ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 185

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
18 ta' Lulju 2017


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li pparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1325 tas-17 ta' Lulju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

16

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1326 tas-17 ta' Lulju 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

19

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1327 tas-17 ta' Lulju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

20

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1328 tas-17 ta' Lulju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali

24

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1329 tas-17 ta' Lulju 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 rigward il-kundizzjonijiet għall-użu ta' kwota tariffarja tal-Unjoni marbuta fil-GATT għal preparazzjonijiet tal-ikel mhux speċifikati jew mhux inklużi xi mkien ieħor, allokati lill-Istati Uniti tal-Amerka

29

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1330 tas-17 ta' Lulju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

31

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/1331 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/435 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza

35

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1332 tal-11 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, fir-rigward tal-Unjoni tal-Comoros

37

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1333 tal-11 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, fir-rigward ta' Saint Vincent u l-Grenadini

41

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1334 tal-11 ta' Lulju 2017 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

45

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1335 tal-11 ta' Lulju 2017 li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni

46

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1336 tal-11 ta' Lulju 2017 li taħtar żewġ membri u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

47

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1337 tal-11 ta' Lulju 2017 li taħtar membru u membru supplenti proposti minn Malta, fil-Kumitat tar-Reġjuni

48

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1338 tas-17 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

49

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1339 tas-17 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

51

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1340 tas-17 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

55

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1341 tas-17 ta' Lulju 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

56

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1342 tas-17 ta' Lulju 2017 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

60

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/1


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1324 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-4 ta' Lulju 2017

dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li pparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 185 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu: “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”, il-Kummissjoni saħqet dwar il-bżonn li jiġu żviluppati kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment fl-għarfien u fl-innovazzjoni biex fl-Unjoni jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill approvaw dik l-istrateġija.

(2)

Permezz tar-riżoluzzjonijiet tagħha tat-28 ta' Lulju 2010 u t-18 ta' Diċembru 2013, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti rrikonoxxiet id-dritt għal ilma tax-xorb sikur u nadif u s-sanitazzjoni bħala dritt tal-bniedem essenzjali biex wieħed igawdi l-ħajja b'mod sħiħ. Hija għamlet ukoll appell għar-realizzazzjoni progressiva tad-dritt tal-bniedem għal ilma tax-xorb sikur, filwaqt li enfasizzat ir-rwol importanti tal-kooperazzjoni internazzjonali f'dak il-kuntest.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) stabbilixxa l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (“Orizzont 2020”). Orizzont 2020 għandu l-għan li jikseb impatt akbar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sħubiji pubbliċi-pubbliċi, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi li daħlu għalihom b'mod konġunt diversi Stati Membri, bil-ħsieb li jkun hemm żvilupp sostenibbli.

(4)

Jenħtieġ li s-sħubiji pubbliċi-pubbliċi jkollhom l-għan li jiżviluppaw sinerġiji aktar mill-qrib, iżidu l-koordinazzjoni u jevitaw duplikazzjoni inutli mal-programmi ta' riċerka u innovazzjoni tal-Unjoni, dawk internazzjonali, nazzjonali u dawk reġjonali, u jenħtieġ li josservaw għalkollox il-prinċipji ġenerali ta' Orizzont 2020, bil-għan li jsaħħu r-riċerka u l-innovazzjoni biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari dawk relatati ma' approċċ miftuħ u t-trasparenza.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013, l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa taħt is-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) għandhom jiffukaw esklużivament fuq l-applikazzjonijiet ċivili.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 identifika s-“Sigurtà tal-ikel, agrikoltura u forestrija sostenibbli, riċerka tal-baħar, marittima u tal-ilmijiet interni, u l-bijoekonomija” u “Azzjoni klimatika, ambjent, effiċjenza tar-riżorsi u l-materja prima” bħala tnejn mill-isfidi prijoritarji tas-soċjetà li għandhom jiġu indirizzati bl-appoġġ għall-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 jirrikonoxxi li l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni għal dawk l-isfidi jitwettqu fil-livell tal-Unjoni u lil hinn, minħabba n-natura transnazzjonali u globali tal-klima u l-ambjent, l-iskala u l-kumplessità tagħhom u d-dimensjoni internazzjonali tal-katina ta' provvista alimentari u agrikola.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 jirrikonoxxi li l-kooperazzjoni internazzjonali ma' pajjiżi terzi hija meħtieġa biex l-isfidi komuni jiġu indirizzati b'mod effettiv. Il-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u fl-innovazzjoni hi aspett ewlieni tal-impenji globali tal-Unjoni u għandha rwol importanti fis-sħubija tal-Unjoni ma' pajjiżi Ewropej tal-Viċinat. F'dak ir-rigward, iż-żona tal-Mediterran għandha importanza strateġika għall-Unjoni minn perspettiva politika, ekonomika, kulturali, xjentifika u ambjentali.

(8)

Bil-għan li tiġi żgurata konsistenza mar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jenħtieġ li l-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li dawn l-azzjonijiet jikkonformaw ma' kwalunkwe obbligu legali li joħroġ mid-dritt internazzjonali u d-dritt tal-Unjoni, fost l-oħrajn ma' kwalunkwe deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni bħall-avviż tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2013 (5), kif ukoll ma' prinċipji etiċi, li jinkludu li jiġi evitat li l-integrità tar-riċerka tiġi kompromessa bi kwalunkwe mod.

(9)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar l-istabbiliment ta' Qafas ta' Sħubija ġdid ma' pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li l-politiki kollha, inkluż dawk dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, jindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni permezz ta' mudell ġdid ta' kooperazzjoni li jinvolvi lill-investituri privati, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu mobilizzati r-riżorsi baġitarji limitati u li tingħata attenzjoni speċjali lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u lill-infrastruttura sostenibbli.

(10)

PRIMA għandha l-għan li timplimenta programm konġunt li jippromwovi l-kapaċitajiet ta' riċerka u innovazzjoni u jiżviluppa l-għarfien u soluzzjonijiet innovattivi komuni għat-titjib tal-effiċjenza, is-sikurezza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tas-sistemi agroalimentari u tal-provvista u l-ġestjoni integrati tal-ilma fiż-żona tal-Mediterran. Jenħtieġ li PRIMA tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli maqbula reċentement u għall-Istrateġija Ewropea għal Żvilupp Sostenibbli li jmiss, kif ukoll biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi.

(11)

Il-provvista u l-ġestjoni integrati tal-ilma, inkluż l-użu mill-ġdid u t-trattament tal-ilma, ifisser li qed jiġu kkunsidrati l-użi kollha differenti tar-riżorsi tal-ilma.

(12)

Sistemi agroalimentari sostenibbli għandu jkollhom l-għan li jissodisfaw ir-rekwiżiti taċ-ċittadini u tal-ambjent għal ikel sikur, tajjeb għas-saħħa u bi prezz affordabbli, u li tagħmel l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-ikel u l-għalf aktar sostenibbli bl-għan li t-telf tal-ikel u l-ħela agroalimentari jiġu mminimizzati.

(13)

Fir-rigward tar-riżorsi tal-ilma u tas-sistemi agroalimentari, il-governanza miftuħa, demokratika u parteċipatorja hija kruċjali biex jiġi żgurat li jiġu implimentati s-soluzzjonijiet l-aktar kosteffettivi għall-benefiċċju tas-soċjetà kollha kemm hi.

(14)

Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni fi PRIMA minn pajjiżi terzi mhux assoċjati ma' Orizzont 2020, jiġifieri l-Alġerija, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Libanu u l-Marokk, hemm il-ħtieġa ta' ftehimiet internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi terzi sabiex ir-reġim legali stabbilit b'din id-Deċiżjoni jiġi estiż għalihom.

(15)

F'konformità mal-objettivi ta' Orizzont 2020, jenħtieġ li kwalunkwe Stat Membru u kwalunkwe pajjiż terz ieħor assoċjat ma' Orizzont 2020 ikun intitolat jipparteċipa fi PRIMA jekk jimpenja ruħu li jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' PRIMA u li jieħu il-miżuri leġislattivi, regolatorji, amministrattivi u miżuri oħra meħtieġa għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(16)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konġunta ta' PRIMA, jenħtieġ li tiġi stabbilita struttura ta' implimentazzjoni (“PRIMA-IS”). Jenħtieġ li PRIMA-IS tkun ir-riċevitur tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u jenħtieġ li tiżgura l-implimentazzjoni effiċjenti u trasparenti ta' PRIMA.

(17)

Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' PRIMA, jenħtieġ li kwalunkwe pajjiż terz ieħor mhux assoċjat ma' Orizzont 2020, b'mod partikolari l-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran, ikun jista' jipparteċipa jekk jimpenja ruħu li jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' PRIMA u jekk PRIMA-IS tapprova l-parteċipazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni tiegħu tkun prevista wkoll fil-ftehim internazzjonali rilevanti għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn dan il-pajjiż terz u l-Unjoni.

(18)

Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tkun soġġetta għal impenji formali mill-Istati Parteċipanti li jikkontribwixxu għall-finanzjament ta' PRIMA u li jwettqu u jimplimentaw dawk l-impenji f'konformità ma' din id-Deċiżjoni. Jenħtieġ li tingħata flessibbiltà lill-Istati Parteċipanti biex jikkontribwixxu finanzjarjament għal PRIMA-IS fuq bażi fakultattiva bil-ħsieb li jiffinanzjaw azzjonijiet indiretti, biex b'hekk jinkiseb livell għoli ta' integrazzjoni finanzjarja. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Parteċipanti jikkontribwixxu finanzjarjament jew in natura għall-attivitajiet implimentati mingħajr il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u għall-baġit amministrattiv ta' PRIMA-IS li mhuwiex kopert mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. Jenħtieġ li il-perijodu li matulu l-Istati Parteċipanti għandhom jipprovdu l-kontribuzzjoni tagħhom jiġi definit b'mod ċar.

(19)

Jenħtieġ li jiġi stabbilit livell massimu għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal PRIMA b'finanzjament minn Orizzont 2020. Taħt dak il-livell massimu, jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tkun daqs il-kontribuzzjoni tal-Istati Parteċipanti fi PRIMA bil-għan li jinkiseb effett ta' ingranaġġ qawwi u tkun żgurata integrazzjoni aktar b'saħħitha tal-programmi tal-Istati Parteċipanti. Għandu jkun possibbli li tintuża parti limitata mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi ta' PRIMA-IS. Jenħtieġ li jiġi żgurat li jkun hemm amministrazzjoni effiċjenti ta' PRIMA u li l-ispejjeż amministrattivi jinżammu f'livell minimu.

(20)

Sabiex tiġi evitata implimentazzjoni mtawla ta' PRIMA, jenħtieġ li tiġi stabbilita skadenza għat-tnedija tal-attivitajiet finali li għandhom jiġu ffinanzjati, inkluż is-sejħiet finali għal proposti.

(21)

Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' PRIMA jikkonformaw mal-objettivi u l-prijoritajiet ta' riċerka u innovazzjoni ta' Orizzont 2020 u mal-prinċipji ġenerali u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013. Jenħtieġ li PRIMA tikkunsidra d-definizzjonijiet tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp dwar il-Livell ta' Maturità Teknoloġika fil-klassifikazzjoni tar-riċerka teknoloġika, l-iżvilupp tal-prodotti u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni.

(22)

Jenħtieġ li PRIMA tappoġġa kull tip ta' attività ta' riċerka u innovazzjoni, inkluż proġetti ta' riċerka, ta' żvilupp u ta' innovazzjoni, dimostraturi innovattivi u impjanti pilota, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, it-taħriġ, azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni u ta' disseminazzjoni, u l-mobbiltà tar-riċerkaturi, li jindirizzaw firxa wiesgħa ta' Livelli ta' Maturità Teknoloġika u tiżgura bilanċ xieraq bejn proġetti żgħar u kbar.

(23)

Sabiex isir impatt akbar, jenħtieġ li tinkiseb koerenza bejn PRIMA u proġetti oħra ta' riċerka u innovazzjoni taħt Orizzont 2020, bħall-Komunità ta' Konoxxenza u Innovazzjoni fis-Settur Alimentari tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (“Food KIC”), jew strumenti oħra tal-Unjoni, bħall-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija, u jenħtieġ li jiġu evitati duplikazzjonijiet possibbli.

(24)

Jenħtieġ li PRIMA tiġi implimentata abbażi ta' pjanijiet ta' ħidma annwali li jistabbilixxu l-attivitajiet li għandhom jitwettqu f'sena partikolari. Jenħtieġ li PRIMA-IS twettaq monitoraġġ regolari tar-riżultati tas-sejħiet għal proposti u tal-azzjonijiet li tiffinanzja, u ta' kemm ġew indirizzati b'mod adegwat is-suġġetti xjentifiċi, l-impatti mistennija u l-eċċess ta' skrizzjonijiet f'dak li jikkonċerna l-proposti li jaqbżu l-livell limitu u li ma setgħux jiġu ffinanzjati. F'każijiet iġġustifikati, jenħtieġ li PRIMA-IS tieħu azzjonijiet korrettivi billi temenda l-pjan ta' ħidma annwali jew fi pjanijiet ta' ħidma annwali sussegwenti.

(25)

Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' PRIMA, jenħtieġ li PRIMA-IS tipprovdi appoġġ finanzjarju prinċipalment fil-forma ta' għotjiet lill-parteċipanti, għall-azzjonijiet iffinanzjati minn PRIMA-IS. Jenħtieġ li dawk l-azzjonijiet jintgħażlu wara sejħiet għal proposti miftuħa u kompetittivi taħt ir-responsabbiltà ta' PRIMA-IS.

(26)

Jenħtieġ li l-ostakli li jxekklu l-parteċipazzjoni ta' msieħba ġodda fl-attivitajiet ta' PRIMA jiġu mmonitorjati u indirizzati.

(27)

Fl-ilħuq tal-objettivi ta' PRIMA, u f'konformità mar-regoli u l-prinċipji applikabbli, bħall-prinċipju tal-eċċellenza xjentifika, jenħtieġ li PRIMA-IS ikollha l-għan li tipprovdi, permezz tal-pjan ta' ħidma annwali, sehem adegwat tal-finanzjament tagħha, ta' madwar 25 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, li jirrifletti l-impenji tal-Pajjiżi Sħab Mediterranji lejn PRIMA, lill-entitajiet legali stabbiliti f'pajjiżi terzi mmirati meqjusa li jkunu Stati Parteċipanti.

(28)

Jenħtieġ ukoll li s-sejħiet għal proposti ġestiti minn PRIMA-IS jiġu ppubblikati fuq il-portal uniku għall-parteċipanti, kif ukoll permezz ta' mezzi elettroniċi oħra ta' disseminazzjoni fi ħdan Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni.

(29)

Jenħtieġ li PRIMA-IS tqiegħed l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(30)

Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiġi ġestita f'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u mar-regoli dwar il-ġestjoni indiretta stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (7).

(31)

Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha d-dritt li tittermina, tnaqqas jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni jekk PRIMA tiġi implimentata b'mod inadegwat, parzjalment jew tard, jew jekk l-Istati Parteċipanti ma jikkontribwixxux, jew jikkontribwixxu parzjalment jew tard, għall-finanzjament ta' PRIMA.

(32)

B'mod allinjat mal-għan ġenerali ta' Orizzont 2020 li tinkiseb aktar simplifikazzjoni, jenħtieġ li jiġu evitati settijiet ta' regoli li jkunu differenti minn dawk ta' Orizzont 2020. Għalhekk, il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet indiretti ffinanzjati minn PRIMA-IS hi soġġetta għar-Regolament (UE) Nru 1290/2013. Madankollu, minħabba l-objettivi uniċi u l-bżonnijiet operattivi speċifiċi ta' PRIMA, jenħtieġ li jiġi previst numru limitat ta' derogi f'konformità mal-Artikolu 1(3) ta' dak ir-Regolament.

(33)

Sabiex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet li jirriżultaw mill-ambitu ġeografiku ta' PRIMA, huma neċessarji derogi mill-punt (b) tal-Artikolu 9(1) u mill-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 biex jiġu aġġustati l-kondizzjonijiet minimi ta' eliġibbiltà għall-parteċipazzjoni f'azzjonijiet indiretti. B'mod partikolari, sabiex isir adattament għall-ispeċifiċitajiet ta' PRIMA, jenħtieġ li b'deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, in-numru minimu ta' parteċipanti ikun ta' tliet entitajiet legali stabbiliti fi tliet Stati Parteċipanti differenti, biex b'hekk titrawwem kooperazzjoni Ewro-Mediterranja bbilanċjata. Hija wkoll neċessarja deroga mill-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 sabiex jiġi żgurat li l-kondizzjonijiet minimi tal-eliġibbiltà għall-parteċipazzjoni f'azzjonijiet indiretti ma jiddiskriminawx kontra entitajiet stabbiliti f'pajjiżi terzi li jkunu Stati Parteċipanti.

(34)

Huma neċessarji derogi mill-Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 sabiex jiġi żgurat li, bħala regola ġenerali, ikunu biss eliġibbli għall-finanzjament l-entitajiet legali stabbiliti fi Stat Parteċipanti jew maħluqa taħt il-liġi tal-Unjoni, jew organizzazzjonijiet internazzjonali ta' interess Ewropew. Madankollu, jenħtieġ li PRIMA-IS tkun tista' wkoll tiffinanzja l-benefiċjarji stabbiliti f'pajjiż li mhuwiex Stat Parteċipanti, dment li tali parteċipazzjoni titqies li hi essenzjali minn PRIMA-IS jew jekk il-finanzjament ikun previst skont ftehim jew arranġament internazzjonali. Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni ta' dawn l-entitajiet tiġi mmonitorjata minn PRIMA-IS.

(35)

Għall-fini ta' simplifikazzjoni, jenħtieġ li l-piż amministrattiv ikun strettament proporzjonat mal-effetti prevedibbli fuq il-partijiet kollha. Jenħtieġ li jiġu evitati awditi doppji u dokumentazzjoni jew rapportar li jkollhom piż sproporzjonat. Meta jsiru l-awditi, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet tal-programmi nazzjonali, kif xieraq.

(36)

Jenħtieġ li l-awditi ta' riċevituri ta' fondi tal-Unjoni previsti f'konformità ma' din id-Deċiżjoni jiżguraw li l-piż amministrattiv jitnaqqas, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1291/2013.

(37)

Jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati tul iċ-ċiklu tal-infiq kollu, inkluż il-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati ħażin u, meta xieraq, sanzjonijiet amministrattivi f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(38)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni, filwaqt li tqis il-fehmiet tal-Istati Parteċipanti kif ukoll il-fehmiet espressi minn firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati, twettaq evalwazzjoni interim fejn b'mod partikolari tivvaluta l-kwalità u l-effiċjenza ta' PRIMA u l-progress li jkun sar fir-rigward tal-objettivi stabbiliti, u evalwazzjoni finali, u jenħtieġ li tħejji rapporti dwar dawk l-evalwazzjonijiet.

(39)

Fuq talba mill-Kummissjoni, jenħtieġ li PRIMA-IS u l-Istati Parteċipanti jressqu kwalunkwe informazzjoni li l-Kummissjoni għandha bżonn tinkludi fir-rapporti dwar l-evalwazzjoni ta' PRIMA u jenħtieġ li, għal dan il-fini, jiġu mħeġġa jużaw format armonizzat.

(40)

L-objettiv ta' din id-Deċiżjoni huwa li ssaħħaħ l-integrazzjoni u l-allinjament tas-sistemi u l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-pajjiżi Mediterranji fl-oqsma tas-sistemi agroalimentari, biex dawn isiru sostenibbli, u tal-provvista u l-ġestjoni integrati tal-ilma. L-iskala tar-riċerka u l-innovazzjoni meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi fiż-żona tal-Mediterran hija immensa minħabba n-natura sistemika tal-ostakoli ewlenin. L-ambitu tar-riċerka u tal-innovazzjoni huwa kumpless, multidixxiplinarju u jeħtieġ approċċ transkonfinali u li jinvolvi lil diversi atturi. Approċċ kollaborattiv b'sett wiesa' ta' Stati Parteċipanti jista' jgħin biex iżid l-iskala u l-ambitu meħtieġa, billi jinġabru flimkien ir-riżorsi finanzjarji u intellettwali. Billi l-objettiv ta' din id-Deċiżjoni ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri, iżda jista' pjuttost, billi jiġu integrati l-isforzi nazzjonali f'approċċ konsistenti tal-Unjoni, billi jingħaqdu flimkien programmi nazzjonali ta' riċerka u ta' innovazzjoni li huma kompartimentalizzati, billi tingħata għajnuna biex jitfasslu strateġiji komuni tar-riċerka u l-finanzjament lil hinn mill-konfini nazzjonali, u billi tinkiseb il-massa kritika ta' atturi u ta' investimenti meħtieġa, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(41)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tipparteċipa fi PRIMA,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Parteċipazzjoni fi PRIMA

1.   L-Unjoni għandha tipparteċipa fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (“PRIMA”), li pparteċipaw fiha b'mod konġunt il-Kroazja, Ċipru, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, Iżrael, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, il-Portugall, is-Slovenja, Spanja, it-Tuneżija u t-Turkija (“Stati Parteċipanti”), f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

2.   L-Alġerija, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Libanu u l-Marokk għandhom isiru Stati Parteċipanti soġġett għall-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Unjoni li jistabbilixxu t-termini u l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tagħhom fi PRIMA.

3.   Kwalunkwe Stat Membru u kwalunkwe pajjiż terz assoċjat ma' Orizzont 2020, għajr xi wieħed minn dawk elenkati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jista' jieħu sehem fi PRIMA dment li jissodisfa l-kondizzjoni stabbilita fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) u li jikkonforma, b'mod partikolari, mal-Artikolu 11(5).

Stati Membri u pajjiżi terzi assoċjati ma' Orizzont 2020 li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu li jkunu Stati Parteċipanti għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.

4.   Kwalunkwe pajjiż terz mhux assoċjat ma' Orizzont 2020, għajr xi wieħed minn dawk elenkati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jista' jipparteċipa fi PRIMA dment li:

(a)

jissodisfa l-kondizzjoni stabbilita fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) u jikkonforma, b'mod partikolari, mal-Artikolu 11(5);

(b)

l-istruttura ta' implimentazzjoni għall-PRIMA (“PRIMA-IS”) tapprova l-parteċipazzjoni tiegħu fi PRIMA wara li tkun eżaminat ir-rilevanza tal-parteċipazzjoni tiegħu biex jintlaħqu l-objettivi ta' PRIMA; u

(c)

jikkonkludi ftehim internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Unjoni li jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fi PRIMA.

Pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu li jkunu Stati Parteċipanti għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Objettivi ta' PRIMA

1.   F'konformità mal-prijoritajiet ta' Orizzont 2020, l-objettivi ġenerali ta' PRIMA huma li jinbnew il-kapaċitajiet ta' riċerka u innovazzjoni u li jiġu żviluppati l-għarfien u soluzzjonijiet innovattivi komuni għas-sistemi agroalimentari, biex dawn isiru sostenibbli, u għall-provvista u l-ġestjoni integrati tal-ilma fiż-żona tal-Mediterran, biex dawk is-sistemi u dik il-provvista u l-ġestjoni jsiru aktar reżiljenti għall-klima, effiċjenti, kosteffettivi u ambjentalment u soċjalment sostenibbli, u biex isir kontribut biex tinstab soluzzjoni upstream għal problemi marbutin mal-iskarsezza tal-ilma, is-sikurezza alimentari, in-nutrizzjoni, is-saħħa, il-benesseri u l-migrazzjoni.

2.   Sabiex tikkontribwixxi għall-objettivi ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 1, PRIMA għandha tissodisfa l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

il-formulazzjoni ta' aġenda strateġika fit-tul u komuni fil-qasam tas-sistemi agroalimentari, biex dawn isiru sostenibbli, u fil-qasam tal-provvista u l-ġestjoni integrati tal-ilma;

(b)

l-orjentazzjoni ta' programmi nazzjonali rilevanti fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni lejn l-implimentazzjoni tal-aġenda strateġika;

(c)

l-involviment tal-atturi rilevanti kollha mis-settur pubbliku u dak privat fl-implimentazzjoni tal-aġenda strateġika billi jinġabru flimkien l-għarfien u r-riżorsi finanzjarji biex tinkiseb il-massa kritika meħtieġa;

(d)

it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni u tal-kapaċitajiet ta' implimentazzjoni tal-atturi kollha involuti, inkluż l-SMEs, is-settur akkademiku, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi u ċ-ċentri ta' riċerka lokali.

Artikolu 3

Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal PRIMA

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, inkluż l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, għandha tkun daqs il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti għal PRIMA. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż l-EUR 220 000 000.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati għall-partijiet rilevanti tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE (8), u b'mod partikolari mill-Parti II “Tmexxija industrijali” u mill-Parti III “Sfidi tas-soċjetà”, f'konformità mal-punt (c)(vi) tal-Artikolu 58(1) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tintuża minn -PRIMA-IS biex:

(a)

tiffinanzja l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1);

(b)

tkopri l-ispejjeż amministrattivi ta' PRIMA-IS, sa massimu ta' 6 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 4

Kondizzjonijiet għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal PRIMA

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) għandha tingħata b'dawn il-kondizzjonijiet:

(a)

l-Istati Parteċipanti għandhom juru li PRIMA ġiet stabbilita f'konformità ma' din id-Deċiżjoni;

(b)

l-Istati Parteċipanti, jew l-organizzazzjonijiet maħturin mill-Istati Parteċipanti, għandhom jinnominaw entità b'personalità ġuridika, kif imsemmi fil-punt (c)(vi) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, bħala PRIMA-IS, li għandha tkun responsabbli biex timplimenta PRIMA b'mod effiċjenti, biex tirċievi, talloka u timmonitorja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Deċiżjoni kif ukoll il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti, fejn xieraq, u biex tiżgura li jitwettqu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi ta' PRIMA;

(c)

kull Stat Parteċipanti għandu jimpenja ruħu li jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' PRIMA b'kontribuzzjoni adegwata mir-riżorsi nazzjonali rilevanti għall-objettivi ta' PRIMA;

(d)

PRIMA-IS għandha turi li hija kapaċi timplimenta PRIMA, inkluż li tirċievi, talloka u twettaq monitoraġġ b'rabta mal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Deċiżjoni fil-qafas tal-ġestjoni indiretta tal-baġit tal-Unjoni f'konformità mal-Artikoli 58, 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(e)

l-istabbiliment ta' mudell ta' governanza effiċjenti għal PRIMA f'konformità mal-Artikolu 12;

(f)

l-adozzjoni minn PRIMA-IS, wara li tikseb approvazzjoni mill-Kummissjoni, tal-prinċipji komuni msemmija fl-Artikolu 6(9).

2.   Matul l-implimentazzjoni ta' PRIMA, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) għandha wkoll tingħata b'dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-implimentazzjoni minn PRIMA-IS tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2, u tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 6;

(b)

iż-żamma ta' mudell ta' governanza xieraq u effiċjenti f'konformità mal-Artikolu 12;

(c)

il-konformità ta' PRIMA-IS mar-rekwiżiti tar-rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(d)

it-twettiq mill-Istati Parteċipanti tal-impenji msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-twettiq tal-impenji meħudin mill-Istati Parteċipanti, b'mod partikolari permezz tal-ewwel żewġ pjanijiet ta' ħidma annwali. Wara dik il-valutazzjoni, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) tista' tiġi rieżaminata f'konformità mal-Artikolu 9.

Artikolu 5

Kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti għal PRIMA

1.   L-Istati Parteċipanti għandhom jagħmlu l-arranġamenti biex huma, jew il-korpi ta' finanzjament nazzjonali tagħhom, jagħmlu kontribuzzjonijiet, finanzjarji jew in natura, ta' mill-inqas EUR 220 000 000 matul il-perijodu mis-7 ta' Awwissu 2017 sal-31 ta' Diċembru 2028.

2.   Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti għandhom jikkonsistu minn dawn li ġejjin:

(a)

fejn xieraq, kontribuzzjonijiet finanzjarji għal PRIMA-IS bil-ħsieb tal-finanzjament tal-azzjonijiet indiretti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1);

(b)

kontribuzzjonijiet finanzjarji jew in natura għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1); u

(c)

kontribuzzjonijiet finanzjarji jew in natura għall-baġit amministrattiv ta' PRIMA-IS mhux koperti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(3).

3.   Il-kontribuzzjonijiet in natura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkonsistu mill-ispejjeż li l-Istati Parteċipanti jġarrbu fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1), wara li titnaqqas kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja diretta jew indiretta tal-Unjoni għal dawk l-ispejjeż.

4.   Il-kontribuzzjonijiet in natura msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 għandhom jikkonsistu mill-ispejjeż li l-Istati Parteċipanti jġarrbu b'rabta mal-baġit amministrattiv ta' PRIMA-IS, wara li titnaqqas kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja diretta jew indiretta tal-Unjoni għal dawk l-ispejjeż.

5.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2, l-ispejjeż għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-prattiki kontabilistiċi normali tal-Istati Parteċipanti jew tal-korpi ta' finanzjament nazzjonali kkonċernati, l-istandards kontabilistiċi applikabbli tal-Istat Parteċipanti fejn hemm stabbiliti l-korpi ta' finanzjament nazzjonali kkonċernati u l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà u l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju applikabbli. L-ispejjeż għandhom jiġu ċċertifikati minn awditur indipendenti maħtur mill-Istati Parteċipanti jew mill-korpi ta' finanzjament nazzjonali kkonċernati. Jekk ikun hemm xi inċertezza li tirriżulta miċ-ċertifikazzjoni, il-metodu tal-valutazzjoni jista' jiġi vverifikat minn PRIMA-IS. Fil-każ li jifdal xi inċertezzi, il-metodu tal-valutazzjoni jista' jiġi awditjat minn PRIMA-IS.

6.   Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li jgħoddu bħala kontribuzzjonijiet mill-Istati Parteċipanti għandhom isiru wara l-adozzjoni tal-pjan ta' ħidma annwali. Jekk il-pjan ta' ħidma annwali jiġi adottat matul is-sena ta' referenza msemmija fl-Artikolu 6(2), il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li jgħoddu bħala kontribuzzjonijiet mill-Istati Parteċipanti inklużi fil-pjan ta' ħidma annwali, jistgħu jinkludu l-kontribuzzjonijiet li jkunu saru mill-1 ta' Jannar ta' dik is-sena. Madankollu, il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li jgħoddu bħala kontribuzzjonijiet mill-Istati Parteċipanti inklużi fl-ewwel pjan ta' ħidma annwali, jistgħu jinkludu kontribuzzjonijiet li jkunu saru wara s-7 ta' Awwissu 2017.

Artikolu 6

Attivitajiet u implimentazzjoni ta' PRIMA

1.   PRIMA għandha tappoġġa firxa wiesgħa ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, kif deskritt fil-pjan ta' ħidma annwali tagħha, permezz ta':

(a)

azzjonijiet indiretti fit-tifsira tar-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 iffinanzjati minn PRIMA-IS f'konformità mal-Artikolu 7 ta' din id- Deċiżjoni, prinċipalment fil-forma ta' għotjiet wara sejħiet għal proposti transnazzjonali, miftuħa u kompetittivi, organizzati minn PRIMA-IS, inkluż:

(i)

azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni, kif ukoll azzjonijiet ta' innovazzjoni;

(ii)

azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ li jiffokaw fuq id-disseminazzjoni u l-komunikazzjoni għall-promozzjoni ta' PRIMA u biex jiġu massimizzati l-impatti tagħha;

(b)

attivitajiet iffinanzjati mill-Istati Parteċipanti mingħajr il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) li jikkonsistu fi:

(i)

attivitajiet magħżula wara sejħiet għal proposti transnazzjonali, miftuħa u kompetittivi, organizzati minn PRIMA-IS, ġestiti mill-korpi ta' finanzjament nazzjonali taħt il-programmi nazzjonali tal-Istati Parteċipanti, li jipprovdu appoġġ finanzjarju prinċipalment fil-forma ta' għotjiet;

(ii)

attivitajiet taħt il-programmi nazzjonali tal-Istati Parteċipanti inkluż proġetti transnazzjonali.

2.   PRIMA għandha tiġi implimentata abbażi ta' pjanijiet ta' ħidma annwali li jkopru l-attivitajiet li għandhom jitwettqu fil-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' sena partikolari (“sena ta' referenza”). PRIMA-IS għandha tadotta l-pjanijiet ta' ħidma annwali sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' referenza, wara li tikseb approvazzjoni mill-Kummissjoni. Fl-adozzjoni tal-pjanijiet ta' ħidma annwali, kemm PRIMA-IS kif ukoll il-Kummissjoni għandhom jaġixxu mingħajr dewmien żejjed. PRIMA-IS għandha tqiegħed il-pjan ta' ħidma annwali għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

3.   L-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 jistgħu jitniedu biss fis-sena ta' referenza u biss wara l-adozzjoni tal-pjan ta' ħidma annwali għal dik is-sena.

4.   Jekk il-pjan ta' ħidma annwali jiġi adottat matul is-sena ta' referenza, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) tista' tintuża biex tirrimborża l-ispejjeż amministrattivi ta' PRIMA-IS imġarrba mill-1 ta' Jannar ta' dik is-sena ta' referenza f'konformità mal-pjan ta' ħidma annwali. Madankollu, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) tista' tirrimborża l-ispejjeż amministrattivi ta' PRIMA-IS imġarrba mis-7 ta' Awwissu 2017 f'konformità mal-ewwel pjan ta' ħidma annwali.

5.   L-attivitajiet jistgħu jiġu ffinanzjati biss taħt PRIMA jekk dawn ikunu stabbiliti fil-pjan ta' ħidma annwali. Il-pjan ta' ħidma annwali għandu jiddistingwi bejn l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-attivitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-ispejjeż amministrattivi ta' PRIMA-IS. Huwa għandu jipprevedi l-istimi tal-infiq korrispondenti tagħhom kif ukoll l-allokazzjoni baġitarja għal attivitajiet iffinanzjati bil-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) u għal attivitajiet iffinanzjati mill-Istati Parteċipanti mingħajr il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1). Il-pjan ta' ħidma annwali għandu jinkludi wkoll il-valur stmat tal-kontribuzzjonijiet in natura tal-Istati Parteċipanti, imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5(2).

6.   Il-pjanijiet ta' ħidma annwali emendati għal sena ta' referenza u l-pjanijiet ta' ħidma annwali għas-snin ta' referenza sussegwenti għandhom iqisu r-riżultati ta' sejħiet preċedenti għal proposti. Huma għandhom jippruvaw jindirizzaw il-kopertura insuffiċjenti ta' suġġetti xjentifiċi b'mod partikolari dawk indirizzati inizjalment fl-attivitajiet skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 li ma setgħux jiġu ffinanzjati b'mod adegwat.

7.   L-attivitajiet finali li għandhom jiġu ffinanzjati, inkluż is-sejħiet finali għal proposti skont il-pjanijiet ta' ħidma annwali rilevanti għandhom jitniedu sal-31 ta' Diċembru 2024. F'każijiet debitament iġġustifikati, dawn jistgħu jitniedu sal-31 ta' Diċembru 2025.

8.   L-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Istati Parteċipanti mingħajr il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) jistgħu jiġu inklużi fil-pjan ta' ħidma annwali biss wara l-eżitu pożittiv tal-evalwazzjoni indipendenti esterna tagħhom minn evalwazzjoni internazzjonali bejn il-pari fir-rigward tal-objettivi ta' PRIMA, kif organizzata minn PRIMA-IS.

9.   L-attivitajiet inklużi fil-pjan ta' ħidma annwali li huma ffinanzjati mill-Istati Parteċipanti mingħajr il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) għandhom jiġu implimentati f'konformità ma' prinċipji komuni li għandhom jiġu adottati minn PRIMA-IS, wara li tinkiseb l-approvazzjoni mill-Kummissjoni. Il-prinċipji komuni għandhom iqisu l-prinċipji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, fit-Titolu VI tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u fir-Regolament (UE) Nru 1290/2013, b'mod partikolari l-prinċipji ta' trattament ugwali, trasparenza, ta' evalwazzjoni indipendenti bejn il-pari u tal-għażla. PRIMA-IS għandha tadotta wkoll, wara li tikseb approvazzjoni mill-Kummissjoni, ir-rekwiżiti ta' rapportar tal-Istati Parteċipanti fi PRIMA-IS, fosthom fir-rigward tal-indikaturi inklużi f'kull waħda minn dawk l-attivitajiet.

10.   L-attivitajiet imsemmija fil-punt (b)(i) tal-paragrafu 1 għandhom, flimkien mal-prinċipji komuni msemmija fil-paragrafu 9, jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-proposti għandhom ikunu għal proġetti transnazzjonali, bil-parteċipazzjoni minima ta' mill-inqas tliet entitajiet legali indipendenti stabbiliti fi tliet pajjiżi differenti meqjusa li jkunu Stati Parteċipanti f'konformità ma' din id-Deċiżjoni sad-data ta' skadenza għall-preżentazzjoni skont is-sejħa għal proposti rilevanti, li minnhom:

(i)

mill-inqas waħda tkun stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż terz assoċjat ma' Orizzont 2020u ma taqax taħt il-punt (ii); u

(ii)

mill-inqas waħda tkun stabbilita f'pajjiż terz elenkat fl-Artikolu 1(2), jew f'pajjiż terz b'konfini mal-Baħar Mediterran;

(b)

il-proposti għandhom jintgħażlu wara sejħiet għal proposti transnazzjonali u għandhom jiġu evalwati bl-għajnuna ta' mill-inqas tliet esperti indipendenti, abbażi tal-kriterji tal-għoti li ġejjin: l-eċċellenza, l-impatt u l-kwalità u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni;

(c)

il-proposti għandhom jiġu kklassifikati skont ir-riżultati tal-evalwazzjoni. L-għażla għandha ssir minn PRIMA-IS u għandha ssegwi dik il-klassifikazzjoni. L-Istati Parteċipanti għandhom jaqblu dwar mod ta' finanzjament adegwat li jippermetti l-akbar numru possibbli ta' proposti li jaqbżu l-limitu u li għandhom jiġu ffinanzjati abbażi ta' dik il-klassifikazzjoni, b'mod partikolari billi jiġu pprovduti ammonti ta' riżerva għall-kontribuzzjonijiet nazzjonali għas-sejħiet għal proposti. Fil-każ li proġett wieħed jew aktar ma jkunux jistgħu jiġu ffinanzjati, jistgħu jintgħażlu l-proġetti li jsegwuhom direttament fil-klassifikazzjoni.

11.   PRIMA-IS għandha twettaq monitoraġġ u tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-attivitajiet kollha inklużi fil-pjan ta' ħidma annwali.

12.   Kwalunkwe komunikazzjoni jew pubblikazzjoni relatata mal-attivitajiet ta' PRIMA, u li ssir f'kooperazzjoni ma' PRIMA, kemm jekk titwettaq minn PRIMA-IS, minn Stat Parteċipanti jew il-korpi ta' finanzjament nazzjonali tiegħu, jew parteċipanti f'attività, għandu jkollha t-tikketta jew il-kotikketta li ġejja:“[isem l-attività] hi parti mill-programm PRIMA appoġġat mill-Unjoni Ewropea”.

Artikolu 7

Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni

1.   PRIMA-IS għandha titqies bħala korp ta' finanzjament fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 u għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-azzjonijiet indiretti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) ta' din id-Deċiżjoni f'konformità mar-regoli stabbiliti f'dak ir-Regolament, soġġett għad-derogi stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   B'deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, in-numru minimu ta' parteċipanti għandu jkun ta' tliet entitajiet legali stabbiliti fi tliet pajjiżi differenti meqjusa li jkunu Stati Parteċipanti f'konformità ma' din id-Deċiżjoni, sad-data ta' skadenza għall-preżentazzjoni skont is-sejħa għal proposti rilevanti, li minnhom:

(a)

mill-inqas waħda tkun stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż terz assoċjat ma' Orizzont 2020 u ma taqax taħt il-punt (b); u

(b)

mill-inqas waħda tkun stabbilita f'pajjiż terz elenkat fl-Artikolu 1(2), jew f'pajjiż terz b'konfini mal-Baħar Mediterran.

3.   B'deroga mill-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, f'każijiet debitament iġġustifikati previsti fil-pjan ta' ħidma annwali, il-kondizzjoni minima għandha tkun il-parteċipazzjoni ta' entità legali waħda stabbilita fi Stat Parteċipanti f'konformità ma' din id-Deċiżjoni sad-data ta' skadenza għall-preżentazzjoni skont is-sejħa għal proposti rilevanti.

4.   B'deroga mill-Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, il-parteċipanti li ġejjin huma eliġibbli għall-finanzjament minn PRIMA-IS:

(a)

kwalunkwe entità legali stabbilita fi Stat Parteċipanti jew maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni;

(b)

kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali ta' interess Ewropew, kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013.

5.   Fil-każ ta' organizzazzjoni internazzjonali parteċipanti jew ta' entità legali parteċipanti stabbilita f'pajjiż li mhuwiex Stat Parteċipanti, li l-ebda waħda minnhom ma tkun eliġibbli għal finanzjament skont il paragrafu 4, il-finanzjament minn PRIMA-IS jista' jingħata sakemm waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tkun issodisfata:

(a)

PRIMA-IS tqis li l-parteċipazzjoni hi essenzjali għat-twettiq tal-azzjoni;

(b)

tali finanzjament jiġi previst taħt ftehim xjentifiku u teknoloġiku bilaterali jew f'xi arranġament ieħor bejn l-Unjoni u l-organizzazzjoni internazzjonali jew, għal entitajiet stabbiliti f'pajjiż li mhuwiex Stat Parteċipanti, il-pajjiż li fih l-entità legali tkun stabbilita.

6.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 u għar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, il-mudell ta' ftehim ta' għotja applikabbli jista' jistipula li anke entitajiet legali stabbiliti f'pajjiżi li ma jkunux Stati Parteċipanti u li jirċievu finanzjament minn PRIMA-IS għandhom jipprovdu garanziji finanzjarji xierqa.

7.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, u b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet ta' PRIMA, PRIMA-IS tista' tintroduċi fil-pjanijiet ta' ħidma annwali, kondizzjoni addizzjonali għall-parteċipazzjoni sabiex tindirizza t-tip ta' entitajiet li jistgħu jkunu koordinaturi ta' azzjonijiet indiretti.

Artikolu 8

Ftehimiet bejn l-Unjoni u PRIMA-IS

1.   Soġġett għal valutazzjoni ex ante pożittiva ta' PRIMA-IS f'konformità mal-Artikolu 61(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-għoti ta' garanziji finanzjarji adegwati f'konformità mal-punt (c)(vi) tal-Artikolu 58(1) ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, għandha tikkonkludi ftehim ta' delega u ftehimiet annwali għat-trasferiment ta' fondi ma' PRIMA-IS.

2.   Il-ftehim ta' delega msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi konkluż f'konformità mal-Artikolu 58(3) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-Artikolu 40 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012. Fost l-oħrajn, għandu jistabbilixxi wkoll dan li ġej:

(a)

ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni ta' PRIMA-IS dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/743/UE;

(b)

ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni ta' PRIMA-IS għall-monitoraġġ imsemmi fl-Anness III għad-Deċiżjoni 2013/743/UE;

(c)

l-indikaturi tal-prestazzjoni speċifiċi relatati mal-funzjonament ta' PRIMA-IS;

(d)

ir-rekwiżiti għal PRIMA-IS dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ispejjeż amministrattivi u ta' ċifri dettaljati dwar l-implimentazzjoni ta' PRIMA;

(e)

l-arranġamenti dwar l-għoti tad-data meħtieġa biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tkun tista' tissodisfa l-obbligi tagħha ta' disseminazzjoni u rapportar;

(f)

l-arranġamenti għall-approvazzjoni jew ir-rifjut mill-Kummissjoni tal-abbozz tal-pjan ta' ħidma annwali, il-prinċipji komuni msemmija fl-Artikolu 6(9) u r-rekwiżiti tar-rapportar tal-Istati Parteċipanti, qabel ma jiġu adottati minn PRIMA-IS; u

(g)

dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta' sejħiet għal proposti minn PRIMA-IS, b'mod partikolari fuq il-portal uniku għall-parteċipanti, kif ukoll b'mezzi ta' disseminazzjoni elettroniċi oħrajn ta' Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni.

Artikolu 9

Terminazzjoni, tnaqqis jew sospensjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni

1.   Jekk PRIMA ma tiġix implimentata jew ma tiġix implimentata kif xieraq, jew tiġi implimentata parzjalment jew tard, il-Kummissjoni tista' tittermina, jew tnaqqas jew tissospendi proporzjonalment il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) f'konformità mal-implimentazzjoni attwali ta' PRIMA.

2.   Jekk l-Istati Parteċipanti ma jikkontribwixxux, jew jikkontribwixxu parzjalment jew tard, għall-finanzjament ta' PRIMA, il-Kummissjoni tista' tittermina, jew tnaqqas jew tissospendi proporzjonalment il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1), b'kont meħud tal-ammont ta' finanzjament allokat mill-Istati Parteċipanti biex jimplimentaw PRIMA.

Artikolu 10

Awditi ex post

1.   L-awditi ex post tal-infiq fuq l-azzjonijiet indiretti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) ta' din id-Deċiżjoni għandhom jitwettqu minn PRIMA-IS f'konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013.

2.   Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li twettaq l-awditi msemmija fil-paragrafu 1 hi stess. F'dawn il-każijiet, għandha tagħmel dan f'konformità mar-regoli applikabbli, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 966/2012, (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013.

Artikolu 11

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jinkixfu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti li jkunu tħallsu ħażin u, meta xieraq, permezz ta' sanzjonijiet amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   PRIMA-IS għandha tagħti lill-persunal tal-Kummissjoni u lill-persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, aċċess għas-siti u l-bini tagħha u għall-informazzjoni kollha, inkluż informazzjoni f'forma elettronika, li tkun meħtieġa sabiex isiru l-awditi tagħhom.

3.   L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, f'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (9) u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' ftehim ta' għotja jew deċiżjoni dwar għotja jew kuntratt iffinanzjat, direttament jew indirettament, f'konformità ma' din id-Deċiżjoni.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-kuntratti, il-ftehimiet ta' għotja u d-deċiżjonijiet dwar għotja, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li b'mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lil PRIMA-IS, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF, biex iwettqu tali awditi u investigazzjonijiet f'konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Meta l-implimentazzjoni ta' azzjoni tiġi esternalizzata jew sottodelegata, kollha kemm hi jew parzjalment, jew meta tkun teħtieġ l-għoti ta' kuntratt ta' akkwist jew appoġġ finanzjarju lil parti terza, il-kuntratt, il-ftehim ta' għotja jew id-deċiżjoni dwar għotja għandha tinkludi l-obbligu tal-kuntrattur jew tal-benefiċjarju li jimponi fuq kwalunkwe parti terza involuta l-aċċettazzjoni espliċita ta' dawk is-setgħat tal-Kummissjoni, ta' PRIMA-IS, tal-Qorti tal-Awdituri u tal-OLAF.

5.   Fl-implimentazzjoni ta' PRIMA, l-Istati Parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri leġislattivi, regolatorji, amministrattivi jew miżuri oħra meħtieġa biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari biex jiżguraw l-irkupru sħiħ ta' kwalunkwe ammont dovut lill-Unjoni f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012.

Artikolu 12

Governanza ta' PRIMA

1.   Il-korpi ta' PRIMA-IS għandhom jinkludu:

(a)

Bord tal-Fiduċjarji, li għandu jkollu President u Ko-President;

(b)

Kumitat ta' Tmexxija;

(c)

Segretarjat, immexxi minn Direttur;

(d)

Kumitat Konsultattiv Xjentifiku.

2.   PRIMA-IS għandha tkun ġestita mill-Bord tal-Fiduċjarji, li fiha huma rrappreżentati l-Istati Parteċipanti kollha. Il-Bord tal-Fiduċjarji għandu jkun il-korp deċiżjonali ta' PRIMA-IS.

Il-Bord tal-Fiduċjarji għandu, wara li jikseb approvazzjoni mill-Kummissjoni, jadotta:

(a)

il-pjan ta' ħidma annwali;

(b)

il-prinċipji komuni msemmija fl-Artikolu 6(9); u

(c)

ir-rekwiżiti ta' rapportar tal-Istati Parteċipanti lil PRIMA-IS.

Il-Bord tal-Fiduċjarji għandu jivverifika li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(3) u l-punt (c) tal-Artikolu 4(1) u għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan.

Il-Bord tal-Fiduċjarji għandu japprova l-parteċipazzjoni fi PRIMA ta' kwalunkwe pajjiż terz mhux assoċjat ma' Orizzont 2020 għajr dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) wara li jeżamina r-rilevanza tal-parteċipazzjoni tiegħu biex jintlaħqu l-objettivi ta' PRIMA.

Kull Stat Parteċipanti għandu jkollu vot wieħed fil-Bord tal-Fiduċjarji. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'kunsens. Meta ma jintlaħaqx kunsens, il-Bord tal-Fiduċjarji għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza ta' mill-inqas 75 % tal-voti validi mitfugħa.

L-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, għandha tkun mistiedna għal-laqgħat kollha tal-Bord tal-Fiduċjarji bħala osservatur, u tista' tieħu sehem fid-diskussjonijiet. Hija għandha tirċievi d-dokumenti neċessarji kollha.

3.   Il-Bord tal-Fiduċjarji għandu jiddetermina l-għadd ta' membri tal-Kumitat ta' Tmexxija, li m'għandux ikun inqas minn ħamsa, u għandu jaħtarhom. Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jwettaq monitoraġġ tal-ħidma tad-direttur u jagħti parir lill-Bord tal-Fiduċjarji dwar l-implimentazzjoni ta' PRIMA mis-Segretarjat. B'mod partikolari, huwa għandu jipprovdi gwida dwar l-implimentazzjoni tal-baġit annwali u dwar il-pjan ta' ħidma annwali.

4.   Il-Bord tal-Fiduċjarji għandu jistabbilixxi s-Segretarjat ta' PRIMA-IS bħala l-korp eżekuttiv ta' PRIMA.

Is-Segretarjat għandu:

(a)

jimplimenta l-pjan ta' ħidma annwali;

(b)

jipprovdi appoġġ lill-korpi l-oħra ta' PRIMA-IS;

(c)

iwettaq monitoraġġ u jirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta' PRIMA;

(d)

jiġġestixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) u l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Parteċipanti u jirrapporta dwar l-użu tagħhom;

(e)

iżid il-viżibbiltà ta' PRIMA permezz ta' promozzjoni u komunikazzjoni;

(f)

jaħdem f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni f'konformità mal-ftehim ta' delega msemmi fl-Artikolu 8;

(g)

jiżgura t-trasparenza tal-attivitajiet ta' PRIMA.

5.   Il-Bord tal-Fiduċjarji għandu jaħtar Kumitat Konsultattiv Xjentifiku li jikkonsisti minn esperti indipendenti magħrufa, li huma kompetenti f'oqsma rilevanti għal PRIMA. Il-Bord tal-Fiduċjarji għandu jistabbilixxi l-għadd ta' membri tal-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku, u l-arranġamenti għall-ħatra tagħhom f'konformità mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013.

Il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv għandu:

(a)

jagħti pariri lill-Bord tal-Fiduċjarji dwar prijoritajiet u ħtiġijiet strateġiċi;

(b)

jagħti pariri lill-Bord tal-Fiduċjarji dwar il-kontenut u l-ambitu tal-abbozz tal-pjan ta' ħidma annwali minn perspettiva xjentifika u teknika;

(c)

jirrieżamina l-aspetti xjentifiċi u tekniċi tal-implimentazzjoni ta' PRIMA u jagħti opinjoni dwar ir-rapport annwali tagħha.

Artikolu 13

Komunikazzjoni tal-informazzjoni

1.   Fuq talba tal-Kummissjoni, PRIMA-IS għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 14.

2.   L-Istati Parteċipanti għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, permezz ta' PRIMA-IS, kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Qorti tal-Awdituri dwar il-ġestjoni finanzjarja ta' PRIMA.

3.   Il-Kummissjoni għandha tinkludi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 14.

Artikolu 14

Evalwazzjoni

1.   Sat-30 ta' Ġunju 2022, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim ta' PRIMA, bl-assistenza ta' esperti indipendenti. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jkun jinkludi l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u osservazzjonijiet mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2022.

2.   Sal-31 ta' Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali ta' PRIMA, bl-assistenza ta' esperti indipendenti. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jkun jinkludi r-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni u għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju 2029.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, l-4 ta' Lulju 2017.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  ĠU C 125, 21.4.2017, p. 80.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2017 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2017.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

(4)  Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f' “Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).

(5)  ĠU C 205, 19.7.2013, p. 9.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(10)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).


Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar garanziji finanzjarji għall-Istruttura ta' Implimentazzjoni tal-PRIMA

1.

B'rabta mal-inizjattiva PRIMA, fl-Artikolu 58(1)(c)(vi) tiegħu, ir-Regolament Finanzjarju tal-UE jistipula li l-Kummissjoni tista' tħalli l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'idejn korp irregolat mil-liġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku (l-istruttura ta' implimentazzjoni). It-tali korp irid jipprovdi garanziji finanzjarji adegwati.

2.

Sabiex titħares il-ġestjoni finanzarja tajba tal-fondi tal-UE, dawk il-garanziji għandhom ikopru kull dejn li l-istruttura ta' implimentazzjoni jista' jkollha mal-Unjoni b'rabta mal-kompiti kollha ta' implimentazzjoni previsti fil-ftehim ta' delega. Is-soltu l-Kummissjoni tistenna li l-garanti jaċċettaw l-obbligazzjoni in solidum għad-djun tal-istruttura ta' implimentazzjoni.

3.

Madankollu, abbażi ta' valutazzjoni ddettaljata tar-riskju, u b'mod partikulari jekk l-eżitu tal-valutazzjoni tal-pilastru ex ante mwettqa fuq l-istruttura ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju titqies li hija adegwata, l-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni li jkun qed jieħu ħsieb l-inizjattiva PRIMA se jipprevedi li:

Il-garanziji finanzjarji li l-istruttura ta' implimentazzjoni tintalab tipprovdi jistgħu jkunu limitati għall-ammont massimu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità.

Bl-istess mod, l-obbligazzjoni ta' kull garanti tista' tkun proporzjonata mas-sehem tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-inizjattiva PRIMA.

Il-garanti jistgħu jaqblu fuq il-modalitajiet li bihom se jkopru din l-obbligazzjoni fl-ittri rispettivi tagħhom ta' dikjarazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/16


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/1325

tas-17 ta' Lulju 2017

li jemenda r-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (2),

Billi:

(1)

Fis-6 ta' Frar 2017, il-Kunsill innota li l-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin jikkontribwixxi biex jiddestabilizza s-sitwazzjoni politika u tas-sigurtà fil-Libja.

(2)

Fis-17 ta' Lulju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1338 (3), li tapplika restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċerti oġġetti fil-Libja li jistgħu jintużaw għall-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin.

(3)

Hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex il-miżuri jiġu implimentati, partikolarment bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2016/44 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2a

1.   Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel:

(a)

għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b'mod dirett jew indirett, tal-oġġetti indikati fl-Anness VII, kemm jekk joriġinaw fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kull persuna, entità jew korp fil-Libja, jew għall-użu fil-Libja;

(b)

għall-forniment ta' assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati mal-oġġetti indikati fl-Anness VII jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' tali oġġetti, direttament jew indirettament, lil kull persuna, entità jew korp fil-Libja jew għal użu fil-Libja;

(c)

għall-forniment ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-oġġetti indikati fl-Anness VII, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' krediti għall-esportazzjoni, għal kull bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti, jew għal kull għoti ta' għajnuna teknika relatata jew servizzi ta' senserija, b'mod dirett jew indirett, lil kull persuna, entità jew korp fil-Libja jew għal użu fil-Libja.

2.   L-Anness VII għandu jinkludi l-oġġetti li jistgħu jintużaw għall-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, tal-oġġetti indikati fl-Anness VII, u lanqas għall-forniment ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma' dawk l-oġġetti minn awtoritajiet ta' Stati Membri lill-gvern Libjan.

4.   L-awtorità kompetenti kkonċernata ma għandhiex tagħti l-awtorizzazzjoni għall-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 meta jkun hemm raġunijiet fondati biex wieħed jemmen li l-oġġetti jintużaw għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin.

5.   Fejn awtorità kompetenti elenkata fl-Anness IV tiċħad li tagħti awtorizzazzjoni, jew tannulla, tissospendi, timmodifika sostantivament jew tirrevoka awtorizzazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b'dan u jiskambja magħhom l-informazzjoni rilevanti.”.

(2)

Fl-Artikolu 20, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(c)

temenda l-Anness VII jiġi tirfina jew tadatta l-lista ta' prodotti inklużi li jistgħu jintużaw għall-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin jew sabiex taġġorna l-kodiċijiet tan-nomenklatura min-Nomenklatura Magħquda kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.”.

Artikolu 2

It-test indikati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandu jiddaħħal bħala l-Anness VII għar-Regolament (UE) 2016/44.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1338 tas-17 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ara l-paġna 49 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

ANNESS VII

Oġġetti li jistgħu jintużaw għall-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta' bnedmin kif imsemmi fl-Artikolu 2a

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-kodiċijiet tan-Nomenklatura huma meħuda min-Nomenklatura Magħquda (NM) kif definit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tariffarja u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni u huma indikati fl-Anness I għalih, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendat minn leġislazzjoni sussegwenti.

 

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

 

8407 21

magni outboard għall-propulsjoni fuq il-baħar (spark ignition)

Ex

8408 10

magni outboard għall-propulsjoni fuq il-baħar (compression ignition)

Ex

8501 31

Magni outboard tal-elettriku għall-propulsjoni fuq il-baħar, bi produzzjoni ta' mhux aktar minn 750 W

Ex

8501 32

Magni outboard tal-elettriku għall-propulsjoni fuq il-baħar, bi produzzjoni ta'aktar minn 750 W iżda mhux aktar minn 75 kW

Ex

8903 10

bastimenti pnewmatiċi għall-passatemp jew l-isports

Ex

8903 99

dgħajjes bil-mutur outboard


18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/19


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/1326

tas-17 ta' Lulju 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1340 tas-17 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 (2) jagħti effett lid-Deċiżjoni 2010/788/PESK (3) u jipprevedi ċerti miżuri diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, inkluż l-iffriżar tal-assi tagħhom.

(2)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCR”) 2360 (2017) tal-21 ta' Ġunju 2017 emendat il-kriterji biex persuni u entitajiet jiġu inklużi ma' dawk soġġetti għall-miżuri restrittivi mniżżla fil-paragrafi 9 u 11 tal-UNSCR 1807 (2008). Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1340 tagħti effett lill-UNSCR 2360 (2017).

(3)

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1340 taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tagħti effett lil dik id-Deċiżjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jiġi emendat skont dan.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(i)

l-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorjar jew il-parteċipazzjoni f'attakki kontra l-forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO jew kontra l-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-membri tal-Grupp tal-Esperti;”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Ara paġna 55 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta' Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30).


18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1327

tas-17 ta' Lulju 2017

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, b'mod partikolari l-użu mir-Reġim Sirjan ta' armi kimiċi u l-involviment tiegħu fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi, jenħtieġ li jiżdiedu 16-il persuna mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“242

Samir Dabul

(magħruf ukoll bħala Samir Daaboul)

Data tat-twelid: 4 ta' Settembru 1965

Titlu: Brigadier Ġeneral

Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral, fil-kariga wara Mejju 2011.

Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili u involut fil-ħżin u l-użu ta' armi kimiċi. Huwa wkoll assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre (Ċentru tal-Istudji u r-Riċerka Xjentifiċi), entità elenkata.

18.7.2017

243.

Ali Wanus

(magħruf ukoll bħala Ali Wannous)

(Image)

Data tat-twelid: 5 ta' Frar 1964

Titlu: Brigadier Ġeneral

Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral, fil-kariga wara Mejju 2011.

Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili u involut fil-ħżin u l-użu ta' armi kimiċi.

Huwa wkoll assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

244.

Yasin Ahmad Dahi

(magħruf ukoll bħala: Yasin Dahi; Yasin Dhahi)

(Image)

Data tat-twelid: 1960

Titlu: Brigadier Ġeneral

Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral fil-Forzi Armati Sirjani, fil-kariga wara Mejju 2011. Uffiċjal għoli fi ħdan id-Direttorat tal-Intelligence Militari tal-Forzi Armati Sirjani. Eks-kap tal-Fergħa tal-Intelligence Militari 235 f'Damasku u l-Intelligence Militari f'Homs. Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili.

18.7.2017

245.

Muhammad Yousef Hasouri

(magħruf ukoll bħala: Mohammad Yousef Hasouri; Mohammed Yousef Hasouri)

(Image)

Titlu: Brigadier Ġeneral

Il-Brigadier Ġeneral Muhammad Hasouri huwa uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana, fil-kariga wara Mejju 2011. Huwa għandu l-pożizzjoni ta' Kap tal-Persunal tal-Brigata tal-Forza tal-Ajru 50 u Deputat Kmandant tal-Bażi tal-Ajru ta' Shayrat. Il-Brigadier Ġeneral Muhammad Hasouri jopera fis-settur tal-proliferazzjoni ta' armi kimiċi. Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

18.7.2017

246.

Malik Hasan

(magħruf ukoll bħala: Malek Hassan)

(Image)

Titlu: Maġġur Ġeneral

Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u Kmandant tat-22 Diviżjoni tal-Forza tal-Ajru Sirjana, fil-kariga wara Mejju 2011.

Bħala uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana u fil-katina tal-kmand tat-22 Diviżjoni, huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, inkluż l-użu ta' armi kimiċi minn inġenji tal-ajru li joperaw minn bażijiet tal-ajru taħt il-kontroll tat-22 Diviżjoni, bħall-attakk fuq Talmenas li, kif irrapportat mill-Mekkaniżmu ta' Investigazzjoni Konġunt stabbilit min-Nazzjonijiet Uniti twettaq minn ħelikopters tar-reġim ibbażati fil-mitjar ta' Hama.

18.7.2017

247.

Jayyiz Rayyan Al-Musa

(magħruf ukoll bħala: Jaez Sawada al-Hammoud al-Mousa; Jayez al-Hammoud al-Moussa)

(Image)

Titlu: Maġġur Ġeneral

Gvernatur ta' Hasaka, maħtur minn Bashar al-Assad; huwa assoċjat ma' Bashar Al-Assad.

Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u eks-Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru Sirjana.

Bħala uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana, hu responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, inkluż l-użu ta' attakki bl-armi kimiċi mir-reġim Sirjan matul il-kariga tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru Sirjana, kif identifikat fir-rapport tal-Mekkaniżmu ta' Investigazzjoni Konġunt stabbilit min-Nazzjonijiet Uniti.

18.7.2017

248.

Mayzar 'Abdu Sawan

(magħruf ukoll bħala: Meezar Sawan)

(Image)

Titlu: Maġġur Ġeneral

Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u Kmandant tal-20 Diviżjoni tal-Forza tal-Ajru Sirjana, fil-kariga wara Mejju 2011.

Bħala uffiċjal għoli tal-forza tal-ajru Sirjan huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili inkluż attakki kontra żoni ċivili minn inġenji tal-ajru li joperaw minn bażijiet tal-ajru taħt il-kontroll tal-20 Diviżjoni.

18.7.2017

249.

Isam Zahr Al-Din

(magħruf ukoll bħala: Isam Zuhair al-Din; Isam Zohruddin; Issam Zahruddin; Issam Zahreddine; Essam Zahruddin)

(Image)

Titlu: Brigadier Ġeneral

Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral, uffiċjal għoli fil-Gwardja Repubblikana, fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili, inkluż matul l-assedju ta' Baba Amr fi Frar 2012.

18.7.2017

250.

Mohammad Safwan Katan

(magħruf ukoll bħala: Mohammad Safwan Qattan)

(Image)

 

Mohammad Safwan Katan huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata. Huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Mohammad Safwan Katan kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

251.

Mohammad Ziad Ghritawi

(magħruf ukoll bħala: Mohammad Ziad Ghraywati)

(Image)

 

Mohammad Ziad Ghritawi huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre. Huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Mohammad Ziad Ghritawi kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

252.

Mohammad Darar Khaludi

(magħruf ukoll bħala: Mohammad Darar Khloudi)

(Image)

 

Mohammad Darar Khaludi huwa inġinier fis- Syrian Scientific Studies and Research Centre. Huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Mohammad Darar Khaludi kien magħruf ukoll li kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa wkoll assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

253.

Khaled Sawan

(Image)

 

Dr. Khaled Sawan huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, li huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Huwa kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa kien assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

254.

Raymond Rizq

(magħruf ukoll bħala: Raymond Rizk)

(Image)

 

Raymond Rizq huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

255.

Fawwaz El-Atou

(magħruf ukoll bħala: Fawaz Al Atto)

(Image)

 

Fawwaz El-Atou huwa tekniku tal-laboratorju fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Fawwaz El-Atou kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat mas- Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

256.

Fayez Asi

(magħruf ukoll bħala: Fayez al-Asi)

(Image)

 

Fayez Asi huwa tekniku tal-laboratorju fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

257.

Hala Sirhan

(magħruf ukoll bħala: Halah Sirhan)

(Image)

Data tat-twelid: 5 ta' Jannar 1953

Titlu: Dr.

Dr. Hala Sirhan taħdem mal-Intelligence Militari Sirjana fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre. Hija operat f'Institute 3000, li huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi.

Hija assoċjata mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017”


18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1328

tas-17 ta' Lulju 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 178 flimkien mal-Artikolu 180 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 (2) jistabbilixxi regoli dwar il-kalkolu u l-iffissar tad-dazju fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti. Għall-qamħ komuni, il-qamħ durum u l-qamħirrum, id-dazju fuq l-importazzjoni jista' jkun jiddependi mid-differenza bejn il-kwalità proprja tal-prodott importat u l-kwalità tal-prodott imniżżel fuq il-liċenzja tal-importazzjoni. Għaldaqstant, l-analiżijiet kwalitattivi bbażati fuq kampjuni rappreżentattivi jagħmilhom l-uffiċċju doganali u jiġu previsti garanziji addizzjonali.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 (3) jipprevedi l-każijiet meta jkun hemm bżonn liċenzja tal-importazzjoni. M'għadx hemm bżonn liċenzja tal-importazzjoni għall-prodotti tas-settur taċ-ċereali meta jiġu ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera b'kundizzjonijiet oħra għajr il-kwoti tariffarji. Minħabba f'hekk, tneħħa r-rekwiżit li tingħata garanzija għal-liċenzja tal-importazzjoni għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 12(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 (4).

(3)

L-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprovdi għal tnaqqis fid-dazju tal-importazzjoni għal ċerti portijiet tal-ħatt, li għalihom l-awtoritajiet doganali jeħtieġ joħorġu ċertifikat skont il-mudell mogħti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. Dak il-mudell għadu jinkludi referenza għan-numru tal-liċenzja tal-importazzjoni bħala informazzjoni addizzjonali fir-rigward tal-liċenzja tal-importazzjoni nnifisha. Minbarra dan, jixraq li t-terminu “ċertifikat” isir “dokument” ħalli tiġi evitata l-konfużjoni.

(4)

L-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 jipprovdi għal garanzija addizzjonali, għajr meta maċ-ċertifikat tal-importazzjoni jinhemżu ċerti ċertifikati ta' konformità. F'dawn l-Artikoli u fl-Artikolu 7(4), ir-referenzi għal “liċenzja tal-importazzjoni” jew għall-garanzija relatata magħha, għandhom jitħassru jew jinbidlu b'referenzi għad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Fl-istess ħin, it-terminu “garanzija addizzjonali” għandu jinbidel b'terminu aktar xieraq.

(5)

Għaċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, jixraq li r-referenzi għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (5), għar-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (7) jinbidlu b'referenzi għar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (9).

(6)

Għalhekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Ir-rati tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk applikabbli fid-data stipulata fl-Artikolu 172(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).”"

(2)

Fl-Artikolu 2(4), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-awtorità doganali fil-port tal-ħatt għandha toħroġ ċertifikat skont il-mudell mogħti fl-Anness I li jafferma l-kwantità ta' kull prodott li nħatt. Biex jingħata t-tnaqqis tad-dazju previst fl-ewwel subparagrafu, dak il-dokument irid jakkumpanja lill-oġġetti sa tmiem il-formalitajiet doganali tal-importazzjoni.”

(3)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b'dan li ġej:

“3.   Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar l-użu finali previsti fl-Artikolu 254(1), (4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

4.   B'deroga mill-Artikolu 211(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-importatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b'garanzija addizzjonali ta' EUR 24 għal kull tunnellata ta' qamħirrum iebes, għajr meta d-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jkollha magħha ċertifikat ta' konformità maħruġ mis-Servicio Nacional de Sanidad y Calidad Algroalimentaria (Senasa) tal-Arġentina, skont il-punt a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament.

Iżda jekk id-dazju applikabbli dakinhar meta tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera jkun inqas minn EUR 24 għal kull tunnellata ta' qamħirrum, il-garanzija speċifika għandha tkun daqs l-ammont tad-dazju.”

(4)

L-Artikolu 6 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 6

1.   Għall-qamħ komuni ta' kwalità kbira, l-importatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b'garanzija speċifika ta' EUR 95 għal kull tunnellata dakinhar meta tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, għajr meta dik id-dikjarazzjoni jkollha magħha ċertifikat ta' konformità maħruġ mill-Federal Grain Inspection Service (FGIS) u mill-Canadian Grain Commission (CGC) skont il-punt (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2).

Iżda meta jiġu sospiżi d-dazji tal-importazzjoni għal kull kategorija ta' qamħ komuni ta' kwalità skont l-Artikolu 219 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), il-garanzija speċifika m'għandhiex tintalab għall-perjodu kollu meta tapplika s-sospensjoni tad-dazji.

2.   Għall-qamħ durum, l-importatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b'garanzija speċifika dakinhar meta tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, għajr meta dik id-dikjarazzjoni jkollha magħha ċertifikat ta' konformità maħruġ mill-Federal Grain Inspection Service (FGIS) u mill-Canadian Grain Commission (CGC) skont il-punt (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2).

L-ammont tal-garanzija speċifika għandu jkun id-differenza dakinhar meta tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, bejn l-ogħla dazju tal-importazzjoni u dak applikabbli għall-kwalità murija, miżjud b'suppliment ta' EUR 5 għal kull tunnellata. Iżda meta d-dazju tal-importazzjoni applikabbli għall-kwalitajiet differenti tal-qamħ durum ikun żero, il-garanzija speċifika m'għandhiex tintalab.

(*2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).”"

(5)

Fl-Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha tirrikonoxxi uffiċjalment dawn iċ-ċertifikati ta' konformità li ġejjin, skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (*3):

(a)

Iċ-ċertifikati maħruġa mis-Servicio Nacional de Sanidad y Calidad Agroalimentaria (Senasa) tal-Arġentina għall-qamħirrum iebes;

(b)

Iċ-ċertifikati maħruġa mill-Federal Grains Inspection Services (FGIS) tal-Istati Uniti tal-Amerka għall-qamħ komuni ta' kwalità kbira u għall-qamħ durum ta' kwalità kbira;

(c)

Iċ-ċertifikati maħruġa mill-Canadian Grain Commission (CGC) tal-Kanada għall-qamħ komuni ta' kwalità kbira u għall-qamħ durum ta' kwalità kbira.

(*3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).”"

(6)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Jekk ir-riżultati tal-analiżi juru li l-qamħ komuni ta' kwalità kbira, il-qamħ durum u l-qamħirrum iebes li ġew impurtati jkollhom kwalità standard aktar baxxa minn dik li tniżżlet fid-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, l-importatur għandu jħallas id-differenza bejn id-dazju tal-importazzjoni applikabbli għall-prodott muri fuq id-dikjarazzjoni u dak tal-prodott li ġie impurtat realment. F'dan il-każ, il-garanzija speċifika prevista fl-Artikolu 3(4) u fl-Artikolu 6(1) u (2) għandha tiġi rilaxxata, għajr is-suppliment ta' EUR 5 previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2).

Jekk id-differenza msemmija fl-ewwel subparagrafu ma titħallasx fi żmien xahar, il-garanzija addizjonali prevista fl-Artikolu 3(4) u fl-Artikolu 6(1) u (2) għandha tintilef.”

(7)

L-Anness I jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (kodifikazzjoni) (ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta' garanziji ppreżentati għal tali liċenzji, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008 (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross (ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


ANNESS

ANNESS I

Il-mudell imsemmi fl-Artikolu 2(4)

Il-prodott li nħatt (il-kodiċi CN u, għall-qamħ komuni, għall-qamħ durum u għall-qamħirrum, il-kwantità ddikjarata skont l-Artikolu 5): …

Il-kwantità li nħattet (f'kilogrammi): …


18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1329

tas-17 ta' Lulju 2017

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 rigward il-kundizzjonijiet għall-użu ta' kwota tariffarja tal-Unjoni marbuta fil-GATT għal preparazzjonijiet tal-ikel mhux speċifikati jew mhux inklużi xi mkien ieħor, allokati lill-Istati Uniti tal-Amerka

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta' tariffi Komunitarji marbutin fil-GATT u ċerti kwoti ta' tariffi Komunitarji oħra u li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-aġġustament tal-kwoti, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1808/95 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba l-ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti tal-Amerka konkluż bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/125/UE (2), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 624/2013 (3) li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 b'effett mill-1 ta' Lulju 2013 biex tinfetaħ kwota tariffarja ta' 1 550 tunnellata marbuta fil-GATT għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-preparazzjonijiet tal-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor tal-kodiċi NM 2106 90 98 li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerka.

(2)

Peress li l-kwoti tariffarji speċifiċi għall-pajjiżi jiġu allokati abbażi tal-oriġini tal-merkanzija, hu kkunsidrat xieraq li jiġi introdott obbligu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 biex jiġi ppreżentat ċertifikat tal-oriġini, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-oriġini mhux preferenzjali, kull meta dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ssir b'rabta mal-preparazzjonijiet tal-ikel maħsuba biex jibbenefikaw mill-kwota tariffarja l-ġdida.

(3)

Iżda bl-ittra tas-26 ta' April 2016, l-Istati Uniti tal-Amerka talbu li dan l-obbligu jitneħħa. L-ittra tagħhom tispjega li l-prodotti li jibbenefikaw mill-kwota tariffarja jiġu esportati minn madwar l-Istati Uniti u anki jekk il-kompitu tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-oriġini jkun deċentralizzat, ir-riżorsi meħtieġa għal konformità ma' din it-tip ta' sistema taċ-ċertifikazzjoni bbażata fuq il-karti jagħmlu dan il-kompitu piż projbittiv.

(4)

Fir-rigward tar-riskju li l-prodotti li ma joriġinawx fl-Istati Uniti jistgħu jiġu importati bil-kwota tariffarja jekk l-obbligu jitneħħa, l-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (4) diġà joffri l-possibbiltà li l-awtoritajiet doganali jeżiġu li d-dikjaranti juru prova tal-oriġini tal-merkanzija permezz ta' mezzi tal-prova oħra għajr il-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tal-oriġini b'konformità mal-Artikoli 57, 58 u 59 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (5). Għalhekk l-applikazzjoni korretta tar-regoli tista' tkun żgurata wkoll jekk jitneħħa l-obbligu li jiġi ppreżentat ċertifikat tal-oriġini ħalli jonqos il-piż amministrattiv minn fuq l-esportaturi.

(5)

Minħabba f'hekk, f'dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, jixraq li l-importaturi ta' dawn il-prodotti jitħallew jużaw il-kwota tariffarja mingħajr ma jkollhom għalfejn jipprovdu ċertifikat tal-oriġini.

(6)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 32/2000 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 32/2000, fir-ringiela għan-numru tas-serje 09.0096, fil-kolonna intitolata “Rata tad-dazju (%)”, titħassar in-nota f'qiegħ il-paġna bit-test “L-użu tal-kwota tariffarja għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni, skont l-Artikoli minn 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, ta' ċertifikat tal-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerka.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 5, 8.1.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/125/UE tal-25 ta' Frar 2013 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 4).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 624/2013 tas-27 ta' Ġunju 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 rigward kwota ta' tariffi ġdida tal-Unjoni marbuta fil-GATT għal preparazzjonijiet tal-ikel mhux speċifikati jew mhux inklużi mkien ieħor, allokati lill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 177, 28.6.2013, p. 21).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1330

tas-17 ta' Lulju 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(d) u (e) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka persuni, entitajiet u korpi li, peress li ġew innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), huma koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li, billi ma ġewx elenkati fl-Anness IV, ġew elenkati mill-Kunsill, u huma soġġetti għall-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(3)

Fil-5 ta' Ġunju 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet emenda l-entrati għal żewġ entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(4)

Fit-2 ta' Ġunju 2017, il-KSNU adotta r-Riżoluzzjoni 2356 (2017) li żżid 14-il persuna fiżika u erba' entitajiet mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi. Dawn il-persuni u l-entitajiet żdiedu fl-Anness IV tar-Regolament (KE) 329/2007 permezz ta' Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/970 (2). Għaldaqstant jinħtieġ li xi wħud minn dawn il-persuni u l-entitajiet jitħassru mill-Anness V tar-Regolament (KE) 329/2007, peress li issa huma mniżżlin fl-Anness IV.

(5)

L-Annessi IV u V għaldaqstant jinħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huma emendati f'konformità mal-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/970 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 129).


ANNESS I

Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007, l-intestatura “B. Persuni, entitajiet u korpi ġuridiċi” hija emendata kif ġej:

(1)

“(8)

Namchongang Trading Corporation (magħrufa wkoll bħala (a) NCG, (b) Namchongang Trading, (c) Nam Chon Gang Corporation, (d) Nomchongang Trading Co., (e) Nam Chong Gan Trading Corporation (f) Namhung Trading Corporation). Informazzjoni oħra: (a) tinsab f'Pyongyang, DPRK; (b) Namchongang hija kumpanija kummerċjali Nord Koreana subordinata għal GBAE. Namchongang kienet involuta fl-akkwist ta' pompi li joħolqu vakwu ta' oriġini Ġappuniża li ġew identifikati f'installazzjoni nukleari tal-Korea ta' Fuq, kif ukoll fl-akkwist relatat ma' oġġetti nukleari li huwa assoċjat ma' individwu Ġermaniż. Din kienet involuta wkoll mill-aħħar tad-disgħinijiet fix-xiri ta' tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor speċifikament adattat għall-programm ta' arrikkiment tal-uranju. Ir-rappreżentant tagħha huwa eks diplomatiku li kien ir-rappreżentant tal-Korea ta' Fuq għall-ispezzjoni tal-installazzjonijiet nukleari ta' Yongbyon mill-IAEA fl-2007. L-attivitajiet ta' proliferazzjoni ta' Namchongang huma ta' tħassib serju meta wieħed iqis l-attivitajiet ta' proliferazzjoni tal-Korea ta' Fuq fil-passat. Data tal-klassifikazzjoni: 16.7.2009.”

huwa sostitwit bi:

“(8)

Namchongang Trading Corporation (magħrufa wkoll bħala NCG; NAMCHONGANG TRADING; NAM CHON GANG CORPORATION; NOMCHONGANG TRADING CO.; NAM CHONG GAN TRADING CORPORATION; Namhung Trading Corporation; Korea Daeryonggang Trading Corporation; Korea Tearyonggang Trading Corporation); (a) tinsab f'Pyongyang, fil-Korea ta' Fuq; Sengujadong 11-2/(jew Kwangbok-dong), id-Distrett ta' Mangyongdae, Pyongyang, il-Korea ta' Fuq; (B) Namchongang hija kumpanija kummerċjali Nord Koreana subordinata għall-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (General Bureau of Atomic Energy, GBAE). Namchongang kienet involuta fl-akkwist ta' pompi li joħolqu vakwu ta' oriġini Ġappuniża li ġew identifikati f'installazzjoni nukleari tal-Korea ta' Fuq, kif ukoll fl-akkwist relatat ma' oġġetti nukleari li hu assoċjat ma' individwu Ġermaniż. Din kienet involuta wkoll mill-aħħar tad-disgħinijiet fix-xiri ta' tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor speċifikament adattat għall-programm ta' arrikkiment tal-uranju. Ir-rappreżentant tagħha huwa eks diplomatiku li serva bħala rappreżentant tal-Korea ta' Fuq għall-ispezzjoni mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) tal-installazzjonijiet Nukleari ta' Yongbyon fl-2007. L-attivitajiet ta' proliferazzjoni ta' Namchongang huma ta' tħassib serju meta wieħed iqis l-attivitajiet ta' proliferazzjoni tal-Korea ta' Fuq fil-passat. Numri tat-telefown: +850-2-18111, 18222 (ext. 8573). Numru tal-faks: +850-2-381-4687. Data tal-klassifikazzjoni: 16.7.2009.”

(2)

“(10)

Green Pine Associated Corporation (magħrufa wkoll bħala (a) CHO'NGSONG UNITED TRADING COMPANY; (b) CHONGSONG YONHAP; (c) CH'O'NGSONG YO'NHAP; (d) CHOSUN CHAWO'N KAEBAL T'UJA HOESA; (e) JINDALLAE; (f) KU'MHAERYONG COMPANY LTD; (g) NATURAL RESOURCES DEVELOPMENT AND INVESTMENT CORPORATION; (h) SAEINGP'IL COMPANY). Indirizz: (a) c/o Reconnaissance General Bureau Headquarters, Hyongjesan-Guyok, Pyongyang, North Korea, (b) Nungrado, Pyongyang, RDPK. Informazzjoni oħra: Green Pine Associated Corporation (“Green Pine”) ħadet ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant ewlieni tal-armi tar-RDPK u l-esportatur prinċipali ta' prodotti u tagħmir marbutin mal-missili ballistiċi u l-armi konvenzjonali. Green Pine hija responsabbli wkoll għal kważi nofs l-armi u nofs il-materjal relatat esportati mir-RDPK. Green Pine ġiet identifikata għal sanzjonijiet minħabba l-esportazzjoni ta' armi u ta' materjal relatat mill-Korea ta' Fuq. Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedos u assistenza teknika lill-impriżi Iranjani relatati mad-difiża. Data tal-klassifikazzjoni: 2.5.2012.”

huwa sostitwit bi:

“(10)

Green Pine Associated Corporation (magħrufa wkoll bħala Cho'ngsong United Trading Company; Chongsong Yonhap; Ch'o'ngsong Yo'nhap; Chosun Chawo'n Kaebal T'uja Hoesa; Jindallae; Ku'm- haeryong Company LTD; Natural Resources Development and Investment Corporation; Saeingp'il Company; National Resources Development and Investment Corporation; Saeng Pil Trading Corporation). Indirizz: (a) c/o Reconnaissance General Bureau Headquarters, HyongjesanGuyok, Pyongyang, il-Korea ta' Fuq; (b) Nungrado, Pyongyang, RDPK; (c) Rakrang No. 1 Rakrang District Pyongyang Korea, Chilgol-1 dong, Mangyongdae District, Pyongyang, il-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Green Pine Associated Corporation (“Green Pine”) ħadet ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant ewlieni tal-armi u l-esportatur prinċipali ta' prodotti u tagħmir marbutin mal-missili ballistiċi u l-armi konvenzjonali. Green Pine hija responsabbli wkoll għal kważi nofs l-armi u nofs il-materjal relatat esportati mir-RDPK. Green Pine ġiet identifikata għal sanzjonijiet minħabba l-esportazzjoni ta' armi u ta' materjal relatat mill-Korea ta' Fuq. Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedos u assistenza teknika lill-impriżi Iranjani relatati mad-difiża. Numru tat-telefown: +850-2-18111(ext. 8327). Numru tal-faks: +850-2-3814685 u +850-2-3813372. Indirizzi tal-posta elettronika: pac@silibank.com and kndic@co.chesin.com. Data tal-klassifikazzjoni: 2.5.2012.”

(3)

“(46)

Strategic Rocket Force of the Korean People's Army (magħrufa wkoll bħala Strategic Rocket Force; Strategic Rocket Force Command of KPA). Post: Pyongyang, il-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: L-iStrategic Rocket Force of the Korean People's Army hija inkarigata mill-programmi kollha tal-missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq u hija responsabbli għall-isparar tal-missili SCUD u NODONG.”

huwa sostitwit bi:

“(46)

Strategic Rocket Force of the Korean People's Army (magħrufa wkoll bħala Strategic Rocket Force; Strategic Rocket Force Command of KPA; Strategic Force; Strategic Forces). Post: Pyongyang, il-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: L-iStrategic Rocket Force of the Korean People's Army hija inkarigata mill-programmi kollha tal-missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq u hija responsabbli għall-isparar tal-missili SCUD u NODONG. Data tal-klassifikazzjoni: 2.6.2017”.


ANNESS II

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

Taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)” jitħassru l-entrati li ġejjin:

 

“11.

PAK To-Chun”; kif ukoll

 

“9.

PAEK Se-bong”

(2)

Taħt l-intestatura “B. Persuni, entitajiet u korpi ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)”, titħassar l-entrata li ġejja:

 

“17.

Il-Forzi tal-Missili Strategiċi (Strategic Rocket Forces)”


DEĊIŻJONIJIET

18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/35


DEĊIŻJONI (UE) 2017/1331 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-4 ta' Lulju 2017

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/435 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari it-tieni paragrafu tal-punt 14 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) stabbilixxa Marġni ta' Kontinġenza sa massimu ta' 0,03 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni,

(2)

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont assolut tal-Marġni ta' Kontinġenża għall-2014 (3).

(3)

Bid-Deċiżjoni (UE) 2015/435 (4), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill mobilizzaw il-Marġni ta' Kontinġenza biex isiru disponibbli approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali fl-2014, li jiġu kkumpensati fil-perjodu 2018-2020.

(4)

Skont it-tbassir dwar il-pagament fuq terminu medju ta' żmien ppreżentat fil-kuntest tal-analiżi ta' nofs it-terminu, hija mistennija pressjoni fuq il-limiti tal-pagament annwali għas-snin 2018-2020.

(5)

L-abbozz tal-baġit għas-sena 2017 juri marġni taħt il-limitu ta' pagament ta' EUR 9,6 biljun, u dan jippermetti li jiġi kkumpensat l-ammont sħiħ mobilizzat fl-2014.

(6)

Id-Deċiżjoni (UE) 2015/435 jenħtieġ li għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (UE) 2015/435 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Marġni ta' Kontinġenza għandu jkun mobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta' EUR 2 818 233 715 f'approprjazzjonijiet ta' pagament oltre l-limitu massimu għall-pagamenti tal-qafas finanzjarju pluriennali.”.

(2)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

L-ammont ta' EUR 2 818 233 715 għandu jkun ikkumpensat bil-marġni li jidħol fi ħdan il-limitu massimu ta' pagament għas-sena 2017.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, l-4 ta' Lulju 2017.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(3)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tal-20 ta' Diċembru 2013 bit-titolu “Aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2014 f'konformità mal-movimenti fl-ING” (COM(2013) 928).

(4)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/435 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 4).


18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/37


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1332

tal-11 ta' Lulju 2017

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, fir-rigward tal-Unjoni tal-Comoros

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

1.   INTRODUZZJONI U PROĊEDURA

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 (ir-“Regolament IUU”) jistabbilixxi sistema tal-Unjoni li tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (“IUU”).

(2)

Il-Kapitolu VI tar-Regolament IUU jistabbilixxi l-proċedura fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, id-démarches fir-rigward ta' pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, l-istabbiliment ta' lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, it-tneħħija mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, il-pubbliċità tal-lista ta' pajjiżi li ma jikkooperawx u kull miżura ta' emerġenza.

(3)

Fl-24 ta' Marzu 2014 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE (2) li stabbilixxiet lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament IUU.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament IUU, permezz tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 (“id-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015”) (3), il-Kummissjoni nnotifikat lill-Unjoni ta' Comoros (“il-Comoros”) dwar il-possibbiltà li tiġi identifikata bħala pajjiż li l-Kummissjoni tqis bħala pajjiż terz li ma jikkooperax.

(5)

Fid-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni inkludiet l-informazzjoni dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom hija bbażata din l-identifikazzjoni possibbli.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 ġiet notifikata lill-Comoros flimkien ma' ittra bl-istess data li fiha huwa ssuġġerit li l-Comoros timplimenta, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, pjan ta' azzjoni biex in-nuqqasijiet identifikati jiġu rettifikati.

(7)

B'mod partikolari l-Kummissjoni stiednet lill-Comoros biex: (i) tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet inklużi fil-pjan ta' azzjoni ssuġġerit mill-Kummissjoni; (ii) tivvaluta l-implimentazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet; u (iii) kull sitt xhur tibgħat rapport dettaljat lill-Kummissjoni li jivvaluta l-implimentazzjoni ta' kull waħda minn dawk l-azzjonijiet fir-rigward, inter alia, tal-effettività individwali u/jew kumplessiva tagħha sabiex tiġi żgurata sistema ta' kontroll tas-sajd li hija konformi b'mod sħiħ.

(8)

Il-Comoros ngħatat l-opportunità li twieġeb bil-miktub u bil-fomm għad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015, kif ukoll għal informazzjoni oħra rilevanti komunikata mill-Kummissjoni, li jippermettilha tippreżenta evidenza li tiċħad jew li tikkompleta l-fatti indikati fid-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015. Il-Comoros ġiet żgurata dwar id-dritt tagħha li titlob, jew li tipprovdi, informazzjoni addizzjonali.

(9)

Bid-Deċiżjoni tagħha tal-1 ta' Ottubru 2015 u bl-ittra tagħha, il-Kummissjoni fetħet proċess ta' djalogu mal-Comoros u enfażizzat li kienet tqis li fil-prinċipju perjodu ta' sitt xhur huwa suffiċjenti biex jintlaħaq ftehim.

(10)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset bħala meħtieġa. Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub li tressqu mill-Comoros wara d-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 ġew ikkunsidrati u meqjusa. Il-Comoros inżammet infurmata, bil-fomm jew bil-miktub, dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kummissjoni.

(11)

Madankollu, il-Kummissjoni qieset li l-oqsma ta' tħassib u ta' nuqqasijiet kif deskritt fid-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 ma ġewx indirizzati b'mod suffiċjenti mill-Comoros. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri tal-pjan ta' azzjoni ma kinux ġew implimentati bis-sħiħ. B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni adotatt idd-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/889 (4), li tidentifika lill-Comoros bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

(12)

Abbażi tal-proċeduri ta' investigazzjoni u ta' djalogu mwettqa mill-Kummissjoni, inkluża l-korrispondenza li ġiet skambjata u l-laqgħat li saru, r-raġunijiet li fuqhom huma bbażati d-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/889, huwa xieraq li l-Comoros titqiegħed fil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

(13)

Skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament IUU, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jneħħi pajjiż terz mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx jekk dak il-pajjiż terz juri li s-sitwazzjoni li wasslet biex jiġi inkluż fil-lista tkun ġiet rettifikata. Deċiżjoni ta' tneħħija għandha tikkunsidra wkoll jekk il-pajjiż terzi kkonċernat identifikat ħax miżuri konkreti li jistgħu jiksbu titjib tas-sitwazzjoni li jdum fit-tul.

2.   L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-COMOROS BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX

(14)

Fid-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni analizzat id-dmirijiet tal-Comoros u evalwat il-konformità tagħha mal-obbligi internazzjonali tagħha bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq. Għall-fini ta' dak ir-rieżami, il-Kummissjoni qieset il-parametri elenkati fl-Artikolu 31(4) sa (7) tar-Regolament IUU.

(15)

Il-Kummissjoni rrevediet il-konformità tal-Comoros b'mod allinjatà mal-konklużjonijiet tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015, u wara li kkunsidrat l-informazzjoni rilevanti pprovduta minn hemm 'il quddiem mill-Comoros, il-pjan ta' azzjoni ssuġġerit, u l-miżuri meħuda biex is-sitwazzjoni tiġi rettifikata.

(16)

In-nuqqasijiet ewlenin identifikati mill-Kummissjoni fil-pjan ta' azzjoni ssuġġerit kienu relatati ma' diversi nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-obbligi taħt id-dritt internazzjonali marbuta b'mod partikolari: mal-adozzjoni ta' qafas legali u ta' proċeduri ta' reġistrazzjoni u ta' liċenzjar adegwati; man-nuqqas ta' kooperazzjoni u ta' skambju ta' informazzjoni fi ħdan l-amministrazzjoni tal-Comoros u ma' pajjiżi terzi fejn joperaw il-bastimenti tal-Comoros; man-nuqqas adegwata u effiċjenti ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza; u man-nuqqas ta' sistema ta' sanzjonijiet ta' deterrent. Nuqqasijiet oħra identifikati huma relatati, b'mod aktar ġenerali, mal-konformità mal-obbligi internazzjonali inklużi r-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd. Ġie identifikat ukoll nuqqas ta' konformità ma' rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet minn korpi rilevanti bħall-Pjan Internazzjonali ta' Azzjoni Kontra s-Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat u mal-Linji Gwida Volontarji dwar il-Prestazzjoni tal-Istat tal-Bandiera, it-tnejn tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti. Madankollu, in-nuqqas ta' konformità ma' rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet mhux vinkolanti tqies biss bħala prova ta' sostenn u mhux bħala bażi għall-identifikazzjoni.

(17)

Fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/889, il-Kummissjoni identifikat lill-Comoros bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament IUU.

(18)

Fir-rigward tar-restrizzjonijiet possibbli fuq il-Comoros bħala pajjiż fil-fażi tal-iżvilupp għandu jiġi nnutat li l-istatus tal-iżvilupp u l-prestazzjoni globali tal-Comoros rigward il-ġestjoni tas-sajd jistgħu jkunu mdgħajfin minħabba l-livell ta' żvilupp tiegħu. Madankollu, wara li ttieħed kont tan-natura tan-nuqqasijiet stabbiliti mill-Comoros, il-livell ta' żvilupp tal-Comoros ma jistax jiskuża għalkollox jew inkella jiġġustifika l-prestazzjoni globali tagħha bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq fir-rigward tas-sajd u l-insuffiċjenza tal-azzjonijiet tagħha biex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU.

(19)

Wara li ġew ikkunsidrati d-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/889, u l-proċess ta' djalogu mal-Comoros li sar mal-Kummissjoni u l-eżitu ta' dak il-proċess, jista' jiġi konkluż li l-azzjonijiet meħuda mill-Comoros fid-dawl tal-obbligi tagħha bħala Stat tal-bandiera huma insuffiċjenti biex ikun hemm konformità mal-Artikoli 63, 64, 91, 94, 117 u 118 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar.

(20)

B'hekk, il-Comoros naqset milli taqdi l-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera biex tieħu azzjoni sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU.

3.   STABBILIMENT TA' LISTA TA' PAJJIŻI TERZI LI MA JIKKOOPERAWX

(21)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa hawn fuq fir-rigward tal-Comoros, dak il-pajjiż għandu jiġi inkluż, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament IUU, fil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx stabbilita bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE. Għalhekk, dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għandha tiġi emendata skont dan.

(22)

L-inklużjoni tal-Comoros fil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU tinvolvi l-applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 38 tar-Regolament IUU. L-Artikolu 38(1) tar-Regolament IUU jipprevedi l-projbizzjoni tal-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd maqbuda minn bastimenti li jtajjru l-bandiera ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx. Fil-każ tal-Comoros, dik il-projbizzjoni għandha tkopri l-istokkijiet u l-ispeċijiet kollha, jiġifieri l-prodotti tas-sajd kollha kif definit fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament IUU, billi n-nuqqas ta' miżuri xierqa adottati fir-rigward tas-sajd IUU li jwasslu għall-identifikazzjoni tal-Comoros bħala pajjiż terz li ma jikkooperax mhuwiex limitat għal stokk jew għal speċi partikolari.

(23)

Huwa nnutat li s-sajd IUU, inter alia, jeżawrixxi l-istokkijiet tal-ħut, jeqred il-ħabitats tal-baħar, għandu effetti negattivi fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar, ifixkel il-kompetizzjoni, jipperikola s-sigurtà tal-ikel, iqiegħed lis-sajjieda onesti fi żvantaġġ inġust, u jdgħajjef il-komunitajiet kostali. Fid-dawl tal-kobor tal-problemi relatati mas-sajd IUU, huwa meqjus bħala neċessarju li l-Unjoni timplementa malajr l-azzjonijiet fir-rigward tal-Comoros bħala pajjiż terz li ma jikkooperax. Bħala konsegwenza, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(24)

Jekk il-Comoros turi li s-sitwazzjoni li tat lok għall-inklużjoni tagħha fil-lista tkun ġiet rettifikata, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jneħħi lill-Comoros mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament IUU. Kwalunkwe tali deċiżjoni ta' tneħħija għandha tqis ukoll jekk il-Comoros ħaditx miżuri konkreti biex ikun jista' jinkiseb titjib tas-sitwazzjoni li jdum fit-tul,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

“L-Unjoni tal-Comoros” hija b'dan miżjuda fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TÕNISTE


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/170/UE tal-24 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU L 91, 27.3.2014, p. 43)

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar notifika lil pajjiż terz dwar il-possibbiltà li dan jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU C 324, 2.10.2015, p. 6).

(4)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/889 tat-23 ta' Mejju 2017 li tidentifika lill-Unjoni ta' Comoros bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU L 135, 24.5.2017, p. 35).


18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/41


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1333

tal-11 ta' Lulju 2017

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, fir-rigward ta' Saint Vincent u l-Grenadini

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

1.   INTRODUZZJONI U PROĊEDURA

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 (ir-“Regolament IUU”) jistabbilixxi sistema tal-Unjoni li tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (“IUU”).

(2)

Il-Kapitolu VI tar-Regolament IUU jistabbilixxi l-proċedura fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, id-démarches fir-rigward ta' pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, l-istabbiliment ta' lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, it-tneħħija mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, il-pubbliċità tal-lista ta' pajjiżi li ma jikkooperawx u kull miżura ta' emerġenza.

(3)

Fl-24 ta' Marzu 2014 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE (2) li stabbilixxiet lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament IUU.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament IUU, permezz tad-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2014 (“id-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2014”) (3), il-Kummissjoni nnotifikat lil Saint Vincent u l-Grenadini dwar il-possibbiltà li jiġi identifikat bħala pajjiż li l-Kummissjoni tqis bħala pajjiż terz li ma jikkooperax.

(5)

Fid-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni inkludiet l-informazzjoni dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom hija bbażata din l-identifikazzjoni possibbli.

(6)

Id-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2014 ġiet notifikata lil Saint Vincent u l-Grenadini flimkien ma' ittra bl-istess data li fiha huwa ssuġġerit li Saint Vincent u l-Grenadini jimplimenta, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, pjan ta' azzjoni biex in-nuqqasijiet identifikati jiġu rettifikati.

(7)

Il-Kummissjoni stiednet lil Saint Vincent u l-Grenadini b'mod partikolari biex: (i) jieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet inklużi fil-pjan ta' azzjoni ssuġġerit mill-Kummissjoni; (ii) jivvaluta l-implimentazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet; u (iii) kull sitt xhur jibgħat rapport dettaljat lill-Kummissjoni li jivvaluta l-implimentazzjoni ta' kull waħda minn dawk l-azzjonijiet fir-rigward, inter alia, tal-effettività individwali u/jew kumplessiva tagħha sabiex tiġi żgurata sistema ta' kontroll tas-sajd li hija konformi b'mod sħiħ.

(8)

Saint Vincent u l-Grenadini ngħata l-opportunità li jwieġeb bil-miktub u bil-fomm għad-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2014, kif ukoll għal informazzjoni oħra rilevanti komunikata mill-Kummissjoni, li jippermettilu jippreżenta evidenza li tiċħad jew li tikkompleta l-fatti indikati fid-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2014. Saint Vincent u l-Grenadini ġie żgurat dwar id-dritt tiegħu li jitlob, jew li jipprovdi, informazzjoni addizzjonali.

(9)

Bid-Deċiżjoni tagħha tat-12 ta' Diċembru 2014 u bl-ittra tagħha, il-Kummissjoni fetħet proċess ta' djalogu ma' Saint Vincent u l-Grenadini u enfażizzat li kienet tqis li fil-prinċipju perjodu ta' sitt xhur huwa suffiċjenti biex jintlaħaq ftehim.

(10)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset bħala meħtieġa. Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub li tressqu minn Saint Vincent u l-Grenadini wara d-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2014 ġew ikkunsidrati u meqjusa. Saint Vincent u l-Grenadini nżamm infurmat, bil-fomm jew bil-miktub, dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kummissjoni.

(11)

Madankollu, il-Kummissjoni qieset li l-oqsma ta' tħassib u n-nuqqasijiet kif deskritti fid-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2014 ma kinux ġew indirizzati b'mod suffiċjenti minn Saint Vincent u l-Grenadini. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri tal-pjan ta' azzjoni ma kinux ġew implimentati bis-sħiħ. B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/918 (4), li tidentifika lil Saint Vincent u l-Grenadini bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

(12)

Abbażi tal-proċeduri ta' investigazzjoni u ta' djalogu mwettqa mill-Kummissjoni, inkluża l-korrispondenza li ġiet skambjata u l-laqgħat li saru, r-raġunijiet li fuqhom huma bbażati d-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2014 u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/918, huwa xieraq li Saint Vincent u l-Grenadini jitqiegħed fil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

(13)

Skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament IUU, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jneħħi pajjiż terz mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx jekk dak il-pajjiż terz juri li s-sitwazzjoni li wasslet biex dan jiġi inkluż fil-lista tkun ġiet rettifikata. Deċiżjoni ta' tneħħija għandha tikkunsidra wkoll jekk il-pajjiż terz ikkonċernat identifikat ħax miżuri konkreti li jistgħu jiksbu titjib tas-sitwazzjoni li jdum fit-tul.

2.   L-IDENTIFIKAZZJONI TA' SAINT VINCENT U L-GRENADINI BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX

(14)

Fid-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni analizzat id-dmirijiet ta' Saint Vincent u l-Grenadini u evalwat il-konformità tiegħu mal-obbligi internazzjonali tiegħu bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq. Għall-fini ta' dak ir-rieżami, il-Kummissjoni qieset il-parametri elenkati fl-Artikolu 31(4) sa (7) tar-Regolament IUU.

(15)

Il-Kummissjoni rrevediet il-konformità ta' Saint Vincent u l-Grenadini b'mod allinjat mal-konklużjonijiet tad-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2014, u wara li kkunsidrat l-informazzjoni rilevanti pprovduta minn Saint Vincent u l-Grenadini f'dak ir-rigward, il-pjan ta' azzjoni ssuġġerit, u l-miżuri meħuda biex is-sitwazzjoni tiġi rettifikata.

(16)

In-nuqqasijiet ewlenin identifikati mill-Kummissjoni fil-pjan ta' azzjoni ssuġġerit kienu relatati ma' diversi nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-obbligi taħt id-dritt internazzjonali, marbuta b'mod partikolari: man-nuqqas tal-adozzjoni ta' qafas legali adegwat; man-nuqqas ta' sistema adegwata u effiċjenti ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza; man-nuqqas ta' skema ta' osservaturi; u man-nuqqas ta' sistema ta' sanzjonijiet ta' deterrent. B'mod aktar ġenerali, nuqqasijiet oħra identifikati jikkonċernaw il-konformità mal-obbligi internazzjonali, inkluż rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u l-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' bastimenti skont id-dritt internazzjonali. Ġie identifikat ukoll nuqqas ta' konformità ma' rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet minn korpi rilevanti bħall-Pjan Internazzjonali ta' Azzjoni Kontra s-Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat, u mal-Linji Gwida Volontarji dwar il-Prestazzjoni tal-Istat tal-Bandiera, it-tnejn tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti. Madankollu, in-nuqqas ta' konformità ma' rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet mhux vinkolanti tqies biss bħala prova ta' sostenn u mhux bħala bażi għall-identifikazzjoni.

(17)

Fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/918, il-Kummissjoni identifikat lil Saint Vincent u l-Grenadini bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament IUU.

(18)

Fir-rigward tar-restrizzjonijiet possibbli fuq Saint Vincent u l-Grenadini bħala pajjiż fil-fażi tal-iżvilupp għandu jiġi nnutat li l-istatus tal-iżvilupp u l-prestazzjoni globali ta' Saint Vincent u l-Grenadini rigward il-ġestjoni tas-sajd mhumiex imdgħajfin minħabba l-livell ġenerali ta' żvilupp tiegħu.

(19)

Wara li ġew ikkunsidrati d-Deċiżjoni tat-12 ta' Diċembru 2014 u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/918, u l-proċess ta' djalogu ma' Saint Vincent u l-Grenadini li sar mal-Kummissjoni u l-eżitu ta' dak il-proċess, jista' jiġi konkluż li l-azzjonijiet meħuda minn Saint Vincent u l-Grenadini fid-dawl tal-obbligi tiegħu bħala Stat tal-bandiera huma insuffiċjenti biex ikun hemm konformità mal-Artikoli 63, 64, 91, 94 u 117 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar, mal-Artikoli 7, 18, 19, 20 u 23 tal-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 relatati mal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Stokkijiet ta' Ħut Transżonali u Stokkijiet ta' Ħut li Jpassi Ħafna, u mal-Artikolu III(8) tal-Ftehim għall-promozzjoni tal-konformità mal-miżuri internazzjonali ta' konservazzjoni u ġesjtoni mill-bastimenti tas-sajd fl-ibħra miftuħa.

(20)

B'hekk, Saint Vincent u l-Grenadini naqas milli jaqdi l-obbligi tiegħu skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera biex jieħu azzjoni sabiex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU.

3.   STABBILIMENT TA' LISTA TA' PAJJIŻI TERZI LI MA JIKKOOPERAWX

(21)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa hawn fuq fir-rigward ta' Saint Vincent u l-Grenadini, dak il-pajjiż għandu jiġi inkluż, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament IUU, fil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx stabbilita bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE. Għalhekk, dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għandha tiġi emendata skont dan.

(22)

L-inklużjoni ta' Saint Vincent u l-Grenadini fil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU tinvolvi l-applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 38 tar-Regolament IUU. L-Artikolu 38(1) tar-Regolament IUU jipprevedi l-projbizzjoni tal-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd maqbuda minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx. Fil-każ ta' Saint Vincent u l-Grenadini, dik il-projbizzjoni għandha tkopri l-istokkijiet u l-ispeċijiet kollha, jiġifieri l-prodotti tas-sajd kollha kif definit fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament IUU, billi n-nuqqas ta' miżuri xierqa adottati fir-rigward tas-sajd IUU li jwasslu għall-identifikazzjoni ta' Saint Vincent u l-Grenadini bħala pajjiż terz li ma jikkooperax mhuwiex limitat għal stokk jew għal speċi partikolari.

(23)

Huwa nnutat li s-sajd IUU, inter alia, jeżawrixxi l-istokkijiet tal-ħut, jeqred il-ħabitats tal-baħar, għandu effetti negattivi fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar, ifixkel il-kompetizzjoni, jipperikola s-sigurtà tal-ikel, iqiegħed lis-sajjieda onesti fi żvantaġġ inġust, u jdgħajjef il-komunitajiet kostali. Fid-dawl tal-kobor tal-problemi relatati mas-sajd IUU, huwa meqjus bħala neċessarju li l-Unjoni timplementa malajr l-azzjonijiet fir-rigward ta' Saint Vincent u l-Grenadini bħala pajjiż terz li ma jikkooperax. Bħala konsegwenza, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(24)

Jekk Saint Vincent u l-Grenadini juri li s-sitwazzjoni li tat lok għall-inklużjoni tiegħu fil-lista tkun ġiet rettifikata, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jneħħi lil Saint Vincent u l-Grenadini mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament IUU. Kwalunkwe tali deċiżjoni ta' tneħħija għandha tqis ukoll jekk Saint Vincent u l-Grenadini ħax miżuri konkreti biex ikun jista' jinkiseb titjib tas-sitwazzjoni li jdum fit-tul,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

“Saint Vincent u l-Grenadini” huwa b'dan miżjud fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TÕNISTE


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/170/UE tal-24 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU L 91, 27.3.2014, p. 43).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2014 dwar in-notifika lil pajjiż terz li l-Kummissjoni tqis li dan jista' jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU C 453, 17.12.2014, p. 5).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/918 tat-23 ta' Mejju 2017 li tidentifika lil Saint Vincent u l-Grenadini bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU L 139, 30.5.2017, p. 70).


18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/45


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1334

tal-11 ta' Lulju 2017

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Augusto ROLLANDIN, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sur Pierluigi MARQUIS, Consigliere e Presidente della Regione Autonoma Valle d'Aosta.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TÕNISTE


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/46


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1335

tal-11 ta' Lulju 2017

li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern tar-Repubblika tan-Netherlands,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Ingrid VAN ENGELSHOVEN, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Hija b'dan maħtura membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sinjura S. (Saskia) BRUINES, wethouder van de gemeente 's-Gravenhage.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TÕNISTE


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1336

tal-11 ta' Lulju 2017

li taħtar żewġ membri u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sinjura Uta-Maria KUDER u tas-Sur Detlef MÜLLER saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Andreas TEXTER, sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membri:

is-Sinjura Katy HOFFMEISTER, Justizministerin des Landes Mecklenburg-Vorpommern,

is-Sur Tilo GUNDLACK, Mitglied des Landtages Mecklenburg-Vorpommern,

u

(b)

bħala membru supplenti:

is-Sur Jochen SCHULTE, Mitglied des Landtages Mecklenburg-Vorpommern.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TÕNISTE


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1337

tal-11 ta' Lulju 2017

li taħtar membru u membru supplenti proposti minn Malta, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern ta' Malta,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Marc SANT, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Mario FAVA bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Mario FAVA, Kunsillier, Kunsill Lokali, is-Swieqi

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sinjura Sarah AGIUS, Sindku, Ħaż-Żebbuġ, Città Rohan, Kunsill Lokali, Malta.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TÕNISTE


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/49


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1338

tas-17 ta' Lulju 2017

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (1).

(2)

Il-Kunsill preċedentement innota l-importanza tal-istabbiltà fil-Libja u offra li jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet Libjani, kif rikonoxxuti taħt il-Ftehim Politiku Libjan, biex jikkumbattu l-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta' bnedmin.

(3)

Il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta' bnedmin jikkontribwixxu biex jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni politika u tas-sigurtà fil-Libja.

(4)

Jenħtieġ li jiġu applikati restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti lejn il-Libja li jistgħu jintużaw għall-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta' bnedmin.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 hija sostitwita b'dan li ġej:

“Artikolu 10

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li ċ-ċittadini tagħhom, il-persuni soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom u d-ditti inkorporati fit-territorji tagħhom jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom jeżerċitaw viġilanza meta jagħmlu negozju ma' entitajiet inkorporati fil-Libja jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Libja, u kwalunkwe individwu jew entità li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, u entitajiet li huma l-proprjetà tagħhom jew huma kkontrollati minnhom, bil-għan li jiġi pprevenut negozju li jista' jikkontribwixxi għall-vjolenza u l-użu tal-forza kontra l-popolazzjoni ċivili.

2.   Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' ċerti bastimenti u muturi lil-Libja li jistgħu jintużaw fil-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta' bnedmin, minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji ta' Stati Membri jew bl-użu tal-bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kemm jekk joriġinaw fit-territorju tiegħu kif ukoll jekk le.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri m'għandhom jagħtu l-ebda awtorizzazzjoni għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 2 jekk ikollhom raġunijiet fondati biex jemmnu li l-oġġett jintuża fil-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta' bnedmin.

4.   Il-paragrafu 2 ma għandux tapplika għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Membri lill-gvern Libjan jew lill-aġenziji tiegħu.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b'dan l-Artikolu.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34).


18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/51


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1339

tas-17 ta' Lulju 2017

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id- Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 33(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, il-Kunsill għandu jimplimenta modifiki għall-Anness I tagħha fuq il-bażi tad-determinazzjoni magħmula mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

(3)

Fil-5 ta' Ġunju 2017, il-Kumitat tal-KSNU, li twaqqaf skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, emenda l-entrati għal żewġ entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(4)

Fit-2 ta' Ġunju 2017, il-KSNU żied 14-il persuna u erba' entitajiet mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. Għalhekk dawk il-persuni u entitajiet żdiedu mal-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/975 (2). Xi wħud minn dawk il-persuni u entitajiet għandhom għalhekk jitneħħew mill-Anness II tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 peress li issa jinsabu ddeżinjati taħt l-Anness I.

(5)

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/975 tat-8 ta' Ġunju 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 145).


ANNESS I

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, l-entrati għall-persuni u l-entitajiet imsemmija hawn taħt huma sostitwiti kif ġej:

A.   Persuni

 

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

“2.

Ri Je-Son

Isem bil-Korean:

Image;

Isem biċ-Ċiniż:

Image

magħruf ukoll bħala Ri Che Son

1938

16.7.2009

Ministru tal-Industrija tal-Enerġija Atomika minn April 2014. Ex-Direttur tal-General Bureau of Atomic Energy (GBAE), l-aġenzija ewlenija li tmexxi l-programm nukleari tar-RDPK; iffaċilita diversi inizjattivi nukleari inkluża l-ġestjoni mill-GBAE taċ-Ċentru għar-Riċerka Nukleari ta' Yongbyon u l-Korporazzjoni tal-Kummerċ Namchongang.”

B.   Entitajiet

 

Isem

Psewdonimu

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Informazzjoni oħra

“4.

Namchongang Trading Corporation

a) NCG, b) NAMCHONGANG TRADING, c) NAM CHON GANG CORPORATION, d) NOMCHONGANG TRADING CO., e) NAM CHONG GAN TRADING CORPORATION, f) Namhung Trading Corporation, g) Korea Daeryonggang Trading Corporation, h) Korea Tearyonggang Trading Corporation

a) Pyongyang, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, b) Sengujadong 11-2/(jew Kwangbok-dong), Distrett ta' Mangyongdae, Pyongyang, ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

16.7.2009

Namchongang hija kumpannija kummerċjali tar-RDPK subordinata għall-General Bureau of Atomic Energy (GBAE). In-Namchongang kienet involuta fl-akkwist ta' pompi tal-vakwu ta' oriġini Ġappuniża li ġew identifikati f'faċilità nukleari tar-RDPK, kif ukoll ta' akkwist relatat ma' oġġetti nukleari assoċjat ma' individwu Ġermaniż. Din kienet involuta wkoll mill-aħħar tas-snin 90 fix-xiri ta' tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor speċifikament adattat għal programm ta' arrikkiment tal-uranju. Ir-rappreżentant tagħha huwa ex-diplomatiku li kien ir-rappreżentant tar-RDPK għall-ispezzjoni tal-impjanti nukleari ta' Yongbyon mill-IAEA fl-2007. L-attivitajiet ta' proliferazzjoni ta' Namchongang huma ta' tħassib kbir b'kunsiderazzjoni tal-attivitajiet passati ta' proliferazzjoni tar-RDPK. Numri tat-telefon: +850-2-18111, 18222 (ext. 8573). Numru tal-fax +850-2-381-4687.

15.

Green Pine Associated Corporation

a) Cho'ngsong United Trading Company; b) Chongsong Yonhap; c) Ch'o'ngsong Yo'nhap; d) Chosun Chawo'n Kaebal T'uja Hoesa; e) Jindallae; f) Ku'm- haeryong Company LTD; g) Natural Resources Development and Investment Corporation; h) Saeingp'il Company; i) National Resources Development and Investment Corporation; j) Saeng Pil Trading Corporation

a) c/o Reconnaissance General Bureau Headquarters, Hyongjesan-Guyok, Pyongyang, ir-ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea; b) Nungrado, Pyongyang, ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea; c) Rakrang No. 1 Rakrang District Pyongyang Korea, Chilgol-1 dong, Distrett ta' Mangyongdae, Pyongyang, ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

2.5.2012

Green Pine Associated Corporation (“Green Pine”) assumiet ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet iddeżinjata mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant ewlieni fl-armi kif ukoll l-esportatur prinċipali tar-RDPK ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali. Il-Green Pine hija responsabbli wkoll għal madwar nofs l-armi u materjal relatat esportat mir-RDPK. Il-Green Pine ġiet identifikata għal sanzjonijiet minħabba l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat mill-Korea ta' Fuq. Il-Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedos u assistenza teknika lil impriżi Iranjani relatati mad-difiża. Numru tat-telefon: +850-2-18111(ext. 8327). Numru tal-fax +850-2-3814685 u +850-2-3813372. Indirizzi elettroniċi: pac@silibank.com u kndic@co.chesin.com.

46.

Strategic Rocket Force tal-Armata tal-Poplu Korean

Strategic Rocket Force; Strategic Rocket Force Command tal-AKP; Strategic Force; Strategic Forces

Pyongyang, RDPK

2.6.2017

Li Strategic Rocket Force tal-Armata tal-Poplu Korean għandha taħt idejha l-programmi kollha tal-missili ballistiċi tar-RDPK u hija responsabbli għall-isparar tal-missili SCUD u NODONG.”


ANNESS II

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jitħassru l-entrati għall-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt:

I.

Persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom.

A.   Persuni

“6.

PAEK Se-bong

12.

PAK To-Chun”

B.   Entitajiet

“7.

Strategic Rocket Forces”


18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/55


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1340

tas-17 ta' Lulju 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK.

(2)

Fil-21 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2360 (2017), li temenda l-lista ta' kriterji li jirregolaw il-miżuri restrittivi tan-NU.

(3)

Aktar azzjoni mill-Unjoni hi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' ċerti emendi.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/788/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(i)

l-ippjanar, id-direzzjoni, l-isponsorjar jew il-parteċipazzjoni f'attakki kontra l-forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO jew kontra l-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-membri tal-Grupp tal-Esperti;”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.


18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/56


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1341

tas-17 ta' Lulju 2017

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, b'mod partikolari l-użu mir-Reġim Sirjan ta' armi kimiċi u l-involviment tiegħu fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi, jenħtieġ li jiżdiedu 16-il persuna mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


ANNESS

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“242

Samir Dabul

(magħruf ukoll bħala Samir Daaboul)

Data tat-twelid: 4 ta' Settembru 1965

Titlu: Brigadier Ġeneral

Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral, fil-kariga wara Mejju 2011.

Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili u involut fil-ħżin u l-użu ta' armi kimiċi. Huwa wkoll assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre (Ċentru tal-Istudji u r-Riċerka Xjentifiċi), entità elenkata.

18.7.2017

243.

Ali Wanus

(magħruf ukoll bħala Ali Wannous)

(Image)

Data tat-twelid: 5 ta' Frar 1964

Titlu: Brigadier Ġeneral

Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral, fil-kariga wara Mejju 2011.

Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili u involut fil-ħżin u l-użu ta' armi kimiċi.

Huwa wkoll assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

244.

Yasin Ahmad Dahi

(magħruf ukoll bħala: Yasin Dahi; Yasin Dhahi)

(Image)

Data tat-twelid: 1960

Titlu: Brigadier Ġeneral

Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral fil-Forzi Armati Sirjani, fil-kariga wara Mejju 2011. Uffiċjal għoli fi ħdan id-Direttorat tal-Intelligence Militari tal-Forzi Armati Sirjani. Eks-kap tal-Fergħa tal-Intelligence Militari 235 f'Damasku u l-Intelligence Militari f'Homs. Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili.

18.7.2017

245.

Muhammad Yousef Hasouri

(magħruf ukoll bħala: Mohammad Yousef Hasouri; Mohammed Yousef Hasouri)

(Image)

Titlu: Brigadier Ġeneral

Il-Brigadier Ġeneral Muhammad Hasouri huwa uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana, fil-kariga wara Mejju 2011. Huwa għandu l-pożizzjoni ta' Kap tal-Persunal tal-Brigata tal-Forza tal-Ajru 50 u Deputat Kmandant tal-Bażi tal-Ajru ta' Shayrat. Il-Brigadier Ġeneral Muhammad Hasouri jopera fis-settur tal-proliferazzjoni ta' armi kimiċi. Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

18.7.2017

246.

Malik Hasan

(magħruf ukoll bħala: Malek Hassan)

(Image)

Titlu: Maġġur Ġeneral

Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u Kmandant tat-22 Diviżjoni tal-Forza tal-Ajru Sirjana, fil-kariga wara Mejju 2011.

Bħala uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana u fil-katina tal-kmand tat-22 Diviżjoni, huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, inkluż l-użu ta' armi kimiċi minn inġenji tal-ajru li joperaw minn bażijiet tal-ajru taħt il-kontroll tat-22 Diviżjoni, bħall-attakk fuq Talmenas li, kif irrapportat mill-Mekkaniżmu ta' Investigazzjoni Konġunt stabbilit min-Nazzjonijiet Uniti twettaq minn ħelikopters tar-reġim ibbażati fil-mitjar ta' Hama.

18.7.2017

247.

Jayyiz Rayyan Al-Musa

(magħruf ukoll bħala: Jaez Sawada al-Hammoud al-Mousa; Jayez al-Hammoud al-Moussa)

(Image)

Titlu: Maġġur Ġeneral

Gvernatur ta' Hasaka, maħtur minn Bashar al-Assad; huwa assoċjat ma' Bashar Al-Assad.

Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u eks-Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru Sirjana.

Bħala uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana, hu responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, inkluż l-użu ta' attakki bl-armi kimiċi mir-reġim Sirjan matul il-kariga tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Forza tal-Ajru Sirjana, kif identifikat fir-rapport tal-Mekkaniżmu ta' Investigazzjoni Konġunt stabbilit min-Nazzjonijiet Uniti.

18.7.2017

248.

Mayzar 'Abdu Sawan

(magħruf ukoll bħala: Meezar Sawan)

(Image)

Titlu: Maġġur Ġeneral

Għandu l-grad ta' Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u Kmandant tal-20 Diviżjoni tal-Forza tal-Ajru Sirjana, fil-kariga wara Mejju 2011.

Bħala uffiċjal għoli tal-forza tal-ajru Sirjan huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili inkluż attakki kontra żoni ċivili minn inġenji tal-ajru li joperaw minn bażijiet tal-ajru taħt il-kontroll tal-20 Diviżjoni.

18.7.2017

249.

Isam Zahr Al-Din

(magħruf ukoll bħala: Isam Zuhair al-Din; Isam Zohruddin; Issam Zahruddin; Issam Zahreddine; Essam Zahruddin)

(Image)

Titlu: Brigadier Ġeneral

Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral, uffiċjal għoli fil-Gwardja Repubblikana, fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala uffiċjal militari għoli huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili, inkluż matul l-assedju ta' Baba Amr fi Frar 2012.

18.7.2017

250.

Mohammad Safwan Katan

(magħruf ukoll bħala: Mohammad Safwan Qattan)

(Image)

 

Mohammad Safwan Katan huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata. Huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Mohammad Safwan Katan kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

251.

Mohammad Ziad Ghritawi

(magħruf ukoll bħala: Mohammad Ziad Ghraywati)

(Image)

 

Mohammad Ziad Ghritawi huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre. Huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Mohammad Ziad Ghritawi kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

252.

Mohammad Darar Khaludi

(magħruf ukoll bħala: Mohammad Darar Khloudi)

(Image)

 

Mohammad Darar Khaludi huwa inġinier fis- Syrian Scientific Studies and Research Centre. Huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Mohammad Darar Khaludi kien magħruf ukoll li kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa wkoll assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

253.

Khaled Sawan

(Image)

 

Dr. Khaled Sawan huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, li huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Huwa kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa kien assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

254.

Raymond Rizq

(magħruf ukoll bħala: Raymond Rizk)

(Image)

 

Raymond Rizq huwa inġinier fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

255.

Fawwaz El-Atou

(magħruf ukoll bħala: Fawaz Al Atto)

(Image)

 

Fawwaz El-Atou huwa tekniku tal-laboratorju fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Fawwaz El-Atou kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat mas- Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

256.

Fayez Asi

(magħruf ukoll bħala: Fayez al-Asi)

(Image)

 

Fayez Asi huwa tekniku tal-laboratorju fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre, involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi u t-twassil tagħhom. Kien involut fil-kostruzzjoni ta' bombi bettija li ntużaw kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

Huwa assoċjat mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017

257.

Hala Sirhan

(magħruf ukoll bħala: Halah Sirhan)

(Image)

Data tat-twelid: 5 ta' Jannar 1953

Titlu: Dr.

Dr. Hala Sirhan taħdem mal-Intelligence Militari Sirjana fis-Syrian Scientific Studies and Research Centre. Hija operat f'Institute 3000, li huwa involut fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi.

Hija assoċjata mas-Syrian Scientific Studies and Research Centre, entità elenkata.

18.7.2017”


18.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/60


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1342

tas-17 ta' Lulju 2017

li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/233/PESK (1) li tistabbilixxi l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya).

(2)

Fid-19 ta' Jannar 2016, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) qabel li juża l-qafas eżistenti ta' EUBAM Libya biex jiġi ppjanat impenn ċivili possibbli mil-lat tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni u tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà mal-Gvern Libjan ta' Kunsens Nazzjonali fuq it-talba tiegħu, b'kontribut għall-isforzi tal-Missjoni ta' Appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libja (UNSMIL), u abbażi ta' dak qabel li jestendi l-mandat ta' EUBAM Libya għal sitt xhur. Sussegwentement, fil-15 ta' Frar 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/207 (2) li estendiet EUBAM Libya sal-21 ta' Awwissu 2016.

(3)

Fl-4 ta' Awwissu 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1339 (3) li emendat id-Deċiżjoni 2013/233/PESK u estendietha sal-21 ta' Awwissu 2017.

(4)

Id-Dikjarazzjoni ta' Malta mill-membri tal-Kunsill Ewropew dwar l-aspetti esterni tal-migrazzjoni tat-3 ta' Frar 2017 enfasizzat b'mod partikolari li l-isforzi biex tiġi stabbilizzata l-Libja issa huma aktar importanti minn qatt qabel u li l-Unjoni ser tagħmel l-almu tagħha biex tikkontribwixxi għal dak l-objettiv. Fil-Libja, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet huwa essenzjali biex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jiksbu kontroll fuq il-fruntieri tal-art u tal-baħar u biex ikunu jistgħu jikkumbattu l-attivitajiet ta' tranżitu u ta' faċilitazzjoni tad-dħul klandestin.

(5)

Fil-konklużjonijiet tiegħu dwar il-Libja tas-6 ta' Frar 2017, il-Kunsill reġa' kkonferma b'mod partikolari, l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-UNSMIL u kkonkluda li l-EUBAM Libya ser tkompli tinvolvi u tassisti lill-awtoritajiet Libjani bil-ħsieb tal-possibbiltà ta' missjoni ċivili futura, meta l-kundizzjonijiet jippermettu, fil-qasam tal-pulizija, l-istat tad-dritt u l-ġestjoni tal-fruntieri.

(6)

Fl-4 ta' Lulju 2017, il-KPS qabel, abbażi tar-rieżami strateġiku tal-missjoni, li jestendi l-mandat ta' EUBAM Libya sal-31 ta' Diċembru 2018.

(7)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, (“RGħ”) għandu jitħalla jirrilaxxa lill-Europol, il-Frontex, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Interpol informazzjoni klassifikata ġġenerata għall-finijiet ta' EUBAM Libya, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (4).

(8)

Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni 2013/233/PESK tiġi emendata skont dan.

(9)

EUBAM Libya ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif indikat fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/233/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Objettivi

L-EUBAM Libya ser tassisti fi proċess komprensiv ta' ppjanar għar-riforma tas-settur tas-sigurtà ċivili, bil-ħsieb li ssir tħejjija għal missjoni possibbli tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK).

L-objettivi ta' EUBAM Libya huma li l-awtoritajiet Libjani jiġu involuti u assistiti fl-oqsma tal-ġestjoni tal-fruntieri, l-infurzar tal-liġi u s-sistema aktar ġenerali tal-ġustizzja kriminali.”.

(2)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Sabiex jintlaħqu l-objettivi indikati fl-Artikolu 2, l-EUBAM Libya għandha:

(a)

tinforma l-ippjanar tal-UE għal missjoni possibbli tal-PDSK fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà, filwaqt li tikkoopera mill-qrib fl-isforzi tal-Missjoni ta' Appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libja (UNSMIL) u tikkontribwixxi għal dawk l-isforzi, b'koordinazzjoni mal-awtoritajiet Libjani leġittimi u ma' interlokuturi rilevanti oħrajn fir-rigward tas-sigurtà;

(b)

tappoġġa l-iżvilupp tal-qafas aktar ġenerali ta' ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-forniment ta' kapaċità lill-pulizija kostali tal-Ministeru għall-Intern (Amministrazzjoni Ġenerali tas-Sigurtà Kostali), l-involviment tal-Gwardja tal-Kosta Libjana u t-tisħiħ tal-kuntatti mal-awtoritajiet leġittimi Libjani fuq il-fruntieri tan-Nofsinhar;

(c)

tappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-ippjanar strateġiku fil-Ministeru għall-Intern fil-qasam tal-infurzar tal-liġi fi Tripli u l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' koordinazzjoni fost l-awtoritajiet Libjani rilevanti fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu;

(d)

tappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-assistenza għall-ippjanar strateġiku lill-Ministeru għall-Ġustizzja, inkluż l-istabbiliment ta' Grupp ta' Ħidma dwar ir-Riforma tal-Ġustizzja Kriminali u sottogruppi potenzjali.”.

(3)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Libja u l-Kap tal-Missjoni ta' EUBAM Libya għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ. Il-Konsulent Prinċipali tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi għandu wkoll jiġi kkonsultat, fejn xieraq.”.

(4)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, kif adatt, ma' atturi oħra tal-Unjoni fuq il-post. Il-Kap tal-Missjoni għandu, mingħajr preġudizzju għal-linja tal-kmand, jirċievi gwida politika lokali mill-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Libja.”.

(5)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' EUBAM Libya. Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għal dak il-għan f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 TUE. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat għall-ħatra ta' Kap tal-Missjoni, fuq proposta mir-RGħ, u għall-emendar tad-dokumenti ta' ppjanar. Is-setgħat ta' deċiżjoni fir-rigward tal-objettivi u tat-terminazzjoni ta' EUBAM Libya għandhom jibqgħu f'idejn il-Kunsill.”.

(6)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Il-persunal ta' EUBAM Libya għandu jingħata taħriġ mandatorju dwar is-sigurtà qabel ma jibda dmirijietu, f'konformità mad-dokumenti ta' pjanar. Huwa għandu jingħata wkoll taħriġ regolari ta' aġġornament, fuq il-post tal-operazzjonijiet, li jkun organizzat mill-Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Missjoni.”.

(7)

Fl-Artikolu 13(1), l-aħħar paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma' EUBAM Libya għall-perijodu mit-22 ta' Awwissu 2016 sat-30 ta' Novembru 2017 għandu jkun ta' EUR 17 000 000.”.

(8)

Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lill-Europol u l-Frontex informazzjoni klassifikata tal-UE ġġenerata għall-finijiet ta' EUBAM Libya, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE.”.

(9)

Fl-Artikolu 15, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“5.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lin-NU informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell ‘RESTREINT UE/EU RESTRICTED’ iġġenerata għall-finijiet ta' EUBAM Libya, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE.

6.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat li jirrilaxxa lill-INTERPOL informazzjoni klassifikata tal-UE ġġenerata għall-finijiet ta' EUBAM Libya, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/488/UE. Sakemm jiġi konkluż ftehim bejn l-Unjoni u l-INTERPOL, EUBAM Libya tista' tirrilaxxa tali informazzjoni lill-Uffiċċji Ċentrali Nazzjonali tal-INTERPOL tal-Istati Membri, f'konformità mal-arranġamenti li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kmandant ta' Operazzjoni Ċivili u l-Kap tal-Uffiċċju Ċentrali Nazzjonali rilevanti.

7.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat li jikkonkludi l-arranġamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward l-iskambju tal-informazzjoni f'dan l-Artikolu.

8.   Ir-RGħ jista' jiddelega l-awtorizzazzjonijiet għar-rilaxx tal-informazzjoni kif ukoll il-kapaċità li jiġu konklużi l-arranġamenti msemmija f'dan l-Artikolu lil persuni li jinsabu taħt l-awtorità tar-RGħ, lill-Kmandant ta' Operazzjoni Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni.”.

(10)

Fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Hija għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2018.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/207 tal-15 ta' Frar 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 39, 16.2.2016, p. 45).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1339 tal-4 ta' Awwissu 2016 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 212, 5.8.2016, p. 111).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).