ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 177

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
8 ta' Lulju 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1227 tal-20 ta' Marzu 2017 dwar il-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni, mingħajr ittestjar, ta' prodotti laminati inkullati tal-injam koperti bl-istandard armonizzat EN 14080 u prodotti tal-injam solidu strutturat apposta għall-bini koperti bl-istandard armonizzat EN 15497, fir-rigward tar-reazzjoni tagħhom għan-nar u li jemenda d-Deċiżjoni 2005/610/KE ( 1 )

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1228 tal-20 ta' Marzu 2017 dwar il-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni, mingħajr ittestjar, ta' kisi fuq barra u għoti ta' ġibs fuq ġewwa bbażati fuq kimiki għal taqgħid organiċi koperti mill-istandard armonizzat EN 15824 u għoti tal-ewwel passata u kisi bit-tajn koperti mill-istandard armonizzat EN 998–1 fir-rigward tar-reazzjoni tagħhom għan-nar ( 1 )

4

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1229 tat-3 ta' Mejju 2017 li jirretifika ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1333/2011 li jistabbilixxi l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-banana, regoli dwar il-verifika tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u r-rekwiżiti għan-notifikazzjonijiet fis-settur tal-banana

6

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1230 tal-31 ta' Mejju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar il-kriterji oġġettivi addizzjonali għall-applikazzjoni ta' rata ta' fluss ta' ħruġ jew ta' dħul tal-likwidità preferenzjali għal faċilitajiet ta' kreditu jew ta' likwidità mhux prelevati transfruntiera fi grupp jew skema ta' protezzjoni istituzzjonali ( 1 )

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1231 tas-6 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1153 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta' korrelazzjoni neċessarji biex tiġi riflessa bidla fil-proċedura tat-test regolatorju bl-iskop li jiġu ċċarati aspetti proċedurali u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 ( 1 )

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1232 tat-3 ta' Lulju 2017 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

23

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1233 tat-3 ta' Lulju 2017 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

26

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1234 tat-3 ta' Lulju 2017 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

29

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1235 tas-6 ta' Lulju 2017 li jemenda għall-270 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

32

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1236 tas-7 ta' Lulju 2017 li jiffissa r-rata ta' aġġustament għall-pagamenti diretti skont ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sena kalendarja 2017

34

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1237 tas-7 ta' Lulju 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livell massimu ta' ċjanur tal-idroġenu fil-lewż tal-berquq mhux ipproċessat sħiħ, mitħun, ikkrekkjat u mqatta', imqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali ( 1 )

36

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1238 tas-7 ta' Lulju 2017 li jagħmel l-importazzjonijiet ta' ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġett għar-reġistrazzjoni

39

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1239 tas-6 ta' Lulju 2017 dwar ir-rikonoxximent tal-Etjopja skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistemi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni tal-baħħara (notifikata bid-dokument C(2017) 4555)  ( 1 )

43

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1240 tas-7 ta' Lulju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2017) 4896)  ( 1 )

45

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

8.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1227

tal-20 ta' Marzu 2017

dwar il-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni, mingħajr ittestjar, ta' prodotti laminati inkullati tal-injam koperti bl-istandard armonizzat EN 14080 u prodotti tal-injam solidu strutturat apposta għall-bini koperti bl-istandard armonizzat EN 15497, fir-rigward tar-reazzjoni tagħhom għan-nar u li jemenda d-Deċiżjoni 2005/610/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/364 (2), ġiet adottata sistema għall-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini rigward ir-reazzjoni tagħhom għan-nar. Il-prodotti laminati inkullati tal-injam u l-prodotti tal-injam solidu strutturat apposta għall-bini, huma fost il-prodotti għall-bini li għalihom japplika dak ir-Regolament Delegat.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/610/KE (3) stabbiliet klassijiet ta' prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar għal prodotti laminati inkullati tal-injam koperti bl-istandard armonizzat EN 14080 fit-Tabella 1 tal-Anness ta' dik id-Deċiżjoni. Madankollu, aktar ittestjar ta' dawn il-prodotti igġustifika l-aġġustament tal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni għal dawn il-prodotti.

(3)

It-testijiet urew li prodotti laminati inkullati tal-injam koperti bl-istandard armonizzat EN 14080 u prodotti tal-injam solidu strutturat apposta għall-bini koperti bl-istandard armonizzat EN 15497 għandhom prestazzjoni stabbli u prevedibbli rigward ir-reazzjoni għan-nar sakemm jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet dwar id-densità medja minima tal-injam u l-ħxuna medja minima tal-prodott.

(4)

Il-prodotti laminati inkullati tal-injam koperti bl-istandard armonizzat EN 14080 u l-prodotti tal-injam solidu strutturat apposta għall-bini koperti bl-istandard armonizzat EN 15497 għandhom għalhekk jitqiesu li jissodisfaw ċerta klassi ta' prestazzjoni għar-reazzjoni għan-nar stabbilita fir-Regolament Delegat (UE) 2016/364 dwar dawk il-kundizzjonijiet, mingħajr ma jinħtieġ aktar ittestjar.

(5)

Għal raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt, it-Tabella 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2005/610/KE għandha titħassar u minflok għandu jiġi applikat l-Anness ta' dan ir-Regolament għal prodotti laminati inkullati tal-injam koperti bl-istandard armonizzat EN 14080,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti laminati inkullati tal-injam koperti bl-istandard armonizzat EN 14080 u l-prodotti tal-injam solidu strutturat apposta għall-bini koperti bl-istandard armonizzat EN 15497 li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness, għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-klassijiet ta' prestazzjoni mingħajr ittestjar indikati fl-Anness.

Artikolu 2

It-Tabella 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2005/610/KE tħassret.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/364 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar il-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għall-bini skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 68, 15.3.2016, p. 4).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 2005/610/KE tad-9 ta' Awwissu 2005 li tistabbilixxi l-klassijiet ta' reazzjoni għan-nar ta' ċerti prodotti tal-kostruzzjoni (ĠU L 208, 11.8.2005, p. 21).


ANNESS

Prodotti (1)

Densità medja minima (2)

(f'kg/m3)

Ħxuna nominali minima

(f'mm)

Klassi (3)

Prodotti laminati inkullati tal-injam koperti bl-istandard armonizzat EN 14080 u prodotti tal-injam solidu strutturat apposta għall-bini bl-istandard armonizzat EN 15497

380

22

D-s2, d0


(1)  Tapplika għall-ispeċijiet kollha u t-tipi kollha ta' kolla koperti bl-istandards tal-prodott.

(2)  Ikkundizzjonata f'konformità mal-istandard EN 13238.

(3)  Il-klassi kif stipulata fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/364.


8.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/4


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1228

tal-20 ta' Marzu 2017

dwar il-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni, mingħajr ittestjar, ta' kisi fuq barra u għoti ta' ġibs fuq ġewwa bbażati fuq kimiki għal taqgħid organiċi koperti mill-istandard armonizzat EN 15824 u għoti tal-ewwel passata u kisi bit-tajn koperti mill-istandard armonizzat EN 998–1 fir-rigward tar-reazzjoni tagħhom għan-nar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/364 (2) kienet adottata sistema għall-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini rigward ir-reazzjoni tagħhom għan-nar. Il-kisi fuq barra u l-għoti ta' ġibs fuq ġewwa bbażati fuq kimiki għal taqgħid organiċi u l-għoti tal-ewwel passata u l-kisi bit-tajn huma fost il-prodotti għall-bini li għalihom japplika dak ir-Regolament Delegat.

(2)

It-testijiet urew li l-kisi fuq barra u l-għoti ta' ġibs fuq ġewwa bbażati fuq kimiki għal taqgħid organiċi koperti mill-istandard armonizzat EN 15824 u l-għoti tal-ewwel passata u l-kisi bit-tajn koperti mill-istandard armonizzat EN 998–1 għandhom prestazzjoni stabbli u prevedibbli rigward ir-reazzjoni għan-nar sakemm jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet dwar il-kontenut organiku massimu tal-prodott, il-massa massima għal kull unità ta' erja applikata fuq is-sottostrat u l-prestazzjoni tan-nar tas-sottostrat.

(3)

Il-kisi fuq barra u l-għoti ta' ġibs fuq ġewwa bbażati fuq kimiki għal taqgħid organiċi koperti mill-istandard armonizzat EN 15824 u l-għoti tal-ewwel passata u l-kisi bit-tajn koperti mill-istandard armonizzat EN 998–1 għandhom għalhekk jitqiesu li jissodisfaw ċerta klassi ta' prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar stabbilita fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/364 dwar dawk il-kundizzjonijiet mingħajr il-ħtieġa ta' testijiet oħra,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kisi fuq barra u l-għoti ta' ġibs fuq ġewwa bbażati fuq kimiki għal taqgħid organiċi koperti mill-istandard armonizzat EN 15824 u l-għoti tal-ewwel passata u l-kisi bit-tajn koperti mill-istandard armonizzat EN 998–1 li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-klassijiet ta' prestazzjoni indikati fl-Anness mingħajr ittestjar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/364 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar il-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għall-bini skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 68, 15.3.2016, p. 4).


ANNESS

Prodotti (1)

Il-massimu tal-kontenut organiku (2)

(% f'piż)

Il-massa massima għal kull unità ta' erja (3)

(kg/m2)

Klassi (4)

Kisi fuq barra u għoti ta' ġibs fuq ġewwa bbażati fuq kimiki għal taqgħid organiċi koperti mill-istandard armonizzat EN 15824

≤ 9,0

≤ 4,0

B-s2, d0

Kisi fuq barra u għoti ta' ġibs fuq ġewwa bbażati fuq kimiki għal taqgħid organiċi koperti mill-istandard armonizzat EN 15824

u

Għoti tal-ewwel passata u kisi bit-tajn koperti mill-istandard armonizzat EN 998–1

≤ 2,5

≤ 6,0

A2 — s1, d0

≤ 4,0

≤ 4,0

≤ 5,0

≤ 2,0


(1)  Prodotti fornuti f'forma ta' pejst jew ta' trab u użati għall-kisi intern u estern ta' ħitan, kolonni, diviżorji u soqfa. Il-prestazzjoni ta' sottostrati għandha tkun mill-inqas tal-klassi A2 — s1, d0 u d-densità ma għandhiex tkun inqas minn 525 kg/m3.

(2)  B'rabta mal-kontenut ta' solidi (jista' jitqabbel mal-ġibs/kisi imnixxef kompletament kif applikat fuq is-sottostrat).

(3)  B'rabta mal-prodott imxarrab (fl-istat lest biex jintuża).

(4)  Il-klassi kif stipulata fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/364.


8.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/6


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1229

tat-3 ta' Mejju 2017

li jirretifika ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1333/2011 li jistabbilixxi l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-banana, regoli dwar il-verifika tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u r-rekwiżiti għan-notifikazzjonijiet fis-settur tal-banana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 75(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Malti, bl-Olandiż u bis-Sloven tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1333/2011 (2) fihom żball fil-premessa (3), fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1, fl-Artikolu 3 u fil-punt I tal-Anness I li jikkonċerna l-varjetajiet ta' banana soġġetti għall-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni stabbiliti f'dak ir-Regolament. Għalhekk hemm bżonn li ssir rettifika tal-verżjonijiet lingwistiċi bil-Malti, bl-Olandiż u bis-Sloven. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1333/2011 għandu għalhekk jiġi rettifikat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1333/2011 huwa rettifikat kif ġej:

(1)

It-tieni sentenza fil-premessa (3) tinbidel b'dan li ġej:

“Il-karatteristiċi tal-fikabanana u l-mod ta' kif tinbiegħ huma tali li ma għandhomx ikunu koperti bl-istandards tal-Unjoni.”;

(2)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni applikabbli għall-banana li taqa' fi ħdan il-kodiċi NM 0803 00, esklużi l-plantani, il-fikabanana u l-banana intiża għall-ipproċessar, huma stabbiliti f'Anness I ta' hawnhekk.”;

(3)

L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-ispezzjonijiet skont dan il-Kapitolu biex jivverifikaw li l-banana li taqa' fi ħdan il-kodiċi NM 0803 00 esklużi l-plantani, il-fikabanana u l-banana intiża għall-ipproċessar tkun konformi mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni imsemmija fl-Artikolu 1.”;

(4)

Il-punt I tal-Anness I jinbidel b'dan li ġej:

“Dan l-istandard japplika għall-banana tal-varjetajiet (cultivars) tal-Musa (AAA) spp., is-subgruppi Cavendish u Gros Michel, kif ukoll l-Ibridi, imsemmija fl-Anness IV, għall-forniment frisk għall-konsumatur wara l-preparazzjoni u l-imballaġġ. Il-plantani, il-banana intiża għall-ipproċessar industrijali u l-fikabanana mhumiex koperti.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1333/2011 tad-19 ta' Diċembru 2011 li jistabbilixxi l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-banana, regoli dwar il-verifika tal-konformità mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u r-rekwiżiti għan-notifikazzjonijiet fis-settur tal-banana (ĠU L 336, 20.12.2011, p. 23).


8.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/7


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1230

tal-31 ta' Mejju 2017

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar il-kriterji oġġettivi addizzjonali għall-applikazzjoni ta' rata ta' fluss ta' ħruġ jew ta' dħul tal-likwidità preferenzjali għal faċilitajiet ta' kreditu jew ta' likwidità mhux prelevati transfruntiera fi grupp jew skema ta' protezzjoni istituzzjonali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 422(10) u 425(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni ta' rata ta' fluss ta' ħruġ jew ta' dħul tal-likwidità preferenzjali għal faċilitajiet ta' kreditu jew ta' likwidità mhux prelevati transfruntiera fi grupp jew skema ta' protezzjoni istituzzjonali (IPS), kif previst fl-Artikoli 29 u 34 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (2), hija limitata għal dawk il-każijiet fejn ikunu fis-seħħ is-salvagwardji neċessarji u biss b'approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti. Dawn is-salvagwardji huma previsti fl-Artikoli 29(2) u 34(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 f'dak li jirrigwarda l-kriterji oġġettivi addizzjonali li jridu jiġu ssodisfati fil-kuntest ta' dawn it-tranżazzjonijiet. Dawk is-salvagwardji jenħtieġ li jkunu speċifikati aktar sabiex jiddefinixxu b'mod ċar il-kundizzjonijiet għall-konformità tagħhom.

(2)

Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-applikazzjoni ta' tali rati preferenzjali ma tipperikolax is-sodezza tal-likwidità tal-fornitur tal-likwidità u li ttaffi b'mod effikaċi l-konformità mal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità tar-riċevitur tal-likwidità. Jenħtieġ li jintwera profil baxx tar-riskju tal-likwidità permezz tal-konformità tal-istituzzjonijiet tal-kreditu mal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità u rekwiżiti u miżuri superviżorji oħrajn relatati mal-likwidità applikati skont it-Titolu VII, il-Kapitolu 2, it-Taqsimiet III u IV tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), flimkien mal-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, skont l-aħħar rieżami superviżorju u proċess ta' evalwazzjoni, li l-pożizzjoni tal-likwidità tal-istituzzjoni toħloq riskju ta' livell baxx, bħala referenzi oġġettivi tal-pożizzjonijiet ta' likwidità tagħhom.

(3)

L-effettività tal-appoġġ ta' likwidità fi grupp jew f'IPS fuq bażi transfruntiera jenħtieġ li tkun garantita minn qafas kuntrattwali sod evidenzjat minn opinjoni legali approvata mill-korp maniġerjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. Il-maturità residwa minima jenħtieġ li tiżgura li l-impenn mhuwiex puntwali għal tranżazzjoni speċifika iżda li jibqa' tul perjodu minimu ta' żmien.

(4)

Jenħtieġ li jkun żgurat li l-fornitur tal-likwidità jista' jipprovdi lir-riċevitur tal-likwidità bl-appoġġ ta' likwidità meħtieġ f'waqtu, anke fi żminijiet ta' stress. Għal dawn il-finijiet, il-fornitur tal-likwidità jenħtieġ li jissorvelja l-pożizzjoni tal-likwidità tar-riċevitur tal-likwidità u kwalunkwe pjanijiet ta' finanzjament ta' kontinġenza tal-fornitur u jenħtieġ li r-riċevitur tal-likwidità jindirizza l-effetti tal-applikazzjoni ta' rata ta' fluss ta' ħruġ jew ta' dħul preferenzjali.

(5)

Il-kundizzjonijiet għal konformità mal-kriterji oġġettivi addizzjonali stipulati fl-Artikolu 29(2) u l-Artikolu 34(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jenħtieġ li jkunu mmirati biex jipprovdu bażi suffiċjenti biex wieħed ikun jista' jistenna flussi tal-likwidità transfruntiera ogħla min-normal fi grupp jew f'IPS taħt stress filwaqt li ma jxekklux l-effiċjenza u l-effettività ta' mudell fejn il-likwidità hija normalment ġestita ċentralment. F'ċerti każijiet speċifiċi ta' nuqqas ta' konformità ma' dawk il-kundizzjonijiet, jiġifieri meta l-fornitur jew ir-riċevitur tal-likwidità ma jissodisfax, jew jistenna li mhux se jissodisfa l-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità jew kwalunkwe rekwiżiti jew miżuri ta' kontroll marbuta mal-likwidità, jew meta l-maturità li jifdal tal-likwidità jew tal-linja tal-kreditu taqa' taħt il-minimu preskritt jew jingħata avviż ta' kanċellazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jenħtieġ li jivvalutaw mill-ġdid jekk l-applikazzjoni ta' rati ta' fluss ta' ħruġ jew ta' dħul tal-likwidità preferenzjali jistgħux jitkomplew bl-għan li jevitaw il-konsegwenzi mhux mixtiqin li sospensjoni awtomatika tat-trattament preferenzjali tista' tikkawża f'termini ta' effetti proċikliċi u ta' kontaġju.

(6)

Jenħtieġ li l-ispeċifikazzjoni ulterjuri ta' dawk il-kriterji oġġettivi addizzjonali ma tibdilx ir-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet ta' kreditu — bħala fornitur jew riċevitur tal-likwidità — biex jimmaniġġaw ir-riskju tal-likwidità tagħhom b'mod prudenti.

(7)

L-ispeċifikazzjoni ulterjuri ta' dawk il-kriterji oġġettivi addizzjonali jenħtieġ ukoll li tkun immirata biex tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti b'għodda suffiċjenti sabiex jiddeterminaw l-applikazzjoni ta' rata ta' fluss ta' ħruġ jew ta' dħul preferenzjali.

(8)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni.

(9)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Kkonċernati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jispeċifika iktar il-kriterji oġġettivi addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 29(2) u l-Artikolu 34(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni stabbilita fih.

Artikolu 2

Profil ta' riskju tal-likwidità baxx tal-fornitur u r-riċevitur tal-likwidità

1.   Il-profil ta' riskju tal-likwidità baxx imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 29(2) u fil-punt (a) tal-Artikolu 34(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fornitur u r-riċevitur tal-likwidità rrispettaw il-livell meħtieġ tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità kif stabbilit fl-Artikoli 4 u 38 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, kif ukoll kwalunkwe rekwiżiti jew miżuri superviżorji relatati mal-likwidità applikati skont it-Titolu VII, il-Kapitolu 2, it-Taqsimiet III u IV tad-Direttiva 2013/36/UE, fuq bażi kontinwa u għal mill-inqas tnax-il xahar qabel l-awtorizzazzjoni biex tiġi applikata r-rata ta' fluss ta' ħruġ jew ta' dħul preferenzjali għal faċilitajiet ta' kreditu jew ta' likwidità mhux prelevati skont l-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 34(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.

(b)

il-pożizzjonijiet tal-likwidità tal-fornitur u tar-riċevitur tal-likwidità jippreżentaw livell baxx ta' riskju skont l-aħħar proċess ta' rieżami u evalwazzjoni superviżorju u mwettaq skont it-Titolu VII, il-Kapitolu 2, it-Taqsima III tad-Direttiva 2013/36/UE.

Għall-finijiet biex jiġi determinat jekk il-kundizzjoni msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu hija sodisfatta, il-livell meħtieġ ta' proporzjon tal-kopertura tal-likwidità għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi li r-rata ta' fluss ta' ħruġ jew ta' dħul tal-likwidità preferenzjali applikata matul il-perjodu ta' tnax-il xahar imsemmi f'dak il-punt.

2.   Meta l-fornitur jew ir-riċevitur tal-likwidità jkun ingħata permess mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti biex jirrinunzja l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-Artikolu 29(1) u l-punt (d) tal-Artikolu 34(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 u fornitur jew riċevitur tal-likwidità ma jissodisfax, jew jistenna li mhux ser jissodisfa l-livell meħtieġ ta' proporzjon ta' kopertura tal-likwidità stipulat fl-Artikoli 4 u 38 ta' dak ir-Regolament Delegat, jew kwalunkwe rekwiżit jew miżura superviżorji relatati mal-likwidità applikati skont it-Titolu VII, il-Kapitolu 2, it-Taqsimiet III u IV tad-Direttiva 2013/36/UE, għandu immedjatament jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti u jinkludi deskrizzjoni tal-effetti ta' dan in-nuqqas li jintlaħaq dak il-proporzjon ta' kopertura tal-likwidità jew kwalunkwe rekwiżit jew miżura superviżorji relatati mal-likwidità dwar ir-rata tal-fluss ta' ħruġ jew ta' dħul preferenzjali korrispondenti applikata lill-kontroparti tiegħu.

3.   Meta l-fornitur jew ir-riċevitur tal-likwidità jkun ingħata permess mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti biex jirrinunzja l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-Artikolu 29(1) u l-punt (d) tal-Artikolu 34(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 u fornitur jew riċevitur tal-likwidità ma jissodisfax, jew jistenna li mhux ser jissodisfa l-livell meħtieġ ta' proporzjon ta' kopertura tal-likwidità stipulat f'dan ir-Regolament Delegat, in-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun inkluża fin-notifika u l-pjan ta' rkupru immedjati meħtieġa skont l-Artikolu 414 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jiddeterminaw jekk ir-rati ta' fluss ta' ħruġ jew ta' dħul preferenzjali jibqgħux japplikaw skont il-proċess imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 3

Ftehimiet u impenji legalment vinkolanti bejn l-entitajiet fil-grupp rigward il-linja ta' kreditu jew ta' likwidità mhux prelevati

1.   Il-ftehimiet u l-impenji legalment vinkolanti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 29(2) u fil-punt (b) tal-Artikolu 34(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-linja ta' kreditu jew ta' likwidità hija linja impenjata li hija legalment u prattikament disponibbli f'kull ħin, għat-tul ta' żmien ta' din il-faċilità, anke matul perjodu ta' stress, fuq bażi transfruntiera. Hija ddedikata speċifikament għall-applikazzjoni ta' rata ta' fluss ta' ħruġ jew ta' dħul preferenzjali prevista fl-Artikoli 29 u 34 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 u li hija disponibbli fuq talba. Għal dawn l-għanijiet, l-istituzzjonijiet ta' kreditu wettqu rieżami legali suffiċjenti appoġġat minn opinjoni ġuridika bil-miktub u raġunata approvati mill-korpi ta' ġestjoni tagħhom, filwaqt li jikkonfermaw il-validità u l-eżegwibilità legali tal-ftehim jew impenn tal-linja ta' kreditu jew ta' likwidità fil-ġuriżdizzjonijiet rilevanti kollha;

(b)

id-denominazzjoni tal-munita tal-linja ta' kreditu jew ta' likwidità impenjata hija konsistenti mad-distribuzzjoni skont il-munita tal-flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità tar-riċevitur tal-likwidità li mhumiex relatati mal-linja;

(c)

l-ammont u l-kost tal-linja ta' kreditu jew ta' likwidità impenjata huma speċifikati b'mod ċar fil-kuntratt rilevanti;

(d)

il-ftehimiet u l-impenji ma fihom l-ebda klawsola li tippermetti lill-fornitur tal-likwidità li:

(i)

jesiġi xi kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti qabel ma tiġi pprovduta l-likwidità;

(ii)

joħroġ mill-obbligi tiegħu li jwettaq dawn il-ftehimiet u l-impenji;

(iii)

ibiddel it-termini tal-ftehimiet u l-impenji mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

(e)

il-linja ta' kreditu jew ta' likwidità għandha maturità residwa ta' aktar minn sitt xhur f'kull ħin. Jekk il-linja ta' kreditu jew ta' likwidità ma jkollhiex data ta' maturità, ikollha perjodu minimu ta' notifika ta' sitt xhur għall-kanċellazzjoni.

2.   Ir-rieżami legali msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jiġi aġġornat regolarment biex jirrifletti kull bidla fil-liġijiet tal-ġuriżdizzjonijiet rilevanti kollha. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu nnotifikati dwar l-eżitu ta' dawn l-analiżi legali.

3.   L-ammont tal-linja ta' kreditu jew ta' likwidità msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ma għandux jiġi rivedut mingħajr il-kunsens minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

4.   Jekk il-maturità residwa msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 taqa' taħt is-sitt xhur jew tingħata notifika għal kanċellazzjoni tal-linja ta' kreditu jew ta' likwidità, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom immedjatament jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Dawn l-awtoritajiet għandhom jiddeterminaw jekk ir-rati ta' fluss ta' ħruġ jew ta' dħul preferenzjali jibqgħux japplikaw skont il-proċess imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 4

Kunsiderazzjoni tal-profil tar-riskju tal-likwidità tar-riċevitur tal-likwidità fil-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-fornitur tal-likwidità

Il-profil tar-riskju tal-likwidità tar-riċevitur tal-likwidità jitqies fil-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-fornitur tal-likwidità kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 29(2) u fil-punt (c) tal-Artikolu 34(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 meta l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)

il-fornitur tal-likwidità jimmonitorja u jissorvelja l-pożizzjoni ta' likwidità tar-riċevitur kuljum. Fil-każ ta' banek korrispondenti, il-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-pożizzjoni tal-likwidità tar-riċevitur jistgħu jiġu limitati għall-bilanċi tal-kontijiet vostro tar-riċevitur tal-likwidità.

(b)

l-effetti tar-rata ta' fluss ta' ħruġ jew ta' dħul preferenzjali huma kkunsidrati b'mod sħiħ u integrati fil-pjanijiet ta' finanzjament ta' kontinġenza tal-fornitur tal-likwidità u tar-riċevitur tal-likwidità, li jqisu l-impedimenti potenzjali għat-trasferiment ta' din il-likwidità u jevalwaw iż-żmien meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' dan it-trasferiment. Għal dawn l-għanijiet, il-fornitur tal-likwidità juri lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti li jista' jkun raġonevolment mistenni li jkompli jipprovdi l-faċilità tal-likwidità lir-riċevitur tal-likwidità anki fi żminijiet ta' stress, mingħajr ma jitħalla impatt avvers materjali fuq il-pożizzjoni tal-likwidità tiegħu stess. Il-pjan ta' finanzjament ta' kontinġenza tal-fornitur tal-likwidità jiżgura li ma jibbażax fuq il-likwidità meħtieġa sabiex tiġi onorata l-linja ta' kreditu jew ta' likwidità impenjata tar-riċevitur tal-likwidità.

(c)

il-pjan ta' finanzjament ta' kontinġenza tal-fornitur tal-likwidità jqis ir-rata ta' fluss ta' ħruġ jew ta' dħul preferenzjali sabiex tiġi żgurata l-kapaċità tiegħu li jipprovdi l-likwidità neċessarja meta jkun meħtieġ.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 321, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


8.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1231

tas-6 ta' Ġunju 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1153 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta' korrelazzjoni neċessarji biex tiġi riflessa bidla fil-proċedura tat-test regolatorju bl-iskop li jiġu ċċarati aspetti proċedurali u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(9) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-metodoloġiji għad-determinazzjoni tal-parametri ta' korrelazzjoni neċessarji sabiex tiġi riflessal-bidla fil-proċedura regolatorja huma stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 (2) u, fir-rigward tal-vetturi kummerċjali ħfief, fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 (3). Sabiex tiġi faċilitata t-tranżizzjoni lejn il-proċedura l-ġdida tat-test regolatorju għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ħfief (il-Proċedura tat-Test Dinji Armonizzat għall-Vetturi Ħfief, WLTP), il-proċedura ta' korrelazzjoni għall-karozzi tal-passiġġieri għandha tiġi allinjata ma' dik li tirrigwardja l-vetturi kummerċjali ħfief, sa fejn dan ikun possibbli.

(2)

Il-ħatra ta' punti ta' kuntatt fi ħdan l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u s-servizzi tekniċi mill-Istati Membri għandha tiġi ċċarata sabiex l-imfietaħ tal-iffirmar elettroniku meħtieġa għall-għodda ta' korrelazzjoni formali jkunu jistgħu jiġu pprovduti b'mod effiċjenti u sigur.

(3)

Fil-każ ta' vetturi M1 bil-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli ta' 3 000 kg jew aktar, huwa xieraq li l-manifatturi jingħataw l-istess possibbiltà bħal ma tingħata għall-vetturi N1 li jew jidderivaw il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NECD mit-testijiet tad-WLTP jew inkella jużaw il-valuri tabulati stabbiliti fit-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament Nru 83 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (KEENU) (Regolament NU/KEE Nru 83) (4). Dan għandu jiffaċilita l-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip ta' dan il-grupp speċifiku ta' vetturi.

(4)

Abbażi tal-iżvilupp ulterjuri tal-għodda ta' korrelazzjoni, ċerti parametri tad-data tal-input ma għadhomx meħtieġa filwaqt li għandha tiżdied data oħra ta' natura amministrattiva biex jiġi żgurat li jkun hemm proċess traċċabbli u verifikabbli.

(5)

Huwa xieraq ukoll li jiġi introdott l-użu ta' kodiċi tal-hash elettroniku fil-każ tal-fajls tal-output ta' korrelazzjoni. Ċertu output limitati u mhux kunfidenzjali tal-għodda ta' korrelazzjoni għandu jsir disponibbli għall-Kummissjoni biex tiżgura l-iżvilupp kontinwu u t-titjib tal-għodda ta' korrelazzjoni u ħalli jiġu pprovduti l-mezzi għal verifika ulterjuri tar-riżultati tal-korrelazzjoni.

(6)

Il-kalkolu tal-valur ta' referenza tas-CO2 tan-NEDC għandu jiġi simplifikat billi titneħħa l-ħtieġa għal riżultati ta' testijiet tad-WLTP wara l-ipproċessar u l-kalkolu tad-delta bejn il-valur tal-għodda ta' korrelazzjoni tas-CO2 tad-WLTP simulat u s-CO2 tal-NEDC. Il-metodu l-ġdid tal-kalkolu jipprovdi valur ta' referenza tas-CO2 tal-NEDC assoluta u kwalunkwe devjazzjoni tal-għodda ta' korrelazzjoni għandha tiġi kkalkulata faċilment u tintwera fis-sommarju mhux kunfidenzjali tal-fajl tal-output. Dan l-approċċ inaqqas b'mod sinifikanti r-riskju ta' żbalji fil-kalkolu tal-valuri ta' referenza.

(7)

Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġi simplifikat il-kalkolu tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil ikkombinat u b'fażijiet varji. Il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi kkalkulat mill-valur aħħari tas-CO2 tal-NEDC (dak iddikjarat, bl-għodda ta' korrelazzjoni, jew valuri ta' test fiżiku) billi jintużaw il-formoli speċifikati fl-Anness XII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (5).

(8)

L-Annessi I u II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1153 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 (6) huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 679).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1152 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta' korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessa l-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju fir-rigward tal-vetturi kummerċjali ħfief u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 293/2012 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 644).

(4)  Ir-Regolament Nru 83 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu skont ir-rekwiżiti tal-fjuwil tal-magna [2015/1038] (ĠU L 172, 3.7.2015, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta' Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15).


ANNESS I

L-Anness I mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1153 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 2.1.2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.1.2.   L-għażla tal-utenti tal-għodda ta' korrelazzjoni

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-punti ta' kuntatt rispettivi responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-provi tal-għodda ta' korrelazzjoni fi ħdan l-awtorità tal-approvazzjoni u, fejn applikabbli, fi ħdan is-servizzi tekniċi. Għandu jintgħażel punt ta' kuntatt wieħed biss għal kull awtorità jew servizz. L-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni għandha tinkludi dan li ġej (l-isem tal-organizzazzjoni, l-isem tal-persuna responsabbli, l-indirizz postali, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tat-telefown). L-informazzjoni għandha tintbagħat f'dan l-indirizz elettroniku (*1):

EC-CO2-LDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu

L-imfietaħ tal-iffirmar elettroniku għall-iskop tal-esekuzzjoni tal-għodda ta' korrelazzjoni għandhom jiġu pprovduti biss fuq talba tal-punt ta' kuntatt. (*2) Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita għal tali talbiet.

(*1)  Kull aġġornament tal-indirizz tal-kaxxa postali elettronika se jkun disponibbli fuq is-sit web tal-Internet."

(*2)  L-imfietaħ tal-iffirmar elettroniku li għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea”;"

(2)

fil-punt 2.2, il-punti (a) u (b) jinbidlu b'dan li ġej:

“(a)

F'każ li jsiru żewġ testijiet tal-approvazzjoni tat-tip, għandhom jintużaw ir-riżultati tat-test bl-ogħla emissjonijiet ta' CO2 kombinati;

(b)

F'każ li jsiru tliet testijiet tal-approvazzjoni tat-tip, għandhom jintużaw ir-riżultati tat-test bil-medja kkombinata tal-emissjonijiet ta' CO2.”;

(3)

il-punt 2.3.1 jinbidel b'dan li ġej:

“2.3.1.   Id-determinazzjoni tal-inerzja tal-vettura tal-NEDC

Il-massa ta' referenza tal-NEDC tal-vetturi H u, fejn japplika, tal-vetturi L u R għandha tiġi ddeterminata kif ġej:

 

RMn,L = (MROL – 75 + 100) [kg]

 

RMn,H = (MROH – 75 + 100) [kg]

 

RMn,R = (MROR – 75 + 100) [kg]

Fejn,

Il-Vettura R hija l-vettura rappreżentattiva tal-Familja tal-Matriċi tat-Tagħbija fit-Triq kif definita fil-punt 5.1 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament tal-Kummissojni (UE) 2017/1151 (*3);

MRO hija l-massa fi stat ta' tħaddim kif iddefinita fl-Artikolu 2(4)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 (*4) għall-vetturi H, L u R rispettivament.

Il-massa ta' referenza li trid tintuża bħala input għas-simulazzjonijiet u, fejn japplika, għal test fiżiku tal-vettura, għandha tkun il-valur tal-inerzja stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83 li huwa ekwivalenti għall-massa ta' referenza, RM, iddeterminata skont il-punt u msejħa TMn,L, TMn,H u TMn,R.;

(*3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1)."

(*4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 tat-12 ta' Diċembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-mases u d-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 353, 21.12.2012, p. 31).”"

(4)

il-punti 2.3.5 u 2.3.6 jinbidlu b'li ġej:

“2.3.5.   Id-determinazzjoni tad-differenza fir-rakkomandazzjonijiet rigward il-pressjoni tat-tajers

Skont il-punt 6.6.3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151, l-aktar pressjoni tat-tajers baxxa rrakkomandata għall-massa tat-test tal-vettura għandha tintuża matul id-deċelerazzjoni libera għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-tagħbija tat-triq, filwaqt li dan mhux speċifikat fl-NEDC. Il-pressjoni tat-tajers li trid tiġi kkunsidrata għall-fini tal-kalkolu tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC skont il-punt 2.3.8 għandha tkun il-medja bejn iż-żewġ fusien tal-medja bejn il-pressjoni minima u massima tat-tajers permessa għat-tajers magħżulin fuq kull fus għall-massa ta' referenza tal-NEDC tal-vettura. Il-kalkolu għandu jsir għall-vettura H u, fejn applikabbli, għall-vetturi L u R bl-użu ta' dawn il-formuli:

 

Għall-vettura H: Formula

 

Għall-vettura L: Formula

 

Għal vettura R: Formula

Fejn,

Pmax,

hija l-medja tal-pressjonijiet massimi tat-tajers magħżulin għaż-żewġ fusien;

Pmin,

hija l-medja tal-pressjonijiet minimi tat-tajers magħżulin għaż-żewġ fusien.

L-effett korrispondenti f'termini tar-reżistenza applikata għall-vettura għandu jiġi kkalkulat bil-formuli li ġejjin għall-vetturi H, L u R:

 

Għall-vettura H: Formula

 

Għall-vettura L: Formula

 

Għal vettura R: Formula

2.3.6.   Id-determinazzjoni tal-ħxuna tat-tajer (TTD)

Skont il-punt 4.2.2.2 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 għat-test tad-WLTP il-ħxuna minima tat-tajer hija ta' 80 %, filwaqt li skont il-punt 4.2 tal-Appendiċi 7 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83, il-ħxuna minima permessa tat-tajer għall-finijiet tat-test tal-NEDC hija ta' 50 % tal-valur nominali. Dan jirriżulta f'differenza medja ta' 2 mm fil-ħxuna tat-tajer bejn iż-żewġ proċeduri. L-effett korrispondenti f'termini tar-reżistenza applikata għall-vettura għandu jiġi ddeterminat għall-fini tal-kalkolu tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC fil-punt 2.3.8 skont il-formuli li ġejjin għall-vetturi H, L u R:

 

Għall-vettura H: Formula

 

Għall-vettura L: Formula

 

Għal vettura R: Formula

Fejn,

RMn,H, RMn,L, u RMn,R huma l-mases ta' referenza tal-vetturi H, L u R iddeterminati skont il-punt 2.3.1.”;

(5)

fil-punt 2.3.8.1, jiżdiedu ż-żewġ paragrafi li ġejjin:

“Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għandhom ikunu kkalkulati skont il-formuli fil-punt 2.3.8.1.1 (fil-każ tal-vettura H) u fil-punt 2.3.8.1.2 (fil-każ tal-vettura L).

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din il-formula għandha tapplika kemm fil-każ ta' simulazzjonijiet kif ukoll fil-każ ta' testijiet fiżiċi fuq il-vetturi.”;

(6)

il-punt 2.3.8.2 jinbidel b'dan li ġej:

2.3.8.2.   Id-determinazzjoni tat-tagħbijiet fit-triq fejn, għall-finijiet tat-test tad-WLTP it-tagħbijiet fit-triq ġew iddeterminati skont il-punt 5 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

2.3.8.2.1.   Il-familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq skont il-punt 5.1 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Fejn it-tagħbija fit-triq ta' vettura tkun ġiet ikkalkulata skont il-punt 5.1 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-(UE) 2017/1151, it-tagħbija fit-triq tal-NEDC li trid tintuża bħala input għas-simulazzjonijiet tal-għodda ta' korrelazzjoni għandha tiġi ddeterminata kif ġej:

(a)

Il-valuri tabulati tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC skont it-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83

Il-Vettura H:

 

F 0 n,H = T 0 n,H + (F 0 w,H – Aw,H )

 

F 1 n,H = F 1 w,H – Bw,H

 

F 2 n,H = T 2 n,H + (F 2 w,H – Cw,H )

Il-Vettura L:

 

F 0 n,L = T 0 n,L + (F 0 w,L – Aw,L )

 

F 1 n,L = F 1 w,L – Bw,L

 

F 2 n,L = T 2 n,L + (F 2 w,L – Cw,L )

Fejn,

F 0 n,i , F 1 n,i , F 2 n,I , b'i = H,L,

huma l-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għall-vetturi H jew L;

T 0 n,i , T 2 n,i , b'i = H,L

huma l-koeffiċjenti tax-xażi dinamometriku tal-NEDC għall-vetturi H jew L iddeterminati skont it-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83;

AW,H/L, BW,H/L, CW,H/L

huma l-koeffiċjenti tax-xażi dinamometriku għall-vettura użata għall-fini tat-tħejjija tax-xażi dinamometriku skont il-punti 7 u 8 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151;

(b)

It-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC derivati mill-vettura rappreżentattiva

Fil-każ ta' vetturi ddisinjati għal massa mgħobbija massima teknikament permissibbli ugwali għal jew ogħla minn 3 000 kg, it-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC jistgħu, fuq talba tal-manifattur, jiġu ddeterminati skont dan li ġej:

(1)

Id-determinazzjoni tal-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-vettura rappreżentattiva tal-familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq

(i)   L-effett ta' inerzja differenti:

Formula

Fejn il-fatturi fil-formula huma kif iddefiniti fil-punt 2.3.1, bl-eċċezzjoni ta' dawn li ġejjin:

F0w,R hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F0 iddeterminat għat-test tad-WLTP tal-vettura R; TMw,R hija l-massa tat-test użata għat-test tad-WLTP tal-vettura R.

(ii)   L-effett ta' pressjoni differenti tat-tajers:

Formula

Fejn il-fatturi fil-formula huma kif iddefiniti fil-punt 2.3.5.

(iii)   L-effett tal-inerzja tal-partijiet rotanti:

Formula

Fil-każ ta' test fiżiku tal-vettura, għandha tapplika l-formula li ġejja:

Formula

(iv)   L-effett ta' ħxuna differenti tat-tajer:

Formula

Fejn il-fatturi fil-formula huma kif iddefiniti fil-punt 2.3.6.

(v)   L-effett tal-prekundizzjonament:

Formula

Fil-każ ta' test fiżiku tal-vettura, il-korrezzjoni għall-effett tal-prekundizzjonament ma għandhiex tiġi applikata.

(vi)   Il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F1n għall-vettura R għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

 

L-effett tal-inerzja tal-partijiet rotanti:

Formula

 

Fil-każ ta' test fiżiku tal-vettura, għandha tapplika l-formula li ġejja:

Formula

(vii)   Il-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq F2n għall-vettura R għandu jiġi ddeterminat

 

kif ġej:

Formula

 

L-effett tal-inerzja tal-partijiet rotanti:

Formula

Fil-każ ta' test fiżiku tal-vettura, għandha tapplika l-formula li ġejja: Formula Fejn il-fattur huwa l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq 2 iddeterminat għat-test tad-WLTP tal-vettura R li minnu tneħħa l-effett tat-tagħmir fakultattiv ajrudinamiku kollu.

(2)

Id-determinazzjoni tal-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għall-vettura H

Għall-kalkolu ta' tagħbijiet fit-triq tal-NEDC tal-vettura H għandhom jintużaw il-formuli li ġejjin:

(i)   F0n,H għall-vettura H għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

Formula

Fejn,

F0n,R

hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq kostanti tal-vettura R f'N;

RMn,H

hija l-massa ta' referenza tal-vettura H,

RMn,R

hija l-massa ta' referenza tal-vettura R;

RRH

hija r-reżistenza għat-tidwir tat-tajers tal-vettura H f'kg/tunnellata;

RRR

hija r-reżistenza għat-tidwir tat-tajers tal-vettura R f'kg/tunnellata;

(ii)   F2n,H għall-vettura H għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

Formula

Fejn,

F2n,R

hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq kostanti tat-tieni ordni tal-vettura R f'N/(km/h)2;

Af,H

hija l-erja ta' quddiem tal-vettura H f'm2;

Af,R

hija l-erja ta' quddiem tal-vettura R f'm2.

(iii)   F1n,H għall-vettura H għandu jiġi ffissat għal 0.

(3)

Id-determinazzjoni tal-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq tal-NEDC għall-vettura L

Għall-kalkolu ta' tagħbijiet fit-triq tal-NEDC tal-vettura L għandhom jintużaw il-formuli li ġejjin:

(i)   F0n,L għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

Formula

Fejn,

F0n,R

hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq kostanti tal-vettura R f'N;

RMn,L

hija l-massa ta' referenza tal-vettura L;

RMn,R

hija l-massa ta' referenza tal-vettura R;

RR,L

hija r-reżistenza għat-tidwir tat-tajers tal-vettura L f'kg/tunnellata;

RRR

hija r-reżistenza għat-tidwir tat-tajers tal-vettura R f'kg/tunnellata;

(ii)   F2n,L għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

Formula

Fejn,

F2n,R

hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq kostanti tat-tieni ordni tal-vettura R f'N/(km/h)2;

Af,L

hija l-erja ta' quddiem tal-vettura H f'm2;

Af,R

hija l-erja ta' quddiem tal-vettura R f'm2.

(iii)   F1n,L għall-vettura L għandu jiġi ffissat għal 0.

2.3.8.2.2.   It-tagħbijiet fit-triq prestabbiliti skont il-punt 5.2 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Fejn it-tagħbijiet fit-triq prestabbiliti ġew ikkalkulati skont il-punt 5.2 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151, it-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC għandhom jiġu kkalkulati skont il-punt 2.3.8.2.1.(a) ta' dan l-Anness.

Fil-kaz tal-ittestjar tal-vettura fiżika, it-test għandu jitwettaq bil-koeffiċjenti tax-xażi dinamometriku tal-NEDC għall-vetturi H jew L iddeterminati skont it-Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83.”

(7)

fit-taqsima 2.4, it-Tabella 1 hi emendata kif ġej:

(a)

Fir-ringiela għall-entrata 30 (“Inerzja tal-vettura NEDC”) ir-referenza fil-kolonna “Sors” tinbidel b'dan li ġej:

“Tabella 3 tal-Anness 4a tar-Regolament NU/KEE Nru 83. Irid jimtela mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew mis-Servizz Tekniku”;

(b)

ir-ringiela għall-entrata 34 tinbidel b'dan li ġej:

“34

L-iffissar tal-inerzja WLTP

kg

Il-punt 2.5.3 tas-Subanness 4 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

L-inerzja tad-dinamometru tax-xażi applikata matul it-test WLTP”

(c)

fir-ringiela għall-entrata 59 (“WLTP Temperatura tal-Likwidu għat-Tkessiħ tal-Magna”), ir-referenza fil-kolonna “Kummenti” tinbidel b'dan li ġej:

“Arranġament: Data tal-OBD, 1hz, riżoluzzjoni ta' 1 °C”;

(d)

ir-ringieli għall-entrati minn 63 sa 66 jinbidlu u r-ringiela 67 tiġi miżjuda kif ġej:

“63

L-emissjonijiet iddikjarati ta' CO2 għall-vettura H u L flimkien tal-NEDC

gCO2/km

 

Il-valur iddikjarat għat-test NEDC. Fil-każ ta' vetturi b'sistemi li jirriġeneraw perjodikament il-valur għandu jkun Ki ikkoreġut

64

Il-veloċità NEDC (teoretika)

km/h

Kif iddefinita fil-punt 6 tal-Anness 4 tar-Regolament NU/KEE Nru 83

Arranġament: 1hz, riżoluzzjoni ta' 0,1 km/h. Jekk ma jkunx ipprovdut, għandu japplika l-profil tal-veloċità deskritt fil-punt 6 tal-Anness 4 tar-Regolament NU/KEE Nru 83

65

ger NEDC (teoretiku)

Idem.

Arranġament: 1hz. Jekk ma jkunx ipprovdut, għandu japplika l-profil tal-veloċità deskritt fil-punt 6 tal-Anness 4 tar-Regolament NU/KEE Nru 83

66

In-numru tal-identifikazzjoni tal-familja tal-vettura

Il-Punt 5.0 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

 

67

Fattur ta' riġenerazzjoni Ki

L-Appendiċi 1 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Fil-każ ta' vetturi mingħajr sistemi ta' riġenerazzjoni perjodika, dan il-valur huwa ugwali għal 1. Fil-każ ta' vetturi b'sistemi ta' riġenerazzjoni perjodika, dan il-valur, jekk ma jkunx ipprovdut, huwa ugwali għal 1,05.”

(8)

fil-punt 3.1, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Jekk id-differenza bejn il-vettura H u l-vettura L hija dovuta biss għal differenza ta' tagħmir fakultattiv (jiġifieri l-MRO, il-forma tal-karrozzerija u l-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq huma l-istess) il-valur ta' referenza NEDC CO2 għandu jiġi ddeterminat għal H biss.”;

(9)

il-punti 3.1.1, 3.1.2 u 3.1.3 jinbidlu b'dan li ġej:

“3.1.1.   L-input u l-output tal-għodda ta' korrelazzjoni

3.1.1.1.   Ir-rapport tal-output tal-korrelazzjoni oriġinali

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew is-servizz tekniku magħżul għandhom jiżguraw li l-fajl tad-dejta tal-input għall-għodda ta' korrelazzjoni huwa komplut. Wara li tkun tlestiet il-prova tat-test dwar l-għodda ta' korrelazzjoni, għandu jinħareġ rapport oriġinali tal-output korrelazzjoni u dan jiġi attribwit b'kodiċi tal-hash. Ir-rapport għandu jinkludi il-fajls sussidjarji li ġejjin:

(a)

id-dejta tal-input kif speċifikat fil-punt 2.4;

(b)

id-dejta tal-output li tirriżulta mit-twettiq tas-simulazzjoni;

(c)

il-fajl tas-sommarju, inkluż

(i)

in-numru tal-identifikazzjoni tal-familja tal-vettura;

(ii)

id-delta bejn il-valur tas-CO2 iddikjarat mill-manifattur u l-valur li jirriżulta mill- għodda ta' korrelazzjoni (CO2 ikkombinati);

(iii)

data teknika mhix kunfidenzjali (jiġifieri t-tip tal-fjuwil, il-kapaċità tal-magna, it-tip tal-kaxxa tal-gerijiet, it-turbo).

3.1.1.2.   Fajl ta' korrelazzjoni mimli

Meta r-rapport tal-output ta' korrelazzjoni oriġinali jkun inħareġ skont il-punt 3.1.1.1, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jew, fejn ikun applikabbli, is-servizz tekniku magħżul għandu juża l-kmandi rilevanti fl-għodda ta' korrelazzjoni biex jibgħat il-fajl tas-sommarju f'server b'kronogramma li minnu tinbagħat risposta bil-ħin ittimbrat lil min bagħatha (bis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni inklużi b'kopja ta' dan il-messaġġ), bl-inklużjoni ta' numru sħiħ iġġenerat b'mod aleatorju bejn 1 u 99.

Għandu jinħoloq fajl ta' korrelazzjoni komplut, li jinkludi r-risposta bil-ħin ittimbrat u r-rapport tal-output ta' korrelazzjoni oriġinali msemmi fil-punt 3.1.1.1. Kodiċi tal-hash għandu jiġi attribwit għall-fajl komplut ta' korrelazzjoni. Il-fajl għandu jinżamm mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip bħala rapport tat-test skont l-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE.

3.1.2.   Il-valur ta' referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H

L-għodda ta' korrelazzjoni għandha tintuża għall-eżekuzzjoni tat-test issimulat tal-vettura H billi tintuża d-dejta tal-input rilevanti msemmija fil-punt 2.4.

Il-valur ta' referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

CO 2, H = NEDC CO2,C,H · Ki,H

Fejn,

CO 2, H

huwa l-valur ta' referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H;

NEDC CO 2, C,H

huwa l-għodda ta' korrelazzjoni simulata tar-riżultat kombinat tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura H;

Ki,H

hija l-valur iddeterminat skont l-appendiċi 1 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 għall-vettura H.

Minbarra il-valur ta' referenza CO2 tal-NEDC, l-għodda ta' korrelazzjoni għandha tipprovdi l-valuri b'fażijiet varji tas-CO2 għall-vettura H.

3.1.3.   Il-valur ta' referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura L

Fejn applikabbli, it-test simulat tal-NEDC tal-vettura L għandu jitwettaq bl-użu tal-għodda ta' korrelazzjoni u d-dejta ta' input rilevanti msemmija fil-punt 2.4.

Il-valur ta' referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

CO 2, L = NEDC CO2,C,L · Ki,L

Fejn,

CO 2, L

huwa l-valur ta' referenza tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura L;

NEDC CO2,C,L

hija l-għodda ta' korrelazzjoni simulata tar-riżultat kombinat tas-CO2 tal-NEDC għall-vettura L;

Ki,L

hija l-valur iddeterminat skont l-appendiċi 1 tas-Subanness 6 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 għall-vettura L.

Minbarra il-valur ta' referenza NEDC CO2, l-għodda ta' korrelazzjoni għandha tipprovdi wkoll il-valuri tas-CO2 speċifiċi għal kull fażi għall-vettura L.”;

(10)

il-punt 3.2.6 jinbidel b'dan li ġej:

3.2.6.   Meta n-numru ġġenerat b'mod aleatorju msemmi fil-punt 3.1.1.2 ikun fil-medda ta' bejn 90 u 99, il-vettura għandha tingħażel għal kejl fiżiku wieħed skont il-proċedura msemmija fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, filwaqt li jitqiesu l-preċiżazzjonijiet stipulati fit-taqsima 2 ta' dan l-Anness. Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu dokumentati f'konformità mal-Anness VIII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Meta il-valur tas-CO2 tal-NEDC għaż-żewġ vetturi H u L jiġi ddeterminat skont il-punt 3.2.1, il-konfigurazzjoni tal-vettura magħżula għall-kejl fiżiku għandha tkun il-vettura L, jekk in-numru aleatorju jkun fil-medda ta' bejn 90 u 94, u l-vettura H, jekk in-numru aleatorju jkun fil-medda ta' bejn 95 u 99.

Fejn il-valur tas-CO2 tal-NEDC huwa ddeterminat skont il-punt 3.2.1 għal waħda biss mill-vetturi H jew L fl-interpolazzjoni tal-familja, l-vettura għandha tintgħażel għal kejl fiżiku wieħed jekk n-numru aleatorju jkun fil-medda ta' 90 sa 99.

Fejn il-valuri tas-CO2 tal-NEDC mhumiex iddeterminati skont il-punt 3.2.1, iżda ż-żewġ vetturi H u L huma ittestjata fiżikament, in-numru aleatorju ma għandux jitqies.”;

(11)

Fil-punt 3.2.8, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-fattur De għandu jiġi kkalkulat bi tliet deċimali u għandu jiġi rreġistrat fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u fiċ-ċertifikat ta' konformità.”;

(12)

il-punti 3.3.1, 3.3.2 u 3.3.3 jinbidlu b'dan li ġej:

“3.3.1.   Il-kalkolu tal-valuri tas-CO2 speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura H

Il-valuri speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura H għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

NEDC CO 2, p,H = NEDC CO 2, p,H,c · CO 2, AF,H

Fejn:

p

hija l-fażi “UDC” jew “EUDC” tal-NEDC;

NEDC CO2,p,H,c

hija l-għodda ta' korrelazzjoni simulata tal-valur tas-CO2 tal-NEDC għall-fażi p imsemmija fil-punt 3.1.2 jew, fejn applikabbli, ir-riżultat tal-kejl fiżiku kif imsemmi fil-punt 3.2.2;

NEDC CO2,p,H

hija l-valur speċifiku għall-fażi tal-NEDC għall-vettura H tal-fażi applikabbli p, gCO2/km;

CO2,AF,H

hija l-fattur ta' aġġustament għall-vettura H ikkalkulat mill-proporzjon ta' bejn il-valur tas-CO2 tal-NEDC iddeterminat skont il-punt 3.2 u r-riżultat tat-test tal-NEDC tal-għodda ta' korrelazzjoni simulata msemmija fil-punt 3.1.2 jew, fejn applikabbli, ir-riżultat tal-kejl fiżiku.

3.3.2.   Il-kalkolu tal-valuri tas-CO2 speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura L

Il-valuri speċifiċi għall-fażijiet tal-NEDC għall-vettura L għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

NEDC CO 2, p,L = NEDC CO 2, p,L,c · CO 2, AF,L

Fejn:

p

hija l-fażi “UDC” jew “EUDC” tal-NEDC;

NEDC CO2,p,L,c

hija l-għodda ta' korrelazzjoni simulata tal-valur tas-CO2 tal-NEDC għall-fażi p imsemmija fil-punt 3.1.2 jew, fejn applikabbli, ir-riżultat tal-kejl fiżiku kif imsemmi fil-punt 3.2.2;

NEDC CO2,p,L

hija l-valur speċifiku għall-fażi tal-NEDC għall-vettura L tal-fażi applikabbli p, gCO2/km;

CO2,AF,L

hija l-fattur ta' aġġustament għall-vettura L ikkalkulat mill-proporzjon ta' bejn il-valur tas-CO2 tal-NEDC iddeterminat skont il-punt 3.2 u r-riżultat tat-test tal-NEDC tal-għodda ta' korrelazzjoni simulata msemmija fil-punt 3.1.2 jew, fejn applikabbli, ir-riżultat tal-kejl fiżiku.

3.3.3.   Il-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil tal-NEDC għall-vetturi H u L

3.3.3.1.   Il-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil (kombinat) tal-NEDC

Il-konsum tal-fjuwil tal-NEDC (ikkombinat) għall-vetturi H u L għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-emissjonijiet ikkombinati tas-CO2 tal-NEDC iddeterminati skont il-punt 3.2 u skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008. L-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa oħrajn rilevanti għall-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil (idrokarburi, monossidu tal-karbonju) għandhom jiġu kkunsidrati bħala li huma 0 (żero) g/km.

3.3.3.2.   Il-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-fażijiet tal-NEDC

Il-konsum tal-fjuwil speċifiku għall-fażi tal-NEDC għall-vetturi H u L għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-emissjonijiet speċifiċi għall-fażi tas-CO2 tal-NEDC iddeterminati skont il-punt 3.3 u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 692/2008. L-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa oħrajn rilevanti għall-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil (idrokarburi, monossidu tal-karbonju) għandhom jiġu kkunsidrati li huma 0 (żero) g/km.”;

(13)

jiddaħħal il-punt 4.2.1.4a li ġej:

“4.2.1.4a.   It-tagħbijiet fit-triq tal-NEDC derivati mill-vettura rappreżentattiva ta' familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq

Fejn it-tagħbija fit-triq tal-NEDC ta' vettura rappreżentattiva ġiet ikkalkulata minn vettura rappreżentattiva tad-WLTP skont il-punt 2.3.8.2.1(b), it-tagħbija fit-triq tal-NEDC ta' vettura individwali għandha tiġi kkalkulata bil-formuli li ġejjin:

(a)   L-F0n,ind għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

Formula

Fejn,

F0n,R

hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq kostanti tal-vettura R f'N;

RMn,ind

hija l-massa ta' referenza tal-vettura individwali;

RMn,R

hija l-massa ta' referenza tal-vettura R;

RR,ind

hija r-reżistenza għat-tidwir tat-tajers tal-vettura individwali f'kg/tunnellata;

RRR

hija r-reżistenza għat-tidwir tat-tajers tal-vettura R f'kg/tunnellata.

(b)   L-F2n,ind għall-vettura L għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

Formula

Fejn,

F2n,R

hija l-koeffiċjent tat-tagħbija fit-triq kostanti tat-tieni ordni tal-vettura R f'N/(km/h)2;

Af,ind

hija l-erja ta' quddiem tal-vettura individwali f'm2;

Af,R

hija l-erja ta' quddiem tal-vettura R f'm2.

(c)   L-F1n,ind għall-vettura individwali għandu jiġi stabbilit għal 0.”;

(14)

fil-punt (a) tat-taqsima 5, il-kliem “rapport tal-output tal-għodda ta' korrelazzjoni” jinbidlu bil-kliem “fajl ta' korrelazzjoni sħiħ”.



ANNESS II

Fl-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 1014/2010, fit-tabella “Sorsi tad-Dejta” tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“In-numru tal-identifikazzjoni tal-familja tal-vettura

 

Il-punt 5.0 tal-Anness XXI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (*1)


(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissojni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).”


8.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1232

tat-3 ta' Lulju 2017

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jenħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett tond b'dijametru ta' madwar 500 mm u li jiżen madwar 23 kg. Dan huwa magħmul minn ħadid fondut bil-grafit sferojdali (ħadid duttili, EN-GJS-500-7). L-oġġett huwa miżbugħ b'bitumen iswed biex jipproteġih mill-korrużjoni.

L-oġġett huwa ċċertifikat skont l-istandard EN 124 (għotjien tal-gandotti u tappieri tal-ħofor għall-ispezzjonar għaż-żoni pedonali u għal dawk tal-vetturi) u jintuża bħala tappiera tad-drenaġġ (pereżempju, għall-katusi tad-drenaġġ tal-ilma tax-xita).

Ara l-istampa (*1)

7325 99 10

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 7325 , 7325 99 u 7325 99 10 .

In-Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda (NSNM) tal-kodiċi tan-NM 7307 19 10 jiddefinixxu l-ħadid fondut malleabbli. Skont dawk in-noti, l-espressjoni “malleabbli” tinkludi l-ħadid fondut bil-grafit sferojdali. Għal raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt u sabiex tiġi żgurata l-interpretazzjoni koerenti tan-NM, dawk in-NSNM għandhom jiġu applikati wkoll b'analoġija għall-intestatura 7325 . Għalhekk qed tiġi eskluża l-klassifikazzjoni tal-oġġett taħt il-kodiċi tan-NM 7325 10 00 bħala oġġetti oħrajn ikkastjati ta' ħadid fondut mhux malleabbli.

Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 7325 99 10 , bħala oġġetti oħrajn ikkastjati ta' ħadid fondut malleabbli.

Image


(*1)  L-istampa qiegħda hemm biss għal skopijiet ta' informazzjoni.


8.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1233

tat-3 ta' Lulju 2017

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jenħtieġ li dak il-perjodu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Vettura ġdida bil-mutur bi skopijiet multipli bi trazzjoni fuq erba' roti (tat-tip vann). Il-vettura għandha magna bil-pistuni b'kombustjoni interna li titqabbad bil-kompressjoni ta' ċilindrata ta' aktar minn 1 500  cm3 iżda ta' mhux iktar minn 2 500  cm3. Il-piż gross totali tal-vettura huwa ta' madwar 2 800  kg.

Il-vettura għandha żewġ ringieli ta' sits: l-ewwel ringiela fiha żewġ sits (is-sit tas-sewwieq u sit forma ta' bank li jista' jintuża minn żewġ passiġġieri) u t-tieni ringiela fiha tliet sits. L-ewwel ringiela ta' sits għandha bieba b'tieqa fuq kull naħa, filwaqt li t-tieni ringiela għandha tieqa fuq in-naħa tax-xellug u bieba skorrevoli b'tieqa fuq in-naħa tal-lemin.

Wara t-tieni ringiela ta' sits hemm separatur permanenti (xibka diviżorja) li jifred iż-żona tal-passiġġieri miż-żona għat-trasport tal-prodotti. La hemm ċinturini ta' sikurezza u lanqas fittings biex dawn jiġu installati fiż-żona għat-trasport tal-prodotti. Il-bieba ta' wara ta' din iż-żona tinfetaħ 'il barra u ma għandhiex twieqi. Il-vettura għandha elementi ta' kumdità u rfinituri u fittings interni li huma assoċjati maż-żoni tal-passiġġieri tal-vetturi.

Iż-żona għat-trasport tal-prodotti hija twila madwar 1,9 m u għandha kapaċità tat-tagħbija ta' 4,4 m3.

8703 32 19

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 8703 , 8703 32 u 8703 32 19 .

Il-klassifikazzjoni tal-vetturi bil-mutur bi skopijiet multipli tiġi ddeterminata minn ċerti fatturi li jindikaw jekk il-vetturi humiex imfassla prinċipalment għat-trasport ta' persuni jew għat-trasport ta' prodotti (ara wkoll in-Noti ta' Spjega għas-Sistema Armonizzata tal-intestaturi 8703 u 8704 u n-Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-intestatura 8703 ).

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8704 bħala vettura għat-trasport ta' prodotti hija eskluża peress li l-karatteristiċi oġġettivi u d-dehra ġenerali tal-vettura huma dawk ta' vettura mfassla prinċipalment għat-trasport ta' persuni (il-fatt li hemm it-tieni ringiela ta' sits bit-tagħmir ta' sikurezza, il-fatt li hemm erba' twieqi u bieba skorrevoli b'tieqa għall-passiġġieri li joqogħdu fuq wara, il-fatt li hemm elementi ta' kumdità kemm fiż-żona għall-passiġġieri ta' quddiem kif ukoll ta' wara). Il-preżenza ta' separatur permanenti bejn iż-żona tal-passiġġieri u ż-żona għat-trasport tal-prodotti ma tistax titqies bħala l-kriterju deċiżiv għall-esklużjoni tal-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8703 peress li din hija karatterstika tipika ta' ħafna vetturi kklassifikati bħala vetturi għat-trasport tal-persuni (speċjalment il-vetturi SUV). Ara wkoll l-opinjonijiet tal-klassifikazzjoni tas-Sistema Armonizzata numri 8703 32/1 u 8703 32/2 .

Għalhekk, il-vettura trid tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM 8703 32 19 bħala vettura ġdida bil-mutur imfassla prinċipalment għat-trasport tal-persuni.


8.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1234

tat-3 ta' Lulju 2017

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jeħtieġ li dak il-perjodu jkun iffissat għal tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana. (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott kompost magħmul mill-komponenti li ġejjin:

kolonna vertikali tal-aluminju għolja madwar 95 cm, b'fus man-naħa t'isfel u rota tal-plastik imwaħħla ma' kull tarf tal-fus,

tavla orizzontali tal-aluminju li tintewa, maħsuba biex jirfes fuqha bniedem, b'rota tal-plastik imwaħħla mat-tarf nett u b'mekkaniżmu ta' brejkijiet imwaħħal magħha,

valiġġa li l-wiċċ barrani tagħha huwa magħmul minn materjal tal-plastik iffurmat, b'qisien ta' madwar 55 cm × 30 cm × 20 cm u mwaħħla mal-kolonna vertikali permezz ta' klampijiet li jistgħu jinfetħu.

Il-prodott huwa maħsub biex jintuża minn kull min għandu 8 snin jew aktar. Il-funzjoni tiegħu bħala mezz ta' trasport tal-oġġetti tista' tiġi kkombinata mal-funzjoni tiegħu bħala skuter, jew jista' jinġibed jew jiġi mbuttat minn wara għat-trasport tal-valiġġa fuq ir-roti meta tittella' t-tavla orizzontali.

Ara l-istampi tal-oġġett (*1)

4202 12 50

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 4202 , 4202 12 u 4202 12 50 .

Il-prodott huwa kklassifikat taħt oġġetti komposti. Il-funzjoni ewlenija tiegħu hija essenzjalment biex jittrasporta l-oġġetti fil-valiġġa. Dan jista' jsir jew minn persuna wieqfa fuq it-tavla orizzontali (li tkun mitwijja 'l isfel) li ssuqu 'l quddiem, jew billi l-persuna tmexxih (bit-tavla mitwijja 'l fuq) billi timbuttah jew tiġbdu bl-istess mod tal-valiġġi troli fuq ir-roti.

Il-komponenti li jiffurmaw l-iskuter (dawk il-komponenti li ma jiffurmawx parti mill-basktijiet troli standard, jiġifieri t-tavla orizzontali li tintewa li għandha rota tal-plastik imwaħħla magħha (u li għandha brejk)) qegħdin biex jiffaċilitaw it-trasport tal-oġġetti li jkun hemm fil-valiġġa u huma ta' importanza subordinata. Għalhekk, hija l-valiġġa li tagħti l-karattru essenzjali lill-prodott. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt it-titlu 8716 bħal vetturi oħra, jew taħt it-titlu 9503 , bħala skuter, hija eskluża wkoll.

Għalhekk l-oġġett irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 4202 12 50 bħala valiġġa bil-wiċċ barrani magħmul minn materjal tal-plastik iffurmat.

Image


(*1)  L-istampi qegħdin biss għall-finijiet ta' informazzjoni.


8.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/32


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1235

tas-6 ta' Lulju 2017

li jemenda għall-270 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-3 ta' Lulju 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi tliet persuni naturali mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” jitħassru:

“Ahmad Zerfaoui (alias (a) Abdullah, (b) Abdalla, (c) Smail, (d) Abu Khaoula, (e) Abu Cholder, (f) Nuhr). Data tat-twelid: 15.7.1963. Post tat-twelid: Chréa, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Qabel kien membru ta' L-Organizzazzjoni ta' Al-Qaida fil-Magreb Islamiku, (b) Ikkonfermat li miet f'Mali ta' Fuq fid-19.9.2006. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.5.2004.”

“Dhou El-Aich (alias Abdel Hak). Data tat-twelid: 5.8.1964. Post tat-twelid: Blida, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: Ikkonfermat li miet fiċ-Ċad fit-8.3.2004. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.5.2004.”

“Hacene Allane (alias (a) Hassan the Old, (b) Al Sheikh Abdelhay, (c) Boulahia, (d) Abu al-Foutouh, (e) Cheib Ahcéne). Data tat-twelid: 17.1.1941. Post tat-twelid: Médéa, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: Ikkonfermat li miet fin-Niger ta' Fuq fis-16.4.2004. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.5.2004.”


8.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/34


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1236

tas-7 ta' Lulju 2017

li jiffissa r-rata ta' aġġustament għall-pagamenti diretti skont ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sena kalendarja 2017

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandha tiġi stabbilita riżerva maħsuba biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għas-settur agrikolu f'każ ta' kriżijiet kbar li jolqtu l-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola, billi fil-bidu ta' kull sena, jiġi applikat tnaqqis fil-pagamenti diretti permezz tal-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja msemmi fl-Artikolu 26 ta' dak ir-Regolament.

(2)

L-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jipprevedi li sabiex jiġi żgurat li jitħarsu l-limiti massimi annwali stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) għall-finanzjament tan-nefqa relatata mas-suq u tal-pagamenti diretti, jeħtieġ li tiġi determinata rata ta' aġġustament għall-pagamenti diretti meta l-previżjonijiet tal-finanzjament tal-miżuri ffinanzjati skont dak is-sublimitu għal sena finanzjarja partikolari jindikaw li jkunu se jinqabżu l-limiti massimi annwali applikabbli.

(3)

L-ammont tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu, inkluż fl-Abbozz tal-Baġit tal-Kummissjoni għall-2018, jammonta għal EUR 459,5 miljun fi prezzijiet attwali. Biex jiġi kopert dak l-ammont, jenħtieġ li l-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja japplika għall-pagamenti diretti fil-qafas tal-iskemi ta' appoġġ elenkati fl-Anness I tar-Regolamenttal-Kunsill (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fir-rigward tas-sena kalendarja 2017.

(4)

Il-previżjonijiet għall-pagamenti diretti u n-nefqa relatata mas-suq iddeterminati fl-Abbozz tal-Baġit 2018 tal-Kummissjoni jindikaw li ma hemmx bżonn ta' aktar dixxiplina finanzjarja.

(5)

Filwaqt li taġixxi f'konformità mal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiffissa r-rata ta' aġġustament stipulata fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-pagamenti diretti fir-rigward tas-sena kalendarja 2017 (4) fit-30 ta' Marzu 2017.

(6)

Sat-30 ta' Ġunju 2017 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill kienu għadhom ma ddeterminawx dik ir-rata ta' aġġustament. Għaldaqstant, f'konformità mal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni għandha tiffissa r-rata ta' aġġustament permezz ta' att ta' implimentazzjoni u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill immedjatament dwar dan.

(7)

F'konformità mal-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ir-rata ta' aġġustament tista' tiġi adattata mill-Kummissjoni sal-1 ta' Diċembru 2017, abbażi ta' informazzjoni ġdida fil-pussess tagħha. Fil-każ ta' informazzjoni ġdida, il-Kummissjoni se tqisha u se tadotta Regolament ta' Implimentazzjoni li jadatta r-rata ta' aġġustament sal-1 ta' Diċembru 2017, fil-kuntest tal-Ittra Emendatorja għall-Abbozz tal-Baġit tal-2018.

(8)

Bħala regola ġenerali, il-bdiewa li jressqu applikazzjoni għall-għajnuna għal pagamenti diretti għal sena kalendarja waħda (N) jitħallsu f'perjodu tal-pagamenti fiss li jkun fis-sena finanzjarja (N+1). Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, sa ċertu limitu, iħallsu l-pagamenti lill-bdiewa wara dak il-perjodu tal-pagamenti. Dawn il-pagamenti tardivi jistgħu jsiru f'sena finanzjarja sussegwenti. Meta d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għal sena kalendarja partikolari, jenħtieġ li ma tiġix applikata r-rata ta' aġġustament fuq dawk il-pagamenti li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna tagħhom ikunu tressqu fi snin kalendarji li mhumiex is-sena kalendarja li għaliha tapplika d-dixxiplina finanzjarja. Għalhekk, biex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa, jixraq li jiġi previst li r-rata ta' aġġustament tiġi applikata biss għall-pagamenti li għalihom ikunu tressqu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna fis-sena kalendarja meta tapplika d-dixxiplina finanzjarja, irrispettivament minn meta jsir il-pagament lill-bdiewa.

(9)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jipprevedi li r-rata ta' aġġustament applikata għall-pagamenti diretti ddeterminati skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għandha tapplika biss għall-pagamenti diretti li jaqbżu l-EUR 2 000 u li għandhom jingħataw lill-bdiewa fis-sena kalendarja korrispondenti. Barra minn hekk, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jipprevedi li, minħabba l-introduzzjoni gradwali tal-pagamenti diretti, ir-rata ta' aġġustament ma għandhiex tibda tapplika għall-Kroazja mil-1 ta' Jannar 2022 biss. B'hekk, jenħtieġ li r-rata ta' aġġustament li għandha tiġi ddeterminata permezz ta' dan ir-Regolament ma tapplikax għal pagamenti lill-bdiewa f'dak l-Istat Membru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għall-fini li tiġi ffissata r-rata ta' aġġustament b'konformità mal-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u b'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-ammonti tal-pagamenti diretti fl-iskemi ta' appoġġ elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, li jkunu ta' iktar minn EUR 2 000 u li għandhom jingħataw lill-bdiewa għal applikazzjoni għall-għajnuna mressqa fir-rigward tas-sena kalendarja 2017, għandhom jitnaqqsu b'rata ta' aġġustament ta' 1,388149 %.

2.   It-tnaqqis previst fil-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-Kroazja.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat- 2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(4)  COM(2017) 150.


8.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1237

tas-7 ta' Lulju 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livell massimu ta' ċjanur tal-idroġenu fil-lewż tal-berquq mhux ipproċessat sħiħ, mitħun, ikkrekkjat u mqatta', imqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jistabbilixxi l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel.

(2)

Il-Bord Xjentifiku dwar il-Kontaminanti fil-katina tal-ikel (CONTAM) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adotta opinjoni xjentifika dwar ir-riskji akuti tas-saħħa relatati mal-preżenza tal-glikosidi ċjanoġeniċi fil-lewż tal-berquq nej u l-prodotti derivati mill-lewż tal-berquq nej (3). It-terminu “lewż tal-berquq nej u l-prodotti derivati mil-lewż tal-berquq nej” imsemmija fl-opinjoni xjentifika jikkonċerna l-istess prodotti deskritti fit-terminu “lewż tal-berquq mhux ipproċessat sħiħ, mitħun, ikkrekkjat u mqatta” imsemmija f'dan ir-Regolament.

(3)

L-amigdalina hija l-akbar glikosidu ċjanoġeniku preżenti fil-lewż tal-berquq mhux ipproċessat u li jiddegradixxi fi ċjanur tal-idroġenu (iċ-ċjanur) meta jintgħomod. Iċ-ċjanur tal-idroġenu (iċ-ċjanur) huwa estremament tossiku għall-bniedem. Il-Bord CONTAM identifika d-doża akuta ta' referenza (DAR) ta' 20 μg/kg bw biex jivvaluta r-riskji assoċjati mal-preżenza tal-glikosidi ċjanoġeniċi fil-lewż tal-berquq mhux ipproċessat sħiħ, mitħun, ikkrekkjat u mqatta'. Meta jitqiesu l-livelli rrapportati tal-glikosidi ċjanoġeniċi fil-lewż tal-berquq mhux ipproċessat, id-DAR tkun issuperata diġà bil-konsum ta' ftit lewż tal-berquq mhux ipproċessat.

(4)

Għalhekk ikun xieraq li jiġi stabbilit livell massimu għaċ-ċjanur tal-idroġenu (iċ-ċjanur) għal-lewż tal-berquq mhux ipproċessat sħiħ, mitħun, ikkrekkjat u mqatta', imqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali.

(5)

Minħabba s-suq frammentat ħafna tal-lewż tal-berquq mhux ipproċessat u r-riskji possibbli tas-saħħa akuti għas-saħħa pubblika, għandu jiġi previst li l-operatur jiggarantixxi li l-lewż kollu tal-berquq mhux ipproċessat sħiħ, mitħun, ikkrekkjat u mqatta', imqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali jikkonforma mal-livell massimu.

(6)

Jixraq li jiġu stabbiliti r-regoli tal-kampjunar li jridu jiġu applikati biex tiġi vverifikata l-konformità mal-livell massimu.

(7)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-operatur li jqiegħed il-lewż tal-berquq mhux ipproċessat sħiħ, mitħun, ikkrekkjat u imqatta', fis-suq għall-konsumatur finali għandu jipprovdi, fuq talba mingħand l-awtorità kompetenti, evidenza tal-konformità tal-prodott ikkummerċjalizzat mal-livell massimu.

Artikolu 3

It-teħid ta' kampjuni għall-kontroll tal-konformità mal-livell massimu għandhom jitwettqu skont ir-regoli stipulati fil-parti D.2 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 (4).

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(3)  Il-Bord CONTAM tal-EFSA (Il-Bord dwar il-Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel tal-EFSA), 2016. Opinjoni xjentifika dwar ir-riskji akuti tas-saħħa marbuta mal-preżenza tal-glikosidi ċjanoġeniċi fil-lewż tal-berquq nej u l-prodotti derivati mil-lewż tal-berquq nej. EFSA Journal 2016;14(4):4424, 47 pp doi:10.2903/j.efsa.2016.4424

http://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/scientific_output/files/main_documents/4424.pdf

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12).


ANNESS

Fit-Taqsima 8 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, tiżdied l-entrata li ġejja:

“8.3

Iċ-ċjanur tal-idroġenu, inkluż iċ-ċjanur tal-idroġenu maqgħud fi glikosidi ċjanoġeniċi

 

8.3.1

Lewż tal-berquq mhux ipproċessat sħiħ, mitħun, ikkrekkjat, imqatta', imqiegħed fis-suq għall-konsumatur finali (54)  (55)

20,0



8.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/39


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1238

tas-7 ta' Lulju 2017

li jagħmel l-importazzjonijiet ta' ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġett għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,

Wara li infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2), it-tnedija ta' proċediment antidumping rigward l-importazzjonijiet ta' ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”), wara li tressaq ilment fil-25 ta' Ottubru 2016 minn EUROFER (“l-ilmentatur”) f'isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni.

1.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT

(2)

Il-prodott li qed jiġi investigat huwa ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni (corrosion resistant steels, “CRS”) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(3)

Is-CRS jikkonsistu fi prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar illigat jew mhux illigat; deossidati bl-aluminju; miksija jew mgħottija b'galvanizzazzjoni b'immersjoni taħraq biż-żingu u/jew bl-aluminju, u b'ebda metall ieħor; b'passivazzjoni kimika; li skont il-piż, fihom: 0,015 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0,170 % ta' karbonju, 0,015 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0,100 % ta' aluminju, mhux iktar minn 0,045 % ta' nijobju, mhux aktar minn 0,010 % ta' titanju u mhux iktar minn 0,010 % ta' vanadju; ippreżentati f'kojls, f'folji maqtugħa skont id-daqs u fi strixxi dojoq.

Il-prodotti li ġejjin mhumiex inklużi:

dawk tal-azzar inossidabbli, tal-azzar tas-siliċju-elettriku, u tal-azzar b'veloċità għolja;

dawk mhux maħdumin aktar ħlief illaminati bis-sħana jew illaminati kesħin (cold-reduced).

(4)

Il-prodott ikkonċernat bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet NM li ġejjin ex 7210 41 00, ex 7210 49 00, ex 7210 61 00, ex 7210 69 00, ex 7212 30 00, ex 7212 50 61, ex 7212 50 69, ex 7225 92 00, ex 7225 99 00, ex 7226 99 30 u ex 7226 99 70 (il-kodiċijiet TARIC: 7210410020, 7210490020, 7210610020, 7210690020, 7212300020, 7212506120, 7212506920, 7225920020, 7225990022, 7225990035, 7225990092, 7226993010, 7226997094).

2.   TALBA

(5)

It-talba għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku saret mill-ilmentatur fl-24 ta' Mejju 2017. L-ilmentatur talab li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat isiru soġġetti għar-reġistrazzjoni sabiex sussegwentament ikunu jistgħu jiġu applikati miżuri kontra dawk l-importazzjonijiet mid-data ta' tali reġistrazzjoni.

3.   IR-RAĠUNIJIET GĦAR-REĠISTRAZZJONI

(6)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista' tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet tad-dwana sabiex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex sussegwentement ikunu jistgħu jiġu applikati miżuri kontra dawk l-importazzjonijiet. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru soġġetti għar-reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika din l-azzjoni.

(7)

L-ilmentatur jiddikjara li r-reġistrazzjoni hija ġġustifikata billi l-prodott ikkonċernat għadu qed ikun suġġett għal dumping u l-importaturi kienu jafu tajjeb dwar il-prattiki ta' dumping li kienu ilhom għaddejjin għal perjodu estiż ta' żmien u kienu qed jikkawżaw dannu għall-industrija tal-Unjoni. L-ilmentatur jiddikjara wkoll li l-importazzjonijiet Ċiniżi qed jikkawżaw dannu għall-industrija tal-Unjoni u li kien hemm żieda sostanzjali fil-livell ta' dawk l-importazzjonijiet, anki wara l-perjodu tal-investigazzjoni, li jimmina b'mod serju l-effett ta' rimedju tad-dazju antidumping, jekk jiġi applikat tali dazju.

(8)

Il-Kummissjoni tqis li l-importaturi kienu tabilħaqq jafu, jew kellhom ikunu jafu dwar il-prattiki ta' dumping tal-esportaturi. Evidenza prima facie suffiċjenti f'dan ir-rigward kienet tinsab fl-ilment u din ġiet ippreżentata fin-notifika ta' bidu għal dan il-proċediment (3). Il-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment stmat marġni ta' dumping ta' 50 % għall-importazzjonijiet Ċiniżi. L-evidenza ta' dumping fl-ilment hija bbażata fuq tqabbil bejn il-valuri normali, abbażi ta' informazzjoni dwar il-prezzijiet ta' produttur fil-Kanada, li kienet magħżula bħala pajjiż analogu, u l-prezz għall-esportazzjoni (fuq livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Il-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż ġie ddeterminat fuq il-bażi ta' informazzjoni kkwotata minn produtturi esportaturi Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni minn Awwissu 2012 sa April 2016.

(9)

Meta titqies il-firxa tad-dumping li jista' jkun qed iseħħ, ikun raġonevoli li wieħed jassumi li l-importaturi jkunu jafu, jew misshom kienu jafu, bis-sitwazzjoni.

(10)

Minbarra dan, l-ilmentatur ipprovda kemm fl-ilment kif ukoll fit-talba għar-reġistrazzjoni biżżejjed evidenza fil-forma ta' dikjarazzjonijiet għall-istampa li fihom huma deskritti l-prattiki ta' dumping mill-esportaturi Ċiniżi u li prima facie ma setgħux u ma kellhomx jiġu injorati mill-importaturi. It-talba ta' reviżjoni rreferiet ukoll għal miżuri ta' difiża tal-kummerċ inkluż antidumping attwalment applikabbli f'pajjiżi terzi.

(11)

Minn meta beda l-proċediment f'Diċembru 2016, żieda oħra ta' aktar minn 50 % ġiet osservata meta wieħed iqabbel il-volumi medji ta' kull xahar impurtati matul il-perjodu minn Ottubru 2015 sa Settembru 2016 (jiġifieri l-perjodu tal-investigazzjoni) mal-perjodu minn Jannar sa April 2017 (jiġifieri l-perjodu ta' wara l-bidu). Aktar evidenza prima facie wriet żidiet fis-sehem tas-suq u l-ħżin.

(12)

Minbarra dan, fl-ilment hemm biżżejjed evidenza prima facie li qed jiġi kkawżat dannu u fis-sottomissjonijiet magħmula fil-qafas tal-investigazzjoni, inkluża t-talba tar-reġistrazzjoni, hemm evidenza li t-tkomplija taż-żieda f'dawn l-importazzjonijiet tikkawża dannu addizzjonali. Fid-dawl taż-żmien, iż-żieda fil-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u ċirkostanzi oħrajn (bħall-kapaċità eċċessiva fiċ-Ċina u l-komportament tal-ipprezzar tal-esportaturi Ċiniżi li huma ddimostrati fl-ilment oriġinali) x'aktarx li timmina serjament l-effett ta' rimedju ta' kull dazju definittiv, sakemm dawn id-dazji ma jiġux applikati b'mod retroattiv. Barra minn hekk, fid-dawl tat-tnedija tal-proċedimenti attwali u filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi tal-importazzjonijiet Ċiniżi f'termini ta' prezzijet u volumi sa issa, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li l-livell tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat jista' jiżdied ulterjorment qabel l-adozzjoni ta' miżuri provviżorji, jekk ikun hemm minnhom, u li l-inventarji jistgħu jinbnew b'mod rapidu mill-importaturi.

4.   IL-PROĊEDURA

(13)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza prima facie biex jiġġustifika li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(14)

Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, bil-kundizzjoni li jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

5.   REĠISTRAZZJONI

(15)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għandhom ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni bl-iskop li jiżguraw li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'konklużjonijiet li jwasslu għall-impożizzjoni ta' dazji antidumping, dawk id-dazji jistgħu, jekk il-kundizzjonijiet neċessarji jintlaħqu, jiġu imposti b'mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati f'konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku.

(16)

Fl-ilment, l-ilmentatur jikkalkula marġni ta' dumping medju ta' madwar 50 % u marġni medju ta' bejgħ taħt il-prezz ta' 37,8 % — 41,0 % għall-prodott ikkonċernat. L-ammont stmat ta' responsabbiltà possibbli fil-futur huwa stabbilit għaċ-Ċina fil-livell ta' bejgħ taħt il-prezz, stmat abbażi tal-ilment, jiġifieri minn 37,8 % sa 41,0 % fuq il-valur ta' importazzjoni CIF tal-prodott ikkonċernat.

6.   IPPROĊESSAR TA' DEJTA PERSONALI

(17)

Kull dejta personali miġbura fil-kuntest ta' din ir-reġistrazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-awtoritajiet doganali huma hawnhekk ordnati, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036, biex jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li jikkonsisti minn prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar illigat jew mhux illigat; deossidati bl-aluminju; miksija jew mgħottija b'galvanizzazzjoni b'immersjoni taħraq biż-żingu u/jew bl-aluminju, u b'ebda metall ieħor; b'passivazzjoni kimika; li skont il-piż, fihom: 0,015 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0,170 % ta' karbonju, 0,015 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0,100 % ta' aluminju, mhux iktar minn 0,045 % ta' nijobju, mhux aktar minn 0,010 % ta' titanju u mhux iktar minn 0,010 % ta' vanadju; ippreżentati f'koljaturi, f'folji maqtugħa skont id-daqs u fi strixxi dojoq, minbarra dawk:

tal-azzar inossidabbli, tal-azzar tas-siliċju manjetiku, u tal-azzar b'veloċità għolja;

mhux maħdumin aktar ħlief illaminati bis-sħana jew illaminati kesħin (cold-reduced);

u li bħalissa jinsabu fil-kodiċijiet NM li ġejjin ex 7210 41 00, ex 7210 49 00, ex 7210 61 00, ex 7210 69 00, ex 7212 30 00, ex 7212 50 61, ex 7212 50 69, ex 7225 92 00, ex 7225 99 00, ex 7226 99 30 u ex 7226 99 70 (il-kodiċijiet TARIC: 7210410020, 7210490020, 7210610020, 7210690020, 7212300020, 7212506120, 7212506920, 7225920020, 7225990022, 7225990035, 7225990092, 7226993010, 7226997094).

Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub, biex jipprovdu evidenza ta' sostenn jew jitolbu li jinstemgħu fi żmien 20 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21

(2)  ĠU C 459, 9.12.2016, p. 17

(3)  ĠU C 459, 9.12.2016, p. 17 (it-Taqsima 3 tan-notifika ta' bidu).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

8.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/43


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1239

tas-6 ta' Lulju 2017

dwar ir-rikonoxximent tal-Etjopja skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistemi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni tal-baħħara

(notifikata bid-dokument C(2017) 4555)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(3) tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2008/106/KE, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrikonoxxu b'approvazzjoni ċ-ċertifikati xierqa tal-baħħara li jkunu nħarġu minn pajjiżi terzi, sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ikun rikonoxxut mill-Kummissjoni. Dawk il-pajjiżi terzi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara, tal-1978 (il-Konvenzjoni STCW).

(2)

Permezz ta' ittri datati d-9 ta' Jannar 2014 u l-5 ta' Novembru 2014, il-Lussemburgu u Ċipru rispettivament talbu r-rikonoxximent tal-Etjopja. Wara dawk it-talbiet, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-awtoritajiet tal-Etjopja bil-għan li twettaq valutazzjoni tas-sistema ta' taħriġ u ċertifikazzjoni tagħhom biex tivverifika jekk l-Etjopja tissodisfax ir-rekwiżiti kollha tal-Konvenzjoni STCW u jekk ittiħdux il-miżuri xierqa biex tiġi evitata l-frodi konnessa maċ-ċertifikati. Kien spjegat li l-valutazzjoni se tkun ibbażata fuq ir-riżultati ta' spezzjoni għall-ġbir ta' informazzjoni li għandha titwettaq mill-esperti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (l-Aġenzija) fl-Etjopja.

(3)

Abbażi tar-riżultati ta' spezzjoni li saret f'Ottubru 2015, il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tas-sistema ta' taħriġ u ċertifikazzjoni fl-Etjopja. F'dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni identifikat għadd ta' oqsma li kellhom bżonn jiġu indirizzati sewwa mill-awtoritajiet Etjopjani, inklużi n-nuqqasijiet relatati mal-approvazzjoni tal-programm u tal-kors, dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni abbord u l-approvazzjoni.

(4)

F'Mejju 2016, l-awtoritajiet Etjopjani ressqu pjan volontarju ta' azzjoni korrettiva u komplew jissupplimentawh f'Lulju, f'Ottubru u f'Diċembru 2016.

(5)

B'mod partikolari, l-Etjopja adottat leġiżlazzjoni ġdida li tindirizza n-nuqqasijiet b'rabta mad-dispożizzjonijiet nazzjonali kif identifikat fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni, aġġornat il-proċeduri tal-kwalità tal-amministrazzjoni u tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni marittima, u l-kurrikula u l-programmi ta' taħriġ tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni marittima tagħha.

(6)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli kollha, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-awtoritajiet Etjopjani ħadu miżuri biex jagħmlu s-sistema Etjopjana ta' taħriġ u ċertifikazzjoni tal-baħħara konformi mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, inkluż l-għoti ta' evidenza dokumentata xierqa.

(7)

F'April 2017, il-Kummissjoni pprovdiet lill-awtoritajiet Etjopjani b'rapport ta' valutazzjoni li kien ibbażat fuq ir-riżultati tal-ispezzjoni ta' Ottubru 2016 u qieset il-pjan ta' azzjoni korrettiva aġġornat.

(8)

Ir-riżultat finali tal-valutazzjoni juri li l-Etjopja hija konformi mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW u li indirizzat in-nuqqasijiet identifikati kollha, filwaqt li dan il-pajjiż ħa l-miżuri xierqa biex tiġi evitata l-frodi konnessa maċ-ċertifikati.

(9)

L-Istati Membri ngħataw rapport dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni.

(10)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2008/106/KE, l-Etjopja hija rikonoxxuta fir-rigward tas-sistemi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni tal-baħħara.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.


8.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/45


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1240

tas-7 ta' Lulju 2017

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2017) 4896)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”), u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4).

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE għandhom jinkludu mill-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu tal-inqas sad-dati għal dawk iż-żoni stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni.

(3)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat sussegwentement bid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/417 (5), (UE) 2017/554 (6), (UE) 2017/696 (7), (UE) 2017/780 (8), (UE) 2017/819 (9), (UE) 2017/977 (10) u (UE) 2017/1139 (11), sabiex jitqiesu l-bidliet fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara li seħħew aktar tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 fl-Unjoni. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/696 sabiex jiġu stipulati regoli rigward kif jintbagħtu l-konsenji ta' flieles ta' ġurnata miż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247, wara ċertu titjib fil-qagħda epidemjoloġika fir-rigward ta' dak il-virus fl-Unjoni.

(4)

Filwaqt li s-sitwazzjoni inġenerali tal-marda fl-Unjoni qed tkompli tmur għall-aħjar, mid-data tal-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1139, Franza identifikat tifqigħa ġdida tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjenda rurali tat-tjur fi Brillon, fit-Tramuntana ta' Franza viċin il-fruntiera mal-Belġju. Franza nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni li ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, fosthom l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjenda infettata.

(5)

Il-Belġju wkoll stabbilixxa żona ta' sorveljanza, skont id-Direttiva 2005/94/KE, fi Brunehaut u Rumes fit-Tramuntana tal-Belġju viċin il-fruntiera ma' Franza, b'rabta mat-tifqigħa reċenti kkonfermata fi Franza.

(6)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri meħuda minn Franza u mill-Belġju, skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja tas-sottotip H5N8 fit-Tramuntana ta' Franza, u ħarġet sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta' Franza, u ż-żona ta' sorveljanza stabbilita mill-Belġju, jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjenda li fiha ġiet ikkonfermata t-tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8.

(7)

Biex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni, u biex jiġi evitat li pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, jenħtieġ li jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni, b'kollaborazzjoni ma' Franza u mal-Belġju, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fi Franza, kif ukoll iż-żona ta' sorveljanza stabbilita fil-Belġju, skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħa reċenti fi Franza. Għaldaqstant, jenħtieġ li ż-żoni l-ġodda ta' Franza u tal-Belġju jiddaħħlu fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat biex jaġġorna r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex tinkludi ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fil-Belġju, u ż-żona ta' sorveljanza stabbilita fi Franza, skont id-Direttiva 2005/94/KE u t-tul ta' żmien tar-restrizzjonijiet li japplikaw fihom.

(9)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 għalhekk jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16)

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/417 tas-7 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 63, 9.3.2017, p. 177).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/554 tat-23 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 79, 24.3.2017, p. 15).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).

(8)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/780 tat-3 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 30).

(9)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/819 tat-12 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 122, 13.5.2017, p. 76).

(10)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/977 tat-8 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 155).

(11)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1139 tat-23 ta' Ġunju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 164, 27.6.2017, p. 59).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti A, l-entrata għal Franza tinbidel b'dan li ġej:

“Stat Membru: Franza

Żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

Les communes suivantes dans le Département du Nord:

BOUSIGNIES

BRILLON

ROSULT

SARS-ET-ROSIERES

TILLOY-LEZ-MARCHIENNES

21.7.2017”

(2)

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-Belġju tinbidel b'dan li ġej:

“Stat Membru: Il-Belġju

Żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

De zone omvat de gemeenten Zedelgem en Oostkamp en delen van de gemeenten Jabbeke, Brugge, Beernem, Wingene, Pittem, Lichtervelde, Torhout en Ichtegem.

De zone omvat in wijzerzin:

de spoorweg Oostende — Brugge

Expresweg

Bevrijdingslaan

Hoefijzerlaan

Koning Albertlaan

Buiten Begijnvest

Buiten Katelijnevest

Buiten Gentpoortvest

Generaal Lemanlaan

Astridlaan

Bruggestraat

Beverhoutsveldstraat

Akkerstraat

Parkstraat

Stationstraat

Wingene Steenweg

Reigerlostraat

Torenweg

Vagevuurstraat

Bruggesteenweg

Predikherenstraat

Rakestraat

Keukelstraat

Balgenhoekstraat

Ruiseledesteenweg

Tieltstraat

Kapellestraat

Kokerstraat

Egemsestraat

Wingensesteenweg

Egemveldweg

Grootveldstraat

Schoolstraat

Marktplein

Lichterveldestraat

Zegwegestraat

Sprietstraat

Zwevezelestraat

Koolkampstraat

Ringlaan

Brugsebaan

Roeselaarseweg

Vredelaan

Oostendestraat

Wijnendale-Molenstraat

Smissestraat

Spoorwegstraat

Schoolstraat

Torhoutbaan

Korenstraat

Heuvelstraat

Zuidstraat

Mitswegestraat

Achterstraat

Bruggestraat

Barletegemweg

Aartrijksesteenweg

Dorpstraat

Stationsstraat

Expressweg

de spoorweg / le chemin de fer Oostende — Brugge

16.7.2017

Een 3 km zone rond de haard in Oostkamp (N51.115900 — E3.191884).

De zone omvat straat (secties) in de gemeenten Zedelgem en Oostkamp.

mit-8.7.2017 sas-16.7.2017

De zone omvat de gemeenten Menen en Wevelgem en delen van de gemeenten Wervik, Moorslede, Ledegem, Izegem, Lendelede, Kuurne, Harelbeke, Deerlijke, Zwevegem, Kortrijk en Mouscron.

De zone omvat in wijzerzin:

de Franse grens

Busbekestraat

Laagweg

Vagevuurstraat

Hoogweg

Calvariestraat

N58

Geluwesesteenweg

Wervikstraat

Sint Denijsplaats

Beselarestraat

Magerheidstraat

A19

Dadizelestraat

Geluwestraat

Beselarestraat

Plaats

Ledegemstraat

Dadizelestraat

Papestraat

Stationsstraat

Sint-Eloois-Winkelstraat

Rollegemstraat

Sint-Jansplein

Sint-Janstraat

Rollegemkapelsestraat

A17/E403

Woestijnstraat

Meensesteenweg

Woestynestraat

Bosmolenstraat

Geitestraat

Roterijstraat

Beiaardstraat

Molenstraat

Kortrijksestraat

Winkelsestraat

Stationsstraat

Hulstemolenstraat

Rijksweg

Roeselaarseweg

Marichaalstraat

N36

Ringlaan

Stationsstraat

Pladijsstraat

Kleine Brandstraat

Deerlijkstraat

N391/Kanaalweg

Keiberg

Avelgemstraat

Kastanjeboomstraat

Hoogstraat

Perrestraat

Vinkestraat

Marquettestraat

Brucqstraat

Zandbeekstraat

Beerbosstraat

Doornikserijsweg

Kanadezenlaan

Lagestraat

Frankrijkstraat

Herseauxlaan

Rue de Roubaix

Chaussée d'Estampuis

de Franse grens

17.7.2017

Een 3 km zone rond de haard in Menen (N50.799130- E3.213860).

De zone omvat straat(secties) in de gemeenten Menen, Wevelgem en Kortrijk.

mid-9.7.2017 sas-17.7.2017

De zone omvat delen van de gemeenten Brunehaut en Rumes.

De zone omvat in wijzerzin:

de Franse grens / la frontière française

Chaussée Montgomery

Rue du Crinquet

Rue Albert 1er

Rue Royal

Rue du bas Préau

Rue de l'Elnon

Rue du Planti

Place de Howardries

Petit Howardries

Rue des Patûres

Rue du Château

Rue des Marteaux

Rue de Sallenelles

Rue de la Bourbe

Rue Jules Décarpentrie

Rue Wibault-Bouchart

Rue de l'Eclusette

Rue Fernand Gernez

Rue du Pont de Maulde

de Franse grens / la frontière française

31.7.2017”

(b)

l-entrata għal Franza tinbidel b'dan li ġej:

“Stat Membru: Franza

Żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

Les communes suivantes dans le département du Nord:

BOUSBECQUE

HALLUIN

NEUVILLE EN FERRAIN

RONCQ

TOURCOING

WATTRELOS

17.7.2017

Les communes suivantes dans le département du Nord:

AIX

AUCHY-LEZ-ORCHIES

BELLAING

BEUVRY-LA-FORET

BOUVIGNIES

COUTICHES

ERRE

FENAIN

FLINES-LEZ-RACHES

HASNON

HAVELUY

HELESMES

HORNAING

LANDAS

LECELLES

MARCHIENNES

MAULDE

MILLONFOSSE

MOUCHIN

NIVELLE

NOMAIN

ORCHIES

PECQUENCOURT

RAISMES

RIEULAY

RUMEGIES

SAINT-AMAND-LES-EAUX

SAMEON

SOMAIN

THUN-SAINT-AMAND

VRED

WALLERS

WANDIGNIES-HAMAGE

WARLAING

31.7.2017

Les communes suivantes dans le département du Nord:

BOUSIGNIES

BRILLON

ROSULT

SARS-ET-ROSIERES

TILLOY-LEZ-MARCHIENNES

mit-22.7.2017 sal-31.7.2017”