ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 153

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
16 ta' Ġunju 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1005 tal-15 ta' Ġunju 2017 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format u ż-żmien tal-komunikazzjonijiet u l-pubblikazzjoni ta' sospensjoni u tneħħija ta' strumenti finanzjarji skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1006 tal-15 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1206/2012 f'dak li għandu x'jaqsam mal-bidla tar-razza tal-produzzjoni tal-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi, prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 10287) bħala addittiv fl-għalf tat-tjur tas-simna, tal-ħnienes miftuma u tal-ħnieżer tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd.) ( 1 )

9

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1007 tal-15 ta' Ġunju 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' leċitini bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

13

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1008 tal-15 ta' Ġunju 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Lactococcus lactis PCM B/00039, Carnobacterium divergens PCM KKP 2012p, Lactobacillus casei PCM B/00080, Lactobacillus plantarum PCM B/00081 u Saccharomyces cerevisiae PCM KKP 2059p bħala additiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni JHJ Ltd) ( 1 )

16

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1009 tat-13 ta' Marzu 2017 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għall-kadmju u għaċ-ċomb fil-ħġieġ li jiffiltra u fil-ħġieġ użat għall-istandards tar-riflettanza ( 1 )

21

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1010 tat-13 ta' Marzu 2017 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb f'ċilindri ta' ġewwa u ta' barra tal-bearings għal ċerti kompressuri li jkun fihom refriġerant ( 1 )

23

 

*

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1011 tal-15 ta' Marzu 2017 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fi ħġieġ abjad użat għal applikazzjonijiet ottiċi ( 1 )

25

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/1012 tat-13 ta' Ġunju 2017 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (EULEX KOSOVO/1/2017) ( *1 )

27

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1013 tat-30 ta' Marzu 2017 li tfassal il-formola standard għar-rappurtar li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2017) 1927)  ( 1 )

28

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1014 tal-15 ta' Ġunju 2017 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandards Ewropej EN 13869:2016 dwar ir-rekwiżiti ta' sikurezza fil-lajters fil-konfront tat-tfal, u EN 13209-2:2015 dwar it-tagħmir għall-ġarr tat-trabi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

36

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1015 tal-15 ta' Ġunju 2017 dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal kull Stat Membru għall-2014

38

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

 

(*1)   Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244(1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

16.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1005

tal-15 ta' Ġunju 2017

li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format u ż-żmien tal-komunikazzjonijiet u l-pubblikazzjoni ta' sospensjoni u tneħħija ta' strumenti finanzjarji skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 32(3) u 52(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/65/UE tistabbilixxi sistema li permezz tagħha s-sospensjonijiet min-negozjar u t-tneħħija ta' dawn is-sospensjonijiet min-negozjar jiġu ppubblikati u kkomunikati b'mod f'waqtu u effiċjenti.

(2)

Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni ta' hawn fuq minn operaturi taċ-ċentri tan-negozjar u awtoritajiet kompetenti fuq siti web tiżgura l-faċilità ta' aċċess mingħajr kostijiet addizzjonali sinifikanti. Għaldaqstant, il-pubblikazzjoni fuq is-sit web jenħtieġ li tkun il-mezz ewlieni ta' pubblikazzjoni u tixrid simultanju tal-informazzjoni fl-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni ssir disponibbli simultanjament għal kulħadd, il-pubblikazzjoni permezz ta' mezzi oħrajn għandha ssir disponibbli fuq is-sit web biss mal-pubblikazzjoni jew wara.

(3)

Minħabba l-ħtieġa għal komunikazzjoni rapida u preċiża, biex ikun hemm funzjonament tal-iskambju tal-informazzjoni u tal-kooperazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE, għandhom jiġu stabbiliti format u żmien uniformi tal-komunikazzjonijiet u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti kollha jsiru b'mod faċli u effiċjenti. L-użu ta' dan il-format u ż-żmien ma għandux jippreġudika l-użu ta' format jew żmien ieħor f'ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux previsti fejn il-format u ż-żmien stipulat f'dan ir-Regolament ma jkunx xieraq meta jiġi kkunsidrat l-iskala kbira u l-urġenza tal-komunikazzjonijiet li jirriżultaw minn, pereżempju, l-għeluq tas-suq kollu.

(4)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data.

(5)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(6)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabblixxi l-format u ż-żmien għall-komunikazzjonijiet u pubblikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

pubblikazzjoni minn operatur tas-suq li jopera suq regolat jew ta' ditta tal-investiment jew operatur ta' suq li jopera faċilità multilaterali tan-negozjar jew faċilità organizzata tan-negozjar tad-deċiżjoni tiegħu li jissospendi jew jeskludi strument finanzjarju min-negozjar;

(b)

komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt (a) lill-awtorità kompetenti rilevanti;

(c)

pubblikazzjoni minn awtorità kompetenti, li tissospendi jew teskludi min-negozjar strument finanzjarju u fejn rilevanti strumenti derivattivi relatati jew li tneħħi sospensjoni;

(d)

komunikazzjoni minn awtorità kompetenti lil ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti oħrajn, tad-deċiżjoni li tissospendi jew teskludi strument finanzjarju min-negozjar u jekk rilevanti, strumenti derivattivi relatati jew tneħħi sospensjoni;

(e)

komunikazzjoni minn awtorità kompetenti nnotifikata, lil ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti oħrajn, tad-deċiżjoni tagħha dwar jekk issegwix deċiżjoni kif imsemmi fil-punt (d).

Artikolu 2

Definizzjoni tat-terminu “operatur taċ-ċentru tan-negozjar”

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “operatur taċ-ċentru tan-negozjar” tfisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

operatur tas-suq li jopera suq regolat, faċilità multilaterali tan-negozjar jew faċilità organizzata tan-negozjar;

(b)

ditta ta' investiment li topera faċilità multilaterali tan-negozjar jew faċilità organizzata tan-negozjar.

Artikolu 3

Il-format tal-pubblikazzjoni u l-komunikazzjoni minn operaturi taċ-ċentri tan-negozjar

1.   Operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom jippubblikaw id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1 fis-sit web tagħhom fil-format stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness.

2.   L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom jikkomunikaw id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1 lill-awtorità kompetenti rilevanti f'format li jista' jinqara minn magna standard approvat minn dik l-Awtorità kompetenti billi jintuża l-format stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness.

Artikolu 4

Iż-żmien tal-pubblikazzjoni u l-komunikazzjoni minn operaturi taċ-ċentri tan-negozjar

1.   L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom jippubblikaw id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1 immedjatament.

2.   L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar ma għandhomx jippubblikaw id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1 permezz ta' mezzi oħrajn qabel il-pubblikazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 3(1).

3.   L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom jikkomunikaw id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1 lill-awtorità kompetenti simultanjament mal-pubblikazzjoni tagħhom jew immedjatament wara.

Artikolu 5

Il-format tal-pubblikazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet minn awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1 fis-sit web tagħhom fil-format stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt (d) u (e) tal-Artikolu 1 fis-sit web tagħhom fil-format stabbilit fit-Tabella 3 u 4 tal-Anness, rispettivament.

Artikolu 6

Iż-żmien tal-pubblikazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet minn awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1 immedjatament.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 1 simultanjament mal-pubblikazzjoni tagħhom jew immedjatament wara.

3.   Awtorità kompetenti nnotifikata għandha tikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 1 mingħajr dewmien mal-wasla tal-komunikazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 1.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS

Tabella 1

Tabella ta' simboli li għandhom jiġu applikati għat-Tabelli kollha

SIMBOLU

TIP TA' DEJTA

DEFINIZZJONI

{ALPHANUM-n}

Sa n karattri alfanumeriċi

Kaxxa għal test liberu.

{COUNTRYCODE_2}

2 karattri alfanumeriċi

Kodiċi tal-pajjiż b'2 ittri, kif definit mill-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alpha-2

{DATE_TIME_FORMAT}

Format tad-data u l-ħin skont l-ISO 8601

Id-data u l-ħin fil-format segwenti:

SSSS-XX-JJTss:mm:sk.Z.

“SSSS” hija s-sena;

“XX” huwa x-xahar;

“JJ” huwa l-jum;

“T” — tfisser li l-ittra “T” għandha tintuża

“ss” hija s-siegħa;

“mm” hija l-minuta;

“sk” hija s-sekonda;

Z huwa l-ћin UTC.

Id-dati u l-ħinijiet għandhom jiġu rrappurtati f'UTC.

{ISIN}

12-il karattru alfanumeriku

Kodiċi ISIN, kif definit f'ISO 6166

{LEI}

20 karattru alfanumeriku

Identifikatur ta' entità ġuridika kif definit f'ISO 17442

{MIC}

4 karattri alfanumeriċi

Identifikatur tas-suq kif definit f'ISO 10383


Tabella 2

Il-format tal-pubblikazzjoni u l-komunikazzjoni lill-awtorità kompetenti rilevanti minn operatur ta' ċentru tan-negozjar bid-deċiżjoni tiegħu li jissospendi jew ineħħi l-istrument finanzjarju u derivattivi relatati min-negozjar; u bid-deċiżjoni tiegħu li tħassar is-sospensjoni ta' strument finanzjarju u derivattivi relatati

KAXXA

DETTALJI LI GĦANDHOM JIĠU RRAPPURTATI

FORMAT GĦAR-RAPPURTAR

Data u l-ħin tal-komunikazzjoni

Kaxxa biex timtela bid-data u l-ħin tal-pubblikazzjoni/komunikazzjoni.

{DATE_TIME_FORMAT}

Tip ta' azzjoni

Kaxxa biex timtela bit-tip ta' azzjoni.

Sospensjoni, tneħħija, tħassir ta' sospensjoni.

Raġunijiet għall-azzjoni

Kaxxa biex timtela bir-raġunijiet għall-azzjoni

{ALPHANUM-350}

Effettiva minn

Kaxxa biex timtela bid-data u l-ħin minn meta hija effettiva l-azzjoni.

{DATE_TIME_FORMAT}

Effettiva sa

Kaxxa biex timtela bid-data u l-ħin sa meta hija effettiva l-azzjoni.

{DATE_TIME_FORMAT}

Għadha għaddejja

Kaxxa biex timtela b'Vera jekk l-azzjoni tkun għadha għaddejja jew Falz jekk le.

“Vera”— L-azzjoni għadha għaddejja

“Falz”— L-azzjoni m'għadhiex għaddejja

Ċentru/i ta' negozjar

Kaxxa biex timtela bl-MIC (Kodiċi ta' Identifikazzjoni tas-Suq) jew MICs taċ-ċentru/i tan-negozjar jew segmenti minnhom li magħhom hija marbuta l-azzjoni.

{MIC}

Jekk ikollhom jiġu pprovduti iktar minn MIC waħda, din il-kaxxa għandha timtela b'bosta MICs mifrudin b'virgola.

Isem l-emittent

Kaxxa biex timtela bl-isem tal-emittent tal-istrument li miegħu hija marbuta l-azzjoni.

{ALPHANUM-350}

Emittent

Kaxxa biex timtela bil-LEI tal-emittent tal-istrument li miegħu hija marbuta l-azzjoni.

{LEI}

Identifikatur tal-istrument

Kaxxa biex timtela bl-ISIN tal-istrument.

{ISIN}

Isem sħiħ tal-istrument

Kaxxa biex timtela bl-isem tal-istrument.

{ALPHANUM-350}

Derivattivi relatati

Kaxxa biex timtela bl-ISINs tad-derivattivi relatati kif speċifikat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/569 (1), li magħhom hija marbuta wkoll l-azzjoni.

{ISIN}

Jekk ikollhom jiġu pprovduti iktar minn ISIN wieħed, din il-kaxxa għandha timtela b'bosta ISINs mifrudin b'virgola.

Strumenti relatati oħrajn

Kaxxa biex timtela bl-ISINs tad-derivattivi relatati affettwati mill-azzjoni.

{ISIN}

Jekk ikollhom jiġu pprovduti iktar minn ISIN wieħed, din il-kaxxa għandha timtela b'bosta ISINs mifrudin b'virgola.

Kummenti

Kaxxa biex timtela bil-kummenti.

{ALPHANUM-350}


Tabella 3

Il-format tal-pubblikazzjoni u l-komunikazzjoni mill-Awtoritajiet Kompetenti ta' deċiżjoni biex jissospendu jew ineħħu strument finanzjarju u derivattivi relatati min-negozjar u biex ineħħu sospensjoni ta' strument finanzjarju u derivattivi relatati

KAXXA

DETTALJI LI GĦANDHOM JIĠU RRAPPURTATI

FORMAT GĦAR-RAPPURTAR

Awtorità kompetenti

Kaxxa biex timtela bl-akronimu tal-awtorità kompetenti li tkun qed tagħmel il-pubblikazzjoni / komunikazzjoni.

{ALPHANUM-10}

L-Istat Membru tal-awtorità kompetenti

Kaxxa biex timtela bil-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li tkun qed tagħmel il-pubblikazzjoni / komunikazzjoni.

{COUNTRYCODE_2}

Operatur ta' ċentru tan-negozjar bħala inizjatur tal-azzjoni

Kaxxa biex timtela bi:

veru, jekk l-inizjatur tal-azzjoni huwa operatur ta' ċentru tan-negozjar; jew

falz, jekk l-inizjatur tal-azzjoni mhux operatur ta' ċentru tan-negozjar iżda awtorità kompetenti.

“Veru”— L-inizjatur huwa minn ċentru tan-negozjar

“Falz”— L-inizjatur mhux minn ċentru tan-negozjar

Data u ħin tal-pubblikazzjoni / komunikazzjoni

Kaxxa biex timtela bid-data u l-ħin tal-pubblikazzjoni/komunikazzjoni.

{DATE_TIME_FORMAT}

Tip ta' azzjoni

Kaxxa biex timtela bit-tip ta' azzjoni.

Sospensjoni, tneħħija, tħassir ta' sospensjoni.

Raġunijiet għall-azzjoni

Kaxxa biex timtela bir-raġunijiet għall-azzjoni.

{ALPHANUM-350}

Effettiva minn

Kaxxa biex timtela bid-data u l-ħin minn meta hija effettiva l-azzjoni.

{DATE_TIME_FORMAT}

Effettiva sa

Kaxxa biex timtela bid-data u l-ħin sa meta hija effettiva l-azzjoni.

{DATE_TIME_FORMAT}

Għadha għaddejja

Kaxxa biex timtela b'Vera jekk l-azzjoni tkun għadha għaddejja jew Falz jekk le.

“Vera”— L-azzjoni għadha għaddejja

“Falz”— L-azzjoni m'għadhiex għaddejja

Ċentru/i ta' negozjar

Kaxxa biex timtela bl-MIC (Kodiċi ta' Identifikazzjoni tas-Suq) jew MICs taċ-ċentru/i tan-negozjar jew segmenti minnhom li magħhom hija marbuta l-azzjoni.

{MIC}

Jekk ikollhom jiġu pprovduti iktar minn MIC waħda, din il-kaxxa għandha timtela b'bosta MICs mifrudin b'virgola.

Isem l-emittent

Kaxxa biex timtela bl-isem tal-emittent tal-istrument li miegħu hija marbuta l-azzjoni.

{ALPHANUM-350}

Emittent

Kaxxa biex timtela bil-LEI tal-emittent tal-istrument li miegħu hija marbuta l-azzjoni.

{LEI}

Identifikatur tal-istrument

Kaxxa biex timtela bl-ISIN tal-istrument.

{ISIN}

Isem sħiħ tal-istrument

Kaxxa biex timtela bl-isem tal-istrument.

{ALPHANUM-350}

Derivattivi relatati

Kaxxa biex timtela bl-ISINs tad-derivattivi relatati kif speċifikat fir-Regolament Delegat (UE) 2017/569, li magħhom hija marbuta wkoll l-azzjoni.

{ISIN}

Jekk ikollhom jiġu pprovduti iktar minn ISIN wieħed, din il-kaxxa għandha timtela b'bosta ISINs mifrudin b'virgola.

Strumenti relatati oħrajn

Kaxxa biex timtela bl-ISINs tad-derivattivi relatati affettwati mill-azzjoni.

{ISIN}

Jekk ikollhom jiġu pprovduti iktar minn ISIN wieħed, din il-kaxxa għandha timtela b'bosta ISINs mifrudin b'virgola.

Kummenti

Kaxxa biex timtela bil-kummenti.

{ALPHANUM-350}


Tabella 4

Il-format tal-komunikazzjoni lill-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti oħra mill-awtoritajiet kompetenti bid-deċiżjonijiet tagħhom dwar jekk isegwux sospensjoni, tneħħija jew tħassir ta' sospensjoni

KAXXA

DETTALJI LI GĦANDHOM JIĠU RRAPPURTATI

FORMAT GĦAR-RAPPURTAR

Awtorità kompetenti

Kaxxa biex timtela bl-akronimu tal-awtorità kompetenti li kkomunikat l-azzjoni oriġinali.

{ALPHANUM-10}

L-Istat Membru tal-awtorità kompetenti

Kaxxa biex timtela bil-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li kkomunikat l-azzjoni oriġinali.

{COUNTRYCODE_2}

L-awtorità kompetenti li tat bidu għall-azzjoni attwali

Kaxxa biex timtela bl-akronimu tal-awtorità kompetenti li qed issegwi jew mhix issegwi l-azzjoni oriġinali.

{ALPHANUM-10}

L-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li qed tagħti bidu lill-azzjoni attwali

Kaxxa biex timtela bil-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li qed issegwi jew mhijiex issegwi l-azzjoni oriġinali.

{COUNTRYCODE_2}

It-tip ta' azzjoni oriġinali

Kaxxa biex timtela bit-tip tal-azzjoni oriġinali.

Sospensjoni, tneħħija, tħassir ta' sospensjoni.

Deċiżjoni li jsir segwitu, jekk applikabbli

Kaxxa biex, jekk applikabbli, timtela bi:

vera jekk l-azzjoni tiġi segwita; jew

falz jekk l-azzjoni ma tiġix segwita.

“Vera”— L-azzjoni hija segwita

“Falz”— L-azzjoni mhix segwita

Raġunijiet għad-deċiżjoni biex ma ssegwix it-tneħħija, is-sospensjoni jew it-tħassir tiegħu, jekk applikabbli

Kaxxa biex timtela bir-raġunijiet għad-deċiżjoni biex ma ssegwix it-tneħħija, is-sospensjoni jew it-tħassir tiegħu, jekk applikabbli.

{ALPHANUM-350}

Data u ħin tal-komunikazzjoni

Kaxxa biex timtela bid-data u l-ħin tal-komunikazzjoni tal-azzjoni attwali.

{DATE_TIME_FORMAT}

Effettiva minn

Kaxxa biex timtela bid-data u l-ħin minn meta hija effettiva l-azzjoni attwali.

{DATE_TIME_FORMAT}

Effettiva sa

Kaxxa biex timtela bid-data u l-ħin sa meta hija effettiva l-azzjoni attwali.

{DATE_TIME_FORMAT}

Għadha għaddejja

Kaxxa biex timtela b'“vera” jekk l-azzjoni tkun għadha għaddejja jew “falz” jekk le.

“Vera”— L-azzjoni għadha għaddejja

“Falz”— L-azzjoni m'għadhiex għaddejja

Ċentru/i ta' negozjar

Kaxxa biex timtela bl-MIC (Kodiċi ta' Identifikazzjoni tas-Suq) jew MICs taċ-ċentru/i tan-negozjar jew partijiet minnhom li magħhom hija marbuta l-azzjoni attwali.

{MIC}

Jekk ikollhom jiġu pprovduti iktar minn MIC waħda, din il-kaxxa għandha timtela b'bosta MICs mifrudin b'virgola.

Isem l-emittent

Kaxxa biex timtela bl-isem tal-emittent tal-istrument li miegħu hija marbuta l-azzjoni.

{ALPHANUM-350}

Emittent

Kaxxa biex timtela bil-LEI tal-emittent tal-istrument li miegħu hija marbuta l-azzjoni.

{LEI}

Identifikatur tal-istrument

Kaxxa biex timtela bl-ISIN tal-istrument.

{ISIN}

Isem sħiħ tal-istrument

Kaxxa biex timtela bl-isem tal-istrument.

{ALPHANUM-350}

Derivattivi relatati

Kaxxa biex timtela bl-ISINs tad-derivattivi relatati kif speċifikat fir-Regolament Delegat (UE) 2017/569, li magħhom hija marbuta wkoll l-azzjoni.

{ISIN}

Jekk ikollhom jiġu pprovduti iktar minn ISIN wieħed, din il-kaxxa għandha timtela b'bosta ISINs mifrudin b'virgola.

Strumenti relatati oħrajn

Kaxxa biex timtela bl-ISINs tad-derivattivi relatati affettwati mill-azzjoni.

{ISIN}

Jekk ikollhom jiġu pprovduti iktar minn ISIN wieħed, din il-kaxxa għandha timtela b'bosta ISINs mifrudin b'virgola.

Kummenti

Kaxxa biex timtela bil-kummenti.

{ALPHANUM-350}


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/569 tal-24 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għas-sospensjoni u t-tneħħija ta' strumenti finanzjarji min-negozjar (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 122).


16.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1006

tal-15 ta' Ġunju 2017

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1206/2012 f'dak li għandu x'jaqsam mal-bidla tar-razza tal-produzzjoni tal-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi, prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 10287) bħala addittiv fl-għalf tat-tjur tas-simna, tal-ħnienes miftuma u tal-ħnieżer tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd.)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-użu tal-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 10287), li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi żootekniċi”, ġie awtorizzat għal għaxar snin bħala addittiv fl-għalf tat-tjur tas-simna, tal-ħnienes miftuma, u tal-ħnieżer tas-simna mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1206/2012 (2).

(2)

Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ppropona tibdil fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni kkonċernata billi talab għal bidla fir-razza tal-produzzjoni, minn Aspergillus oryzae (DSM 10287) għal Aspergillus oryzae (DSM 26372). Mal-applikazzjoni ntbagħtet ukoll id-dejta rilevanti ta' sostenn. Il-Kummissjoni bagħtet din l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “L-Awtorità”).

(3)

Fl-opinjoni tagħha tal-14 ta' Lulju 2016 (3), l-Awtorità kkonkludiet li l-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 26372) ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jkun effikaċi bħala addittiv żootekniku fit-tiġieġ tas-simna, fil-ħnienes miftuma u fil-ħnieżer tas-simna. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġew issodisfati.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

(6)

Peress li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, jixraq li jingħata perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jinħolqu mill-awtorizzazzjoni.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2012 huwa mibdul bit-test li jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, u l-għalf li jkun fih dik il-preparazzjoni, li huma prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta' Jannar 2018 skont ir-regoli applikabbli qabel is-6 ta' Lulju 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 347, 15.12.2012, p. 12.

(3)  EFSA Journal 2016; 14(8):4564.


ANNESS

ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà

4a1607i

DSM Nutritional Products Ltd.

Endo-1,4-beta-ksilanażi

KE 3.2.1.8

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 26372) b'attività minima ta':

 

Forma solida: 1 000 FXU (1) g

 

Forma likwida: 650 FXU/ml

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 26372)

Metodu analitiku  (2)

Għal kwantifikazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 26372) f'addittiv fl-għalf:

metodu kolorimetriku li jkejjel il-kompost ikkulurit prodott mill-aċidu saliċiliku dinitro (DNSA) u l-frazzjonijiet ksilosiliċi rilaxxati minn azzjoni ta' ksilanażi fuq arabinoksilan).

Għal kwantifikazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM26372) f'taħlitiet lesti u fl-għalf:

metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat minn azzjoni ta' ksilanażi minn ażoksilan tal-ħafur evidenzjat bil-kulur.

Tjur tas-simna

100FXU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Id-doża massima rrakkomandata għal kull kilogramm ta' għalf komplet:

tjur tas-simna: 200 FXU;

ħnienes (miftuma): 400 FXU;

ħnieżer tas-simna: 400 FXU.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun permezz ta' proċeduri u miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inkluż protezzjoni għan-nifs u protezzjoni għall-ġilda.

4.

Għall-użu fi ħnienes miftuma li huma għandhom piż bejn wieħed u ieħor ta' 35 kg

l-4 ta' Jannar 2023

Ħnienes miftuma

200FXU

Ħnieżer tas-simna

200FXU


(1)  1 FXU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 7,8 mikromoli ta' zokkor riduċenti (ekwivalent ta' ksilożju) mill-arabinoksilan tal-qamħ fil-minuta f'pH ta' 6,0 u 50 °C.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.


16.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1007

tal-15 ta' Ġunju 2017

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' leċitini bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-leċitini kienu ġew awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien f'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Dak l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, f'konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta' preparazzjoni ta' leċitini bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-applikant talab li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “emulsjonanti”. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-13 ta' Lulju 2016 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni ta' leċitini ma għandiex effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni hija meqjusa bħala effikaċi għall-użu fl-għalf bħala emulsjonant. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-leċitini turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dik il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Peress li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, jixraq li jingħata perjodu tranżitorju sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “emulsjonanti”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżitorji

1.   L-addittiv speċifikat fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dawk l-addittivi li huma prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta' Jannar 2018 f'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-6 ta' Lulju 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv kif speċifikat fl-Anness li huma prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta' Lulju 2018 f'konformita mar-regoli applikabbli qabel is-6 ta' Lulju 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv kif speċifikat fl-Anness li huma prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta' Lulju 2019 f'konformita mar-regoli applikabbli qabel is-6 ta' Lulju 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 3

Dħul fis-Seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.)

(3)  EFSA Journal 2016; 14(8):4560.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta' leċitini/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: emulsjonanti

1c322

Leċitini

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' leċitini b'minimu ta':

fosfolipidi ≥ 18 %,

lisofosfolipidi ≥ 11 %,

fosfolipidi oħra≥ 6 %,

Indewwa ≤ 1 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Leċitini (Nru tas-CAS 8002–43–5) estratti minn fażola tas-sojja.

Metodu analitiku  (1)

Għall-karatterizzazzjoni tal-addittiv fl-għalf:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (2) u t-testijiet korrispondenti fil-FAO JECFA monograph“Lecithin” (3)  (4).

L-ispeċi kollha tal-annimali

Il-livell tal-użu f'għalf sħiħ: 100–1 500  mg ta' addittiv/kg ta' għalf sħiħ

Is-6 ta' Lulju 2027


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(3)  FAO JECFA Combined Compendium of Food Additive Specifications, “Leċitina”, Monograph Nru. 4 (2007), http://www.fao.org/food/food-safety-quality/scientific-advice/jecfa/jecfa-additives/detail/en/c/260/

(4)  FAO JECFA Combined Compendium for Food Additive Specifications — Analytical methods, test procedures and laboratory solutions used by and referenced in the food additive specifications, Vol. 4, http://www.fao.org/docrep/009/a0691e/a0691e00.htm


16.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1008

tal-15 ta' Ġunju 2017

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Lactococcus lactis PCM B/00039, Carnobacterium divergens PCM KKP 2012p, Lactobacillus casei PCM B/00080, Lactobacillus plantarum PCM B/00081 u Saccharomyces cerevisiae PCM KKP 2059p bħala additiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni JHJ Ltd)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Lactococcus lactis PCM B/00039, Carnobacterium divergens PCM KKP 2012p, Lactobacillus casei PCM B/00080, Lactobacillus plantarum PCM B/00081 u Saccharomyces cerevisiae PCM KKP 2059p. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Lactococcus lactis PCM B/00039, Carnobacterium divergens PCM KKP 2012p, Lactobacillus casei PCM B/00080, Lactobacillus plantarum PCM B/00081 u Saccharomyces cerevisiae PCM KKP 2059p bħala additiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, li għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-12 ta' Lulju 2016 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni ta' Lactococcus lactis PCM B/00039, Carnobacterium divergens PCM KKP 2012p, Lactobacillus casei PCM B/00080, Lactobacillus plantarum PCM B/00081 u Saccharomyces cerevisiae PCM KKP 2059p ma għandhiex effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li għandha l-potenzjal li ttejjeb il-prestazzjoni żooteknika fit-tiġieġ tas-simna. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta' Lactococcus lactis PCM B/00039, Carnobacterium divergens PCM KKP 2012p, Lactobacillus casei PCM B/00080, Lactobacillus plantarum PCM B/00081 u Saccharomyces cerevisiae PCM KKP 2059p turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dik il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Il-Ġurnal tal-EFSA 2016;14(9):4555.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana

4b1892

JHJ Ltd

Lactococcus lactis PCM B/00039, Carnobacterium divergens PCM KKP 2012p, Lactobacillus casei PCM B/00080, Lactobacillus plantarum PCM B/00081 u Saccharomyces cerevisiae PCM KKP 2059p

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' Lactococcus lactis PCM B/00039, Carnobacterium divergens PCM KKP 2012p, Lactobacillus casei PCM B/00080, Lactobacillus plantarum PCM B/00081 and Saccharomyces cerevisiae PCM KKP 2059p b'kontenut minimu ta' 1,2 × 109 CFU/g tal-Batterji tal-Aċidu Lattiku (LAB) totali u Saccharomyces cerevisiae PCM KKP 2059p 1 × 107 CFU/g

b'minimu ta':

 

Lactococcus lactis PCM B/00039 ≥ 5 × 108 CFU/g

 

Carnobacterium divergens PCM KKP 2012p ≥ 3 × 108 CFU/g

 

Lactobacillus casei PCM B/00080 ≥ 1 × 108 CFU/g

 

Lactobacillus plantarum PCM B/00081 ≥ 3 × 108 CFU/g

 

Saccharomyces cerevisiae PCM KKP 2059p ≥ 1 × 107 CFU/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Iċ-ċelloli vijabbli ta' Lactococcus lactis PCM B/00039, Carnobacterium divergens PCM KKP 2012p, Lactobacillus casei PCM B/00080, Lactobacillus plantarum PCM B/00081 u Saccharomyces cerevisiae PCM KKP 2059p

Metodu analitiku  (1)

Għall-enumerazzjoni ta' Lactococcus lactis PCM B/00039 u Carnobacterium divergens PCM KKP 2012p fl-addittiv fl-għalf u fl-għalf:

Il-metodu tat-tferrigħ bl-użu ta' agar de Man, Rogosa u Sharpe (MRS) ISO 15214

Għall-enumerazzjoni ta' Lactobacilli fl-addittiv fl-għalf u fl-għalf:

Il-metodu tat-tferrigħ bl-użu ta' agar MRS EN 15787

Għall-enumerazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae PCM KKP 2059pfl-addittiv fl-għalf u fl-għalf:

Il-metodu tat-tferrigħ bl-użu ta' agar magħmul minn glukożju, estratt tal-ħmira u kloramfenikol (CGYE) EN 15789

Għall-identifikazzjoni ta' Lactobacilli, Lactococcus lactis PCM B/00039 u Carnobacterium divergens PCM KKP 2012p:

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

Għall-identifikazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae PCM KKP 2059p:

Reazzjoni Katina bil-Polimerażi (PCR)

Tiġieġ tas-simna

5 × 108 (LAB)

5 × 106 (Saccharomyces cerevisiae PCM KKP 2059p)

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, iż-żmien tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-tgerbib.

2.

L-użu huwa permess f'għalf li jkun fih il-koċċidjostati awtorizzati li ġejjin: in-narasin/in-nikarbażin, is-sodju tas-salinomiċina, id-diklażuril, id-dekokinat, jew il-maduramiċina tal-ammonju.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun permezz ta' proċeduri u miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs u l-protezzjoni tal-ġilda.

Is-6 ta' Lulju 2027


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


DIRETTIVI

16.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/21


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1009

tat-13 ta' Marzu 2017

li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għall-kadmju u għaċ-ċomb fil-ħġieġ li jiffiltra u fil-ħġieġ użat għall-istandards tar-riflettanza

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb u tal-kadmju fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq.

(2)

Il-ħġieġ ottiku li jiffiltra li jkun fih il-kadmju jew iċ-ċomb jintuża f'varjetà wiesgħa ta' applikazzjonijiet ottiċi għal bosta tipi ta' tagħmir elettriku u elettroniku. Kemm il-kadmju kif ukoll iċ-ċomb jintużaw minħabba l-proprjetajiet ottiċi uniċi li l-użu tagħhom jiffaċilita, bħal-“linja ta' qtugħ definita” fl-ispettru viżibbli li ma jiġix affettwat mill-angolu ta' viżjoni.

(3)

Għalkemm jeżistu diversi modalitajiet ta' sostituzzjoni, is-sostituti ma jipprovdux prestazzjoni suffiċjenti tal-linja ta' qtugħ għall-applikazzjonijiet kollha. Fil-ftit każijiet fejn ikun hemm alternattivi li jipprovdu prestazzjoni suffiċjenti f'dan ir-rigward, il-materjali użati huma sensittivi wisq għall-kundizzjonijiet ambjentali tal-operat u għalhekk mhumiex affidabbli biżżejjed.

(4)

F'dan ir-rigward, l-alternattivi għadhom mhumiex adattati għal ħafna applikazzjonijiet, u s-sejba ta' alternattivi għalihom hija kkumplikata u tirrikjedi ż-żmien, għalhekk ħames snin għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 jitqies bħala tul iġġustifikat.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li ċertu ħġieġ ottiku li jiffiltra li fih il-kadmju u/jew iċ-ċomb jiġi eżentat sal-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1 sa 7 u 10. Fir-rigward taċ-ċikli ta' innovazzjoni għat-tagħmir elettriku u elettroniku affettwat, it-tul ta' din l-eżenzjoni mhuwiex mistenni li jkollu impatt negattiv fuq l-innovazzjoni.

(6)

Id-Direttiva 2011/65/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mis-6 ta' Lulju 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis-6 ta' Lulju 2018.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jiġu ppubblikati b'mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, il-punt 13(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“13(b)

Il-kadmju u ċ-ċomb fil-ħġieġ li jiffiltra u fil-ħġieġ użat għall-istandards tar-riflettanza

Tapplika għall-kategoriji 8, 9 u 11; tiskadi:

fil-21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8 apparat mediku dijanjostiku in vitro;

fil-21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9 strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali u għall-kategorija 11;

fil-21 ta' Lulju 2021 għal subkategoriji oħra tal-kategoriji 8 u 9

13(b)-(I)

Iċ-ċomb f'tipi ta' ħġieġ li jiffiltra ottiku, ikkulurit u joniku

Tapplika għall-kategoriji 1, 7 u 10; tiskadi fil-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1 sa 7 u 10”

13(b)-(II)

Il-kadmju f'tipi ta' ħġieġ li jiffiltra ottiku b'sospensjoni kollojdali; esklużi l-applikazzjonijiet li jaqgħu taħt l-eżenzjoni 39 ta' dan l-Anness

13(b)-(III)

Il-kadmju u ċ-ċomb fil-ħġieġ użat għall-istandards tar-riflettanza


16.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/23


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1010

tat-13 ta' Marzu 2017

li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb f'ċilindri ta' ġewwa u ta' barra tal-bearings għal ċerti kompressuri li jkun fihom refriġerant

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq.

(2)

Iċ-ċomb jintuża fil-bearings tal-kompressuri li jkun fihom refriġerant issiġillati ermetikament sabiex tiġi evitata t-tnixxija tar-refriġerant. Iċ-ċomb jipprovdi frizzjoni baxxa fil-bearing billi jaġixxi bħala lubrikant solidu f'każ ta' lubrikazzjoni inadegwata.

(3)

Għalkemm il-bearings mingħajr ċomb huma vijabbli, dawn għadhom ma jistgħux jissostitwixxu b'mod affidabbli l-bearings taċ-ċomb għall-kompressuri li jkun fihom refriġerant b'input tal-potenza elettrika stabbilit ta' 9 kW jew inqas.

(4)

Iċ-ċomb f'ċilindri ta' ġewwa u ta' barra tal-bearings għal kompressuri tat-tip skroll ermetiċi li jkun fihom refriġerant b'input tal-potenza elettrika stabbilit ta' 9 kW jew inqas għall-applikazzjonijiet ta' tisħin, ventilazzjoni, kundizzjonar tal-arja u refriġerazzjoni (HVACR) jenħtieġ għalhekk li jiġi eżentat sal-21 ta' Lulju 2019. Minħabba ċ-ċikli ta' innovazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-HVACR, id-durata ta' din l-eżenzjoni mhux mistennija jkollha impatti negattivi fuq l-innovazzjoni.

(5)

Id-Direttiva 2011/65/UE jenħtieġ għalhekk li tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mis-6 ta' Lulju 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis-6 ta' Lulju 2018.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jiġu ppubblikati b'mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, il-punt 9(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“9(b)

Iċ-ċomb f'ċilindri ta' ġewwa u ta' barra tal-bearings għal kompressuri li jkun fihom refriġerant għall-applikazzjonijiet ta' tisħin, ventilazzjoni, kundizzjonar tal-arja u refriġerazzjoni (HVACR)

Tapplika għall-kategoriji 8, 9 u 11; tiskadi:

fil-21 ta' Lulju 2023 għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro tal-kategorija 8;

fil-21 ta' Lulju 2024 għall-istrumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali tal-kategorija 9 u għall-kategorija 11;

fil-21 ta' Lulju 2021 għas-subkategoriji l-oħrajn tal-kategoriji 8 u 9.

9(b)-(I)

Iċ-ċomb f'ċilindri ta' ġewwa u ta' barra tal-bearings għal kompressuri tat-tip skroll ermetiċi li jkun fihom refriġerant b'input tal-potenza elettrika stabbilit ta' 9 kW jew inqas għall-applikazzjonijiet ta' tisħin, ventilazzjoni, kundizzjonar tal-arja u refriġerazzjoni (HVACR)

Tapplika għall-kategorija 1; tiskadi fil-21 ta' Lulju 2019.”


16.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/25


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1011

tal-15 ta' Marzu 2017

li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb fi ħġieġ abjad użat għal applikazzjonijiet ottiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq.

(2)

Il-ħġieġ b'bażi ta' ċomb jintuża peress li għandu kombinazzjonijiet uniċi ta' proprjetajiet u karatteristiċi, bħall-prestazzjoni tat-trażmissjoni tad-dawl, id-dispersjoni ottika, il-konduttività termali, il-birefrazzjoni u oħrajn.

(3)

Il-ħġieġ ottiku mingħajr ċomb ta' disinni alternattivi jeżisti fil-forma ta' ħġieġ mingħajr ċomb, lentijiet tal-plastik u tagħmir b'disinn alternattiv. Madankollu, dawk l-alternattivi ma jistgħux jipprevedu bosta karatteristiċi u l-kombinazzjonijiet tagħhom meta mqabbel mal-ħġieġ b'bażi ta' ċomb.

(4)

F'każijiet fejn is-sejba ta' sostituti kienet relattivament sempliċi, dan diġà seħħ u qed jintużaw is-sostituti. L-alternattivi għall-applikazzjonijiet li fadal għadhom mhumiex disponibbli. Għalhekk is-sostituzzjoni għall-medda sħiħa tal-applikazzjonijiet mhijiex possibbli b'mod ġenerali. Iċ-ċomb fi ħġieġ abjad użat għal applikazzjonijiet ottiċi jenħtieġ għalhekk li jiġi eżentat sal-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1 sa 7 u għall-kategorija 10. Minħabba ċ-ċikli ta' innovazzjoni ta' dawn it-tipi ta' applikazzjonijiet ottiċi, id-durata ta' din l-eżenzjoni mhux mistennija jkollha impatti negattivi fuq l-innovazzjoni.

(5)

Id-Direttiva 2011/65/UE jenħtieġ għalhekk li tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mis-6 ta' Lulju 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis-6 ta' Lulju 2018.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jiġu ppubblikati b'mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, il-punt 13(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“13(a)

Iċ-ċomb fi ħġieġ abjad użat għal applikazzjonijiet ottiċi

Tapplika għall-kategoriji kollha; tiskadi:

fil-21 ta' Lulju 2023 għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro tal-kategorija 8;

fil-21 ta' Lulju 2024 għall-istrumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali tal-kategorija 9 u għall-kategorija 11;

fil-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji u s-subkategoriji l-oħrajn kollha”


DEĊIŻJONIJIET

16.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2017/1012

tat-13 ta' Ġunju 2017

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (*1) (EULEX KOSOVO) (EULEX KOSOVO/1/2017)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta' Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 12(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta' Kap tal-Missjoni.

(2)

Fl-14 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/947 (2) biex emenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK u estenda t-tul ta' żmien ta' EULEX KOSOVO sal-14 ta' Ġunju 2018.

(3)

Fl-20 ta' Lulju 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1207 (3), biex ħatar lis-Sinjura Alexandra PAPADOPOULOU bħala l-Kap tal-Missjoni EULEX KOSOVO mill-1 ta' Settembru 2016 sal-14 ta' Ġunju 2017.

(4)

Fit-30 ta' Mejju 2017, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet l-estensjoni tal-mandat tas-Sinjura Alexandra PAPADOPOULOU bħala l-Kap tal-Missjoni EULEX KOSOVO għall-perijodu mill-15 ta' Ġunju 2017 sal-14 ta' Ġunju 2018,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sinjura Alexandra PAPADOPOULOU bħala l-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) huwa b'dan estiż għall-perijodu mill-15 ta' Ġunju 2017 sal-14 ta' Ġunju 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244(1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(1)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/947 tal-14 ta' Ġunju 2016 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 26).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1207 tal-20 ta' Lulju 2016 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (EULEX KOSOVO/1/2016) (ĠU L 198, 23.7.2016, p. 49).


16.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/28


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1013

tat-30 ta' Marzu 2017

li tfassal il-formola standard għar-rappurtar li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 1927)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Trasport bit-Triq stabbilit bl-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (2),

Billi:

(1)

Il-formola standard li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 għandha tintuża bħala l-mezz li bih, kull sentejn (2), l-Istati Membri jikkomunikaw mal-Kummissjoni, l-informazzjoni neċessarja għall-preparazzjoni ta' rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 u dwar l-iżviluppi fl-oqsma koperti minn dawk l-atti.

(2)

Il-formola standard stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/810/KE (3) jenħtieġ li titħassar u tiġi adottata Deċiżjoni ġdida biex jitqiesu, fost oħrajn, l-iżviluppi fl-Unjoni, bħall-adeżjoni tal-Kroazja, u r-regoli l-ġodda dwar il-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodi ta' mistrieħ li seħħew wara l-adozzjoni ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

Ir-rekwiżiti tar-rappurtar stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 561/2006 u bid-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tiegħu, ikopru b'mod partikolari informazzjoni dwar eċċezzjonijiet nazzjonali mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u dettalji aktar preċiżi dwar verifiki li jseħħu fuq il-vetturi.

(4)

Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tikkumplimenta d-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tas-sewqan, il-pawżi u l-perjodi ta' mistrieħ stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 561/2006.

(5)

Skont l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2002/15/KE, kull sentejn (2) għandu jsir rapport mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva. Dan il-perjodu ta' sentejn (2) għandu jkun l-istess bħal dak stabbilit fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006. Għaldaqstant huwa xieraq li, għal raġunijiet ta' konvenjenza amministrattiva u monitoraġġ effettiv tal-impatt tar-regoli tal-Unjoni f'dan il-qasam, fil-formola standard tiġi prevvista l-inklużjoni ta' din l-informazzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-formola standard li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 għandha titfassal skont il-kampjun stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Id-Deċiżjoni 2009/810/KE tħassret.

2.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1

(2)  ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Settembru 2008 li tfassal il-formola standard għar-rappurtar imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 289, 5.11.2009, p. 9).

(4)  Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar d-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35).

(5)  Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).


ANNESS

Formola standard għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/15/KE

1.   STAT MEMBRU

2.   PERJODU TA' REFERENZA

(l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006)

Minn (data):

Sa (data):

3.   KALKOLU TAL-KONTROLLI MINIMI LI GĦANDHOM ISIRU

(l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/22/KE)

(a)

Numru ta' ġranet maħduma min kull sewwieq tul il-perjodu ta' referenza: …

(b)

Numru totali ta' vetturi soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 561/2006: …

(c)

Numru totali ta' ġranet maħduma [(a) * (b)]: …

(d)

Kontrolli minimi [3 % minn Jannar 2010]: …

4.   KONTROLLI MAT-TRIQ

4.1.   Numru ta' sewwieqa ċċekkjati mat-triq skont il-pajjiż tar-reġistrazzjoni u t-tip ewlieni ta' trasport

Tip ewlieni ta' trasport

UE/ŻEE/Żvizzera

Pajjiżi Terzi

Mill-pajjiż

Mhux mill-pajjiż

Trasport ta' passiġġieri

 

 

 

Trasport ta' merkanzija

 

 

 

Total

 

 

 

4.2.   Numru ta' vetturi mwaqqfa għall-kontroll mat-triq skont it-tip ta' triq u l-pajjiż tar-reġistrazzjoni

It-tip ta' triq

A

B

BG

CY

CZ

D

DK

E

EST

F

FIN

GB

GR

H

HR

I

IRL

Awtostrada

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Triq nazzjonali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Triq sekondarja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

It-tip ta' triq

L

LT

LV

M

NL

P

PL

RO

S

SK

SLO

FL

IS

N

CH

Oħrajn

Total

Awtostrada

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Triq nazzjonali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Triq sekondarja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.3.   Numru ta' vetturi mwaqqfa għall-kontroll mat-triq skont it-tip ta' takografu

Tip ta' takografu

UE/ŻEE/Żvizzera

Pajjiżi Terzi

Mill-pajjiż

Mhux mill-pajjiż

Analogu

 

 

 

Diġitali

 

 

 

Smart (1)

 

 

 

Total

 

 

 

Jekk l-istatistiċi nazzjonali jippermettu, jekk jogħġbok imla wkoll it-tabella ta' hawn taħt u agħti ċ-ċifri eżatti fir-rigward tal-vetturi mgħammra b'takografu diġitali:

(a)

Numru ta' vetturi mgħammra b'takografu diġitali

 

(b)

Sehem ta' vetturi mgħammra b'takografu diġitali fi flotta totali ta' vetturi soġġetti għar-Regolamenti

 

4.4.   Numru ta' jiem tax-xogħol iċċekkjati mat-triq skont it-tip ewlieni tat-trasport u l-pajjiż tar-reġistrazzjoni

Tip ewlieni ta' trasport

UE/ŻEE/Żvizzera

Pajjiżi Terzi

Mill-pajjiż

Mhux mill-pajjiż

Trasport ta' passiġġieri

 

 

 

Trasport ta' merkanzija

 

 

 

Total

 

 

 

4.5.   Infrazzjonijiet — in-numru u t-tip ta' infrazzjonijiet irreġistrati mat-triq

(R — ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, D — ksur tad-Direttiva 2006/22/KE)

Artikolu

Tip ta' infrazzjoni

Trasport ta' passiġġieri

Trasport ta' merkanzija

UE/ŻEE/Żvizzera

Pajjiżi Terzi

UE/ŻEE/Żvizzera

Pajjiżi Terzi

Mill-pajjiż

Mhux mill-pajjiż

Mill-pajjiż

Mhux mill-pajjiż

R 6

Ħin tas-sewqan:

limitu ta' kuljum

limitu ta' kull ġimgħa

limitu kull ħmistax

 

 

 

 

 

 

R 6

Nuqqas ta' informazzjoni għal xogħol ieħor u/jew disponibbiltà

 

 

 

 

 

 

R 7

Pawżi fil-ħin ta' sewqan (sewqan ta' aktar minn 4,5 sigħat mingħajr pawża jew b'pawża qasira wisq)

 

 

 

 

 

 

R 8

Perjodi ta' mistrieħ:

minimu ta' kuljum

minimu ta' kull ġimgħa

 

 

 

 

 

 

R 10 & 26

Informazzjoni dwar il-ħin tas-sewqan:

informazzjoni għat-28 jum ta' qabel

 

 

 

 

 

 

D Anness I A

Tagħmir għar-reġistrazzjoni:

ma jaħdimx sew

użat ħażin jew imbagħbas

 

 

 

 

 

 

5.   KONTROLLI FL-ISTABBILIMENT TAL-IMPRIŻA

5.1.   Numru ta' sewwieqa ċċekkjati u numru ta' jiem tax-xogħol ikkontrollati fl-istabbiliment tal-impriża

Tip ta' trasport

Numru ta' sewwieqa ċċekkjati

Numru ta' jiem tax-xogħol iċċekkjati

I.   Tipoloġija

Trasport ta' passiġġieri

 

 

Trasport ta' merkanzija

 

 

II.   Tipoloġija

Trasport għall-kiri jew għal terzi

 

 

Trasport għall-kont proprju

 

 

5.2.   Infrazzjonijiet — numru u tip ta' infrazzjonijiet irreġistrati fl-istabbiliment

(R — ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, D — ksur tad-Direttiva 2006/22/KE)

Artikolu

Tip ta' infrazzjoni

Trasport ta' passiġġieri

Trasport ta' merkanzija

R 6

Ħin tas-sewqan:

limitu ta' kuljum

limitu ta' kull ġimgħa

limitu kull ħmistax

 

 

R 6

Nuqqas ta' informazzjoni għal xogħol ieħor u/jew disponibbiltà

 

 

R 7

Pawżi fil-ħin ta' sewqan (sewqan ta' aktar minn 4,5 sigħat mingħajr pawża jew b'pawża qasira wisq)

 

 

R 8

Perjodi ta' mistrieħ:

minimu ta' kuljum

minimu ta' kull ġimgħa

 

 

R 10 & 26

Informazzjoni dwar il-ħin tas-sewqan:

Id-dejta tinżamm sena (1)

 

 

D Anness I A

Tagħmir għar-reġistrazzjoni

ma jaħdimx sew

użat ħażin jew imbagħbas

 

 

5.3.   Numru ta' impriżi u sewwieqa ċċekkjati fl-istabbiliment skont id-daqs tal-flotta tal-impriża

Daqs tal-flotta

Numru ta' impriżi ċċekkjati

Numru ta' sewwieqa ċċekkjati

Numru ta' infrazzjonijiet misjuba

1.

 

 

 

2-5

 

 

 

6-10

 

 

 

11-20

 

 

 

21-50

 

 

 

51-200

 

 

 

201-500

 

 

 

Aktar minn 500

 

 

 

6.   KAPAĊITÀ NAZZJONALI tal-INFURZAR

(a)

Numru ta' uffiċjali tal-kontroll involuti f'kontrolli mat-triq u fl-istabbilimenti:

(b)

Numru ta' uffiċjali tal-kontroll imħarrġa biex ikunu jistgħu janalizzaw id-dejta mit-takografi diġitali kemm mat-triq kif ukoll fl-istabbilimenti tal-impriża:

(c)

Numru ta' unitajiet ta' tagħmir ipprovduti lill-uffiċjali tal-kontroll sabiex ikunu jistgħu jniżżlu, jaqraw u jistħarrġu d-dejta mit-takografi diġitali kemm mat-triq kif ukoll fl-istabbilimenti tal-impriża:

7.   INIZJATTIVI NAZZJONALI U INTERNAZZJONALI

7.1.   Nazzjonali

(a)

Regolatorji (inkluż l-aġġornament dwar x'użu sar mill-eċċezzjonijiet skont l-Artikolu 13(1))

(b)

Amministrattivi

(c)

Oħrajn

7.2.   Internazzjonali

(a)

Kontrolli organizzati: in-numru ta' kontrolli organizzati f'kull sena, il-pajjiżi li kkollaboraw

(b)

Skambji ta' esperjenzi, dejta, persunal: in-numru ta' inizjattivi, nies, suġġetti tal-iskambju, pajjiżi li kkollaboraw

8.   PENALITAJIET

8.1.   Skali fis-sena ta' referenza

8.2.   Bidliet

(a)

Id-data u n-natura tal-aktar bidliet reċenti (abbażi tas-sena ta' referenza)

(b)

Referenzi amministrattivi jew legali

9.   KONKLUŻJONIJIET U KUMMENTI, INKLUŻ KULL ŻVILUPP FL-OQSMA KKONĊERNATI

10.   RAPPORT DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA DWAR IL-ĦIN TAX-XOGĦOL 2002/15/KE

Ġeneralment, din it-taqsima għandha tinkludi tagħrif dwar:

kif tfassal ir-rapport, liema partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati,

l-implimentazzjoni [il-qagħda legali, kif it-traspożizzjoni biddlet il-qagħda legali preċedenti fir-rigward tal-ħin tax-xogħol, diffikultajiet speċifiċi li qamu minħabba l-applikazzjoni tad-Direttiva, miżuri meħuda bħala tweġiba għal dawn id-diffikultajiet, miżuri anċillari għall-faċilitazzjoni tal-implimentazzjoni prattika tal-leġiżlazzjoni],

il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni [il-korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli, il-metodi użati għall-monitoraġġ, il-problemi li qamu u s-soluzzjonijiet applikati],

l-interpretazzjoni ġuridika [uri jekk kienx hemm sentenzi tal-qrati fuq livell nazzjonali li jinterpretaw jew japplikaw id-Direttiva dwar kwistjonijiet sinifikanti, x'kienu l-punti ġuridiċi ewlenin dwar il-kwistjoni],

valutazzjoni tal-effettività [dejta użata biex tiġi vvalutata l-effettività tal-miżuri tat-traspożizzjoni, l-aspetti pożittivi u negattivi tal-implimentazzjoni prattika tal-leġiżlazzjoni],

prospettiva [prijoritajiet fil-qasam tematiku, suġġerimenti għal adattamenti jew emendi għad-Direttiva flimkien mar-raġuni, indika xi bidliet meqjusa bħala meħtieġa għall-progress tekniku, suġġerimenti għal miżuri anċillari fil-livell tal-UE].

11.   PERSUNA RESPONSABBLI GĦALL-KUMPILAZZJONI TA' DAN IR-RAPPORT

Isem: …

Pożizzjoni: …

Organizzazzjoni: …

Indirizz amministrattiv: …

Tel./faks: …

Posta elettronika: …

Data: …


(1)  Obbligatorju mid-data meta l-Anness IC tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 (ĠU L 139, 26.5.2016, p. 1) japplika b'effett.


16.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/36


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1014

tal-15 ta' Ġunju 2017

dwar il-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandards Ewropej EN 13869:2016 dwar ir-rekwiżiti ta' sikurezza fil-lajters fil-konfront tat-tfal, u EN 13209-2:2015 dwar it-tagħmir għall-ġarr tat-trabi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/95/KE jesiġi li l-produtturi jqiegħdu biss prodotti sikuri fis-suq.

(2)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, prodott għandu jitqies bħala sikur, safejn għandhom x'jaqsmu r-riskji u l-kategoriji tar-riskji koperti bl-istandards nazzjonali rilevanti, meta jkun konformi mal-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards Ewropej, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva.

(3)

Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/95/KE, l-istandards Ewropej jitfasslu minn organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni skont mandati maħruġa mill-Kummissjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, il-Kummissjoni trid tippubblika r-referenzi ta' dawn l-istandards.

(5)

Fit-23 ta' April 2008, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2008/357/KE (2), u fis-7 ta' Ġunju 2008 il-Kummissjoni ħarġet il-mandat M/427 lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN — European Committee for Standardisation) relatat mar-rekwiżiti tar-reżistenza għal-lajters tas-sigaretti fil-konfront tat-tfal.

(6)

B'reazzjoni għall-mandat M/427, is-CEN adotta l-istandard EN 13869:2016 “Lajters — ir-rekwiżiti ta' sikurezza fil-lajters fil-konfront tat-tfal — ir-rekwiżiti ta' sikurezza u l-metodi ta' ttestjar”. L-istandard EN 13869:2016 jissodisfa l-mandat M/427 u huwa konformi mar-rekwiżit ta' sigurtà ġenerali stabbilit fid-Direttiva 2001/95/KE. Għalhekk, ir-referenza tiegħu għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Fis-16 ta' Diċembru 1997 il-Kummissjoni tat il-mandat M/264 lis-CEN u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC — European Committee for Electrotechnical Standardization) relatat mas-sikurezza tal-oġġetti għall-indukrar tat-tfal.

(8)

B'rispons għall-mandat M/264, is-CEN adotta l-istandard EN 13209-2:2015 “Oġġetti għall-użu u għall-indukrar tat-tfal — Tagħmir għall-ġarr tat-trabi — Ir-rekwiżiti ta' sikurezza u l-metodi ta' ttestjar — il-Parti 2: tagħmir għall-ġarr flessibbli”. L-istandard EN 13209-2:2015 jissodisfa l-mandat M/264 u huwa konformi mar-rekwiżit ta' sikurezzezza ġenerali stabbilit fid-Direttiva 2001/95/KE. Għalhekk, ir-referenza tiegħu għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-kumitat stabbilit mid-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenzi tal-istandards li ġejjin għandhom jiġu ppubblikati fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

(a)

EN 13869:2016 “Lajters — Ir-rekwiżiti ta' sikurezza fil-lajters fil-konfront tat-tfal — Ir-rekwiżiti ta' sikurezza u l-metodi ta' ttestjar”;

(b)

EN 13209-2:2015 “Oġġetti għall-użu u għall-indukrar tat-tfal — Tagħmir għall-ġarr tat-trabi — Ir-rekwiżiti ta' sikurezza u l-metodi ta' ttestjar — il-Parti 2: Tagħmir għall-ġarr flessibbli”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/357/KE tat-23 ta' April 2008 dwar rekwiżiti speċifiċi ta' sikurezza tat-tfal li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għal-lajters skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 120, 7.5.2008, p. 11).


16.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/38


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1015

tal-15 ta' Ġunju 2017

dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal kull Stat Membru għall-2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 19(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi l-limiti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet) għal kull Stat Membru għal kull sena għall-perjodu mill-2013 sal-2020 u mekkaniżmu biex kull sena tiġi vvalutata l-konformità ma' dawk il-limiti. L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri, mogħtija f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' CO2, jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE (3). Dawn l-allokazzjonijiet ġew aġġustati bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/634/UE (4).

(2)

L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 jistipula proċedura ta' rieżami tal-inventarji tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istati Membri sabiex tiġi vvalutata l-konformità mad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE. Ir-rieżami komprensiv imsemmi fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 sar abbażi tad-dejta dwar l-emissjonijiet tal-2014 irrappurtata lill-Kummissjoni f'April tal-2016 skont il-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu III u fl-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 (5).

(3)

L-ammont totali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għal kull Stat Membru għall-2014 għandu jqis il-korrezzjonijiet tekniċi u l-istimi riveduti kkalkulati waqt ir-rieżami kif mogħtija fir-rapporti finali tar-rieżami mfassla skont l-Artikolu 35(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 749/2014.

(4)

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha sabiex tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(7) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 li jistabbilixxi d-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni bħala l-punt tat-tluq għall-perjodu ta' erba' xhur li matulu l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw il-mekkaniżmi ta' flessibbiltà skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għadd totali ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għal kull Stat Membru għall-2014 li ġejjin mid-dejta kkoreġuta tal-inventarju wara li tlesta r-rieżami komprensiv imsemmi fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 huwa stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE tas-26 ta' Marzu 2013 dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90, 28.3.2013, p. 106).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/634/UE tal-31 ta' Ottubru 2013 dwar l-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 292, 1.11.2013, p. 19).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 tat-30 ta' Ġunju 2014 dwar l-istruttura, il-format u l-proċessi tat-tressiq u r-reviżjoni tal-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 23).


ANNESS

Stat Membru

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2014 koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE

(f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' diossidu tal-karbonju)

Il-Belġju

70 054 910

Il-Bulgarija

22 900 867

Ir-Repubblika Ċeka

57 620 658

Id-Danimarka

32 643 514

Il-Ġermanja

436 790 185

L-Estonja

6 083 093

L-Irlanda

41 663 021

Il-Greċja

44 409 918

Spanja

199 755 020

Franza

353 528 786

Il-Kroazja

14 663 196

L-Italja

265 275 604

Ċipru

3 924 856

Il-Latvja

9 017 595

Il-Litwanja

12 922 268

Il-Lussemburgu

8 858 306

L-Ungerija

38 423 028

Malta

1 291 392

In-Netherlands

97 887 338

L-Awstrija

48 194 334

Il-Polonja

181 543 023

Il-Portugall

38 836 638

Ir-Rumanija

72 534 134

Is-Slovenja

10 472 374

Is-Slovakkja

19 782 144

Il-Finlandja

30 146 832

L-Iżvezja

34 522 651

Ir-Renju Unit

324 444 705