ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 182

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
13 ta' Lulju 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1259 tad-19 ta' Ġunju 2017 li jissostitwixxi l-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1260 tad-19 ta' Ġunju 2017 li jissostitwixxi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea

20

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1261 tat-12 ta' Lulju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward ta' metodi alternattivi għall-ipproċessar ta' ċerti xaħmijiet immaċinati ( 1 )

31

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1262 tat-12 ta' Lulju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-użu tad-demel tal-bhejjem tar-razzett bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni ( 1 )

34

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1263 tat-12 ta' Lulju 2017 li jaġġorna l-lista ta' speċijiet aljeni invażivi ta' tħassib għall-Unjoni stabbilita bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1141 skont ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

37

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1264 tat-12 ta' Lulju 2017 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mit-30 ta' Ġunju sas-7 ta' Lulju 2017 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għall-qamħirrum

40

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1265 tal-11 ta' Lulju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2017) 4686)  ( 1 )

42

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1259

tad-19 ta' Ġunju 2017

li jissostitwixxi l-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li joħloq Proċedura għal Ordni ta' Ħlas Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 jistabbilixxi fl-Annessi tiegħu, il-formoli li għandhom jintużaw biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2015/2421 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). It-tibdil introdott bil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għandu jkun rifless fil-formoli fl-annessi. Fl-interess taċ-ċarezza, jixraq li dawk l-Annessi jiġu sostitwiti kollha.

(3)

Peress li l-emendi għar-Regolament (KE) Nru 861/2007 se jibdew japplikaw fl-14 ta' Lulju 2017, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta' Lulju 2017.

(4)

B'konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 u tar-Regolament (UE) 2015/2421, u għalhekk huma marbuta b'dan ir-Regolament.

(5)

B'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u la hija marbuta bih u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(6)

Għaldaqstant, huwa meħtieġ li l-Annessi I sa IV tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 jiġu sostitwiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 jiġu sostitwiti bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-14 ta' Lulju 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 199, 31.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2015/2421 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 1).


ANNESS

“ANNESS I

Image 1
Test ta 'immaġni
Image 2
Test ta 'immaġni
Image 3
Test ta 'immaġni
Image 4
Test ta 'immaġni
Image 5
Test ta 'immaġni
Image 6
Test ta 'immaġni
Image 7
Test ta 'immaġni
Image 8
Test ta 'immaġni
Image 9
Test ta 'immaġni
Image 10
Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image 11
Test ta 'immaġni
Image 12
Test ta 'immaġni

ANNESS III

Image 13
Test ta 'immaġni