ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 251

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
29 ta' Settembru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1770 tat-28 ta' Settembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1771 tas-27 ta' Settembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1772 tat-28 ta' Settembru 2017 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Kanada

13

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1773 tat-28 ta' Settembru 2017 li jemenda għall-278 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

19

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1774 tal-25 ta' Settembru 2017 li tissottoponi N-(1-fenetilpiperidin-4-il)-N-fenilakrilammid (akriloilfentanil) għal miżuri ta' kontroll

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 tat-28 ta' Settembru 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali

23

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1776 tat-28 ta' Settembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

28

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Rakkomandazzjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-25 ta' Lulju 2017 dwar qbil dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu [2017/1544] ( ĠU L 236, 14.9.2017 )

29

 

*

Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1568 tal-15 ta' Settembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea ( ĠU L 238, 16.9.2017 )

29

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1573 tal-15 ta' Settembru 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea ( ĠU L 238, 16.9.2017 )

29

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/1770

tat-28 ta' Settembru 2017

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 tat-28 ta' Settembru 2017 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-28 ta' Settembru 2017, il-Kunsill adotta Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali u li timplimenta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNCSR) 2374 (2017). Dawk il-miżuri jipprovdu għal restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni ddeżinjati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“il-Kunsill tas-Sigurtà”) jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti bħala responsabbli għal, kompliċi fi, jew li kienu involuti, direttament jew indirettament, f'azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Mali. Dawk il-persuni huma elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775.

(2)

Ċerti miżuri previsti fil-UNSCR 2374 (2017) jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, bil-għan, b'mod partikolari, li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati.

(3)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari,i d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat skont dawk id-drittijiet.

(4)

Jenħtieġ li s-setgħa li jiġu emendati l-listi fl-Anness I għal dan ir-Regolament tiġi eżerċitata mill-Kunsill, fid-dawl tat-theddida speċifika għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali rappreżentata mil-Mali, u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-proċess għall-emendar u r-reviżjoni tal-Annessi għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775.

(5)

Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u sabiex tinħoloq ċertezza legali massima fl-Unjoni, l-ismijiet u dejta oħra rilevanti li jikkonċernaw lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom ikollhom jiġu ffriżati f'konformità ma' dan ir-Regolament għandhom isiru pubbliċi. Kull ipproċessar tad-data personali għandu jkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(6)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeċiedu l-penali applikabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-penali previsti jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“pretensjoni” tfisser kull talba, kemm jekk asserita bi proċeduri legali kif ukoll jekk le, magħmula qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont jew b'rabta ma' kuntratt jew tranżazzjoni, u b'mod partikolari tinkludi:

(i)

pretensjoni għall-eżekuzzjoni ta' kull obbligu li jirriżulta skont jew b'rabta ma' kuntratt jew tranżazzjoni;

(ii)

pretensjoni għall-estensjoni jew għall-pagament ta' bond, garanzija finanzjarja jew indennizz ta' kull forma;

(iii)

pretensjoni għall-kumpens fir-rigward ta' kuntratt jew tranżazzjoni;

(iv)

kontropretensjoni;

(v)

talba għar-rikonoxximent jew l-infurzar, inkluż bil-proċedura ta' exequatur, ta' sentenza, deċiżjoni arbitrali jew deċiżjoni ekwivalenti, irrispettivament minn fejn issir jew tingħata;

(b)

“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni ta' liema forma tkun u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, kemm jekk tikkonsisti f'kuntratt wieħed jew aktar jew f'obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew differenti; għal dak l-iskop, “kuntratt” tinkludi bond, garanzija jew indennità, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennità finanzjarja, u kreditu, kemm jekk legalment indipendenti kif ukoll jekk le, kif ukoll kull dispożizzjoni relatata li taqa' taħt it-tranżazzjoni jew b'konnessjoni magħha;

(c)

“awtoritajiet kompetenti” tirriferi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness II;

(d)

“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kull xorta, kemm dawk tanġibbli kif ukoll dawk intanġibbli, mobbli u immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;

(e)

“iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta' riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta' fondi, prodotti jew servizzi b'kull mod, inkluż, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-użu tagħhom bħala ipoteka;

(f)

“iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kull moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta', jew negozjar ta' fondi b'kull mod li jirriżulta f'kull bidla fil-volum, l-ammont, il-post, is-sjieda, il-pussess, in-natura, id-destinazzjoni tagħhom jew kull bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż il-ġestjoni ta' portafolli;

(g)

“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull xorta, li jinkludu lil dawn li ġejjin, iżda mhumiex limitati għalihom:

(i)

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra ta' ħlas;

(ii)

depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn;

(iii)

titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi l-istokks u l-ishma, iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti tad-derivattivi;

(iv)

imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew valur li jirriżulta minnhom jew li huwa ġġenerat minnhom;

(v)

kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji tal-eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;

(vi)

ittri ta' kreditu, poloz tat-tagħbija, poloz ta' bejgħ; kif ukoll

(vii)

dokumenti li jagħtu prova ta' interess f'fondi jew f'riżorsi finanzjarji;

(h)

“Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet” tfisser il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont il-paragrafu 9 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2374 (2017);

(i)

“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom;

Artikolu 2

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, li huma l-proprjetà, jew li huma fil-pussess jew taħt il-kontroll, b'mod dirett jew indirett, ta' xi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandha ssir disponibbli, direttament jew indirettament, għall-beneficċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I.

3.   L-Anness I għandu jinkludi persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi u persuni u entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, u entitajiet li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom identifikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala:

(a)

involuti f'ostilitajiet bi ksur tal-Ftehim dwar il-Paċi u Rikonċiljazzjoni fil-Mali (il-“Ftehim”);

(b)

li jieħdu azzjonijiet li jfixklu, jew li jfixklu għax idewmu għal żmien mhux dovut, jew li jipperikolaw l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(c)

li jaġixxu għal jew f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta', jew li b'xi mod ieħor jappoġġjaw jew jiffinanzjaw individwi u entitajiet identifikati fil-punti (a) u (b), inkluż permezz tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inkluż il-produzzjoni u t-traffikar ta' drogi narkotiċi u l-prekursuri tagħhom li joriġinaw fil-Mali jew li jkunu fi tranżitu minnu, it-traffikar ta' persuni u l-kuntrabandu tal-migranti, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' armamenti kif ukoll it-traffikar tal-proprjetà kulturali;

(d)

li huma involuti fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorizzazzjoni jew it-tmexxija ta' attakki kontra;

(i)

id-diversi entitajiet li ssir referenza għalihom fil-Ftehim, inkluż istituzzjonijiet lokali, reġjonali, u tal-istat, pattulji konġunti u l-forzi tas-Sigurtà u d-Difiża tal-Mali;

(ii)

il-forza taż-żamma tal-paċi tal-Missjoni ta' Stabbilizzazzjoni Integrata Multidimensjonali tan-Nazzjonijiet Uniti (MINUSMA) kif ukoll persunal assoċjat ieħor tan-NU, inklużi membri tal-Grupp ta' Esperti;

(iii)

preżenzi ta' sigurtà internazzjonali, inkluża l-Force Conjointe des Etats du G5 Sahel (FC-G5S), il-Missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-forzi Franċiżi;

(e)

li jostakolaw l-għoti ta' għajnuna umanitarja lill-Mali, jew l-aċċess jew distribuzzjoni fir-rigward tal-għajnuna umanitarja fil-Mali;

(f)

li jippjanaw id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti fil-Mali li jiksru l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż dawk li jinvolvu l-immirar lejn persuni ċivili, inklużi nisa u tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż il-qtil, l-inkapaċità, it-tortura, jew l-istupru jew xi vjolenza sesswali oħra), il-ħtif, l-għibien furzat, l-ispustjar furzat jew l-attakki kontra skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi jew postijiet fejn persuni ċivili jkunu qegħdin ifittxu kenn;

(g)

li jużaw jew jirreklutaw tfal minn gruppi armati jew mill-forzi armati bi ksir tal-liġi internazzjonali applikabbli, fil-kuntest tal-kunflitt armat fil-Mali;

(h)

li jiffaċilitaw, b'mod intenzjonali, l-ivvjaġġar ta' persuna elenkata bi ksur tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar;

4.   L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni, entitajiet u korpi kkonċernati.

5.   L-Anness I għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post ta' twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaporti u tal-karti tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 3

1.   B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, b'dawk il-kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:

(a)

neċessarji biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi elenkati fl-Anness I, u tal-membri dipendenti tal-familji ta' dawn il-persuni fiżiċi, inklużi ħlas għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u spejjeż ta' servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta' spejjeż marbutin mal-għoti ta' servizzi legali;

(c)

maħsuba esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti għal servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati. jew

sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tkun innotifikat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar dik il-konstatazzjoni u dwar il-ħsieb tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni, u fin-nuqqas ta' deċiżjonji negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol għal din in-notifika.

2.   B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, b'dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma meħtieġa minħabba spejjeż straordinarji, u dejjem jekk tali determinazzjoni tkun ġiet innotifikata lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u li d-determinazzjoni tkun ġiet approvata minn dak il-Kumitat.

3.   B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, b'dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, dment li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina, skont il-każ, li tali deroga tiffaċilita l-objettivi ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Mali u l-istabbiltà fir-reġjun.

4.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.

Artikolu 4

1.   B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta' deċiżjoni ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna, entità jew korp fiżiku jew ġuridiku, imsemmi fl-Artikolu 2 ġie inkluż fl-Anness I, jew ta' garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi se jintużaw esklużivament sabiex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet iggarantiti minn deċiżjoni msemmija fil-punt (a) jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti minn liġijiet u regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c)

id-deċiżjoni jew garanzija ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I;

(d)

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni jew tal-garanzija ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat. kif ukoll

(e)

il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru bis-sentenza jew bil-garanzija.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

Artikolu 5

1.   B'deroga mill-Artikolu 2 u bil-kundizzjoni li pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I ikun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat, qabel id-data ta' meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness I, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu adattati, ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew ta' riżorsi ekonomiċi, dejjem jekk l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi għandhom jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I;

(b)

il-pagament ma jkunx bi ksur tal-Artikolu 2(2); u

(c)

il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru relevanti dwar l-intenzjoni li jagħti awtorizzazzjoni, għaxart (10) ijiem ta' xogħol bil-quddiem.

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

Artikolu 6

1.   L-Artikolu 2(2) ma għandux jwaqqaf l-ikkreditar ta' kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu li jirċievu fondi ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont tal-persuna fiżika jew ġuridika, tal-entità jew tal-korp elenkati, dejjem jekk kull żieda f'dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti b'kull tranżazzjoni bħal din, mingħajr dewmien.

2.   L-Artikolu 2(2) ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 2 jkunu ġew inklużi fl-Anness I;

dment li kull tali imgħax, dħul ieħor u ħlasijiet ikunu ffriżati skont l-Artikolu 2.

Artikolu 7

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

(a)

ifornu minnufih kull informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħall-informazzjoni fuq kontijiet u l-ammonti ffriżati skont l-Artikolu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u għandhom jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istat Membru lill-Kummissjoni; u

(b)

jikkooperaw mal-awtorità kompetenti biex din l-informazzjoni tiġi vverifikata b'kull mod.

2.   Kull informazzjoni addizzjonali riċevuta direttament mill-Kummissjoni għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri.

3.   Kull informazzjoni mogħtija jew milqugħa skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ngħatat jew ġiet milqugħa

Artikolu 8

Il-parteċipazzjoni b'mod konxju u bi ħsieb, f'attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri msemmija fl-Artiklu 2 għandha tkun ipprojbita.

Artikolu 9

1.   L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq in bona fede abbażi li tali azzjoni tkun konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandux joħloq responsabbiltà tal-ebda tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b'riżultat ta' negliġenza.

2.   Azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhom joħolqu l-ebda tip ta' responsabbiltà min-naħa tagħhom, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 10

1.   Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom ġiet affettwata, direttament jew indirettament, b'mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kull pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħall-pretensjoni għal kumpens jew il-pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kull għamla, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:

(a)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ddeżinjati, elenkati fl-Anness I;

(b)

kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li taġixxi permezz ta' waħda mill-persuni, l-entitajiet jew il-korpi jew li taġixxi f'isimhom, imsemmija fil-punt (a).

2.   F'kull proċediment għall-eżekuzzjoni ta' pretensjoni, l-obbligu ta' prova li l-issodisfar tal-pretensjoni mhux ipprojbit bil-paragrafu 1, għandu jkun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu l-eżekuzzjoni ta' dik il-pretensjoni.

3.   Dan l-Artikolu huwa bla preġudizzju għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal reviżjoni ġudizzjarja tal-legalità tan-nonadempiment ta' obbligi kuntrattwali skont dan ir-Regolament.

Artikolu 11

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin dwar il-miżuri meħuda b'dan ir-Regolament u jikkondividu kull informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament, partikolarment informazzjoni:

(a)

dwar il-fondi ffriżati skont l-Artikolu 2 u l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 3, 4 u 5;

(b)

fir-rigward ta' ksur u ta' problemi li jirrigwardaw l-infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar kull informazzjoni relevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom li jista' jkollha impatt fuq l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 12

1.   Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jinkludi fil-lista persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fl-Anness I.

2.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna fiżika jew ġuridika, lill-entità jew lill-korp imsemmija fil-paragrafu 1, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, fejn jagħti lil tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp opportunità biex jippreżentaw osservazzjonijiet.

3.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, lill-entità jew lill-korp imsemmija fil-paragrafu 1 kif meħtieġ.

4.   Fejn in-Nazzjonjiet Uniti tiddeċiedi li tneħħi mil-lista xi persuna fiżika jew ġuridika, entità, jew korp jew li temenda d-data ta' identifikazzjoni ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat, il-Kunsill għandu jemenda l-Anness I kif meħtieġ.

5.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa litemenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

Artikolu 13

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha li hemm bżonn biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn ir-regoli lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u għandhom jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.

Artikolu 14

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan ir-Regolament u jidentifikawhom fuq is-siti web elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet kollha fl-indirizzi tas-siti web tagħhom elenkati fl-Anness II.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta' kuntatt ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.

3.   Meta dan ir-Regolament jistipula obbligu li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata jew infurmata, jew li ssir xi komunikazzjoni magħha b'xi mod ieħor, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.

Artikolu 15

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a)

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b)

abbord kull inġenju tal-ajru jew kull bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(c)

għal kull persuna fit-territorju tal-Unjoni jew 'il barra minnu li tkun ċittadina ta' Stat Membru;

(d)

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp, ġewwa jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkun inkorporat jew kostitwit taħt il-liġi ta' Stat Membru;

(e)

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.

Artikolu 16

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  Ara paġna 23 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).


ANNESS I

Lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 2


ANNESS II

Siti web b'informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni

IL-BELĠJU

https://diplomatie.belgium.be/nl/Beleid/beleidsthemas/vrede_en_veiligheid/sancties

https://diplomatie.belgium.be/fr/politique/themes_politiques/paix_et_securite/sanctions

https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.exteriores.gob.es/Portal/en/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Paginas/SancionesInternacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

http://www.mvep.hr/sankcije

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kormany.hu/download/9/2a/f0000/EU%20szankci%C3%B3s%20t%C3%A1j%C3%A9koztat%C3%B3_20170214_final.pdf

MALTA

https://www.gov.mt/en/Government/Government%20of%20Malta/Ministries%20and%20Entities/Officially%20Appointed%20Bodies/Pages/Boards/Sanctions-Monitoring-Board-.aspx

IN-NETHERLANDS

https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.portugal.gov.pt/pt/ministerios/mne/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi

IS-SLOVAKKJA

https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-IŻVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

European Comission

Service for Foreign Policy Instruments (FPI)

EEAS 07/99

B-1049 Brussels, Belgium

Email: relex-sanctions@ec.europa.eu


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1771

tas-27 ta' Settembru 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stabbilixxa regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u ffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontroll regolari tad-dejta li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li jenħtieġ li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti jinbidlu biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1484/95 jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Settembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u biex iħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

ANNESS I

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 70 %, iffriżati

107,5

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 65 %, iffriżati

102,1

5

AR

118,6

0

BR

0207 14 10

Qatgħat tas-sriedaq jew tat-tiġieġ, mingħajr għadam, iffriżati

263,2

11

AR

205,6

28

BR

301,7

0

CL

224,0

23

TH

0207 27 10

Qatgħat tad-dundjani, mingħajr għadam, iffriżati

349,9

0

BR

388,1

0

CL

0408 91 80

Bajd, imnixxef, mingħajr qoxra

352,1

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin tas-sriedaq u tat-tiġieġ

219,3

20

BR


(1)  In-Nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi ‘ZZ’ ifisser ‘ta' oriġini oħra’.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1772

tat-28 ta' Settembru 2017

li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Kanada

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/38 (2), il-Kunsill awtorizza l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”).

(2)

Il-Ftehim jistipula li d-dazji doganali dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' oġġetti li joriġinaw fil-Kanada jridu jonqsu jew jitneħħew skont l-iskeda tat-tneħħija tat-tariffi fl-Anness 2-A ta' dak il-Ftehim. L-Anness 2-A jipprovdi li għal ċerti oġġetti, it-tnaqqis jew it-tneħħija tad-dazji doganali jingħataw fi ħdan il-kwoti tariffarji.

(3)

L-Anness 2-A tal-Ftehim jistipula li l-Unjoni għandha tiġġestixxi wħud minn dawk il-kwoti tariffarji fuq bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi dawk il-kwoti tariffarji skont ir-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3).

(4)

Il-Ftehim jipprovdi li biex l-oġġetti jibbenefikaw minn dawk il-kwoti tariffarji, dawn iridu jikkonformaw mar-regoli tal-oriġini kif stipulat fl-Anness 5 tal-Protokoll dwar ir-regoli tal-oriġini u l-proċeduri tal-oriġini mehmuża ma' dak il-Ftehim.

(5)

Kif ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Ftehim għandu jibda japplika b'mod provviżorju mill-21 ta' Settembru 2017 (4). Sabiex jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-ġestjoni effettiva ta' dawk il-kwoti tariffarji mogħtija skont il-Ftehim li l-Kummissjoni għandha tiġġestixxi fuq bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-21 ta' Settembru 2017.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni huma miftuħa għal oġġetti li joriġinaw fil-Kanada kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

L-oġġetti elenkati fl-Anness li joriġinaw fil-Kanada u dikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni għandhom, fi ħdan il-kwoti tariffarji rispettivi stipulati fl-Anness, ikunu eżentati mid-dazji doganali applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni.

Artikolu 3

Il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

Artikolu 4

Sabiex ikunu eliġibbli li jibbenefikaw mill-kwoti tariffarji stipulati f'dan ir-Regolament, l-oġġetti elenkati fl-Anness għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness 5 tal-Protokoll dwar ir-Regoli tal-Oriġini u l-Proċeduri tal-Oriġini mehmuża mal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, u jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni tal-oriġini valida stipulata fl-Anness 2 ta' dak il-Protokoll.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-21 ta' Settembru 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/38 tat-28 ta' Ottubru 2016 dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 11, 14.1.2017, p. 1080).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(4)  Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 238, 16.9.2017, p. 9).


ANNESS

Minkejja r-regoli tal-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-lingwaġġ tad-deskrizzjoni tal-prodotti fir-raba' kolonna tat-tabella għandu jiġi kkunsidrat li għandu biss valur indikattiv. L-iskema preferenzjali hija determinata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, permezz tal-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċijiet NM stipulati fit-tieni kolonna tat-tabella kif applikabbli fil-mument tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Fejn ikunu indikati ex kodiċijiet NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi determinata permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċijiet NM u d-deskrizzjoni korrispondenti tal-prodotti fir-raba' kolonna tat-tabella meħudin flimkien.

Numru tal-Ordni

Kodiċi NM

Subdiviżjoni TARIC

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-kwota

Volum tal-kwota (piż nett f'tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

09.8400

ex 0201 10 00

93

Karkassi u nofs karkassi tal-biżonti, friski jew imkessħin

Mill-21.9.2017 sal-31.12.2017

841 tunnellata ta' ekwivalenti għall-piż tal-karkassi

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

3 000 tunnellata ta' ekwivalenti għall-piż tal-karkassi

ex 0201 20 20

93

Kwarti “kompensati” tal-biżonti bl-għadma, friski jew inkessħin

 

 

ex 0201 20 30

93

Kwarti ta' quddiem mhux mifrudin jew mifrudin tal-biżonti, bl-għadma, friski jew imkessħin

ex 0201 20 50

93

Kwarti ta' wara mhux mifrudin jew mifrudin tal-biżonti, bl-għadma, friski jew imkessħin

ex 0201 20 90

20

Qatgħat oħrajn tal-biżonti bl-għadma, friski jew inkessħin

ex 0201 30 00  (1)

30

Laħam tal-biżonti bla għadma, frisk jew imkessaħ

ex 0202 10 00

20

Karkassi u nofs karkassi tal-biżonti, iffriżati

ex 0202 20 10

20

Kwarti “kompensati” tal-biżonti bl-għadma, iffriżati

ex 0202 20 30

20

Kwarti ta' quddiem mhux mifrudin jew mifrudin tal-biżonti, bl-għadma, iffriżati

ex 0202 20 50

20

Kwarti ta' wara mhux mifrudin jew mifrudin tal-biżonti, bl-għadma, iffriżati

ex 0202 20 90

20

Qatat oħrajn tal-biżonti bl-għadma, iffriżati

ex 0202 30 10  (1)

20

Kwarti ta' quddiem, sħaħ jew imqattgħin f'massimu ta' ħames biċċiet, kull kwart fi blokka waħda; kwarti “kompensati” f'żewġ blokok, waħda minnhom fiha l-kwart ta' quddiem, sħiħ jew maqtugħ f'massimu ta' ħames biċċiet, u l-oħra fiha l-kwart ta' wara, mingħajr flett, f'biċċa waħda, tal-biżonti, bla għadma u ffriżati

ex 0202 30 50  (1)

20

Crop, qatgħat tal-ispalla u skapula u sidra tal-biżonti, bla għadma u ffriżati (2)

ex 0202 30 90  (1)

20

Laħam ieħor bla għadma tal-biżonti, iffriżat

ex 0206 10 95

20

Falda ħoxna u falda rqiqa tal-biżonti, friska jew imkessħa

ex 0206 29 91

31

40

Falda ħoxna u falda rqiqa tal-biżonti, iffriżata

ex 0210 20 10

10

Laħam tal-biżonti bl-għadma, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

ex 0210 20 90  (3)

91

Laħam bla għadma tal-biżonti, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

ex 0210 99 51

10

Falda ħoxna u falda rqiqa tal-biżonti, immellħa, fis-salmura, imnixxfa jew affumikata

ex 0210 99 59

10

Laħam ieħor tal-ġewwieni tal-biżonti, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

09.8403

0304 71 90

 

Flettijiet iffriżati tal-bakkaljaw tal-ispeċijiet Gadus morhua u Gadus ogac

Mill-21.9.2017 sal-31.12.2017

281

0304 79 10

 

Flettijiet iffriżati tal-bakkaljaw polari (Boreogadus saida)

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

1 000

09.8404 (4)

 

 

Gambli ffriżati, affumikati, fil-qoxra jew le, imsajrin jew le qabel jew matul il-proċess tal-affumikar, mhux ippreparati mod ieħor, f'imballaġġ immedjat ta' kontenut nett li jaqbeż iż-2 kg:

Mill-21.9.2017 sal-31.12.2017

6 446

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018 u għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

23 000

ex 0306 16 91

10

Gambli tal-ispeċi Crangon crangon

ex 0306 16 99

21

31

91

Gambli oħra tal-ilma kiesaħ (Pandalus spp.)

ex 0306 17 91

10

Gambli roża tal-ilma fond (Parapenaeus longirostris)

ex 0306 17 92

21

91

Gambli tal-ġeneru Penaeus

ex 0306 17 93

10

Gambli tal-familja Pandalidae, ħlief tal-ġeneru Pandalus

ex 0306 17 94

10

Gambli tal-ġeneru Crangon, ħlief tal-ispeċi Crangon crangon

ex 0306 17 99

11

91

Oħrajn

 

 

Gambli mhux iffriżati, affumikati, fil-qoxra jew le, imsajrin jew le qabel jew matul il-proċess tal-affumikar, mhux ippreparati mod ieħor, f'imballaġġ immedjat ta' kontenut nett li jaqbeż iż-2 kg:

ex 0306 95 19

10

Gambli tal-ispeċi Crangon crangon

ex 0306 95 20

21

91

Gambli oħra tal-ilma kiesaħ (Pandalus spp.)

ex 0306 95 30

21

91

Gambli tal-familja Pandalidae, ħlief tal-ġeneru Pandalus

ex 0306 95 40

10

Gambli tal-ġeneru Crangon, ħlief tal-ispeċi Crangon crangon

ex 0306 95 90

10

Oħrajn

1605 21 90

 

Gambli ppreparati jew ippreservati f'kontenituri mhux issiġillati, f'imballaġġ immedjat ta' kontenut nett li jaqbeż iż-2 kg

1605 29 00

 

Gambli ppreparati jew ippreservati f'kontenituri ssiġillati

09.8405

0710 40 00

 

Qamħirrum ħelu (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew b'togħlija fl-ilma), iffriżat

Mill-21.9.2017 sal-31.12.2017

374

2005 80 00

 

Qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata), ippreparat jew ippreservat b'xi mod iżda mhux bil-ħall jew aċidu aċetiku, mhux iffriżat, ħlief il-prodotti tal-intestatura 2006

Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018

2 667

Mill-1.1.2019 sal-31.12.2019

4 000

Mill-1.1.2020 sal-31.12.2020

5 333

Mill-1.1.2021 sal-31.12.2021

6 667

Mill-1.1.2022 sal-31.12.2022 u għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12

8 000


(1)  Mad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta' dan il-prodott b'talba biex jibbenefika minn din il-kwota tariffarja, l-operatur ekonomiku għandu jiddikjara n-numru tal-ordni 09.8401. Il-koeffiċjent 1,3 għandu jiġi applikat għas-sistema tal-kwoti elettroniċi tal-Kummissjoni biex jikkonverti l-piż nett tal-prodott dikjarat f'ekwivalenti għall-piż tal-karkassa.

(2)  L-entrata taħt din is-subintestatura hija soġġetta għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' awtentiċità maħruġ skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 139/81 (ĠU L 15, 17.1.1981, p. 4).

(3)  Mad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta' dan il-prodott b'talba biex jibbenefika minn din il-kwota tariffarja, l-operatur ekonomiku għandu jiddikjara n-numru tal-ordni 09.8402. Il-koeffiċjent 1,35 għandu jiġi applikat għas-sistema tal-kwoti elettroniċi tal-Kummissjoni biex jikkonverti l-piż nett tal-prodott dikjarat f'ekwivalenti għall-piż tal-karkassa.

(4)  Gambli ppreparati jew ippreservati esportati mill-Kanada skont il-kwota tal-oriġini applikabbli skont in-numru tal-ordni 09.8310 kif previst fit-Taqsima B tal-Appendiċi A (Kwoti tal-Oriġini) tal-Anness 5 (Regoli speċifiċi skont il-prodott tal-oriġini) tal-Protokoll dwar ir-regoli tal-oriġini jew il-proċeduri tal-oriġini mehmuża mal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, ma għandhomx jiġu importati fl-Unjoni b'din il-kwota tariffarja.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1773

tat-28 ta' Settembru 2017

li jemenda għall-278 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-22 ta' Settembru 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda ħames entrati fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, taħt l-intestatura “Persuni naturali”, tinbidel id-dejta tal-identifikazzjoni tal-entrati li ġejjin:

(a)

“Yazid Sufaat (magħruf ukoll bħala (a) Joe, (b) Abu Zufar). Indirizz: (a) Taman Bukit Ampang, Selangor, il-Malasja (indirizz ta' qabel) (b) Malażja (il-ħabs sa mill-2013). Data tat-twelid: 20.1.1964. Post tat-twelid: Johor, il-Malasja. Ċittadinanza: Malasjana. Numru tal-passaport: A 10472263. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 640120-01-5529. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 9.9.2003.”

hija sostitwita b'dan li ġej:

“Yazid Sufaat (magħruf ukoll bħala (a) Joe, (b) Abu Zufar). Indirizz: (a) Taman Bukit Ampang, Selangor, il-Malasja (indirizz preċedenti) (b) il-Malasja. Data tat-twelid: 20.1.1964. Post tat-twelid: Johor, il-Malasja. Nazzjonalità: Malasjana. Numru tal-passaport: A 10472263. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 640120-01-5529. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 9.9.2003.”

(b)

“Yunos Umpara Moklis (magħruf ukoll bħala (a) Muklis Yunos, (b) Mukhlis Yunos, (c) Saifullah Mukhlis Yunos, (d) Saifulla Moklis Yunos; (e) Hadji Onos). Indirizz: Il-Filippini. Data tat-twelid: 7.7.1966. Post tat-twelid: Lanao del Sur, Filippini. Nazzjonalità: Filippina. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 9.9.2003.”

hija sostitwita b'dan li ġej:

“Yunos Umpara Moklis (magħruf ukoll bħala (a) Muklis Yunos, (b) Mukhlis Yunos, (c) Saifullah Mukhlis Yunos, (d) Saifulla Moklis Yunos; (e) Hadji Onos). Indirizz: il-Filippini. Data tat-twelid: 7.7.1966. Post tat-twelid: Lanao del Sur, il-Filippini. Nazzjonalità: Filippina. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 9.9.2003.”

(c)

“Radulan Sahiron (alias (a) Radullan Sahiron, (b) Radulan Sahirun, (c) Radulan Sajirun, (d) Commander Putol). Date of birth: (a) 1955, (b) circa 1952. Place of birth: Kaunayan, Patikul, Jolo Island, the Philippines. Nationality: Filipino.”

hija sostitwita b'dan li ġej:

“Radulan Sahiron magħruf ukoll bħala (a) Radullan Sahiron, (b) Radulan Sahirun, (c) Radulan Sajirun, (d) Commander Putol). Indirizz: Ir-reġjun Sulu, il-Filippini (post irrapportat) Data tat-twelid: (a) 1955, (b) madwar l-1952. Post tat-twelid: Kaunayan, Patikul, Jolo Island, il-Filippini. Nazzjonalità: Filippina. Informazzjoni oħra: Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: iswed; kulur tax-xagħar: griż; tul: 5 piedi 6 pulzieri — 168 cm; piż: 140 lb– 64 kg; statura: żgħira; l-id il-leminija hija maqtugħa 'l fuq mill-minkeb. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i) 6.12.2005.”

(d)

“Hilarion Del Rosario Santos III (alias (a) Akmad Santos, (b) Ahmed Islam, (c) Ahmad Islam Santos, (d) Abu Hamsa, (e) Hilarion Santos III, (f) Abu Abdullah Santos, (g) Faisal Santos, (h) Lakay, (i) Aki, (j) Aqi). Titlu: Amir. Indirizz: 50, Purdue Street, Cubao, il-Belt ta' Quezon, il-Filippini. Data tat-twelid: 12.3.1966. Post tat-twelid: 686 A. Mabini Street, Sangandaan, il-Belt ta' Caloocan, il-Filippini. Nazzjonalità: Filippina. Numru tal-passaport: AA780554 (passaport Filippin). Informazzjoni oħra: (a) Fundatur u mexxej tal-Moviment Rajah Solaiman, u għandu rabtiet mal-Grupp Abu Sayyaf. (b) Detenut fil-Filippini sa minn Mejju 2011. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 4.6.2008.”

hija sostitwita b'dan li ġej:

“Hilarion Del Rosario Santos III (magħruf ukoll bħala (a) Akmad Santos, (b) Ahmed Islam, (c) Ahmad Islam Santos, (d) Hilarion Santos, III (it-tielet) (e) Hilarion Del Rosario Santos, III (it-tielet) (f) Abu Abdullah Santos, (g) Faisal Santos, (h) Lakay, (i) Aki, (j) Aqi, (k) Abu Hamsa). Titlu: Amir. Indirizz: 50, Purdue Street, Cubao, Quezon City, il-Filippini. Data tat-twelid: 12.3.1966. Post tat-twelid: 686 A. Mabini Street, Sangandaan, Caloocan City, il-Filippini. Nazzjonalità: Filippina. Numru tal-passaport: AA780554 (passaport Filippin). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 4.6.2008.”

(e)

“Umar Patek (alias (a) Omar Patek, (b) Mike Arsalan, (c) Hisyam Bin Zein, (d) Anis Alawi Jafar, (e) Pa'tek, (f) Pak Taek, (g) Umar Kecil, (h) Al Abu Syekh Al Zacky, (i) Umangis Mike. Indirizz: l-Indoneżja. Data tat-twelid: 20.7.1970. Post tat-twelid: Java Ċentrali, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Informazzjoni oħra: Membru anzjan ta' Jemaah Islamiyah. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 19.7.2011.”

hija sostitwita b'dan li ġej:

“Umar Patek (magħruf ukoll bħala (a) Omar Patek, (b) Mike Arsalan, (c) Hisyam Bin Zein, (d) Anis Alawi Jafar, (e) Pa'tek, (f) Pak Taek, (g) Umar Kecil, (h) Al Abu Syekh Al Zacky, (i) Umangis Mike. Indirizz: l-Indoneżja. Data tat-twelid: 20.7.1970. Post tat-twelid: Java Ċentrali, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 19.7.2011.”


DEĊIŻJONIJIET

29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/21


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1774

tal-25 ta' Settembru 2017

li tissottoponi N-(1-fenetilpiperidin-4-il)-N-fenilakrilammid (akriloilfentanil) għal miżuri ta' kontroll

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

Tfassal rapport dwar il-valutazzjoni tar-riskji dwar is-sustanza psikoattiva ġdida N-(1-fenetilpiperidin-4-il)-N-fenilakrilammid (akriloilfentanil) skont id-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI minn sessjoni speċjali tal-Kumitat Xjentifiku estiż taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, u sussegwentement dan intbagħat lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fl-24 ta' Frar 2017.

(2)

L-akriloilfentanil huwa opjojde sintentiku. Huwa strutturalment simili għall-fentanil, sustanza kkontrollata użata fil-mediċina bħala adittiv fl-anestesija ġenerali waqt il-kirurġija u għall-immaniġġjar tal-uġigħ. Id-data disponibbli tissuġġerixxi li l-akriloilfentanil huwa aġent b'saħħtu li jwaqqaf l-uġigħ u b'effett li jdum li jaġixxi fuq is-sistema opjojde.

(3)

L-akriloilfentanil ilu disponibbli fl-Unjoni mill-inqas minn April 2016 u nstab f'sitt Stati Membri. F'ħafna mill-każijiet fejn ġie ssekwestrat, is-sustanza kienet f'forma likwida, iżda nstabu wkoll forom oħra bħal tablets, trab u kapsoli. Il-kwantitajiet misjubin huma relattivament żgħar, iżda għandhom jitqiesu fil-kuntest ta' potenza għolja tas-sustanza.

(4)

Tliet Stati Membri kollettivament irrappurtaw 47 mewt assoċjat mal-akriloilfentanil. F'tal-inqas 40 mewt l-akriloilfentanil kien il-kawża tal-mewt jew probabbilment kien kawża li kkontribwixxa għall-mewt. Barra minn hekk, ġew rappurtati aktar minn 20 intossikazzjoni akuta suspettati li kienu minħabba l-akriloilfentanil.

(5)

Ma hemm ebda informazzjoni li tissuġġerixxi l-involviment tal-kriminalità organizzata fil-manifattura, id-distribuzzjoni, it-traffikar jew il-forniment tal-akriloilfentanil fl-Unjoni. Id-data disponibbli tissuġġerixxi li l-biċċa l-kbira tal-akriloilfentanil fis-suq fl-Ewropa ġie prodott minn kumpaniji kimiċi bbażati fiċ-Ċina.

(6)

L-akriloilfentanil jinbiegħ bħala “kimika għar-riċerka”, tipikament bħala trab u jew bħala sprejs nasali lesti għall-użu. Jinbiegħ f'ammonti żgħar u bl-ingrossa. l-Informazzjoni limitata mis-sekwestri tissuġġerixxi li l-akriloilfentanil seta' wkoll kien mibjugħ fuq is-suq illeċitu tal-opjojdi.

(7)

L-akriloilfentanil mhuwiex elenkat għall-kontroll taħt il-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1961 dwar id-Drogi Narkotiċi jew taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1971 dwar Sustanzi Psikotropiċi. Is-sustanza bħalissa mhijiex qed tiġi vvalutata mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti.

(8)

L-akriloilfentanil ma għandu l-ebda użu mediku għall-bniedem jew veterinarju stabbilit jew rikonoxxut. Minbarra l-użu tiegħu f'materjali ta' referenza analitiċi u fir-riċerka xjentifika fil-kimika, il-farmakoloġija u t-tossikoloġija tiegħu b'reazzjoni għall-feġġ tiegħu fis-suq tad-droga, ma hemm l-ebda indikazzjoni li qed jintuża għal skopijiet oħra leġittimi.

(9)

Ir-rapport dwar il-valutazzjoni tar-riskji juri li hemm evidenza xjentifika limitata disponibbli fuq l-akriloilfentanil, u josserva li tkun meħtieġa aktar riċerka. Madankollu, l-evidenza u l-informazzjoni disponibbli dwar ir-riskji għas-saħħa u dawk soċjali li toħloq is-sustanza jipprovdu raġunijiet suffiċjenti biex l-akriloilfentanil jiġi sottopost għal miżuri ta' kontroll fl-Unjoni kollha.

(10)

Disa' Stati Membri biss jikkontrollaw l-akriloilfentanil taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-kontroll tad-drogi, filwaqt li żewġ Stati Membri oħra jużaw miżuri leġiżlattivi oħrajn biex jikkontrollawh. Għalhekk, is-sottopożizzjoni ta' din is-sustanza għal miżuri ta' kontroll fl-Unjoni kollha tista' tgħin biex jiġi evitat il-feġġ ta' ostakli fl-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja transkonfinali, u tgħin fil-protezzjoni mir-riskji li d-disponibbiltà u l-użu tiegħu jistgħu joħolqu.

(11)

Id-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI tikkonferixxi fuq il-Kunsill setgħat ta' implimentazzjoni biex jissottoponi sustanza psikoattiva ġdida għal miżuri ta' kontroll fl-Unjoni kollha biex tiġi żgurata reazzjoni rapida u bbażata fuq kompetenza esperta fil-livell tal-Unjoni meta jfiġġu tali sustanzi li jkunu ġew individwati u rrappurtati mill-Istati Membri. Billi l-kondizzjonijiet u l-proċedura biex jiġi attivat l-eżerċizzju ta' tali setgħat ta' implimentazzjoni ġew issodisfati, għandha tiġi adottata deċiżjoni ta' implimentazzjoni sabiex l-akriloilfentanil jiġi sottopost għal miżuri ta' kontroll fl-Unjoni kollha.

(12)

Id-Danimarka hi marbuta bid-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI.

(13)

L-Irlanda hi marbuta bid-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI.

(14)

Ir-Renju Unit mhuwiex marbut bid-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI u għalhekk mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI, u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sostanza psikoattiva ġdida N-(1-fenetilpiperidin-4-il)-N-fenilakrilammid (akriloilfentanil) għandha tiġi sottoposta għal miżuri ta' kontroll fl-Unjoni kollha.

Artikolu 2

Sat-30 ta' Settembru 2018 l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, biex jissottoponi s-sustanza psikoattiva l-ġdida msemmija fl-Artikolu 1 għal miżuri ta' kontroll u pieni kriminali, kif previst taħt il-leġiżlazzjoni tagħhom b'mod konformi mal-obbligi tagħhom taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1971 dwar is-Sustanzi Psikotropiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.

(2)  Opinjoni tat-13 ta' Settembru 2017 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1775

tat-28 ta' Settembru 2017

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-5 ta' Settembru 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (il-“Kunsill tas-Sigurtà”) adotta r-Riżoluzzjoni 2374 (2017), waqt li fakkar fir-Riżoluzzjonijiet 2364 (2017) u 2359 (2017) tiegħu u waqt li afferma mill-ġdid l-impenn qawwi tal-Kunsill tas-Sigurtà għas-sovranità, l-unità u l-integrità territorjali tal-Mali.

(2)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2374 (2017) teħtieġ li jiġu applikati restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar għall-persuni li għandhom jiġu ddeżinjati mill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 9 tal-UNSCR 2374 (2017) (“il-Kumitat tas-Sanzjonijiet”) u li jiġu ffriżati l-fondi u l-assi tal-persuni jew l-entitajiet li għandhom jiġu ddeżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

(3)

Tinħtieġ azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jimpedixxu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta' persuni ddeżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala responsabbli għal, jew kompliċi fi, jew li kienu involuti, direttament jew indirettament, fl-azzjonijiet jew politiki li ġejjin, li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Mali:

(a)

involviment f'ostilitajiet bi ksur tal-Ftehim dwar il-Paċi u Rikonċiljazzjoni fil-Mali (il-“Ftehim”);

(b)

azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim;

(c)

ħidma għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', jew inkella l-appoġġ jew il-finanzjament għal individwi u entitajiet identifikati fil-punti (a) u (b), inkluż permezz tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inkluża l-produzzjoni u t-traffikar ta' drogi narkotiċi u l-prekursuri tagħhom li joriġinaw jew jgħaddu mill-Mali, it-traffikar ta' bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' armi kif ukoll it-traffikar fi proprjetà kulturali;

(d)

involviment fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorizzazzjoni, jew it-twettiq ta' attakki kontra:

(i)

id-diversi entitajiet msemmija fil-Ftehim, inkluż fil-livell lokali, reġjonali u l-istituzzjonijiet tal-istat, viġilanzi konġunti u l-forzi tad-Difiża u tas-Sigurtà tal-Mali;

(ii)

il-forzi taż-żamma tal-paċi tal-Missjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni (MINUSMA) u persunal tan-NU u assoċjat ieħor, inkluż membri tal-Grupp ta' Esperti;

(iii)

il-preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż il-Force Conjointe des États du G5 Sahel (FC-G5S), il-Missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Forzi Franċiżi;

(e)

xkiel għall-għoti ta' għajnuna umanitarja lill-Mali, jew għall-aċċess għal għajnuna umanitarja, jew għad-distribuzzjoni tagħha fil-Mali;

(f)

ippjanar, direzzjoni jew twettiq ta' atti fil-Mali li jiksru d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk li jinvolvu t-tqegħid fil-mira ta' persuni ċivili, inkluż nisa u tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż il-qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, spostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju;

(g)

użu jew reklutaġġ ta' tfal minn gruppi armati jew forzi armati bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli, fil-kuntest tal-konflitt armat fil-Mali;

(h)

faċilitazzjoni, b'mod intenzjonali, tal-ivvjaġġar ta' persuna elenkata bi ksur tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar.

Il-persuni ddeżinjati msemmija f'dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru biex jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn id-dħul jew it-transitu jkun neċessarju għall-finijiet ta' proċess ġudizzjarju.

4.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina, skont il-każ, li:

(a)

id-dħul jew it-transitu jkun ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inkluż obbligu reliġjuż;

(b)

eżenzjoni li tiffaċilita l-objettivi ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Mali u l-istabbiltà fir-reġjun.

5.   F'każijiet fejn, skont il-paragrafi 3 jew 4, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta' persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih hija ġiet mogħtija u għall-persuni kkonċernati mill-awtorizzazzjoni.

Artikolu 2

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma l-proprjetà ta', jew ikkontrollati b'mod dirett jew indirett minn persuni jew entitajiet iddeżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala responsabbli għal, jew kompliċi fi, jew li kienu involuti, direttament jew indirettament, fl-azzjonijiet jew politiki li ġejjin, li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Mali:

(a)

involviment f'ostilitajiet bi ksur tal-Ftehim;

(b)

azzjonijiet meħuda li jostakolaw, jew li jostakolaw permezz ta' dewmien fit-tul, jew li jheddu l-implimentazzjoni tal-Ftehim;

(c)

ħidma għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta', jew inkella l-appoġġ jew il-finanzjament għal individwi u entitajiet identifikati fil-punti (a) u (b) ta' hawn fuq, inkluż permezz tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inkluża l-produzzjoni u t-traffikar ta' drogi narkotiċi u l-prekursuri tagħhom li joriġinaw jew jgħaddu mill-Mali, it-traffikar ta' bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar ta' armi kif ukoll it-traffikar fi proprjetà kulturali;

(d)

involviment fl-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorizzazzjoni, jew it-twettiq ta' attakki kontra:

(i)

id-diversi entitajiet msemmija fil-Ftehim, inkluż fil-livell lokali, reġjonali u l-istituzzjonijiet tal-istat, viġilanzi konġunti u l-forzi tad-Difiża u tas-Sigurtà tal-Mali;

(ii)

il-forzi taż-żamma tal-paċi tal- MINUSMA u persunal tan-NU u assoċjat ieħor, inklużi membri tal-Grupp ta' esperti;

(iii)

il-preżenzi tas-sigurtà internazzjonali, inkluż l-FC-G5S, il-Missjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Forzi Franċiżi;

(e)

xkiel għall-għoti ta' għajnuna umanitarja lill-Mali, jew għall-aċċess għal għajnuna umanitarja, jew għad-distribuzzjoni tagħha fil-Mali;

(f)

ippjanar, direzzjoni jew twettiq ta' atti fil-Mali li jiksru d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk li jinvolvu t-tqegħid fil-mira ta' persuni ċivili, inkluż nisa u tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż il-qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, l-ispostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju;

(g)

użu jew reklutaġġ ta' tfal minn gruppi armati jew forzi armati bi ksur tad-dritt internazzjonali applikabbli, fil-kuntest tal-konflitt armat fil-Mali;

(h)

faċilitazzjoni, b'mod intenzjonali, tal-ivvjaġġar ta' persuna elenkata bi ksur tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar;

jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, għandhom jiġu ffriżati.

Il-persuni jew l-entitajiet iddeżinjati imsemmija f'dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness.

2.   L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jsir direttament jew indirettament disponibbli, lil jew għall-benefiċċju tal-persuni jew l-entitajiet elenkati fl-Anness.

3.   Il-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta' fondi u riżorsi ekonomiċi li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li jkunu:

(a)

neċessarji għall-ispejjeż bażiċi, inkluż ħlas għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, primjums ta' assigurazzjoni u imposti tal-użu ta' servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi professjonali raġonevoli u għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali; jew

(c)

maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

wara li ssir notifika mill-Istat Membru rilevanti lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar l-intenzjoni tal-awtorizzazzjoni, fejn ikun il-każ, tal-aċċess għal tali fondi jew riżorsi ekonomiċi, u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.

4.   Il-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li jkunu:

(a)

neċessarji għal spejjeż straordinarji, dment li din id-determinazzjoni tkun ġiet innotifikata mill-Istat Membru lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u tkun ġiet approvata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

(b)

is-suġġett ta' garanzija jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, li f'dak il-każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw sabiex jissodisfaw dak il-privileġġ jew dik is-sentenza dment li l-privileġġ jew is-sentenza saru qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità ġiet inkluża fl-Anness, il-privileġġ jew is-sentenza ma jkunux għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 u tkun ġiet innotifikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

5.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina, skont il-każ, li eżenzjoni tkun tiffaċilita l-objettivi ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Mali u l-istabbiltà fir-reġjun.

6.   Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni persuna jew entità ddeżinjata milli tagħmel pagament dovut skont kuntratt magħmul qabel ma tali persuna jew entità tkun ġiet elenkata, dment lil-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-pagament mhuwiex irċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 u wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar l-intenzjoni li jsiru jew li jiġu rċevuti tali pagamenti jew li jiġi awtorizzat, fejn adatt, ir-rilaxx ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati għal dak il-għan, għaxart ijiem ta' xogħol qabel tali awtorizzazzjoni.

7.   Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti minn din id-Deċiżjoni;

dment li tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 3

Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista fl-Anness u għandu jemendaha f'konformità mad-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 4

1.   Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddeżinja persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi lil dik il-persuna jew entità fl-Anness. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inkluż ir-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz huwa magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, li tipprovdi lil dik il-persuna jew l-entità b'opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

2.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata kif meħtieġ.

Artikolu 5

1.   L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet kif ipprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

2.   L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post ta' twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi emendata jew imħassra kif adatt, f'konformità mad-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill tas-Sigurtà.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


ANNESS

Lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 1(1) u tal-persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1776

tat-28 ta' Settembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

(2)

Fil-31 ta' Marzu 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/621 (2).

(3)

Fid-dawl tal-instabbiltà kontinwa u s-serjetà tas-sitwazzjoni fil-Libja, il-Kunsill iddeċieda li l-miżuri restrittivi kontra tliet persuni jenħtieġ li jiġu estiżi għal perijodu ieħor ta' 6 xhur.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“3.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(2) għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrati bin-numru 16, 17 u 18 fl-Anness II sat-2 ta' April 2018.

4.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 9(2) għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrati bin-numru 21, 22 u 23 fl-Anness IV sat-2 ta' April 2018.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/621 tal-31 ta' Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 89, 1.4.2017, p. 10).


Rettifika

29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/29


Rettifika tar-Rakkomandazzjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-25 ta' Lulju 2017 dwar qbil dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu [2017/1544]

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 236 tal-14 ta' Settembru 2017 )

Il-pubblikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala nulla u bla effett.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/29


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1568 tal-15 ta' Settembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 238 tas-16 ta' Settembru 2017 )

Fil-paġna 11, fl-Anness, il-punt (a) “Persuni fiżiċi”, l-entrata 63,

minflok:

“Pak Yon Sik”,

aqra:

“Pak Yong Sik”.


29.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/29


Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1573 tal-15 ta' Settembru 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 238 tas-16 ta' Settembru 2017 )

Fil-paġna 52, fl-Anness, il-punt (a) “Persuni”, l-entrata 63,

minflok:

“Pak Yon Sik”,

aqra:

“Pak Yong Sik”.