ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 236

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
14 ta' Settembru 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1541 tas-17 ta' Lulju 2017 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda ta' Kigali għall-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

1

 

 

Emenda għall-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1542 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 dwar il-kalkolu ta' rekwiżiti kapitali regolatorji għal diversi kategoriji ta' assi miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (korporattivi tal-infrastruttura) ( 1 )

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2017/1543 tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tas-6 ta' Settembru 2017 li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali

22

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni Nru 1/2017 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-25 ta' Lulju 2017 dwar qbil dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu [2017/1544]

23

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

14.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 236/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1541

tas-17 ta' Lulju 2017

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda ta' Kigali għall-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) flimkien mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Unjoni saret parti għall-Konvenzjoni ta' Vjenna għall-ħarsien tas-saff tal-ożonu (“il-Konvenzjoni ta' Vjenna”) u l-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (“il-Protokoll ta' Montreal”) bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/540/KEE (2). Sussegwentement, ġew approvati l-emendi li ġejjin għall-Protokoll ta' Montreal: l-Ewwel Emenda, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/690/KEE (3); it-Tieni Emenda, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/68/KE (4); it-tielet Emenda, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/646/KE (5); u r-Raba' Emenda, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/215/KE (6).

(2)

Fit-28 Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Montreal, li saret f'Kigali, ir-Rwanda, mill-10 sal-15 ta' Ottubru 2016, ġie adottat it-test ta' emenda oħra għall-Protokoll ta' Montreal (“l-Emenda ta' Kigali”), li jżid tnaqqis gradwali fil-konsum u l-produzzjoni tal-idrofluworokarburi għall-miżuri ta' kontroll tal-Protokoll ta' Montreal.

(3)

Tnaqqis gradwali fil-konsum u l-produzzjoni tal-idrofluworokarburi huwa meħtieġ biex jitnaqqas il-kontribut ta' dawk is-sustanzi għat-tibdil fil-klima u biex jipprevjeni l-introduzzjoni illimitata tagħhom, b'mod partikolari fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp.

(4)

L-Emenda ta' Kigali hija kontribut meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 (7), f'dak li jirrigwarda l-objettiv tiegħu biex iż-żieda fit-temperatura globali tinżamm ferm taħt 2 °C aktar mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tiġi limitata aktar iż-żieda fit-temperatura għal 1,5 °C aktar mil-livelli preindustrijali.

(5)

Il-punt sa fejn il-kompetenza eżerċitata mill-Unjoni rigward materji regolati mill-Konvenzjoni ta' Vjenna u l-Protokoll ta' Montreal żviluppa b'mod sinifikanti mill-1988 'il hawn. Jenħtieġ li d-Depożitarju jiġi mgħarraf b'kwalunkwe modifika sostanzjali fil-firxa ta' kompetenza tal-Unjoni f'dawk il-materji, f'konformità mal-Artikolu 13(3) tal-Konvenzjoni ta' Vjenna.

(6)

L-Unjoni diġà adottat strumenti dwar il-materji koperti mill-Emenda ta' Kigali, inkluż ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(7)

Jenħtieġ li l-Emenda ta' Kigali tiġi approvata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Emenda ta' Kigali għall-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu hija b'dan approvata f'isem l-Unjoni Ewropea.

Id-Dikjarazzjoni tal-Kompetenza skont l-Artikolu 13(3) tal-Konvenzjoni ta' Vjenna hija b'dan approvata wkoll.

It-testi tal-Emenda ta' Kigali u d-Dikjarazzjoni tal-Kompetenza huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna jew persuni bis-setgħa li jiddepożitaw, f'isem l-Unjoni, l-istrument ta' approvazzjoni previst fl-Artikolu 13(1) tal-Konvenzjoni ta' Vjenna flimkien mad-Dikjarazzjoni tal-Kompetenza (9).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TAMM


(1)  Kunsens tal-5 ta' Lulju 2017 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/540/KEE tal-14 ta' Ottubru 1988 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Vjenna għall-ħarsien tas-saff tal-ożonu u l-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jdgħajfu s-saff tal-ożonu (ĠU L 297, 31.10.1988, p. 8).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/690/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 li tikkonċerna l-finalizzazzjoni tal-emendament għall-Protokoll ta' Montreal dwar is-sustanzi li qegħdin jeqirdu s-saff tal-ożonu kif adottat f'Ġunju 1990 f'Londra mill-Partijiet għall-Protokoll (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 28).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/68/KE tat-2 ta' Diċembru 1993 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-emendar għall-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 33, 7.2.1994, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/646/KE tas-17 ta' Ottubru 2000 dwar il-konklużjoni tal-emenda għall-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 272, 25.10.2000, p. 26).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/215/KE tal-4 ta' Marzu 2002 rigward il-konklużjoni tar-Raba' Emenda tal-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jħassru s-saff tal-ożonu (ĠU L 72, 14.3.2002, p. 18).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta' Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195).

(9)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Emenda ta' Kigali ser tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


14.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 236/3


TRADUZZJONI

EMENDA GĦALL-PROTOKOLL TA' MONTREAL DWAR SUSTANZI LI JNAQQSU S-SAFF TAL-OŻONU

Artikolu I

Emenda

Artikolu 1, paragrafu 4

Fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 1 tal-Protokoll, il-kliem:

“l-Anness C jew l-Anness E” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

“l-Anness C, l-Anness E jew l-Anness F”

Artikolu 2, paragrafu 5

Fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 2 tal-Protokoll, il-kliem:

“u l-Artikolu 2H” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

“l-Artikolu 2H u 2J”

Artikolu 2, paragrafi 8(a), 9(a) u 11

Fil-paragrafi 8(a) u 11 tal-Artikolu 2 tal-Protokoll, il-kliem:

“l-Artikoli 2A sa 2I” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

“l-Artikoli 2A sa 2J”

Il-kliem li ġejjin għandhom jiddaħħlu fl-aħħar tas-subparagrafu (a) tal-paragrafu 8 tal-Artikolu 2 tal-Protokoll:

“Kwalunkwe ftehim bħal dan jista' jiġi estiż biex jinkludi l-obbligi dwar il-konsum jew il-produzzjoni skont l-Artikolu 2J sakemm il-livell ikkalkolat ikkombinat totali tal-konsum jew tal-produzzjoni tal-Partijiet ikkonċernati ma jaqbiżx il-livell meħtieġ skont l-Artikolu 2J.”

Fis-subparagrafu (a)(i) tal-paragrafu 9 tal-Artikolu 2 tal-Protokoll, wara t-tieni użu tal-kliem:

“jenħtieġ li jkunu;”

għandhom jiġu mħassra:

“kif ukoll”

Fis-subparagrafu (a)(ii) tal-paragrafu 9 tal-Artikolu 2 tal-Protokoll għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala s-subparagrafu (a)(iii).

Li ġej għandu jiddaħħal bħala s-subparagrafu (a)(ii) wara s-subparagrafu (a)(i) tal-paragrafu 9 tal-Artikolu 2 tal-Protokoll:

“Għandhom isiru aġġustamenti għall-potenzjali ta' tisħin globali speċifikati fil-Grupp I tal-Anness A, tal-Anness C u tal-Anness F, u f'dak il-każ, x'aġġustamenti għandhom ikunu; u”

Artikolu 2J

L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 2I tal-Protokoll:

“Artikolu 2J: Idrofluworokarburi

1.   Kull Parti għandha tiżgura li għall-perijodu ta' tnax-il xahar li jibda fl-1 ta' Jannar 2019, u f'kull perijodu ta' tnax-il xahar sussegwenti, il-livell ikkalkolat tal-produzzjoni tagħha tas-sustanzi kkontrollati fl-Anness F, espress f'ekwivalenti ta' CO2, ma jaqbiżx il-perċentwal, stabbilit għall-medda ta' snin rispettiva speċifikata fis-subparagrafi (a) sa (e) hawn taħt, tal-medja annwali tal-livelli kkalkolati tal-produzzjoni tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Anness F għas-snin 2011, 2012 u 2013, flimkien ma' ħmistax fil-mija tal-livell ikkalkolat tal-konsum tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Grupp I tal-Anness C kif stabbilit fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 2F, espress f'ekwivalenti ta' CO2:

(a)

mill-2019 sal-2023: 90 fil-mija

(b)

mill-2024 sal-2028: 60 fil-mija

(c)

mill-2029 sal-2033: 30 fil-mija

(d)

mill-2034 sal-2035: 20 fil-mija

(e)

mill-2036 'il quddiem: 15 fil-mija

2.   Minkejja l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li Parti għandha tiżgura li, għall-perjodu ta' tnax-il xahar li jibda fl-1 ta' Jannar 2020, u f'kull perjodu ta' tnax-il xahar sussegwenti, il-livell ikkalkolat tal-konsum tagħha tas-sustanzi kkontrollati fl-Anness F, espress f'ekwivalenti ta' CO2, ma jaqbiżx il-perċentwal, stabbilit għall-medda ta' snin rispettiva speċifikata fis-subparagrafi (a) sa (e) hawn taħt, tal-medja annwali tal-livelli kkalkolati tal-konsum tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Anness F għas-snin 2011, 2012 u 2013, flimkien ma' ħamsa u għoxrin fil-mija tal-livell ikkalkolat tal-konsum tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Grupp I tal-Anness C kif stabbilit fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 2F, espress f'ekwivalenti ta' CO2:

(a)

mill-2020 sal-2024: 95 fil-mija

(b)

mill-2025 sal-2028: 65 fil-mija

(c)

mill-2029 sal-2033: 30 fil-mija

(d)

mill-2034 sal-2035: 20 fil-mija

(e)

mill-2036 'il quddiem: 15 fil-mija

3.   Kull Parti li tipproduċi s-sustanzi kkontrollati fl-Anness F għandha tiżgura li għall-perjodu ta' tnax-il xahar li jibda fl-1 ta' Jannar 2019, u f'kull perjodu ta' tnax-il xahar sussegwenti, il-livell ikkalkolat tal-produzzjoni tagħha tas-sustanzi kkontrollati fl-Anness F, espress f'ekwivalenti ta' CO2, ma jaqbiżx il-perċentwal, stabbilit għall-medda ta' snin rispettiva speċifikata fis-subparagrafi (a) sa (e) hawn taħt, tal-medja annwali tal-livelli kkalkolati tal-produzzjoni tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Anness F għas-snin 2011, 2012 u 2013, flimkien ma' ħmistax fil-mija tal-livell ikkalkolat tal-produzzjoni tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Grupp I tal-Anness C kif stabbilit fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 2F, espress f'ekwivalenti ta' CO2:

(a)

mill-2019 sal-2023: 90 fil-mija

(b)

mill-2024 sal-2028: 60 fil-mija

(c)

mill-2029 sal-2033: 30 fil-mija

(d)

mill-2034 sal-2035: 20 fil-mija

(e)

mill-2036 'il quddiem: 15 fil-mija

4.   Minkejja l-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li Parti li tipproduċi s-sustanzi kkontrollati fl-Anness F għandha tiżgura li għall-perjodu ta' tnax-il xahar li jibda fl-1 ta' Jannar 2020, u f'kull perjodu ta' tnax-il xahar sussegwenti, il-livell ikkalkolat tal-konsum tagħha tas-sustanzi kkontrollati fl-Anness F, espress f'ekwivalenti ta' CO2 ma jaqbiżx il-perċentwal, stabbilit għall-medda ta' snin rispettiva speċifikata fis-subparagrafi (a) sa (e) hawn taħt, tal-medja annwali tal-livelli kkalkolati tal-produzzjoni tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Anness F għas-snin 2011, 2012 u 2013, flimkien ma' ħamsa u għoxrin fil-mija tal-livell ikkalkolat tal-produzzjoni tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Grupp I tal-Anness C kif stabbilit fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 2F, espress f'ekwivalenti ta' CO2:

(a)

mill-2020 sal-2024: 95 fil-mija

(b)

mill-2025 sal-2028: 65 fil-mija

(c)

mill-2029 sal-2033: 30 fil-mija

(d)

mill-2034 sal-2035: 20 fil-mija

(e)

mill-2036 'il quddiem: 15 fil-mija

5.   Il-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw ħlief sa fejn il-Partijiet jiddeċiedu li jippermetu l-livell tal-produzzjoni jew tal-konsum li jkun meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-użi li dwarhom il-Partijiet qablu li huma eżentati.

6.   Kull Parti li timmanifattura s-sustanzi tal-Grupp I tal-Anness C jew tal-Anness F għandha tiżgura li għall-perjodu ta' tnax-il xahar li jibda fl-1 ta' Jannar 2020, u f'kull perjodu ta' tnax-il xahar sussegwenti, l-emissjonijiet tagħha tas-sustanzi tal-Grupp II tal-Anness F iġġenerati f'kull faċilità tal-produzzjoni li timmanifattura s-sustanzi tal-Grupp I tal-Anness C jew tal-Anness F jinqerdu sa fejn ikun prattikabbli bl-użu ta' teknoloġija approvata mill-Partijiet fl-istess perjodu ta' tnax-il xahar.

7.   Kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe distruzzjoni tas-sustanzi tal-Grupp II tal-Anness F iġġenerati mill-faċilitajiet li jipproduċu s-sustanzi tal-Grupp I tal-Anness C jew tal-Anness F għandha sseħħ biss permezz tat-teknoloġiji approvati mill-Partijiet.”

Artikolu 3

Il-preambolu għall-Artikolu 3 tal-Protokoll għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Għall-finijiet tal-Artikoli 2, 2A sa 2J u 5, kull Parti għandha, għal kull grupp ta' sustanzi fl-Anness A, fl-Anness B, fl-Anness C, fl-Anness E jew fl-Anness F, tiddetermina l-livelli kkalkolati tagħha ta':”

Għall-punt u l-virgola finali tas-subparagrafu (a)(i) tal-Artikolu 3 tal-Protokoll għandhom jinbidlu bi:

“, ħlief kif speċifikat mod ieħor fil-paragrafu 2;”

It-test li ġej għandu jiddaħħal fl-aħħar tal-Artikolu 3 tal-Protokoll:

“; kif ukoll

(d)

L-emissjonijiet tas-sustanzi tal-Grupp II tal-Anness F iġġenerati f'kull faċilità li tiġġenera s-sustanzi tal-Grupp I tal-Anness C jew tal-Anness F bl-inklużjoni, fost affarijiet oħra, tal-ammonti emessi minn tnixxijiet minn tagħmir, rilaxxi ta' proċessi u apparati ta' distruzzjoni, iżda bl-esklużjoni tal-ammonti miġbura għall-użu, għad-distruzzjoni u għall-ħżin.

2.   Fil-kalkolu tal-livelli, espressi f'ekwivalenti ta' CO2, tal-produzzjoni, tal-konsum, tal-importazzjonijiet, tal-esportazzjonijiet u tal-emissjonijiet tas-sustanzi tal-Grupp I tal-Anness F u tal-Anness C għall-finijiet tal-Artikolu 2J, tal-paragrafu 5 bis tal-Artikolu 2 u tal-paragrafu 1(d) tal-Artikolu 3, kull Parti għandha tagħmel użu mill-potenzjali tat-tisħin globali ta' dawk is-sustanzi speċifikati fil-Grupp I tal-Anness A, tal-Anness C u tal-Anness F.”

Artikolu 4, paragrafu 1 sept

Il-paragrafu li jmiss għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 1 sex tal-Artikolu 4 tal-Protokoll:

“1 sept.   Mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-paragrafu, kull Parti għandha tipprojbixxi l-importazzjoni tas-sustanzi kkontrollati fl-Anness F minn kull Stat li mhux Parti għal dan il-Protokoll.”

Artikolu 4, paragrafu 2 sept

Il-paragrafu li jmiss għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 2 sex tal-Artikolu 4 tal-Protokoll:

“2 sept.   Mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-paragrafu, kull Parti għandha tipprojbixxi l-esportazzjoni tas-sustanzi kkontrollati fl-Anness F lejn kull Stat li mhux Parti għal dan il-Protokoll.”

Artikolu 4, paragrafi 5, 6 u 7

Fil-paragrafi 5, 6 u 7 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll, il-kliem:

“l-Annessi A, B, C jew E” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

“l-Annessi A, B, C, E u F”

Artikolu 4, paragrafu 8

Fil-paragrafu 8 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll, il-kliem:

“l-Artikoli 2A sa 2I” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

“l-Artikoli 2A sa 2J”

Artikolu 4B

Il-paragrafu li jmiss għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 2 tal-Artikolu 4B tal-Protokoll:

“2 bis.   Kull Parti għandha, sal-1 ta' Jannar 2019 jew fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-paragrafu tiegħu, skont liema jkun l-aktar tard, tistabbilixxi u timplimenta sistema għal-liċenzjar tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tas-sustanzi kkontrollati ġodda, użati, riċiklati u rriġenerat fl-Anness F. Kull Parti li topera skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 5 li tiddeċiedi li mhijiex f'pożizzjoni li tistabbilixxi u timplimenta sistema bħal din sal-1 ta' Jannar 2019 tista' tittardja dawk l-azzjonijiet sal-1 ta' Jannar 2021.”

Artikolu 5

Fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll, il-kelma:

“2I”

għandha tiġi sostitwita:

“2J”

Fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll, il-kliem:

“l-Artikolu 2I”

għandha tiġi sostitwita:

“l-Artikoli 2I u 2J”

Fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll, qabel il-kliem:

“kull miżura ta' kontroll” għandu jiddaħħal il-kliem:

“ma'”

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 8 ter tal-Artikolu 5 tal-Protokoll:

“8 qua

(a)

Kull Parti li topera skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, soġġett għal kwalunkwe aġġustamenti magħmula lill-miżuri ta' kontroll fl-Artikolu 2J b'konformità mal-paragrafu 9 tal-Artikolu 2, għandha tkun intitolati li tittardja l-konformità tagħha mal-miżuri ta' kontroll stabbiliti fis-subparagrafi (a) sa (e) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2J u s-subparagrafi (a) sa (e) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 2J u timmodifika dawk il-miżuri kif ġej:

(i)

mill-2024 sal-2028: 100 fil-mija

(ii)

mill-2029 sal-2034: 90 fil-mija

(iii)

mill-2035 sal-2039: 70 fil-mija

(iv)

mill-2040 sal-2044: 50 fil-mija

(v)

mill-2045 'il quddiem: 20 fil-mija

(b)

Minkejja s-subparagrafu (a) ta' hawn fuq, il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li Parti li topera skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, soġġett għal kwalunkwe aġġustamenti magħmula lill-miżuri ta' kontroll fl-Artikolu 2J b'konformità mal-paragrafu 9 tal-Artikolu 2, għandha tkun intitolati li tittardja l-konformità tagħha mal-miżuri ta' kontroll stabbiliti fis-subparagrafi (a) sa (e) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2J u s-subparagrafi (a) sa (e) tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 2J u timmodifika dawk il-miżuri kif ġej:

(i)

mill-2028 sal-2031: 100 fil-mija

(ii)

mill-2032 sal-2036: 90 fil-mija

(iii)

mill-2037 sal-2041: 80 fil-mija

(iv)

mill-2042 sal-2046: 70 fil-mija

(v)

mill-2047 'il quddiem: 15 fil-mija

(c)

Kull Parti li topera skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għall-finijiet tal-kalkolu tal-konsum bażi tagħha skont l-Artikolu 2J, għandha tkun intitolata li tuża l-medja tal-livelli kkalkolati tal-konsum tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Anness F għas-snin 2020, 2021 u 2022, flimkien ma' ħamsa u sittin fil-mija tal-konsum bażi tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Grupp I tal-Anness C kif stipulat fil-paragrafu 8 ter ta' dan l-Artikolu.

(d)

Minkejja s-subparagrafu (c) ta' hawn fuq, il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li Parti li topera skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għall-finijiet tal-kalkolu tal-konsum bażi tagħha skont l-Artikolu 2J, għandha tkun intitolata li tuża l-medja tal-livelli kkalkolati tal-konsum tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Anness F għas-snin 2024, 2025 u 2026, flimkien ma' ħamsa u sittin fil-mija tal-konsum bażi tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Grupp I tal-Anness C kif stipulat fil-paragrafu 8 ter ta' dan l-Artikolu.

(e)

Kull Parti li topera skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li tipproduċi s-sustanzi kkontrollati fl-Anness F, għall-finijiet tal-kalkolu tal-produzzjoni bażi tagħha skont l-Artikolu 2J, għandha tkun intitolata li tuża l-medja tal-livelli kkalkolati tal-produzzjoni tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Anness F għas-snin 2020, 2021 u 2022, flimkien ma' ħamsa u sittin fil-mija tal-produzzjoni bażi tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Grupp I tal-Anness C kif jinsab fil-paragrafu 8 ter ta' dan l-Artikolu.

(f)

Minkejja s-subparagrafu (e) ta' hawn fuq, il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li Parti li topera skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li tipproduċi is-sustanzi kkontrollati fl-Anness F, għall-finijiet tal-kalkolu tal-produzzjoni bażi tagħha skont l-Artikolu 2J, għandha tkun intitolata li tuża l-medja tal-livelli kkalkolati tal-produzzjoni tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Anness F għas-snin 2024, 2025 u 2026, flimkien ma' ħamsa u sittin fil-mija tal-produzzjoni bażi tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Grupp I tal-Anness C kif stipulat fil-paragrafu 8 ter ta' dan l-Artikolu.

(g)

Is-subparagrafi (a) sa (f) ta' dan il-paragrafu għandhom japplikaw għal-livelli kkalkolati tal-produzzjoni u tal-konsum ħlief sa fejn tapplika eżenzjoni ta' temperatura ambjentali għolja abbażi tal-kriterji deċiżi mill-Partijiet.”

Artikolu 6

Fl-Artikolu 6 tal-Protokoll, il-kliem:

“l-Artikoli 2A sa 2I” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

“l-Artikoli 2A sa 2J”

Artikolu 7, paragrafi 2, 3 u 3 ter

Il-linja li ġejja għandha tiddaħħal wara l-linja li taqra “- fl-Anness E, għas-sena 1991,” fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 7 tal-Protokoll:

“—

fl-Anness F, għas-snin 2011 sa 2013, ħlief li l-Partijiet li joperaw skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 5 għandhom jipprovdu tali data għas-snin 2020 sa 2022, iżda dawk il-Partijiet li joperaw skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 5 li għalihom japplikaw is-subparagrafi (d) u (f) tal-paragrafu 8 qua tal-Artikolu 5 għandhom jipprovdu tali data għas-snin 2024 sa 2026;”

Fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 7 tal-Protokoll, il-kliem:

“C u E”

għandha tiġi sostitwita:

“C, E u F”

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 7 tal-Protokoll wara l-paragrafu 3 bis:

“3 ter.   Kull Parti għandha tipprovdi lis-Segretarjat data statistika dwar l-emissjonijiet annwali tagħha tas-sustanzi kkontrollati tal-Grupp II tal-Anness F skont il-faċilità b'konformità mal-paragrafu 1(d) tal-Artikolu 3 tal-Protokoll.”

Artikolu 7, paragrafu 4

Fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 7, wara l-kliem:

“data statistika dwar” u “tipprovdi data dwar” għandha tiżdied il-kelma:

“il-produzzjoni,”

Artikolu 10, paragrafu 1

Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 10 tal-Protokoll, il-kliem:

“u l-Artikolu 2I”

Għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

“, l-Artikolu 2I u l-Artikolu 2J”

Li ġej għandu jiddaħħal fl-aħħar tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 10 tal-Protokoll:

“Meta Parti li topera skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 5 tagħżel li ma tagħmilx użu minn finanzjament minn kwalunkwe mekkaniżmu finanzjarju ieħor li jista' jirriżulta f'sodisfament ta' kwalunkwe parti tal-ispejjeż inkrimentali mifthiema, dik il-parti ma għandhiex tintlaħaq mill-mekkaniżmu finanzjarju skont l-Artikolu 10 ta' dan il-Protokoll.”

Artikolu 17

Fl-Artikolu 17 tal-Protokoll, il-kliem:

“l-Artikoli 2A sa 2I” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

“l-Artikoli 2A sa 2J”

Anness A

It-tabella li ġejja għandha tissostitwixxi t-tabella għall-Grupp I fl-Anness A tal-Protokoll:

Grupp

Sustanza

Potenzjal ta' Tnaqqis tas-Saff tal-Ożonu*

Potenzjal ta' Tisħin Globali fuq 100 Sena

Grupp I

CFCl3

(CFC-11)

1,0

4 750

CF2Cl2

(CFC-12)

1,0

10 900

C2F3Cl3

(CFC-113)

0,8

6 130

CF2Cl2

(CFC-114)

1,0

10 000

C2F5Cl

(CFC-115)

0,6

7 370

Anness C u Anness F

It-tabella li ġejja għandha tissostitwixxi t-tabella għall-Grupp I fl-Anness C tal-Protokoll:

Grupp

Sustanza

Numru ta' isomeri

Potenzjal ta' Tnaqqis tas-Saff tal-Ożonu*

Potenzjal ta' Tisħin Globali fuq 100 Sena

Grupp I

CHFCl2

(HCFC-21)**

1

0,04

151

CHF2Cl

(HCFC-22)**

1

0,055

1 810

CHFCl

(HCFC-31)

1

0,02

 

C2HFCl4

(HCFC-121)

2

0,01-0,04

 

C2HF2Cl3

(HCFC-122)

3

0,02-0,08

 

C2HF3Cl2

(HCFC-123)

3

0,02-0,06

77

CHCl2CF3

(HCFC-123)**

0,02

 

C2HF4Cl

(HCFC-124)

2

0,02-0,04

609

CHFClCF3

(HCFC-124)**

0,022

 

C2H2FCl3

(HCFC-131)

3

0,007-0,05

 

C2H2F2Cl2

(HCFC-132)

4

0,008-0,05

 

C2H2F3Cl

(HCFC-133)

3

0,02-0,06

 

C2H3FCl2

(HCFC-141)

3

0,005-0,07

 

CH3CFCl2

(HCFC-141b)**

0,11

725

C2H3F2Cl

(HCFC-142)

3

0,008-0,07

 

CH3CF2Cl

(HCFC-142b)**

0,065

2 310

C2H4FCl

(HCFC-151)

2

0,003-0,005

 

C3HFCl6

(HCFC-221)

5

0,015-0,07

 

C3HF2Cl5

(HCFC-222)

9

0,01-0,09

 

C3HF3Cl4

(HCFC-223)

12

0,01-0,08

 

C3HF4Cl3

(HCFC-224)

12

0,01-0,09

 

C3HF5Cl2

(HCFC-225)

9

0,02-0,07

 

CF3CF2CHCl2

(HCFC-225ca)**

0,025

122

CF2ClCF2CHClF

(HCFC-225cb)**

0,033

595

C3HF6Cl

(HCFC-226)

5

0,02-0,10

 

C3H2FCl5

(HCFC-231)

9

0,05-0,09

 

C3H2F2Cl4

(HCFC-232)

16

0,008-0,10

 

C3H2F3Cl3

(HCFC-233)

18

0,007-0,23

 

C3H2F4Cl2

(HCFC-234)

16

0,01-0,28

 

C3H2F5Cl

(HCFC-235)

9

0,03-0,52

 

C3H3FCl4

(HCFC-241)

12

0,004-0,09

 

C3H3F2Cl3

(HCFC-242)

18

0,005-0,13

 

C3H3F3Cl2

(HCFC-243)

18

0,007-0,12

 

C3H3F4Cl

(HCFC-244)

12

0,009-0,14

 

C3H4FCl3

(HCFC-251)

12

0,001-0,01

 

C3H4F2Cl2

(HCFC-252)

16

0,005-0,04

 

C3H4F3Cl

(HCFC-253)

12

0,003-0,03

 

C3H5FCl2

(HCFC-261)

9

0,002-0,02

 

C3H5F2Cl

(HCFC-262)

9

0,002-0,02

 

C3H6FCl

(HCFC-271)

5

0,001-0,03

 

*

Meta tiġi indikata medda ta' ODPs, l-ogħla valur f'dik il-medda għandu jintuża għall-finijiet tal-Protokoll. L-ODPs elenkati bħala valur uniku ġew determinati minn kalkoli bbażati fuq kejl fil-laboratorju. Dawk elenkati bħala medda huma bbażati fuq stimi u huma inqas ċerti. Il-medda tirrigwarda grupp isomeriku. Il-valur massimu huwa l-istima tal-ODP tal-isomeru bl-ogħla ODP, u l-livell minimu huwa l-istima tal-ODP tal-isomeru bl-iktar ODP baxx.

**

Jidentifika l-aktar sustanzi vijabbli kummerċjalment b'valuri tal-ODP elenkati magħhom li għandhom jintużaw għall-finijiet tal-Protokoll.

***

Għas-sustanzi li għalihom l-ebda potenzjal ta' tisħin ma huwa indikat, il-valur prestabbilit ta' żero japplika sakemm jiġi inkluż valur tal-potenzjal ta' tisħin permezz tal-proċedura prevista fil-paragrafu 9(a)(ii) tal-Artikolu 2.

L-Anness li jmiss għandu jiżdied mal-Protokoll wara l-Anness E:

Anness F: Sustanzi kkontrollati

Grupp

Sustanza

Potenzjal ta' Tisħin Globali fuq 100 Sena

Grupp I

CHF2CHF2

HFC-134

1 100

CH2FCF3

HFC-134a

1 430

CH2FCHF2

HFC-143

353

CHF2CH2CF3

HFC-245fa

1 030

CF3CH2CF2CH3

HFC-365mfc

794

CF3CHFCF3

HFC-227ea

3 220

CH2FCF2CF3

HFC-236cb

1 340

CHF2CHFCF3

HFC-236ea

1 370

CF3CH2CF3

HFC-236ea

9 810

CH2FCF2CHF2

HFC-245ca

693

CF3CHFCHFCF2CF3

HFC-43–10mee

1 640

CH2F2

HFC-32

675

CHF2CF3

HFC-125

3 500

CH3CF3

HFC-143a

4 470

CH3F

HFC-41

92

CH2FCH2F

HFC-152

53

CH3CHF2

HFC-152a

124

 

 

 

Grupp II

CHF3

HFC-23

14 800

Arikolu II

Rabta mal-Emenda tal-1999

Ebda Stat jew organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika ma jistgħu jiddepożitaw strument ta' ratifika, aċċetazzjoni, jew approvazzjoni ta' jew adeżjoni ma' din l-Emenda sakemm qabel, jew fl-istess waqt, ma jkunux iddepożitaw tali strument għall-Emenda adottata fil-Ħdax-il Laqgħa tal-Partijet f'Beijing, fit-3 ta' Diċembru 1999.

Arikolu III

Rabta mal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Protokoll ta' Kjoto tagħha

Din l-emenda mhix maħsuba li jkollha l-effett li teskludi l-idrofluworokarburi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-impenji inklużi fl-Artikoli 4 u 12 tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima jew fl-Artikoli 2, 5, 7 u 10 tal-Protokoll ta' Kjoto tagħha.

Artikolu IV

Dħul fis-seħħ

1.

Għajr kif innotat fil-paragrafu 2, hawn taħt, din l-Emenda għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2019, sakemm mill-inqas għoxrin strument ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni tal-Emenda ikunu ġew iddepożitati minn Stati jew organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika li huma Partijiet għall-Protokoll ta' Montreal dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu. F'każ li din il-kondizzjoni ma tkunx issodisfata sa dik id-data, l-Emenda għandha tidħol fis-seħħ fid-disgħin jum wara d-data li fiha tkun ġiet issodisfata.

2.

Il-bidliet fl-Artikolu 4 tal-Protokoll, Kontroll tal-Kummerċ ma' dawk li mhumiex Partijiet, stabbiliti fl-Artikolu I ta' din l-Emenda għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2033, sakemm mill-inqas sebgħin strument ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni tal-Emenda jkunu ġew iddepożitati minn Stati jew organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika li huma Partijiet għall-Protokoll ta' Montreal dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu. F'każ li din il-kondizzjoni ma tkunx issodisfata sa dik id-data, l-Emenda għandha tidħol fis-seħħ fid-disgħin jum wara d-data li fiha tkun ġiet issodisfata.

3.

Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, kull strument bħal dan iddepożitat minn organizzazzjoni reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika ma għandux jitqies bħala addizzjonali għal dawk iddepożitati mill-Istati Membri ta' tali organizzazzjoni.

4.

Wara d-dħul fis-seħħ ta' din l-Emenda, kif previst fil-paragrafi 1 u 2, dan għandu jidħol fis-seħħ għal kull Parti oħra għall-Protokoll fid-disgħin jum wara d-data tad-depożitu tal-instrument ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni tagħha.

Artikolu V

Applikazzjoni proviżorja

Kull Parti tista', fi kwalunkwe mument qabel ma tidħol fis-seħħ din l-Emenda, tiddikjara li ser tapplika b'mod provviżorju kull miżura ta' kontroll li tinsab fl-Artikolu 2J u l-obbligi ta' rapportar korrispondenti fl-Artikolu 7, sakemm din l-Emenda tidħol fis-seħħ.


Dikjarazzjoni mill-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikolu 13(3) tal-Konvenzjoni ta' Vjenna għall-protezzjoni tas-saff tal-ożonu rigward il-firxa tal-kompetenza tagħha dwar materji koperti mill-Konvenzjoni u mill-Protokoll ta' Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

L-Istati li ġejjin huma attwalment Membri tal-Unjoni Ewropea: ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

F'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu, l-Unjoni għandha l-kompetenza li tidħol fi ftehimiet internazzjonali, u li timplimenta l-obbligi li jirriżultaw minnhom, li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi li ġejjin:

is-salvagwardja, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent;

il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;

l-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali;

il-promozzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali għall-indirizzar ta' problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b'mod partikolari l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

L-Unjoni eżerċitat il-kompetenza tagħha fil-qasam kopert mill-Konvenzjoni ta' Vjenna u l-Protokoll ta' Montreal permezz tal-adozzjoni ta' strumenti legali, b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (riformulazzjoni) (1), li jissostitwixxu l-leġislazzjoni preċedenti għall-protezzjoni tas-saff tal-ożonu, u tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (2). L-Unjoni għandha l-kompetenza li twettaq dawk l-obbligi permezz tal-Konvenzjoni ta' Vjenna u l-Protokoll ta' Montreal, li fir-rigward tagħhom id-dispożizzjonijiet tal-istrumenti legali tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk imsemmija hawn fuq, jistabbilixxu regoli komuni u jekk u sa fejn il-kamp ta' applikazzjoni ta' tali regoli komuni jiġix affettwat jew mibdul bid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Vjenna jew il-Protokoll ta' Montreal jew att adottat fl-implimentazzjoni tagħhom; b'dan kollu l-kompetenza tal-Unjoni tkompli tiġi kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

L-eżerċizzju tal-kompetenzi mill-Unjoni Ewropea skont it-Trattati huwa, min-natura tiegħu, soġġett għal żvilupp kontinwu. Għaldaqstant, l-Unjoni tirriżerva d-dritt li taġġusta din id-Dikjarazzjoni.

Fil-qasam tar-riċerka, kif imsemmi fil-Konvenzjoni, l-Unjoni għandha l-kompetenza li twettaq attivitajiet, b'mod partikolari li tiddefinixxi u timplimenta programmi; Madankollu, l-eżerċizzju ta' dik il-kompetenza ma jirriżultax f'li jimpedixxi lill-Istati Membri milli jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom.


(1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195


REGOLAMENTI

14.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 236/14


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1542

tat-8 ta' Ġunju 2017

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 dwar il-kalkolu ta' rekwiżiti kapitali regolatorji għal diversi kategoriji ta' assi miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (korporattivi tal-infrastruttura)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 50(1)(a) u 111(1)(b), (c) u (m) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa jiffoka fuq it-tneħħija tal-ostakli għall-investiment, l-għoti ta' aktar viżibbiltà u assistenza teknika għal proġetti ta' investiment u użu iktar intelliġenti ta' riżorsi finanzjarji ġodda u eżistenti. B'mod partikolari, it-tielet pilastru tal-Pjan ta' Investiment huwa bbażat fuq it-tneħħija ta' ostakli għall-investiment u fuq il-forniment ta' iktar prevedibbiltà regolatorja sabiex l-Ewropa tibqa' attraenti għall-investimenti.

(2)

Wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali huwa li timmobilizza l-kapital fl-Ewropa u twasslu għal, fost oħrajn, proġetti ta' infrastruttura li jeħtiġuha li tespandi u toħloq l-impjiegi. Il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, b'mod partikolari l-assiguraturi tal-ħajja, huma fost l-ikbar investituri istituzzjonali fl-Ewropa, bl-abilità li jipprovdu ekwità kif ukoll finanzjament tad-dejn għal infrastuttura fuq terminu twil.

(3)

Fit-2 ta' April 2016, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/467 (2), li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (3), daħal fis-seħħ filwaqt li ħoloq klassi tal-assi distinta għal proġetti tal-infrastruttura għall-għan ta' kalibrar tar-riskju.

(4)

Il-Kummissjoni talbet u rċeviet iktar pariri tekniċi mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) fir-rigward tal-kriterji u l-kalibrar ta' klassi ġdida ta' assi għall-korporattivi tal-infrastruttura. Dawn il-pariri tekniċi rrakkomandaw ukoll xi bidliet għall-kriterji għal investimenti ta' proġetti tal-infrastruttura kwalifikanti kif introdotti mir-Regolament Delegat (UE) 2016/467.

(5)

Sabiex tkopri sitwazzjonijiet ta' finanzjament ta' proġetti strutturati li jinvolvu entitajiet legali ta' grupp korporattiv, id-definizzjoni ta' entità ta' proġett tal-infrastruttura jeħtieġ li tiġi sostitwita u estiża biex tkopri kemm entitajiet individwali kif ukoll gruppi korporattivi. Biex jiġu koperti entitajiet li jaqilgħu porzjon sostanzjali tad-dħul tagħhom permezz tal-attivitajiet infrastrutturali, il-kliem tal-kriterji tad-dħul jeħtieġu jiġu emendati. Biex jiġu vvalutati s-sorsi tad-dħul ta' entità infrastrutturali jeħtieġ li tintuża l-iktar sena finanzjarja riċenti meta din tkun disponibbli jew permezz ta' proposta għal finanzjament bħal prospett ta' bonds jew projezzjonijiet finanzjarji f'applikazzjoni għal self. Id-definizzjoni tal-assi infrastrutturali tinkludi assi fiżiċi biex entitajiet infrastrutturali rilevanti jkunu jistgħu jikkwalifikaw.

(6)

Biex tiġi evitata esklużjoni totali ta' entitajiet infrastrutturali li ma jistgħux jipprovdu sigurtà lill-mutwanti fuq l-assi kollha minħabba raġunijiet legali jew ta' sjieda, jeħtieġ li jinqabdu mekkaniżmi li jippermettu arranġamenti oħra ta' sigurtà favur il-fornituri tad-dejn.

(7)

Filwaqt li jitqiesu sitwazzjonijiet fejn l-għotja qabel l-inadempjenza tista' ma tkunx permessa taħt il-liġi nazzjonali, ir-rekwiżit li l-ekwità tiġi mogħtija lill-fornituri tad-dejn jeħtieġ li jiġi inkluż f'arranġamenti oħra ta' sigurtà.

(8)

Meta l-kunsens mill-fornituri tad-dejn eżistenti huwa impliċitu f'termini tad-dokument rilevanti bħal-limitu massimu tad-dejn, jeħtieġ li jiġi permess iktar ħruġ ta' dejn minn entità infrastrutturali eżistenti jew grupp korporattiv għal investimenti infrastrutturali kwalifikanti.

(9)

Kalibrar fir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 jeħtieġ li jkun proporzjonali mar-riskju involut.

(10)

Abbażi tal-pariri tekniċi tal-EIOPA biex jiġi emendat it-trattament eżistenti ta' investimenti fi proġetti infrastrutturali kwalifikanti d-dispożizzjonijiet eżistenti għal proġetti infrastrutturali jeħtieġ li jiġu emendati.

(11)

Il-pariri tekniċi tal-EIOPA kif ukoll l-evidenza komplementari jikkonfermaw li l-investimenti korporattivi infrastrutturali kwalifikanti jistgħu jkunu iktar siguri minn investimenti mhux infrastrutturali. Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 jeħtieġ li jiġi emendat biex jinkludi l-kalibrar tar-riskju l-ġdid għal investiment ta' dejn f'korporattivi infrastrutturali kwalifikanti biex jiddistingwi dawn l-investimenti minn investimenti mhux infrastrutturali.

(12)

Jeħtieġ li definizzjonijiet xierqa u kriterji kwalifikanti jiżguraw imġiba tal-investiment prudenti minn impriżi tal-assigurazzjoni. Dawn id-definizzjonijiet u l-kriterji jeħtieġu jiżguraw li l-investimenti l-iktar siguri biss jibbenefikaw minn kalibrar iktar baxx.

(13)

Id-diversifikazzjoni tad-dħul mhux dejjem tkun possibbli għal entitajiet infrastrutturali li jipprovdu assi jew servizzi infrastrutturali prinċipali lil negozji infrastrutturali oħrajn. Jeħtieġ li f'sitwazzjonijiet bħal dawn kuntratti take-or-pay jiġu permessi fil-valutazzjoni tal-prevedibbiltà tad-dħul.

(14)

L-istress testing bħala parti mill-ġestjoni tar-riskju tal-investiment jeħtieġ li jqis riskji li jirriżultaw minn attivitajiet mhux infrastrutturali. Madankollu, sabiex issir valutazzjoni prudenti tar-riskju tal-investiment id-dħul ġenerat minn attivitajiet bħal dawn jeħtieġ li ma jitqiesx meta jiġi determinat jekk l-obbligi finanzjarji ntlaħqux.

(15)

Wara l-introduzzjoni ta' sejħiet tal-assi korporattivi infrastrutturali kwalifikanti, dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 jeħtieġ li jiġu allinjati skont dan, bħall-formula għar-rekwiżit kapitali tas-solvibbiltà u r-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta li huma essenzjali għal deċiżjonijiet ta' investiment prudenti minn kumpaniji tal-assigurazzjoni.

(16)

Għalhekk ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 jeħtieġ li jiġi emendat kif skont dan.

(17)

Biex jiġu permessi investimenti immedjati f'din il-klassi ta' assi infrastrutturali fuq terminu twil, huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun, fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/35 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-punti 55a u 55b jinbidlu b'dan li ġej:

“55a.

“assi ta' infrastruttura” tfisser assi, strutturi jew faċilitajiet fiżiċi, sistemi u netwerks li jipprovdu jew li jappoġġaw servizzi pubbliċi essenzjali;

55b.

“entità infrastrutturali” tfisser entità jew grupp li, matul l-iktar sena finanzjarja riċenti ta' din l-entità jew grupp li għalihom jinsabu disponibbli ċifri jew fi proposta finanzjarja, jieħdu l-maġġoranza sostanzjali tad-dħul tagħhom mis-sjieda, finanzjament, żvilupp jew operat ta' assi infrastrutturali;”;

(2)

fl-Artikolu 164a, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, investiment infrastrutturali kwalifikanti għandu jinkludi investiment f'entità infrastrutturali li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

il-flussi tal-flus ġenerati mill-assi infrastrutturali jippermettu li l-obbligi finanzjarji kollha jintlaħqu taħt stress sostnut li huwa rilevanti għar-riskji tal-proġett;

(b)

il-flussi tal-flus li entità infrastrutturali tiġġenera għall-fornituri tad-dejn u għall-investituri azzjonarji huma prevedibbli;

(c)

l-assi ta' infrastruttura u l-entità infrastrutturali huma rregolati minn qafas regolatorju jew kuntrattwali li jagħti lill-fornituri tad-dejn u lill-investituri azzjonarji grad għoli ta' protezzjoni li jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

Il-qafas kuntrattwali għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jipproteġu b'mod effettiv il-fornituri tad-dejn u l-investituri tal-ekwità kontra telf li jirriżulta minn terminazzjoni tal-proġett minn parti li taqbel li tixtri l-oġġetti jew is-servizzi provduti mill-proġett infrastrutturali, sakemm ma tintlaħaqx waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

id-dħul tal-entità infrastrutturali huwa finanzjat minn pagamenti minn għadd kbir ta' utenti; jew

(ii)

id-dħul ikun suġġett għal regolament tar-rata tar-redditu;

(b)

l-entità infrastrutturali jkollha biżżejjed fondi ta' riżerva jew arranġamenti finanzjarji oħra sabiex tkopri l-finanzjament ta' kontinġenza u r-rekwiżiti ta' kapital ta' ħidma tal-proġett;

Meta l-investimenti jkunu f'bonds jew self, dan il-qafas kuntrattwali għandu jinkludi wkoll dawn li ġejjin:

(i)

il-fornituri tad-dejn ikollhom sigurtà jew benefiċċju tas-sigurtà sa fejn tippermetti l-liġi applikabbli għall-assi u l-kuntratti kollha li huma kritiċi sabiex jitħaddem il-proġett;

(ii)

l-użu ta' flussi ta' flus operatorji netti wara l-pagamenti obbligatorji għall-proġett għal skopijiet li mhumiex l-obbligi għall-ħlas tad-dejn huwa ristrett;

(iii)

restrizzjonijiet fuq attivitajiet li jistgħu jkunu ta' detriment lil fornituri tad-dejn, inkluż dejn ġdid li ma jistax jinħareġ mingħajr il-kunsens ta' fornituri tad-dejn eżistenti fl-għamla maqbula magħhom, sakemm ma jiġix permess ħruġ ta' dejn ġdid taħt id-dokumentazzjoni għal dejn eżistenti;

Minkejja l-punt (i) tat-tieni subparagrafu, għal investimenti f'bonds jew self, meta impriżi jistgħu juru li s-sigurtà fl-assi u l-kuntratti kollha mhijiex essenzjali għall-fornituri tad-dejn biex jipproteġu jew jirkupraw b'mod effettiv l-maġġoranza vasta tal-investiment tagħhom, jistgħu jintużaw mekkaniżmi ta' sigurtà oħra. F'dan il-każ, il-mekkaniżmi ta' sigurtà l-oħra għandhom jinkludu tal-inqas wieħed milli ġejjin:

(i)

garanzija ta' ishma;

(ii)

drittijiet ta' involviment;

(iii)

rahan fuq kontijiet bankarji;

(iv)

kontroll fuq il-flussi tal-flus;

(v)

dispożizzjonijiet għall-għotja ta' kuntratt;

(d)

meta l-investimenti jkunu f'bonds jew self, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tista' turi lis-sorveljanti li hija kapaċi żżomm l-investiment sal-maturità tiegħu;

(e)

meta l-investimenti jkunu f'bonds jew self li għalihom ma jkunx hemm disponibbli valuttazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, l-istrument tal-investiment u strumenti oħra pari passu jkollhom prijorità fuq kull pretensjoni oħra għajr il-pretensjonijiet statutorji u pretensjonijiet minn fornituri tal-faċilitajiet ta' likwidità, fiduċjarji u kontropartijiet tad-derivattivi;

(f)

meta l-investimenti jkunu f'ekwitajiet jew f'bonds jew f'self li għalihom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata ma tkunx disponibbli, jintlaħqu l-kriterji li ġejjin:

(i)

l-assi ta' infrastruttura u l-entità infrastrutturali jkunu fiż-ŻEE jew fl-OECD;

(ii)

meta l-proġett infrastrutturali tkun fil-fażi tal-kostruzzjoni, il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati minn investitur azzjonarju, jew meta jkun hemm aktar minn investitur azzjonarju wieħed, il-kriterji li ġejjin għandhom jintlaħqu mill-grupp kollu tal-investituri azzjonarji;

l-investituri azzjonarji għandhom storja ta' suċċess marbuta mal-iskrutinju ta' proġetti infrastrutturali u mal-għarfien espert rilevanti;

l-investituri azzjonarji għandhom riskju baxx ta' inadempjenza, jew hemm riskju baxx ta' telf materjali għall-entità infrastrutturali b'riżultat tal-inadempjenza tagħha;

l-investituri azzjonarji huma inċentivati biex jipproteġu l-interessi tal-investituri;

(iii)

meta jkun riskji ta' kostruzzjoni, salvagwardji biex tkun żgurata t-tlestija tal-proġett skont l-ispeċifikazzjoni, il-baġit jew id-data tat-tlestija miftiehma;

(iv)

meta r-riskji operatorji fejn huma materjali, jkunu ġestiti kif suppost;

(v)

l-entità infrastrutturali tuża teknoloġija u disinn ittestjati;

(vi)

l-istruttura kapitali tal-entità infrastrutturali tippermettilha li tirrispetta l-obbligi tad-dejn tagħha;

(vii)

ir-riskju ta' rifinanzjament għall-entità infrastrutturali huwa baxx;

(viii)

l-entità infrastrutturali tuża d-derivattivi għal skopijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju biss.”;

(3)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 164b li ġej:

“l-Artikolu 164b

Investimenti korporattivi infrastrutturali kwalifikanti

Għall-għan ta' dan ir-Regolament, investiment korporattiv infrastrutturali kwalifikanti għandu jinkludi investiment f'entità infrastrutturali li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(1)

Il-maġġoranza sostanzjali tad-dħul tal-entità infrastrutturali tiġi mis-sjieda, il-finanzjament, l-iżvilupp jew l-operat tal-assi infrastrutturali misjuba fiż-ŻEE jew fl-OECD;

(2)

Id-dħul ġenerat mill-assi tal-infrastruttura jissodisfa wieħed mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 164a(2)(a);

(3)

Meta d-dħul tal-entità infrastrutturali ma jkunx iffinanzjat mill-pagamenti ta' għadd kbir ta' utenti, il-parti li taqbel li tixtri l-oġġetti jew is-servizzi pprovduti mill-entità infrastrutturali għandha tkun waħda mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 164a(2)(b);

(4)

Id-dħul għandu jiġi diversifikat f'termini ta' attivitajiet, post, jew pagaturi, sakemm id-dħul ma jkunx suġġett għal regolament rata tar-redditu skont l-Artikolu 164a(1)(c)(a)(ii) jew kuntratt take-or-pay jew id-dħul ikun ibbażat fuq id-disponibbiltà;

(5)

Meta l-investimenti jkunu f'bonds jew self, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tista' turi lis-sorveljanti li hija kapaċi żżomm l-investiment sal-maturità tiegħu;

(6)

Meta ma tkun disponibbli l-ebda valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għall-entità infrastrutturali:

(a)

l-istruttura kapitali tal-korporattiv infrastrutturali għandha tippermettilu li jagħmel servizz tad-dejn kollu tiegħu taħt suppożizzjonijiet konservattivi bbażati fuq analiżi tal-proporzjonijiet finanzjarji rilevanti;

(b)

l-entità infrastrutturali għandha tkun ilha attiva għal tal-inqas tliet snin, jew, fil-każ ta' negozju akkwistat, għandu jkun ilu jopera għal mill-inqas tliet snin;

(7)

Meta tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għall-entità infrastrutturali, din il-valutazzjoni tal-kreditu jkollha skala tal-kwalità kreditizja bejn 0 u 3.”

(4)

L-Artikolu 168 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Is-submodulu tar-riskju tal-ekwità msemmi fil-punt (b) tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 105(5) tad-Direttiva 2009/138/KE għandu jinkludi submodulu tar-riskju għall-ekwitajiet tat-tip 1, submodulu tar-riskju għall-ekwitajiet tat-tip 2, submodulu tar-riskju għall-ekwitajiet tal-infrastruttura kwalifikanti u submodulu tar-riskju għall-ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura kwalifikanti.”;

(b)

għandu jiddaħħal il-paragrafu 3b li ġej:

“3b.   L-ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura kwalifikanti għandhom jinkludu investimenti ta' ekwità f'entitajiet infrastrutturali li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 164b.”;

(c)

il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Ir-rekwiżit kapitali għar-riskju ta' ekwità jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

(a)

SCRequ1 jiddenota r-rekwiżit ta' kapital għal ekwitajiet tat-tip 1;

(b)

SCRequ2 jiddenota r-rekwiżit ta' kapital għal ekwitajiet tat-tip 2;

(c)

SCRquinf jiddenota r-rekwiżit ta' kapital għall-ekwitajiet infrastrutturali kwalifikanti;

(d)

SCRquinfc jiddenota r-rekwiżit ta' kapital għall-ekwitajiet korporattivi infrastrutturali kwalifikanti.”;

(d)

il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punti (a) u (b) jinbidlu b'dan li ġej:

“(a)

l-ekwitajiet, ħlief l-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw jew ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura kwalifikanti, miżmumin fl-impriżi ta' investiment kollettiv li huma fondi intraprenditorjali soċjali li jikkwalifikaw kif imsemmi fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) meta l-approċċ ta' trasparenza stipulat fl-Artikolu 84 ta' dan ir-Regolament, ikun possibbli għall-esponimenti kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv, jew unitajiet jew ishma ta' dawk il-fondi meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx possibbli għall-iskoperturi kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv;

(b)

l-ekwitajiet, ħlief l-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw jew ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura kwalifikanti, miżmumin fl-impriżi ta' investiment kollettiv li huma fondi intraprenditorjali soċjali li jikkwalifikaw fondi kapitali ta' riskju kif imsemmi fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) meta l-approċċ ta' trasparenza stipulat fl-Artikolu 84 ta' dan ir-Regolament, ikun possibbli għall-iskoperturi kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv, jew unitajiet jew ishma ta' dawk il-fondi meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx possibbli għall-esponimenti kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv;

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18)."

(*2)  Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital tar-riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).”;"

(ii)

fil-punt (c), il-punt (i) jinbidel b'dan li ġej:

“(i)

l-ekwitajiet, ħlief l-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw jew ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura kwalifikanti, miżmumin f'tali fondi meta l-approċċ ta' trasparenza stipulat fl-Artikolu 84 ta' dan ir-Regolament ikun possibbli għall-iskoperturi kollha fil-fond ta' investiment alternattiv;”;

(iii)

il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

l-ekwitajiet, ħlief l-ekwitajiet tal-infrastruttura li jikkwalifikaw jew ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura kwalifikanti, miżmumin f' impriżi ta' investiment kollettiv li huma awtorizzati bħala fondi Ewropej ta' investiment ta' terminu twil skont ir-Regolament (UE) 2015/760 meta l-approċċ ta' trasparenza stipulat fl-Artikolu 84 ta' dan ir-Regolament ikun possibbli għall-iskoperturi kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv, jew unitajiet jew ishma ta' dawk il-fondi meta l-approċċ ta' trasparenza ma jkunx possibbli għall-iskoperturi kollha fl-impriża ta' investiment kollettiv.”;

(5)

Fl-Artikolu 169, għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Ir-rekwiżit kapitali għall-ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura li jikkwalifikaw imsemmijin fl-Artikolu 168 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta mit-tnaqqis f'daqqa li ġej:

(a)

tnaqqis f'daqqa ta' 22 % fil-valur tal-investimenti ta' ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura li jikkwalifikaw f'impriżi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 212(1)(b) u 212(2) tad-Direttiva 2009/138/KE meta dawn l-investimenti jkunu ta' għamla strateġika;

(b)

tnaqqis istantanju ugwali għall-ammont ta' 36 % u ta' 92 % tal-aġġustament simmetriku kif imsemmi fl-Artikolu 172 ta' dan ir-Regolament, fil-valur ta' ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura kwalifikanti, minbarra dawk imsemmijin fil-punt (a).”;

(6)

Fl-Artikolu 170, għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Meta impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tkun irċeviet approvazzjoni superviżorja biex tapplika d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 304 tad-Direttiva 2009/138/KE, ir-rekwiżit kapitali għal ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura li jikkwalifikaw ikun daqs it-telf fil-fondi proprji bażiċi li jirriżulta minn tnaqqis f'daqqa ta':

(a)

22 % fil-valur tal-ekwità korporattiva tal-infrastruttura kwalifikanti li jikkorrispondi għan-negozju msemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 304(1)(b) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b)

22 % fil-valur tal-investimenti ta' ekwitajiet korporattivi tal-infrastruttura li jikkwalifikaw f'impriżi relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 212(1)(b) u (2) tad-Direttiva 2009/138/KE, meta dawn l-investimenti jkunu ta' għamla strateġika;

(c)

somma ta' 36 % u ta' 92 % tal-aġġustament simmetriku kif imsemmi fl-Artikolu 172 ta' dan ir-Regolament, fil-valur ta' ekwitajiet korporattivi tal-infrastrutura kwalifikanti, minbarra dawk imsemmijin fil-punti (a) jew (b).”

(7)

Fl-Artikolu 171, il-frażi ta' introduzzjoni hija sostitwita b'dan li ġej:

“Għall-finijiet tal-Artikolu 169(1)(a), (2)(a), (3)(a) u (4)(a) u tal-Artikolu 170(1)(b), (2)(b), (3)(b) u (4)(b), l-investimenti ta' ekwità ta' għamla strateġika jfissru investimenti ta' ekwità li għalihom l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni parteċipanti turi dan li ġej:”;

(8)

Fl-Artikolu 180, il-paragrafi 14, 15, u 16 li ġejjin huma miżjuda:

“14.   Esponimenti fil-forma ta' bonds u self li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 15 għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stress i skont l-iskala tal-kwalità kreditizja u d-durata tal-iskoperturi skont it-tabella li ġejja:

Skala tal-Kwalità Kreditizja

0

1

2

3

Durata

(duri )

stress i

ai

bi

ai

bi

ai

bi

ai

bi

sa 5

bi · duri

0,68 %

0,83 %

1,05 %

1,88 %

Iktar minn 5 u sa 10

ai + bi · (duri – 5)

3,38 %

0,38 %

4,13 %

0,45 %

5,25 %

0,53 %

9,38 %

1,13 %

Iktar minn 10 u sa 15

ai + bi · (duri – 10)

5,25 %

0,38 %

6,38 %

0,38 %

7,88 %

0,38 %

15,0 %

0,75 %

Iktar minn 15 u sa 20

ai + bi · (duri – 15)

7,13 %

0,38 %

8,25 %

0,38 %

9,75 %

0,38 %

18,75 %

0,75 %

Iktar minn 20

min[ai + bi · (duri – 20);1]

9,0 %

0,38 %

10,13 %

0,38 %

11,63 %

0,38 %

22,50 %

0,38 %

15.   Il-kriterji għall-iskoperturi li jiġu assenjati fattur ta' riskju skont il-paragrafu 14 għandhom ikunu:

(a)

l-iskopertura jkollha x'taqsam ma' investiment korporattiv infrastrutturali kwalifikanti li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 164b;

(b)

l-iskopertura mhijiex assi li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

tkun assenjata għal portafoll tal-aġġustament korrispondenti skont l-Artikolu 77b(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;

tkun ġiet assenjata skala tal-kwalità kreditizja bejn 0 u 2;

(c)

valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata tkun disponibbli għall-entità infrastrutturali.

(d)

l-iskopertura tkun ġiet assenjata skala tal-kwalità kreditizja bejn 0 u 3.

16.   Skoperturi fil-forma ta' bonds u self li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 15(a) u (b), li iżda ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 15(c), għandhom jiġu assenjati fattur ta' riskju stressi ekwivalenti għall-iskala 3 tal-kwalità kreditizja u durata tal-esponiment konformi mat-tabella li tidher fil-paragrafu 14.”;

(9)

Fl-Artikolu 181, it-tieni paragrafu tal-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“Għall-assi fil-portofoll assenjat li għalihom ma hemmx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, u għal assi ta' infrastruttura kwalifikanti u għal assi korporattivi infrastrutturali kwalifikanti li jkunu ġew assenjati skala tal-kwalità kreditizja 3, il-fattur ta' tnaqqis għandu jkun ta' 100 %.”;

(10)

L-Artikolu 261a huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 261a

Ġestjoni tar-riskju għal investimenti infrastrutturali kwalifikanti jew investimenti korporattivi infrastrutturali kwalifikanti

1.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom joperaw bid-diliġenza dovuta qabel ma jagħmlu investiment infrastrutturali kwalifikanti jew investiment korporattiv infrastrutturali kwalifikanti, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(a)

valutazzjoni ddokumentata dwar kif l-entità infrastrutturali tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 164a jew l-Artikolu 164b, li kienet suġġetta għal proċess ta' validazzjoni, imwettaq minn persuni li huma ħielsa mill-influwenza ta' dawk il-persuni responsabbli mill-valutazzjoni tal-kriterji, u li ma għandhom l-ebda kunflitt ta' interess potenzjali ma' dawn il-persuni;

(b)

konferma li kwalunkwe mudell finanzjarju dwar il-flussi tal-flus tal-entità infrastrutturali kien suġġett għall-proċess ta' validazzjoni li twettqet minn persuni li huma ħielsa mill-influwenza ta' dawk il-persuni responsabbli mill-iżvilupp tal-mudell finanzjarju, u li ma għandhom l-ebda kunflitt ta' interess potenzjali ma' dawn il-persuni.

2.   L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni b'investiment infrastrutturali kwalifikanti jew investiment korporattiv infrastrutturali kwalifikanti għandhom regolarment jimmonitorjaw u jwettqu testijiet tal-istress fuq il-flussi tal-flus u l-valuri tal-kollateral li jappoġġjaw l-entità infrastrutturali. Kwalunkwe test tal-istress ikun proporzjonat għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskju inerenti fil-proġett infrastrutturali.

3.   L-istress test għandu jqis riskji li jirriżultaw minn attivitajiet mhux infrastrutturali, iżda d-dħul ġenerat minn attivitajiet bħal dawn ma għandux jitqies meta jiġi determinat jekk l-entità infrastrutturali hijiex kapaċi tilħaq l-obbligi finanzjarji tagħha.

4.   Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollhom investimenti infrastrutturali materjali kwalifikanti jew investimenti korporattivi infrastrutturali kwalifikanti, huma għandhom, meta jiġu stabbiliti l-proċeduri bil-miktub msemmija fl-Artikolu 41(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, jinkludu d-dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ attiv ta' dawn l-investimenti matul il-fażi ta' kostruzzjoni, u sabiex jiġi mmassimizzat l-ammont kopert minn dawn l-investimenti f'xenarju ta' twettiq ta' ħidma.

5.   L-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b'investiment infrastrutturali kwalifikanti jew investiment korporattiv infrastrutturali kwalifikanti f'bonds jew f'self għandhom jistabbilixxu l-ġestjoni tal-attiv u tal-passiv sabiex jiżguraw, li fuq bażi kontinwa għandhom il-kapaċità li jżommu l-investiment sal-maturità.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/467 tat-30 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 dwar il-kalkolu ta' rekwiżiti kapitali regolatorji għal diversi kategoriji ta' assi miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (ĠU L 85, 1.4.2016, p. 6)

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

14.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 236/22


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2017/1543 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tas-6 ta' Settembru 2017

li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 48 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jipprevedi li l-Qorti Ġenerali tikkonsisti minn 47 Imħallef mill-1 ta' Settembru 2016. Il-punt (b) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi t-tul tal-mandat tas-seba' Mħallfin addizzjonali b'mod li t-tmiem tal-mandat tagħhom jikkoinċidi mat-tiġdid parzjali tal-Qorti Ġenerali li ser isir fl-1 ta' Settembru 2019 u l-1 ta' Settembru 2022.

(2)

Huwa f'dan il-kuntest li s-Sur Geert DE BAERE ġie propost għall-kariga ta' Mħallef addizzjonali fil-Qorti Ġenerali.

(3)

Il-kumitat stabbilit bl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Geert DE BAERE sabiex jaqdi d-dmirijiet ta' Mħallef fil-Qorti Ġenerali.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li s-Sur Geert DE BAERE jinħatar għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Awwissu 2022,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Geert DE BAERE huwa b'dan maħtur Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Awwissu 2022.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Settembru 2017.

Il-President

K. TAEL


(1)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

14.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 236/23


RAKKOMANDAZZJONI Nru 1/2017 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-EĠITTU

tal-25 ta' Lulju 2017

dwar qbil dwar il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu [2017/1544]

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-EĠITTU,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-25 ta' Ġunju 2001 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2004.

(2)

L-Artikolu 76 tal-Ftehim jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni li jieħu deċiżjonijiet xierqa għall-finijiet li jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 86 tal-Ftehim, il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt il-Ftehim u għandhom jaraw li jinkisbu l-għanijiet stipulati fil-Ftehim.

(4)

Ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat ippropona fażi ġdida ta' involviment mas-sħab, li tippermetti sens akbar ta' sjieda miż-żewġ naħat.

(5)

L-Unjoni u l-Eġittu qablu li jikkonsolidaw is-sħubija tagħhom billi jaqblu dwar sett ta' prijoritajiet għall-perijodu 2017-2020 bl-għan li jindirizzaw sfidi komuni li jaffaċċaw l-Unjoni u l-Eġittu, li jippromwovu interessi konġunti u li jiggarantixxu l-istabbiltà fit-tul fuq iż-żewġ naħat tal-Mediterran,

B'DAN JIRRAKKOMANDA:

Artikolu 1

Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jirrakkomanda li l-Partijiet jimplimentaw il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu msemmija fl-Artikolu 1 jieħdu post il-Pjan ta' Azzjoni UE-Eġittu, li l-implimentazzjoni tiegħu kienet irrakkomandata bir-Rakkomandazzjoni Nru 1/2007 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni tas-6 ta' Marzu 2007.

Artikolu 3

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 39.


ANNESS

PRIJORITAJIET TAS-SĦUBIJA UE-EĠITTU 2017-2020

I.   Introduzzjoni

Il-qafas ġenerali tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Eġittu huwa stabbilit mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni li ġie ffirmat fl-2001 u daħal fis-seħħ fl-2004. Filwaqt li l-elementi kollha tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għadhom fis-seħħ, dan id-dokument jistabbilixxi l-prijoritajiet stabbiliti b'mod konġunt mill-UE u l-Eġittu fid-dawl tal-Politika Ewropea tal-Viċinat riveduta li ser tiggwida s-sħubija għat-tliet snin li ġejjin.

Dawn il-Prijoritajiet tas-Sħubija għandhom l-għan li jindirizzaw sfidi komuni li l-UE u l-Eġittu jiffaċċjaw, li jippromwovu l-interessi komuni u li jiggarantixxu l-istabbiltà fit-tul fiż-żewġ naħat tal-Mediterran. Il-Prijoritajiet tas-Sħubija huma ggwidati minn impenn komuni favur il-valuri universali tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Huma għandhom l-għan ukoll li jsaħħu l-kooperazzjoni favur “L-Istrateġija għal Żvilupp Sostenibbli — Viżjoni 2030” tal-Eġittu.

II.   Prijoritajiet Proposti

Il-Prijoritajiet tas-Sħubija għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-aspirazzjonijiet tan-nies fiż-żewġ naħat tal-Mediterran, partikolarment bl-iżgurar tal-ġustizzja soċjali, opportunitajiet tax-xogħol deċenti, il-prosperità ekonomika u kundizzjonijiet tal-għajxien imtejbin sostanzjalment, biex b'hekk l-istabbiltà tal-Eġittu u tal-UE tissaħħaħ. It-tkabbir inklużiv, mirfud mill-innovazzjoni, u governanza effettiva u parteċipatorja, immexxija mill-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, u l-libertajiet fundamentali, huma aspetti ewlenin ta' dawn l-għanijiet. Il-prijoritajiet jieħdu kont ukoll tar-rwoli rispettivi tal-UE u tal-Eġittu bħala atturi internazzjonali u għandhom l-għan li jżidu kemm il-kooperazzjoni bilaterali kif ukoll il-kooperazzjoni reġjonali u interreġjonali tagħhom. Għaldaqstant, il-prijoritajiet kardinali li ġejjin se jiggwidaw is-sħubija mġedda:

1.   L-Ekonomija Moderna Sostenibbli u l-Iżvilupp Soċjali tal-Eġittu

L-UE u l-Eġittu, bħala sħab ewlenin se jikkooperaw biex javvanzaw l-għanijiet soċjoekonomiċi stabbiliti fl-“Istrateġija għal Żvilupp Sostenibbli — Viżjoni 2030” bl-għan li jinbena Eġittu stabbli u prosperu.

(a)   Il-modernizzazzjoni ekonomika u l-intraprenditorija

L-Eġittu huwa impenjat li jikseb sostenibbiltà soċjoekonomika fit-tul permezz, fost l-oħrajn, tal-ħolqien ta' ambjent li jwassal iktar għat-tkabbir inklużiv u l-ħolqien tax-xogħol, partikolarment għaż-żgħażagħ u n-nisa, inkluż billi titħeġġeġ l-integrazzjoni tas-settur informali fl-ekonomija. Għas-sostenibbiltà ekonomika fit-tul, din se tinkludi miżuri li jistgħu jiġġeneraw spazju fiskali ikbar għal implimentazzjoni aħjar tal-istrateġija għal żvilupp sostenibbli, ir-riforma ulterjuri tas-sussidji u t-tassazzjoni, it-tisħiħ tar-rwol tas-settur privat u t-titjib tal-klima kummerċjali biex jiġi attirat iktar investiment barrani, inkluż permezz ta' politika kummerċjali iktar miftuħa u kompetittiva, biex jitgawdew bis-sħiħ il-benefiċċji tad-dividend diġitali u permezz ta' appoġġ għal proġetti infrastrutturali ewlenin bħall-iżvilupp ta' sistema tat-trasport effiċjenti. Barra minn hekk, l-UE se tappoġġa l-isforzi tal-Eġittu favur riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-governanza tajba, inkluż permezz tal-użu ta' statistika ta' kwalità għolja u billi jittieħed kont tar-revoluzzjoni diġitali u l-mudelli relatati tan-negozju u tas-soċjetà.

L-Istrateġija għal Żvilupp Sostenibbli tal-Eġittu tagħti importanza kbira lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u għal “Megaproġetti” bħall-Proġett ta' Żvilupp tal-Kanal ta' Suez, il-Proġett tat-Trijanglu tad-Deheb għar-Riżorsi Minerali fl-Eġittu ta' Fuq u r-riklamazzjoni ta' erba' miljun ettaru għall-agrikoltura u l-urbanizzazzjoni, kif ukoll lill-Bank tal-Għarfien tal-Eġittu bħala kontributuri ewlenin għall-proċess ta' żvilupp soċjoekonomiku fit-tul. Minħabba l-importanza tal-iżvilupp tal-SMEs għat-tkabbir inklużiv, dan is-settur se jkompli jkollu rwol ċentrali fil-kooperazzjoni tal-UE mal-Eġittu. L-UE se tikkunsidra wkoll modi li bihom jista' jitkattar il-potenzjal għall-iżvilupp soċjoekonomiku tal-Proġett ta' Żvilupp tal-Kanal ta' Suez (Suez Canal Hub). Barra minn hekk, l-UE u l-Eġittu se jikkooperaw f'għadd ta' setturi tar-riċerka u l-innovazzjoni u fl-avvanz tat-teknoloġiji u s-servizzi diġitali. F'dan il-kuntest, l-Eġittu u l-UE enfasizzaw l-interess tagħhom li jintensifikaw il-kooperazzjoni f'għadd ta' attivitajiet rilevanti ta' riċerka u edukazzjoni għolja, inkluż fil-qafas tal-Orizzont 2020 u Erasmus+.

Minħabba l-patrimonju imprezzabbli u divers tal-Eġittu, u l-kontribuzzjoni sinifikanti tas-settur kulturali (li miegħu huwa marbut sew it-turiżmu) għall-PDG, l-impjiegi, ir-riżervi tal-kambju tal-Eġittu u tas-soċjetà tiegħu b'mod iktar wiesa', se titqiegħed enfasi partikolari fuq ir-rabta bejn il-kultura, il-patrimonju kulturali u l-iżvilupp ekonomiku lokali.

(b)   Kummerċ u investiment

L-UE u l-Eġittu huma sħab kummerċjali importanti. Huma impenjati li jsaħħu r-relazzjoni ta' kummerċ u investiment eżistenti u li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu li jistabbilixxu żona ta' kummerċ ħieles (FTA) jiġu implimentati b'mod li jippermettilha tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha. Filwaqt li l-UE fl-imgħoddi pproponiet l-idea ta' inizjattiva ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Approfondit u Komprensiv (DCFTA) biex tapprofondixxi u twessa' l-FTA eżistenti, l-UE u l-Eġittu se jidentifikaw ukoll flimkien approċċi adattati oħrajn biex isaħħu r-relazzjonijiet kummerċjali.

(c)   Żvilupp soċjali u ġustizzja soċjali

L-Eġittu jtenni l-impenn tiegħu li jirriforma u jippromwovi l-iżvilupp soċjali u l-ġustizzja soċjali, li jindirizza l-isfidi soċjali u demografiċi li qiegħed jaffaċċa, u li jagħti spinta lir-riżorsi umani tal-pajjiż, li se javvanzaw l-iżvilupp ekonomiku u soċjali. F'dan ir-rigward, l-UE se tappoġġa l-isforzi tal-Eġittu biex jipproteġi l-gruppi emarġinati mill-impatti negattivi potenzjali tar-riformi ekonomiċi permezz ta' xbieki ta' sikurezza soċjali u protezzjoni soċjali. Barra minn hekk, l-UE u l-Eġittu se jkomplu jippromwovu l-iżvilupp rurali u urban, kif ukoll itejbu l-għoti ta' servizzi bażiċi, b'enfasi fuq il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni (inkluż it-taħriġ tekniku u vokazzjonali) u s-sistemi tas-saħħa. L-UE se taqsam l-esperjenza tagħha fl-istabbiliment ta' kopertura tal-kura tas-saħħa inklussiva u servizzi ta' kura tas-saħħa mtejbin.

(d)   Is-sigurtà tal-enerġija, l-ambjent, u l-azzjoni klimatika

L-UE u l-Eġittu se jikkooperaw fuq id-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' enerġija, filwaqt li jkun hemm aċċenn partikolari fuq is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u fuq azzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika. L-UE, fuq talba tal-gvern Eġizzjan, se tappoġġa l-isforzi tal-Eġittu biex jaġġorna l-istrateġija integrata tal-enerġija tiegħu li għandha l-għan li tilħaq il-ħtiġijiet tal-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiż u li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Barra minn hekk, l-iskoperta ta' riżervi ta' gass barra mill-kosta tal-Eġittu toħloq lok importanti għal sinerġiji bejn l-UE u l-Eġittu b'rabta ma' sorsi ta' enerġija konvenzjonali, minħabba l-infrastrutturi ta' likwefazzjoni li diġà hemm fl-Eġittu. Din tkun tippermetti ġenerazzjoni tal-enerġija iktar prevedibbli, xi ħaġa li taqdi l-interessi kemm tal-Eġittu — meta wieħed iqis il-ħtiġijiet ta' konsum sinifikanti tal-pajjiż u l-potenzjal għall-ġenerazzjoni tad-dħul (inkluż għall-ambjent tan-negozju u l-iżvilupp soċjali) — u tal-UE, biex din tiddiversifika l-provvista tagħha. It-tisħiħ tad-djalogu dwar l-enerġija bejn l-UE u l-Eġittu se jikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta' oqsma ewlenin ta' kooperazzjoni (bħall-assistenza teknika biex jiġi stabbilit fus tal-enerġija reġjonali), ir-riċerka konġunta, il-qsim tal-esperjenza u l-aħjar prassi, it-trasferimenti tat-teknoloġija u l-promozzjoni ta' kooperazzjoni sottoreġjonali (intra-Mediterranja), filwaqt li tiġi rikonoxxuta il-ħtieġa li jiġu ppreservati l-ekosistemi marini tal-Mediterran.

L-UE u l-Eġittu se jikkooperaw fil-promozzjoni tal-azzjoni dwar il-klima u l-ambjent fil-kuntest tal-ksib tal-iżvilupp sostenibbli. Konformi mal-impenji tagħhom wara l-adozzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, l-UE se tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Kontributi Maħsuba Determinati fil-Livell Nazzjonali tal-Eġittu fl-oqsma tal-mitigazzjoni u l-adattament. Barra minn hekk, l-UE u l-Eġittu se jikkooperaw biex jiksbu l-għanijiet identifikati, fost l-oħrajn, fl-Aġenda 2030 tal-Iżvilupp u l-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri.

L-Eġittu u l-UE se jesploraw il-kooperazzjoni potenzjali f'oqsma bħall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi, fosthom ir-riżorsi tal-ilma, il-konservazzjoni tal-bijodiversità, is-sanitazzjoni, il-ġestjoni tal-iskart solidu, inkluż it-tnaqqis tas-sustanzi niġġiesa industrijali u tas-sustanzi kimiċi niġġiesa, il-ġestjoni tal-iskart perikoluż, kif ukoll il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art. L-Eġittu u l-UE qegħdin ukoll jesploraw l-opportunitajiet previsti fid-Dikjarazzjoni Ministerjali tal-Unjoni għall-Mediterran (UgħM) dwar l-Ekonomija Blu perezz ta' faċilità PMI/TK (1). Oqsma potenzjali għall-kooperazzjoni li qegħdin jiġu kkunsidrati jinkludu portijiet marittimi intelliġenti, raggruppamenti marittimi, ġestjoni integrata taż-żona kostali, u sajd marittimu.

2.   Sħab fil-politika barranija

L-UE u l-Eġittu għandhom interess komuni li jsaħħu l-kooperazzjoni fil-politika barranija fil-livelli bilaterali, reġjonali u internazzjonali.

L-istabilizzazzjoni tal-viċinat komuni u lil hinn minnu

L-Eġittu għandu rwol x'jaqdi permezz tas-siġġu tiegħu fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll permezz tas-siġġu tiegħu fil-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana. L-Eġittu jospita wkoll il-kwartieri ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab (LAS), li magħha l-UE tixtieq li tfannad u twessa' l-kooperazzjoni. L-Eġittu u l-UE se jfittxu li jkollhom kooperazzjoni ikbar bejniethom u fehim komuni dwar għadd ta' kwistjonijiet, inkluż fl-isfera multilaterali. Is-sħubija bejn l-UE u l-Eġittu hija importanti għall-istabbiltà u l-prosperità tal-Mediterran, il-Lvant Nofsani, u l-Afrika. Il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Eġittu, inkluż f'fora reġjonali, se jkollha l-għan li tikkontribwixxi għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti, għall-bini tal-paċi u li tindirizza sfidi politiċi u ekonomiċi f'dawn ir-reġjuni. Barra minn hekk, l-UE u l-Eġittu se jsaħħu l-iskambju ta' informazzjoni dwar sfidi reġjonali u internazzjonali maġġuri li jaffettwaw iż-żewġ naħat.

Kooperazzjoni fil-ġestjoni ta' kriżijiet u l-assistenza umanitarja

L-UE u l-Eġittu se jintensifikaw il-kooperazzjoni u l-konsultazzjonijiet, u se jiskambjaw l-esperjenzi fil-ġestjoni u l-prevenzjoni ta' kriżijiet, bilateralment u reġjonalment, biex jindirizzaw l-isfidi kumplessi għall-paċi, l-istabbiltà u l-iżvilupp li jinbtu mill-kunflitti u d-diżastri naturali, fil-viċinat komuni tagħhom u lil hinn minnu.

3.   It-tisħiħ tal-istabbiltà

L-istabbilizzazzjoni hija sfida komuni li l-UE u l-Eġittu qegħdin iħabbtu wiċċhom magħha. Biex din isseħħ, it-twaqqif ta' stat modern u demokratiku li jibbenefika lil kulħadd b'mod ekwu huwa essenzjali. Id-drittijiet tal-bniedem — drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, kif misjuba fid-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u l-Kostituzzjoni Eġizzjana — huma valur komuni u l-ġebla tax-xewka ta' stat demokratiku modern. L-Eġittu u l-UE għaldaqstant huma impenjati li jippromwovu d-demokrazija, il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem bħala drittijiet kostituzzjonali taċ-ċittadini kollha tagħhom, konformi mal-obbligi internazzjonali tagħhom. F'dan il-kuntest, l-UE se tappoġġa lill-Eġittu biex isarraf dawn id-drittijiet f'liġijiet.

(a)   Stat demokratiku modern

L-Eġittu u l-UE huma impenjati li jiżguraw ir-responsabilizzazzjoni, l-istat tad-dritt, ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u li jirrispondu għad-domandi taċ-ċittadini tagħhom. L-UE se tappoġġa l-isforzi tal-Eġittu biex isaħħaħ il-kapaċità għal riforma effettiva tas-settur pubbliku tal-istituzzjonijiet statali, biex isaħħaħ il-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-infurzar tal-liġi biex jimplimentaw id-dmirijiet tagħhom biex jagħtu s-sigurtà lil kulħadd, kif ukoll biex jiżviluppa l-funzjonijiet kostituzzjonali tal-Parlament il-ġdid. Barra minn hekk, l-UE u l-Eġittu se jsaħħu l-kooperazzjoni biex is-settur tal-ġustizzja jiġi mmodernizzat u jiżdied l-aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini kollha permezz tal-għajnuna legali u t-twaqqif ta' qrati speċjalizzati, biex tiġi riformata l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u biex tiġi indirizzata l-korruzzjoni. L-UE u l-Eġittu se jikkunsidraw ukoll li jiżviluppaw il-kooperazzjoni ġudizzjarja dwar kwistjonijiet kriminali u ċivili. Il-kooperazzjoni parlamentari bejn l-UE u l-Eġittu, inkluż permezz ta' skambji strutturati bejn il-kumitati u l-gruppi parlamentari, issaħħaħ il-koordinazzjoni u tippromwovi l-fehim reċiproku. L-UE se tappoġġa wkoll l-isforzi tal-Eġittu li jagħti s-setgħa lill-awtoritajiet lokali biex jippjanaw u jagħtu servizzi pubbliċi, kif ukoll biex jiżgura iktar l-ugwaljanza fl-opportunitajiet ekonomiċi, soċjali u politiċi u biex jippromwovi l-integrazzjoni soċjali għal kulħadd.

(b)   Is-sigurtà u t-terroriżmu

Is-sigurtà hija għan komuni. It-terroriżmu, u l-estremiżmu vjolenti li jwassal għat-terroriżmu, huma theddida għan-nisġa soċjali tan-nazzjonijiet fiż-żewġ naħat tal-Mediterran. Huma theddida maġġuri għas-sigurtà u l-benesseri taċ-ċittadini tagħna. Il-ġlieda kontra dan it-theddid hija għan komuni għall-UE u l-Eġittu, li jistgħu jikkooperaw flimkien permezz ta' approċċ komprensiv li jindirizza l-għeruq tat-terroriżmu filwaqt li jingħata r-rispett dovut lid-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, sabiex jiġġieldu u jipprevjenu r-radikalizzazzjoni u jippromwovu l-iżvilupp soċjoekonomiku b'suċċess. L-UE u l-Eġittu jibqgħu impenjati li jikkooperaw fil-ġlieda kontra l-estremiżmu u kull forma oħra ta' diskriminazzjoni, inkluża l-Iżlamofobija u l-ksenofobija.

Oqsma oħra ta' kooperazzjoni jinkludu, fost l-oħrajn, it-tisħiħ tas-sigurtà tal-avjazzjoni u s-sigurtà protettiva, kif ukoll tal-kapaċità biex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata transnazzjonali bħall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni irregolari, it-traffikar ta' bnedmin, il-kummerċ tad-drogi illegali u l-ħasil tal-flus.

Iż-żewġ partijiet jaqblu li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ġlieda kontra l-Kummerċ Illeċitu tal-Armi Ħfief u ta' Kalibru Żgħir, inkluż permezz tal-iskambju tal-esperjenzi, it-taħriġ u attivitajiet oħra ta' bini ta' kapaċità.

(c)   Il-ġestjoni tal-flussi migratorji għall-benefiċċju reċiproku

Id-dikjarazzjoni politika tas-Summit tal-Belt Valletta u l-Pjan ta' Azzjoni Konġunt tal-Belt Valletta se jipprovdu l-kuntest ewlieni għall-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Eġittu fil-qasam tal-migrazzjoni. L-UE se tappoġġa l-isforzi tal-gvern Eġizzjan biex isaħħaħ il-qafas tiegħu għall-governanza tal-migrazzjoni, li jinkludi elementi ta' riforma leġiżlattiva u strateġiji għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. L-UE se tappoġġa l-isforzi tal-Eġittu biex jipprevjeni u jiġġieled il-migrazzjoni irregolari u t-traffikar tal-bnedmin, fosthom l-identifikazzjoni tal-vittmi tat-traffikar u l-għajnuna għalihom. Se taħdem ukoll biex tappoġġa u ssaħħaħ il-kapaċità tal-Eġittu li jħares id-drittijiet tal-migranti u li jagħti protezzjoni lil dawk li jikkwalifikaw għaliha, skont l-istandards internazzjonali. L-UE u l-Eġittu se jesploraw il-kooperazzjoni dwar ir-ritorn volontarju tal-migranti irregolari lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom biex jiżguraw li globalment, il-migrazzjoni tiġi ġestita b'mod legali. Din se timxi id f'id mal-kooperazzjoni biex jiġu indirizzati l-għeruq tal-migrazzjoni irregolari, b'mod partikolari n-nuqqas ta' żvilupp, il-faqar, u l-qgħad.

Il-mobilità tal-persuni tista' tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ħiliet u l-għarfien li min-naħa tagħhom jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-Eġittu. Din tista' twassal biex jinħolqu konnessjonijiet bejn forzi tax-xogħol b'ħiliet speċjalizzati fl-UE u l-Eġittu. L-UE u l-Eġittu huma impenjati favur il-ħarsien sħiħ tad-drittijiet tal-migranti.

III.   Il-prinċipji ta' kooperazzjoni

Il-promozzjoni tal-fattur uman u l-kuntatti bejn il-persuni se jsaħħu r-rabtiet, u b'hekk jikkonsolidaw is-sħubija, bejn l-UE u l-Eġittu. Ir-responsabbilizzazzjoni u r-responsabbiltà reċiproċi, lejn in-nies Ewropej u Eġizzjani huma aspett essenzjali tal-Prijoritajiet tas-Sħubija.

Kwistjonijiet ta' interess komuni għandhom ukoll jiġu indirizzati permezz ta' kooperazzjoni reġjonali u sottoreġjonali (kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar) isħaħ. F'dan ir-rigward, l-UE u l-Eġittu se jaħdmu flimkien fil-qafas tal-UgħM u permezz tal-Fondazzjoni Anna Lindh, partikolarment dwar id-djalogu bejn il-kulturi.

L-esperjenza turi li l-kultura tad-djalogu hija għodda siewja biex jiġi żviluppat ir-rispett reċiproku. L-approfondiment tad-djalogu politiku dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u ż-żamma tal-aspetti tekniċi li jsaħħuh se jkunu essenzjali. Id-djalogu se jagħti wkoll il-mezzi biex is-sħubija tiġi sostanzjata u biex naraw il-qagħda tal-fond u l-kisbiet tagħha.

Konformi mal-prijoritajiet tal-gvern Eġizzjan, enfasi fuq iż-żgħażagħ — li fuqhom tiddependi l-istabbiltà fit-tul tas-soċjetajiet tagħna — u fuq in-nisa — essenzjali għall-progress fi kwalunkwe soċjetà — se tiġi integrata fil-Prijoritajiet tas-Sħubija. Wieħed mill-objettivi ewlenin huwa li dawn jiġu emanċipati u jiġu mgħammra bl-għodod legali u prattiċi biex ikunu jistgħu jaqdu r-rwol dovut tagħhom fis-soċjetà permezz tas-sehem attiv tagħhom fl-ekonomija u l-governanza ta' pajjiżhom. L-UE se tkompli taqsam l-esperjenza tagħha tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-konfront tan-nisa u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, kif ukoll fil-promozzjoni tal-inklużjoni u l-għoti ta' opportunitajiet għaż-żgħażagħ.

L-UE u l-Eġittu jaqblu li s-soċjetà ċivili hija kontributur importanti u qawwi għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tas-sħubija tagħhom u għall-governanza trasparenti u parteċipatorja, u li tista' tappoġġa l-proċess ta' żvilupp sostenibbli li għaddej bħalissa fl-Eġittu. Huma se jaħdmu mas-soċjetà ċivili biex jikkontribwixxu b'mod effettiv fil-proċess ta' żvilupp ekonomiku, politiku, u soċjali, f'konformità mal-Kostituzzjoni Eġizzjana u l-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva.

IV.   Konklużjoni

Fl-ispirtu tas-sjieda konġunta, l-UE u l-Eġittu ddefinixxew il-Prijoritajiet tas-Sħubija flimkien, u se jiżviluppaw mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ miftiehem. Huwa previst ukoll rieżami ta' nofs it-terminu biex jevalwa l-impatt tal-Prijoritajiet tas-Sħubija. Konformi mal-approċċ iffukat tal-Prijoritajiet tas-Sħubija, l-UE u l-Eġittu flimkien se jirrazzjonalizzaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tagħhom għall-interessi reċiproċi tagħhom. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni se jibqgħu l-korpi ewlenin li se jwettqu l-valutazzjoni kumplessiva tal-implimentazzjoni tal-Prijoritajiet tas-Sħubija fuq bażi annwali.


(1)  Faċilità għad-Djalogu ta' Politika Reġjonali dwar il-Politika Marittima Integrata/it-Tibdil fil-Klima