet kollha tal-kapaċità u r-riżultati preliminari tal-konsultazzjoni mal-applikanti għall-ewwel darba tal-inqas 24 xahar, sa fejn dawn ikunu magħrufa, f'forma aġġornata, u għat-tieni darba tal-inqas 12-il xahar qabel il-bidla fl-orarju tas-servizz ikkonċernat.

(9)

Jekk l-impatt tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità ma jkunx limitat għal netwerk wieħed, il-maniġers tal-infrastruttura kkonċernati għandhom ukoll joħolqu mekkaniżmu li bih jiddiskutu dwar dawk ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità b'mod konġunt mal-applikanti interessati, mal-assoċjazzjonijiet tal-maniġers tal-infrastruttura msemmija fl-Artikolu 40(1) u mal-operaturi ewlenin tal-faċilitajiet tas-servizz ikkonċernati meta dawn jiġu ppubblikati għall-ewwel darba, sakemm il-maniġers tal-infrastruttura u l-applikanti ma jkunux qablu li dan il-mekkaniżmu ma jkunx meħtieġ. Id-diskussjonijiet konġunti għandhom jgħinu fit-tħejjija tal-orarji, inkluż l-għoti tar-rotot ta' devjazzjoni.

(10)

Meta jippubblika r-restrizzjonijiet tal-kapaċità skont il-punt (8) għall-ewwel darba, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jniedi konsultazzjoni mal-applikanti u mal-operaturi ewlenin tal-faċilitajiet tas-servizzi kkonċernati dwar ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità. Meta tkun meħtieġa koordinazzjoni skont il-punt (11) bejn l-ewwel u t-tieni pubblikazzjoni tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jikkonsultaw mal-applikanti u mal-operaturi ewlenin tal-faċilitajiet tas-servizzi kkonċernati għat-tieni darba bejn it-tmien ta' dik il-koordinazzjoni u t-tieni pubblikazzjoni tar-restrizzjoni tal-kapaċità.

(11)

Jekk l-impatt tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità ma jkunx limitat għal netwerk wieħed, qabel jippubblikaw ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità skont il-punt (8), il-maniġers tal-infrastruttura kkonċernati, inkluż il-maniġers tal-infrastruttura li jistgħu jiġu affettwati bir-rotot il-ġodda tal-ferroviji, għandhom jikkoordinaw bejniethom ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità li jistgħu jinvolvu kanċellazzjoni, rotot ġodda ta' mogħdija ferrovjarja jew tibdil ma' modi oħrajn.

Il-koordinazzjoni qabel it-tieni pubblikazzjoni għandha titlesta:

(a)

sa mhux aktar tard minn 18-il xahar qabel il-bidla fl-orarju tas-servizz jekk aktar minn 50 % tal-volum tat-traffiku stmat fuq linja ferrovjarja kuljum jiġi kkanċellat, jingħata rotta ġdida jew jiġi sostitwit b'modi oħrajn tat-trasport għal aktar minn 30 jum konsekuttiv

(b)

sa mhux aktar tard minn 13-il xahar u 15-il jum qabel il-bidla tal-perjodu tal-orarju tas-servizz jekk aktar minn 30 % tal-volum tat-traffiku stmat fuq linja ferrovjarja kuljum jiġi kkanċellat, jingħata rotta ġdida jew jiġi sostitwit b'modi oħrajn tat-trasport għal aktar minn sebat ijiem konsekuttivi

(c)

sa mhux aktar tard minn 13-il xahar u 15-il jum qabel il-bidla tal-perjodu tal-orarju tas-servizz jekk aktar minn 50 % tal-volum tat-traffiku stmat fuq linja ferrovjarja kuljum jiġi kkanċellat, jingħata rotta ġdida jew jiġi sostitwit b'modi oħrajn tat-trasport għal sebat ijiem konsekuttivi jew inqas.

Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom, fejn meħtieġ, jistiednu lill-applikanti attivi fil-linji kkonċernati u lill-operaturi ewlenin tal-faċilitajiet tas-servizz ikkonċernati biex jinvolvu lilhom infushom f'dik il-koordinazzjoni.

(12)

Fil-każ ta' restrizzjonijiet tal-kapaċità li jdumu sebat ijiem konsekuttivi jew inqas li skont il-punt (8) m'għandhomx bżonn jiġu ppubblikati, u li għalihom aktar minn 10 % tal-volum tat-traffiku stmat fuq linja ferrovjarja kuljum jiġi kkanċellat, jingħata rotta ġdida jew jiġi sostitwit b'modi oħrajn tat-trasport, li jseħħu matul il-perjodu tal-orarju suċċessiv u li l-maniġer tal-infrastruttura jsir jaf bihom sa mhux aktar tard minn 6 xhur u 15-il jum qabel il-bidla tal-orarju tas-servizz, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkonsulta lill-applikanti kkonċernati dwar ir-restrizzjonijiet tal-kapaċità previsti u jikkomunika r-restrizzjonijiet tal-kapaċità aġġornati tal-inqas erba' xhur qabel il-bidla tal-orarju tas-servizz. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi dettalji dwar il-mogħdijiet ferrovjarji offruti għall-ferroviji tal-passiġġieri sa mhux aktar tard minn erba' xhur qabel tibda r-restrizzjoni tal-kapaċità u għall-ferroviji tal-merkanzija sa mhux aktar tard minn xahar qabel tibda r-restrizzjoni tal-kapaċità, sakemm il-maniġer tal-infrastruttura u l-applikanti kkonċernati ma jkunux qablu dwar żmien neċessarju iqsar.

(13)

Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jiddeċiedu li japplikaw limiti aktar stretti għar-restrizzjonijiet tal-kapaċità abbażi ta' perċentwali aktar baxxi tal-volum tat-traffiku stmat jew durati iqsar minn dak indikat f'dan l-Anness jew li japplikaw kriterji apparti dawk imsemmija f'dan l-Anness, skont konsultazzjoni mal-applikanti u mal-operaturi tal-faċilità. Dawn għandhom jippubblikaw il-limiti u l-kriterji għar-raggruppament tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità fid-dikjarazzjonijiet tagħhom dwar in-netwerk skont il-punt 3 tal-Anness IV.

(14)

Il-maniġer tal-infrastruttura jista' jiddeċiedi li ma japplikax il-perjodi stabbiliti fil-punti (8) sa (12) jekk ir-restrizzjoni tal-kapaċità hija meħtieġa biex jiġu stabbiliti mill-ġdid operazzjonijiet ferrovjarji sikuri, iż-żmien tar-restrizzjonijiet ikun lil hinn mill-kontroll tal-maniġer tal-infrastruttura, l-applikazzjoni ta' dawk il-perjodi ma tkunx kosteffettiva jew tkun irresponsabbli fir-rigward tal-kundizzjoni jew tal-ħajja tal-assi, jew jekk l-applikanti kkonċernati kollha jaqblu. F'dawn il-każijiet u fil-każ ta' kwalunkwe restrizzjoni tal-kapaċità li ma tkunx soġġetta għal konsultazzjoni skont dispożizzjonijiet oħra ta' dan l-Anness, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkonsulta lill-applikanti u lill-operaturi ewlenin tal-faċilitajiet tas-servizz ikkonċernati minnufih.

(15)

L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-maniġer tal-infrastruttura meta jaġixxi f'konformità mal-punti (8), (12) jew (14) għandha tinkludi:

(a)

il-jum ippjanat,

(b)

il-ħin tal-ġurnata u, hekk kif tkun tista' tiġi ffissata, is-siegħa tal-bidu u tat-tmiem tar-restrizzjoni tal-kapaċità,

(c)

is-sezzjoni tal-linja affettwata mir-restrizzjoni, u

(d)

fejn applikabbli, il-kapaċità tal-linji ta' devjazzjoni.

Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippubblika dik l-informazzjoni, jew ħolqa fejn din tista' tinstab, fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk tiegħu kif imsemmi fil-punt (3) tal-Anness IV. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jżomm din l-informazzjoni aġġornata.

(16)

Fil-każ ta' restrizzjonijiet tal-kapaċità li jdumu mill-inqas 30 jum konsekuttiv u li jaffettwaw aktar minn 50 % tal-volum tat-traffiku stmat fuq linja ferrovjarja, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi lill-applikanti fuq it-talba tagħhom waqt l-ewwel sessjoni ta' konsultazzjoni, b'paragun tal-kundizzjonijiet li jiġu ffaċċjati f'mill-inqas żewġ alternattivi tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jfassal dawk l-alternattivi abbażi tal-input li jkunu taw l-applikanti fit-talba tagħhom u b'mod konġunt magħhom.

Għal kull alternattiva, il-paragun għandu jinkludi tal-anqas:

(a)

id-durata tar-restrizzjoni tal-kapaċità,

(b)

l-imposti indikattivi dovuti mistennija tal-infrastruttura,

(c)

il-kapaċità disponibbli fuq il-linji ta' devjazzjoni,

(d)

ir-rotot alternattivi disponibbli, u

(e)

il-ħinijiet tal-ivvjaġġar indikattivi.

Qabel ma ssir għażla bejn l-alternattivi tar-restrizzjonijiet tal-kapaċità, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkonsulta lill-applikanti interessati u jqis l-impatti tal-alternattivi differenti fuq dawk l-applikanti u fuq l-utenti tas-servizzi.

(17)

Fil-każ ta' restrizzjonijiet tal-kapaċità li jdumu aktar minn 30 jum konsekuttiv u li jaffettwaw aktar minn 50 % tal-volum tat-traffiku stmat fuq linja ferrovjarja, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jistabbilixxi kriterji li minħabba fihom il-ferroviji ta' kull tip ta' servizz għandhom jingħataw rotta ġdida, filwaqt li jikkunsidra r-restrizzjonijiet kummerċjali u operazzjonali tal-applikant, sakemm dawk ir-restrizzjonijiet operazzjonali ma jirriżultawx mid-deċiżjonijiet maniġerjali jew organizzattivi tal-applikant, u bla preġudizzju għall-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-maniġer tal-infrastruttura f'konformità mal-Artikolu 30(1). Fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippubblika dawk il-kriterji flimkien ma' allokazzjoni preliminari tal-kapaċità li jifdal lit-tipi differenti tas-servizzi ferrovjarji meta jaġixxi f'konformità mal-punt (8). Wara t-tmiem tal-konsultazzjoni u bla preġudizzju għall-obbligi tal-maniġer tal-infrastruttura kif imsemmi fil-punt (3) tal-Anness IV, abbażi tar-rispons li jkun irċieva mingħand l-applikanti, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi lill-impriżi ferrovjarji kkonċernati tqassim indikattiv tal-kapaċità li jifdal skont it-tip ta' servizz.


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/74


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2076

tas-7 ta' Novembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2009/607/KE rigward il-perjodi tal-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lill-kisi iebes

(notifikata bid-dokument C(2017) 7247)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) u (3)(c) tiegħu, Wara konsultazzjoni mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-validità tal-kriterji ekoloġiċi attwali għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lill-kisi iebes, u tar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE (2) tiskadi fit-30 ta' Novembru 2017. Twettqet valutazzjoni li kkonfermat ir-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll ir-rilevanza u l-adegwatezza tar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati stabbiliti bid-Deċiżjoni 2009/607/KE. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-perjodu ta' validità ta' dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati jiġi estiż.

(2)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/607/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/607/KE jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “kisi iebes”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta' Ġunju 2021.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE tad-9 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja lill-kisi iebes (ĠU L 208, 12.8.2009, p. 21).


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/75


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2077

tal-10 ta' Novembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta' 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta' tagħmir bir-radar ta' medda qasira għall-vetturi fil-Komunità

(notifikata bid-dokument C(2017) 7374)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (1), b'mod partikolari l-Artikolu 4(6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE (2), kif emendata bid-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE (3), tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju bil-medda ta' 24 GHz għal tagħmir awtomotiv tar-radar ta' medda qasira. Dawn ir-radars jgħinu biex jiġu evitati ħabtiet bil-karozza.

(2)

Id-Deċiżjoni 2005/50/KE tal-Kummissjoni timponi fuq l-Istati Membri l-obbligi tar-rappurtar statistiku, inkluż ir-rekwiżit li jiġbru, fuq bażi annwali, id-dejta dwar l-għadd ta' vetturi mgħammra b'tagħmir radar li jużaw il-medda ta' frekwenzi tal-ispettru tar-radju ta' 24 GHz.

(3)

Filwaqt li l-obbligu biex iżommu l-użu tal-medda ta' frekwenza ta' 24 GHz minn tagħmir tar-radar b'medda qasira taħt skrutinju tenħtieġ li tibqa', issa jidher sproporzjonat li kull awtorità nazzjonali tintalab tipprovdi dejta statistika b'mod sistematiku fuq bażi annwali kif previst fid-Deċiżjoni 2005/50/KE. Ir-riżorsi amministrattivi nazzjonali jistgħu jintużaw aħjar jekk l-Istati Membri jipprovdu dawn ir-rapporti statistiċi biss wara li ssir talba mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' titlob dawn ir-rapporti statistiċi fl-eventwalità, possibbli iżda improbabbli, li interferenza jew żieda qawwija fl-għadd ta' vetturi mgħammra b'radars ta' 24 GHz tiġi rrappurtata.

(4)

Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2005/50/KE, ma kien hemm l-ebda rapport ta' interferenza dannuża minn dawk is-servizzi li huma protetti minn din id-Deċiżjoni. L-għadd ta' vetturi mgħammra b'tagħmir bir-radar ta' medda qasira li juża l-faxxa ta' frekwenza tal-ispettru tar-radju ta' 24 GHz baqa' ġeneralment baxx u fi kwalunkwe każ f'livell li huwa inqas sew mil-limitu ta' 7 % tal-għadd totali ta' vetturi fiċ-ċirkulazzjoni f'kull Stat Membru. Dan il-limitu huwa kkunsidrat bħala l-proporzjon kritiku li taħtu huwa preżunt li l-ebda interferenza ta' ħsara ma tista' tiġi kkawżata lil utenti oħra tal-medda ta' 24 GHz.

(5)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2005/50/KE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/50/KE hija emendata kif ġej:

 

Fl-Anness tad-Deċiżjoni, il-kliem “Id-dejta li ġejja trid tinġabar fuq bażi annwali:” jinbidel bi:

“Id-dejta li ġejja għandha tinġabar fuq talba mill-Kummissjoni:”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Mariya GABRIEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE tas-17 ta' Jannar 2005 dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta' 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta' tagħmir bir-radar ta' medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (ĠU L 21, 25.1.2005, p. 15).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE tad-29 ta' Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta' 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta' tagħmir bir-radar ta' medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (ĠU L 198, 30.7.2011, p. 71).


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/77


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2078

tal-10 ta' Novembru 2017

li tawtorizza estensjoni tal-użu tal-betaglukani tal-ħmira bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 7391)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/762/UE (2) awtorizzat, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 258/97, it-tqegħid fis-suq tal-betaglukani tal-ħmira bħala ingredjent tal-ikel ġdid biex jintuża f'ċertu ikel u f'ċerti oġġetti tal-ikel, inkluż ix-xorb, kif ukoll f'supplimenti tal-ikel u f'ikel bi skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż.

(2)

Fil-25 ta' April 2016, il-kumpanija Leiber GmbH għamlet talba lill-awtorità kompetenti tal-Irlanda għal estensjoni tal-użi u tal-livelli tal-użu tal-betaglukani tal-ħmira bħala ingredjent ġdid tal-ikel. B'mod partikolari, talbet biex jiġi estiż l-użu tal-betaglukani tal-ħmira għall-kategoriji tal-ikel addizzjonali, u biex jinżiedu l-livelli massimi tal-użu ta' kuljum tal-betaglukani tal-ħmira għall-kategoriji tal-ikel diġà awtorizzati bid-Deċiżjoni 2011/762/UE.

(3)

Fis-7 ta' Novembru 2016, l-awtorità kompetenti tal-Irlanda ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport, ikkonkludiet li l-estensjoni tal-użi u tal-livelli ta' użu massimu ta' betaglukani tal-ħmira proposta tissodisfa l-kriterji għal ikel ġdid stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(4)

Fil-15 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra.

(5)

Tqajmu oġġezzjonijiet motivati minn Stati Membri oħra fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. B'konsegwenza ta' dan, l-applikant biddel it-talba dwar il-kategoriji tal-ikel u l-livelli ta' użu proposti. Din il-bidla u l-ispjegazzjonijiet addizzjonali min-naħa tal-applikant taffew it-tħassib għas-sodisfazzjon tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni.

(6)

Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-supplimenti tal-ikel. Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni dwar l-ikel maħsub għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, l-ikel bi skopijiet mediċi speċjali, u l-ikel li jintuża bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż. Dawk l-atti jistgħu japplikaw għall-betaglukani tal-ħmira. Għalhekk il-betaglukani tal-ħmira għandu jkun awtorizzat mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' dik u ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra li tapplika b'mod parallel għar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 u r-Regolament (UE) Nru 609/2013, il-betaglukani tal-ħmira (Saccharomyces cerevisiae) kif speċifikat fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid għall-użi ddefiniti u fil-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-isem tal-betaglukani tal-ħmira (Saccharomyces cerevisiae) awtorizzata b'din id-Deċiżjoni għall-ittikkettjar tagħhom fuq il-prodotti tal-ikel għandha tkun “betaglukani tal-ħmira (Saccharomyces cerevisiae)”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Leiber GmbH, Hafenstraße 24, 49565, Bramsche, il-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/762/UE tal-24 ta' Novembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-betaglukani tal-ħmira bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 313, 26.11.2011, p. 41)

(3)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 12.6.2013, p. 35).


ANNESS I

L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-BETAGLUKANI TAL-ĦMIRA (SACCHAROMYCES CEREVISIAE)

Deskrizzjoni

Il-betaglukani huma polisakkaridi kumplessi b'massa molekolari għolja (100 — 200 kDa), li jinsabu fil-ħajt taċ-ċellola ta' bosta ħmejjer u ċereali. L-isem kimiku għal “betaglukani tal-ħmira” huwa (1-3), (1-6)-β-D-glukani

Il-betaglukani jikkonsistu minn struttura ta' residwi tal-glukosju marbuta fi β-1-3 li huma mifruqa b'legami ta' β-1-6, li huma konnessi magħhom il-kitina u l-mannoproteini b'legami ta' β-1-4.

Dan l-ikel ġdid huwa (1,3)-(1,6)-β-D-glukan ippurifikat ħafna u iżolat mill-ħmira Saccharomyces cerevisiae li ma jdubx fl-ilma, iżda huwa dispersabbli f'ħafna matriċi likwidi.

L-ispeċifikazzjonijiet tal-betaglukani tal-ħmira (Saccharomyces cerevisiae)

Parametru

Valuri tal-ispeċifikazzjoni

Solubbiltà

Insolubbli fl-ilma, imma dispersibbli f'ħafna matriċi likwidi

Dejta kimika

(1,3)-(1,6)-β-D-Glukan

> 80 %

Irmied

< 2 %

Ndewwa

< 6 %

Proteina

< 4 %

Total ta' xaħam

< 3 %

Dejta mikrobijoloġika

L-għadd tal-kolonji aerobiċi

< 1 000 CFU/g

Enterobacteriaceae

< 100 CFU/g

Koliformi totali

< 10 CFU/g

Ħmira

< 25 CFU/g

Moffa

< 25 CFU/g

Salmonella ssp.

Assenti fi 25 g

Escherichia coli

Assenti fi 1 g

Bacillus cereus

< 100 CFU/g

Staphylococcus aureus

Assenti fi 1 g

Metalli tqal

Ċomb

< 0,2 mg/g

Arseniku

< 0,2 mg/g

Merkurju

< 0,1 mg/g

Kadmju

< 0,1 mg/g


ANNESS II

L-UŻI AWTORIZZATI TAL-BETAGLUKANI TAL-ĦMIRA (SACCHAROMYCES CEREVISIAE)

Kategorija tal-ikel

Il-livell massimu tal-betaglukani tal-ħmira

Supplimenti tal-ikel kif iddefiniti mid-Direttiva 2002/46/KE, minbarra supplimenti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar

1,275 g/kuljum għal tfal ta' aktar minn 12-il sena u għall-popolazzjoni adulta ġenerali

0,675 g/kuljum għal tfal ta' aktar minn 12-il sena

Sostituzzjoni tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

1,275 g/kuljum

Ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, minbarra l-ikel bi skopijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar

1,275 g/kuljum

Xarbiet ibbażati fuq il-meraq tal-frott u/jew tal-ħxejjex inkluż konċentrati u merqat deidratati

1,3 g/kg

Xarbiet bit-togħma tal-frott

0,8 g/kg

Trab għall-preparazzjoni ta' xarbiet tal-kawkaw

38,3 g/kg (trab)

Bars taċ-ċereali

6 g/kg

Ċereali għall-kolazzjon

15,3 g/kg

Ċereali istantanji għal kolazzjon sħunmagħmulin minn qamħ sħiħ u ħafna fibra

1,5 g/kg

Gallettini tat-tip cookie

2,2 g/kg

Gallettini tat-tip cracker

6,7 g/kg

Xarbiet ibbażati fuq il-ħalib

3,8 g/kg

Prodotti tal-ħalib iffermentat

3,8 g/kg

Analogi ta' prodotti tal-ħalib

3,8 g/kg

Xarbiet oħrajn

0,8 g/kg (lesti għax-xorb)

Ħalib/Trab tal-ħalib

25,5 g/kg

Sopop jew taħlitiet tas-sopop

0,9 g/kg (lesti biex jittieklu)

1,8 g/kg (ikkondensat)

6,3 g/kg (trab)

Ċikkulata u ħlewwiet

4 g/kg

Bars jew trabijiet tal-proteini

19,1 g/kg

Ġamm, marmellata u pejstijiet oħra tal-frott

11,3 g/kg


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/81


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2079

tal-10 ta' Novembru 2017

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-estratt rikk fit-tassifolina bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 7418)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Awwissu 2010, il-kumpanija Ametis JSC għamlet talba lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed l-estratt rikk fit-tassifolina mill-injam ta' Larix gmelinii (Rupr.) Rupr. fis-suq bħala ingredjent ġdid fi ħdan it-tifsira tal-punt (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. L-applikazzjoni titlob li l-estratt rikk fit-tassifolina jintuża fis-supplimenti tal-ikel għall-popolazzjoni ġenerali, minbarra t-trabi, it-tfal iż-żgħar, it-tfal u l-adoloxxenti li jkollhom inqas minn erbatax-il sena.

(2)

Fit-2 ta' Settembru 2011, l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit ħarġet l-ewwel rapport ta' valutazzjoni tagħha. F'dak ir-rapport waslet għall-konklużjoni li l-estratt rikk fit-tassofilina jissodisfa l-kriterji għall-ingredjenti tal-ikel ġdid kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(3)

Fl-20 ta' Settembru 2011, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra.

(4)

Tqajmu oġġezzjonijiet motivati minn Stati Membri oħra fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(5)

Fil-5 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni kkonsultat mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) u talbitha tagħmel valutazzjoni oħra għall-estratt rikk fit-tassifolina bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97.

(6)

Fl-14 ta' Frar 2017, l-EFSA fl-opinjoni tagħha “Scientific Opinion on the safety of taxifolin-rich extract as a novel food pursuant to Regulation (KE) Nru 258/97” (2) ikkonkludiet li l-estratt rikk fit-tassifolina huwa sigur għall-użi u għall-livelli ta' użu proposti.

(7)

Dik l-opinjoni tagħti raġunijiet suffiċjenti biex jiġi stabbilit li l-estratt rikk fit-tassifolina fl-użi u fil-livelli tal-użu proposti jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(8)

Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistipula r-rekwiżiti dwar is-supplimenti tal-ikel. L-użu tal-estratt rikk fit-tassifolina jenħtieġ li jiġi awtorizzat mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/46/KE, l-estratt rikk fit-tassifolina kif speċifikat fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid biex jintuża fis-supplimenti tal-ikel għall-popolazzjoni ġenerali, minbarra t-trabi, it-tfal iż-żgħar, it-tfal u l-adolexxenti li għandhom inqas minn 14-il sena fil-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-denominazzjoni tal-estratt rikk fit-tassifolina awtorizzata b'din id-Deċiżjoni dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ingredjent għandha tkun “estratt rikk fit-tassifolina”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lil Ametis JSC, 68, Naberezhnaya St., Blagoveshchensk, Amur District, ir-Russja, 675000.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  The EFSA Journal (2017); 15(2):4682.

(3)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).


ANNESS I

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-ESTRATT RIKK FIT-TASSIFOLINA

Definizzjoni:

Isem kimiku

[(2R,3R)-2-(3,4 diidrossifenil)-3,5,7-triidrossi-2,3-diidrokromen-4-on, imsejjaħ ukoll (+) trans (2R,3R)- diidrokwerċetina]

Formula kimika

C15H12O7

Massa molekolari

304,25 Da

Nru tal-CAS

480-18-2

Deskrizzjoni: L-estratt rikk fit-tassifolina mill-injam tal-Lerċi tad-Daħurja (Larix gmelinii (Rupr.) Rupr) huwa trab ta' kulur minn abjad sa isfar ċar li jikkristallizza minn soluzzjonijiet milwiema jaħarqu.

Speċifikazzjonijiet:

Parametru ta' Speċifikazzjoni

Limiti

Parametru fiżiku

Ndewwa

≤ 10 %

Analiżi tal-kompost

Tassifolina (m/m)

≥ 90,0 % tal-piż niexef

Metalli Tqal, Pestiċidi

Ċomb

≤ 0,5 mg/kg

Arseniku

≤ 0,02 mg/kg

Kadmju

≤ 0,5 mg/kg

Merkurju

≤ 0,1 mg/kg

Diklorurdifeniltrikloroetan (DDT)

≤ 0,05 mg/kg

Solventi residwi

Etanol

< 5 000  mg/kg

Parametri mikrobiċi

L-għadd tal-kolonji aerobiċi (TPC)

≤ 104 CFU (1)/g

Enterobatterji

≤ 100/g

Ħmira u Moffa

≤ 100 CFU/g

Escherichia coli

Negattiv/1 g

Salmonella spp.

Negattiv/10 g

Staphylococcus aureus

Negattiv/1 g

Pseudomonas spp.

Negattiv/1 g

Għadd ta' komponenti ta' estratt rikk fit-tassifolina (skont is-sustanza xotta)

Komponent tal-estratt

Il-kontenut, il-firxa osservata normalment (%)

Tassifolina

90–93

Aromadendrina

2,5–3,5

Erjodiktjol

0,1–0,3

Kwerċetina

0,3–0,5

Narinġenina

0,2–0,3

Kampferol

0,01–0,1

Pinoċembrina

0,05–0,12

Flavonojdi mhux identifikati

1–3

Ilma (2)

1,5


(1)  CFU: Unità li tifforma kolonji

(2)  Fil-forma idratata tagħha u matul il-proċess tat-tnixxif it-tassifolina tkun kristall. Dan jirriżulta fl-inklużjoni tal-ilma tal-kristallizzazzjoni fi kwantità ta' 1,5 %.


ANNESS II

UŻI AWTORIZZATI TAL-ESTRATT RIKK FIT-TASSIFOLINA

Kategorija tal-ikel

Livelli massimi

Supplimenti tal-ikel kif iddefiniti mid-Direttiva 2002/46/KE, minbarra supplimenti tal-ikel għat-trabi, għat-tfal iż-żgħar, għat-tfal u għall-adolexxenti li għandhom inqas minn 14-il sena

100 mg/jum


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/86


DEĊIŻJONI (UE) 2017/2080 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta' Settembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/9 dwar l-aċċess għal u l-użu ta' ċerta dejta TARGET2 (BĊE/2017/29)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-ewwel u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-ewwel u r-raba' inċiżi tal-Artiklu 3.1, u l-Artiklu 22 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Linja Gwida BĊE/2012/27 (1) tistabbilixxi sistema trans-Ewropea ta' trasferiment awtomatizzat ta' ħlas gross f'ħin reali (Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system — TARGET2).

(2)

TARGET2 tiffunzjona abbażi ta' pjattaforma teknika waħda msejħa l-Pjattaforma Komuni Unika (SSP), imħaddma mid-Deutsche Bundesbank, mill-Banque de France u mill-Banca d'Italia. Hija legalment strutturata bħala multipliċità ta' sistemi ta' ħlas gross f'ħin reali, li kull waħda minnhom hija komponent tat-TARGET2 imħaddma minn bank ċentrali tal-Eurosistema (BĊ). Il-Linja ta' Gwida BĊE/2012/27 tarmonizza r-regoli għall-komponenti tat-TARGET2 sa fejn hu l-aktar possibbli.

(3)

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta d-Deċiżjoni BĊE/2010/9 (2).

(4)

Dejta ta' TARGET2 fil-livell tat-tranżazzjonijiet hija meħtieġa sabiex isiru analiżijiet relatati mas-sorveljanza makroprudenzjali, l-istabbiltà finanzjarja, l-integrazzjoni finanzjarja, l-operazzjonijiet tas-suq, il-funzjonijiet tal-politika monetarja u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku. Id-dejta hija meħtieġa wkoll għall-kondiviżjoni tar-riżultati aggregati ta' dawn l-analiżijiet. Għaldaqstant jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni BĊE/2010/9 jiġi estiż sabiex jippermetti aċċess għad-dejta għal dawn l-iskopijiet.

(5)

Il-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq (MIB) huwa responsabbli għal attivitajiet operazzjonali fil-qasam tal-infrastrutturi tas-suq tal-Eurosistema. L-MIB huwa inkarigat ukoll minn inizjattivi u proġetti ġodda relatati mal-infrastruttura tas-suq, inkluża l-ġestjoni operazzjonali u funzjonali kemm ta' TARGET2 kif ukoll ta' TARGET2-Securities, skont il-mandat mogħti mill-Kunsill Governattiv. Il-Kumitat għall-Infrastruttura u l-Ħlasijiet tas-Suq (MIPC) huwa responsabbli biex jikkoordina s-superviżjoni tas-sistemi tal-ħlas inkluż il-koordinazzjoni tas-superviżjoni tat-TARGET2. Fir-rigward tat-TARGET2-Securities (T2S) u TARGET2, l-MIPC jikkontribwixxi wkoll għal kompiti assenjati għal-Livell 1 tal-governanza f'konformità mal-Linja ta' Gwida BĊE/2012/27. L-MIB u l-MIPC jassumu l-kompiti mogħtija lill-Kumitat tas-Sistemi ta' Ħlas u ta' Saldu taħt id-Deċiżjoni BĊE/2010/9,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/9 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Il-BĊi għandhom jaċċessaw dejta fil-livell tat-transazzjoni misluta minn TARGET2 mingħand il-parteċipanti kollha tal-komponenti kollha ta' TARGET2 għall-finijiet li tiżgura l-funzjonament effiċjenti ta' TARGET2 u s-sorveljanza tagħha. Il-BĊi jistgħu jaċċessaw ukoll id-dejta sabiex iwettqu l-analiżijiet meħtieġa għas-superviżjoni makroprudenzjali, l-istabbiltà finanzjarja, l-integrazzjoni finanzjarja, l-operazzjonijiet tas-suq, il-funzjonijiet tal-politika monetarja u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, skont il-prinċipju ta' separazzjoni.

2.   L-aċċess għad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 u l-użu tagħha għal analiżijiet kwantitattivi u simulazzjonijiet numeriċi għandhom ikunu limitati għal li ġej:

(a)

sabiex jiġu żgurati l-funzjonament u s-sorveljanza effiċjenti ta' TARGET2, membru tal-persunal wieħed u sa tliet supplenti separatament kemm għat-tħaddim kif ukoll għas-sorveljanza ta' TARGET2. Il-membri tal-istaff u s-supplenti tagħhom għandhom ikunu membri tal-persunal li jieħdu ħsieb it-tħaddim ta' TARGET2 u s-sorveljanza tal-infrastruttura tas-suq.

(b)

għal kull analiżi oħra, grupp ta' 15-il membru tal-persunal li jmexxu r-riċerka, ikkoordinati mill-kapijiet tar-riċerka tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali.

3.   Il-BĊi jistgħu jaħtru lill-membri tal-istaff u lis-sostituti tagħhom. Il-ħatra ta' membri tal-persunal, inklużi l-kapijiet tar-riċerka, li jitħallew jaċċess dejta ta' TARGET2 skont il-paragrafu 2, għandha tkun soġġetta għal approvazzjoni mill-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq (MIB). Il-ħatra ta' membri tal-persunal mis-superviżjoni, li huma permessi li jkollhom aċċess għad-dejta tat-TARGET2 skont il-paragrafu 2, għandha tkun soġġetta għal approvazzjoni mill-Kumitat tal-Infrastruttura tas-Suq u Ħlasijiet (MIPC). L-istess proċeduri għandhom japplikaw għas-sostituzzjoni tagħhom.

4.   L-MIB għandu jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-garanzija tal-kunfidenzjalità tad-dejta fil-livell ta' transazzjoni. Il-BĊi għandhom jiżguraw konformità ma' dawn ir-regoli mil-membri tal-persunal tagħhom skont il-paragrafi 2 u 3. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe regola oħra dwar il-kondotta professjonali jew il-kunfidenzjalità mill-BĊi, fil-każ ta' non-konformità mar-regoli speċifiċi stabbiliti mill-MIB, il-BĊi għandhom iżommu lil kwalunkwe membru tal-persunal innominat tagħhom milli jkollu aċċess għal u użu tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1. L-MIB għandu jimmonitorja l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu.

5.   Il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi wkoll li jagħti aċċess lil utenti oħrajn fuq il-bażi ta' regoli preċiżi u ddefiniti minn qabel. F'dawk il-każijiet, l-MIB għandu jimmonitorja l-użu tagħhom tad-dejta u, b'mod partikolari, il-konformità tagħhom mar-regoli tal-kunfidenzjalità, kemm kif stabbiliti mill-MIB u kif stabbilit fl-Artikolu 38 tal-Anness II tal-Linja Gwida BĊE/2012/27 (*1);

(*1)  Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).”."

2.

L-Artikolu 2(1) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“1.   Is-Simulatur TARGET2 għandu jiġi stabbilit għat-twettiq tal-analiżi kwantitattiva u s-simulazzjonijiet numeriċi msemmijin fl-Artikolu 1(1)”.

3.

L-Artikolu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   L-MIB għandu jistabbilixxi programmi ta' ħidma operazzjonali u ta' sorveljanza fuq medda ta' żmien medju u l-MIPC għandu jistabbilixxi programm ta' xogħol ta' sorveljanza li għandhom jitwettqu mill-membri tal-persunal innominati skont l-Artikolu 1(2) u (3), bl-użu ta' dejta fuq livell ta' transazzjoni.

2.   L-MIB jista' jiddeċiedi li jippubblika informazzjoni misluta mill-użu ta' dejta f'livell ta' transazzjoni, sakemm ma jkunx possibbli li jiġu identifikati l-parteċipanti jew il-klijenti tal-parteċipanti.

3.   L-MIB għandu jaġixxi b'maġġoranza sempliċi. Id-deċiżjonijiet tiegħu għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni mill-Kunsill Governattiv.

4.   L-MIB għandu jinforma regolarment lill-Kunsill Governattiv bil-kwistjonijiet kollha marbutin mal-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.”;

4.

L-Artikolu 4 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38(3) tal-Anness II tal-Linja Gwida BĊE/2012/27, l-MIB għandu jikkoordina l-iżvelar u l-pubblikazzjoni minn BĊi ta' informazzjoni dwar il-ħlas fir-rigward ta' parteċipant jew klijenti ta' parteċipant imsemmija f'dak l-Artikolu.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta' Settembru 2017.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).

(2)  Deċiżjoni BĊE/2010/9 tad-29 ta' Lulju 2010 dwar l-aċċess għal u l-użu ta' ċerta dejta TARGET2 (ĠU L 211, 12.8.2010, p. 45).


14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/89


DEĊIŻJONI (UE) 2017/2081 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta' Ottubru 2017

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ta' TARGET2-BĊE (BĊE/2017/30)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-ewwel u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Settembru 2017, il-Kunsill Governattiv emenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 (1) sabiex: (a) tirrifletti fil-qafas legali ta' TARGET2 id-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tad-9 ta' Ġunju 2016 li tarmonizza r-remunerazzjoni tal-fondi ta' garanzija ta' infrastrutturi tas-suq finanzjarju miżmuma mal-Eurosistema, (b) tirrifletti li, mat-tlestija tal-pjan ta' migrazzjoni lejn TARGET2-Securities (T2S) f'Settembru 2017, il-mudell integrat użat fil-proċeduri ta' saldu għal sistemi anċillari mhux ser ikomplu jiġu offruti, (c) tiddaħħal proċedura ġdida ta' ħlas għas-sistema anċillari li tappoġġa l-emerġenza ta' soluzzjoni pan-Ewropea għal ħlasijiet instantanji (proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali), u (d) jiġu ċċarati ċerti aspetti tal-Linja Gwida BĊE/2012/27).

(2)

Sabiex jiġu riflessi l-emendi li saru għal-Linja Gwida BĊE/2012/27 fir-rigward tat-termini u l-kundizzjonijiet ta' TARGET2-BĊE, fejn meħtieġ, u biex jiġu ċċarati xi punti oħrajn fit-termini u l-kundizzjonijiet, id-Deċiżjoni BĊE/2007/7 (2) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

1.   Qiegħed jiżdied l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

Remunerazzjoni ta' Fondi ta' Garanzija

1.   ‘Fondi ta' Garanzija’ tfisser fondi pprovduti minn parteċipanti ta' sistema anċillari, li għandhom jintużaw fil-każ ta' nuqqas, għal kwalunkwe raġuni, ta' parteċipant wieħed jew aktar milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' ħlas fis-sistema anċillari.

2.   Il-Fondi ta' Garanzija għandhom jiġu rremunerati bir-rata tal-faċilità tad-depożitu.”;

2.   L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 huma emendati skont l-Anness ta' din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Ottubru 2017.

Għandha tapplika mit-13 ta' Novembru 2017.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 10 ta' Ottubru 2017.

Għall-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).

(2)  Deċiżjoni (UE) 2007/7 tal-24 ta' Lulju 2007 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ta' TARGET2-BĊE (ĠU L 237, 8.9.2007, p. 71).


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 huma emendati kif gej:

1.

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 1, id-definizzjoni ta' ‘ancillary system’ tinbidel b'dan li ġej:

‘‘ancillary system’ means a system managed by an entity established in the European Economic Area (EEA) that is subject to supervision and/or oversight by a competent authority and complies with the oversight requirements for the location of infrastructures offering services in euro, as amended from time to time and published on the ECB's website (*1), in which payments and/or financial instruments are exchanged and/or cleared or recorded with (a) the monetary obligations settled in TARGET2 and/or (b) funds held in TARGET2, in accordance with Guideline ECB/2012/27 (*2) and a bilateral arrangement between the ancillary system and the relevant Eurosystem CB;

(b)

L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

‘6.   If a PM account holder is suspended from TARGET2-ECB on grounds other than those specified in paragraph (1)(a), all of its incoming payments and outgoing payment orders shall be stored and only entered into the entry disposition after they have been explicitly accepted by the suspended PM account holder's CB.’;

(ii)

il-paragrafu 7 li ġej huwa miżjud:

‘7.   If a PM account holder is suspended from TARGET2-ECB on the grounds specified in paragraph (1)(a), any outgoing payment orders from that PM account holder shall only be processed on the instructions of its representatives, including those appointed by a competent authority or a court, such as the PM account holder's insolvency administrator, or pursuant to an enforceable decision of a competent authority or a court providing instructions as to how the payments are to be processed. All incoming payments shall be processed in accordance with paragraph 6.’;

(c)

L-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

‘2.   By derogation from paragraph 1, the participant agrees that the ECB may disclose payment, technical or organisational information regarding the participant, participants from the same group or the participant's customers obtained in the course of the operation of TARGET2-ECB to: (a) other CBs or third parties that are involved in the operation of TARGET2-ECB, to the extent that this is necessary for the efficient functioning of TARGET2 or the monitoring of the participant's or its group's exposure; (b) other CBs in order to carry out the analyses necessary for market operations, monetary policy functions, financial stability or financial integration; or (c) supervisory and oversight authorities of Member States and the Union, including CBs, to the extent that this is necessary for the performance of their public tasks, and provided in all such cases that the disclosure is not in conflict with the applicable law. The ECB shall not be liable for the financial and commercial consequences of such disclosure.’;

(ii)

il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

‘3.   By derogation from paragraph 1 and provided that this does not make it possible, whether directly or indirectly, to identify the participant or the participant's customers, the ECB may use, disclose or publish payment information regarding the participant or the participant's customers for statistical, historical, scientific or other purposes in the exercise of its public functions or of functions of other public entities to which the information is disclosed.’;

(d)

fl-Appendiċi I, il-paragrafu 8(8)(c) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

‘(c)

from the PM account to the technical account managed by the ancillary system using settlement procedure 6 real-time; and’;

(e)

L-Appendiċi IV hija emendata kif gej:

(i)

il-Paragrafu 6(a) huwa mibdul b'li ġej:

‘(a)

If it deems it necessary to do so, the ECB shall initiate the contingency processing of payment orders using the Contingency Module of the SSP or other means. In such cases, only a minimum service level shall be provided to participants. The ECB shall inform its participants of the start of contingency processing by means of any available means of communication.’;

(ii)

il-paragrafu 8(b) jinbidel b'li gej:

‘(b)

In the event of a failure of the ECB, some or all of its technical functions in relation to TARGET2-ECB may be performed by other Eurosystem CBs or the SSP.’;

(f)

fl-Appendiċi I, it-tabella fil-paragrafu 3 hija mibdula b'li ġej:

‘Time

Description

6.45-7.00

Business window to prepare daytime operations (*3)

7.00-18.00

Daytime processing

17.00

Cut-off time for customer payments (i.e. payments where the originator and/or the beneficiary of a payment is not a direct or indirect participant as identified in the system by the use of an MT 103 or MT 103 + message)

18.00

Cut-off time for interbank payments (i.e. payments other than customer payments)

18.00-18.45 (*4)

End-of-day processing

18.15 (*4)

General cut-off time for the use of standing facilities

(Shortly after) 18.30 (*5)

Data for the update of accounting systems are available to CBs

18.45-19.30 (*5)

Start-of-day processing (new business day)

19.00 (*5)-19.30 (*4)

Provision of liquidity on the PM account

19.30 (*5)

‘Start-of-procedure’ message and settlement of the standing orders to transfer liquidity from the PM accounts to the sub-accounts/technical account (ancillary system-related settlement)

19.30 (*5)-22.00

Execution of additional liquidity transfers via the ICM for settlement procedure 6 real-time; execution of additional liquidity transfers via the ICM before the ancillary system sends the ‘start-of-cycle’ messages for settlement procedure 6 interfaced; settlement period of night-time ancillary system operations (only for ancillary system settlement procedure 6 real-time and settlement procedure 6 interfaced)

22.00-1.00

Technical maintenance period

1.00-7.00

Settlement procedure of night-time ancillary system operations (only for ancillary system settlement procedure 6 real-time and settlement procedure 6 interfaced)

(g)

L-Appendiċi VI huwa ssostitwit b'dan li ġej:

Appendix VI

FEE SCHEDULE AND INVOICING

Fees for direct participants

1.

The monthly fee for the processing of payment orders in TARGET2-ECB for direct participants, depending on which option the direct participant has chosen, shall be either:

(a)

EUR 150 per PM account plus a flat fee per transaction (debit entry) of EUR 0,80; or

(b)

EUR 1 875 per PM account plus a fee per transaction (debit entry) determined as follows, based on the volume of transactions (number of processed items) per month:

Band

From

To

Price (EUR)

1

1

10 000

0,60

2

10 001

25 000

0,50

3

25 001

50 000

0,40

4

50 001

100 000

0,20

5

Above 100 000

0,125

Liquidity transfers between a participant's PM account and its sub-accounts shall not be subject to a charge.

PM to DCA liquidity transfer orders sent from a participant's PM account and DCA to PM liquidity transfer orders received on a participant's PM account shall be charged according to pricing options (a) or (b) as chosen for that PM account.

2.

There shall be an additional monthly fee for direct participants who do not wish the BIC of their account to be published in the TARGET2 directory of EUR 30 per account.

3.

The monthly fee for direct participants subscribing to the TARGET2 value-added services for T2S shall be EUR 50 for those participants that have opted for option (a) in paragraph 1, and EUR 625 for those participants that have opted for option (b) in paragraph 1.

Fees for Main PM account holders

4.

In addition to the fees set out in paragraphs 1 to 3 of this Appendix, a monthly fee of EUR 250 for each linked DCA shall be charged to Main PM account holders.

5.

The Main PM account holders shall be charged the following fees for T2S services connected with the linked DCA(s). These items shall be billed separately.

Tariff items

Price (eurocent)

Explanation

Settlement services

DCA to DCA liquidity transfer orders

9

per transfer

Intra-balance movement (i.e. blocking, unblocking, reservation of liquidity etc.)

6

per transaction

Information services

A2A reports

0,4

Per business item in any A2A report generated

A2A queries

0,7

Per queried business item in any A2A query generated

U2A queries

10

Per executed search function

Messages bundled into a file

0,4

Per message in a file

Transmissions

1,2

Per transmission

Invoicing

6.

In the case of direct participants, the following invoicing rules apply. The direct participant shall receive the relevant invoices for the previous month specifying the fees to be paid, no later than on the ninth business day of the following month. Payment shall be made at the latest on the 14th working day of that month to the account specified by the ECB and shall be debited from that participant's PM account.

Fee schedule and invoicing for ancillary systems

7.

An ancillary system using the ASI or the Participant Interface, irrespective of the number of any accounts it may hold with the ASCB and/or the SCB, shall be subject to a fee schedule consisting of the following elements:

(a)

A fixed monthly fee of EUR 1 000 to be charged to each ancillary system (Fixed Fee I).

(b)

A second monthly fixed fee of between EUR 417 and EUR 8 334, in proportion to the underlying gross value of the ancillary system's euro cash settlement transactions (Fixed Fee II).

Band

From (EUR million/day)

To (EUR million/day)

Annual fee (EUR)

Monthly fee (EUR)

1

0

below 1 000

5 000

417

2

1 000

below 2 500

10 000

833

3

2 500

below 5 000

20 000

1 667

4

5 000

below 10 000

30 000

2 500

5

10 000

below 50 000

40 000

3 333

6

50 000

below 500 000

50 000

4 167

7

500 000 and above

100 000

8 334

The gross value of the ancillary system's euro cash settlement transactions shall be calculated by the ASCB once a year on the basis of such gross value during the previous year and the calculated gross value shall be applied for calculating the fee from 1 January of each calendar year. The gross value shall exclude transactions settled on DCAs.

(c)

A transaction fee calculated on the same basis as the schedule established for PM account holders, in line with paragraph 1. The ancillary system may choose one of the two options: either to pay a flat EUR 0,80 fee per payment instruction (Option A) or to pay a fee calculated on a degressive basis (Option B), subject to the following modifications:

(i)

for Option B, the limits of the bands relating to volume of payment instructions are divided by two; and

(ii)

a monthly fixed fee of EUR 150 (under Option A) or EUR 1 875 (under Option B) shall be charged in addition to Fixed Fee I and Fixed Fee II.

(d)

In addition to the fees set out in points (a) to (c), an ancillary system using the ASI or the Participant Interface shall also be subject to the following fees:

(i)

If the ancillary system makes use of the TARGET2 value-added services for T2S, the monthly fee for the use of the value added services shall be EUR 50 for those systems that have chosen option A and EUR 625 for those systems that have chosen option B. This fee shall be charged for each account held by the ancillary system that uses the services;

(ii)

If the ancillary system holds a Main PM account linked to one or more DCAs, the monthly fee shall be EUR 250 for each linked DCA; and

(iii)

The ancillary system as Main PM account holder shall be charged the following fees for T2S services connected with the linked DCA(s). These items shall be billed separately:

Tariff items

Price (eurocent)

Explanation

Settlement services

DCA to DCA liquidity transfer orders

9

per transfer

Intra-balance movement (i.e. blocking, unblocking, reservation of liquidity etc.)

6

per transaction

Information services

A2A reports

0,4

Per business item in any A2A report generated

A2A queries

0,7

Per queried business item in any A2A query generated

U2A queries

10

Per executed search function

U2A queries downloaded

0,7

Per queried business item in any U2A query generated and downloaded

Messages bundled into a file

0,4

Per message in a file

Transmissions

1,2

Per transmission

8.

Any fee payable in relation to a payment instruction submitted or payment received by an ancillary system, via either the Participant Interface or the ASI, shall be exclusively charged to this ancillary system. The Governing Council may establish more detailed rules for the determination of billable transactions settled via the ASI.

9.

Each ancillary system shall receive an invoice from its ASCB for the previous month based on the fees referred to in subparagraph 1, no later than the ninth business day of the following month. Payments shall be made no later than the 14th business day of this month to the account specified by the ASCB or shall be debited from an account specified by the ancillary system.

10.

For the purposes of paragraphs 7 to 9, each ancillary system that has been designated under Directive 98/26/EC shall be treated separately, even if two or more of them are operated by the same legal entity. The same rule shall apply to the ancillary systems that have not been designated under Directive 98/26/EC, in which case the ancillary systems shall be identified by reference to the following criteria: (a) a formal arrangement, based on a contractual or legislative instrument, e.g. an agreement among the participants and the system operator; (b) with multiple membership; (c) with common rules and standardised arrangements; and (d) for the clearing, netting and/or settlement of payments and/or securities between the participants.

’;

2.

L-Anness II huwa emendat kif gej:

(a)

L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

‘6.   If a DCA holder is suspended from TARGET2-ECB on grounds other than those specified in paragraph (1)(a), all its incoming and outgoing payment orders shall only be presented for settlement after they have been explicitly accepted by the suspended DCA holder's CB.’;

(ii)

il-paragrafu 7 li ġej huwa miżjud:

‘7.   If a DCA holder is suspended from TARGET2-ECB on the grounds specified in paragraph (1)(a), any outgoing payment orders from that DCA holder shall only be processed on the instructions of its representatives, including those appointed by a competent authority or a court, such as the DCA holder's insolvency administrator, or pursuant to an enforceable decision of a competent authority or a court providing instructions as to how the payments are to be processed. All incoming payments shall be processed in accordance with paragraph (6).’;

(b)

L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

‘2.   By derogation from paragraph 1, the DCA holder agrees that the ECB may disclose payment order, technical or organisational information regarding the DCA holder, other DCAs held by DCA holders of the same group, or the DCA holder's customers obtained in the course of the operation of TARGET2-ECB to: (a) other CBs or third parties that are involved in the operation of TARGET2-ECB, to the extent that this is necessary for the efficient functioning of TARGET2, or the monitoring of the DCA holder's or its group's exposure; (b) other CBs in order to carry out the analyses necessary for market operations, monetary policy functions, financial stability or financial integration; or (c) supervisory and oversight authorities of Member States and the Union, including CBs, to the extent that this is necessary for the performance of their public tasks, and provided in all such cases that the disclosure is not in conflict with the applicable law. The ECB shall not be liable for the financial and commercial consequences of such disclosure.’;

(ii)

il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

‘3.   By derogation from paragraph 1 and provided that this does not make it possible, whether directly or indirectly, to identify the DCA holder or the DCA holder's customers, the ECB may use, disclose or publish payment information regarding the DCA holder or the DCA holder's customers for statistical, historical, scientific or other purposes in the exercise of its public functions or of functions of other public entities to which the information is disclosed.’.


(*1)  The Eurosystem's current policy for the location of infrastructure is set out in the following statements, which are available on the ECB's website at www.ecb.europa.eu: (a) the policy statement on euro payment and settlement systems located outside the euro area of 3 November 1998; (b) the Eurosystem's policy line with regard to consolidation in central counterparty clearing of 27 September 2001; (c) the Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling in euro-denominated payment transactions of 19 July 2007; (d) the Eurosystem policy principles on the location and operation of infrastructures settling euro-denominated payment transactions: specification of ‘legally and operationally located in the euro area’ of 20 November 2008; (e) the Eurosystem oversight policy framework of July 2011, subject to the judgment of 4 March 2015United Kingdom v European Central Bank, T-496/11, ECLI:EU:T:2015:496.

(*2)  Guideline ECB/2012/27 of 5 December 2012 on a Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET2) (OJ L 30, 30.1.2013, p. 1).’;

(*3)  ‘Daytime operations’ means daytime processing and end-of-day processing.

(*4)  Ends 15 minutes later on the last day of the Eurosystem reserve maintenance period.

(*5)  Starts 15 minutes later on the last day of the Eurosystem reserve maintenance period.’;


LINJI GWIDA

14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/97


LINJA GWIDA (UE) 2017/2082 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta' Settembru 2017

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (BĊE/2017/28)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Ġunju 2016 il-Kunsill Governattiv approva l-armonizzazzjoni tar-rimunerazzjoni tal-fondi ta' garanzija tal-infrastrutturi tas-suq finanzjarju miżmuma mal-Eurosistema,

(2)

Mat-tlestija tal-pjan ta' migrazzjoni tat-TARGET2-Securities (T2S) f'Settembru 2017, il-mudell integrat użat fil-proċeduri ta' saldu rilevanti għal sistemi anċillari mhux se jibqa' jiġi offrut,

(3)

Sabiex tappoġġa l-ħolqien ta' soluzzjoni pan-Ewropea għal ħlasijiet instantanji, it-TARGET2 hija msaħħa bI proċedura ta' saldu ta' sistema anċillari ġdida (proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali),

(4)

Huwa meħtieġ li jiġu kkjarifikati ċerti aspetti tal-Linja Gwida BĊE/2012/27 (1),

(5)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2012/27 għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida BĊE/2012/27 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (31) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(31)

‘sistema anċillari’ tfisser sistema ġestita minn entità stabbilita fiż-ŻEE li hija suġġetta għal superviżjoni u/jew sorveljanza minn awtorità kompetenti u tikkonforma mar-rekwiżiti ta' sorveljanza għal-lokazzjoni ta' infrastrutturi li joffru servizzi f'euro, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE (*1), li fiha jiġu skambjati u/jew ikklerjati ħlasijiet u/jew strumenti finanzjarji jew irrekordjati(a) bl-obbligi monetarji ssaldati fit-TARGET2 u/jew (b) fondi miżmuma fit-TARGET2 b'konformità ma' din il-Linja Gwida u ma' ftehim bilaterali bejn is-sistema anċillari u l-BĊ relevanti tal-Eurosistema;

(b)

Il-punt (74) li ġej huwa miżjud:

“(74)

‘Fondi ta' Garanzija’ tfisser fondi pprovduti minn parteċipanti f'sistema anċillari, li għandhom jintużaw fil-każ ta' nuqqas, għal kwalunkwe raġuni, min-naħa ta' parteċipant wieħed jew aktar li jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' pagament fis-sistema anċillari.”;

2.

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titolu huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Remunerazzjoni ta' Fondi ta' Garanzija”;

(b)

il-paragrafu 1 huwa mħassar;

(c)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-Fondi ta' Garanzija għandhom jiġu rremunerati bir-rata tal-faċilità tad-depożitu.”;

3.

L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a.   BĊ tal-Eurosistema li jkun issospenda l-parteċipazzjoni ta' parteċipant fis-sistema komponent tat-TARGET2 tiegħu skont il-paragrafu 1(a) għandu jipproċessa biss pagamenti minn dak il-parteċipant skont l-istruzzjonijiet tar-rappreżentanti tiegħu, inklużi dawk maħtura minn awtorità kompetenti jew qorti, bħall-amministratur tal-insolvenza tal-parteċipant, jew bis-saħħa tad-deċiżjoni infurzabbli ta' awtorità kompetenti jew qorti li tipprovdi struzzjonijiet dwar kif il-pagamenti għandhom jiġu pproċessati.”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“4.   L-obbligi tal-BĊ tal-Eurosistema stipulati fil-paragrafi 1 sa 3a għandhom japplikaw ukoll f'każ ta' sospensjoni jew terminazzjoni tal-użu tal-ASI minn sistemi anċillari.”;

4.

L-Annessi II, IIa u V huma emendati skont l-Anness I ta' din il-Linja Gwida;

5.

L-Anness IV huwa mibdul bl-Anness II ta' din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mit-13 ta' Novembru 2017. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-20 ta' Ottubru 2017.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta' Settembru 2017.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).

(*1)  Il-politika attwali tal-Eurosistema għal fejn jinsabu infrastrutturi hija stabbilita fid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma kollha ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu: (a) id-dikjarazzjoni tal-politika dwar sistemi ta' ħlas u saldu tal-euro li jinsabu barra ż-żona tal-euro tat-3 ta' Novembru 1998; (b) il-linja tal-politika tal-Eurosistema fir-rigward tal-konsolidazzjoni fl-ikklerjar tal-kontropartijiet ċentrali tas-27 ta' Settembru 2001; (c) il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar fejn jinsabu u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro tad-19 ta' Lulju 2007; (d) il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar il-post u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro: speċifikazzjoni ta' ‘sitwati legalment u operazzjonalment fiż-żona tal-euro’ tal-20 ta' Novembru 2008; (e) Il-politika tal-qafas ta' sorveljanza tal-Eurosistema ta' Lulju 2011, bla ħsara għas-sentenza tal-4 ta' Marzu 2015, Ir-Renju Unit vs Il-Bank Ċentrali Ewropew, T-496/11, ECLI:EU:T:2015:496.”;


ANNESS I

L-Annessi II, IIa u V tal-Linja Gwida BĊE/2012/27 huma emendati kif gej:

1.

L-Anness II huwa emendat kif gej:

(a)

fl-Artikolu 1, id-definizzjoni ta' “sistema anċillari” hija ssostitwita b'dan li ġej:

“‘sistema anċillari’ tfisser sistema ġestita minn entità stabbilita fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) li hija soġġetta għal superviżjoni u/jew sorveljanza minn awtorità kompetenti u tikkonforma mar-rekwiżiti ta' sorveljanza għal-lokazzjoni ta' infrastrutturi li joffru servizzi f'euro, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE (*1), li fiha ħlasijiet u/jew strumenti finanzjarji jiġu skambjati u/jew ikklerjati jew irrekordjati (a) bl-obbligi monetarji ssaldati fit-TARGET2 u/jew (b) fondi miżmuma fit-TARGET2, b'konformità mal-Linja Gwida BĊE/2012/27 (*2) u ma' ftehim bilaterali bejn is-sistema anċillari u l-BĊ relevanti tal-Eurosistema;

(b)

L-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“6.   Jekk detentur ta' kont PM jiġi sospiż mit-TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], għal raġunijiet li mhumiex dawk speċifikati fil-paragrafu 1(a), il-ħlasijiet kollha li jidħlulu u l-ordnijiet għall-ħlas kollha li joħorġu minnu għandhom jinħażnu u jiddaħħlu fl-entry disposition wara li jkunu ġew aċċettati espliċitament mill-BĊ tad-detentur ta' kont PM sospiż biss.”;

(ii)

il-paragrafu 7 li ġej huwa miżjud:

“7.   Jekk detentur ta' kont PM huwa sospiż mit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-pajjiż/BĊ] għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1(a), kull ordni ta' ħlas li toħroġ minn dak id-detentur ta' kont tal-PM għandha tkun ipproċessata biss fuq l-istruzzjonijiet tar-rappreżentanti tiegħu, inklużi dawk maħtura minn awtorità kompetenti jew qorti, bħall-amministratur tal-insolvenza tad-detentur ta' kont PM, jew bis-saħħa ta' deċiżjoni infurzabbli ta' awtorità kompetenti jew qorti li tipprovdi struzzjonijiet dwar kif il-pagamenti għandhom jiġu pproċessati. Il-ħlasijiet kollha li deħlin għandhom jiġu identifikati skont il-paragrafu 6.”;

(c)

L-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, il-parteċipant jaqbel li l-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' jiżvela informazzjoni ta' ħlas, teknika jew organizzattiva rigward il-parteċipant, parteċipanti mill-istess grupp jew klijenti tal-parteċipant miksuba waqt l-operat tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] (a) BĊi oħra jew partijiet terzi li huma involuti fit-tħaddim tat-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], sakemm dan ikun meħtieġ għat-tħaddim effiċjenti tat-TARGET2 jew il-monitoraġġ ta' jew l-espożizzjoni tal-grupp tagħha; (b) BĊi oħra sabiex iwettqu l-analiżi meħtieġa għall-operazzjonijiet tas-suq, il-funzjonijiet tal-politika monetarja, l-istabbiltà finanzjarja jew l-integrazzjoni finanzjarja; jew (c) awtoritajiet superviżorji u ta' sorveljanza tal-Istati Membri u l-Unjoni, inklużi l-BĊi, sakemm dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom, u sakemm l-iżvelar ma jkunx f'kunflitt mal-liġi applikabbli f'dawn il-każijiet kollha. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] m'għandux ikun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji u kummerċjali ta' dan l-iżvelar.”;

(ii)

il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 u sakemm dan ma jagħmilhiex possibbli, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, li jiġu identifikati l-parteċipant jew il-klijenti tal-parteċipant, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' juża, jiżvela jew jippubblika informazzjoni dwar ħlas li jirrigwarda lill-parteċipant jew lill-klijenti tal-parteċipant għal finijiet statistiċi, storiċi, xjentifiċi jew oħrajn fl-eżerċitar tal-funzjonijiet pubbliċi tagħhom jew ta' funzjonijiet ta' entitajiet pubbliċi oħra li lilhom tiġi żvelata l-informazzjoni.”;

(d)

fl-Appendiċi I, il-paragrafu 8(8)(c) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(c)

mill-kont PM sal-kont tekniku ġestit mis-sistema anċillari bl-użu tal-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali; u”;

(e)

L-Appendiċi IV huwa emendat kif gej:

(i)

il-paragrafu 6(a) huwa mibdul b'li ġej:

“(a)

Jekk jidhirlu li jkun meħtieġ li jsir hekk, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jibda l-ipproċessar ta' kontinġenza ta' ordnijiet ta' ħlas fil-Modulu ta' Kontinġenza tal-SSP jew mezzi oħra. F'dawn il-każijiet, il-parteċipanti għandhom jingħataw biss livell ta' servizz minimu. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma lill-parteċipanti tiegħu bil-bidu tal-ipproċessar ta' kontinġenza permess ta' kull mezz disponibbli ta' komunikazzjoni.”;

(ii)

il-paragrafu 8(b) jinbidel b'li gej:

“(b)

Fil-każ ta' ħsara ta' [daħħal l-isem tal-BĊ], il-funzjonijiet tekniċi kollha tiegħu, jew xi wħud minnhom, fir-rigward tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] jistgħu jitwettqu minn BĊi oħra tal-Eurosistema jew mill-SSP.”

(f)

fl-Appendiċi V, it-tabella fil-paragrafu 3 hija mibdula b'li ġej:

“Ħin:

Deskrizzjoni

6.45-7.00

Pawża ta' negozju għall-preparazzjoni tal-operazzjonijiet ta' bi nhar (*3)

7.00-18.00

L-ipproċessar ta' bi nhar

17.00

Il-cut-off time għal ħlasijiet tal-klijenti (jiġifieri ħlasijiet meta l-oriġinatur u/jew il-benefiċjarju ta' xi ħlas mhuwiex parteċipant dirett jew indirett kif identifikat fis-sistema bl-użu ta' messaġġ MT 103 or MT 103+

18.00

Il-cut-off time għal ħlasijiet ta' bejn il-banek (interbank payments) jiġifieri ħlasijiet oħra minbarra dawk tal-klijenti

18.00-18.45 (*4)

Proċessar ta' tmiem il-jum

18.15 (*4)

Il-cut-off time ġenerali għall-użu ta' faċilitajiet permanenti

(Ftit wara)

18.30 (*5)

Id-dejta għall-aġġornament tas-sistemi ta' kontabilità hija disponibbli għall-BĊi

18.45-19.30 (*5)

L-ipproċessar tal-bidu tal-jum (jum ġdid tan-negozju)

19.00 (*5)-19.30 (*4)

Għoti ta' likwidità fil-kont PM

19.30 (*5)

Messaġġ “tal-bidu tal-proċedura” u saldu tal-ordnijiet permanenti biex tiġi ttrasferita l-likwidità mill-kontijiet PM għas-subkont(ijiet)/kont mera (saldu relatat mas-sistema anċillari)

19.30 (*5)-22.00

Eżekuzzjoni ta' trasferimenti ta' likwidità addizzjonali permezz tal-ICM għall-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali; l-eżekuzzjoni ta' trasferimenti ta' likwidità addizzjonali permezz tal-ICM qabel ma s-sistema anċillari tibgħat il-messaġġi “bidu taċ-ċiklu” għall-proċedura ta' saldu 6 interfaced; perjodu ta' saldu ta' operazzjonijiet ta' sistemi anċillari ta' matul il-lejl (għall-proċedura ta' saldu ta' sistema anċillari ta' saldu 6 f'ħin reali u proċedura ta' saldu 6 interfaced biss)

22.00-1.00

Perijodu ta' manutenzjoni teknika

1.00-7.00

Proċedura ta' saldu ta' operazzjonijiet ta' sistema anċillari ta' matul il-lejl (għall-proċedura 6 ta' saldu ta' sistema anċillari f'ħin reali u proċedura ta' saldu 6 interfaced)

(g)

Fl-Appendiċi VI, il-paragrafu 14 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“14.

Fil-każ ta' parteċipanti diretti, japplikaw ir-regoli li ġejjin dwar il-ħruġ ta' fatturi. Il-parteċipant dirett (il-grupp AL jew maniġer ta' grupp CAI f'każ li jintużaw il-modi AL jew CAI) għandu jirċievi l-fatturi relevanti għax-xahar ta' qabel li jispeċifikaw it-tariffi li għandhom jitħallsu, sa mhux aktar tard mid-disa' jum tan-negozju tax-xahar ta' wara. Il-ħlas għandu jsir sa mhux aktar tard mill-14-il jum ta' xogħol lill-kont speċifikat minn [daħħal l-isem tal-BĊ] u għandu jiġi ddebitat mill-kont PM ta' dak il-parteċipant.”

2.

L-Anness IIa huwa emendat kif gej:

(a)

L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“6.   Jekk detentur ta' DCA jiġi sospiż mit-TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], għal raġunijiet li mhumiex dawk speċifikati fil-paragrafu 1(a), il-ħlasijiet kollha li jidħlulu u l-ordnijiet għall-ħlas kollha li joħorġu minnu għandhom jiġu ppreżentati għas-saldu biss wara li jkunu ġew aċċettati espliċitament mill-BĊ tad-detentur tad-DCA.”;

(ii)

il-paragrafu 7 li ġej huwa miżjud:

“7.   Jekk detentur tad-DCA jiġi sospiż mit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1(a), kull ordni ta' ħlas li toħroġ minn dak id-detentur tad-DCA għandha tkun ipproċessata biss fuq struzzjonijiet tar-rappreżentati tiegħu, inkluż dawk maħtura minn awtorità kompetenti jew qorti, bħall-amministratur tal-insolvenza tad-detentur tad-DCA, jew skont deċiżjoni infurzabbli ta' awtorità kompetenti jew qorti li tipprovdi struzzjonijiet dwar kif għandhom jiġu pproċessati l-ħlasijiet. Il-ħlasijiet kollha li deħlin għandhom jiġu identifikati skont il-paragrafu 6.”;

(b)

L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, id-detentur tad-DCA jaqbel li l-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' jiżvela ordni ta' ħlas, informazzjoni teknika jew organizzattiva rigward id-detentur tad-DCA, DCAs oħra miżmuma minn detenturi tad-DCA tal-istess grupp, jew il-klijenti tad-detentur tad-DCA miksuba fil-kors tat-tħaddim tat-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għal (a) BĊi oħra jew partijiet terzi li huma involuti fl-operat tat-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], sa fejn dan ikun meħtieġ għall-funzjonament effiċjenti tat-TARGET2, jew il-monitoraġġ tal-iskopertura tad-detentur tad-DCA jew tal-grupp tiegħu (b) BĊi oħra sabiex iwettqu l-analiżijiet meħtieġa għal operazzjonijiet tas-suq, funzjonijiet tal-politika monetarja, l-istabbiltà finanzjarja jew l-integrazzjoni finanzjarja jew (ċ) awtoritajiet superviżorji u ta' sorveljanza tal-Istati Membri u tal-Unjoni, inklużi l-BĊi, sal-punt li dan huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti pubbliċi tagħhom, u sakemm f'dawn il-każijiet kollha l-iżvelar ma jkunx f'kunflitt mal-liġi applikabbli. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] m'għandux ikun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji u kummerċjali ta' dan l-iżvelar.”;

(ii)

il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 u sakemm dan ma jagħmilhiex possibbli, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, li jiġu identifikati d-detentur DCA jew il-klijenti tad-detentur DCA, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' juża, jiżvela jew jippubblika informazzjoni dwar ħlas li jirrigwarda lill-parteċipant jew lill-klijenti tal-parteċipant għal finijiet statistiċi, storiċi, xjentifiċi jew oħrajn fl-eżerċitar tal-funzjonijiet pubbliċi tagħhom jew ta' funzjonijiet ta' entitajiet pubbliċi oħra li lilhom tiġi żvelata l-informazzjoni.”

3.

L-Anness V huwa emendat skont kif ġej:

(i)

fl-Appendiċi IA, il-paragrafu 8(8)(c) huwa mibdul b'dan li ġej:

“(c)

mill-kont PM sal-kont tekniku ġestit mis-sistema anċillari bl-użu tal-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali.”

(ii)

Fl-Appendiċi IIA, il-paragrafu 4 huwa mibdul b'dan li ġej:

“4.

Fil-każ ta' parteċipanti diretti, japplikaw ir-regoli li ġejjin dwar il-ħruġ ta' fatturi. Il-parteċipant dirett għandu jirċievi l-fatturi relevanti għax-xahar ta' qabel li jispeċifikaw it-tariffi li għandhom jitħallsu, sa mhux aktar tard mid-disa' jum tan-negozju tax-xahar ta' wara. Il-ħlas għandu jsir sa mhux aktar tard mill-14-il jum ta' xogħol lill-kont speċifikat minn [daħħal l-isem tal-BĊ] u għandu jiġi ddebitat mill-kont PM ta' dak il-parteċipant.”


(*1)  Il-politika attwali tal-Eurosistema għal fejn jinsabu infrastrutturi hija stabbilita fid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma kollha ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu: (a) id-dikjarazzjoni tal-Politika dwar sistemi ta' ħlas u saldu tal-euro li jinsabu barra ż-żona tal-euro tat-3 ta' Novembru 1998; (b) Il-linja tal-politika tal-Eurosistema fir-rigward tal-konsolidazzjoni fl-ikklerjar tal-kontropartijiet ċentrali tas-27 ta' Settembru 2001; (c) Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar fejn jinsabu u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro tad-19 ta' Lulju 2007; (d) Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar il-post u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro: speċifikazzjoni ta' ‘sitwati legalment u operazzjonalment fiż-żona tal-euro’ tal-20 ta' Novembru 2008; (e) Il-politika tal-qafas ta' sorveljanza tal-Eurosistema ta' Lulju 2011, bla ħsara għas-sentenza tal-4 ta' Marzu 2015, Ir-Renju Unit vs Il-Bank Ċentrali Ewropew, T-496/11, ECLI:EU:T:2015:496.;

(*2)  Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).”;

(*3)  ‘Operazzjonijiet ta' bi nhar’ tfisser l-ipproċessar ta' bi nhar u l-ipproċessar ta' tmiem il-jum.

(*4)  Tispiċċa 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta' manutenzjoni ta' riżerva tal-Eurosistema.

(*5)  Jibda 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta' manutenzjoni ta' riżerva tal-Eurosistema.”


ANNESS II

L-Anness IV għal-Linja Gwida BĊE/2012/27 huwa sostitwit minn dan li ġej:

ANNESS IV

PROĊEDURI TA' SALDU GĦAL SISTEMI ANĊILLARI

1.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan l-Anness u b'riferenza għad-definizzjonijiet fl-Artikolu 2:

(1)

“struzzjoni ta' kreditu” tfisser struzzjoni ta' ħlas mogħtija minn AS u indirizzata lil ASCB biex jiġi ddebitat wieħed mill-kontijiet miżmuma u/jew immaniġġjati mill-AS fil-PM, u biex jiġi kkreditat kont PM jew subkont ta' bank tas-saldu bl-ammont speċifikat fih,

(2)

“struzzjoni ta' debitu” tfisser struzzjoni ta' ħlas indirizzata lil SCB u mibgħuta minn AS biex jiġi ddebitat kont PM jew subkont ta' bank tas-saldu bl-ammont speċifikat, fuq il-bażi ta' mandat ta' debitu, u biex jiġi kkreditat jew wieħed mill-kontijiet tal-sistema anċillari fil-PM, jew kont PM jew subkont ieħor tal-bank tas-saldu,

(3)

“struzzjoni ta' ħlas” jew “struzzjoni ta' ħlas sistema anċillari” tfisser struzzjoni ta' kreditu jew struzzjoni ta' debitu,

(4)

“bank ċentrali tas-sistema anċillari (ASCB)” tfisser BĊ tal-Eurosistema li miegħu s-sistema anċillari rilevanti għandha arranġament bilaterali għas-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas fil-PM,

(5)

“bank ċentrali tas-saldu (SBC)” tfisser BĊ tal-Eurosistema li jkollu kont PM ta' bank tas-saldu,

(6)

“bank tas-saldu” tfisser parteċipant li l-kont PM jew subkont tiegħu jintuża għas-saldu ta' struzzjonijiet ta' pagament tas-sistema anċillari,

(7)

“Modulu ta' Informazzjoni u Kontroll (ICM)” tfisser il-modulu SSP li jħalli lil detenturi ta' kont PM jiksbu informazzjoni on-line u li jagħtihom il-possibbiltà li jibagħtu ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità, jiġġestixxu l-likwidità u jagħtu bidu għal ordnijiet ta' ħlas f'sitwazzjonijiet ta' kontinġenza;

(8)

“messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM” tfisser informazzjoni li ssir disponibbli fl-istess ħin lid-detenturi tal-kontijiet PM kollha jew grupp magħżul minnhom, permezz tal-ICM,

(9)

“mandat ta' debitu” tfisser awtorizzazzjoni minn bank tas-saldu fil-forma pprovduta mill-BĊi tal-Eurosistema fil-formoli tad-dejta statika indirizzati kemm lis-sistema anċillari kif ukoll lill-SCB tiegħu, li tintitola lis-sistema anċillari tibgħat struzzjonijiet ta' debitu, u tagħti struzzjonijiet lill-SBC biex jiddebita l-kont PM jew is-subkont tal-bank tas-saldu b'riżultat ta' struzzjonijiet ta' debitu,

(10)

“qasir” tfisser li jkunu dovuti flus lil ħaddieħor matul is-saldu ta' struzzjonijiet tas-sistema anċillari ta' ħlas,

(11)

“twil” tfisser li jkunu dovuti flus lil ħaddieħor matul is-saldu ta' struzzjonijiet tas-sistema anċillari ta' ħlas,

(12)

“saldu trans-sistema” tfisser is-saldu fi żmien reali ta' struzzjonijiet ta' debitu li taħthom pagamenti jiġu eżegwiti minn bank tas-saldu ta' sistema anċillari waħda li tuża l-proċedura tas-saldu 6 lil bank tas-saldu ieħor ta' sistema anċillari oħra li tuża l-proċedura tas-saldu 6,

(13)

“Static Data (Management) Module” tfisser il-modulu SSP fejn dejta statika tinġabar u tiġu rrekordjata,

(14)

“kont tekniku” tfisser kont speċifiku miżmum fil-PM b'sistema anċillari jew miżmum mill-ASCB f'isem sistema anċillari fis-sistema komponent tat-TARGET2 tiegħu għall-użu mis-sistema anċillari.

2.   Rwol tal-SCBs

Kull BĊ tal-Eurosistema għandu jaġixxi bħala l-SCB fir-rigward ta' kull bank tas-saldu li għalih huwa għandu kont PM.

3.   L-immaniġġjar tar-relazzjoni bejn il-BĊi, is-sistemi anċillari u l-banek tas-saldu

(1)

L-ASCBs għandhom jiżguraw li s-sistemi anċillari, li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali, jipprovdu lista ta' banek tas-saldu li jkollha d-dettalji tal-kont PM tal-banek tas-saldu, li l-ASCB għandu jaħżen fl-iStatic Data (Management) Module tal-SSP. Kull sistema anċillari jista' jkollha aċċess għal-lista tal-banek tas-saldu rispettivi tagħha permezz tal-ICM.

(2)

L-ASCBs għandhom jiżguraw li s-sistemi anċillari, li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali, jinfurmawhom mingħajr dewmien b'kull tibdil fir-rigward tal-lista tal-banek tas-saldu. L-ASCBs għandhom jinfurmaw lill-SCB rilevanti dwar dan it-tibdil permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

(3)

L-ASCBs għandhom jiżguraw li s-sistemi anċillari, li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali, jiġbru l-mandati ta' debitu u dokumenti rilevanti oħra mill-banek tas-saldu tagħhom u jibagħtuhom lill-ASCB. Dawn id-dokumenti għandhom jingħataw bl-Ingliż u/jew il-lingwa(i) nazzjonali rilevanti tal-ASCB. Jekk il-lingwa jew lingwi nazzjonali tal-ASCB ma jkunux identiċi mal-lingwa jew lingwi nazzjonali tal-SCB, id-dokumenti meħtieġa għandhom jingħataw biss bl-Ingliż jew kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-lingwa jew lingwi nazzjonali rilevanti tal-ASCB. Fil-każ tas-sistemi anċillari li jwettqu saldu permezz tat-TARGET2-BĊE, id-dokumenti għandhom jingħataw bl-Ingliż.

(4)

Jekk bank tas-saldu ikun parteċipant fis-sistema komponent tat-TARGET2 tal-ASCB rilevanti, l-ASCB għandu jivverifika l-validità tal-mandat ta' debitu mogħti mill-bank tas-saldu u jagħmel kull entrata meħtieġa fl-iStatic Data (Management) Module. Jekk bank tas-saldu mhuwiex wieħed parteċipanti fis-sistema komponent tat-TARGET2 tal-ASCB rilevanti, l-ASCB għandu jibgħat il-mandat ta' debitu (jew kopja elettronika tiegħu, jekk ikun hemm qbil bejn l-ASCB u l-SCB) lill-SCBs rilevanti għall-verifika tal-validità tiegħu. L-SCBs għandhom iwettqu din il-verifika u għandhom jinformaw lill-ASCB rilevanti bir-riżultat tal-verifika fi żmien ħamest ijiem tan-negozju wara li jirċievi dik it-talba. Wara l-verifika, l-ASCB għandu jaġġorna l-lista ta' banek tas-saldu fl-ICM.

(5)

Il-verifika magħmula mill-ASCB għandha tkun bla ħsara għar-responsabbiltà tas-sistema anċillari li tirrestrinġi l-istruzzjonijiet ta' ħlas għal-lista ta' banek tas-saldu msemmija fis-subparagrafu 1.

(6)

Sakemm ma jkunux l-istess, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar kull każ sinifikanti matul il-proċess tas-saldu.

(7)

L-ASCBs għandhom jiżguraw li s-sistemi anċillari li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali jipprovdu l-isem u l-BIC tas-sistema anċillari li bihom biħsiebhom jeżegwixxu saldu trans-sistema u d-data minn meta s-saldu trans-sistema b'sistema anċillari partikolari għandu jibda jew jispiċċa. Din l-informazzjoni għandha tiġi rrekordjata fl-iStatic Data (Management) Module.

4.   Bidu ta' struzzjonijiet ta' ħlas permezz tal-ASI

(1)

L-istruzzjonijiet ta' ħlas kollha mibgħuta minn sistema anċillari permezz tal-ASI għandhom ikunu fil-forma ta' messaġġi XML.

(2)

L-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas mibgħuta minn sistema anċillari permezz tal-ASI għandhom jiġu kkunsidrati bħala ‘urġenti ħafna’ u għandu jkun hemm saldu tagħhom skont l-Anness II.

(3)

Struzzjoni ta' ħlas għandha titqies li ġiet aċċettata jekk:

(a)

l-istruzzjoni ta' ħlas tikkonforma mar-regoli stabbiliti mill-fornitur tas-servizz tan-netwerk tat-TARGET2;

(b)

l-istruzzjoni ta' ħlas tikkonforma mar-regoli u l-kundizzjonijiet tal-ifformattjar tas-sistema komponenti tat-TARGET2 tal-ASCB;

(c)

il-bank tas-saldu huwa fil-lista ta' banek ta' saldu msemmijin fil-paragrafu 3(1);

(d)

fil-każ ta' saldu trans-sistema, is-sistema anċillari rilevanti hija fil-lista ta' sistemi anċillari li bihom jista' jiġi eżegwit is-saldu trans-sistema;

(e)

fil-każ li l-parteċipazzjoni tal-bank tas-saldu fit-TARGET2 ikun ġie sospiż, ikun inkiseb il-kunsens espliċitu tal-SCB tal-bank tas-saldu sospiż.

5.   Dħul ta' struzzjonijiet ta' ħlas fis-sistema u l-irrevokabbiltà tagħhom

(1)

L-istruzzjonijiet ta' kreditu għandhom jitqiesu bħala mdaħħla fis-sistema komponent tat-TARGET2 rilevanti fil-mument li huma aċċettati mill-ASCB u għandhom ikunu irrevokabbli minn dak il-mument. Struzzjonijiet ta' debitu għandhom jitqiesu li ddaħħlu fis-sistema komponent rilevanti tat-TARGET2 fil-mument li jiġu aċċetati mill-SCB u għandhom ikunu irrevokabbli minn dak il-mument.

(2)

L-applikazzjoni tas-subparagrafu 1 m'għandha jkollha ebda effett fuq kwalunkwe regola tas-sistemi anċillari li tistipula mument ta' dħul fis-sistema anċillari u/jew l-irrevokabbiltà ta' ordnijiet ta' trasferiment mibgħuta lil din is-sistema anċillari f'ħin qabel il-mument ta' dħul tal-istruzzjoni ta' ħlas rispettiva fis-sistema komponent rilevanti tat-TARGET2.

6.   Proċeduri ta' saldu

(1)

Jekk sistema anċillari titlob l-użu ta' proċedura ta' saldu, l-ASCB ikkonċernat għandu joffri proċedura ta' saldu waħda jew iżjed speċfikati hawn isfel.

(a)

Proċedura ta' saldu 2

(Saldu f'ħin reali),

(b)

Proċedura ta' saldu 3

(saldu bilaterali),

(c)

Proċedura ta' saldu 4

(saldu multilaterali standard),

(d)

Proċedura ta' saldu 5

(saldu multilaterali simultanju),

(e)

Proċedura ta' saldu 6

(likwidità dedikata, saldu f'ħin reali u trans-sistema).

(2)

Proċedura ta' saldu 1 (trasferiment ta' likwidita) m'għadhiex tiġi offruta.

(3)

L-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas tas-sistemi anċillari skont l-għażla ta' proċeduri ta' saldu msemmija fis-subparagrafu 1 billi, fost l-oħrajn, iwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas fil-kontijiet jew subkontijiet PM tal-banek tas-saldu.

(4)

Aktar dettalji dwar il-proċeduri ta' saldu msemmija fis-subparagrafu 1 jinsabu fil-paragrafi 10 sa 14.

7.   L-ebda obbligu biex jinfetaħ kont PM

Sistemi anċillari m'għandhomx ikunu obbligati li jsiru parteċipanti diretti f'sistema komponent tat-TARGET2 jew li jżommu kont PM waqt li jużaw l-ASI.

8.   Kontijiet biex jappoġġaw proċeduri ta' saldu

(1)

Minbarra l-kontijiet PM, it-tipi ta' kontijiet li ġejjin jistgħu jinfetħu fil-PM u jintużaw mill-ASCBs, is-sistemi anċillari u l-banek ta' saldu għall-proċeduri ta' saldu msemmija fil-paragrafu 6(1):

(a)

kontijiet tekniċi;

(b)

kontijiet ta' fond ta' garanzija;

(c)

subkontijiet.

(2)

Meta ASCB joffri l-proċeduri ta' saldu 4, 5 jew 6 għal mudelli interfaced, huwa għandu jiftaħ kont tekniku fis-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2 għas-sistemi anċillari ikkonċernati. Dawn il-kontijiet jistgħu jiġu offruti mill-ASCB bħala opzjoni għall-proċeduri ta' saldu 2 u 3. Għandhom jinfetħu kontijiet tekniċi separati fir-rigward tal-proċedura ta' saldu 4 u 5. Għal proċedura ta' saldu 3, 4, 5 jew 6 għal mudelli interfaced, il-bilanċ fuq il-kontijiet tekniċi għandu jkun żero jew pożittiv fl-aħħar tal-proċess ta' saldu tas-sistema anċillari rilevanti u l-bilanċ ta' tmiem il-jum għandu jkun żero. Il-kontijiet tekniċi huma identifikati jew mill-BIC tas-sistema anċillari jew il-BIC rilevanti ta' ASCB.

(3)

Meta joffri l-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali, ASCB għandu jiftaħ konti tekniċi fis-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2. Il-kontijiet tekniċi għall-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali jista' jkollhom biss bilanċ żero jew pożittiv bi nhar u jistgħu jżommu bilanċ pożittiv matul il-lejl. Kull bilanċ ta' matul il-lejl fuq il-kont għandu jkun suġġett għall-istess regoli ta' rimunerazzjoni li japplikaw għall-Fondi ta' Garanzija taħt l-Artikolu 11 ta' din il-Linja Gwida.

(4)

Meta joffri l-proċedura ta' saldu 4 jew 5, ASCB jista' jiftaħ kont ta' fondi ta' garanzija fis-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2 għal sistemi anċillari. Il-bilanċi ta' dawn il-kontijiet għandhom jintużaw biex ikun hemm saldu tal-istruzzjonijiet ta' ħlas tas-sistema anċillari fil-każ li ma jkunx hemm likwidità disponibbli fil-kont PM tal-bank tas-saldu. Detenturi ta' kont ta' fond ta' garanzija jistgħu jkunu ASCBs, sistemi anċillari jew garanti. Kontijiet ta' fond ta' garanzija huma identifikati mill-BIC tad-detentur tal-kontijiet rilevanti.

(5)

Meta ASCB joffri proċedura ta' saldu 6 għal mudelli interfaced, l-SCBs għandhom jiftħu subkont wieħed jew iżjed fis-sistemi ta' komponent TARGET2 għall-banek ta' saldu, li jiġi użat għal-likwidità ddedikata u, jekk ikun rilevanti, għas-saldu trans-sistema. Is-subkontijiet għandhom jiġu identifikati bil-BIC tal-kont PM li miegħu għandhom x'jaqsmu, flimkien ma' numru ta' kont li huwa speċifiku għas-subkont rilevanti. In-numru tal-kont huwa kompost mill-kodiċi tal-pajjiż flimkien ma' mhux aktar minn 32 karattru (skont l-istruttura tal-kont bankarju nazzjonali rilevanti).

(6)

Il-kontijiet msemmijin fis-subparagrafi 1(a) sa (d) m'għandhomx jiġu ppubblikati fid-direttorju tat-TARGET2. Jekk jitlob hekk id-detentur tal-kont PM, il-prospetti ta' kontijiet rilevanti (MT 940 u MT 950) għal dawk il-kontijiet kollha għandhom ikunu disponibbli għad-detentur tal-kont fl-aħħar ta' kull jum tax-xogħol.

(7)

Ir-regoli ddettaljati fuq il-ftuħ ta' tipi ta' kontijiet msemmijin f'dan l-Artikolu u fuq l-applikazzjoni tagħhom meta jappoġġaw il-proċeduri ta' pagament jistgħu jiġu speċifikati ulterjorment fl-arranġamenti bilaterali bejn is-sistemi anċillari u l-ASCBs.

9.   Proċedura ta' saldu 1 — Trasferiment ta' likwidità

Din il-proċedura m'għadhiex tiġi offruta.

10.   Proċedura ta' saldu 2 — Saldu f'ħin reali

(1)

Meta joffru proċedura ta' saldu 2, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu tal-parti kontanti tat-tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi jwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas mibgħuta mis-sistema anċillari fuq bażi individwalizzata, minflok f'biċċiet. Jekk struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir jitqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCB rispettiv għandu jinforma lill-bank tas-saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

(2)

Proċedura ta' saldu 2 tista' tiġi offruta wkoll lis-sistema anċillari għas-saldu ta' bilanċi multilaterali u f'dawn il-każijiet l-ASCB għandu jiftaħ kont tekniku għal din s-sistema anċillari. Barra minn dan, l-ASCB m'għandux joffri lis-sistema anċillari is-servizzi tal-immaniġġjar xieraq tas-sekwenza ta' ħlasijiet dovuti minn oħrajn (incoming) u dovuti lil oħrajn (outgoing) kif jista' jkun meħtieġ għal dan is-saldu multilaterali. Is-sistema anċillari nnifisha għandha tassumi r-responsabbiltà għas-sekwenzjar meħtieġ.

(3)

L-ASCBs jistgħu joffru s-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas f'ċerti limiti ta' żmien li jiġu ddefiniti mis-sistema anċillari, kif imsemmi fil-paragrafu 15(2) u (3).

(4)

Il-banek tas-saldu u s-sistemi anċillari għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. Is-sistemi anċillari għand1hom ikunu notifikati bit-tlestija jew in-nuqqas tas-saldu permezz ta' messaġġ fuq l-ICM. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu li jaċċessaw it-TARGET2 permezz ta' fornitur tas-servizz ta' netwerk tat-TARGET2 għandhom ikunu nnotifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM.

11.   Proċedura ta' saldu 3 — Saldu bilaterali

(1)

Meta joffru l-proċedura ta' saldu 3, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu tal-parti kontanti tat-tranżazzjonijiet ta' sistema anċillari billi jwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas li s-sistema anċillari tibgħat f'batch mode. Jekk struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir titqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCB rispettiv għandu jinforma lill-bank tas-saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

(2)

Il-proċedura ta' saldu 3 tista' tiġi offruta wkoll lis-sistema anċillari għas-saldu ta' bilanċi multilaterali. Il-paragrafu 10(2) għandu japplika mutatis mutandis, bla ħsara għall-modifiki li ġejjin:

(a)

struzzjonijiet ta' ħlas: (i) biex jiġu ddebitati il-kontijiet PM ta' banek tas-saldu qasir u jiġi kkreditat il-kont tekniku tas-sistema anċillari; u (ii) jiġi boex ddebitat il-kont tekniku tas-sistema anċillari u jiġu kkreditati l-kontijiet PM ta' banek tas-saldu qasir, għandhom jintbagħtu f'fajls separati; u

(b)

il-kontijiet PM tal-banek tas-saldu twil għandhom jiġu kkreditati biss wara li l-kontijiet PM kollha tal-banek tas-saldu qasir jiġu ddebitati.

(3)

Jekk is-saldu multilaterali jfalli (pereżempju, għaliex mhux il-ġbir kollu mill-kontijiet tal-banek tas-saldu qasir ikun ta' suċċess), is-sistema anċillari għandħa tibgħat struzzjonijiet ta' ħlas biex treġġa' lura tranżazzjonijiet ta' debitu li diġà ġew saldati.

(4)

L-ASCBs jistgħu joffru:

(a)

is-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas f'ċerti limiti ta' żmien iddefiniti mis-sistema anċillari, kif imsemmi fil-paragrafu 15(3); u/jew

(b)

il-funzjonalità tal-“perjodu ta' informazzjoni”, kif imsemmi fil-paragrafu 15(1).

(5)

Il-banek tas-saldu u s-sistemi anċillari għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. Is-sistemi anċillari għandhom ikunu nnotifikati bit-tlestija jew in-nuqqas ta' saldu abbazi tal-opzjoni magħzula — notifika waħda jew globali. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM.

12.   Proċedura ta' saldu 4 — Saldu multilaterali standard

(1)

Meta joffru l-proċedura ta' saldu 4, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu tal-bilanċi ta' kontanti multilaterali tat-tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi jwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas mibgħuta mis-sistema anċillari f'batch mode. L-ASCBs għandhom jiftħu kont tekniku speċifiku għal din is-sistema anċillari.

(2)

L-ASCBs u l-SCBs għandhom jiżguraw is-segwenza meħtieġa ta' struzzjonijiet ta' ħlas. Għandhom jibbukkjaw biss il-krediti jekk id-debiti kollha jkunu nġabru b'suċċess. Struzzjonijiet ta' ħlas: (a) biex jiġu ddebitati l-kontijiet PM tal-banek tas-saldu qasir u jiġi kkreditat il-kont tekniku tal-AS; u (b) biex jiġu kkreditati kontijiet ta' banek tas-saldu twil u jiġi ddebitat il-kont tekniku tal-AS, għandhom jintbagħtu f'fajl wieħed.

(3)

Għandu l-ewwel ikun hemm saldu tal-istruzzjonijiet ta' ħlas biex jiġi ddebitat il-kont PM tal-banek tas-saldu qasir u biex jiġi kkreditat il-kont tekniku tas-sistema anċillari; mas-saldu ta' dawn l-istruzzjonijiet ta' ħlas kollha biss (inkluż l-iffinanzjar possibbli tal-kont tekniku b'mekkaniżmu ta' fond iggarantit) għandhom jiġu kkreditati l-kontijiet PM tal-banek tas-saldu twil.

(4)

Jekk struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir titqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCBs għandhom jinformaw lill-bank tas-saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

(5)

Jekk bank tas-saldu qasir m'għandux fondi biżżejjed fil-kont PM tiegħu, il-mekkaniżmu ta' fond iggarantit għandu jiġi attivat mill-ASCB jekk dan huwa maħsub fl-arranġament bilaterali bejn l-ASCB u s-sistema anċillari.

(6)

Jekk l-ebda mekkaniżmu ta' fond iggarantit ma hu ipprovdut u s-saldu sħiħ ifalli, allura l-ASCBs u l-SCBs għandhom jitqiesu li jkunu ngħataw struzzjonijiet biex jirritornaw l-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas fil-fajl, u għandhom ireġġgħu lura l-istruzzjonijiet ta' ħlas li jkunu diġà tħallsu.

(7)

L-ASCBs għandhom jinfurmaw lill-banek tas-saldu b'nuqqas ta' saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

(8)

L-ASCBs jistgħu joffru:

(a)

is-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas f'ċerti limiti ta' żmien iddefiniti mis-sistema anċillari, kif imsemmi fil-paragrafu 15(3);

(b)

il-funzjonalità tal-'perjodu ta' informazzjoni', kif imsemmi fil-paragrafu 15(1);

(c)

mekkaniżmu ta' fond iggarantit, kif imsemmi fil-paragrafu 15(4).

(9)

Il-banek tas-saldu u s-sistemi anċillari għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. Is-sistemi anċillari għandhom ikunu nnotifikati mat-tlestija jew il-falliment tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM.

13.   Proċedura ta' saldu 5 — Saldu multilaterali simultanju

(1)

Meta joffru l-proċedura ta' saldu 5, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu tal-bilanċi ta' kontanti multilaterali tat-tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi jwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas mibgħuta mis-sistema anċillari f'batch mode. Sabiex isir is-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas rilevanti għandu jintuża l-Algoritmu 4 (ara l-Appendiċi I tal-Anness II). Kuntrarjament għall-proċedura ta' saldu 4, il-proċedura ta' saldu 5 taħdem fuq il-bażi ta' “kollox jew xejn”. F'din il-proċedura l-iddebitar ta' kontijiet PM ta' banek tas-saldu qasir u l-ikkreditar ta' kontijiet PM ta' banek tas-saldu twil għandu jsir b'mod simultanju (aktar milli b'mod segwenzjali bħal fil-każ tal-proċedura ta' saldu 4). Il-paragrafu 12 għandu japplika mutatis mutandis bla ħsara għall-modifika li ġejja. Jekk struzzjoni waħda jew aktar ta' ħlas ma jistgħux jiġu saldati, l-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas għandhom jitqiegħdu fi kju, u l-Algoritmu 4, kif deskritt fil-paragrafu 16(1), għandu jiġi rrepetut sabiex l-istruzzjonijiet ta' ħlas tas-sistema anċillari fil-kju jiġu saldati.

(2)

L-ASCBs jistgħu joffru:

(a)

is-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas f'ċerti limiti ta' żmien iddefiniti mis-sistema anċillari, kif imsemmi fil-paragrafu 15(3);

(b)

il-funzjonalità tal-'perjodu ta' informazzjoni', kif imsemmi fil-paragrafu 15(1);

(c)

mekkaniżmu ta' fond iggarantit, kif imsemmi fil-paragrafu 15(4).

(3)

Il-banek tas-saldu u s-sistemi anċillari għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. Is-sistemi anċillari għandhom ikunu nnotifikati dwar it-tlestija jew in-nuqqas tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM.

(4)

Jekk struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir jitqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCB rispettiv għandu jinforma lill-banek tas-saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

14.   Proċedura ta' saldu 6 — Likwidità ddedikata u saldu trans-sistema

(1)

Il-proċedura ta' saldu 6 tista' tintuża kemm għall-mudell interfaced u dak f'ħin reali, kif deskritt fis-subparagrafi 4 sa 12 u 13 sa 16 hawn isfel, rispettivament. Fil-każ tal-mudell f'ħin reali, is-sistema anċillari rilevanti għandha tuża kont tekniku biex jiġbor il-likwidità meħtieġa mwarrba mill-banek tiegħu tas-saldu għall-finanzjament tal-pożizzjonijiet tagħhom. Fil-każ tal-mudell interfaced, il-bank tas-saldu għandu jiftaħ mill-anqas subkont wieħed dwar sistema anċillari speċifika.

(2)

Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu nnotifikati permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910 u d-detenturi tal-kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM dwar l-ikkreditar u d-debitar tal-kontijiet PM tagħhom u, fejn applikabbli, tas-subkontijiet tagħhom.

(3)

Meta joffru saldu trans-sistema taħt il-proċedura ta' saldu 6, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw ħlasijiet ta' saldu trans-sistema, jekk jinbdew mis-sistemi anċillari rilevanti. Għall-proċedura ta' saldu 6 interfaced sistema anċillari tista' tibda saldu trans-sistema biss matul iċ-ċiklu tal-ipproċessar tiegħu, u l-proċedura ta' saldu 6 għandha tkun qed taħdem fis-sistema anċillari li tirċievi l-istruzzjoni ta' ħlas. Għall-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali, sistema anċillari tista' tibda soluzzjoni ta' trans-sistema f'kull ħin matul l-ipproċessar ta' matul il-jum tat-TARGET2 u s-saldu ta' operazzjonijiet tas-sistema anċillari ta' matul il-lejl. Il-possibbiltà li jitwettaq saldu trans-sistema bejn żewġ sistemi anċillari individwali għandha tiġi rreġistrata fil-Modulu (ta' Ġestjoni) ta' Dejta Statika.

(A)    Mudell interfaced

(4)

Meta joffru l-proċedura ta' saldu 6 interfaced, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu ta' bilanċi ta' kontanti bilaterali u/jew multilaterali ta' tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi:

(a)

jippermettu li bank tas-saldu jiffinanzja minn qabel l-obbligu tas-saldu prospettiv tiegħu permezz ta' trasferimenti ta' likwidità mill-kont PM tiegħu għal ġewwa s-subkont tiegħu (il-“likwidità ddedikata”) qabel l-ipproċessar tas-sistema anċillari; u

(b)

is-saldu tal-istruzzjonijiet ta' ħlas tas-sistema anċillari wara t-tlestija tal-ipproċessar tas-sistema anċillari: fir-rigward tal-banek tas-saldu qasir billi s-subkontijiet tagħhom jiġu ddebitati (fil-limiti tal-fondi pprovduti f'dawk il-kontijiet) u billi jiġi kkreditat il-kont tekniku tal-AS, u fir-rigward tal-banek tas-saldu twil billi jiġu kkreditati s-subkontijiet tagħhom u jiġi ddebitat il-kont tekniku tas-sistema anċillari.

(5)

Meta joffru l-proċedura ta' saldu 6 interfaced:

(a)

l-SCBs għandhom jiftħu mill-anqas subkont wieħed fir-rigward ta' sistema anċillari waħda għal kull bank tas-saldu; u

(b)

l-ASCB għandu jiftaħ kont tekniku għas-sistema anċillari biex: (i) jiġu kkreditati fondi miġbura mis-subkontijiet tal-banek tas-saldu qasir; u (ii) jiġu ddebitati fondi meta jsiru krediti fis-subkontijiet iddedikati tal-banek tas-saldu twil.

(6)

Il-proċedura ta' saldu 6 interfaced għandha tiġi offruta f'kull ħin matul l-ipproċessar ta' matul il-jum tat-TARGET2 u s-saldu ta' operazzjonijiet tas-sistema anċillari ta' matul il-lejl. Il-jum ġdid tan-negozju għandu jibda minnufih malli jiġu sodisfatti l-obbligi tar-riżervi minimi; kull debitu jew kreditu magħmul fil-kontijiet rilevanti wara għandhom jitqiesu għall-valur tal-jum ġdid tan-negozju.

(7)

Fil-proċedura ta' saldu 6 interfaced, l-ASCBs u l-SCBs għandhom joffru t-tipi li ġejjin ta' servizz ta' trasferiment ta' likwidità fis-subkont u minnu:

(a)

standing orders li banek tas-saldu jistgħu jibagħtu jew jimmodifikaw f'kull ħin matul jum tan-negozju permezz tal-ICM (meta jkun disponibbli). Standing orders mibgħuta wara li jintbagħat messaġġ ta' ‘bidu-ta'-proċedura’ f'jum ta' negozju partikolari għandhom ikunu validi biss għall-jum tan-negozju li jmiss. Jekk ikun hemm diversi standing orders biex jikkreditaw subkontijiet differenti u/jew il-kont tekniku tas-sistema anċillari, dawn għandu jiġu saldati fl-ordni skont l-ammont tagħhom, billi jibdew bl-ogħla. Matul l-operazzjonijiet ta' bil-lejl ta' AS, jekk ikun hemm standing orders li għalihom ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, dawk l-ordnijiet għandhom jiġu saldati wara tnaqqis pro-rata tal-ordnijiet kollha;

(b)

ordnijiet attwali, li jistgħu jintbagħtu biss jew minn bank tas-saldu (permezz tal-ICM) jew tas-sistema anċillari rilevanti permezz ta' messaġġ XML matul it-tħaddim tal-proċedura ta' saldu 6 interfaced (identifikata bl-intervall ta' bejn il-messaġġ ta' “bidu-ta'-proċedura” sa dak ta' “tmiem-ta'-proċedura”) u li jkollhom saldu biss sakemm iċ-ċiklu tal-ipproċessar tas-sistema anċillari ma tkunx għadha bdiet. Jekk is-sistema anċillari tibgħat ordni attwali li għaliha ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, din l-ordni għandha tiġi saldata parzjalment;

(c)

Ordnijiet SWIFT li jmorru permezz ta' messaġġ MT 202 jew immappjar awtomatiku għal MT 202 mill-iskrins għall-detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet, li jista' jiġi mibgħut biss matul il-proċedura 6 tas-saldu interfaced u biss matul ipproċessar li jsir mal-jum. Dawn l-ordnijiet għandhom jiġu saldati immedjatament.

(8)

Il-proċedura ta' saldu 6 interfaced għandha tibda permezz ta' messaġġ ta' ‘bidu-ta'-proċedura’ u tintemm permezz ta' messaġġ ta' “tmiem-ta'-proċedura”, li jintbagħtu mis-sistema anċillari (jew l-ASCB f'isimha). Messaġġi ta' “bidu-ta'-proċedura” għandhom jibdew is-saldu ta' standing orders għat-trasferiment ta' likwidità fis-subkontijiet. Il-messaġġ ta' “tmiem-ta'-proċedura” iwassal għal trasferiment mill-ġdid awtomatiku ta' likwidità mis-subkont għall-kont PM.

(9)

Taħt il-proċedura ta' saldu 6 interfaced, il-likwidità dedikata fuq is-subkontijiet għandha tiġi ffriżata sakemm iċ-ċiklu tal-ipproċessar tas-sistema anċillari ikun qed jaħdem (li jibda bil-messaġġ “start-of-cycle” u jispiċċa bil-messaġġ “end-of-cycle”. It-tnejn għandhom jintbagħtu mis-sistema anċillari) u jiġu rrilaxxati wara dan. Il-bilanċ iffriżat jista' jinbidel matul iċ-ċiklu tal-ipproċessar bħala riżultat tal-ħlasijiet tas-saldu trans-sistema jew jekk bank ta' saldu jittrasferixxi l-likwidità mill-kont PM tiegħu. L-ASCB għandu jinnotifika lis-sistema anċillari bit-tnaqqis jew żieda tal-likwidità fuq is-subkont bħala riżultat tal-ħlasijiet tas-saldu trans-sistema. Jekk s-sistema anċillari titlob hekk, l-ASCB għandha tinnotifikaha wkoll biż-żieda fil-likwidità fuq is-subkont bħala riżultat tat-trasferiment tal-likwidità mill-bank tas-saldu.

(10)

F'kull ċiklu tal-ipproċessar tas-sistema anċillari taħt il-proċedura ta' saldu 6 interfaced, l-istruzzjonijiet ta' ħlas għandhom jiġu saldati mil-likwidità ddedikata fejn bħala regola għandu jintuża l-Algoritmu 5 (kif imsemmi fl-Appendiċi I tal-Anness II).

(11)

F'kull ċiklu tal-ipproċessar ta' sistema anċillari taħt il-proċedura ta' saldu 6 interfaced, il-likwidità ddedikata ta' bank tas-saldu tista' tiżdied permezz tal-ikkreditar ta' ċerti ħlasijiet dovuti minn ħaddieħor li jidħlu direttament fis-subkontijiet tiegħu, jiġifieri kupuni u ħlasijiet ta' fidi. F'dawn il-każijiet, il-likwidità l-ewwel għandha tiġi kkreditata fil-kont tekniku, imbagħad iddebitata minn dan il-kont qabel ma l-likwidità tiġi kkreditata fis-subkont (jew fil-kont PM).

(12)

Saldu trans-sistema bejn żewġ sistemi anċillari interfaced jista' jinbeda biss minn sistema anċillari (jew l-ASCB tagħha f'isimha) li s-subkont tal-parteċipant tagħha jiġi ddebitat. L-istruzzjoni ta' ħlas isir bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mis-subkont ta' parteċipant tas-sistema anċillari li jibda l-istruzzjoni tal-ħlas u l-ikkreditar tas-subkont ta' parteċipant ta' sistema anċillari oħra.

Is-sistema anċillari li tibda l-istruzzjoni għall-ħlas u s-sistema anċillari l-oħra għandhom ikunu nnotifikati mat-tlestija tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM.

(B)    Mudell f'ħin reali

(13)

Meta joffru l-proċedura ta' saldu 6 għall-mudelli f'ħin reali, l-ASCBs jew l-SCBs għandhom jappoġġaw dak is-saldu.

(14)

Fil-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali, l-ASCBs u l-SCBs għandhom joffru t-tipi li ġejjin ta' servizz ta' trasferiment ta' likwidità f'kont tekniku u minnu:

(a)

standing orders (għal operazzjonijiet ta' bil-lejl tas-sistemi anċillari), li l-banek tas-saldu jistgħu jibagħtu jew jimmodifikaw f'kull ħin matul jum tan-negozju permezz tal-ICM (meta jkun disponibbli). Standing orders wara l-ipproċessar tal-bidu-tal-jum għandhom ikunu validi biss għall-jum ta' negozju li jmiss. Jekk ikun hemm diversi standing orders biex jikkreditaw subkontijiet differenti, dawn għandhom jiġu saldati fl-ordni skont l-ammont tagħhom, jibdew bl-ogħla. Matul l-operazzjonijiet ta' bil-lejl ta' AS, jekk ikun hemm standing orders li għalihom ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, dawk l-ordnijiet għandhom jiġu saldati wara tnaqqis pro-rata tal-ordnijiet kollha;

(b)

ordnijiet kurrenti biex jiġi kkreditat il-kont tekniku, li jistgħu jiġu sottomessi biss jew minn bank ta' saldu (permezz tal-ICM) jew mis-sistema anċillari rilevanti f'ismu (permezz ta' messaġġ XML). Jekk ikun hemm ordni kurrenti sottomessa mis-sistema anċillari relevanti f'isem il-bank tas-saldu li għaliha ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, din l-ordni għandha tiġi saldata parzjalment;

(c)

ordnijiet kurrenti biex jiġi ddebitat il-kont tekniku, li jistgħu jiġu sottomessi biss mis-sistema anċillari relevanti (permezz ta' messaġġ XML);

(d)

ordnijiet SWIFT li jmorru permezz ta' messaġġ MT 202 li jistgħu jintbagħtu biss minn bank ta' saldu waqt l-ipproċessar ta' bi nhar. Dawn l-ordnijiet għandhom jiġu saldati immedjatament.

(15)

Il-“bidu tal-proċedura” u “tmiem tal-proċedura” iseħħu awtomatikament meta jitlesta l- “Ipproċessar tal-'bidu tal-jum” u l-bidu tal-“Ipproċessar ta' tmiem il-jum” rispettivament.

(16)

Saldu trans-sistema bejn żewġ sistemi anċillari bl-użu ta' mudell f'ħin reali iseħħ mingħajr intervent mis-sistema anċillari li l-kont tekniku tiegħu jiġi kkreditat. Ikun hemm saldu tal-istruzzjoni ta' ħlas bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mis-subkont tekniku tas-sistema anċillari li jibda l-istruzzjoni tal-ħlas u l-ikkreditar tas-subkont tekniku użat minn sistema anċillari oħra. L-istruzzjoni ta' ħlas ma tistax tinbeda mis-sistema anċillari li l-kont tekniku tagħha ser jiġi kkreditat.

Is-sistema anċillari li tibda l-istruzzjoni għall-ħlas u s-sistema anċillari l-oħra għandhom ikunu nnotifikati mat-tlestija tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM.

15.   Mekkaniżmi konnessi fakultattivi

(1)

Il-mekkaniżmu konness fakultattiv ta' “perjodu ta' informazzjoni” jista' jiġi offrut mill-ASCB għall-proċeduri ta' saldu 3, 4 u 5. Jekk is-sistema anċillari (jew l-ASCB f'ismu) tkun speċifikat ħin fakultattiv għall-“perijodu ta' informazzjoni”, il-bank tas-saldu għandu jirċievi messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM li jindika l-ħin sa meta l-bank tas-saldu jista' jitlob li titreġġa' lura l-istruzzjoni rilevanti ta' ħlas. Din it-talba għandha tiġi kkunsidrata biss mill-SCB jekk tiġi kkomunikata permezz tas-sistema anċillari u approvata minnha. Is-saldu għandu jibda jekk l-SCB ma jirċevix din it-talba sal-ħin li fih jiskadi l-“Perijodu ta' Informazzjoni”. Malli l-SCB jirċievi din it-talba fil-“Perijodu ta' Informazzjoni”:

(a)

meta l-proċedura ta' saldu 3 tintuża għas-saldu bilaterali, l-istruzzjoni ta' ħlas rilevanti għandha titreġġa' lura; u

(b)

meta l-proċedura ta' saldu 3 tintuża għas-saldu ta' bilanċi multilaterali, jew jekk fil-proċedura ta' saldu 4, is-saldu sħiħ ifalli, l-istruzzjonijiet ta' ħlas kollha rilevanti għandhom jitreġġgħu lura, u l-banek tas-saldu kollha u l-AS għandhom jiġu infurmati permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

(2)

Jekk is-sistema anċillari tibgħat l-istruzzjonijiet tas-saldu qabel il-ħin skedat tas-saldu (“minn”), l-istruzzjonijiet jinħażnu sakemm isir il-ħin skedat. F'dan il-każ, l-istruzzjonijiet ta' ħlas jiddaħħlu fl-entry disposition biss meta jsir il-ħin “minn”. Dan il-mekkaniżmu fakultattiv jista' jintuża fil-proċedura tas-saldu 2.

(3)

Il-perijodu ta' saldu (“sa”) jagħmilha possibbli li jiġi allokat għal żmien limitat għas-saldu ta' sistema anċillari sabiex ma jiġix ipprevenut jew imdewwem is-saldu ta' tranżazzjonijiet relatati ma' sistema anċillari oħra jew TARGET2 oħrajn. Jekk ma jkunx hemm saldu tal-istruzzjoni ta' ħlas saż-żmien “sa” jew fil-perijodu definit ta' saldu, dawn l-istruzzjonijiet ta' ħlas jew jiġu rritornati jew, fil-każ tal-proċeduri ta' saldu 4 u 5, il-mekkaniżmu tal-fond ta' garanzija jista' jiġi attivat. Il-perijodu ta' saldu (“sa”) jista' jiġi speċifikat għall-proċeduri ta' saldu 2 sa 5.

(4)

Il-mekaniżmu ta' fond iggarantit jista' jintuża jekk il-likwidità ta' bank tas-saldu ma tkunx biżżejjed biex tkopri l-obbligi kollha tiegħu li jinbtu mis-saldu ta' sistema anċillari. Sabiex jitħalla jsir is-saldu tal-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas involuti f'saldu tas-sistema anċillari, dan il-mekkaniżmu jintuża biex jipprovdi l-likwidità addizzjonali meħtieġa. Dan il-mekkaniżmu jista' jintuża fil-proċedura tas-saldu 1 u 2. Jekk għandu jintuża l-mekkaniżmu ta' fond iggarantit, ikun meħtieġ li jinżamm kont speċjali ta' fond ta' garanzija fejn tinżamm disponibbli, jew issir disponibbli fuq talba, “likwidità ta' emerġenza”.

16.   Algoritmi użati

(1)

l-algoritmu 4 jappoġġa l-proċedura ta' saldu 5. Biex is-saldu jiġi ffaċilitat u biex titnaqqas il-likwidità meħtieġa, l-ordnijiet kollha ta' ħlas tas-sistema anċillari huma inklużi (irrispettivament mill-prijorità tagħhom). L-istruzzjonijiet ta' ħlas tas-sistema anċillari li għandhom jiġu saldati wara l-proċedura ta' saldu 5 jaqbżu l-entry disposition u jinżammu fil-PM separatament sat-tmiem tal-proċess attwali ta' ottimizzazzjoni. Bosta sistemi anċillari li jużaw proċedura ta' saldu 5 se jiġu inklużi fl-istess tħaddim tal-Algoritmu 4 jekk ikollhom l-intenzjoni li jagħmlu saldu fl-istess ħin.

(2)

Fil-proċedura ta' saldu 6 interfaced, il-bank tas-saldu jista' jiddedika ammont ta' likwidità biex jagħmel saldu ta' bilanċi li jiġu minn sistema anċillari speċifika. Id-dedika ssir billi titwarrab il-likwidità meħtieġa f'subkont speċifiku (mudell interfaced). L-Algoritmu 5 jintuża kemm għal operazzjonijiet ta' bil-lejl tas-sistema anċillari kif ukoll għal ipproċessar ta' bi nhar. Il-proċess ta' saldu jseħħ billi jiġu ddebitati s-subkontijiet tal-banek tas-saldu qasir favur il-kont tekniku tas-sistema anċillari, u mbagħad il-kont tekniku tas-sistema anċillari jiġi ddebitat favur is-subkontijiet tal-banek tas-saldu twil. Fil-każ ta' bilanċi ta' kreditu, il-booking jista' jsir direttament — jekk indikat mis-sistema anċillari fit-tranżazzjoni rilevanti — fil-kont PM tal-bank tas-saldu. Jekk is-saldu ta' struzzjoni ta' debitu waħda jew iżjed ma jirnexxix (jiġifieri b'riżultat ta' żball tas-sistema anċillari), il-ħlas rispettiv jitqiegħed fi kju fis-subkont. Il-proċedura ta' saldu 6 interfaced tista' tagħmel użu mill-Algoritmu 5 li jaħdem fis-sub-kontijiet. Barra minn dan, l-Algoritmu 5 m'għandu għalfejn iqis ebda limitu jew riżerva. Għal kull bank tas-saldu l-pożizzjoni totali hija kkalkulata u jekk il-pożizzjonijiet totali kollha huma koperti, ikun hemm saldu tat-tranżazzjonijiet kollha. It-tranżazzjonijiet li mhumiex koperti jitqiegħdu lura fil-kju.

17.   Effett tas-sospensjoni jew tmiem

Jekk is-sospensjoni jew it-tmiem tal-użu tal-ASI minn sistema anċillari jidħlu fis-seħħ matul iċ-ċiklu tas-saldu tal-istruzzjonijiet ta' ħlas tas-sistema anċillari, l-ASCB għandu jitqies li jkun awtorizzat biex ikompli ċ-ċiklu tas-saldu f'isem is-sistema anċillari.

18.   Skeda tad-drittijiet u fatturar

(1)

Sistema anċillari li tuża l-ASI jew l-Interfaċċa tal-Parteċipant, irrispettivament min-numru ta' kontijiet li jista' jkollha mal-ASCB u/jew l-SCB, għandha tkun soġġetta għal skeda ta' tariffi li tikkonsisti fl-elementi li ġejjin.

(a)

Ħlas fiss kull xahar ta' EUR 1 000 li għandu jiġi impost fuq kull sistema anċillari (“Tariffa Fissa I”).

(b)

It-tieni tariffa fissa ta' kull xahar ta' bejn EUR 417 u EUR 8 334, f'proporzjon mal-valur gross bażiku tat-tranżazzjonijiet tas-saldu tal-flus kontanti f'euro tas-sistema anċillari (“Tariffa Fissa II”):

Faxxa

Minn (EUR miljun/jum)

(EUR miljun jum)

Tariffa annwali (EUR)i

Tariffa kull xahar (EUR)

1

0

inqas minn 1 000

5 000

417

2

1 000

inqas minn 2 500

10 000

833

3

2 500

inqas minn 5 000

20 000

1 667

4

5 000

inqas minn 10 000

30 000

2 500

5

10 000

inqas minn 50 000

40 000

3 333

6

50 000

inqas minn 500 000

50 000

4 167

7

500 000 u 'il fuq

100 000

8 334

Il-valur gross tat-tranżazzjonijiet ta' saldu ta' flus kontanti tal-euro tas-sistema anċillari għandu jiġi kkalkulat mill-ASCB darba fis-sena fuq il-bażi ta' dak il-valur gross matul is-sena preċedenti u l-valur gross ikkalkulat għandu jiġi applikat għall-kalkolu tat-tariffa mill-1 ta' Jannar ta' kull sena kalendarja. Il-valur gross għandu jeskludi tranżazzjonijiet saldati fuq DCAs.

(c)

Tariffa ta' tranżazzjoni kkalkulata fuq l-istess bażi bħall-iskeda stabbilita għad-detenturi ta' kont PM fl-Appendiċi VI tal-Anness II. Is-sistema anċillari tista' tagħżel waħda miż-żewġ għażliet: jew tħallas tariffa fissa ta' EUR 0.80 għal kull struzzjoni ta' ħlas (Għażla A) jew titħallas tariffa kkalkulata fuq bażi digressiva (Għażla B), bla ħsara għall-modifiki li ġejjin:

(i)

għall-Għażla B, il-limiti tal-faxex dwar il-volum ta' struzzjonijiet ta' ħlas huma maqsumin fi tnejn; u

(ii)

għandha titħallas tariffa fissa ta' kull xahar ta' EUR 150 (taħt l-Għażla A) jew EUR 1 875 (taħt l-Għażla B) flimkien mat-Tariffa Fissa I u t-Tariffa Fissa II.

(d)

Minbarra t-tariffi stabbiliti f'(a) sa (c), sistema anċillari li tuża l-ASI jew l-Interfaċċa tal-Parteċipant għandha tkun suġġetta wkoll għat-tariffi li ġejjin:

(i)

jekk is-sistema anċillari tagħmel użu mis-servizzi tal-valur miżjud tat-TARGET2 għal T2S, it-tariffa ta' kull xahar għall-użu tas-servizzi b'valur miżjud għandha tkun ta' EUR 50 għal dawk is-sistemi li għażlu l-għażla A u EUR 625 għal dawk is-sistemi li għażlu l-għażla B. Din it-tariffa għandha tiġi imposta għal kull kont miżmum mis-sistema anċillari li tuża s-servizzi;

(ii)

jekk is-sistema anċillari żżomm kont Prinċipali tal-PM marbut ma' DCA wieħed jew aktar, it-tariffa ta' kull xahar għandha tkun ta' EUR 250 għal kull DCA konness; u

(iii)

is-sistema anċillari bħala d-detentur tal-kont prinċipali tal-PM għandha tħallas it-tariffi li ġejjin għas-servizzi T2S konnessi mad-DCA(s) marbuta. Għandu jinħareġ kont separat għal dawn l-elementi:

Elementi tat-tariffa

Prezz (ċenteżmi ta' euro)

Spjegazzjoni

Servizzi ta' saldu

Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità DCA lil DCA

9

kull trasferiment

Moviment intrabilanċ (jiġifieri, imblokkar, sblokkar, riżerva ta' likwidità, eċċ)

6

kull tranżazzjoni

Servizzi ta' informazzjoni

Rapporti A2 A

0,4

Għal kull element ta' negozju f'kull rapport A2 A ġġenerat

mistoqsijiet A2 A

0,7

Għal kull partita ta' negozju f'kull mistoqsija A2 A ġġenerata

mistoqsijiet U2 A

10

Għal kull funzjoni ta' tiftix eżegwita

mistoqsijiet U2 A mniżżla

0,7

Għal kull partita ta' negozju f'kull rapport A2 A ġġenerat u mniżżel

Messaġġi miġbura f'fajl

0,4

Għal kull messaġġ f'fajl

Trażmissjonijiet

1,2

Kull trażmissjoni

(2)

Kull tariffa pagabbli fir-rigward ta' struzzjoni ta' ħlas mibgħuta jew ħlas riċevut minn sistema anċillari, jew permezz tal-Interface tal-Parteċipant jew tal-ASI, għandha tkun imposta esklużivament fuq din is-sistema anċillari. Il-Kunsill Governattiv jista' jistabbilixxi regoli aktar dettaljati għall-identifikazzjoni ta' transazzjonijiet fatturabbli li jiġu saldati permezz tal-ASI.

(3)

Kull sistema anċillari għandha tirċievi fattura mill-ASCB tagħha għax-xahar ta' qabel, ibbażata fuq it-tariffi msemmija fis-subparagrafu 1, sa mhux aktar tard mid-disa' jum tan-negozju tax-xahar ta' wara. Ħlasijiet għandhom isiru sa mhux aktar tarf mill-14-il jum tan-negozju ta' dan ix-xahar lill-kont speċifikat mill-ASCB jew għandhom ikunu debitati minn kont speċifikat mis-sistema anċillari.

(4)

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, kull sistema anċillari li tkun ġiet identifikata skont id-Direttiva 98/26/KE għandha tiġi ttrattata separatament, anke jekk ikun hemm tnejn minnhom jew aktar li jkunu mħaddmin mill-istess entità legali. L-istess regola għandha tapplika għas-sistemi anċillari li ma jkunux ġew indikati skont id-Direttiva 98/26/KE, f'liema każijiet is-sistema anċillari għandha tkun identifikata b'referenza għall-kriterji li ġejjin: (a) arranġament formali, ibbażat fuq strument kuntrattwali jew leġiżlattiv, eż. ftehim bejn il-parteċipanti u l-operatur tas-sistema; (b) bi sħubiji multipli; (ċ) b'regoli komuni u arranġamenti standardizzati; u (d) għall-ikklerjar, netting u/jew saldu ta' ħlasijiet u/jew titoli bejn il-parteċipanti.


Rettifika

14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/115


Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/652/UE tat-12 ta' Novembru 2013 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' reżistenza antimikrobika f'batterji żoonotiċi u kommensali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 303 tal-14 ta' Novembru 2013 )

F'paġna 26, fit-Titolu tad-Deċiżjoni, fil-Premessa 1; f'paġna 27, fil-Premessa 7, fil-Premessa 9, fit-tieni u fil-ħames sentenza u fil-Premessa 10, fit-tieni u fit-tielet sentenza; f'paġna 28, fl-Artikolu 1, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1; f'paġna 29, fl-Artikolu 3, fis-sentenza introduttorja; fl-Artikolu 4, fil-paragrafu 1(a), fl-Artikolu 5 u fl-Artikolu 6; f'paġna 32, fl-Anness, il-parti A, fil-punt 2.1, fis-sentenza introduttorja, fil-punt 2.2, fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet paragrafu; f'paġna 33, fl-Anness, il-parti A, fil-punt 2.3, fl-ewwel paragrafu, fl-ewwel u fit-tieni sentenza, fil-punt 2.3.2, fl-ewwel paragrafu; f'paġna 38, fl-Anness, il-parti A, fil-punt 5, fl-ewwel paragrafu; f'paġna 39, fl-Anness, il-parti B, fil-punt 2.4, fl-ewwel u fit-tielet inċiż,

minflok:

“antimikrobika”,

aqra:

“għall-antimikrobiċi”;

F'paġna 27, fil-Premessa 10,

minflok:

“antimikrobali”,

aqra:

“għall-antimikrobiċi”;

F'paġna 33, fl-Anness, il-parti A, fil-punt 3, fit-titolu,

minflok:

antimikrobiku”,

aqra:

għall-antimikrobiċi”;

F'paġna 33, fl-Anness, il-parti A fil-punt 3, fit-tieni paragrafu; f'paġna 36, fl-Anness, il-parti A, fil-punt 4.1, fit-tieni paragrafu; f'paġna 38, fl-Anness, il-parti A, fil-punt 4.3, fit-tieni paragrafu,

minflok:

“Antimikrobika”,

aqra:

“għall-Antimikrobiċi”;

F'paġna 34, fl-Anness, il-parti A, fit-titolu tal-ewwel kolonna tat-tabella 1, f'paġna 35, fl-Anness, il-parti A, fit-titolu tal-ewwel kolonna tat-tabella 2 u tat-tabella 3, f'paġna 37, fl-Anness, il-parti A, fit-titolu tal-ewwel kolonna tat-tabella 4,

minflok:

“Antimikrobika”,

aqra:

“Antimikrobiċi”.