ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 294

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
11 ta' Novembru 2017

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2055 tat-23 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għar-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti marbuta mal-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà ta' provvista ta' servizzi tal-istituzzjonijiet ta' pagament ( 1 )

1

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2056 tat-22 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta' azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

26

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2057 tal-10 ta' Novembru 2017 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-Achillea millefolium L. bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 1 )

27

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2058 tal-10 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima ( 1 )

29

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/2059 tal-31 ta' Ottubru 2017 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/2/2017)

40

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2055

tat-23 ta' Ġunju 2017

li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għar-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti marbuta mal-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà ta' provvista ta' servizzi tal-istituzzjonijiet ta' pagament

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 28(5) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u jiġi żgurat li jkun hemm proċess konsistenti u effiċjenti ta' notifika għall-istituzzjonijiet ta' pagament li jkollhom l-intenzjoni li jeżerċitaw id-dritt ta' stabbiliment u l-libertà ta' provvediment ta' servizzi fuq bażi transfruntiera, huwa neċessarju li jiġi stabbilit il-qafas għall-kooperazzjoni, u għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u dak ospitanti, li jistabbilixxi l-metodu, il-mezzi u d-dettalji tal-kooperazzjoni u, b'mod partikolari, l-ambitu u t-trattament tal-informazzjoni li jkollha tiġi ppreżentata, inkluż terminoloġija komuni u forom standard ta' notifika.

(2)

Bl-iskop li jkun hemm terminoloġija komuni u forom standard ta' notifika, huwa neċessarju li jiġu ddefiniti xi termini tekniċi sabiex tkun tista' ssir distinzjoni ċara bejn applikazzjonijiet ta' fergħa, applikazzjonijiet ta' servizzi u applikazzjonijiet ta' aġent f'dak li għandu x'jaqsam ma' istituzzjonijiet ta' pagament li jkunu jixtiequ jwettqu l-attivitajiet tagħhom fi Stati Membru ieħor.

(3)

L-istabbiliment ta' proċeduri standard li jkopru l-lingwa u l-mezzi ta' komunikazzjoni ta' notifiki ta' passaport bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti se jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-effiċjenza tal-prestazzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' domiċilju u dawk ospitanti.

(4)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri ta' domiċilju jkunu obbligati li jevalwaw il-preċiżjoni u l-kompletezza tal-informazzjoni ppreżentata minn istituzzjonijiet ta' pagament li jkollhom l-intenzjoni li jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor sabiex tiġi żgurata l-kwalità tan-notifiki ta' passaport. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jindikaw lill-istituzzjonijiet ta' kreditu l-aspetti partikolari li fih in-notifiki ta' passaport jitqiesu li jkunu inkompluti jew żbaljati sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ta' identifikazzjoni, komunikazzjoni u s-sottomissjoni ta' elementi nieqsa jew inkorretta. Barra minn dan, jenħtieġ li l-evalwazzjoni tal-kompletezza u l-preċiżjoni tiżgura proċess effiċjenti ta' notifika billi jiġi stabbilit b'mod ċar li l-perjodu ta' xahar u l-perjodu ta' tliet xhur li ssir referenza għalih, rispettivament, fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(2) u fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 jkun beda fid-data li fiha tidħol applikazzjoni ta' passaport li jkun fiha l-informazzjoni li tiġi vvalutata bħala kompluta u korretta mill-awtoritajiet kompetenti ta' domiċilju.

(5)

Meta tkun ġiet inizjalata proċedura għar-riżoluzzjoni ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jinfurmaw lill-istituzzjoni ta' pagament li deċiżjoni rigward l-applikazzjoni ta' passaport tkun differita sakemm ikun hemm riżoluzzjoni skont dik id-dispożizzjoni.

(6)

Sabiex jiġi żgurat proċess effiċjenti u bla skossi, li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju kif ukoll ospitanti jagħmlu l-evalwazzjoni rispettivi tagħhom f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/2366, jenħtieġ li l-informazzjoni li tkun trid tiġi kondiviża bejn l-awtoritajiet kompetenti f'rabta ma' applikazzjoni ta' passaport tkun iddefinita b'mod ċar fil-każ ta' applikazzjonijiet ta' passaport ta' fergħa, applikazzjonijiet ta' passaport ta' aġent u applikazzjonijiet ta' passaport ta' servizzi, rispettivament. Huwa wkoll xieraq li jiġu pprovduti mudelli standard għat-trażmissjoni ta' tali informazzjoni. Meta jkunu disponibbli, jenħtieġ li dawk il-forom ikunu jinkludu wkoll l-Identifikatur ta' Entità Legali għall-entitajiet legali.

(7)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet ta' pagament li joperaw b'mod transfruntier fi Stati Membri differenti, huwa xieraq li jiġi stabbilit il-format tan-numru ta' identifikazzjoni uniku relevanti użat f'kull Stat Membru li jidentifika l-istituzzjoni ta' pagament, il-fergħat jew l-aġenti reklutati mill-istituzzjonijiet ta' pagament biex jipprovdu servizzi ta' pagament fl-Istat Membru ospitanti.

(8)

Meta istituzzjoni ta' pagament li twettaq l-attivitajiet tagħha fi Stat Membru ieħor tibdel l-informazzjoni kkomunikata fl-applikazzjoni inizjali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' domiċilju jittrażmettu biss l-informazzjoni li tkun affettwata bit-tibdil f'konformità mal-Artikolu 28(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti.

(9)

F'konformita mal-punt (a) tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-istituzzjonijiet ta' flus elettroniku, b'żieda mal-ħruġ ta' flus elettroniku, huma intitolati għall-provvista ta' servizzi ta' pagament. Barra minn dan, f'konformità mal-Artikolu 3(1) ta' dik id-Direttiva, il-proċeduri għan-notifika ta' passaport tal-istituzzjonijiet ta' pagament japplikaw mutatis mutandis għall-istituzzjonijiet ta' flus elettroniku. L-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/110/KE tistabbilixxi wkoll li d-dispożizzjonijiet għan-notifiki ta' passaport ta' istituzzjonijiet ta' pagament japplikaw mutatis mutandis għal istituzzjonijiet ta' flus elettroniku li jiddistribwixxu flus elettroniku fi Stat Membru ieħor permezz ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaġixxu f'isimhom. L-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2009/110/KE jistipula li l-istituzzjonijiet ta' flus elettroniku ma għandhomx joħorġu flus elettroniku permezz ta' aġenti, filwaqt li jkunu permessi li jipprovdu servizzi ta' pagament permezz ta' aġenti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2015/2366. Jenħtieġ għalhekk li n-notifiki bejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu ffaċilitati għar-rigward tal-informazzjoni marbuta ma' applikazzjoni ta' passaport minn istituzzjoni ta' flus elettroniku li jkollha l-intenzjoni li teżerċita d-dritt ta' stabbiliment jew il-libertà li tipprovdi servizzi, inkluż billi tirrekluta aġent għall-provvediment ta' servizzi ta' pagament jew billi tiddistribwixxi u tifdi flus elettroniku permezz ta'distributuri li jaġixxu f'isimhom fi Stat Membru ieħor, skont il-qafas applikabbli tal-attivitajiet li l-istituzzjonijiet ta' flus elettroniku huma intitolati li jwettqu.

(10)

Dan ir-Regolament huwa msejjes fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) lill-Kummissjoni.

(11)

L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri ta' domiċilju u dawk ospitanti rigward notifiki għall-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi minn istituzzjonijiet ta' pagament, f'konformità mal-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

2.   Dan ir-Regolament japplika mutatis mutandis għal notifiki bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri ta' domiċilju u ospitanti fl-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment jew tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi minn istituzzjonijiet ta' flus elettroniku, inkluż fejn huma jiddistribwixxu flus elettroniku billi jirreklutaw xi persuna fiżika jew ġuridika, f'konformita mal-Artikolu 3(1), (4) u (5) tad-Direttiva 2009/110/KE u l-Artikolu 111 tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

3.   L-ambitu u t-trattament tal-informazzjoni skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti taħt il-qafas ta' kooperazzjoni kif definit f'dan ir-Regolament ma jkollu l-ebda konsegwenza fuq il-kompetenza tal-awtoritajiet ta' domiċilju u ospitanti kif definit taħt id-Direttiva (UE) 2015/2366.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“applikazzjoni ta' passaport” tfisser applikazzjoni ta' passaport ta' fergħa, applikazzjoni ta' passaport ta' servizzi jew applikazzjoni ta' passaport ta' aġent;

(b)

“applikazzjoni ta' passaport ta' fergħa” tfisser applikazzjoni li ssir skont l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 minn istituzzjoni ta' pagament awtorizzata li tkun tixtieq tistabbilixxi fergħa fi Stat Membru ieħor;

(c)

“applikazzjoni ta' passaport ta' servizzi” tfisser applikazzjoni li ssir skont l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 minn istituzzjoni ta' pagament awtorizzata li tkun tixtieq toffri servizzi fi Stat Membru ieħor;

(d)

“applikazzjoni ta' passaport ta' aġent” tfisser applikazzjoni li ssir skont l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 minn istituzzjoni ta' pagament awtorizzata li tkun tixtieq toffri servizzi ta' pagament fi Stat Membru ieħor billi tirrekluta aġent kif issir referenza għal dan fl-Artikolu 19(5) ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 3

Rekwiżiti ġenerali

1.   Notifiki li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1(1) għandhom ikunu trażmessi permezz tal-mudelli stabbiliti fl-Annessi II, III, V u VI.

2.   Notifiki li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1(2) għandhom ikunu trażmessi permezz tal-mudelli stabbiliti fl-Annessi II, III, V u VI.

3.   Notifiki li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 1(2) fejn l-istituzzjonijiet ta' flus elettroniku jiddistribwixxu flus elettroniku billi jirreklutaw persuna fiżika jew ġuridika għandhom jiġu trażmessi permezz tal-mudelli stabbiliti fl-Annessi IV u VI.

4.   Il-mudelli li ssir referenza għalihom fil-paragrafi 1, 2, u 3, u l-informazzjoni li fihom, għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

għandhom ikunu bil-miktub u f'lingwa li tkun aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta' kemm l-Istati Membru ta' domiċilju kif ukoll ospitanti;

(b)

għandhom jiġu trażmessi b'mezzi elettroniċi, meta dawk il-mezzi jkunu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li fih l-istituzzjoni ta' pagament jkollha l-intenzjoni li tipprovdi servizzi ta' pagament, segwit minn konferma elettronika ta' riċevuta minn dawk l-awtoritajiet kompetenti, jew trażmessi bil-posta b'għarfien ta' riċevuta.

5.   Kull awtorità kompetenti għandha tagħmel l-informazzjoni li ġejja disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra:

(a)

il-lingwi aċċettati, skont il-punt (a) tal-paragrafu 4:

(b)

l-indirizz tal-posta elettroniku li lejh għandhom jiġu trażmessi l-informazzjoni u l-mudelli meta jiġu ppreżentati b'mezzi elettroniċi jew l-indirizz fejn għandhom jintbagħtu l-informazzjoni u l-mudelli meta jintbagħtu bil-posta.

Artikolu 4

Evalwazzjoni ta' kompletezza u ta' preċiżjoni

1.   Mal-wasla ta' applikazzjoni ta' passaport minn istituzzjoni ta' pagament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jivvalutaw il-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

2.   Fejn l-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni tkun evalwata bħala mhux kompluta jew mhux korretta skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tinforma lill-istituzzjoni ta' pagament mingħajr dewmien, u tindika b'liema mod l-informazzjoni titqies mhux kompluta jew żbaljata.

3.   Il-perjodi ta' żmien li ssir referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jkunu bdew fid-data tal-irċevuta ta' applikazzjoni kompluta u preċiża.

Artikolu 5

Risoluzzjoni ta' disputi bejn l-awtoritajiet kompetenti

Meta tkun ġiet inizjalata proċedura għar-riżoluzzjoni ta' disputi bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri differenti skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 f'rabta ma' applikazzjoni ta' passaport minn istituzzjoni ta' pagament skont l-Artikolu 28 ta' dik id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jinfurmaw lill-istituzzjoni ta' pagament bil-posponiment ta' deċiżjoni fuq l-applikazzjoni sakemm ikun hemm riżoluzzjoni skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

KAPITOLU 2

APPLIKAZZJONNI TA' PASSAPORT TA' FERGĦA

Artikolu 6

Informazzjoni li għandha tiġi trażmessa

1.   Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, meta applikazzjoni ta' passaport ta' fergħa tkun ippreżentata minn istituzzjoni ta' pagament, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membrut ta' domiċilju għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti:

(a)

id-data ta' riċevuta ta' applikazzjoni ta' passaport komputa u preċiża mill-istituzzjoni ta' pagament skont l-Artikolu 4;

(b)

l-Istati Membru li fih l-istituzzjoni ta' pagament ikollha l-intenzjoni li topera;

(c)

it-tip ta' applikazzjoni ta' passaport;

(d)

l-isem, l-indirizz u fejn applikabbli, in-numru ta' awtorizzazzjoni u n-numru ta' identifikazzjoni uniku tal-istituzzjoni ta' pagament fl-Istat Membru ta' domiċilju skont il-formati stabbilit fl-Anness I;

(e)

fejn disponibbli, l-Identifikatur ta' Entità Legali tal-istituzzjoni ta' pagament;

(f)

l-identità u d-dettalji ta' kuntatt ta' persuna konkreta fl-istituzzjoni ta' pagament li tkun qiegħda tippreżenta n-notifika ta' fergħa;

(g)

l-indirizz tal-fergħa li għandha tiġi stabbilita fl-Istat Membru ospitanti;

(h)

L-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-fergħa li għandha tiġi stabbilita fl-Istat Membru ospitanti;

(i)

Is-servizzi ta' pagament li għandhom jiġu pprovduti fl-Istat Membru ospitanti;

(j)

L-istruttura organizzattiva tal-fergħa li għandha tiġi stabbilita fl-Istat Membru ospitanti;

(k)

pjan tan-negozju, inkluż kalkolu ta' tbassir ta' baġit għall-ewwel tliet snin finanzjarji, li juri li l-fergħa tkun fi grad li tuża s-sistemi, ir-riżorsi u l-proċeduri xierqa u proporzjonati biex topera kif imiss fl-Istati Membru ospitanti;

(l)

deskrizzjoni tal-arranġamenti ta' governanza u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern tal-fergħa, inkluż proċeduri amministrattivi u proċeduri ta' ġestjoni ta' riskju, li turi li dawn l-arranġamenti ta' governanza, mekkaniżmi ta' kontroll u proċeduri huma proporzjonati, xierqa, sodi u adegwati għar-rigward tan-negozju ta' servizz ta' pagament fl-Istat Membru ospitanti u jkunu konformi mar-rekwiżiti dwar il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu skont id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

2.   Meta istituzzjoni ta' pagament tkun infurmat lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membru ta' domiċilju bl-intenzjoni tagħha li testernalizza l-funzjonijiet operattivi ta' servizzi ta' pagament lil entitajiet oħra fl-Istati Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju għandhom jinfurmaw kif imiss lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti.

Artikolu 7

Trażmissjoni ta' informazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jittrażmettu l-informazzjoni li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 6 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness II, u jinfurmaw lill-istituzzjoni ta' pagament li jkunu ttrażmettew l-informazzjoni.

2.   Fejn ikun hemm notifiki multipli li jkunu jridu jiġu kkomunikati, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw informazzjoni aggregata billi jużaw il-kaxex stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 8

Komunikazzjoni ta' bidliet fl-applikazzjoni

1.   Meta, skont l-Artikolu 28(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, istituzzjoni ta' pagament tinnotifika lill-awtoritajeit kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju b'xi bidla relevanti għal xi applikazzjoni preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju għandhom jikkomunikaw dawk il-bidliet relevanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jittrażmettu l-bidliet relevanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti billi jimlew biss dawk il-partijiet tal-mudell stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament li jkunu affettwati minn dawn it-tibdiliet.

Artikolu 9

Informazzjoni dwar il-bidu ta' attivitajiet tal-fergħa

Għall-iskopijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju għandhom jikkomunikaw id-data li minnha istituzzjoni ta' pagament tibda' l-attivitajiet tagħha fi Stat Membru ospitanti lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru ospitanti mingħajr dewmien mhux dovut, permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU 3

APPLIKAZZJONI TA' PASSAPORT TA' AĠENT

Artikolu 10

Informazzjoni li għandha tiġi trażmessa

1.   Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, meta applikazzjoni ta' passaport ta' aġent tkun ippreżentata minn istituzzjoni ta' pagament, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membrut ta' domiċilju għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti:

(a)

id-data ta' riċevuta ta' applikazzjoni ta' passaport kompluta u preċiża mill-istituzzjoni ta' pagament skont l-Artikolu 4;

(b)

l-Istat Membru li fih l-istituzzjoni ta' pagament ikollha l-intenzjoni li topera billi tirrekluta aġent;

(c)

it-tip ta' applikazzjoni ta' passaport;

(d)

in-natura tal-applikazzjoni ta' passaport u, fejn l-użu tal-aġent fl-Istat Membru ospitanti ma jagħtix lok għal stabbiliment, deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li ttieħdu f'kunsiderazzjoni mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta' domiċilju fl-evalwazzjoni tagħha;

(e)

l-isem, l-indirizz u fejn applikabbli, in-numru ta' awtorizzazzjoni u n-numru ta' identifikazzjoni uniku tal-istituzzjoni ta' pagament fl-Istat Membru ta' domiċilju skont il-formati stabbilit fl-Anness I;

(f)

fejn disponibbli, l-Identifikatur ta' Entità Legali tal-istituzzjoni ta' pagament;

(g)

l-identità u d-dettalji ta' kuntatt ta' persuna ta' kuntatt fl-istituzzjoni ta' pagament li tkun qiegħda tippreżenta n-notifika ta' passaport ta' aġent;

(h)

l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-aġent reklutat mill-istituzzjoni ta' pagament;

(i)

in-numru ta' identifikazzjoni uniku tal-aġent fl-Istat Membru fejn tkun lokalizzata, fejn applikabbli, skont il-formati li jsir provvediment għalihom fl-Anness I;

(j)

fejn applikabbli, l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuni responsabbli għall-punt ta' kuntatt ċentrali, meta dan ikun inħatar skont l-Artikolu 29(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(k)

is-servizzi ta' pagament li għandhom jiġu pprovduti fl-Istat Membru ospitanti bir-reklutaġġ tal-aġent;

(l)

deskrizzjoni tal-mekkaniżmi interni ta' kontroll li se jkunu applikati mill-aġenti sabiex jikkonformaw mal-obbligi fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont id-Direttiva (UE) 2015/849;

(m)

l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tad-diretturi u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tal-aġent li jkunu ser jintużaw fil-forniment ta' servizzi ta' pagament u, għal aġenti minbarra fornituri ta' servizzi ta' pagament, evidenza li huma persuni kompetenti u idonei;

2.   Meta istituzzjoni ta' pagament tkun infurmat lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membru ta' domiċilju bl-intenzjoni tagħha li testernalizza l-funzjonijiet operattivi ta' servizzi ta' pagament lil entitajiet oħra fl-Istati Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti kif imiss.

Artikolu 11

Trażmissjoni ta' informazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jittrażmettu l-informazzjoni li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 10 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness III, u jinfurmaw lill-istituzzjoni ta' pagament li jkunu ttrażmettew l-informazzjoni.

2.   Fejn ikun hemm notifiki multipli li jkunu jridu jiġu kkomunikati, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw informazzjoni aggregata billi jużaw il-kaxex stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 12

Komunikazzjoni ta' bidliet fl-applikazzjoni

1.   Meta, skont l-Artikolu 28(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, istituzzjoni ta' pagament tinnotifika lill-awtoritajeit kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju b'xi bidla relevanti għal applikazzjoni ta' passaport ta' aġent preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju għandhom jikkomunikaw dawk il-bidliet relevanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju għandhom jittrażmettu l-bidliet relevanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti billi jimlew biss dawk il-partijiet tal-mudell stabbilit fl-Anness III li jkunu affettwati minn dawn il-bidliet.

Artikolu 13

Informazzjoni dwar il-bidu tal-attivitajiet tal-aġent

Għall-iskopijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, l-awtoritajiet komptenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jikkomunikaw id-data li minnha istituzzjoni ta' pagament tibda' l-attivitajiet tagħha permezz ta'aġent fi Stat Membru ospitanti lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru ospitanti, permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU 4

APPLIKAZZJONI TA' PASSAPORT TA' SERVIZZI

Artikolu 14

Informazzjoni li għandha tiġi trażmessa

1.   Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, meta applikazzjoni ta' passaport ta' servizzi tkun ippreżentata minn istituzzjoni ta' pagament, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ta' domiċilju għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti:

(a)

id-data ta' riċevuta ta' applikazzjoni ta' passaport kompluta u preċiża mill-istituzzjoni ta' pagament skont l-Artikolu 4;

(b)

l-Istat Membru li fih l-istituzzjoni ta' pagament ikollha l-intenzjoni li tipprovdi servizzi;

(c)

it-tip ta' applikazzjoni ta' passaport;

(d)

l-isem, l-indirizz u fejn applikabbli, in-numru ta' awtorizzazzjoni u n-numru ta' identifikazzjoni uniku tal-istituzzjoni ta' pagament fl-Istat Membru ta' domiċilju skont il-formati stabbilit fl-Anness I;

(e)

fejn disponibbli, l-Identifikatur ta' Entità Legali tal-istituzzjoni ta' pagament;

(f)

l-identità u d-dettalji ta' kuntatt ta' persuna konkreta fl-istituzzjoni ta' pagament li tkun qiegħda tippreżenta l-applikazzjoni ta' passaport ta' servizzi;

(g)

id-data intenzjonata tal-bidu tal-provvediment ta' servizzi fl-Istat Membru ospitanti;

(h)

is-servizz(i) ta' pagament li għandhom jiġu pprovduti fl-Istat Membru ospitanti;

2.   Meta istituzzjoni ta' pagament tkun infurmat lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membru ta' domiċilju bl-intenzjoni tagħha li testernalizza l-funzjonijiet operattivi ta' servizzi ta' pagament lil entitajiet oħra fl-Istati Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju għandhom jinfurmaw kif imiss lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti.

Artikolu 15

Trażmissjoni ta' informazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jittrażmettu l-informazzjoni li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 14 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness V, u jinfurmaw lill-istituzzjoni ta' pagament li jkunu ttrażmettew l-informazzjoni.

2.   Fejn ikun hemm notifiki multipli li jkunu jridu jiġu kkomunikati, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw informazzjoni aggregata billi jużaw il-kaxex stabbiliti fl-Anness V.

Artikolu 16

Komunikazzjoni ta' bidliet fl-applikazzjoni ta' passaport ta' servizzi

1.   Meta, skont l-Artikolu 28(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, istituzzjoni ta' pagament tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju b'xi bidla relevanti għal applikazzjoni ta' passaport ta' servizzi preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju għandhom jikkomunikaw dawk il-bidliet relevanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju għandhom jittrażmettu l-bidliet relevanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti billi jimlew biss dawk il-partijiet tal-mudell stabbilit fl-Anness V li jkunu affettwati minn dawn it-tibdiliet.

KAPITOLU 5

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12)

(3)  Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

ANNESS I

Format tan-numru uniku ta' identifikazzjoni relevanti f'kull Stat Membru

Stat Membru

Persuna ġuridika

Persuna fiżika

Tip tan-numru ta' ID

Format tan-numru ta' ID

Tip tan-numru ta' ID

Format tan-numru ta' ID

L-Awstrija

Jekk reġistrat:

Firmenbuchnummer (https://www.justiz.gv.at/web2013/html/default/8ab4a8a422985de30122a90fc2ca620b.de.html)

Massimu: sitt ċifri flimkien ma' ittra waħda ta' kontroll

Jekk mhux reġistrat

Umsatzsteuer-Identifikations-Nummer (UID-Nummer) (https://www.bmf.gv.at/steuern/selbststaendige-unternehmer/umsatzsteuer/UID-und-ZM.html)

Il-Belġju

Numru KBO/BCE (KBO = KruispuntBank van Ondernemingen; BCE = Banque-Carrefour des Entreprises)

http://economie.fgov.be/nl/ondernemingen/KBO/#.VlbmZpYcTcu

0 + numru tal-VAT (0XXX.XXX.XXX)

Numru KBO/BCE (KBO = KruispuntBank van Ondernemingen; BCE = Banque-Carrefour des Entreprises)

http://economie.fgov.be/nl/ondernemingen/KBO/#.VlbmZpYcTcu

10 ċifri (0 + 9 ċifri- numru tal-VAT)

Il-Bulgarija

Kodiċi Unifikat ta' Identifikazzjoni kif irregolat mill-Art. 23(1) tal-Att dwar ir-Reġistru Kummerċjali tal-Bulgarija.

9 ċifri

Kodiċi Unifikat ta' Identifikazzjoni kif irregolat mill-Art. 23(1) tal-Att dwar ir-Reġistru Kummerċjali tal-Bulgarija.

9 ċifri

Il-Kroazja

OIB

(Numru fiskali; Osobni identifikacijski broj — Numru personali ta' identifikazzjoni)

11-il ċifra

(10 ċifri bla ordni partikolari + 1 ċifra ta' kontroll)

OIB

(Numru fiskali; (Osobni identifikacijski broj — Numru Personali ta' Identifikazzjoni)

11 ċifri

(10 ċifri bla ordni partikolari + 1 ċifra ta' kontroll)

Ċipru

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa (NIT)

https://ec.europa.eu/taxation_customs/tin/tinByCountry.html

8 ċifri u ittra waħda (1) (eż: 99999999L)

Kodiċi ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa (KIT)

https://ec.europa.eu/taxation_customs/tin/tinByCountry.html

8 ċifri u ittra waħda (1) (l-ewwel ċifra tkun dejjem żero)

Ir-Repubblika Ċeka

Numru Personali ta' Identifikazzjoni (Identifikační číslo osoby (IČO))

8 ċifri (pereż. 12345678)

Numru ta' identifikazzjoni personali (Identifikační číslo osoby (IČO))

8 ċifri (pereż. 12345678)

Id-Danimarka

Numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpaniji (Numru CVR)

Numru bi 8 ċifri (pereż. 12345678)

Numru personali ta' reġistrazzjoni (Numru CPR)

Numru b'10 ċifri fil-format “123456-7890”

L-Estonja

Kodiċi ta' reġistrazzjoni tal-kumpaniji, aċċessibbli fuq is-sit web tar-Reġistru Kummerċjali tal-Kumpaniji. https://ariregister.rik.ee/index?lang=eng

Numru bi 8 ċifri

Kodiċi personali ta' identifikazzjoni (Kodiċi ID)

Kodiċi personali ta' identifikazzjoni (Kodiċi ID)

Il-Finlandja

ID ta' negozju lokali (https://www.ytj.fi/en/index/businessid.html)

jew

in-numru internazzjonali tal-VAT

ID ta' negozju lokali: 7 ċifri, sing u marka ta' kontroll, pereż. 1234567-8

In-numru tal-VAT: 8 ċifri — (pereż. 12345678)

Franza

SIREN

9 ċifri

SIREN

9 ċifri

Il-Ġermanja

Jekk reġistrat:

Handelsregisternummer (HReg-Nr.) (Numru tar-Reġistru Kummerċjali; https://www.handelsregister.de/rp_web/mask.do), incl. place of registration

HRA; HRB; GnR; PR;VR

HRA xxxx

HRB xxxx

GnR xxxx

PR xxxxx

VR xxxx

Agħżel il-format applikabbli, skont it-tip ta' persuna (ġuridika), segwit minn numru ta' tul differenti

Jekk mhux reġistrat

Umsatzsteuer-Identifikationsnummer (USt-IdNr.) (http://www.bzst.de/DE/Steuern_International/USt_Identifikationsnummer/Merkblaetter/Aufbau_USt_IdNr.html?nn=19560)

(Numru tal-VAT)

DExxxxxxxxx

U warajh numru b'9 ċifri

Il-Ġreċja

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa (NIT — ΑΦΜ)

https://ec.europa.eu/taxation_customs/tin/pdf/en/TIN_-_country_sheet_EL_en.pdf

9 ċifri

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa (NIT — ΑΦΜ)

https://ec.europa.eu/taxation_customs/tin/pdf/en/TIN_-_country_sheet_EL_en.pdf

9 ċifri

L-Ungerija

Numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpaniji

Numri (##-##-######)

Numru tar-reġistru tal-imprendituri privati

Numru ta' reġistrazzjoni għal proprjetajiet singoli

Numri (########);

Numri (##-##-######)

L-Iżlanda

L-Irlanda

Numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpaniji

https://www.cro.ie/

6 ċifri

L-Italja

Numru ta' reġistrazzjoni

5 ċifri

Kodiċi fiskali, disponibbli fuq is-sit web tal-OAM (Organismo per la Gestione degli Elenchi degli Agenti in Attività Finanziaria e dei Mediatori Creditizi):

https://www.organismo-am.it/elenco-agenti-servizi-di-pagamento

Kodiċi alfanumerika ta' 16-il karattru (“SP” segwit minn ċifri)

Il-Latvja

Numru ta' reġistrazzjoni tat-taxxa (http://www.csb.gov.lv/en/node/29890)

11 ċifri

Numru tal-ID Personali (XXXXXX-XXXXX), jew jekk il-persuna tkun kontribwent — imprenditur individwali, numru ta' reġistrazzjoni tat-taxxa (http://www.csb.gov.lv/en/node/29890)

Numru ta' reġistrazzjoni tat-taxxa: 11 ċifri

Il-Liechtenstein

Fejn disponibbli, l-Identifikatur ta' Entità Ġuridika tal-entità, jew jekk ma jkunx disponibbli:

In-numru ta' reġistrazzjoni kummerċjali (Handelsregister-Nummer)

Prefiss FL + 11-il ċifra (FL-XXXX.XXX.XXX-X).

Personenidentifikationsnummer (Numru Personali ta' Identifikazzjoni)

Massimu ta'12-il ċifra

Il-Litwanja

Kodiċi tal-kumpanija mir-Reġistru tal-Entitajiet Legali ġestit miċ-Ċentru tar-Reġistri tar-Repubblika tal-Litwanja (http://www.registrucentras.lt/jar/p_en/);

jew

9 ċifri (li kienu jkunu 7 sal-2004)

Kodiċi tal-kontribwenti — Isem u Kunjom (il-kodiċi tal-kontribwent tkun identika għall-kodiċi personali; madankollu, għal skopijiet ta' protezzjoni ta' data, normalment ma jiġix żvelat), jew

Isem u Kunjom (ittri)

Il-Lussemburgu

Numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpaniji

L-ittra B segwita minn 6 ċifri (pereż. B 123456)

Numru tas-sigurtà soċjali

13-il ċifra (l-ewwel 8 ċifri huma d-data tat-twelid tal-persuna: YYYYMMDD)

Malta

Numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpaniji:

http://rocsupport.mfsa.com.mt/pages/default.aspx

L-ittra C segwita minn 5 ċifri — pereż. C 28938

Numru tal-Karta tal-Identità JEW tal-Passaport:

http://www.consilium.europa.eu/prado/en/prado-documents/mlt/all/index.html

6 ċifri u ittra kapitali — Eżempju: 034976M

JEW

6 ċifri (pereż. 728349)

In-Netherlands

Numru tal-Kamra tal-Kummerċ (KvK)

8 ċifri

Numru tal-Kamra tal-Kummerċ (KvK)

8 ċifri

In-Norveġja

Numru ta' Reġistrazzjoni tan-Negozji (Numru tal-organizzazzjoni)

9 ċifri (pereżempju 981 276 957)

Numru nazzjonali ta' identifikazzjoni/Numru-D

11-il ċifra (l-ewwel 6 ċifri huma d-data tat-twelid tal-persuna: DD.MM.YY.)

Il-Polonja

NIP Pollakk (numer identyfikacji podatkowej)

NIP Pollakk (numer identyfikacji podatkowej)

Il-Portugall

Número de Identificação de Pessoa Coletiva (NIPC)

9 ċifri

Número de Identificação Fiscal (NIF)

9 ċifri

Ir-Rumanija

Ir-Repubblika Slovakka

Identifikačné číslo organizácie/Numru ta' Reġistrazzjoni tal-Kumpanija (IČO)

8 ċifri

IČO — 00 000 000

Numru ta' Reġistrazzjoni tal-Kumpanija (IČO) jiġi assenjat lil persuni ġuridiċi u lil imprendituri

http://slovak.statistics.sk/wps/portal/ext/Databases/register_organizacii/!ut/p/b1/jY7RCoIwGEafKPfPqdsuV-BcLGnJlu0mLCKEpl1E0dtn0m3Wd_fBOXCQRzXyXXNvz82t7bvm8v4-2zu9ZvM5FsCwo6DyyiTGrrA06QDsBmAhRZFQDcC0TEGJwm64IQQE-c-HLxPwy18i3x5C9DiGCKKE4pRzChnlLOYEbZEffWGMqbRzIF2cgyJYQmktQE4_wFT_CEwElkUfTugabP2s1OwFKhgzhg!!/dl4/d5/L2dBISEvZ0FBIS9nQSEh/

8 ċifri

IČO — 00 000 000

Is-Slovenja

Numru ta' identifikazzjoni (reġistrazzjoni) assenjat mill-Aġenzija tar-Repubblika tas-Slovenja għal Rekord Legali Pubbliċi u Servizzi Relatati (www.ajpes.si)

10 ċifri

Numru ta' identifikazzjoni (reġistrazzjoni) assenjat mill-Aġenzija tar-Repubblika tas-Slovenja għal Rekord Legali Pubbliċi u Servizzi Relatati (www.ajpes.si)

10 ċifri

Spanja

Kodiċi LEI

Fin-nuqqas ta' dan:

NIF (‘Número de Identificación Fiscal’) magħruf ukoll bħala numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa.

Aktar tagħrif dwar l-istruttura tan-numru ta' ID tat-taxxa jinsab fil-links li ġejjin:

NIF (Entitajiet Legali):

http://www.agenciatributaria.es/AEAT.internet/Inicio_es_ES/La_Agencia_Tributaria/Campanas/Censos__NIF_y_domicilio_fiscal/Empresas_y_profesionales__Declaracion_censal__Modelos_036_y_037/Informacion/NIF_de_personas_juridicas_y_entidades.shtml

Jikkonsisti minn 20 karattru kif ġej:

Karattri 1-4: Prefiss ta' 4 karattri allokati b'mod uniku lil kull LOU (Unità li topera lokalment).

Karattri 5-6: 2 karattri riżervati imniżżla bħala żero.

Karattri 7-18: Il-parti mill-kodiċi speċifika għall-entità, iġġenerata u assenjat mil-LOUs skont linji ta' politika dwar l-allokazzjoni trasparenti, sodi u robusti

Karattri 19-20: Żewġ ċifri ta' kontroll kif deskritt fl-istandard ISO 17442.

Jikkonsisti minn 9 karattru kif ġej:

a)

Ittra li tipprovdi informazzjoni dwar il-forma legali tagħha:

A.

Korporazzjonijiet.

B.

Kumpaniji b'Responsabbiltà Limitata.

C.

Sħubija ġenerali

D.

Sħubiji limitati

E.

Sjieda konġunta u wirt sospiż

F.

Kooperattivi

G.

Assoċjazzjonijiet

H.

Komunitajiet ta' sidien ta' djar

J.

Korporazzjonijiet ċivili

N.

Entitajiet barranin

P.

Gvern lokali

Q.

Organiżmi pubbliċi

R.

Kongregazzjonijiet reliġjużi u istituzzjonijiet

S.

Gvern ċentrali u korpi ta' reġjuni awtonomi

U.

Impriżi konġunti b'personalità legali

V.

Oħrajn mhux definiti fil-lista preċedenti

W.

Stabbilimenti permanenti li huma okkupati minn entitajiet mhux reżidenti

(b)

Numru mingħajr ordni partikolari ta' 7 ċifri.

(c)

Ittra jew numru, skont il-forma legali (kodiċi ta' verifika).

NIF (‘Número de Identificación Fiscal’), jew numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa.

Fil-każ ta' individwi Spanjoli mhux reżidenti, fil-każ ta' individwi Spanjoli taħt l-14-il sena u fil-każ ta' individwi barranin mhux reżidenti li jkunu qegħdin jagħmlu tranżazzjonijiet b'tranxendenza tat-taxxa:

Fil-każ ta' individwi barranin: NIE (‘Número de Identidad de Extranjero’).

Aktar tagħrif dwar l-istruttura tan-numru ta' ID tat-taxxa jinsab fil-links li ġejjin:

NIF (Individwi) u NIE:

http://www.agenciatributaria.es/AEAT.internet/Inicio_es_ES/La_Agencia_Tributaria/Campanas/Censos__NIF_y_domicilio_fiscal/Ciudadanos/Informacion/NIF_de_personas_fisicas.shtml

Jikkonsisti minn 9 karattri:

8 ċifri u ittra finali bħala kodiċi ta' verifika fl-aħħar.

Jikkonsisti minn ittra (“L” fil-każ ta' persuni Spanjoli mhux reżidenti, “K” għal dawk ta' taħt l-14-il sena u “M” għal barranin mhux reżidenti),

7 karattri alfanumeriċi flimkien ma' ittra (kontroll ta' verifika)

Jikkonsisti minn 9 karattri: ittra inizjali, “X”, segwita minn 7 ċifri u ittra fl-aħħar bħala kodiċi ta' kontroll.

Meta tkun eżawrita l-kapaċità numerika tal-ittra “X”, is-sekwenza titkompla fl-ordni alfabetika (l-ewwel bil-“Y” u imbagħad b“Z”)

L-Iżvezja

Numru ta' reġistrazzjoni (www.bolagsverket.se)

NNNNNN-XXXX

Numru tas-Sigurtà Soċjali

YYMMDD-XXXX

Ir-Renju Unit

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa (NIT)

https://ec.europa.eu/taxation_customs/tin/pdf/en/TIN_-_country_sheet_UK_en.pdf

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa (NIT)

https://ec.europa.eu/taxation_customs/tin/pdf/en/TIN_-_country_sheet_UK_en.pdf

ANNESS II

Mudell ta' notifika għall-iskambju ta' informazzjoni b'rabta ma' applikazzjonijiet ta' passaport ta' fergħa minn istituzzjonijiet ta' pagament u istituzzjonijiet ta' flus elettroniku

1)

Stat Membru ta' domiċilju

2)

Isem tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju

3)

Data ta' riċevuta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-applikazzjoni kompluta u preċiża mill-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni ta' flus elettroniku

DD/MM/YY

4)

Stat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa

5)

Tip ta' applikazzjoni

☐ L-ewwel applikazzjoni

☐ Tibdil għall-applikazzjoni preċedenti

☐ Tmiem/terminazzjoni tal-attività ta' negozju

6)

Tip ta' istituzzjoni

☐ Istituzzjoni ta' pagament

☐ Istituzzjoni tal-flus elettroniku

7)

Isem tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku

8)

Indirizz tas-sede ewlenija tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku

9)

Numru ta' identifikazzjoni uniku tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni ta' flus elettroniku fil-format tal-Istat Membru ta' domiċilju kif speċifikat fl-Anness I (fejn applikabbli)

10)

Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI) tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni ta' flus elettroniku (fejn disponibbli)

11)

Numru tal-awtorizzazzjoni mill-Istat Membru ta' domiċilju tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku (fejn applikabbli)

12)

Persuna ta' kuntatt fi ħdan l-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku

13)

Posta elettronika tal-persuna ta' kuntatt fi ħdan l-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku

14)

Numru tat-telefon tal-persuna ta' kuntatt fi ħdan l-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku

15)

Indirizz tal-fergħa

16)

Identità tal-persuni responsabbli mill-ġestjoni tal-fergħa

17)

Posta elettronika tal-persuni responsabbli mill-ġestjoni tal-fergħa

18)

Numru tat-telefon tal-persuni responsabbli mill-ġestjoni tal-fergħa

19)

Servizzi ta' pagament li għandhom jingħataw

1.

☐ Servizzi li jippermettu li flus kontanti jitqiegħdu f'kont tal-pagamenti, kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jintuża kont tal-pagamenti

2.

☐ Servizzi li jippermettu ġbid ta' flus kontanti minn kont tal-pagamenti, kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi operat kont tal-pagamenti

3.

It-twettiq ta' tranżazzjonjiet ta' pagamenti, inkluż trasferiment ta' fondi fuq kont tal-pagamenti mal-fornitur ta' pagamenti tal-utent jew ma' fornitur ta' servizzi ta' pagamenti ieħor:

(a)

esekuzzjoni ta' debiti diretti, inkluż debiti diretti ta' darba ☐

(b)

esekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' pagament permezz ta' karta ta' pagament jew xi tagħmir simili ☐

(c)

esekuzzjoni ta' trasferimenti ta' kreditu, inklużi ordnijiet permanenti ☐

4.

Esekuzzjoni ta' trasferimenti ta' pagament fejn il-fondi jkunu koperti minn linja ta' kreditu għal utent ta' servizz ta' pagament:

Inkluż l-għoti ta' kreditu skont l-Artikolu 18(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366: ☐ iva ☐ le

5.

☐ Ħruġ ta' strumenti ta' pagament

☐ Akkwist ta' tranżazzjonijiet ta' pagament

Inkluż l-għoti ta' kreditu skont l-Artikolu 18(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366: ☐ iva ☐ le

6.

☐ Rimessa ta' flus

7.

☐ Servizzi ta' bidu ta' pagament

8.

☐ Servizzi ta' informazzjoni dwar kontijiet

20)

Għandu jiġi pprovdut flus elettroniku (applikabbli biss għal istituzzjonijiet ta' flus elettroniku)

☐ Ħruġ ta' flus elettroniku

☐ Distribuzzjoni u/jew fidi ta' flus elettroniku

21)

Deskrizzjoni tal-istruttura organizzattiva tal-fergħa

22)

Pjan tan-negozju, li juri li l-fergħa tkun tista' tuża s-sistemi, ir-riżorsi u l-proċeduri xierqa u proporzjonati biex topera kif imiss fl-Istati Membru ospitanti, inkluż;

a.

għanijiet ewlenin u l-istrateġija tan-negozju tal-fergħa u spjegazzjoni ta' kif il-fergħa se tikkontribwixxi għall-istrateġija tal-istituzzjoni u, fejn applikabbli, tal-grupp tagħha;

b.

kalkolu previst ta' baġit għall-ewwel tliet snin finanzjarji kompluti.

23)

Arranġamenti ta' governanza u mekkaniżmi ta' kontroll intern, inklużi l-elementi li ġejjin:

a.

deskrizzjoni tal-istruttura ta' governanza tal-fergħa, inklużi l-linji ta' rappurtar legali u funzjonali u l-pożizzjoni u r-rwol tal-fergħa fi ħdan l-istruttura korporattiva tal-istituzzjoni u, fejn applikabbli, mill-grupp tagħha

b.

deskrizzjoni tal-mekkaniżmi ta' kontroll intern tal-fergħa, inklużi l-elementi li ġejjin:

i.

proċeduri interni ta' kontroll tar-riskju tal-fergħa, ir-rabta mal-proċedura interna ta' kontroll tar-riskju tal-istituzzjoni ta' pagament/l-istituzzjoni ta' flus elettroniku, u fejn applikabbli, tal-grupp tagħha;

ii.

dettalji tal-arranġamenti ta' verifika interna tal-fergħa;

iii.

dettalji tal-proċeduri ta' kontra l-ħasil tal-flus li għandhom jiġu adottati mill-fergħa fl-Istat Membru ospitanti, skont id-Direttiva (UE) 2015/849.

24)

Fil-każ tal-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet operativi ta' servizzi ta' pagament/flus elettroniku:

a.

Isem u l-indirizz tal-entità li lejha għandhom jiġu esternalizzati l-funzjonijiet operattivi;

b.

Dettalji ta' kuntatt (posta elettronika u numru tat-telefon) ta' persuna ta' kuntatt fi ħdan l-entità li lejha l-funzjonijiet operattivi għandhom jiġu esternalizzati;

c.

It-tip u deskrizzjoni eżawrijenti tal-funzjonijiet operattivi esternalizzati.

ANNESS III

Mudell ta' notifika għall-iskambju ta' informazzjoni b'rabta ma' applikazzjonijiet ta' passaport minn istituzzjonijiet ta' pagament u istituzzjonijiet ta' flus elettroniku li jużaw aġenti

1)

Stat Membru ta' domiċilju

2)

Stat Membru ospitanti li fih l-aġent għandu jipprovdi servizzi ta' pagament

3)

Isem tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju

4)

Data ta' riċevuta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-applikazzjoni kompluta u preċiża mill-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni ta' flus elettroniku

DD/MM/YY

5)

Tip ta' applikazzjoni

☐ L-ewwel applikazzjoni

☐ Tibdil għall-applikazzjoni preċedenti

☐ Aġenti addizzjonali

☐ Deattivazzjoni ta' aġent

6)

Xorta tal-applikazzjoni (evalwazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju)

☐ Id-dritt ta' stabbiliment

☐ Libertà li jiġu pprovduti servizzi, abbażi taċ-ċirkostanzi li ġejjin:

7)

Tip ta' istituzzjoni

☐ Istituzzjoni ta' pagament

☐ Istituzzjoni tal-flus elettroniku

8)

Isem tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku

9)

Indirizz tas-sede ewlenija tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni ta' flus elettroniku

10)

Numru ta' identifikazzjoni uniku tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni ta' flus elettroniku fil-format tal-Istati Membru ta' domiċilju kif speċifikat fl-Anness I (fejn applikabbli)

11)

Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI) tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni ta' flus elettroniku (fejn disponibbli)

12)

Numru tal-awtorizzazzjoni mill-Istat Membru ta' domiċilju tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku (fejn applikabbli)

13)

Persuna ta' kuntatt fi ħdan l-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku

14)

Posta elettronika tal-persuna ta' kuntatt fi ħdan l-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku

15)

Numru tat-telefon tal-persuna ta' kuntatt fi ħdan l-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku

16)

Dettalji tal-aġent:

a.

Jekk tkun persuna ġuridika:

i.

Isem

ii.

Indirizz(i) reġistrat(i)

iii.

Numru uniku ta' identifikazzjoni fil-format tal-Istat Membru fejn l-aġent ikun lokalizzat kif speċifikat fl-Anness I (fejn applikabbli)

iv.

Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI) tal-aġent (fejn disponibbli)

v.

Numru tat-telefown

vi.

Posta elettronika

vii.

Isem, post u data tat-twelid tar-rappreżentanti legali

b.

Jekk tkun persuna fiżika:

i.

Isem, data u post tat-twelid

ii.

Indirizz(i) reġistrat(i) tan-negozju

iii.

Numru uniku ta' identifikazzjoni fil-format tal-Istat Membru fejn l-aġent ikun lokalizzat kif speċifikat fl-Anness I (fejn applikabbli)

iv.

Numru tat-telefown

v.

Posta elettronika

17)

Jekk taħt id-dritt ta' stabbilment, il-punt ta' kuntatt ċentrali, jekk ikun diġà maħtur u/jew meħtieġ mill-awtoritajiet ospitantiu skont l-Artikolu 29(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366:

a.

Isem tar-rappreżentant

b.

Indirizz

c.

Numru tat-telefown

d.

Posta elettronika

18)

Servizzi ta' pagament li għandhom jiġu pprovduti mill-aġent

1.

☐ Servizzi li jippermettu li flus kontanti jitqiegħdu f'kont tal-pagamenti, kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jintuża kont tal-pagamenti

2.

☐ Servizzi li jippermettu ġbid ta' flus kontanti minn kont tal-pagamenti, kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi operat kont tal-pagamenti

3.

It-twettiq ta' tranżazzjonjiet ta' pagamenti, inkluż trasferiment ta' fondi fuq kont tal-pagamenti mal-fornitur ta' pagamenti tal-utent jew ma' fornitur ta' servizzi ta' pagamenti ieħor:

(a)

esekuzzjoni ta' debiti diretti, inkluż debiti diretti ta' darba ☐

(b)

esekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' pagament permezz ta' karta ta' pagament jew xi tagħmir simili ☐

(c)

esekuzzjoni ta' trasferimenti ta' kreditu, inklużi ordnijiet permanenti ☐

4.

Esekuzzjoni ta' trasferimenti ta' pagament fejn il-fondi jkunu koperti minn linja ta' kreditu għal utent ta' servizz ta' pagament:

(a)

esekuzzjoni ta' debiti diretti, inkluż debiti diretti ta' darba ☐

(b)

esekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' pagament permezz ta' karta ta' pagament jew xi tagħmir simili ☐

(c)

esekuzzjoni ta' trasferimenti ta' kreditu, inklużi ordnijiet permanenti ☐

Inkluż l-għoti ta' kreditu skont l-Artikolu 18(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366: ☐ iva ☐ le

5.

☐ Ħruġ ta' strumenti ta' pagament

☐ Akkwist ta' tranżazzjonijiet ta' pagament

Inkluż l-għoti ta' kreditu skont l-Artikolu 18(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366: ☐ iva ☐ le

6.

☐ Rimessa ta' flus

7.

☐ Servizzi ta' bidu ta' pagament

8.

☐ Servizzi ta' informazzjoni dwar kontijiet

19)

Deskrizzjoni tal-mekkaniżmi interni ta' kontroll li se jintużaw mill-istituzzjoni ta' pagament/l-istituzzjoni ta' flus elettroniku/l-aġent sabiex jikkonformaw mal-obbligi fir-rigward tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont id-Direttiva (UE) 2015/849

20)

Identità u d-dettalji ta' kuntatt tad-diretturi u tal-persuni responsabbli għall-ġestjoni tal-aġent reklutat

21)

Fil-każ ta' aġenti apparti l-fornituri ta' servizzi ta' pagament, il-kriterji meqjusa biex jiġi żgurat li d-diretturi u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tal-aġent li għandu jintuża fil-provvista ta' servizzi ta' pagament ikunu persuni idonei u adegwati.

a.

☐ Evidenza miġbura mill-istituzzjoni ta' pagament li sservi ta' prova li d-diretturi u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tal-aġent li għandu jintuża fil-provvista ta' servizzi ta' pagament ikunu persuni idonei u adegwati.

b.

☐ Azzjonijiet meħuda mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta' domiċilju skont l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 biex tivverifika l-informazzjoni pprovduta mill-istituzzjoni ta' pagament.

22)

Fil-każ tal-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet operativi ta' servizzi ta' pagament/flus elettroniku:

a.

Isem u l-indirizz tal-entità li lejha għandhom jiġu esternalizzati funzjonijiet operattivi;

b.

Dettalji ta' kuntatt (posta elettronika u numru tat-telefon) ta' persuna ta' kuntatt fi ħdan l-entità li lejha l-funzjonijiet operattivi għandhom jiġu esternalizzati;

c.

It-tip u deskrizzjoni eżawrijenti tal-funzjonijiet operattivi esternalizzati.

ANNESS IV

Mudell ta' notifika għall-iskambju ta' informazzjoni b'rabta ma' applikazzjonijiet ta' passaport minn istituzzjonijiet ta' flus elettroniku li jużaw distributuri

1)

Stat Membru ta' domiċilju

2)

Stat Membru ospitanti fejn se jkunu pprovduti servizzi ta' flus elettroniku

3)

Isem tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju

4)

Data ta' riċevuta tal-awtorità kompetenti tal-Istati Membru ta' domiċilju tal-applikazzjoni kompluta u preċiża mill-istituzzjoni ta' flus elettroniku

DD/MM/YY

5)

Tip ta' applikazzjoni

☐ L-ewwel applikazzjoni

☐ Tibdil għall-applikazzjoni preċedenti

☐ Distributuri addizzjonali

☐ Deattivazzjoni ta' distributur

6)

Xorta tal-applikazzjoni (evalwazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju)

☐ Id-dritt ta' stabbiliment

☐ Libertà li jiġu pprovduti servizzi, abbażi taċ-ċirkostanzi li ġejjin:

7)

Isem tal-istituzzjoni tal-flus elettroniku

8)

Indirizz tas-sede ewlenija tal-istituzzjoni ta' flus elettroniku

9)

Numru ta' identifikazzjoni uniku tal-istituzzjoni ta' flus elettroniku fil-format tal-Istati Membru ta' domiċilju kif speċifika fl-Anness I (fejn applikabbli)

10)

Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI) tal-istituzzjoni ta' flus elettroniku (fejn disponibbli)

11)

Numru tal-awtorizzazzjoni mill-Istat Membru ta' domiċilju tal-istituzzjoni tal-flus elettroniku (fejn applikabbli)

12)

Persuna ta' kuntatt fi ħdan l-istituzzjoni tal-flus elettroniku

13)

Posta elettronika tal-persuna ta' kuntatt fi ħdan l-istituzzjoni tal-flus elettroniku

14)

Numru tat-telefon tal-persuna ta' kuntatt fi ħdan l-istituzzjoni tal-flus elettroniku

15)

Dettalji tad-distributur:

a.

Jekk tkun persuna ġuridika:

i.

Isem

ii.

Indirizz(i) reġistrat(i)

iii.

Numru uniku ta' identifikazzjoni fil-forma tal-Istat Membru fejn id-distributur ikun lokalizzat kif speċifikat fl-Anness I (fejn applikabbli)

iv.

Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI) tal-aġent (fejn disponibbli)

v.

Numru tat-telefown

vi.

Posta elettronika

vii.

Isem, post u data tat-twelid tar-rappreżentanti legali

b.

Jekk tkun persuna fiżika:

i.

Isem, data u post tat-twelid

ii.

Indirizz(i) reġistrat(i) tan-negozju

iii.

Numru uniku ta' identifikazzjoni fil-forma tal-Istat Membru fejn id-distributur ikun lokalizzat kif speċifikat fl-Anness I (fejn applikabbli)

iv.

Numru tat-telefown

v.

Posta elettronika

16)

Servizzi ta' flus elettroniku li għandhom jiġu pprovduti mid-distributur

☐ Distribuzzjoni

☐ Fidi ta' flus elettroniku

17)

Deskrizzjoni tal-mekkaniżmi interni ta' kontroll li se jintużaw mill-istituzzjoni ta' flus elettroniku/id-distributur sabiex jikkonformaw mal-obbligi fir-rigward tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont id-Direttiva 2015/849

18)

Fil-każ tal-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet operativi ta' servizzi ta' flus eletttroniku:

a.

Isem u l-indirizz tal-entità li lejha għandhom jiġu esternalizzati funzjonijiet operattivi;

b.

Dettalji ta' kuntatt (posta elettronika u numru tat-telefon) ta' persuna ta' kuntatt fi ħdan l-entità li lejha l-funzjonijiet operattivi għandhom jiġu esternalizzati;

c.

It-tip u deskrizzjoni eżawrijenti tal-funzjonijiet operattivi esternalizzati.

ANNESS V

Mudell ta' notifika għall-iskambju ta' informazzjoni b'rabta mal-libertà li jiġu pprovduti applikazzjonijiet ta' servizzi mingħajr aġent jew distributur

1)

Stat Membru ta' domiċilju

2)

Isem tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju

3)

Data ta' riċevuta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-applikazzjoni kompluta u preċiża mill-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni ta' flus elettroniku

DD/MM/YY

4)

Stat Membru fejn se jkunu pprovduti s-servizzi

5)

Tip ta' applikazzjoni

☐ L-ewwel applikazzjoni

☐ Tibdil għall-applikazzjoni preċedenti

☐ Tmiem/terminazzjoni tal-attività ta' negozju

6)

Tip ta' istituzzjoni

☐ Istituzzjoni ta' pagament

☐ Istituzzjoni tal-flus elettroniku

7)

Isem tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku

8)

Indirizz tas-sede ewlenija tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku

9)

Numru ta' identifikazzjoni uniku tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni ta' flus elettroniku fil-format tal-Istati Membru ta' domiċilju kif speċifika fl-Anness I (fejn applikabbli)

10)

Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI) tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni ta' flus elettroniku (fejn disponibbli)

11)

Numru tal-awtorizzazzjoni mill-Istat Membru ta' domiċilju tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku (fejn applikabbli)

12)

Persuna ta' kuntatt fi ħdan l-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku

13)

Posta elettronika tal-persuna ta' kuntatt fi ħdan l-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku

14)

Numru tat-telefon tal-persuna ta' kuntatt fi ħdan l-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku

15)

Data intenzjonata għall-bidu tal-provvediment ta' servizzi ta' pagament/flus elettrobiku (ma għandhiex tiġi qabel il-komunikazzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 28(3) tad-Direttiva (UE) 2015/2366

DD/MM/YY

16)

Servizzi ta' pagament li għandhom jingħataw

1.

☐ Servizzi li jippermettu li flus kontanti jitqiegħdu f'kont tal-pagamenti, kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jintuża kont tal-pagamenti

2.

☐ Servizzi li jippermettu ġbid ta' flus kontanti minn kont tal-pagamenti, kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi operat kont tal-pagamenti

3.

It-twettiq ta' tranżazzjonjiet ta' pagamenti, inkluż trasferiment ta' fondi fuq kont tal-pagamenti mal-fornitur ta' pagamenti tal-utent jew ma' fornitur ta' servizzi ta' pagamenti ieħor:

(a)

esekuzzjoni ta' debiti diretti, inkluż debiti diretti ta' darba ☐

(b)

esekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' pagament permezz ta' karta ta' pagament jew xi tagħmir simili ☐

(c)

esekuzzjoni ta' trasferimenti ta' kreditu, inklużi ordnijiet permanenti ☐

4.

Esekuzzjoni ta' trasferimenti ta' pagament fejn il-fondi jkunu koperti minn linja ta' kreditu għal utent ta' servizz ta' pagament:

(a)

esekuzzjoni ta' debiti diretti, inkluż debiti diretti ta' darba ☐

(b)

esekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' pagament permezz ta' karta ta' pagament jew xi tagħmir simili ☐

(c)

esekuzzjoni ta' trasferimenti ta' kreditu, inklużi ordnijiet permanenti ☐

Inkluż l-għoti ta' kreditu skont l-Artikolu 18(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366: ☐ iva ☐ le

5.

☐ Ħruġ ta' strumenti ta' pagament

☐ Akkwist ta' tranżazzjonijiet ta' pagament

Inkluż l-għoti ta' kreditu skont l-Artikolu 18(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366: ☐ iva ☐ le

6.

☐ Rimessa ta' flus

7.

☐ Servizzi ta' bidu ta' pagament

8.

☐ Servizzi ta' informazzjoni dwar kontijiet

17)

Servizzi ta' flus elettroniku li għandhom jiġu pprovduti (applikabbli biss għal istituzzjonijiet ta' flus elettroniku)

☐ Ħruġ ta' flus elettroniku

☐ Distribuzzjoni u/jew fidi ta' flus elettroniku

18)

Fil-każ tal-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet operativi ta' servizzi ta' pagament/flus elettroniku:

a.

Isem u l-indirizz tal-entità li lejha għandhom jiġu esternalizzati funzjonijiet operattivi;

b.

Dettalji ta' kuntatt (posta elettronika u numru tat-telefon) ta' persuna ta' kuntatt fi ħdan l-entità li lejha l-funzjonijiet operattivi għandhom jiġu esternalizzati;

c.

It-tip u deskrizzjoni eżawrijenti tal-funzjonijiet operattivi esternalizzati.

ANNESS VI

Mudell ta' notifika għall-iskambju ta' informazzjoni b'rabta mal-bidu ta' attivitajiet ta' passaport ta' fergħa/aġent/distributur minn istituzzjonijiet ta' pagament u istituzzjonijiet ta' flus elettroniku

Bidu tal-attivitajiet

1)

Stat Membru ta' domiċilju

2)

Isem tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju

3)

Data tal-applikazzjoni inizjali skont l-Anness II jew III jew IV.

4)

Stat Membru fejn tkun stabbilita/ikun stabiblit l-fergħa/l-aġent/id-distributur

5)

Tip ta' istituzzjoni

☐ Istituzzjoni ta' pagament

☐ Istituzzjoni tal-flus elettroniku

6)

Isem tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku

7)

Indirizz tas-sede ewlenija tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku

8)

Numru ta' identifikazzjoni uniku tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni ta' flus elettroniku fil-format tal-Istati Membru ta' domiċilju kif speċifikat fl-Anness I (fejn applikabbli)

9)

Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI) tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni ta' flus elettroniku (fejn disponibbli)

10)

Numru tal-awtorizzazzjoni mill-Istat Membru ta' domiċilju tal-istituzzjoni ta' pagament/istituzzjoni tal-flus elettroniku (fejn applikabbli)

11)

Tip ta' passaportar

☐ Fergħa

☐ Aġent

☐ Distributur

12)

Għall-aġenti/distributuri,

a.

Jekk tkun persuna ġuridika:

i.

Isem

ii.

Numru uniku ta' identifikazzjoni fil-format tal-Istat Membru fejn l-aġent/id-distributur ikun lokalizzat kif speċifikat fl-Anness I (fejn applikabbli)

iii.

Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI) tal-aġent/id-distributur (fejn disponibbli)

iv.

Numru tat-telefown

b.

Jekk tkun persuna fiżika:

i.

Isem, data u post tat-twelid

ii.

Numru uniku ta' identifikazzjoni fil-format tal-Istat Membru fejn l-aġent/id-distributur ikun lokalizzat kif speċifikat fl-Anness I (fejn applikabbli)

13)

Fil-każ ta' aġenti u fergħat, id-data tad-dħul fir-reġistru tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju

DD/MM/YY

14)

Data tal-bidu tal-attivitajiet tal-fergħa/l-aġent/id-distributur (fil-każ ta' aġenti u ta' fergħat, id-data ma għandhiex tiġi qabel id-data tad-dħul tal-aġent/il-fergħa fir-reġistru tal-Istat Membru ta' domiċilju li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 28(3) tad-Direttiva (UE) 2015/2366)

DD/MM/YY

11.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/26

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2056

tat-22 ta' Awwissu 2017

li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta' azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2014 (2) jistabbilixxi li azzjonijiet innovattivi urbani jridu jiġu implimentati fi żmien perjodu massimu ta' tliet snin. Madankollu, perjodu itwal jista' jkun neċessarju biex jippermetti lill-awtoritajiet urbani biex jivverifikaw b'mod sħiħ l-aspetti kollha tas-soluzzjonijiet innovattivi proposti, biex jiġbru r-riżultati u biex jiżguraw it-trasferibbiltà tas-soluzzjonijiet lil awtoritajiet urbani oħra fl-Unjoni.

(2)

Sabiex ikun hemm żmien biżżejjed għall-implimentazzjoni sħiħa ta' soluzzjonijiet innovattivi u kumplessi, b'tali mod li l-azzjonijiet innovattivi jipproduċu b'mod sħiħ il-valur miżjud tagħhom, il-qafas ta' żmien previst fir-Regolament Delegat (UE) Nru 522/2014 jenħtieġ għalhekk li jiġi estiż b'sena.

(3)

Għaldaqstant ir-Regolament Delegat (UE) Nru 522/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

(4)

Sabiex ikun żgurat li l-emenda tar-Regolament Delegat (UE) Nru 522/2014 tiġi applikata fil-kuntest tas-sejħa li jmiss, li hija ppjanata għal Diċembru 2017, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 522/2014, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Kull azzjoni innovattiva għandha tiġi implimentata fi żmien perjodu massimu ta' erba' snin”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 522/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-prinċipji għall-għażla u l-ġestjoni ta' azzjonijiet innovattivi fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 1).

11.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/27

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2057

tal-10 ta' Novembru 2017

dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-Achillea millefolium L. bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Lulju 2015, b'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mill-Institut Technique de l'Agriculture Biologique (ITAB) għall-approvazzjoni tal-Millefolii herba bħala sustanza bażika. Dik l-applikazzjoni kellha magħha l-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) għal assistenza xjentifika. Fid-29 ta' Settembru 2016, l-Awtorità ppreżentat lill-Kummissjoni Rapport Tekniku dwar is-sustanza kkonċernata (2). Fl-24 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport tar-rieżami (3) u l-abbozz ta' dan ir-Regolament dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-Millefolii herba lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf u ffinalizzathom għal-laqgħa tal-Kumitat tas-6 ta' Ottubru 2017.

(3)

Matul il-konsultazzjoni organizzata mill-Awtorità, l-applikant biddel l-isem tas-sustanza bażika għal Achillea millefolium L.

(4)

Id-dokumentazzjoni mressqa mill-applikant ma turix li l-Achillea millefolium L. tissodisfa l-kriterji ta' oġġett tal-ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(5)

Fir-Rapport Tekniku tal-Awtorità ġie identifikat tħassib speċifiku dwar l-esponiment għall-infużjoni u għall-komponenti alfa- u beta-tujon, ganfra u 1,8-ċineol, b'mod speċifiku permezz tal-użu tal-pestiċidi. Ġie identifikat tħassib dwar il-possibbiltà ta' effetti negattivi fuq in-nisa tqal u fuq il-parametri tal-isperma kif ukoll dwar il-potenzjal ta' tfixkil tas-sistema endokrinali. B'riżultat ta' dan, il-valutazzjoni tar-riskju għall-operaturi, għall-ħaddiema, għall-persuni fil-qrib, għall-konsumaturi u għall-organiżmi mhux fil-mira ma setgħetx tiġi finalizzata.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-Rapport Tekniku tal-Awtorità u dwar l-abbozz tar-rapport tar-rieżami. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, u dawn ġew eżaminati bir-reqqa.

(7)

Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib dwar din is-sustanza ma jistax jiġi eliminat.

(8)

B'riżultat ta' dan, kif stabbilit fir-rapport tar-rieżami tal-Kummissjoni, ma ġiex stabbilit li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għalhekk, jixraq li l-Achillea millefolium L. ma tiġix approvata bħala sustanza bażika.

(9)

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta' applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tal-Achillea millefolium L. bħala sustanza bażika skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza Achillea millefolium L. mhijiex approvata bħala sustanza bażika.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Technical report on the outcome of the consultation with Member States and EFSA on the basic substance application for Millefolii herbaYarrow infusion for use in plant protection as fungicide and insecticide on various crops and to prevent freezing. (Rapport tekniku dwar l-eżitu tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-EFSA dwar l-applikazzjoni għas-sustanza bażika Millefolii herba — infużjoni tal-ħaxixa tal-morliti biex tintuża għall-protezzjoni tal-pjanti bħala fungiċida u insettiċida fuq diversi għelejjel u biex tipprevjeni l-iffriżar.) Il-pubblikazzjoni ta' appoġġ tal-EFSA 2016:EN-1093.

(3)  http://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.selection&language=MT.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1)

11.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/29

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2058

tal-10 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta' emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel u għall-għalf importati minn pajjiż terz biex jitħarsu s-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u dan meta r-riskju ma jkunx jista' jiġi kkontrollat b'mod sodisfaċenti permezz ta' miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwalment.

(2)

Wara l-inċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima fil-11 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta' radjonuklidi f'ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun qabżu l-livelli ta' azzjoni fl-ikel applikabbli fil-Ġappun. Kontaminazzjoni bħal din tista' tkun ta' theddida għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 (2). Dak ir-Regolament ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 (3), li wara ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 (4). Dan tal-aħħar ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 (5), li wara ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2014 (6), li mbagħad ġie sostitwit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 (7).

(3)

Billi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 jistipula li l-miżuri previsti fih għandhom jiġu riveduti sat-30 ta' Ġunju 2016, u biex jitqies l-iżvilupp ulterjuri tas-sitwazzjoni u d-dejta ta' okkorrenza għall-2015 u għall-2016 dwar ir-radjuattività fl-għalf u fl-ikel, huwa xieraq li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 jiġi emendat.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 (8) iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 (9) u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 (10) u għalhekk huwa xieraq li jiġu emendati r-referenzi għal dawn ir-Regolamenti kif xieraq.

(5)

Il-miżuri eżistenti ġew riveduti filwaqt li tqieset aktar minn 132 000 dejta ta' okkorrenza dwar ir-radjuattività fl-għalf u fi prodotti alimentari għajr iċ-ċanga u aktar minn 527 000 dejta ta' okkorrenza dwar ir-radjuattività fiċ-ċanga, provduti mill-awtoritajiet Ġappuniżi, b'rabta mal-ħames u mas-sitt staġun ta' tkabbir (Jannar 2015 sa Diċembru 2016) wara l-inċident.

(6)

Id-dejta ppreżentata mill-awtoritajiet Ġappuniżi tipprovdi evidenza li ma ġie osservat l-ebda qbiż tal-livelli massimi ta' radjuattività f'għalf u f'ikel li joriġina minn Akita matul il-ħames u s-sitt staġun ta' tkabbir wara l-inċident u ma għadux neċessarju li jkun meħtieġ li jittieħdu kampjuni u li ssir analiżi tal-għalf u tal-ikel alimentari li joriġinaw fil-prefetturi ta' Akita fir-rigward tal-preżenza ta' radjuattività qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(7)

Għal prodotti tal-għalf u tal-ikel alimentari li joriġinaw fil-prefettura ta' Fukushima, filwaqt li tiġi kkunsidrata d-dejta ta' okkorrenza pprovduta mill-awtoritajiet Ġappuniżi għas-snin 2014, 2015 u 2016, huwa xieraq li jitneħħa r-rekwiżit ta' kampjunar u analiżi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni għar-ross u prodotti derivati minnu. Għal għalf u prodotti alimentari oħra li joriġinaw f'dik il-prefettura, huwa xieraq li jinżamm ir-rekwiżit ta' kampjunar u analiżi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(8)

Fir-rigward tal-prefetturi ta' Gunma, Ibaraki, Tochigi, Iwate u Chiba, bħalissa huwa meħtieġ li jittieħdu kampjuni u jiġu analizzati l-faqqiegħ, il-ħut u l-prodotti tas-sajd u ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu u l-prodotti pproċessati u derivati minnhom, qabel ma dawn jiġu impurtati lejn l-Unjoni. Id-dejta tal-okkorrenza tal-ħames u s-sitt staġun tat-tkabbir tipprovdi evidenza li għal xi wħud minn dawk il-prodotti bażiċi tal-għalf u tal-ikel li joriġinaw minn ċerti prefetturi, huwa xieraq li ma jkunux meħtieġa l-kampjunar u l-analiżi, qabel ma jiġu esportati lejn l-Unjoni.

(9)

Fir-rigward tal-prefetturi ta' Akita, Yamagata u Nagano, bħalissa huwa meħtieġ li jittieħdu kampjuni u jiġu analizzati l-faqqiegħ u ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu u l-prodotti pproċessati u derivati minnhom, qabel ma dawn jiġu impurtati lejn l-Unjoni. Id-dejta tal-okkorrenza tal-ħames u tas-sitt staġun tat-tkabbir tipprovdi evidenza li ma għadux meħtieġ li jittieħdu l-kampjuni u li ssir analiżi tal-ikel u tal-għalf li joriġinaw fil-prefettura ta' Akita u huwa xieraq li t-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ma jkunux meħtieġa aktar qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu, mill-prefetturi ta' Yamagata u Nagano.

(10)

Id-dejta tal-okkorrenza tal-ħames u tas-sitt staġun ta' tkabbir tipprovdi evidenza li huwa xieraq li jinżamm ir-rekwiżit ta' kampjunar u analiżi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-faqqiegħ li joriġina mill-prefetturi ta' Shizuoka, Yamanashi u Niigata.

(11)

Filwaqt li titqies id-dejta tal-okkorrenza tal-ħames u tas-sitt staġun tat-tkabbir, huwa xieraq li jiġu strutturati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 b'mod li jinġabru flimkien il-prefetturi li għalihom jibqa' l-obbligu tal-kampjunar u tal-analiżi qabel l-esportazzjoni fl-Unjoni tal-istess tip ta'għalf u prodotti alimentari.

(12)

Il-kontrolli mwettqa waqt l-importazzjoni juru li l-kundizzjonijiet speċjali stipulati mil-liġi tal-Unjoni huma implimentati sew mill-awtoritajiet Ġappuniżi u ma nstab ebda nuqqas ta' konformità għal aktar minn ħames snin. Għalhekk, huwa xieraq li tinżamm frekwenza baxxa ta' kontrolli waqt l-importazzjoni.

(13)

Huwa xieraq li tiġi prevista reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 meta r-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi dwar il-preżenza ta' radjuattività tal-ikel u tal-għalf tas-seba' u tat-tmien staġuni ta' tkabbir (2017 u 2018) wara l-aċċident ikunu disponibbli, jiġifieri sat-30 ta' Ġunju 2019.

(14)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 jiġi emendat skont dan.

(15)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-frażi ta' introduzzjoni tinbidel b'dan li ġej:

“Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għalf u l-ikel, inkluż ikel ta' importanza minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 (*1) (‘il-prodotti’) li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, bl-esklużjoni ta':

(*1)  ĠU L 13, 20.1.2016, p. 2”."

(2)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu (1) jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Kull kunsinna tal-għalf u tal-prodotti alimentari msemmija u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM msemmija fl-Anness II u tal-għalf kompost u tal-prodotti alimentari li jkun fiha aktar minn 50 % tat-tali għalf u prodotti alimentari li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni valida oriġinali mfassla u ffirmata skont l-Artikolu 6”;

(b)

Il-paragrafu (3)(c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

il-prodott huwa kkunsinnat iżda ma joriġinax minn xi waħda mill-prefetturi elenkati fl-Anness II, li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta' dan il-prodott u li ma jkunx ġie espost għal radjuattività matul it-tranżitu u l-proċessar; jew”

(c)

il-paragrafu (4) jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Ħut u prodotti tas-sajd imsemmija fl-Anness II li nqabdu jew inħasdu fl-ibħra tal-kosta tal-prefetturi ta' Fukushima, Gunma, Tochigi, Miyagi, Ibaraki, Chiba jew Iwate għandhom ikunu akkumpanjati mid-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi, irrispettivament minn fejn jiġu żbarkati dawn il-prodotti.”

(3)

L-Artikolu 14 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 14

Rieżami

Dan ir-Regolament għandu jiġi rieżaminat qabel it-30 ta' Ġunju 2019.”

(4)

L-Anness I jinbidel bit-test stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(5)

L-Anness II jinbidel mit-test stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(6)

L-Anness III jinbidel bit-test stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dispożizzjoni tranżizzjonali

Il-kunsinni tal-għalf u tal-prodotti alimentari li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/6 li telqu mill-Ġappun qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu importati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/6 qabel l-emenda tiegħu b'dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 tal-25 ta' Marzu 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima (ĠU L 80, 26.3.2011, p. 5).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 tas-27 ta' Settembru 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 297/2011 (ĠU L 252, 28.9.2011, p. 10).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 tad-29 ta' Marzu 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 (ĠU L 92, 30.3.2012, p. 16).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 tas-26 ta' Ottubru 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 31).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2014 tat-28 ta' Marzu 2014 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima (ĠU L 95, 29.3.2014, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 tal-5 ta' Jannar 2016 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 (ĠU L 3, 6.1.2016, p. 5).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 tal-15 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara inċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 u (Euratom) Nru 770/90 (ĠU L 13, 20.1.2016, p. 2).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta' Diċembru 1987 li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjoattiva ta' ikel u għalf wara aċċident nukleari jew f'kull każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika (ĠU L 371, 30.12.1987, p. 11).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 770/90 tad-29 ta' Marzu 1990 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta' kontaminazzjoni radjoattiva f'għalf wara inċident nukleari jew f'xi każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika (ĠU L 83, 30.3.1990, p. 78)

ANNESS I

ANNESS I

Livelli massimi għall-ikel  (1) (Bq/kg) kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża

Ikel għat-trabi u tfal żgħar

Ħalib u xarbiet abbażi tal-ħalib

Ilma minerali u xarbiet simili u te magħmul minn weraq mhux iffermentat

Ikel ieħor

Total ta' ċesju-134 u ċesju-137

50 (2)

50 (2)

10 (2)

100 (2)

Livelli massimi għall-għalf  (3) (Bq/kg) kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Ġappuniża

Għalf maħsub għall-bhejjem tal-ifrat u għaż-żwiemel

Għalf maħsub għall-ħnieżer

Għalf maħsub għat-tjur

Għalf għall-ħut (5)

Total ta' ċesju-134 u ċesju-137

100 (4)

80 (4)

160 (4)

40 (4)

(1)  Għal prodotti mnixxfin li huma maħsuba biex jiġu kkunsmati fi stat rikostitwit, il-livell massimu japplika għall-prodott rikostitwit lest għall-konsum.

Għall-faqqiegħ imnixxef japplika fattur ta' rikostruzzjoni ta' 5.

Għat-te, japplika l-livell massimu għall-infużjoni magħmula minn weraq tat-te mhux iffermentat. Il-fattur tal-ipproċessar għat-te mnixxef huwa ta' 50, u għaldaqstant il-livell massimu ta' 500 Bq/kg fuq weraq tat-te mnixxef jiżgura li l-livell fit-te msajjar ma jaqbiżx il-livell massimu ta' 10 Bq/kg.

(2)  Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli massimi applikati bħalissa fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostitwixxu provviżorjament il-valuri stabbiliti fir-Regolament (Euratom) 2016/52.

(3)  Il-livell massimu huwa relattiv għall-għalf b'kontenut ta' umdità ta' 12 %.

(4)  Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli massimi applikati bħalissa fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostitwixxu provviżorjament il-valuri stabbiliti fir-Regolament (Euratom) 2016/52.

(5)  Bl-eċċezzjoni ta' għalf għall-ħut ornamentali.

ANNESS II

ANNESS II

Għalf u ikel li qabel jiġu esportati lejn l-Unjoni jeħtieġu li jitteħdulhom kampjuni u jiġu analizzati għall-preżenza taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137

(a)

prodotti li joriġinaw fil-prefettura ta' Fukushima:

faqqiegħ u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 51 00, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59 00, 0712 31 00, 0712 32 00, 0712 33 00, 0712 39 00, 2003 10, 2003 90 u ex 2005 99 80;

ħut u prodotti tas-sajd li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0302, 0303, 0304, 0305, 0308, 1504 10, 1504 20, 1604 bl-eċċezzjoni ta':

aċċola Ġappuniża (Seriola quinqueradiata) u aċċola ta' denbha isfar (Seriola spp.) li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

aċċola (Seriola dumerili) li taqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

awrata Ġappuniża (Pagrus major) li taqa' taħt il-kodiċijiet NM 0302 85 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

trevall abjad (Pseudocaranx dentex) li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 0302 49 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

tonna (Thunnus orientalis) li taqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 35, ex 0303 45, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

kavall għajnejh kbar (Scomber japonicus) li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 44 00, ex 0303 54 10, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 49, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 30, ex 0305 54 90, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, 1604 15 u ex 1604 20 50;

fażola tas-sojja u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1201 90 00, 1208 10 00 u 1507;

butterbur ġgant jew butterbur Ġappuniż (fuki) (Petasites japonicus) u prodotti derivati minnhom li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

Aralia spp. u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

rimja tal-bambù (Phyllostachys pubescens) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90, ex 0712 90, ex 2004 90 u 2005 91 00;

felċi (Pteridium aquilinum) u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

koxjabura (nibt tal- Eleutherococcus sciadophylloides) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

fern irjali Ġappuniż (Osmunda japonica) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

fern tan-nagħma (Matteuccia struthiopteris) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

kakì (Ġappuniż) (Diospyros sp.) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0810 70 00, ex 0811 90, ex 0812 90 u ex 0813 50;

(b)

prodotti li joriġinaw fil-prefetturi ta' Miyagi

faqqiegħ u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet 0709 51 00, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59 00, 0712 31 00, 0712 32 00, 0712 33 00, ex 0712 39 00, 2003 10, 2003 90 u ex 2005 99 80;

ħut u prodotti tas-sajd li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0302, 0303, 0304, 0305, 0308, 1504 10, 1504 20, 1604 bl-eċċezzjoni ta':

aċċola Ġappuniża (Seriola quinqueradiata) u aċċola ta' denbha isfar (Seriola spp.) li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

aċċola (Seriola dumerili)li taqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

awrata Ġappuniża (Pagrus major) li taqa' taħt il-kodiċijiet NM 0302 85 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

trevall abjad (Pseudocaranx dentex) li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 0302 49 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

tonna (Thunnus orientalis) li taqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 35, ex 0303 45, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

kavall għajnejh kbar (Scomber japonicus) li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 44 00, ex 0303 54 10, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 49, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 30, ex 0305 54 90, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, 1604 15 u ex 1604 20 50;

Aralia spp. u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

rimja tal-bambù (Phyllostachys pubescens) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90, ex 0712 90, ex 2004 90 u 2005 91 00;

felċi (Pteridium aquilinum) u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

koxjabura (nibt tal- Eleutherococcus sciadophylloides) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

fern irjali Ġappuniż (Osmunda japonica) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

fern tan-nagħma (Matteuccia struthiopteris) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

(c)

prodotti li joriġinaw fil-prefetturi ta' Nagano

faqqiegħ u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet 0709 51 00, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59 00, 0712 31 00, 0712 32 00, 0712 33 00, ex 0712 39 00, 2003 10, 2003 90 u ex 2005 99 80;

Aralia spp. u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

koxjabura (nibt tal- Eleutherococcus sciadophylloides) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

fern irjali Ġappuniż (Osmunda japonica) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

fern tan-nagħma (Matteuccia struthiopteris) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

(d)

prodotti li joriġinaw fil-prefetturi ta' Gunma, Ibaraki, Tochigi, Chiba jew Iwate:

faqqiegħ u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 51 00, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59 00, 0712 31 00, 0712 32 00, 0712 33 00, 0712 39 00, 2003 10, 2003 90 u ex 2005 99 80;

ħut u prodotti tas-sajd li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0302, 0303, 0304, 0305, 0308, 1504 10, 1504 20, 1604 bl-eċċezzjoni ta':

aċċola Ġappuniża (Seriola quinqueradiata) u aċċola ta' denbha isfar (Seriola spp.) li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

ċervjola (Seriola dumerili) li taqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 89 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

awrata Ġappuniża (Pagrus major) li taqa' taħt il-kodiċijiet NM 0302 85 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

trevall abjad (Pseudocaranx dentex) li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 0302 49 90, ex 0303 89 90, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

tonna (Thunnus orientalis) li taqa' taħt il-kodiċijiet ex 0302 35, ex 0303 45, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 90, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 80, ex 0305 59 85, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, ex 1604 19 91, ex 1604 19 97 u ex 1604 20 90;

kavall għajnejh kbar (Scomber japonicus) li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 0302 44 00, ex 0303 54 10, ex 0304 49 90, ex 0304 59 90, ex 0304 89 49, ex 0304 99 99, ex 0305 10 00, ex 0305 20 00, ex 0305 39 90, ex 0305 49 30, ex 0305 54 90, ex 0305 69 80, ex 0305 72 00, ex 0305 79 00, ex 1504 10, ex 1504 20, 1604 15 u ex 1604 20 50;

rimja tal-bambù (Phyllostachys pubescens) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90, ex 0712 90, ex 2004 90 u 2005 91 00;

koxjabura (nibt tal- Eleutherococcus sciadophylloides) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

(e)

prodotti li joriġinaw fil-prefetturi ta' Yamanashi, Shizuoka jew Niigata:

faqqiegħ u prodotti derivati minnu li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0709 51 00, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59 00, 0712 31 00, 0712 32 00, 0712 33 00, 0712 39 00, 2003 10, 2003 90 u ex 2005 99 80;

koxjabura (nibt tal- Eleutherococcus sciadophylloides) u prodotti derivati minnha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0709 99, ex 0710 80, ex 0711 90 u ex 0712 90;

(f)

prodotti komposti li fihom aktar minn 50 % tal-prodotti elenkati taħt il-punti minn (a) sa (e) ta' dan l-Anness.

ANNESS III

ANNESS III

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

DEĊIŻJONIJIET

11.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/40

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2017/2059

tal-31 ta' Ottubru 2017

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (EUCAP Somalia/2/2017)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-26 ta' Lulju 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP NESTOR/1/2016 (2), biex ħatar lis-Sinjura Maria-Cristina STEPANESCU bħala Kap ta' EUCAP NESTOR mill-1 ta' Settembru 2016 sat-12 ta' Diċembru 2016.

(3)

Fit-12 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2240 (3), li estendiet il-mandat tal-Missjoni dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) sal-31 ta' Diċembru 2018 u li tatha l-isem ġdid ta' “Missjoni dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia)”.

(4)

Fl-10 ta' Jannar 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP Somalia/1/2017 (4), li estendiet il-mandat tas-Sinjura Maria-Cristina STEPANESCU bħala Kap ta' EUCAP Somalia mit-13 ta' Diċembru 2016 sat-12 ta' Diċembru 2017.

(5)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet li l-mandat tas-Sinjura Maria-Cristina STEPANESCU bħala Kap ta' EUCAP Somalia jiġi estiż mit-13 ta' Diċembru 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sinjura Maria-Cristina STEPANESCU bħala Kap ta' EUCAP Somalia huwa b'dan estiż sal-31 ta' Diċembru 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS

(1)  ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1633 tas-26 ta' Lulju 2016 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (EUCAP NESTOR/1/2016) (ĠU L 243, 10.9.2016, p. 8).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2240 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 337, 13.12.2016, p. 18).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/114 tal-10 ta' Jannar 2017 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia/1/2017) (ĠU L 18, 24.1.2017, p. 49).