ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 193

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
25 ta' Lulju 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra

1

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1372 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Lulju 2017 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni minn Spanja — EGF/2017/001 ES/Castilla y León mining

2

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1373 tal-24 ta' Lulju 2017 li tapprova, f'isem l-Unjoni Ewropea, emenda tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania

4

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

25.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/1


Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fil-21 ta' Marzu 2014 u s-27 ta' Ġunju 2014 (1), jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2017, f'konformità mal-Artikolu 486(2) tal-Ftehim, billi l-aħħar strument ta' ratifika jew approvazzjoni ġie ddepożitat fil-11 ta' Lulju 2017.


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


DEĊIŻJONIJIET

25.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/2


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1372 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Lulju 2017

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni minn Spanja — EGF/2017/001 ES/Castilla y León mining

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u fil-każ ta' persuni li jaħdmu għal rashom meta l-attività tagħhom tkun intemmet b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta' kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u biex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Jenħtieġ li l-FEG ma jaqbiżx l-ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (fi prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3).

(3)

Fl-20 ta' Jannar 2017, Spanja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta' sensji fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt il-klassifikazzjoni Statistika ta' attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (“NACE”) Reviżjoni 2 Diviżjoni 5 (Estrazzjoni ta' faħam u linjite) fir-reġjun ta' Castilla y León. Din ġiet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali mogħtija skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Dik l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, Spanja ddeċidiet li tipprovdi servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FEG lil 125 żagħżugħ li jinsabu barra mill-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEETs) ukoll.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, l-applikazzjoni minn Spanja titqies ammissibbli peress li s-sensji għandhom impatt serju fuq l-impjiegi u l-ekonomija lokali.

(6)

Għalhekk, il-FEG jenħtieġ li jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 1 002 264 fir-rigward tal-applikazzjoni ppreżentata minn Spanja.

(7)

Biex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta' EUR 1 002 264 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-deċiżjoni tapplika mill-14 ta' Lulju 2017.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2017.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

T. TÕNISTE


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


25.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1373

tal-24 ta' Lulju 2017

li tapprova, f'isem l-Unjoni Ewropea, emenda tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/870 tal-24 ta' Mejju 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (2), minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, approvat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1801/2006 (3), jistabbilixxi Kumitat Konġunt responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-ftehim imsemmi, u b'mod partikolari għas-superviżjoni tal-implimentazzjoni, l-interpretazzjoni u l-funzjonament korrett.

(2)

Il-paragrafu 3.9 tal-Artikolu 3 tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija, minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll”, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/870, jistabbilixxi r-regoli għall-utilizzazzjoni tal-appoġġ finanzjarju mhux użat għall-promozzjoni tas-sajd sostenibbli previst bil-protokoll preċedenti għall-perjodu 2013-2014.

(3)

Saret laqgħa straordinarja tal-Kumitat Konġunt bejn l-Unjoni u l-awtoritajiet tal-Mauritania permezz ta' skambju ta' ittri tal-10 ta' Marzu u t-3 ta' April 2017, li bihom il-partijiet ftiehmu dwar emenda tal-Protokoll sabiex tiġi estiża d-data tal-iskadenza għall-utilizzazzjoni tal-appoġġ mhux użat.

(4)

Qabel il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt, il-Kummissjoni bagħtet dokument preparatorju lill-Kunsill fejn spjegat fid-dettall l-elementi speċifiċi tal-pożizzjoni prevista tal-Unjoni, li ġie approvat.

(5)

Xieraq li din l-emenda tal-Protokoll tiġi approvata f'isem l-Unjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sostituzzjoni tat-tieni sentenza tal-paragrafu 3.9 tal-Artikolu 3 tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, miftiehma bi skambju ta' ittri bejn il-membri tal-Kumitat Konġunt imwaqqaf bl-Artikolu 10 tal-Ftehim, hija approvata f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 145, 2.6.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 343, 8.12.2006, p. 4.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1801/2006 tat-30 ta' Novembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (ĠU L 343, 8.12.2006, p. 1).


ANNESS

Estratt minn skambju ta' ittri bejn il-membri tal-Kumitat Konġunt imwaqqaf bl-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (it-test tat-tieni sentenza tal-Artikolu 3, il-paragrafu 3.9, tal-Protokoll).

“Madankollu, dan l-ammont żejjed mill-appoġġ settorjali tal-2013 sal-2014 għandu jintuża l-aktar tard fi żmien għoxrin xahar (20) mid-data tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll u jekk dan ma jsirx jitqies li jkun ġie eżawrit u ma jkunx jista' jintuża.”