ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 223 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
30.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 223/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1508
tat-28 ta' Awwissu 2017
dwar id-dokument ta' referenza dwar l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza għas-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjonii 2001/681/KE u 2006/193/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 46(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-dokumenti ta' referenza settorjali żviluppati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 huma meħtieġa biex jgħinu lill-organizzazzjonijiet f'setturi partikolari, jiffukaw aħjar fuq l-aktar aspetti importanti tal-ġestjoni ambjentali tagħhom, u biex jiffaċilitaw l-evalwazzjoni, ir-rappurtar u t-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet. Dawn jinkludu l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali, u fejn xieraq, il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza u s-sistemi ta' klassifikazzjoni li jippermettu l-identifikazzjoni tal-livelli ta' prestazzjoni ambjentali f'dawk is-setturi. |
(2) |
L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali ppreżentati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni jindirizzaw kwistjonijiet ambjentali ewlenin identifikati fis-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb. Għandhom ukoll irawmu ekonomija aktar ċirkolari billi jidentifikaw azzjonijiet konkreti biex tittejjeb il-ġestjoni tal-iskart, jistimolaw l-użu ta' prodotti sekondarji u tiġi evitata l-ħela tal-ikel. |
(3) |
L-issodisfar tal-punti ta' riferiment ta' eċċellenza identifikati fid-dokument ta' referenza settorjali mhuwiex obbligatorji għall-organizzazzjonijiet irreġistrati mal-EMAS billi l-EMAS tħalli l-valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-punti ta' riferiment, f'termini ta' spejjeż u benefiċċji, f'idejn l-organizzazzjonijiet infushom. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jeħtieġ li organizzazzjoni rreġistratata mal-EMAS tqis id-dokumenti ta' referenza settorjali meta jiżviluppaw is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħhom u meta jivvalutaw il-prestazzjoni ambjentali tagħhom fid-dikjarazzjoni ambjentali mħejjija skont l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009. |
(5) |
Is-settur tal-manifattura tal-ikel u tax-xorb indirizzat fl-Anness ta' din id-deċiżjoni kien identifikat bħala settur ta' prijorità għall-adozzjoni ta' dokumenti ta' referenza settorjali u transsettorjali fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — It-twaqqif ta' pjan ta' ħidma li jistabbilixxi lista indikattiva ta' setturi għall-adozzjoni ta' dokumenti ta' referenza settorjali u transsettorjali, skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (2) |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-dokument ta' referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali settorjali, u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza għas-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb, huwa stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
L-organizzazzjonijiet irreġistrati mal-EMAS fis-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb għandhom iqisu d-dokument ta' referenza settorjali msemmi fl-Artikolu 1, u għalhekk għandhom:
— |
Jużaw elementi rilevanti tad-dokument ta' referenza settorjali meta jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħhom fid-dawl tar-Reviżjonijiet Ambjentali. |
— |
Jużaw l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali rilevanti speċifiċi għas-settur, deskritti fid-dokument ta' referenza settorjali biex jirrapportaw dwar il-prestazzjoni relatata mal-aspetti ambjentali aktar speċifiċi identifikati minn organizzazzjoni fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha. |
— |
Fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħhom, għandhom isemmu kif l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali rilevanti u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza ġew ikkunsidrati għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni u tal-fatturi relatati ma' dik il-prestazzjoni. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-disgħin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU C 358, 8.12.2011, p. 2.
ANNESS
WERREJ
1. |
INTRODUZZJONI | 4 |
2. |
KAMP TA' APPLIKAZZJONI | 6 |
3. |
L-AQWA PRASSI TA' ĠESTJONI AMBJENTALI, L-INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI U L-PUNTI TA' RIFERIMENT TA' EĊĊELLENZA GĦAS-SETTUR TAL-MANIFATTURA TAL-IKEL U X-XORB | 9 |
3.1. |
L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali għas-settur kollu tal-manifattura tal-ikel u x-xorb | 9 |
3.1.1. |
Twettiq ta' valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali ta' prodotti u/jew operazzjonijiet | 9 |
3.1.2. |
Ġestjoni tal-katina tal-provvista sostenibbli | 9 |
3.1.3. |
It-titjib jew l-għażla ta' imballaġġ biex jiġi minimizzat l-impatt ambjentali | 10 |
3.1.4. |
Operazzjonijiet ta' tindif favur l-ambjent | 11 |
3.1.5. |
Titjib fl-operazzjonijiet ta' trasport u distribuzzjoni | 12 |
3.1.6. |
Titjib tal-iffriżar u r-refriġerazzjoni | 13 |
3.1.7. |
Applikazzjoni ta' ġestjoni tal-enerġija u ta' titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-operazzjonijiet kollha | 14 |
3.1.8. |
L-integrazzjoni ta' enerġija rinnovabbli fil-proċessi tal-manifattura | 15 |
3.1.9. |
L-evitar ta' skart alimentari f'operazzjonijiet ta' manifattura | 15 |
3.1.10. |
Kunsiderazzjoni tad-Dokument ta' Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli fl-Industriji tal-Ikel, tax-Xorb u tal-Ħalib (FDM BREF) | 16 |
3.2. |
L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fl-ipproċessar tal-kafè | 17 |
3.2.1. |
Tnaqqis fl-użu tal-enerġija permezz tal-adozzjoni ta' tisħin minn qabel tal-kafè aħdar fl-inkaljar tal-kafè f'lottijiet | 17 |
3.3. |
L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura taż-żejt taż-żebbuġa | 17 |
3.3.1. |
Minimizzar tal-konsum tal-ilma fis-separazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa | 17 |
3.3.2. |
Tnaqqis fil-ħasil taż-żebbuġ mal-wasla | 18 |
3.4. |
L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tas-soft drinks | 18 |
3.4.1. |
L-użu ta' blowers fl-istadju tat-tnixxif tal-fliexken/l-imballaġġ | 18 |
3.5. |
L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tal-birra | 19 |
3.5.1. |
It-tnaqqis tal-użu tal-enerġija fit-togħlija tal-most tal-birra | 19 |
3.5.2. |
Bidla minn sistemi ta' fermentazzjoni bil-lott għal dik kontinwa | 19 |
3.5.3. |
Irkupru ta' CO2 fil-produzzjoni tal-birra | 20 |
3.6. |
L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam u tal-laħam tat-tjur | 20 |
3.6.1. |
Ipproċessar taħt pressjoni għolja għad-dekontaminazzjoni tal-laħam | 20 |
3.7. |
L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tal-meraq tal-frott | 21 |
3.7.1. |
Użu b'valur miżjud ta' residwi tal-frott | 21 |
3.8. |
L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali f'operazzjonijiet biex isir il-ġobon | 21 |
3.8.1. |
Irkupru ta' xorrox | 22 |
3.9. |
L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tal-ħobż, tal-gallettini u tal-kejkiet | 22 |
3.9.1. |
Skemi għat-tnaqqis tal-iskart ta' ħobż mhux mibjugħ | 22 |
3.9.2. |
Minimizzar tal-konsum tal-enerġija għall-ħami | 23 |
3.10. |
L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tal-inbid | 23 |
3.10.1. |
Tnaqqis tal-użu tal-ilma, ġenerazzjoni ta' skart organiku u użu tal-enerġija f'fabbriki tal-inbid | 23 |
4. |
INDIKATURI EWLENIN TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI SPEĊIFIĊI GĦAS-SETTUR IRRAKKOMANDATI | 24 |
1. INTRODUZZJONI
Dan id-dokument ta' referenza settorjali (SRD) huwa bbażat fuq rapport xjentifiku u ta' politika ddettaljat (1) (“Rapport dwar l-Aħjar Prassi”) żviluppat mill-Istitut tal-Istudju tal-Prospettivi Teknoloġiċi (IPTS), wieħed mis-seba' istituti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea.
Sfond ġuridiku rilevanti
L-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) ġiet introdotta fl-1993, għall-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 (2). Sussegwentement, l-EMAS għaddiet minn żewġ reviżjonijiet kbar:
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); |
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009. |
Element importanti ġdid fl-aktar reviżjoni reċenti, li daħlet fis-seħħ fil-11 ta' Jannar 2010, huwa l-Artikolu 46 dwar l-iżvilupp ta' SRDs. L-SRDs iridu jinkludu l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali (BEMPs), l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali għas-setturi speċifiċi u, fejn xieraq, il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza u s-sistemi ta' klassifikazzjoni li jidentifikaw il-livelli ta' prestazzjoni.
Kif tifhem u tuża dan id-dokument
L-iskema ta' mmaniġġjar u awditjar ekoloġiċi (EMAS) hija skema għall-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet impenjati lejn titjib ambjentali kontinwu. F'dan il-qafas, dan l-SRD jipprovdi gwida speċifika għas-settur f'dak li jirrigwarda s-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb u jindika għadd ta' alternattivi għat-titjib kif ukoll l-aqwa prassi.
Id-dokument inkiteb mill-Kummissjoni Ewropea bl-użu ta' kontribut mill-partijiet ikkonċernati. Grupp ta' Ħidma Tekniku, li jinkludi esperti u partijiet ikkonċernati tas-settur, immexxi mill-JRC, iddiskuta u fl-aħħar nett qabel dwar l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza deskritti f'dan id-dokument; b'mod partikolari dawn il-punti ta' riferiment kienu meqjusa bħala rappreżentattivi tal-livelli ta' prestazzjoni ambjentali li jinkisbu mill-organizzazzjonijiet bl-aqwa prestazzjoni fis-settur.
L-SRD għandu l-għan li jgħin u jappoġġa lill-organizzazzjonijiet kollha li beħsiebhom itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom billi jipprovdi ideat u ispirazzjoni kif ukoll gwida prattika u teknika.
L-SRD huwa primarjament indirizzat lill-organizzazzjonijiet li diġà huma rreġistrati mal-EMAS; it-tieni lill-organizzazzjonijiet li qed jikkunsidraw li fil-futur jirreġistraw mal-EMAS; u t-tielet lill-organizzazzjonijiet kollha li jixtiequ jitgħallmu aktar dwar l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali sabiex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Konsegwentement, l-għan ta' dan id-dokument huwa li jappoġġa lill-organizzazzjonijiet kollha fis-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb biex jiffokaw fuq aspetti ambjentali rilevanti, kemm diretti kif ukoll indiretti, u biex isibu informazzjoni dwar l-aqwa prassi, kif ukoll indikaturi adatti ta' prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur biex ikejlu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom, u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza.
Il-mod kif l-SRDs għandhom jitqiesu mill-organizzazzjonijiet irreġistrati mal-EMAS
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009, l-organizzazzjonijiet irreġistrati mal-EMAS iridu jqisu l-SRDs f'żewġ livelli differenti:
|
Meta jkunu qed jiżviluppaw u jimplimentaw is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħhom fid-dawl tar-reviżjonijiet ambjentali (l-Artikolu 4(1)(b)); L-organizzazzjonijiet għandhom jużaw elementi rilevanti tal-SRD meta jiddefinixxu u jirrevedu l-miri u l-objettivi ambjentali tagħhom skont l-aspetti ambjentali rilevanti identifikati fir-reviżjoni u fil-politika ambjentali, kif ukoll meta jkunu qed jiddeċiedu dwar liema azzjonijiet għandhom jimplimentaw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom. |
|
Meta jkunu qed iħejju d-dikjarazzjoni ambjentali (l-Artikolu 4(1)(d) u l-Artikolu 4(4)).
|
L-elementi tal-SRDs (indikaturi, BEMPs jew punti ta' riferiment ta' eċċellenza) li ma jitqisux rilevanti b'rabta mal-aspetti ambjentali sinifikanti identifikati mill-organizzazzjoni fir-reviżjoni ambjentali tagħha ma għandhomx jiġu rrapportati jew deskritti fid-dikjarazzjoni ambjentali.
Il-parteċipazzjoni fl-EMAS hija proċess kontinwu. Kull darba li organizzazzjoni tippjana li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha (u tirrevedi l-prestazzjoni ambjentali tagħha) għandha tikkonsulta l-SRD dwar temi speċifiċi biex issib ispirazzjoni dwar liema kwistjonijiet imisshom jiġu indirizzati f'approċċ ta' pass pass.
Il-verifikaturi ambjentali tal-EMAS għandhom jiċċekkjaw jekk u kif l-SRD ġie meqjus mill-organizzazzjoni waqt it-tħejjija tad-dikjarazzjoni ambjentali tagħha (l-Artikolu 18(5)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009).
Meta jkunu qed iwettqu awditu, il-verifikaturi ambjentali akkreditati ser ikollhom bżonn evidenza mill-organizzazzjoni dwar kif ikunu ntgħażlu u tqiesu l-elementi rilevanti tal-SRD fid-dawl tar-reviżjoni ambjentali. Ma għandhomx jikkontrollaw il-konformità mal-punti ta' riferiment ta' eċċellenza deskritti, iżda għandhom jivverifikaw l-evidenza dwar kif l-SRD intuża bħala gwida biex jiġu identifikati l-indikaturi u l-miżuri volontarji xierqa li l-organizzazzjoni tista' timplimenta biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħha.
Minħabba n-natura volontarja tal-EMAS u tal-SRD, l-organizzazzjonijiet ma għandhomx jitgħabbew b'piżijiet sproporzjonati sabiex jipprovdu din l-evidenza. B'mod partikolari, il-verifikaturi ma għandhomx jeħtieġu ġustifikazzjoni individwali għal kull waħda mill-aqwa prassi, l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali speċifiċi għas-settur u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza msemmija fl-SRD u li l-organizzazzjoni ma tqisx li huma rilevanti fid-dawl tar-reviżjoni ambjentali tagħha. Madankollu, jistgħu jissuġġerixxu elementi addizzjonali rilevanti li l-organizzazzjoni tista' tqis fil-futur bħala evidenza ulterjuri tal-impenn tagħha lejn titjib kontinwu tal-prestazzjoni tagħha.
Struttura tad-dokument ta' referenza settorjali
Dan id-dokument jikkonsisti f'erba' taqsimiet. It-Taqsima 1 tintroduċi l-isfond ġuridiku tal-EMAS u tiddeskrivi kif għandu jintuża dan id-dokument, filwaqt li t-Taqsima 2 tiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-SRD. It-Taqsima 3 tiddeskrivi fil-qosor l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali (BEMPs) differenti (5) flimkien ma' informazzjoni dwar l-applikabbiltà tagħhom, b'mod ġenerali kif ukoll fil-livell tal-SME. Qed jingħataw ukoll indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u punti ta' riferiment ta' eċċellenza speċifiċi meta dawn ikunu jistgħu jiġu fformulati għal BEMP partikolari. Uħud mill-indikaturi u mill-punti ta' riferiment huma rilevanti għal aktar minn BEMP waħda u għalhekk meta jkun xieraq huma ripetuti. Fl-aħħar nett, it-Taqsima 4 tippreżenta tabella komprensiva b'għażla tal-aktar indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali rilevanti, spjegazzjonijiet assoċjati u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza relatati.
2. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Dan l-SRD jindirizza l-prestazzjoni ambjentali tal-attivitajiet tas-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb. F'dan id-dokument, is-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb jinkludi kumpaniji li jappartjenu għad-diviżjonijiet tal-kodiċijiet tan-NACE li ġejjin (skont il-klassifikazzjoni statistika ta' attivitajiet ekonomiċi stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6)):
— |
Kodiċi 10 tan-NACE: manifattura ta' prodotti tal-ikel; |
— |
Kodiċi 11 tan-NACE: manifattura ta' xorb. |
L-aqwa prassi ppreżentati għas-settur globali tal-manifattura tal-ikel u x-xorb (Taqsima 3.1) huma indirizzati lill-kumpaniji kollha li jappartjenu għall-kodijiet 10 u 11 tan-NACE.
Iż-żewġ tabelli li ġejjin jippreżentaw l-aktar aspetti ambjentali diretti u indiretti sinifikanti (7) għal dawk li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb, il-pressjonijiet ambjentali prinċipali relatati u kif dawn huma indirizzati f'dan id-dokument. Dawn huma indirizzati jew permezz ta' BEMPs deskritti fit-Taqsima 3.1 jew billi ssir referenza għal dokumenti ta' referenza disponibbli oħra bħad-Dokument ta' Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) għall-Industriji tal-Ikel, ix-Xorb u l-Ħalib (FDM BREF) (8).
Tabella 2.1
L-aktar aspetti ambjentali diretti sinifikanti għal dawk li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb u kif dawn huma indirizzati fl-SRD
L-aktar aspetti ambjentali diretti sinifikanti |
Pressjonijiet ambjentali ewlenin relatati |
BEMPs |
||||
Proċessi industrijali u operazzjonijiet relatati |
Emissjonijiet fl-ilma |
|
||||
Emissjonijiet fl-arja (NOx, SOx, VOCs, materja partikolata) |
|
|||||
Ġenerazzjoni ta' skart solidu |
|
|||||
Konsum tal-ilma |
|
|||||
Konsum tal-enerġija, emissjonijiet ta' GHG (CO2) |
|
|||||
Refriġerazzjoni |
Konsum tal-enerġija, emissjonijiet ta' GHG (refriġeranti) |
|
||||
Operazzjonijiet ta' tindif |
Konsum tal-ilma, użu ta' sustanzi kimiċi, ġenerazzjoni ta' ilma mormi |
|
||||
Trasport u loġistika |
Konsum tal-enerġija, emissjonijiet ta' GHG, emissjonijiet fl-arja (CO2, CO, SO2, NOx, materja partikolata, eċċ.) |
|
||||
Imballaġġ |
Emissjonijiet ta' GHG, konsum tal-enerġija, tnaqqis tar-riżorsi (użu ta' materjal) |
|
Tabella 2.2
L-aktar aspetti ambjentali indiretti sinifikanti għal dawk li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb u kif dawn huma indirizzati fl-SRD
L-aktar aspetti ambjentali indiretti sinifikanti |
Pressjonijiet ambjentali ewlenin relatati |
BEMPs |
||||
Ġestjoni tal-katina tal-provvista |
Emissjonijiet ta' GHG, konsum ta' enerġija, konsum ta' ilma, emissjonijiet fl-arja, eċċ. |
|
||||
Agrikoltura |
Emissjonijiet ta' GHG (CO2,CH4), telfien tal-bijodiversità, emissjonijiet fl-arja, ewtrofikazzjoni, konsum tal-ilma |
|
||||
Imballaġġ |
Emissjonijiet ta' GHG, konsum tal-enerġija, tnaqqis tar-riżorsi (użu ta' materjal) |
|
||||
Trasport u loġistika |
Konsum tal-enerġija, emissjonijiet ta' GHG, emissjonijiet fl-arja (CO2, CO, SO2, NOx, materja partikolata, eċċ.) |
|
||||
Bejgħ bl-imnut |
Konsum tal-enerġija, ġenerazzjoni ta' skart alimentari |
|
||||
Tħejjija tal-ikel mill-konsumaturi |
Konsum tal-enerġija, ġenerazzjoni ta' skart alimentari |
|
L-aspetti ambjentali elenkati fit-Tabelli 2.1 u 2.2 kienu magħżula bħala l-aktar sinifikanti għall-maġġoranza ta' dawk li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb. Madankollu, l-aspetti ambjentali li għandhom jiġu ġestiti minn kumpaniji speċifiċi, u jekk kull aspett hux dirett jew indirett għal kumpanija speċifika, għandhom jiġu valutati fuq bażi ta' każ b'każ. Aspetti ambjentali, bħall-iskart perikoluż, il-bijodiversità jew il-materjal użat għal oqsma oħra minbarra dawk elenkati hawn fuq jistgħu jkunu rilevanti wkoll.
Flimkien mal-BEMPs elenkati fit-Tabelli 2.1 u 2.2, BEMP globali dwar “it-twettiq ta' valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali ta' prodotti u/jew operazzjonijiet” tista' tgħin biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali għall-aspetti ambjentali kollha u l-pressjonijiet relatati ppreżentati fit-tabelli.
Barra minn hekk, dan l-SRD, minbarra li jiddeskrivi l-aqwa prassi għas-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb inġenerali (il-kumpaniji kollha li jappartjenu għall-kodiċijiet 10 u 11 tan-NACE) elenkati hawn fuq, jinkludi wkoll firxa tal-aqwa prassi speċifiċi għal bosta subsetturi, jiġifieri:
— |
proċessar ta' kafè (kodiċi 10.83 tan-NACE) fit-Taqsima 3.2, |
— |
manifattura ta' żejt taż-żebbuġa (kodiċi 10.41 tan-NACE) fit-Taqsima 3.3, |
— |
manifattura ta' soft drinks (kodiċi 11.07 tan-NACE) fit-Taqsima 3.4, |
— |
manifattura ta' birra (kodiċi 11.05 tan-NACE) fit-Taqsima 3.5, |
— |
produzzjoni ta' prodotti tal-laħam u tal-laħam tat-tjur (kodiċi 10.13 tan-NACE) fit-Taqsima 3.6, |
— |
manifattura ta' meraq tal-frott (kodiċi 10.32 tan-NACE) fit-Taqsima 3.7, |
— |
operazzjonijiet biex isir il-ġobon (kodiċi 10.51 tan-NACE) fit-Taqsima 3.8, |
— |
manifattura ta' ħobż, gallettini u kejkijiet (kodiċijiet 10.71 u 10.72 tan-NACE) fit-Taqsima 3.9, |
— |
manifattura ta' nbid (kodiċi 11.02 tan-NACE) fit-Taqsima 3.10. |
3. L-AQWA PRASSI TA' ĠESTJONI AMBJENTALI, L-INDIKATURI TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI U L-PUNTI TA' RIFERIMENT TA' EĊĊELLENZA GĦAS-SETTUR TAL-MANIFATTURA TAL-IKEL U X-XORB
3.1. L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali għas-settur kollu tal-manifattura tal-ikel u x-xorb
Din it-taqsima hija mmirata lejn dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb (kodiċijiet 10 u 11 tan-NACE).
3.1.1. Twettiq ta' valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali ta' prodotti u/jew operazzjonijiet
Il-BEMP għandha tivvaluta l-impatt ambjentali ta' prodotti u operazzjonijiet bl-użu ta' għodod ta' valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja (LCA) (11) biex jiġu identifikati oqsma ta' prijorità għall-azzjoni, jew “hotspots”, u tiġi definita strateġija għat-tnaqqis tal-impatti ambjentali.
Meta jkunu qed iwettqu valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali, dawk li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb jistgħu jiltaqgħu ma' numru ta' sfidi li jinkludu l-kumplessità tal-prodott u l-aċċessibilità ta' informazzjoni; it-twettiq ta' LCAs jista' jkun għali u jieħu ħafna ħin, u ċerti impatti ambjentali jistgħu jkunu wkoll lil hinn mill-kontroll tal-manifattur u għalhekk ikun diffiċli ħafna biex jaġixxi dwarhom, anki jekk ikunu jistgħu jiġu kkwantifikati.
Din il-BEMP hija applikabbli għall-SMEs fis-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb, ladarba dawn ikunu jistgħu jużaw għodod issimplifikati meta l-kapaċitajiet jew ir-riżorsi tagħhom ma jippermettux LCAs sħaħ.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||||||
|
|
3.1.2. Ġestjoni tal-katina tal-provvista sostenibbli
Il-BEMP għandha tiġġestixxi l-katina tal-provvista, b'mod partikolari ingredjenti jew materja prima, billi jingħażel wieħed, jew aktar, mit-tliet approċċi li ġejjin:
— |
akkwist ekoloġiku, jiġifieri l-għażla ta' fornituri li jissodisfaw kriterji ta' prestazzjoni ambjentali identifikati (13); |
— |
adattament ta' riċetti biex jitneħħew ingredjenti mhux sostenibbli; |
— |
appoġġ lil fornituri eżistenti fit-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tagħhom. |
Barra minn hekk, għal dawk li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb li jużaw ammonti sostanzjali ta' ilma bħala ingredjent (eż. dawk li jimmanifatturaw ix-xorb), hija l-BEMP li l-ewwel tivvaluta r-riskji li s-sit tal-produzzjoni jippreżenta għar-riżorsi tal-ilma lokali. Wara, jista' jiġi stabbilit programm ta' sostenibbiltà tar-riżorsi tal-ilma, li jagħti fid-dettall azzjonijiet speċifiċi li jistgħu jittieħdu b'appoġġ għall-preżervazzjoni tar-riżorsi tal-ilma lokali.
Il-ġestjoni sostenibbli tal-katina ta' provvista jista' jkollha xi limitazzjonijiet: (i) l-approċċ ta' akkwist ekoloġiku jassumi li għażliet “ekoloġiċi” huma disponibbli, (ii) ir-riċetti jistgħu jiġu adattati jekk l-ingredjenti mhux sostenibbli jkunu jistgħu jitneħħew b'alternattivi ekwivalenti u aktar sostenibbli, u (iii) jista' mhux dejjem ikun possibbli li l-prestazzjoni ta'fornituri eżistenti tiġi influwenzata, eż. minħabba volumi żgħar ta' prodotti mixtrija minn SME. Madankollu, it-tliet approċċi ppreżentati fil-biċċa l-kbira huma applikabbli b'mod wiesa'.
Din il-BEMP, bil-limitazzjonijiet imsemmija qabel, hija kompletament applikabbli għall-SMEs fis-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||||||
|
— |
3.1.3. It-titjib jew l-għażla ta' imballaġġ biex jiġi minimizzat l-impatt ambjentali
Il-BEMP hija li jiġi minimizzat l-impatt ambjentali tal-imballaġġ (jiġifieri, l-imballaġġ primarju, sekondarju u terzjarju), tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott kollu, pereżempju bl-użu ta':
— |
għodod ta' ekodisinn biex tiġi stimulata l-prestazzjoni ambjentali tal-imballaġġ waqt id-disinn; |
— |
tħaffif, jiġifieri imballaġġ b'piż imnaqqas iżda bl-istess prestazzjoni protettiva; |
— |
imballaġġ bl-ingrossa ta' ingredjenti mibgħuta mill-fornituri lill-kumpanija; |
— |
mili mill-ġdid, eż. imballaġġ li jista' jerġa' jimtela li għandu jiġi mibgħut lura lill-manifattur tal-ikel u x-xorb; |
— |
imballaġġ sekondarju u terzjarju li jista' jiġi mibgħut lura; |
— |
imballaġġ li jkun fih materjal irriċiklat; |
— |
imballaġġ li jkun fih bijoplastik diment li l-benefiċċji ambjentali ta' din l-għażla jistgħu jiġu murija. |
Barra minn hekk, il-BEMP hija li dawk li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb jgħinu lill-konsumaturi jnaqqsu l-iskart alimentari li jiġġeneraw, billi:
— |
jużaw imballaġġ atmosferiku modifikat biex iżidu l-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa; |
— |
jidentifikaw id-daqs tal-porzjon ideali tal-imballaġġ bil-ħsieb li jkunu moqdija aħjar l-istili ta' ħajja u d-daqs tal-familja differenti biex ikun hemm inqas ikel żejjed; |
— |
jinkludu messaġġi fuq l-imballaġġ fejn jirrakkomandaw l-aħjar mod kif jinħażen il-prodott tal-ikel biex jiġi evitat li l-ikel ma jibqax tajjeb. |
Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb inklużi l-SMEs.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||||||||||
|
|
3.1.4. Operazzjonijiet ta' tindif favur l-ambjent
Il-BEMP hi li jitnaqqas l-ammont ta' ilma, enerġija u sustanzi kimiċi li jintużaw waqt operazzjoni ta' tindif permezz ta':
— |
implimentazzjoni u ottimizzazzjoni ta' sistemi ta' Tindif fuq il-Post (CIP, Cleaning In Place) (eż. ice pigging), disinn u konfigurazzjoni preċiżi, kejl u kontroll tat-temperatura u l-konċentrazzjoni ta' deterġenti, użu tajjeb ta' azzjoni mekkanika, użu mill-ġdid tal-ilma tat-tlaħliħ finali għat-tlaħliħ ta' qabel, riċiklaġġ ta' deterġenti, u l-użu ta' verifika tat-tindif f'ħin reali; |
— |
ottimizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' tindif manwali permezz ta' aktar sensibilizzazzjoni, monitoraġġ tal-enerġija, l-ilma u s-sustanzi kimiċi użati, tindif fin-niexef u tindif ta' tagħmir kemm jista' jkun malajr wara l-użu; |
— |
minimizzar jew evitar tal-użu ta' sustanzi kimiċi li jagħmlu ħsara billi l-aġenti tad-tindif jinġabru u jiġu użati mill-ġdid u jintużaw sustanzi kimiċi bijoloġiċi u li jagħmlu inqas ħsara; |
— |
ippjanar aħjar tal-produzzjoni biex jiġi evitat tibdil fil-proċess tal-produzzjoni li jirrikjedi li jiġi mnaddaf it-tagħmir; |
— |
tfassil aħjar tal-impjant billi jittejjeb id-disinn ta' reċipjenti, pajpijiet, eċċ, biex jiġu eliminati żoni fejn id-deterġenti ma jaslux jew fejn jakkumula l-fluwidu. |
Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb inklużi l-SMEs. Madankollu, jistgħu jirriżultaw xi limitazzjonijiet meta jkun meħtieġ investiment ekonomiku sostanzjali biex jiġu adottati sistemi ta' tindif aktar sofistikati.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||||||||||||
|
— |
3.1.5. Titjib fl-operazzjonijiet ta' trasport u distribuzzjoni
Il-BEMP hija li jittejjeb l-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet tat-trasport u dawk loġistiċi, minn livell aktar strateġiku/ġenerali sa kunsiderazzjonijiet operattivi, permezz ta':
— |
akkwist ekoloġiku u rekwiżiti ambjentali għall-fornituri tat-trasport; |
— |
monitoraġġ u rappurtar dwar l-effiċjenza għall-operazzjonijiet kollha tat-trasport u dawk loġistiċi; |
— |
integrazzjoni tal-effiċjenza fit-trasport f'deċiżjonijiet dwar xiri u d-disinn tal-imballaġġ; |
— |
ċaqliqa lejn modi ta' trasport aktar effiċjenti (eż. bil-ferrovija, marittimu); |
— |
ottimizzazzjoni tal-imħażen (jiġifieri iżolament termiku, post, ġestjoni); |
— |
ottimizzazzjoni tar-rotta (għat-trasport bit-triq): ottimizzazzjoni tan-netwerk tar-rotot, ippjanar tar-rotot, użu ta' telematika u taħriġ tas-sewwieqa; |
— |
minimizzar tal-impatt ambjentali tal-vetturi tat-toroq permezz ta' deċiżjonijiet ta' xiri u modifiki b'installazzjoni suċċessiva (eż. xiri ta' vetturi li jaħdmu bl-elettriku għal konsenji lokali jew konverżjoni ta' magni għal gass naturali u bijogass għal trakkijiet ikbar). |
Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb, inklużi l-SMEs. Madankollu, xi wħud mill-miżuri speċifiċi elenkati hawn fuq jistgħu ma jkunux rilevanti jekk il-kumpanija ma tiġġestix jew ma għandha l-ebda influwenza fuq l-attivitajiet speċifiċi relatati fil-qasam tat-trasport u l-loġistika.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||||||||||||||||||||||
|
|
3.1.6. Titjib tal-iffriżar u r-refriġerazzjoni
Il-BEMP hija li jittejjeb it-tagħmir u l-proċeduri eżistenti tar-refriġerazzjoni u l-iffriżar permezz ta':
— |
l-għażla ta' temperatura adatta bbażata fuq il-ħtiġijiet tal-prodotti li huma rrefriġerati jew iffriżati; |
— |
it-tkessiħ minn qabel ta' prodotti jaħarqu/sħan qabel jitqiegħdu fit-tagħmir tat-tkessiħ; |
— |
l-imminimizzar tal-volum ta' prodotti jew ingredjenti miżmuma f'konservazzjoni mkessħa; |
— |
l-evitar ta' tnixxija tat-temperatura eż. permezz ta' siġilli tal-bibien, bis-saħħa tal-użu ta' bibien b'veloċità għolja u ta' purtieri tal-arja, u billi jingħataw informazzjoni u taħriġ lill-persunal; |
— |
il-ġbir sistematiku ta' data dwar it-tkessiħ ta' tagħbijiet, użu tal-enerġija u rati ta' tnixxija u l-istabbiliment ta' pjan ta' spezzjoni u manutenzjoni regolari għat-tagħmir tat-tkessiħ. |
Meta t-tagħmir ta' ffriżar u refriġerazzjoni jitejjeb jew meta jitfasslu u jinbnew faċilitajiet ġodda hija l-BEMP li:
— |
tibdel minn idrofluworokarburi (HFCs) għal refriġeranti b'potenzjal ta' tisħin globali aktar baxx (eż. refriġeranti naturali); |
— |
tiftiehem dwar “garanzija tal-ebda tnixxija” pluriennali mal-fornitur tat-tagħmir; |
— |
tirkupra u tuża mill-ġdid is-sħana mormija ġġenerata mill-unità ta' refriġerazzjoni jew minn proċessi oħra li jiġġeneraw sħana mormija (eż. proċessi ta' produzzjoni); |
— |
tagħżel tagħmir, sistemi ta' kontroll u tqassim tal-impjant (jiġifieri l-post u l-arranġament taż-żoni b'temperaturi differenti) li jippermettu konsum tal-enerġija minimu u jevitaw telf ta' temperatura u tnixxijiet refriġeranti. |
Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb, inklużi l-SMEs. Xi limitazzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' kull waħda mill-miżuri elenkati hawn fuq jistgħu jirriżultaw minn rekwiżiti tal-proċess jew tal-prodott speċifiċi.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||||||||||
|
|
3.1.7. Applikazzjoni ta' ġestjoni tal-enerġija u ta' titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-operazzjonijiet kollha
Il-BEMP hija li l-użu tal-enerġija jkun ġestit fl-operazzjonijiet kollha tal-kumpanija permezz ta':
— |
l-istabbiliment ta' sistema ta' ġestjoni tal-enerġija (EnMS) komprensiva bħall-ISO 50001 (15), bħala parti minn sistema ta' ġestjoni ambjentali bħall-EMAS; |
— |
l-installazzjoni ta' arloġġi (jew arloġġi intelliġenti) fil-livell ta' proċess individwali biex jiġi żgurat monitoraġġ preċiż tal-enerġija; |
— |
it-twettiq ta' awditjar u monitoraġġ regolari tal-enerġija biex jiġu identifikati l-ixprunaturi ewlenin tal-użu tal-enerġija (fil-livell tal-proċess); |
— |
l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija adatti għall-proċessi kollha f'faċilità, b'mod partikolari billi jiġu meqjusa sinerġiji potenzjali fid-domanda għas-sħana, il-kesħa u l-fwar; |
— |
l-investigazzjoni u, jekk possibbli, l-isfruttar ta' sinerġiji għall-produzzjoni u l-użu tal-elettriku, is-sħana, il-kesħa u l-fwar ma' faċilitajiet fil-viċin (jiġifieri simbjożi industrijali). |
Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb, inklużi l-SMEs.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||||||||||||||||||
|
|
3.1.8. L-integrazzjoni ta' enerġija rinnovabbli fil-proċessi tal-manifattura
Il-BEMP hija li l-użu ta' enerġija rinnovabbli jiġi integrat fil-produzzjoni ta' ikel u xorb. B'mod speċifiku, il-BEMP hija li tmur lil hinn mill-użu tal-elettriku rinnovabbli u li d-domanda għas-sħana ta' proċessi tal-produzzjoni tiġi ssodisfata (wara l-implimentazzjoni ta' miżuri biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u terġa' tintuża sħana mormija, kif imsemmi fit-Taqsima 3.1.7) bi sħana rinnovabbli (jiġifieri minn sistemi ta' tisħin solari, bijomassa u bijogass) minflok sħana mhux rinnovabbli. L-għażla tas-sors ta' sħana rinnovabbli tiddependi fuq il-kundizzjonijiet lokali, eż. jekk humiex disponibbli bijomassa prodotta lokalment u materja prima adatta għall-produzzjoni tal-bijogass u/jew jekk ir-radjazzjoni solari annwali hix konsiderabbli.
Il-prinċipju ta' din il-BEMP huwa applikabbli għal dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb, inklużi l-SMEs. Madankollu, is-sistemi tas-sħana rinnovabbli jserrħu fuq id-disponibbiltà ta' sors ta' enerġija rinnovabbli lokali adatt u r-rekwiżiti ta' sħana u ta' temperatura tal-proċessi ta' produzzjoni. Barra minn hekk, il-modifika b'installazzjoni suċċessiva ta' faċilità tal-produzzjoni diġà eżistenti bi sħana rinnovabbli tirrikjedi analiżi tal-fattibbiltà teknika ddettaljata b'kunsiderazzjoni tat-tqassim attwali u l-limitazzjonijiet tal-proċessi ta' produzzjoni attwali.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||||||
|
|
3.1.9. L-evitar ta' skart alimentari f'operazzjonijiet ta' manifattura
Il-BEMP hija li titnaqqas il-ġenerazzjoni ta' skart alimentari fil-faċilità ta' produzzjoni billi jiġi identifikat ir-rimi kollu li jista' jiġi evitat b'approċċi bħal:
— |
Manutenzjoni Produttiva Totali: involviment tal-persunal fil-livelli u l-funzjonijiet kollha biex tiġi massimizzata l-effettività globali tat-tagħmir ta' produzzjoni; |
— |
Kaizen: fokus fuq titjib kontinwu fit-tnaqqis ta' skart alimentari fejn jiġi identifikat u realizzat l-iffrankar li huwa faċli li jinkiseb (jiġifieri, rebħ faċli, frott fil-baxx); |
— |
Value Stream Mapping: titjib fil-viżibbiltà ta' proċessi li jżidu fil-valur u li ma jżidux fil-valur sabiex jiġu enfasizzati sorsi ta' skart. |
Bl-użu ta' dawn l-approċċi, l-iskart alimentari jista' jitnaqqas billi jiġu implimentati dawn li ġejjin:
— |
kampanji ta' sensibilizzazzjoni/involviment tal-persunal; |
— |
analiżi tal-għażliet ta' prodotti u konsegwentement tnaqqis ta' telf fl-inventarju; |
— |
imballaġġ lest għall-produzzjoni biex jitnaqqas it-telf ta' ingredjenti mhux misjura; |
— |
akkwist u konsenja eżatt fil-ħin ta' materja prima; |
— |
viżibbiltà aħjar tal-kwantitajiet mormija ġġenerati permezz ta' awditi tal-iskart; |
— |
ottimizzazzjoni tar-riżultati tal-produzzjoni; |
— |
spostament lil hinn mill-approċċ tradizzjonali tal-fornitur li “jimbotta” għal sistema tal-konsumatur li “jiġbed” biex tiġi żgurata produzzjoni li tirrifletti d-domanda; |
— |
inkoraġġiment ta' ekonomija domestika aktar nadifa u ta' standards ta' ndafa. |
Barra minn hekk, hija BEMP li jkun hemm rappurtar pubbliku dwar il-ġenerazzjoni ta' skart alimentari u dwar l-attivitajiet li jeżistu u dawk ippjanati għall-futur fir-rigward tal-prevenzjoni tal-iskart, kif ukoll li jiġu identifikati miri f'dan il-qasam u jiġu ppjanati attivitajiet adatti biex jinkisbu dawn il-miri.
Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb, inklużi l-SMEs.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||
|
— |
3.1.10. Kunsiderazzjoni tad-Dokument ta' Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli fl-Industriji tal-Ikel, tax-Xorb u tal-Ħalib (FDM BREF)
Hija BEMP għal dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb (kodiċijiet 10 u 11 tan-NACE) li jimplimentaw l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) jew tekniki oħra li jistgħu jiksbu livell ta' prestazzjoni ambjentali ekwivalenti jew ogħla, u li jikkunsidraw it-tekniki emerġenti rilevanti ppreżentati fid-“Dokument ta' Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli fl-Industriji tal-Ikel, tax-Xorb u tal-Ħalib (FDM BREF)” (18).
Il-BEMP għandha timmira għall-aktar għan impenjattiv tal-Livelli ta' Emissjoni (jew Prestazzjoni Ambjentali) Assoċjati mal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT-AE(P)Ls).
Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jammanifatturaw l-ikel u x-xorb, inklużi l-SMEs, diment li l-Aqwa Tekniki Disponibbli u t-tekniki emerġenti jkunu rilevanti għall-attivitajiet u l-proċessi tal-kumpanija. Għalkemm il-BAT u l-BAT-AE(P)Ls relatati deskritti fl-FDM BREF ġew identifikati għal installazzjonijiet industrijali kbar, b'mod wiesa' dawn huma rilevanti u ta' spiss applikabbli anki għal siti ta' produzzjoni industrijali iżgħar. Madankollu, l-applikabbiltà u r-rilevanza ta' kwalunkwe teknika speċifika għal kumpanija speċifika għandhom jiġu vvalutati fuq bażi ta' każ b'każ. Pereżempju, il-biċċa l-kbira tat-tekniki ma jkunux applikabbli għal kumpaniji li jkunu qed jipproduċu fuq skala żgħira ħafna f'faċilità mhux industrijali.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||||
|
|
3.2. L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fl-ipproċessar tal-kafè
Din it-taqsima hija mmirata lejn il-kumpaniji li jipproċessaw il-kafè (kodiċi 10.83 tan-NACE).
3.2.1. Tnaqqis fl-użu tal-enerġija permezz tal-adozzjoni ta' tisħin minn qabel tal-kafè aħdar fl-inkaljar tal-kafè f'lottijiet
Il-BEMP hija li l-kafeni jissaħħnu minn qabel immedjatament qabel l-operazzjoni tal-inkaljar billi jiġu rriċirkolati l-gassijiet tal-eġżost mill-inkaljar tal-lott preċedenti. Din it-teknika biex tiġi ffrankata l-enerġija tista' tiġi kkombinata ma' tekniki oħra għall-iffrankar tal-enerġija, bħall-użu mill-ġdid parzjali tal-gassijiet tal-inkaljar fl-istess sistema ta' inkaljar direttament (inkaljaturi b'riċirkolazzjoni) jew permezz ta' skambjatur tas-sħana, jew billi l-gassijiet tal-inkaljar jintużaw biex jiġi prodott ilma sħun jew għat-tisħin tal-post.
Din il-BEMP hija applikabbli meta tkun qed tiġi ppjanata l-installazzjoni ta' kwalunkwe inkaljatur tal-kafè ġdid f'lottijiet iżda tista' tirrikjedi spazju konsiderevoli u/jew rinforz tal-istruttura tal-bini. Huwa wkoll possibbli li inkaljatur eżistenti jiġi modifikat u mgħammar bi preheater; madankollu, dan huwa aktar kumpless mill-installazzjoni ta' preheater tal-kafè f'inkaljatur tal-kafè ġdid minħabba kostijiet, ħtiġijiet ta' spazju, xogħol ta' kostruzzjoni, eċċ. L-applikabbiltà ta' din il-BEMP għall-SMEs tista' tkun limitata minħabba l-investiment ekonomiku sostanzjali meħtieġ.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||||||
|
|
3.3. L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura taż-żejt taż-żebbuġa
Din it-taqsima hija mmirata lejn il-kumpaniji li jimmanifatturaw iż-żejt taż-żebbuġa (kodiċi 10.41 tan-NACE).
3.3.1. Minimizzar tal-konsum tal-ilma fis-separazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa
Waqt is-separazzjoni (magħrufa wkoll bħala kjarifikazzjoni jew illostrar) taż-żejt taż-żebbuġa mill-partikoli fini u l-ilma li jkun baqa', il-BEMP hija li tintuża magna ċentrifuga vertikali li timminimizza l-użu tal-ilma. Il-kwantità ta' ilma użat għandha tinżamm għall-ammont minimu meħtieġ biex tinkiseb il-kompożizzjoni finali mixtieqa taż-żejt taż-żebbuġa.
Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jimmanifatturaw iż-żejt taż-żebbuġa, inklużi l-SMEs. L-ammont ta' ilma meħtieġ fil-fażi tas-separazzjoni jiddependi ħafna fuq il-kwalità taż-żejt li jkun ġej mid-dikanter.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||
|
|
3.3.2. Tnaqqis fil-ħasil taż-żebbuġ mal-wasla
Il-BEMP hija li titnaqqas il-ħtieġa li ż-żebbuġ jinħasel qabel ma jiġi pproċessat f'żejt taż-żebbuġa. Dan jista' jkun possibbli, pereżempju, jekk iż-żebbuġ jinqata' mis-siġar. Għal dan il-għan, dawk li jimmanifatturaw iż-żejt taż-żebbuġa jistgħu jistabbilixxu kooperazzjoni adatta mal-bdiewa li jipprovdu ż-żebbuġ.
L-adozzjoni ta' miżuri adatti għar-riċiklaġġ tal-ilma li xorta huwa meħtieġ biex jinħasel iż-żebbuġ tista' twassal għal aktar iffrankar tal-ilma.
Din il-BEMP hija applikabbli għal firxa wiesgħa ta' mtieħen taż-żejt taż-żebbuġa:
— |
imtieħen taż-żejt żgħar (li jipproċessaw żebbuġ imkabbar fuq is-siġar taż-żebbuġ tagħhom stess): dawn il-kumpaniji jikkontrollaw il-proċess kollu tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa (mill-produzzjoni taż-żebbuġ sal-bejgħ lill-konsumatur) u għalhekk jistgħu jimplimentaw direttament il-miżuri biex ifornu żebbuġ nadif lill-mitħna; |
— |
produtturi industrijali taż-żejt taż-żebbuġa (li jipproċessaw żebbuġ fornut permezz ta' kuntratt adatt mal-bdiewa): jistgħu jiġu offruti prezzijiet differenti għaż-żebbuġ ikkonsenjat, skont (fost parametri oħra) il-livell ta' kemm ikun maħmuġ iż-żebbug; |
— |
kooperattivi (li jipproċessaw iż-żebbuġ tal-membri tagħhom): dawn l-organizzazzjonijiet jistabbilixxu ftehimiet differenti fost il-membri tagħhom u fil-parametri maqbula jista' jiġi inkluż livell baxx ta' kemm iż-żebbuġ ikun maħmuġ jew ċerti prassi għall-qtugħ. |
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||
|
|
3.4. L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tas-soft drinks
Din it-taqsima hija mmirata lejn il-kumpaniji li jimmanifatturaw is-soft drinks (kodiċi 11.07 tan-NACE).
3.4.1. L-użu ta' blowers fl-istadju tat-tnixxif tal-fliexken/l-imballaġġ
Il-BEMP hija li jkunu installati blowers żgħar b'veloċità għolja u mfassla sew fil-punt tal-użu (fl-istadji tat-tnixxif tal-bottijiet/fliexken u f'sistemi ta' tlaħliħ li jonizzaw l-arja) li jistgħu jissostitwixxu dryers ibbażati fuq l-arja kkompressata.
Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk li jimmanifatturaw is-soft drinks, li jlaħalħu jew inixxfu bl-ajra l-bottijiet jew il-fliexken qabel jimlewhom. Din il-BEMP hija applikabbli għall-SMEs.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||
|
— |
3.5. L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tal-birra
Din it-taqsima hija mmirata lejn il-kumpaniji li jimmanifatturaw il-birra (kodiċi 11.05 tan-NACE).
3.5.1. It-tnaqqis tal-użu tal-enerġija fit-togħlija tal-most tal-birra
Dawk li jimmanifatturaw il-birra jistgħu jnaqqsu l-użu ta' enerġija waqt it-togħlija tal-most tal-birra billi:
— |
jimplimentaw tisħin minn qabel tal-most tal-birra bi sħana rkuprata mill-ikkondensar tal-fwar tal-most tal-birra bis-saħħa tal-użu ta' sistema ta' ħażna ta' enerġija; |
— |
inaqqsu r-rati ta' evaporazzjoni waqt it-togħlija (eż. permezz ta' sistemi tat-togħlija b'żewġ fażijiet, togħlija dinamika bi pressjoni baxxa) sakemm it-togħma tal-birra tippermetti l-adozzjoni ta' din is-soluzzjoni. |
Din il-BEMP hija applikabbli b'mod wiesa' għal dawk kollha li jimmanifatturaw il-birra, inklużi l-SMEs.
L-adozzjoni ta' tisħin minn qabel tal-most tal-birra hija applikabbli għal birreriji ġodda, diment li ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni ta' spazju biex jiġi installat it-tagħmir meħtieġ. Fil-każ ta' impjanti eżistenti għandu jsir studju ekonomiku biex tiġi vvalutata l-opportunità li tinbidel l-installazzjoni għat-togħlija tal-most tal-birra.
It-tnaqqis tar-rati ta' evaporazzjoni mhix adattata għat-tipi kollha ta' birra billi tinfluwenza l-karatteristiċi organolettiċi tal-birra. Meta jiġi implimentat, jeħtieġ li jkun ikkunsidrat fid-dawl tal-proċess sħiħ tal-produzzjoni tal-birra u applikat b'mod li jkun adatt għall-prodott speċifiku.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||||||||||
|
|
3.5.2. Bidla minn sistemi ta' fermentazzjoni bil-lott għal dik kontinwa
Il-BEMP hija li jkun hemm bidla minn sistemi ta' fermentazzjoni bil-lott għal waħda kontinwa għall-iffrankar tal-enerġija u l-ilma. Possibbiltà waħda hija li tintuża sistema kontinwa b'erba' tankijiet li tkun tikkonsisti fi tliet tankijiet aġitati u r-raba' wieħed mhux aġitat, fejn il-birra tkun separata mill-ħmira. Mill-aħħar tank, il-birra ċċarata tgħaddi għal tank ta' maturazzjoni bis-sħana fejn l-aroma hija rfinata b'azzjoni tal-ħmira.
Hemm xi limitazzjonijiet fuq l-applikabbiltà ta' din il-BEMP. It-teknika hija l-iktar fattibbli għal operazzjonijiet ta' fabbrikazzjoni tal-birra fuq skala kbira. Barra minn hekk, il-bidla għal fabbrikazzjoni tal-birra kontinwa jista' jkollha effetti fuq il-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott finali u tista' ma tkunx adatta għat-tipi ta' birra kollha.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||
|
— |
3.5.3. Irkupru ta' CO2 fil-produzzjoni tal-birra
Il-BEMP hija li s-CO2 ġġenerat waqt il-produzzjoni tal-birra jiġi rkuprat mill-uċuħ tat-tankijiet/ir-reċipjenti tal-fermentazzjoni, ir-reċipjenti tal-maturazzjoni u t-tankijiet tal-birra ffiltrata. Is-CO2 jista' mbagħad jiġi mnaddaf, purifikat u kkompressat għal ħażna. Aktar tard jista' jintuża internament f'numru ta' operazzjonijiet ta' fabbrikazzjoni tal-birra, eż. karbonizzazzjoni u bbottiljar, kif ukoll mibjugħ jew ipprovdut għal applikazzjonijiet oħra, fil-qafas ta' simbjożi industrijali.
Din il-BEMP tista' tiġi adattata għall-iskali kollha ta' produzzjoni tal-birra. Madankollu, il-mikrobirreriji u l-birreriji żgħar (20) jistgħu ma jarawhiex attraenti minħabba l-kostijiet tal-investimenti u l-kumplessità tas-sistema biex jiġi rkuprat is-CO2 ġġenerat.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||||||
|
|
3.6. L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam u tal-laħam tat-tjur
Din it-taqsima hija mmirata lejn il-kumpaniji li jipproduċu prodotti tal-laħam u tal-laħam tat-tjur (kodiċi 10.13 tan-NACE).
3.6.1. Ipproċessar taħt pressjoni għolja għad-dekontaminazzjoni tal-laħam
Il-BEMP hija li jintuża pproċessar taħt pressjoni għolja għall-proċessi ta' pasturizzazzjoni u tisjir fil-produzzjoni ta' prodotti tal-laħam u tal-laħam tat-tjur, biex jitnaqqas l-użu tal-enerġija. Pressjonijiet għolja jistgħu jintużaw b'mod differenti għal:
— |
sostituzzjoni tal-pasturizzazzjoni termali; |
— |
tnaqqis tal-istadju tat-tisjir: bl-użu ta' pressjonijiet għolja, l-istadju tat-tisjir jista' jitnaqqas peress li l-pasturizzazzjoni kompleta ssir waqt l-istadju tal-pasturizzazzjoni tal-ipproċessar taħt pressjoni għolja. |
Din il-BEMP hija applikabbli għall-produtturi kollha tal-prodotti tal-laħam u tal-laħam tat-tjur, inklużi SMEs. Madankollu, il-kostijiet ta' investiment għax-xiri tat-tagħmir huma għolja u jistgħu jiskoraġġixxu lill-SMEs. Meta dan ikun il-każ, u jekk ikun disponibbli, l-SMEs jistgħu jużaw servizz ta' kera għall-ipproċessar taħt pressjoni għolja.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||||
|
|
3.7. L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tal-meraq tal-frott
Din it-taqsima hija mmirata lejn kumpaniji li jimmanifatturaw il-meraq tal-frott (kodiċi 10.32 tan-NACE).
3.7.1. Użu b'valur miżjud ta' residwi tal-frott
Hija l-BEMP li r-residwi tal-frott tal-proċess tal-produzzjoni jintremew billi tiġi segwita l-kaskata ta' prijorità:
— |
l-irkupru ta' prodotti prezzjużi, kull meta jkun fattibbli: eż. pektin (minn residwi taċ-ċitru u tal-ħawħ), sustanzi kimiċi fini (beta-karotenojdi minn residwi tal-karrotti) u ingredjenti alimentari multifunzjonali (minn residwi ta' karrotti, larinġ u tuffieħ) li jistgħu jintużaw fi prodotti moħmija. |
— |
l-użu tar-residwi tal-frott bħala għalf għall-annimali, jekk ikun hemm xi produtturi ta' bhejjem ħajjin jew produtturi tal-għalf tal-annimali lokali interessati f'dan il-prodott sekondarju. |
— |
l-użu tar-residwi tal-frott bħala ko-sottostrat tad-diġestjoni anaerobika f'impjant tad-diġestjoni anaerobika diġà eżistenti fil-viċin jew il-pjan tal-kostruzzjoni ta' sistema ta' diġestjoni anaerobika ġdida flimkien ma' organizzazzjonijiet fil-viċin li jipproduċu skart organiku li jista' jiġi pproċessat f'impjant ta' diġestjoni anaerobika (eż. bdiewa li jrabbu l-bhejjem). |
Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jimmanifatturaw il-meraq tal-frott, inklużi l-SMEs, diment li l-kundizzjonijiet lokali (eż. disponibbiltà ta' bhejjem ħajjin lokali biex jingħalfu, preżenza ta' impjanti ta' diġestjoni anaerobika) jippermettu l-implimentazzjoni tal-opzjonijiet elenkati hawn fuq.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||
|
|
3.8. L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali f'operazzjonijiet biex isir il-ġobon
Din it-taqsima hija mmirata lejn il-kumpaniji li jipproduċu l-ġobon (kodiċi 10.51 tan-NACE).
3.8.1. Irkupru ta' xorrox
Il-BEMP hija li jiġi rkuprat ix-xorrox kollu mill-produzzjoni tal-ġobon u li jintuża f'applikazzjonijiet ġodda, skont il-lista ta' prijorità li ġejja:
— |
ikkonċentra, iffiltra u/jew evapora x-xorrox biex jiġi prodott trab tax-xorrox, konċentrat tal-proteina tax-xorrox (WPC, whey protein concentrate), lattożju u prodotti sekondarji oħra; |
— |
immanifattura prodotti tax-xorrox maħsuba għall-konsum mill-bniedem bħal ġobnijiet tax-xorrox jew xorb tax-xorrox; |
— |
għalef ix-xorrox lill-annimali, użah bħala fertilizzant jew ipproċessah f'impjant ta' diġestjoni anaerobika. |
Din il-BEMP hija applikabbli għall-produtturi tal-ġobon kollha inklużi l-SMEs, diment li l-kundizzjonijiet lokali (eż. ġenerazzjoni suffiċjenti ta' xorrox għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' konċentrazzjoni tax-xorrox, domanda mis-suq għal prodotti bbażati fuq ix-xorrox, disponibbiltà ta' bhejjem ħajjin biex jiġu magħlufa) jippermettu l-implimentazzjoni tal-opzjonijiet elenkati hawn fuq.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||||
|
|
3.9. L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tal-ħobż, tal-gallettini u tal-kejkiet
Din it-taqsima hija mmirata lejn il-kumpaniji li jipproduċu ħobż, gallettini u kejkijiet (kodiċijiet 10.71 u 10.72 tan-NACE).
3.9.1. Skemi għat-tnaqqis tal-iskart ta' ħobż mhux mibjugħ
Il-BEMP hija li jiġu stabbiliti skemi adatti ta' “teħid lura” tal-ħobż fejn il-ħobż li ma jinbiegħx fil-punti tal-bejgħ jittieħed lura lejn il-forn fejn kien prodott. Il-ħobż miġbur jinħażen fil-forn u jista' jiġi pproċessat fi frak tal-ħobż u dumplings jew jista' jinġabar minn kumpaniji liċenzjati (eż. organizzazzjonijiet tal-karità jew soċjali jekk il-ħobż ikun għadu tajjeb għal konsum mill-bniedem hekk kif inhu), jew jista' jintuża għal finijiet oħra (eż. għalf tal-annimali). Il-ġbir ta' ħobż minn kumpaniji liċenzjati jista' jseħħ ukoll direttament fil-punti tal-bejgħ.
Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jimmanifatturaw il-ħobż, inklużi l-SMEs. Il-fran li ma jikkonsenjawx ħobż f'punti tal-bejgħ 'il bogħod jistgħu direttament jimplimentaw il-miżuri elenkati hawn fuq, mingħajr ma jkollhom għalfejn jistabbilixxu skema ta' teħid lura ta' ħobż. Skont l-użu li huwa ppjanat għalih il-ħobż ritornat, għandhom jiġu żgurati t-trattament, it-trasport u l-ħażna adatti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' iġjene.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||||||
|
|
3.9.2. Minimizzar tal-konsum tal-enerġija għall-ħami
Il-BEMP hija li jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija għall-ħami jew billi l-fran eżistenti jiġu mħaddma bl-aktar mod effiċjenti fl-użu tal-enerġija jew billi jintgħażel l-aktar forn effiċjenti biex jaqdi l-bżonnijiet ta' ħami speċifiċi abbażi ta': rekwiżiti ta' produzzjoni, sorsi ta' enerġija, limitazzjonijiet ta' spazju, rekwiżiti ta' temperatura, mod ta' ħidma u mod ta' trasferiment tas-sħana.
Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jimmanifatturaw il-ħobż, gallettini u kejkijiet, inklużi l-SMEs.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||||||
|
— |
3.10. L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali fil-manifattura tal-inbid
Din it-taqsima hija mmirata lejn il-kumpaniji li jipproduċu l-inbid (kodiċi 11.02 tan-NACE).
3.10.1. Tnaqqis tal-użu tal-ilma, ġenerazzjoni ta' skart organiku u użu tal-enerġija f'fabbriki tal-inbid
Il-BEMP hija li:
— |
jitnaqqas il-konsum tal-ilma fil-fabbrika tal-inbid billi jittejbu l-operazzjonijiet ta' tindif (Taqsima 3.1.4) u jiġi installat tagħmir effiċjenti ħafna fl-użu tal-ilma; |
— |
jiġi implimentat approċċ strateġiku ta' effiċjenza fl-użu tar-riżorsi għar-residwi organiċi ġġenerati fil-fabbrika tal-inbid, inklużi azzjonijiet, imfassla għall-każ speċifiku, bħal: it-trasformazzjoni ta' prodotti sekondarji fi prodotti għall-konsum mill-bniedem (eż. distillazzjoni għall-alkoħol mir-residwi tal-għeneb); spostament ta' fertilizzanti sintetiċi bis-saħħa ta' kkompostar; rkupru ta' enerġija f'impjanti ta' tisħin, tkessiħ u enerġija kkombinati (Taqsima 3.1.8); |
— |
tnaqqis fil-konsum tal-enerġija billi:
|
Din il-BEMP hija applikabbli għal dawk kollha li jimmanifatturaw il-inbid, inklużi l-SMEs. Madankollu, hemm xi limitazzjonijiet għal numru mill-miżuri deskritti hawn fuq għal fabbriki tal-inbid eżistenti, fejn l-applikabbiltà tiddependi fuq il-proċessi tal-produzzjoni speċifiċi diġà fis-seħħ.
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza assoċjati
Indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
||||||||
|
— |
4. INDIKATURI EWLENIN TAL-PRESTAZZJONI AMBJENTALI SPEĊIFIĊI GĦAS-SETTUR IRRAKKOMANDATI
It-tabella li ġejja telenka għażla ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ambjentali għas-settur tal-ikel u x-xorb. Dawn huma subsett tal-indikaturi kollha msemmija fil-Taqsima 3. It-tabella hija maqsuma skont il-grupp taħt mira, skont l-istruttura ta' dan id-dokument:
— |
indikaturi ewlenin għal dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb; |
— |
indikaturi ewlenin addizzjonali għal diversi sottosetturi fi ħdan is-settur tal-manifattura tal-ikel u x-xorb, jiġifieri:
|
Indikatur |
Unità komuni |
Grupp prinċipali taħt mira |
Deskrizzjoni qasira |
Livell minimu ta' monitoraġġ irrakkomandat |
Indikatur ewlieni relatat skont l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 (Taqsima C.2.) |
Il-punti ta' riferiment ta' eċċellenza |
L-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali relatata |
DAWK KOLLHA LI JIMMANIFATTURAW L-IKEL U X-XORB (KODIĊIJIET 10 U 11 TAN-NACE) |
|||||||
Il-perċentwal ta' siti jew prodotti totali vvalutati bl-użu ta' protokoll ta' valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali rikonoxxut. |
% |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
Siti tal-produzzjoni (jiġifieri proċessi tal-produzzjoni) u prodotti li huma vvalutati bl-użu ta' valutazzjonijiet tal-immarkar tal-karbonju u/jew taċ-ċiklu tal-ħajja (LCAs) diviżi bin-numru totali ta' siti tal-produzzjoni u prodotti. |
Livell tal-kumpanija |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija Effiċjenza fl-użu tal-materjal Ilma Skart Bijodiversità Emissjonijiet |
Valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali mifruxa mal-kumpanija kollha li tkopri l-operazzjonijiet kollha hija implimentata. Valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali għall-prodotti ġodda kollha li qed jiġu żviluppati hija mwettqa. |
BEMP 3.1.1 |
Perċentwal ta' ingredjenti jew prodotti li jissodisfaw il-kriterji ta' sostenibbiltà speċifiċi tal-kumpanija jew li jikkonformaw ma' standards ta' sostenibbiltà eżistenti |
% |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
Numru jew valur f'euro ta' ingredjenti jew prodotti mixtrija li jissodisfaw il-kriterji ta' sostenibbiltà speċifiċi tal-kumpanija jew li jikkonformaw ma' standards ta' sostenibbiltà eżistenti diviżi bin-numru jew il-valur totali ta' ingredjenti jew prodotti mixtrija |
Livell tal-kumpanija |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija Effiċjenza fl-użu tal-materjal Ilma Skart Bijodiversità Emissjonijiet |
— |
BEMP 3.1.2 |
Perċentwal ta' fornituri involuti fi programmi ta' titjib sostenibbli |
% |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
Numru ta' fornituri involuti fi programmi ta' sostenibbiltà (biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom) min-numru totali ta' fornituri. Dan l-indikatur jista' jiġi kkalkulat ukoll abbażi tal-valur f'euro tal-prodotti fornuti mill-fornituri involuti fi programmi ta' sostenibbiltà (biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom) mill-valur totali ta' prodotti fornuti |
Livell tal-kumpanija |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija Effiċjenza fl-użu tal-materjal Ilma Skart Bijodiversità Emissjonijiet |
— |
BEMP 3.1.2 |
Emissjonijiet ta' CO2 relatati mal-imballaġġ għal kull unità ta' piż/volum ta' prodott immanifatturat |
Imballaġġ gCO2eq/g ta' prodott Imballaġġ gCO2eq/mL ta' prodott |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
CO2eq relatat mal-imballaġġ għal kull unità ta' piż jew volum ta' prodott immanifatturat ikkalkulat bis-saħħa tal-użu ta' għodda tal-ekodisinn għad-disinn tal-imballaġġ |
Ammonti għal kull prodott |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
Fl-iddisinjar tal-imballaġġ tintuża għodda tal-ekodisinn biex jiġu identifikati opzjonijiet b'impatt ambjentali baxx. |
BEMP 3.1.3 |
Enerġija relatata mat-tindif għal kull unità ta' produzzjoni |
kWh/kg kWh/L kWh/numru ta' prodotti |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
L-enerġija (sħana u elettriku) użata għal operazzjonijiet ta' tindif diviża bl-ammont ta' output tal-prodott espress f'piż, volum jew numru ta' prodotti |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
— |
BEMP 3.1.4 |
Użu ta' ilma relatat mat-tindif għal kull unità ta' produzzjoni |
m3/kg m3/L m3/numru ta' prodotti |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
L-ilma użat għal operazzjonijiet ta' tindif diviż bl-ammont ta' output tal-prodott espress f'piż, volum jew numru ta' prodotti |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Ilma |
— |
BEMP 3.1.4 |
Ammont ta' prodott tat-tindif użat għal kull unità ta' produzzjoni |
kg/kg kg/L kg/numru ta' prodotti m3/kg m3/L m3/numru ta' prodotti |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
Massa jew volum ta' prodotti tat-tindif (eż. soda kawstika) diviżi bl-ammont ta' output tal-prodott espress f'piż, volum jew numru ta' prodotti |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Effiċjenza fl-użu tal-materjal Emissjonijiet |
— |
BEMP 3.1.4 |
Emissjonijiet ta' GHG tat-trasport speċifiċi għal kull kwantità tal-prodott |
kg CO2eq/m3 kg CO2eq/tunnellata kg CO2eq/pallet kg CO2eq/kaxxa |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
It-total ta' CO2eq emess waqt it-trasport diviż bil-piż jew il-volum jew in-numru ta' pallets/kaxxi (skont ir-rilevanza) ttrasportati |
Livell tal-kumpanija |
Effiċjenza fl-użu tal-materjal Emissjonijiet |
Għal 100 % tal-operazzjonijiet ta' trasport u loġistika (inklużi fornituri ta' parti terza), l-indikaturi li ġejjin huma rrapurtati: % ta' trasport permezz ta' modi differenti; kg CO2eq għal kull m3/pallet eċċ. ikkonsenjati. |
BEMP 3.1.5 |
Emissjonijiet ta' GHG tat-trasport speċifiċi għal kull kwantità ta' prodott u distanza |
kg CO2eq/tunnellata/km |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
CO2eq totali emess waqt it-trasport diviż bil-piż tal-prodott ittrasportat u d-distanza vvjaġġata. |
Livell tal-kumpanija |
Effiċjenza fl-użu tal-materjal Emissjonijiet |
Għal operazzjonijiet ta' trasport u loġistika interni, l-indikaturi li ġejjin huma rrapurtati: il-fattur tat-tagħbija tat-trakk (% ta' piż jew kapaċità tal-volum); kg CO2eq għal kull t·km. |
BEMP 3.1.5 |
Perċentwal ta' trasport permezz ta' modi differenti |
% |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
Perċentwal ta' modi ta' trasport differenti (eż. bit-triq, bil-ferrovija, marittimu, bl-ajru) fit-total tal-attivitajiet ta' trasport. Il-perċentwal tat-trasport skont il-mod jista' jiġi kkalkulat abbażi tat-tunnellata għal kull km jew il-valur tal-bejgħ. |
Livell tal-kumpanija |
Effiċjenza fl-użu tal-materjal Emissjonijiet |
Għal 100 % tal-operazzjonijiet ta' trasport u loġistika (inklużi fornituri ta' parti terza), l-indikaturi li ġejjin huma rrapurtati: % ta' trasport permezz ta' modi differenti; kg CO2eq għal kull m3/pallet eċċ. ikkonsenjati. |
BEMP 3.1.5 |
Fattur tat-tagħbija għat-trasport ta' merkanzija |
% ta' kapaċità ta' piż (kg) % ta' kapaċità ta' volum (m3) |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
Tagħbija totali użata (piż jew volum) diviża bit-tagħbija disponibbli totali (piż jew volum) għall-mezz ta' trasport użat għat-trasport tal-prodotti |
Livell tal-kumpanija |
Effiċjenza fl-użu tal-materjal Emissjonijiet |
Għal operazzjonijiet ta' trasport u loġistika interni, l-indikaturi li ġejjin huma rrapurtati: fattur tat-tagħbija għat-trasport ta' merkanzija (% ta' piż jew kapaċità ta' volum); kg CO2eq għal kull t·km. |
BEMP 3.1.5 |
Konsum ta' fjuwil minn vetturi għat-trasport bit-triq |
L/100 km |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
Ekonomija fil-fjuwil reali fuq it-triq ta' vetturi bit-triq użati għat-trasport ta' prodotti |
Livell tal-kumpanija |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija Emissjonijiet |
Il-konsum medju tal-fjuwil ta' vetturi tqal tal-merkanzija huwa inqas minn jew daqs 30 L/100 km. |
BEMP 3.1.5 |
Użu ta' enerġija totali speċifiku tal-imħażen |
kWh/m2/kg ta' prodott nett |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
Użu ta' enerġija totali tal-imħażen (f'termini ta' enerġija finali) matul tul ta' żmien speċifiku (eż. fix-xahar, fis-sena) diviż bl-ammont rilevanti ta' throughput (eż. kg ta' prodott nett) |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
L-iżolament tal-maħżen b'temperatura kkontrollata huwa ottimizzat. |
BEMP 3.1.5 |
Użu perċentwali ta' sistemi ta' refriġerazzjoni li jaħdmu fuq refriġeranti naturali |
% |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
In-numru ta' sistemi ta' refriġerazzjoni/tkessiħ li jużaw refriġeranti naturali diviż bin-numru totali ta' sistemi ta' refriġerazzjoni/tkessiħ. |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Emissjonijiet |
Użu ta' 100 % sistemi ta' refriġerazzjoni li jaħdmu fuq refriġeranti naturali fis-siti kollha. |
BEMP 3.1.6 |
Proporzjon tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (EER, Energy efficiency ratio) |
kW (kapaċità ta' tkessiħ)/kW (input ta' elettriku) |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
Proporzjon bejn il-kapaċità ta' tkessiħ u l-input ta' elettriku f'sistema ta' tkessiħ/refriġerazzjoni. Il-proporzjon jista' jiġi kkalkulat għal kull sistema ta' refriġerazzjoni unika jew għall-faċilità ta' produzzjoni/refriġerazzjoni/iffriżar fl-intier tagħha |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
— |
BEMP 3.1.6 |
Użu ta' enerġija globali għal kull unità ta' prodott |
kWh/tunnellata kWh/EUR kWh/m3 kWh/numru ta' prodotti |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
L-enerġija (sħana, kesħa u elettriku) użata fis-sit tal-produzzjoni diviża bl-ammont ta' output tal-prodott espress f'piż, valur, volum jew numru ta' prodott |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
Teżisti sistema ta' ġestjoni tal-enerġija (EnMS) komprensiva (eż. ISO 50001). Jintużaw awditjar u monitoraġġ regolari tal-enerġija biex jiġu identifikati l-ixprunaturi ewlenin tal-konsum tal-enerġija. Soluzzjonijiet ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija adatti huma implimentati għall-proċessi kollha f'faċilità. Is-sinerġiji fid-domanda għal sħana/kesħa/fwar huma sfruttati mal-firxa tal-proċessi kollha, fil-faċilità u f'dawk fil-viċin. |
BEMP 3.1.7 |
Użu ta' enerġija globali għall-erja tal-wiċċ ta' faċilità |
kWh/m2 ta' faċilità tal-produzzjoni |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
Enerġija (sħana, kesħa u elettriku) użata fis-sit tal-produzzjoni fuq tul ta' żmien speċifiku (eż. fis-sena, fix-xahar) diviża bl-erja tal-art tal-faċilità |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
Teżisti sistema ta' ġestjoni tal-enerġija (EnMS) komprensiva (eż. ISO 50001). Jintużaw awditjar u monitoraġġ regolari tal-enerġija biex jiġu identifikati l-ixprunaturi ewlenin tal-konsum tal-enerġija. Soluzzjonijiet ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija adatti huma implimentati għall-proċessi kollha f'faċilità. Is-sinerġiji fid-domanda għal sħana/kesħa/fwar huma sfruttati mal-firxa tal-proċessi kollha, fil-faċilità u f'dawk fil-viċin. |
BEMP 3.1.7 |
Użu ta' enerġija globali għal proċessi speċifiċi |
kWh |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
Enerġija (sħana, kesħa u elettriku) użata fuq tul ta' żmien speċifiku (eż. annwalment, fix-xahar) għal proċess speċifiku (eż. tindif, tisjir, refriġerazzjoni) |
Għal kull proċess |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
Teżisti sistema ta' ġestjoni tal-enerġija (EnMS) komprensiva, bħall-ISO 50001, li tista' tkun parti minn sistema ta' ġestjoni ambjentali bħall-EMAS. Jintużaw awditjar u monitoraġġ regolari tal-enerġija biex jiġu identifikati l-ixprunaturi ewlenin tal-konsum tal-enerġija. Soluzzjonijiet ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija adatti huma implimentati għall-proċessi kollha f'faċilità. Is-sinerġiji fid-domanda għal sħana/kesħa/fwar huma sfruttati mal-firxa tal-proċessi kollha, fil-faċilità u f'dawk fil-viċin. |
BEMP 3.1.7 |
Perċentwal tal-użu ta' enerġija ta' faċilitajiet tal-produzzjoni ssodisfat b'sorsi ta' enerġija rinnovabbli. |
% |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
Enerġija rinnovabbli (sħana u elettriku separatament) prodotta fuq is-sit/fil-viċin jew mixtrija bħala enerġija rinnovabbli ċċertifikata (eż. elettriku rinnovabbli) diviża bl-użu ta' enerġija tal-faċilitajiet ta' produzzjoni (sħana u elettriku separatament). Iċ-ċertifikazzjoni għandha tiżgura li l-enerġija rinnovabbli mixtrija mhijiex diġà mniżżla taħt organizzazzjoni oħra jew fit-taħlita medja tal-ġenerazzjoni tal-elettriku nazzjonali. |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija Emissjonijiet |
Għandha tiġi implimentata ġenerazzjoni ta' enerġija mis-sħana rinnovabbli fuq il-post jew fil-viċin għal proċessi ta' manifattura adatti. It-teknoloġiji tal-proċess huma adattati biex jaqblu aħjar mal-provvista ta' sħana minn sorsi rinnovabbli. |
BEMP 3.1.8 |
Proporzjon bejn l-iskart alimentari ġġenerat u l-prodotti finali mmanifatturati |
tunnellati ta' skart alimentari/tunnellati ta' prodott finali |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
Tunnellati ta' skart alimentari (mibgħuta għar-riċiklaġġ, għall-irkupru u għar-rimi, inkluż skart alimentari użat bħala sors ta' enerġija jew għall-produzzjoni ta' fertilizzanti) diviżi bit-tunnellati ta' prodott finali |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Skart |
— |
BEMP 3.1.9 |
Il-BAT rilevanti huma implimentati |
iva/le |
Dawk kollha li jimmanifatturaw l-ikel u x-xorb |
Dan l-indikatur jesprimi jekk l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) rilevanti humiex implimentati mill-manifattur tal-ikel u x-xorb. Ir-rilevanza għandha tkun ivvalutata mill-manifattur tal-ikel u x-xorb skont l-analiżi ambjentali tal-attivitajiet tiegħu u l-aspetti u l-pressjonijiet ambjentali rilevanti identifikati. Il-valutazzjoni għandha tqis id-daqs/il-kundizzjonijiet speċifiku/speċifiċi tal-operazzjonijiet u l-proċessi tal-kumpanija. |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Emissjonijiet |
Livell ta' prestazzjoni ambjentali li huwa fi ħdan l-aqwa 10 % ta' kull waħda mill-firxiet ta' BAT-AE(P)L definiti fl-FDM BREF huwa miskub. |
BEMP 3.1.10 |
KUMPANIJI LI JIPPROĊESSAW IL-KAFÈ (KODIĊI 10.83 TAN-NACE) |
|||||||
Użu ta' enerġija termali f'operazzjonijiet ta' inkaljar |
kWh/tunnellata ta' kafè aħdar inkaljat |
Kumpaniji li jipproċessaw il-kafè |
Enerġija tat-tisħin użata (eż. gass naturali, propan) għall-inkaljar diviża bin-numru ta' tunnellati ta' kafè aħdar inkaljat. Dan jista' jiġi kkalkulat għal kull lott ta' kafè inkaljat jew fuq perjodu (eż. jum, ġimgħa, xahar) |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija Emissjonijiet |
Teżisti sistema ta' tisħin minn qabel tal-kafè aħdar. |
BEMP 3.2.1 |
KUMPANIJI LI JIMMANIFATTURAW IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA (KODIĊI 10.41 TAN-NACE) |
|||||||
Użu ta' ilma fis-separazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa |
L ta' ilma/tunnellata ta' żebbuġ ipproċessat L ta' ilma/L ta' żejt taż-żebbuġa mmanifatturat |
Kumpaniji li jimmanifatturaw iż-żejt taż-żebbuġa |
Kwantità ta' ilma użat fis-separazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa (L) diviża bil-piż ta' żebbuġ ipproċessat jew bil-volum ta' żejt taż-żebbuġa mmanifatturat. |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Ilma |
Inqas minn 50 L (5 %) ta' ilma użat fis-separazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa għal kull 1 000 L ta' żejt taż-żebbuġa mmanifatturat. |
BEMP 3.3.1 |
Ilma użat biex jinħasel iż-żebbuġ meta jasal |
L ta' ilma/tunnellata ta' żebbuġ ipproċessat |
Kumpaniji li jimmanifatturaw iż-żejt taż-żebbuġa |
Kwantità ta' ilma użat biex jinħasel iż-żebbuġ meta jasal (L) diviża bil-piż ta' żebbuġ ipproċessat (tunnellati) |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Ilma |
Għal żebbuġ ikkonsenjat nadif, ma jintuża l-ebda ilma (0 L) biex jinħasel iż-żebbuġ meta jasal. |
BEMP 3.3.2 |
KUMPANIJI LI JIMMANIFATTURAW IS-SOFT DRINKS (KODIĊI 11.07 TAN-NACE) |
|||||||
Użu ta' enerġija għal infiħ/tnixxif |
kWh/L |
Kumpaniji li jimmanifatturaw is-soft drinks |
Enerġija użata (kWh) għal infiħ/tnixxif diviża bl-ammont (L) ta' prodott immanifatturat |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
— |
BEMP 3.4.1 |
KUMPANIJI LI JIMMANIFATTURAW IL-BIRRA (KODIĊI 11.05 TAN-NACE) |
|||||||
Użu ta' enerġija globali waqt il-fabbrikazzjoni tal-birra |
MJ/hL |
Kumpaniji li jimmanifatturaw il-birra |
Enerġija użata (sħana u elettriku) diviża bil-kwantità ta' birra prodotta (hL) waqt tul ta' żmien speċifiku. Din tista' tiġi kkalkulata separatament għall-elettriku u s-sħana. |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
Għandha tiġi installata sistema ta' tisħin minn qabel tal-most tal-birra bi sħana rkuprata mill-ikkondensar tal-fwar tal-most tal-birra. |
BEMPs 3.5.1, 3.5.2 |
Rata ta' evaporazzjoni waqt it-togħlija tal-most tal-birra |
% |
Kumpaniji li jimmanifatturaw il-birra |
Rata ta' evaporazzjoni (%) fit-togħlija tal-most tal-birra hija kkalkulata bħala: 100 — (volum ta' wara t-togħlija × 100/volum ta' qabel it-togħlija) |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
Ir-rata ta' evaporazzjoni waqt it-togħlija tal-most tal-birra hija inqas minn 4 %/ |
BEMP 3.5.1 |
Konsum tal-ilma fil-proċess tal-produzzjoni tal-birra |
hL ilma/hL birra |
Kumpaniji li jimmanifatturaw il-birra |
Konsum ta' ilma (hL) fil-proċess tal-produzzjoni diviż bl-ammont ta' birra prodotta (hL) waqt tul ta' żmien speċifiku |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Ilma |
— |
BEMP 3.5.2 |
Perċentwal ta' CO2 rkuprat mill-fermentazzjoni |
% |
Kumpaniji li jimmanifatturaw il-birra |
Ammont ta' CO2 li huwa rkuprat waqt il-produzzjoni tal-birra fit-tankijiet/reċipjenti tal-fermentazzjoni, ir-reċipjenti tal-maturazzjoni u t-tankijiet tal-birra ffiltrata |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija Emissjonijiet |
Sistema li tirkupra mill-inqas 50 % tas-CO2 ġġenerat waqt il-fermentazzjoni hija implimentata |
BEMP 3.5.3 |
KUMPANIJI LI JIPPRODUĊU PRODOTTI TAL-LAĦAM U TAL-LAĦAM TAT-TJUR (KODIĊI 10.13 TAN-NACE) |
|||||||
Użu ta' enerġija totali għall-ipproċessar tal-laħam |
kWh/kg ta' prodott |
Kumpaniji li jipproduċu prodotti tal-laħam u tal-laħam tat-tjur |
Użu ta' enerġija fl-ipproċessar tal-laħam u tal-laħam tat-tjur bħala kWh diviż bl-ammont (kg) ta' laħam ipproċessat |
Għal kull proċess |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
— |
BEMP 3.6.1 |
Użu ta' enerġija fi pproċessar taħt pressjoni għolja |
kWh/ċiklu ta' prodott ipproċessat kWh/kg ta' prodott |
Kumpaniji li jipproduċu prodotti tal-laħam u tal-laħam tat-tjur |
Użu ta' enerġija fi pproċessar taħt pressjoni għolja għall-proċessi ta' pasturizzazzjoni u tisjir |
Għal kull proċess |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
Ipproċessar taħt pressjoni għolja (proprju jew esternalizzat) huwa użat għat-trattament ta' prodotti tal-laħam adatti (prodotti msajra, prodotti mnixxfa u msajra u mnixxfa nejjin, eċċ.). |
BEMP 3.6.1 |
KUMPANIJI LI JIMMANIFATTURAW IL-MERAQ TAL-FROTT (KODIĊI 10.32 TAN-NACE) |
|||||||
Rata ta' sfruttament tar-residwu tal-frott |
% |
Kumpaniji li jimmanifatturaw il-meraq tal-frott |
Ammont totali (piż) ta' residwi tal-frott użati għall-irkupru ta' prodotti prezzjużi (eż. pektin, żjut essenzjali), bħala għalf tal-annimali jew bħala ko-sottostrat f'impjanti ta' diġestjoni anaerobika diviż bl-ammont totali ta' residwi tal-frott |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Skart |
Jintuża 100 % tar-residwi tal-frott għall-irkupru ta' prodotti prezzjużi (eż. pektin, żjut essenzjali), bħala għalf tal-annimali jew bħala ko-sottostrat għal diġestjoni anaerobika. |
BEMP 3.7.1 |
KUMPANIJI LI JIPPRODUĊU L-ĠOBON (KODIĊI 10.51 TAN-NACE) |
|||||||
Perċentwal tal-piż totali tal-materja niexfa ta' xorrox iġġenerat irkuprat għall-użu fi prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem |
% |
Kumpaniji li jipproduċu l-ġobon |
Ammont (piż) ta' materja niexfa rkuprata mix-xorrox iġġenerata waqt il-produzzjoni tal-ġobon li hija użata fi prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem diviż bl-ammont totali ta' materja niexfa rkuprata mix-xorrox |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Skart Emissjonijiet |
Ix-xorrox huwa rkuprat u ttrattat ulterjorment sabiex jinkisbu prodotti oħra għall-konsum mill-bniedem abbażi tad-domanda mis-suq. Ix-xorrox żejjed minflok jintuża għall-għalf tal-annimali jew għal diġestjoni anaerobika. |
BEMP 3.8.1 |
KUMPANIJI LI JIPPRODUĊU L-ĦOBŻ, IL-GALLETTINI U L-KEJKIJIET (KODIĊIJIET 10.71 U 10.72 TAN-NACE) |
|||||||
Parteċipazzjoni ta' punti tal-bejgħ fi skemi ta' ritorn eżistenti |
% |
Kumpaniji li jipproduċu l-ħobż |
Numru ta' punti tal-bejgħ (ħwienet li jbigħu l-ħobż prodott mill-forn) li jkunu qed jieħdu sehem fl-iskema ta' teħid lura tal-ħobż diviż bin-numru totali ta' punti tal-bejgħ li jbigħu l-ħobż prodott mill-forn. |
Kumpanija |
Skart |
100 % tal-punti tal-bejgħ li jbigħu l-ħobż prodott mill-forn jieħdu sehem fi skema ta' teħid lura adatta għall-ħobż mhux mibjugħ. |
BEMP 3.9.1 |
Użu ta' enerġija fil-proċess tal-ħami |
kWh/t ta' prodott moħmi kWh/t ta' dqiq użat kWh/m2 ta' erja tal-ħami (superfiċje tal-forn) |
Kumpaniji li jipproduċu ħobż, gallettini u kejkijiet |
Enerġija użata (eż. elettriku) waqt il-ħami diviża bl-ammont ta' output tal-prodott, inputs tal-ingredjenti jew erja tal-ħami |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
— |
BEMP 3.9.2 |
KUMPANIJI LI JIPPRODUĊU L-INBID (KODIĊI 11.02 TAN-NACE) |
|||||||
Ilma totali użat fil-fabbrika tal-inbid |
L ta' ilma/L ta' nbid prodott |
Kumpaniji li jipproduċu l-inbid |
Ilma totali użat waqt tul ta' żmien speċifiku (eż. kull sena, kull xahar, staġun tal-ħsad) fil-fabbrika tal-inbid imkejjel f'litri diviż bl-ammont ta' nbid prodott (L). L-ilma użat jista' jitkejjel ukoll fil-livell tal-proċess. |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Ilma |
— |
BEMP 3.10.1 |
Ġenerazzjoni ta' skart organiku fil-fabbrika tal-inbid |
kg/L ta' nbid prodott |
Kumpaniji li jipproduċu l-inbid |
Skart organiku ġġenerat fil-fabbrika tal-inbid waqt tul ta' żmien speċifiku (eż. kull sena, kull xahar, staġun tal-ħsad) mkejjel f'kg diviż bl-ammont ta' nbid prodott (L). |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Skart |
— |
BEMP 3.10.1 |
Enerġija użata fil-fabbrika tal-inbid |
kWh (sħana)/L ta' nbid prodott kWh (elettriku)/L ta' nbid prodott |
Kumpaniji li jipproduċu l-inbid |
Enerġija (sħana u elettriku) f'kWh użata fil-fabbrika tal-inbid waqt tul ta' żmien speċifiku (eż. kull sena, kull xahar, staġun tal-ħsad) diviża bl-ammont ta' nbid prodott (L) |
Għal kull sit ta' produzzjoni |
Effiċjenza fl-użu tal-enerġija |
— |
BEMP 3.10.1 |
(1) Ir-rapport xjentifiku u ta' politika huwa disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-JRC-IPTS fl-indirizz li ġej: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/FoodBeverageBEMP.pdf. Il-konklużjonijiet dwar l-aqwa prassi ta' ġestjoni ambjentali u l-applikabbiltà tagħhom kif ukoll l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali speċifiċi identifikati u l-punti ta' riferiment ta' eċċellenza li jinsabu f'dan id-Dokument ta' Referenza Settorjali huma bbażati fuq is-sejbiet ddokumentati fir-rapport xjentifiku u ta' politika. L-informazzjoni ta' sfond u d-dettalji tekniċi kollha jistgħu jinstabu hemmhekk.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1836/93 tad-29 ta' Ġunju 1993 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja mill-kumpaniji fis-settur industrijali fi skema ta' mmaniġġjar u awditjar ekoloġiċi (ĠU L 168, 10.7.1993, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) (ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1).
(4) Skont l-Anness IV(B.e.) tar-Regolament EMAS, id-dikjarazzjoni ambjentali għandu jkun fiha “sommarju tad-data disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-organizzazzjoni f'taqbil mal-objettivi u l-miri ambjentali tagħha fir-rigward tal-impatti ambjentali sinifikattivi. Għandu jsir rappurtar dwar l-indikaturi ċentrali u dwar l-indikaturi ta' prestazzjoni ambjentali eżistenti rilevanti oħra kif imniżżlin fit-Taqsima C”. Anness IV — It-Taqsima C tgħid li “kull organizzazzjoni għandha tirrapporta wkoll fuq bażi annwali dwar il-prestazzjoni tagħha rigward aspetti ambjentali aktar speċifiċi kif identifikati fid-dikjarazzjoni ambjentali tagħha u, fejn disponibbli, tieħu kont tad-dokumenti ta' referenza settorjali kif imsemmi fl-Artikolu 46.”
(5) Deskrizzjoni ddettaljata ta' kull waħda mill-aqwa prassi, bi gwida prattika dwar l-implimentazzjoni tagħhom, hija disponibbli fir-“Rapport dwar l-Aqwa Prassi” ippubblikat mill-JRC u disponibbli onlajn fuq http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/documents/FoodBeverageBEMP.pdf. L-organizzazzjonijiet huma mistiedna jikkonsultawh jekk ikunu interessati li jitgħallmu aktar dwar uħud mill-aqwa prassi deskritti f'dan l-SRD.
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(7) Skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 “aspett ambjentali dirett” tirreferi għal aspett ambjentali assoċjat ma' attivitajiet, prodotti u servizzi tal-organizzazzjoni nnifisha, li fuqhom għandha kontroll dirett tal-ġestjoni. Minflok, “aspett ambjentali indirett” tfisser aspett ambjentali li jirriżulta mill-interazzjoni tal-organizzazzjoni ma' partijiet terzi u li jista' jiġi influwenzat sa livell raġonevoli mill-organizzazzjoni.
(8) Għal aktar informazzjoni dwar il-kontenut tad-Dokumenti ta' Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli u spjegazzjoni sħiħa ta' termini u akronimi, irreferi għas-sit web tal-Uffiċċju Ewropew ta' Prevenzjoni u Kontroll Integrati tat-Tniġġis: http://eippcb.jrc.ec.europa.eu/
(9) Id-Dokument ta' Referenza Settorjali għall-agrikoltura — is-settur tal-produzzjoni tal-għelejjel u l-annimali u r-“Rapport dwar l-Aqwa Prassi” relatat ippubblikat mill-JRC huma disponibbli onlajn fuq: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/agri.html
(10) Id-Dokument ta' Referenza Settorjali għas-settur tal-bejgħ bl-imnut u r-“Rapport dwar l-Aqwa Prassi” relatat ippubblikati mill-JRC huma disponibbli onlajn fuq: http://susproc.jrc.ec.europa.eu/activities/emas/retail.html
(11) Bil-għan li tistabbilixxi metodu komuni għall-kejl tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja, il-Kummissjoni Ewropea żviluppat il-metodi tal-Impronta Ambjentali tal-Prodott (PEF) u tal-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjoni (OEF). L-użu ta' dawn il-metodi kien is-suġġett ta' Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fl-2013 (http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32013H0179). L-iżvilupp ta' regoli speċifiċi għall-prodott u għas-settur qed jiġi ttestjat (bejn l-2013 u l-2016) minn aktar minn 280 kumpanija u organizzazzjonijiet li vvolontarjaw u nġabbru f'26 każ pilota (ara l-lista fuq http://ec.europa.eu/environment/eussd/smgp/ef_pilots.htm).
(12) Il-perċentwal ta' prodotti jista' jiġi kkalkulat (hawn u f'indikaturi simili li ġejjin) billi jiġi kkunsidrat it-total ta' tipi differenti ta' prodotti mmanifatturati u kemm-il tip ta' prodott huma vvalutati bl-użu ta' protokoll ta' valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali rikonoxxut jew billi pereżempju kull tip ta' prodott immanifatturat jiġi ppeżat mal-volum tal-bejgħ.
(13) Il-kriterji ta' prestazzjoni ambjentali użati fl-akkwist ekoloġiku jistgħu jkunu bbażati fuq ċertifikazzjonijiet, standards, ekotikketti, inizjattivi privati jew kooperazzjoni jew ir-riżultati ta' valutazzjonijiet tas-sostenibbiltà (ara l-BEMP 3.1.1) żviluppati internament jew esternament.
(14) Bħala parti mis-serje ta' standards ambjentali tal-ISO 14000, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) fasslet subserje (ISO 14020) speċifika għat-tikkettar ambjentali, li tkopri tliet tipi ta' skemi ta' tikkettar. F'dan il-kuntest, ekotikketta tat-“Tip I” hija tikketta b'ħafna kriterji żviluppata minn parti terza. Fil-livell tal-UE, l-eżempji huma l- “Ekotikketta tal-UE” jew, f'livell nazzjonali jew multilaterali, il- “Blaue Engel”, l-“Ekotikketta Awstrijaka” u ċ-“Ċinju Nordiku”.
(15) Aktar informazzjoni dwar l-istandard ISO 50001 — Ġestjoni tal-enerġija hija disponibbli fuq: http://www.iso.org/iso/home/standards/management-standards/iso50001.htm
(16) Sistema ta' ġestjoni tal-enerġija komprensiva tista' wkoll tkun parti minn sistema ta' ġestjoni ambjentali aktar komprensiva bħall-EMAS
(17) L-effettività globali tat-tagħmir (OEE) hija kkalkulata bil-multiplikazzjoni ta' tliet elementi: (i) disponibbiltà (perċentwal ta' ħin ippjanat li t-tagħmir ikun qed jaħdem), (ii) prestazzjoni (throughput reali versus throughput ta' mira, bħala perċentwal) u (iii) rata ta' kwalità tal-prodott (perċentwal tal-prodotti globali li mhumiex difetti jew difettużi).
(18) Għal aktar informazzjoni dwar il-kontenut tad-Dokumenti ta' Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli u spjegazzjoni sħiħa ta' termini u akronimi, irreferi għas-sit web tal-Uffiċċju Ewropew ta' Prevenzjoni u Kontroll Integrati tat-Tniġġis: http://eippcb.jrc.ec.europa.eu/
(19) L-aqwa 10 % jistgħu jikkorrispondu mal-ogħla jew l-iktar 10 % baxxi ta' kull waħda mill-firxiet ta' BAT-AE(P)L, skont liema waħda tkun l-aktar ambjentalment impenjattiva.
(20) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21) tiddefinixxi “birrerija żgħira indipendenti” bħala birrerija li l-produzzjoni annwali tagħha ma taqbiżx il-200 000 hL.