ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 149

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
13 ta' Ġunju 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/987 tat-30 ta' Mejju 2017 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ail violet de Cadours (DOP)]

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/988 tas-6 ta' Ġunju 2017 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar formoli, mudelli u proċeduri standard għal arranġamenti ta' kooperazzjoni fir-rigward ta' ċentru ta' negozjar li l-operazzjonijiet tiegħu huma ta' importanza sostanzjali fi Stat Membru ospitanti ( 1 )

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/989 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jikkoreġi u jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

19

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/990 tat-12 ta' Ġunju 2017 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bayerisches Bier (IĠP)]

57

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/991 tat-12 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward tal-volum tal-kwota tariffarja tal-Unjoni għal frawli frisk li joriġina mill-Eġittu

64

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/992 tat-12 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2148 fir-rigward tat-tħassir tar-referenzi għar-Repubblika tal-Belarussja

66

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/993 tat-12 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

67

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/994 tat-12 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

75

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/995 tad-9 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-Konsorzju tal-Arkivji Ewropej tad-Data dwar ix-Xjenzi Soċjali — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (CESSDA ERIC) (notikikata bid-dokument C(2017) 3870)

85

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/996 tad-9 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-Laboratorju Ewropew għall-Ġbir u għall-Ħżin tad-Diossidu tal-Karbonju — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ECCSEL ERIC) (notifikata bid-dokument C(2017) 3875)

91

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta' April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ( ĠU L 92, 6.4.2017 )

98

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/987

tat-30 ta' Mejju 2017

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ail violet de Cadours (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta' Franza biex id-denominazzjoni “Ail violet de Cadours” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk id-denominazzjoni “Ail violet de Cadours” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Ail violet de Cadours” (DOP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 41, 8.2.2017, p. 22.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


13.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/988

tas-6 ta' Ġunju 2017

li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar formoli, mudelli u proċeduri standard għal arranġamenti ta' kooperazzjoni fir-rigward ta' ċentru ta' negozjar li l-operazzjonijiet tiegħu huma ta' importanza sostanzjali fi Stat Membru ospitanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 79(9) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' domiċilju u ospitanti jwettqu b'mod effiċjenti l-kompiti tagħhom skont id-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' ċentru ta' negozjar li jkunu saru ta' importanza sostanzjali fl-Istat Membru ospitanti, huwa importanti li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet permezz tal-għoti ta' formoli, mudelli u proċeduri standard għall-istabiliment ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni proporzjonati.

(2)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw formoli, mudelli u proċeduri standard bħala bażi għall-arranġamenti ta' kooperazzjoni tagħhom, iżda għandhom ikunu jistgħu jadattawhom fil-forma ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali għaċ-ċirkostanzi individwali ta' kull każ sabiex tiġi stabbilita l-kooperazzjoni superviżorja xierqa.

(3)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' domiċilju u ospitanti għandhom isegwu l-proċeduri standardizzati biex jibgħatu u jipproċessaw talbiet għal kooperazzjoni, għal kondiviżjoni kontinwa ta' informazzjoni, għal konsultazzjoni u l-għoti ta' assistenza, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe tip ta' kooperazzjoni li dawk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaqblu dwarha, inkluża l-koordinazzjoni tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

(4)

Jenħtieġ li l-parti l-kbira tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni jseħħu skont il-modalitajiet irregolati mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/589 (2). Formoli, mudelli u proċeduri standard li jippermettu adattament ta' dawn l-arranġamenti għandhom jiġu stabbiliti biex jinkiseb grad ogħla ta' involviment tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti fejn ikun hemm impatt ikbar fuq is-swieq tat-titoli u l-protezzjoni tal-investitur fil-ġurisdizzjoni tagħha.

(5)

L-arranġamenti ta' kooperazzjoni għandhom jibnu fuq l-aħjar prattiki, inklużi l-prinċipji stabbiliti fil-linji gwida dwar arranġamenti ta' kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) (3) u l-memorandum ta' qbil dwar Arranġamenti ta' Kooperazzjoni multilaterali u l-Iskambju ta' Informazzjoni (4) biex jiġi żgurat li l-oqsma kollha rilevanti għal kooperazzjoni effiċjenti bejn l-awtoritajiet kompetenti huma inklużi u biex tinstilet l-esperjenza stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA sabiex tiġi aċċertata kooperazzjoni transfruntiera mingħajr ostakli.

(6)

Billi l-grad ta' kooperazzjoni superviżorja hija dipendenti fuq in-natura u l-iskala tal-bidliet u l-iżviluppi fl-operazzjonijiet jew l-istruttura taċ-ċentri ta' negozjar relevanti, huwa xieraq li jiġi provdut numru minimu ta' avvenimenti li għalihom l-użu ta' formoli, mudelli u proċeduri standard bejn l-awtoritajiet kompetenti tad-domiċilju u ospitanti jkun il-punt tat-tluq għal impenn f'arranġamenti ta' kooperazzjoni proporzjonati.

(7)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jitolbu assistenza fil-forma ta' teħid ta' dikjarazzjoni, fil-ftuħ ta' investigazzjoni jew it-twettiq ta' spezzjoni fuq il-post, jipprovdu spjegazzjoni ċara dwar għalfejn tali assistenza hija meħtieġa sabiex jaqdu l-kompiti tal-awtorità kompetenti.

(8)

Sabiex ikun jista' jkun hemm l-involviment tal-awtoritajiet kompetenti relevanti kollha, awtoritajiet kompetenti addizzjonali għandu jkollhom il-possibbiltà li jitolbu li jsiru parti għal ftehim ta' kooperazzjoni eżistenti f'każ li ċ-ċentru ta' negozjar li dwaru l-ftehim ta' kooperazzjoni ġie konkluż, minħabba żviluppi kummerċjali sussegwenti, isir ta' importanza sostanzjali għall-Istati Membri ospitanti addizzjonali.

(9)

Fejn, f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, hija meħtieġa azzjoni urġenti sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi skont id-Direttiva 2014/65/UE jew ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jew biex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-swieq fl-Istat Membru tiegħu, ftehimiet standard għal arranġamenti ta' kooperazzjoni għandhom jippermettu lill-awtorità kompetenti li ttul b'mod sodisfaċenti l-issodisfar tal-obbligi tagħha taħt dawn il-ftehimiet.

(10)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data.

(11)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentat mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(12)

L-ESMA talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-format u l-użu ta' formoli, mudelli u proċeduri standard għall-arranġamenti ta' kooperazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta' domiċilju u ospitanti ta' ċentru ta' negozjar li l-operazzjonijiet tagħhom jkunu saru ta' importanza sostanzjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 79(2) tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta' kooperazzjoni proporzjonati permezz ta' ftehim ta' kooperazzjoni kif stipulat fl-Anness I.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta' domiċilju u ospitanti jistgħu jadattaw jew jikkumplementaw il-ftehim ta' kooperazzjoni standard stabbilit fl-Anness I biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tiegħu jkunu proporzjonati għaċ-ċirkostanzi partikolari li jagħtu lok għall-ħtieġa għall-kooperazzjoni.

3.   Jentħieġ li l-awtoritajiet kompetenti ta' domiċilju u ospitanti jibgħatu t-talbiet għal kooperazzjoni billi jużaw il-format stabbilit fl-Anness II u jenħtieġ li jwieġbu għal dawk it-talbiet fil-format stipulat fl-Anness III.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jeħtieġ li jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament jeħtieġ li jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/589 tad-19 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti organizzattivi tad-ditti ta' investiment involuti f'negozjar algoritmiku (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 417).

(3)  ESMA/2014/298. Disponibbli fuq: https://www.esma.europa.eu/databases-library/esma-library.

(4)  ESMA/2014/608. Disponibbli fuq: https://www.esma.europa.eu/databases-library/esma-library.

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS I

Ftehim standard għal arranġamenti ta' kooperazzjoni f'każ li l-operazzjonijiet ta' ċentru ta' negozjar isiru sostanzjalment importanti fi Stat Membru ospitanti

Għall-fini li jiġu stabbiliti arranġamenti ta' kooperazzjoni proporzjonati bejn [l-awtorità kompetenti ospitanti] (l-awtorità ospitanti) u [l-awtorità kompetenti ta' domiċilju] (l-awtorità ta' domiċilju) fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' [ċentru ta' negozjar] (iċ-ċentru ta' negozjar) li huma ta' importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq ta' titoli u l-protezzjoni tal-investituri fl-[Istat Membru ospitanti] (l-istat Membru ospitanti), l-awtoritajiet ta' domiċilju u ospitanti (l-Awtoritajiet) laħqu l-ftehim li ġej:

Artikolu 1

L-għan u d-dispożizzjonijiet ġenerali

L-għan ta' dan il-Ftehim huwa li jipprovdi qafas għall-kooperazzjoni bejn l-[awtorità kompetenti ta' domiċilju] u [l-awtorità kompetenti ospitanti] rigward l-użu tas-setgħat rispettivi tagħhom f'rabta mal-operazzjonijiet ta' [ċentru ta' negozjar] li saru ta' importanza sostanzjali fl-[Istat Membru ospitanti]. Dan il-ftehim jista' jikkomplementa arranġamenti ta' kooperazzjoni oħrajn bejn l-Awtoritajiet.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni

1.   L-Awtoritajiet ftehmu dwar dawn il-forom ta' kooperazzjoni:

 

[daħħal il-forom ta' kooperazzjoni li dwarhom qablu l-Awtoritajiet].

2.   L-Awtoritajiet qablu li jikkooperaw fir-rigward ta' deċiżjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kwalunkwe minn dawn l-avvenimenti fejn dawk l-avvenimenti huma rilevanti għaċ-ċentru ta' negozjar: [agħżel l-għażliet ta' hawn taħt bħala rilevanti għall-kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni]

alleanzi, mergers, akkwisti ewlenin, ftuħ jew għeluq ta' ċentru ta' negozjar jew ta' parti sinifikanti ta' ċentru ta' negozjar

 

it-tibdil, l-għoti, iċ-ċaħda jew it-terminazzjoni ta' dispożizzjonijiet ta' aċċess għal kontropartijiet ċentrali u ċ-ċentru ta' negozjar

 

bidla fis-sjieda li tammonta għal bidla fil-kontroll, struttura korporattiva, governanza korporattiva u integrazzjoni oħra jew passi ta' ristrutturar li jikkonċernaw iċ-ċentru ta' negozjar

 

tneħħija jew ħatriet għal karigi maniġerjali jew superviżorji taċ-ċentru ta' negozjar

 

regoli ta' kummerċ ġodda sinifikanti jew modifikazzjoni tar-regoli ta' kummerċ eżistenti dwar, b'mod partikolari, aċċess għas-suq għal investituri mill-Istat Membru ospitanti jew għall-elenkar ta' titoli minn kumpaniji elenkati mill-Istat Membru ospitanti

 

tibdil sinifikanti għal sistemi u kontrolli taċ-ċentru ta' negozjar, inklużi sistemi tal-IT, kontrolli tal-awditjar u arranġamenti tal-ġestjoni tar-riskju

 

tibdil sinifikanti, inkluż permezz ta' esternalizzazzjoni, lir-riżorsi finanjarji, umani jew teknoloġiċi taċ-ċentru ta' negozjar

 

eżerċizzju ta' setgħat ta' sorveljanza kif deskritt fil-punti (e), (f), (h), (k), (l), (m) sa (q), (s) u (t) tal-Artikolu 69(2) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), b'impatt sinifikanti u materjali fuq iċ-ċentru ta' negozjar jew il-parteċipanti tiegħu

 

l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 70 tad-Direttiva 2014/65/UE li jkollu impatt sinifikanti u materjali fuq iċ-ċentru ta' negozjar jew il-parteċipanti tiegħu

 

kwalunkwe avveniment ieħor [deskrizzjoni tal-avveniment]

 

Artikolu 3

Proċeduri biex jintbagħtu u jiġu pproċessati talbiet għal kooperazzjoni

1.   Talba għal kooperazzjoni u tweġiba għal talba għal kooperazzjoni għandha ssir bil-miktub f'mezz li jservi. It-tnejn jiġu indirizzata lill-persuni ta' kuntatt maħtura skont il-paragrafu 3.

2.   Il-komunikazzjoni bejn l-awtorità kompetenti li tressaq talba għal kooperazzjoni (l-Awtorità Rikjedenti) u l-awtorità kompetenti li ssirilha t-talba għal kooperazzjoni (l-Awtorità li Ssirilha t-Talba) ssir bil-mezzi l-iktar espedjenti, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ta' kunfidenzjalità, ħinijiet ta' korrispondenza, il-volum tal-materjal li għandu jiġi kkomunikat u l-faċilità ta' aċċess għall-informazzjoni mill-Awtorità Rikjedenti.

3.   Għall-iskop ta' dan il-ftehim, kull Awtorità għandha taħtar persuna jew bosta persuni ta' kuntatt għal fini ta' komunikazzjoni.

4.   L-Awtorit Rikjedenti għandha tibgħat it-talba tagħha għal kooperazzjoni fil-format stipulat fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/988 (2) u jinkludi l-informazzjoni li fih l-Anness, li tidentifika b'mod partikolari r-relevanza tal-kooperazzjoni mixtieqa għall-funzjonament tas-swieq jew il-protezzjoni ta' investituri fl-Istat Membru ospitanti u kwalunkwe kwistjonijiet relatati mal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tista' tinkiseb. L-Awtorità li Ssirilha t-Talba għandha tipprovdi minnufih kwalunkwe kjarifika mitluba skont il-paragrafu 5(b).

5.   L-Awtorità li Ssirilha t-Talba għandha tagħmel dan kollu meta tirċievi t-talba għal kooperazzjoni:

(a)

tikkonferma r-riċevuta ta' talba għal kooperazzjoni malajr kemm jista' jkun u mill-inqas fi żmien sebat'ijiem kalendarji wara r-riċevuta, billi tindika d-dettalji ta' kuntatt ta' persuna ta' kuntatt u, jekk possibbli f'dan l-istadju, stima ta' data tat-tweġiba;

(b)

titlob kjarifiki ulterjuri fi kwalunkwe format malajr kemm jista' jkun, f'każ ta' dubji fir-rigward tal-kontenut tal-kooperazzjoni preċiża mitluba;

(c)

twieġeb minnufih għat-talba għal kooperazzjoni fil-format stabbilit fl-Anness III, billi tipprovdi dik l-informazzjoni meħtieġa minn dak il-format.

6.   Hekk kif ikun jidher li se jkun hemm dewmien ta' iktar minn sebat'ijiem kalendarji lil hinn mill-istima tad-data tat-tweġiba kif ikkomunikat skont il-paragrafu 5(a), l-Awtorità li Ssirilha t-Talba għandha tinnotifika lill-Awtorità Rikjedenti skont dan. Fejn it-talba tkun ġiet deżinjata mill-Awtorità Rikjedenti bħala urġenti, l-Awtoritajiet għandhom jaqblu dwar il-frekwenza tal-aġġornamenti dwar dik it-talba.

7.   L-Awtoritajiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin mingħajr telf ta' żmien sabiex isibu soluzzjoni għal kwalunwe diffilutajiet li jistgħu jirriżultaw fl-eżekuzzjoni ta' talba, inkluż kwistjonijiet ta' spejjeż.

8.   Sabiex jiġu żgurat titjib kostanti fil-kooperazzjoni, l-Awtoritajiet għandhom, fejn xieraq, jipprovdu feedback lil xulxin dwar l-utilità tal-kooperazzjoni li jkunu rċevew, l-eżitu tal-każ li dwaru ġiet mitluba l-kooperazzjoni u kwalunkwe problemi li rriżultaw fl-għoti ta' tali kooperazzjoni.

Artikolu 4

Tweġiba għal talba għal kooperazzjoni

1.   L-awtorità li Ssirilha t-Talba għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex tipprovdi l-kooperazzjoni mitluba mingħajr dewmien. L-Awtorità li Ssirilha t-Talba għandha tiżgura li kwalunkwe azzjoni meħtieġa tipproċedi b'mod espedjenti, filwaqt li jittieħed kont dovut tal-kumplessità tat-talba u l-ħtieġa, fejn xieraq, tal-involviment ta' partijiet terzi jew Awtorità oħra.

2.   L-Awtorità li Ssirilha t-Talba tista' tirrifjuta li taġixxi fuq talba għall-kooperazzjoni fejn tqis li tali azzjoni tinvolvi miżura li tmur kontra l-liġi. F'każ li l-Awtorità li Ssirilha t-Talba tirrifjuta li taġixxi, għandha tinnotifika lill-Awtorità Rikjedenti billi tuża l-mudell stipulat fl-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/988, u tinkludi deskrizzjoni dettaljata taċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw id-deċiżjoni tagħha.

Artikolu 5

Proċeduri għal arranġamenti ta' kooperazzjoni li jkunu għaddejjin

1.   L-Awtoritajiet għandhom jistabbilixxu proċeduri għal laqgħat regolari u ad hoc, fejn jattendu l-persuni ta' kuntatt iddeżinjati biex jamministraw l-arranġamenti ta' kooperazzjoni b'mod effettiv.

2.   L-Awtorità li Ssirilha t-Talba għandha tinnotifika lill-Awtorità Rikjedenti malajr kemm jista' jkun dwar l-eżistenza ta' kwalunkwe ċirkostanza eċċezzjonali li tista' tipprekludiha milli tissodisfa l-obbligi skont dan il-Ftehim u dwar l-azzjonijiet, jekk ikunu ttieħdu, f'dak ir-rigward.

Artikolu 6

Proċeduri għall-konsultazzjoni

1.   Jeħtieġ li l-Awtoritajiet jikkonsultaw lil xulxin qabel ma jieħdu deċiżjonijiet fil-kuntest ta' avvenimenti magħżula skont l-Artikolu 2(2).

2.   Fejn l-Awtorità li Ssirilha t-Talba tinnotifika lill-Awtorità Rikjedenti f'konformità mal-Artikolu 5(2) fir-rigward tal-avvenimenti magħżula skont l-Artikolu 2(2), l-Awtoritajiet għandhom mill-inqas jikkonsultaw lil xulxin dwar l-approċċ superviżorju u l-eżitu li mistenni jittieħed biex jiġi indirizzat l-avveniment rilevanti.

Artikolu 7

Proċeduri għall-assistenza: talbiet għall-kumpilazzjoni ta' dikjarazzjoni minn persuna

1.   Fejn l-Awtorità Rikjedenti jkollha l-intenzjoni li titlob dikjarazzjoni mingħand xi persuna, għandha tikkoordina mal-awtorità fejn ikollha l-intenzjoni li tibgħat it-talba fir-rigward ta' dan li ġej:

(a)

Kwalunkwe limitazzjonijiet jew restrizzjonijiet legali u kwalunkwe differenzi fir-rekwiżiti proċedurali;

(b)

id-drittijiet tal-persuni li minn għandhom ikunu se jittieħdu d-dikjarazzjonijiet, inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe kwistjonijiet ta' awtoinkriminazzjoni;

(c)

il-ħtieġa tal-parteċipazzjoni tal-persunal tal-Awtorità Rikjedenti bħala osservaturi jew bħala parteċipanti attivi;

(d)

ir-rwol tal-persunal tal-Awtorità li Ssirilha t-Talba u tal-Awtorità Rikjedenti fit-teħid tad-dikjarazzjoni;

(e)

il-kwistjoni ta' jekk il-persuna li mingħandha trid tittieħed id-dikjarazzjoni għandhiex id-dritt li tkun assistita minn rappreżentant legali, u jekk iva, l-ambitu tal-intervent mir-rappreżentant matul it-teħid tad-dikjarazzjoni, inkluż fir-rigward ta' kwalunkwe reġistrazzjoni jew rapport tad-dikjarazzjoni;

(f)

il-kwistjoni dwar jekk id-dikjarazzjoni hijiex se tittieħed fuq bażi volontarja jew imġiegħla;

(g)

il-kwistjoni dwar jekk il-persuna li mingħandha trid tittieħed id-dikjarazzjoni hijiex xhud jew persuna suspettata;

(h)

il-kwistjoni dwar jekk id-dikjarazzjoni tistax tintuża fi proċedimenti kriminali u, jekk dan ikun magħruf, jekk se tkun użata fi proċedimenti kriminali;

(i)

l-ammissibbiltà tad-dikjarazzjoni fil-ġurisdizzjoni tal-Awtorità Rikjedenti;

(j)

ir-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni u l-proċeduri applikabbli;

(k)

proċeduri dwar iċ-ċertifikazzjoni jew il-konferma tad-dikjarazzjoni tal-persuna li tipprovdi d-dikjarazzjoni, inkluż jekk dik iċ-ċertifikazzjoni jew il-konferma għandhiex issir wara li ttitieħed id-dikjarazzjoni;

(l)

Il-proċedura ta' konsenja tad-dikjarazzjoni mill-Awtorità li Ssirilha t-Talba lill-Awtorità Rikjedenti, inkluż fil-format mitlub u fi ħdan il-perjodu ta' żmien.

2.   L-Awtoritajiet għandhom jiżguraw li jkun hemm l-arranġamenti meħtieġa sabiex il-persunal operazzjonali jipproċedi b'mod effiċjenti u, b'mod partikolari, li jaqblu dwar dawn kollha li ġejjin:

(a)

l-ippjanar ta' dati;

(b)

kwalunkwe informazzjoni oħra li tista' tkun utli:

(c)

il-lista ta' mistoqsijiet li għandhom isiru lill-persuna li mingħandha trid tittieħed id-dikjarazzjoni u r-rieżami tagħha;

(d)

arranġamenti tal-ivvjaġġar, inkluż l-iżgurar li l-Awtoritajiet ikunu jistgħu jiltaqgħu biex jiddiskutu l-kwistjoni qabel ma tittieħed id-dikjarazzjoni;

(e)

arranġamenti lingwistiċi.

Artikolu 8

Proċeduri għall-assistenza: talbiet sabiex Awtorità tiftaħ investigazzjoni jew twettaq spezzjoni fuq il-post

1.   Meta l-Awtorità li Ssirilha t-Talba tiddeċiedi li tiftaħ investigazzjoni jew li twettaq spezzjoni fuq il-post fuq talba mill-Awtorità Rikjedenti, il-passi superviżorji u investigattivi meħuda mill-Awtorità li Ssirilha t-Talba għandhom jibqgħu r-responsabbiltà u fi ħdan il-kontroll kumplessiv tal-Awtorità li Ssirilha t-Talba. “L-Awtorità Rikjedenti u l-Awtorità li Ssirilha t-Talba jistgħu jikkonsultaw lil xulxin dwar l-aħjar mod kif jista” jingħata effett utli għat-talba li tinfetaħ investigazzjoni jew li titwettaq spezzjoni fuq il-post. L-Awtorità li Ssirilha t-Talba għandha żżomm l-Awtorità Rikjedenti informata dwar il-progress tal-investigazzjoni jew l-ispezzjoni fuq il-post u tikkonsenja s-sejbiet tagħha malajr kemm jista' jkun.

2.   Meta talba għall-ftuħ ta' investigazzjoni jew għal spezzjoni fuq il-post tkun ġiet sottomessa, l-Awtorità Rikjedenti u l-Awtorità li Ssirilha t-Talba għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar il-merti li titwettaq investigazzjoni konġunta jew spezzjoni fuq il-post konġunta.

3.   Meta tkun qed tittieħed deċiżjoni dwar jekk għandhiex tinbeda investigazzjoni konġunta jew spezzjoni fuq il-post konġunta, l-Awtorità Rikjedenti u l-Awtorità li Ssirilha t-Talba għandha jikkunsidraw tal-inqas dan kollu li ġej:

(a)

kwalunkwe talbiet oħra għal kooperazzjoni magħmula mill-Awtorità Rikjedenti li jistgħu jissuġġerixxu li jkun xieraq li titwettaq investigazzjoni konġunta jew spezzjoni konġunta fuq il-post;

(b)

jekk humiex jew jagħmlu inkjesti b'mod separat f'kwistjoni b'implikazzjonijiet transfruntiera li tkun iktar xierqa għal investigazzjoni konġunta jew spezzjoni konġunta fuq il-post;

(c)

Kwistjonijiet relatati ma' ne bis idem;

(d)

il-qafas ġuridiku u regolatorju f'kull waħda mill-ġurisdizzjonijiet tagħhom sabiex jiġi żgurat li għandhom fehim tajjeb tal-limitazzjonijiet potenzjali u l-limitazzjonijiet ġuridiċi tat-twettiq ta' investigazzjoni konġunta jew spezzjoni konġunta fuq il-post u kwalunkwe proċedimenti li jistgħu jsegwu, inkluż kwalunkwe kwistjoni relatata mal-prinċipju ta' ne bis in idem

(e)

il-miżuri meħtieġa fir-rigward tal-ġestjoni u direzzjoni tal-investigazzjoni l-ispezzjoni fuq il-post;

(f)

passi għal missjonijiet konġunti għat-tfittxija tal-fatti;

(g)

l-allokazzjoni ta' riżorsi u l-ħatra ta' investigaturi;

(h)

l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu, b'mod konġunt jew b'mod individwali, minnhom;

(i)

jekk huwiex possibbli li jiġu stabbiliti pjan ta' azzjoni konġunta u l-iskedar tal-ħidma miż-żewġ Awtoritajiet;

(j)

il-kondiviżjoni reċiproka tal-informazzjoni miġbura u tar-rappurtar dwar ir-riżultati tal-azzjonijiet individwali meħuda;

(k)

kwistjonijiet speċifiċi għall-każ.

4.   Fejn l-Awtorità Rikjedenti u l-Awtorità li Ssirilha t-Talba jiftħu investigazzjoni konġunta jew spezzjoni konġunta, għandhom jagħmlu l-affarijiet kollha li ġejjin:

(a)

jaqblu dwar il-proċeduri għat-twettiq u l-konklużjoni tagħha;

(b)

jidħlu fi djalogu kontinwu biex jikkoordinaw il-proċess tal-ġbir tal-informazzjoni u t-tfittxija tal-fatti;

(c)

jaħdmu mill-qrib u jikkooperaw ma' xulxin fir-rigward tal-investigazzjoni konġunta jew spezzjoni konġunta fuq il-post;

(d)

jipprovdu assistenza lil xulxin f'dak li għandu x'jaqsam ma' proċedimenti ta' eżekuzzjoni sussegwenti safejn ikun legalment permissibbli, inkluż bil-koordinazzjoni ta' kwalunkwe proċedimenti jew azzjoni ta' infurzar relatati mal-eżitu tal-investigazzjoni konġunta jew spezzjoni konġunti fuq il-post (amministrattiva, ċivili jew kriminali) jew, fejn xieraq, il-prospetti ta' soluzzjoni.

5.   Fil-bidu ta' investigazzjoni konġunta jew spezzjoni konġunta fuq il-post, l-Awtorità Rikjedenti u l-Awtorità li Ssirilha t-Talba għandhom jikkunsidraw tal-inqas dan kollu li ġej:

(a)

il-liġijiet speċifiċi li se jkunu s-suġġett tal-investigazzjoni jew l-ispezzjoni fuq il-post;

(b)

it-tfassil ta' pjan ta' azzjoni konġunt, inkluż il-kisbiet ewlenin u l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet fit-twassil tal-prodott tal-ħidma u b'kont meħud tal-prijoritajiet rispettivi ta' kull Awtorità;

(c)

l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta' kwalunkwe limitazzjoni jew restrizzjoni legali u kwalunkwe differenzi fil-proċeduri fir-rigward ta' azzjoni investigattiva jew ta' infurzar jew kwalunkwe proċediment ieħor, inklużi d-drittijiet ta' kwalunkwe persuna soġġetta għal investigazzjoni;

(d)

l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-privileġġi legali professjonali speċifiċi li jista' jkollhom impatt fuq il-proċedimenti ta' investigazzjoni kif ukoll dwar il-proċeduri ta' infurzar;

(e)

l-istrateġija mal-pubbliku u mal-istampa;

(f)

L-użu ta' informazzjoni pprovduta jew skambjata.

Artikolu 9

Restrizzjonijiet ta' kunfidenzjalità u l-użi permissibbli ta' informazzjoni

1.   L-Awtoritajiet jirrikonoxxu li kwalunkwe informazzjoni li hija skambjata bejn l-Awtoritajiet hija soġġetta għall-Artikoli 76 u 78 tad-Direttiva 2014/65/UE.

2.   L-Awtoritajiet għandhom, soġġetti għal-liġi u r-regolamenti applikabbli fl-Istat Membru rilevanti, iżommu kunfidenzjali kwalunkwe informazzjoni mhux pubblika relatata mal-arranġamenti ta' kooperazzjoni jew ta' skambju ta' informazzjoni taħt dan il-ftehim, inklużi dan kollu li ġej:

(a)

it-talba għal kooperazzjoni innifisha u l-kontenut ta' dik it-talba;

(b)

kwalunkwe kwistjoni wara li ssir talba bħal din, inklużi xi konsultazzjonijiet bilaterali bejn l-Awtoritajiet u fejn xieraq, l-informazzjoni kollha rigward rifjut li jiġu stabbiliti arranġamenti għal kooperazzjoni;

(c)

Informazzjoni mhux mitluba pprovduta minn awtorità u l-fatt li din l-informazzjoni tkun ingħatat.

3.   L-Awtoritajiet għandhom jiżguraw li l-uffiċjali tagħhom ikunu konformi mal-obbligi ta' kunfidenzjalità applikabbli.

4.   Fejn, sabiex tiġi eżegwita talba għall-kooperazzjoni, l-Awtorità li Ssirilha t-Talba tqis neċessarju jew mixtieq li tiddivulga l-fatt li l-Awtorità Rikjedenti tkun għamlet it-talba, l-Awtorità li Ssirilha t-Talba għandha tiddivulga dan biss wara li tkun iddiskutiet in-natura u l-kobor tad-divulgazzjoni neċessarja mal-Awtorità Rikjedenti u tkun kisbet il-kunsens tagħha għad-divulgazzjoni. Fejn l-Awtorità Rikjedenti ma tagħtix il-kunsens tagħha għad-divulgazzjoni, l-Awtorità Rikjedenti minflok tingħata l-possibbiltà li tirtira t-talba.

Artikolu 10

Emendar, dispożizzjonijiet supplimentari u rieżami ta' dan il-ftehim

1.   Dan il-ftehim jista' jiġi emendat jew supplementat bil-kunsens komuni miktub tal-Awtoritajiet.

2.   L-Awtoritajiet għandhom jimmonitorjaw u jirrivedu l-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim u jwettqu konsultazzjonijiet ma' xulxin sabiex jittejjeb it-tħaddim tiegħu u biex isolvu diffikultajiet potenzjali.

Artikolu 11

Partijiet addizzjonali

Awtorità li ssir Awtorità Ospitanti wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim tista' titlob li tissieħeb f'dan.

Artikolu 12

Riżoluzzjoni tat-tilwim

L-Awtoritajiet għandhom jagħmlu ħilithom biex isolvu tilwima bejniethom dwar il-kooperazzjoni mitluba jew ipprovduta skont dan il-ftehim jew dwar l-applikazzjoni tal-proċeduri stipulati fih. Jekk tilwim b'rabta mal-kooperazzjoni mitluba jew ipprvoduta ma jistax jiġi solvut bejn l-Awtorità li Ssirilha t-Talba u l-Awtorità Rikjedenti, dawn l-awtoritajiet għandhom isolvuhom taħt mekkaniżmu ta' medjazzjoni mhux vinkolanti skont l-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) 1095/1095 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li jistabbilixxi l-ESMA.

Artikolu 13

Terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jibqa' validu għal perjodu bla limitu. Il-Ftehim jintemm jekk iċ-ċentru ta' negozjar li miegħu ikun relatat ma jibqax ta' importanza sostanzjali fl-Istat Membru ospitanti.

2.   Awtorità li tfittex biex tirtira minn dan il-ftehim għandha tipprovdi notifika minn qabel ta' mill-inqas tletin jum kalendarju lill-awtorità l-oħra.

3.   Kull talba għal informazzjoni kkomunikata qabel id-data effettiva tal-irtirar tiegħu tiġi pproċessata skont dan il-Ftehim sakemm l-awtorità li tirtira titlob mod ieħor.

4.   Wara li awtorità tirtira minn dan il-ftehim, l-awtorità għandha tkompli tapplika l-protezzjonijiet ta' kunfidenzjalità stabbiliti f'dan il-ftehim.

Artikolu 14

Pubblikazzjoni

L-Awtoritajiet għandhom jippubblikaw dan il-Ftehim ta' Kooperazzjoni fuq il-websajts rispettivi tagħhom. Għandhom ukoll jiġu ppubblikati kull emenda jew supplement magħmulin skont l-Artikolu 10..

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ mid-data tal-iffirmar mill-Awtoritajiet.

Artikolu 16

Firem

[awtorità ta' domiċilju]

[Awtorità ospitanti]


(1)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/988 tas-6 ta' Ġunju 2017 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar formoli, mudelli u proċeduri standard għal arranġamenti ta' kooperazzjoni fir-rigward ta' ċentru ta' negozjar li l-operazzjonijiet tiegħu huma ta' importanza sostanzjali fi Stat Membru ospitanti (ĠU L 149, 13.6.2017, p. 3).

(3)  Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS II

Formola standard għal talba għall-kooperazzjoni

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS III

Formola standard għal talba għall-kooperazzjoni

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

13.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/989

tat-8 ta' Ġunju 2017

li jikkoreġi u jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1) (il-Kodiċi) u b'mod partikolari l-Artikoli 8, 11, 17, 25, 58, 63, 66, 76, 100, 132, 152, 157, 161, 165, 169, 181, 232, 236, 266, 268, 273 u 276 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (2), ġew identifikati żbalji ta' natura differenti u jeħtieġ li jiġu kkoreġuti. Il-korrezzjoni ta' xi wħud minn dawk l-iżbalji tirrikjedi li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet oħra relatati ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

(2)

Il-Premessa 61 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li tirrifletti b'mod korrett ir-riżultat tal-vot dwar dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni fil-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, li ma ta ebda opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu.

(3)

Il-kliem tad-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi kkoreġut sabiex id-dispożizzjonijiet jiġu kkjarifikati aktar, iżda mingħajr ma jiġi introdott ebda element ġdid: L-Artikoli 67(4), 87 (titolu), 102, 137 u 138, 143(2), 214, 220 u 230(2), u l-Anness 21-01.

(4)

F'għadd ta' dispożizzjonijiet u Annessi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, ir-referenzi għal dispożizzjonijiet legali oħra, inkluża r-referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi li qed jiġu implimentati, jenħtieġ li jiġu kkoreġuti jew li jsiru iktar preċiżi.

(5)

L-Artikolu 67(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi kkoreġut sabiex jinkludi r-rikonsenjaturi bħala operaturi ekonomiċi li jistgħu jiksbu l-istatus ta' esportaturi approvati, skont l-Artikolu 69 ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, li jippermetti lir-rikunsinnanti jissostitwixxu d-dikjarazzjonijiet tal-oriġini magħmula minn esportaturi approvati b'sostituzzjoni tal-provi tal-oriġini.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-Artikolu 55(4) u (6) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (3), it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jitħassar.

(7)

Fl-Artikolu 110(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, dwar il-verifiki sussegwenti tal-Formola A taċ-ċertifikati tal-oriġini u tad-dikjarazzjonijiet tal-fatturi, it-Turkija hija msemmija, flimkien man-Norveġja u mal-Iżvizzera, bħala wieħed mill-pajjiżi li tista' tintbagħtilhom talba għal verifika sussegwenti. Madankollu, peress li l-użu ta' provi ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini mhuwiex previst bejn l-Unjoni u t-Turkija, mhi se tintbagħat l-ebda talba għal verifika sussegwenti ta' provi ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini maħruġa jew magħmula fit-Turkija għal dak il-pajjiż. Għalhekk, ir-referenza għat-Turkija jenħtieġ li titħassar.

(8)

L-Artikolu 199(1)(g) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi kkoreġut sabiex tiġi kkompletata l-lista ta' mezzi ammissibbli li jagħtu prova tal-istatus tal-Unjoni ta' merkanzija soġġetta għas-sisa li tiċċirkola taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju skont id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (4), billi tiġi introdotta referenza għad-dokument amministrattiv elettroniku u għall-proċedura tal-kontinwità tal-operat msemmijin, rispettivament, fl-Artikoli 21 u 26 ta' dik id-Direttiva. Dawk ir-referenzi tħallew barra bi żball.

(9)

L-Artikolu 306(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi kkoreġut. Id-dispożizzjoni jenħtieġ li tistipula li n-Numru ta' Referenza Prinċipali (MRN) tad-dikjarazzjoni ta' tranżitu għandu jiġi ppreżentat fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, u mhux f'kull uffiċċju doganali ta' tranżitu, kif iddikjarat b'mod żbaljat mill-kliem attwali tal-Artikolu. Ir-referenza għad-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 jenħtieġ ukoll li tiġi kkoreġuta. Jenħtieġ li tirreferi għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 184 ta' dak ir-Regolament Delegat minflok għall-Artikolu 184(2).

(10)

L-iżbalji u l-omissjonijiet misjuba wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 fl-Annessi A u B ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu kkoreġuti.

(11)

L-Anness 12-01 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi kkoreġut sabiex ikun żgurat format armonizzat tal-istess element ta' dejta fl-Anness kollu.

(12)

L-Anness 12-03, li jiddetermina d-disinn tat-tikketti li għandhom jitwaħħlu fuq il-bagalji tal-istiva li jiġu ċċekkjati fl-ajruporti tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun inkluż fost l-Annessi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, minħabba li jissemma fl-Artikolu 44 ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni iżda tħalla barra bi żball.

(13)

Fl-Anness 22-13 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, l-iżball grammatikali fil-verżjoni Ungeriża tad-dikjarazzjoni tal-fattura jenħtieġ li jiġi kkoreġut.

(14)

Minbarra l-korrezzjonijiet, ċerti dispożizzjonijiet għandhom jiġu emendati filwaqt li jitqiesu l-bidliet tal-qafas legali relatat li seħħew wara l-adozzjoni ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni. Għalhekk, l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi allinjat mal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 kif emendat mir-Regolament Delegat (UE) 2016/341 (5).

(15)

Il-proċedura attwali stabbilita fl-Artikoli 57, 58 u 59 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 oriġinarjament inħolqot fl-1989 sabiex tippermetti l-implimentazzjoni armonizzata u bla xkiel ta' kwota tariffarja mhux preferenzjali allokata lil pajjiż. Dawk l-Artikoli jikkorrispondu, essenzjalment, għall-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (6), applikabbli sat-30 ta' April 2016. Diversi Regolamenti tal-Unjoni li jiftħu kwoti tariffarji mhux preferenzjali jirreferu għall-Artikoli 56 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Għalhekk, fl-Artikolu 57 għandha tiġi introdotta regola ta' korrelazzjoni fir-rigward tar-referenzi għaċ-ċertifikati tal-oriġini maħruġin skont l-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 f'Regolamenti oħrajn, sabiex jiġi evitat li kull wieħed minn dawk ir-Regolamenti jkollu jiġi emendat separatament.

(16)

It-test tal-Artikolu 62 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 attwalment jippermetti biss li d-dikjarazzjonijiet ta' fornitur għal perjodu fit-tul ikopru jew perjodu fil-passat jew perjodu fil-futur. Id-dispożizzjoni jenħtieġ li tiġi emendata sabiex tiġi introdotta l-possibbiltà li dikjarazzjoni tal-fornitur fit-tul unika tkopri kemm il-merkanzija li diġà ġiet fornuta sad-data tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni kif ukoll il-merkanzija li se tiġi fornuta wara. Sabiex ir-regola tiġi ċċarata aktar u l-applikazzjoni tagħha ssir aktar faċli, jenħtieġ li l-ewwel u l-aħħar data tal-bidu tal-perjodu kopert mid-dikjarazzjoni tal-fornitur fit-tul jiġu stabbiliti b'referenza għad-data tal-ħruġ ta' dik id-dikjarazzjoni. B'hekk, għalkemm il-perjodu massimu kopert minn dikjarazzjoni jenħtieġ li jkun stabbilit għal 24 xhur, dan il-perjodu jenħtieġ li ma jibdiex 12-il xhur qabel jew sitt xhur wara d-data tal-ħruġ.

(17)

L-Artikolu 68 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi emendat biex jiċċara li, fil-kuntest ta' arranġamenti preferenzjali ma' pajjiż terz fejn tiġi applikata s-Sistema tal-Esportaturi Rreġistrati (REX), l-esportaturi li jimlew id-dokumenti dwar l-oriġini ta' kunsinni ta' iktar minn EUR 6 000 jenħtieġ li jkunu esportaturi rreġistrati, diment li l-arranġamenti preferenzjali rilevanti jipprovdu limitu tal-valur differenti. Madankollu, sakemm l-esportatur ikun irreġistrat fis-sistema REX u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017, l-esportatur jista' jkompli juża n-numru ta' esportatur approvat tiegħu fuq id-dokumenti dwar l-oriġini, mingħajr il-bżonn ta' firma, għal ftehimiet ta' kummerċ ħieles ma' pajjiżi terzi fejn is-soltu l-esportatur ikun meħtieġ li jkun irreġistrat.

(18)

Skont it-test attwali tal-Artikolu 69 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, esportatur irreġistrat mhuwiex intitolat li jissostitwixxi l-provi tal-oriġini barra li mhumiex dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini b'dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini. Madankollu, peress li l-objettiv fit-tul huwa li tiġi sostitwita s-Sistema tal-Esportatur Approvat bis-sistema REX, l-esportaturi rreġistrati jenħtieġ li jitħallew jissostitwixxu b'dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini l-istess tip ta' provi ta' oriġini bħala esportaturi approvati skont l-Artikolu 69(2) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

(19)

Fl-Artikolu 73 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi miżjud il-paragrafu 3, li jirrikjedi li l-Kummissjoni tibgħat lill-pajjiżi benefiċjarji, fuq talba tagħhom, kampjun tal-marka tat-timbri użati fl-Istati Membri. Dak l-obbligu huwa meħtieġ għal funzjonament bla xkiel tar-regoli dwar il-kumulazzjoni reġjonali.

(20)

L-Artikolu 80(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jimponi fuq l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri l-obbligu li jinfurmaw lill-esportatur irreġistrat dwar il-modifiki fid-dejta tar-reġistrazzjoni tiegħu skont ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta.

(21)

Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn ir-regoli li japplikaw fl-Unjoni matul il-perjodu tranżitorju sal-applikazzjoni tas-sistema REX, l-Artikolu 85 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jipprevedi sa meta l-esportaturi approvati li jkunu għadhom ma ġewx irreġistrati fis-sistema REX jistgħu jagħmlu dikjarazzjonijiet ta' fattura għall-finijiet tal-kumulazzjoni bilaterali. Dik id-data jenħtieġ li tkun il-31 ta' Diċembru 2017, li hija l-aħħar data li fiha l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu joħorġu ċertifikati ta' moviment EUR 1 u għaldaqstant l-aħħar data ta' dak il-perijodu tranżitorju.

(22)

Għall-kuntrarju tan-Norveġja u tal-Iżvizzera, it-Turkija mhijiex se tapplika s-sistema REX mill-1 ta' Jannar 2017. Għalhekk, l-Artikolu 86(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi emendat biex jistipula li r-reġistrazzjoni għall-esportaturi f'pajjiżi benefiċjarji se tkun valida biss għall-iskema SĠP tat-Turkija meta dak il-pajjiż jibda japplika s-sistema REX. Sabiex il-pubbliku jkun jaf bid-data tal-applikazzjoni tas-sistema REX mit-Turkija, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika d-data fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(23)

L-Artikolu 158 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, li jistabbilixxi l-livell ta' garanzija komprensiva, jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jipprovdi iktar ċarezza fir-rigward tal-bażi għall-applikazzjoni tat-tnaqqis tal-garanziji komprensivi li jkopru d-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u l-ħlasijiet l-oħra. L-Artikolu 158 jenħtieġ li jiddistingwi b'mod ċar bejn it-tnaqqis previst fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 95 tal-Kodiċi għall-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati kollha fir-rigward tad-dazji u tal-ħlasijiet li jkunu ġew imġarrba, u bejn it-tnaqqis previst fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 95 tal-Kodiċi. Dawn tal-aħħar huma applikabbli fir-rigward tad-dazji u tal-ħlasijiet li jistgħu jiġu mġarrba, skont il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 84 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

(24)

Sabiex jiġi evitat li jintuża vawċer ta' garanzija individwali wara r-revoka jew il-kanċellazzjoni ta' impenn li jiġi pprovdut għal dak il-vawċer, fl-Artikolu 161 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 għandha tiddaħħal dispożizzjoni li tiddikjara li l-vawċers maħruġa qabel il-jum tar-revoka jew tal-kanċellazzjoni ta' dak l-impenn ma jistgħux jibqgħu jintużaw għat-tqegħid ta' merkanzija skont il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni.

(25)

Kif meħtieġ mill-Artikolu 8(3) tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti li jaqgħu taħt il-carnets TIR (7), inkluż kwalunkwe emenda sussegwenti tiegħu (il-Konvenzjoni TIR), l-Artikolu 163 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jiddetermina l-limitu sa fejn kwalunkwe assoċjazzjoni ta'garanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni tista' ssir responsabbli rigward operazzjoni TIR partikolari. L-Artikolu 163 jenħtieġ li jiġi emendat minħabba d-dikjarazzjoni mill-Unjoni Internazzjonali tat-Trasport bit-Triq (IRU) li l-assiguratur globali tagħha żdied l-ammont tal-garanzija koperta, għall-Partijiet Kontraenti kollha tal-Konvenzjoni TIR, minn EUR 60 000 għal EUR 100 000 għal kull carnet TIR.

(26)

L-Artikolu 231(11) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġi emendat biex jiġi ċċarat li l-iskambji ta' informazzjoni speċifiċi dwar il-kontrolli stipulati fil-paragrafi 5 u 6 ta' dak l-Artikolu biss huma sospiżi sakemm is-sistemi elettroniċi rilevanti jkunu disponibbli. Sakemm is-sistemi elettroniċi rilevanti jibqgħu mhux disponibbli, l-obbligu stipulat fil-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 179 tal-Kodiċi li jitwettqu l-kontrolli u li tiġi skambjata l-informazzjoni dwarhom jenħtieġ li jiġi ssodisfat skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341.

(27)

L-Artikolu 329(8) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jitħassar. Huwa jipprovdi għal ċerti eċċezzjonijiet mir-regola ġenerali li tiddetermina l-uffiċċju doganali tal-ħruġ għall-esportazzjoni tal-merkanzija li sussegwentement tiġi mqiegħda taħt proċedura ta' tranżitu. Minħabba żball ta' rinumerazzjoni, l-Artikolu 329(8) jirreferi, b'mod żbaljat, għall-paragrafu 4 ta' dak l-istess Artikolu, iżda l-intenzjoni qatt ma kienet li tiġi prevista eċċezzjoni għall-merkanzija li titgħabba fuq bastiment li ma jkunx assenjat lil servizz regolari tat-trasport marittimu. Sa fejn id-Direttiva 2008/118/KE tapplika fil-każ ta' merkanzija soġġetta għas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa li tkun se tinħareġ 'il barra mit-territorju tal-Unjoni, l-Artikolu 329(8) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 m'għandux jirreferi għal dik il-merkanzija wkoll. Fl-aħħar nett, l-ebda regola speċifika mhi meħtieġa sabiex jiġi ddeterminat l-uffiċċju doganali tal-ħruġ li fih il-merkanzija soġġetta għal formalitajiet ta' esportazzjoni bil-ħsieb li jingħataw rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni taħt il-politika agrikola komuni tiġi rrilaxxata għall-esportazzjoni u mbagħad imqiegħda taħt proċedura ta' tranżitu. Ir-raġuni hija li, skont l-Artikolu 189 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, dik il-merkanzija tista' titqiegħed biss taħt proċedura ta' tranżitu estern, li jfisser li din titlef l-istatus doganali tagħha bħala merkanzija tal-Unjoni u ssir soġġetta għal superviżjoni doganali stretta.

(28)

Attwalment, hemm xi differenzi fil-mod ta' kif l-Istati Membri individwali jittrattaw l-esportazzjoniet segwiti minn tranżitu. F'ċerti Stati Membri l-konferma ta' ħruġ hija prevista immedjatament mat-tqegħid tal-merkanzija fil-proċedura ta' tranżitu filwaqt li fi Stati Membri oħra dan isir biss wara li l-proċedura ta' tranżitu tiġi rilaxxata. Id-differenza sseħħ kemm fit-tranżitu estern kif ukoll f'każijiet oħra li ma jinvolvux it-tranżitu estern. Skont l-Artikolu 333(7) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 matul il-perjodu tranżitorju sal-implimentazzjoni tas-Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni (AES) tal-KDU, l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jista' jinforma lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni dwar il-ħruġ tal-merkanzija meta dik il-merkanzija titqiegħed taħt proċedura ta' tranżitu li ma tkunx proċedura ta' tranżitu estern sal-jum ta' wara l-jum li fih il-proċedura ta' tranżitu tiġi rilaxxata. Din il-possibbiltà għandha tiġi estiża wkoll għall-merkanzija mqiegħda taħt proċedura ta' tranżitu estern b'tali mod li, matul il-perijodu tranżitorju, l-Istati Membri li fihom ġew awtomatizzati l-proċessi jitħallew ikomplu l-prattika tagħhom billi joħorġu konferma ta' ħruġ, jew fil-mument tat-tqegħid taħt proċedura ta' tranżitu, jew meta l-proċedura ta' tranżitu tiġi rilaxxata.

(29)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni fis-sistemi elettroniċi rispettivi tal-formati u tal-kodiċijiet ta' ċerti rekwiżiti tad-dejta użati fil-kuntest ta' dikjarazzjonijiet u ta' notifiki tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, l-Anness B ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jenħtieġ li jiġi emendat.

(30)

L-istruzzjonijiet għall-istampar fl-Anness 22-02 u n-noti introduttorji fl-Anness 22-14 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jenħtieġ li jiġu emendati sabiex jiġi ċċarat sa meta l-verżjonijiet qodma tal-formoli jistgħu jintużaw ukoll. Dawn il-verżjonijiet, fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li jieqfu jintużaw wara l-1 ta' Mejju 2019.

(31)

Fl-Anness 22–06 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, id-dettalji ta' kuntatt addizzjonali li għandhom jiġu pprovduti mill-operaturi ekonomiċi li japplikaw biex isiru esportaturi rreġistrati fil-Kaxxa 2 tal-formola tal-applikazzjoni jenħtieġ li jsiru fakultattivi għaliex il-Kaxxa 1 tal-applikazzjoni diġà titlob dettalji bażiċi ta' kuntatt. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li wieħed ma jiffirmax jew ma jittimbrax il-formola tal-applikazzjoni jekk l-esportatur u l-awtoritajiet doganali jiġu awtentiċizzati b'mod elettroniku.

(32)

Fl-Annessi 32-01, 32-02 u 32-03 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, it-test tal-impenn tal-garanti jenħtieġ li jqis l-adeżjoni tas-Serbja għall-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' tranżitu (8) fl-1 ta' Frar 2016. Jenħtieġ ukoll li s-Serbja tiġi miżjuda mal-lista tal-pajjiżi kkonċernati fil-kaxxi rispettivi taċ-ċertifikat ta' garanzija komprensiva u taċ-ċertifikat tat-tneħħija (tal-obbligu) ta' garanzija fl-Anness 72-04 ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

(33)

Fl-Anness 72-04 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tan-negozju fl-operat tal-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu introdotti diversi dispożizzjonijiet relatati mal-validità tal-garanziji: dispożizzjoni dwar il-validità taċ-ċertifikat ta' garanzija komprensiva u taċ-ċertifikat tat-tneħħija (tal-obbligu) ta' garanzija; dispożizzjoni li tipprojbixxi l-użu ta' ċertifikati jekk l-awtorizzazzjoni sabiex tintuża garanzija komprensiva tkun ġiet revokata jew jekk impenn meħud f'każ ta' garanzija komprensiva jkun ġie revokata u kkanċellat; u dispożizzjoni dwar il-komunikazzjoni mill-Istati Membri tal-mezzi ta' identifikazzjoni ta' ċertifikati validi.

(34)

Il-korrezzjonijiet u l-emendi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ kemm jista' jkun malajr sabiex tiġi evitata kwalunkwe inċertezza legali dwar il-verżjoni korretta tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ.

(35)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Korrezzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jiġi kkoreġut kif ġej:

(1)

Il-premessa 61 tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(61)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu.”.

(2)

Fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 7(4), il-kliem “Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 li jistabbilixxi regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni meta s-sistemi elettroniċi rilevanti ma jkunux għadhom operazzjonali” jiġu sostitwit bil-kliem “Regolament Delegat (UE) 2016/341”.

(3)

Fl-Artikolu 12(1), il-kliem “l-Artikolu 22” jiġi sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 22(2)”.

(4)

L-Artikolu 67 jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem “l-esportaturi stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni” jiġi sostitwit bil-kliem “l-esportaturi u r-rikonsenjaturi stabbiliti fit-territorju doganali tal-Unjoni”;

(b)

fil-paragrafu 4, il-kliem “jkun ippreċedut mill-” jiġi sostitwit bil-kliem “jibda bil-”:

(c)

fil-paragrafu 6, il-kliem “fl-Anness 22-09” jiġi sostitwit bil-kliem “fl-Anness 22-13”.

(5)

L-Artikolu 70 jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (c) u l-punt (d) jsiru l-punt (a) u l-punt (b), rispettivament;

(b)

il-paragrafu 4 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Meta pajjiż jew territorju jkun tneħħa mill-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 72, 80 u 108 ta' dan ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw għal dak il-pajjiż jew għal dak it-territorju għal perjodu ta' 3 snin mid-data tat-tneħħija tiegħu minn dak l-Anness.

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).”."

(6)

Fl-Artikolu 75(1), il-kliem “fl-Artikolu 67(2) ta' dan ir-Regolament” jiġi sostitwit bil-kliem “fl-Artikolu 71(2)”.

(7)

Fl-Artikolu 77(1), il-kliem “tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446” jitħassar.

(8)

L-Artikolu 87 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 87

Sistema tal-Esportaturi Rreġistrati: Rekwiżit tal-pubblikazzjoni

(L-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha d-data li fiha l-pajjiżi benefiċjarji jibdew japplikaw is-sistema REX. Il-Kummissjoni se żżomm l-informazzjoni aġġornata.”.

(9)

Fl-Artikolu 89, it-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Revoka tar-reġistrazzjoni”.

(10)

Fl-Artikolu 90, it-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Revoka awtomatika tar-reġistrazzjonijiet meta pajjiż jitneħħa mil-lista tal-pajjiżi benefiċjarji”.

(11)

Fl-Artikolu 92(1), it-tielet sottoparagrafu jitħassar.

(12)

L-Artikolu 102 jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-kelma “inkompleta” tiġi sostitwita bil-kelma “ssimplifikata”.

(b)

fil-paragrafu 3(b), il-kliem “tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446” jitħassar.

(13)

L-Artikolu 110(3) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Meta tkun saret talba għal verifika sussegwenti, tali verifika għandha titwettaq u r-riżultati tagħha għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fi żmien massimu ta' 6 xhur jew, fil-każ ta' talbiet mibgħuta lin-Norveġja jew lill-Iżvizzera għall-fini ta' verifika tal-provi ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini maħruġa fit-territorji tagħhom abbażi tal-Formola A taċ-ċertifikat tal-oriġini jew dikjarazzjoni ta' fattura maħruġa f'pajjiż benefiċjarju, fi żmien massimu ta' 8 xhur mid-data li fiha tkun intbagħtet it-talba. Ir-riżultati għandhom ikunu tali li jistabbilixxu jekk il-prova tal-oriġini inkwistjoni tapplikax għall-prodotti effettivament esportati u jekk dawn il-prodotti jistgħux jitqiesu bħala li joriġinaw fil-pajjiż benefiċjarju.”.

(14)

Fl-Artikolu 119(4), il-kliem “tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446” jitħassar.

(15)

L-Artikolu 126 jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem “Din is-Sottotaqsima” jiġi sostitwit bil-kliem “Is-Sottotaqsimiet 10 u 11”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-kliem “din is-Sottotaqsima” jiġi sostitwit bil-kliem “tas-Sottotaqsimiet 10 u 11”.

(16)

Fl-Artikolu 137(4)(b), il-kliem “b'mezzi oħrajn ta' trasport” jiġi sostitwit bil-kliem “b'modi oħrajn ta' trasport”.

(17)

Fl-Artikolu 138(1), il-kliem “bl-istess mezz ta' trasport” jiġi sostitwit bil-kliem “bl-istess mod ta' trasport”.

(18)

Fl-Artikolu 143(2), il-kliem “l-spiża mqassma” jiġi sostitwit bil-kliem “il-valur imqassam”.

(19)

Fl-Artikolu 164, is-sottotitolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(l-Artikoli 226(3)(b) u (c) u 227(2)(b) u (c) tal-Kodiċi)”.

(20)

Fl-Artikolu 186, is-sottotitolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(l-Artikolu 128 tal-Kodiċi)”.

(21)

L-Artikolu 187 jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

is-sottotitolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(l-Artikolu 128 tal-Kodiċi)”;

(b)

fil-paragrafu 4, il-punt (a) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

għall-merkanzija kollha li tinġarr mill-bastiment jew mill-inġenju tal-ajru kkonċernat, għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fl-ewwel port jew ajruport tal-Unjoni. L-awtoritajiet doganali ta' dak il-port jew ajruport tad-dħul għandhom iwettqu l-analiżi tar-riskju għal raġunijiet ta' sigurtà u ta' sikurezza għall-merkanzija kollha ttrasportata mill-bastiment jew mill-inġenju tal-ajru kkonċernat. Jistgħu jsiru analiżijiet addizzjonali tar-riskju għal dik il-merkanzija fil-port jew fl-ajruport li fihom ikunu rilaxxati;”.

(22)

Fl-Artikolu 192, jiżdied is-sottotitolu li ġej:

“(l-Artikolu 145 tal-Kodiċi)”.

(23)

L-Artikolu 199(1)(g) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(g)

id-dejta tad-dikjarazzjoni tas-sisa msemmija fl-Artikoli 21, 26 u 34 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (*2);

(*2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).”."

(24)

L-Artikolu 214 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 214

Prodotti tas-sajd fil-baħar u merkanzija miksuba minn prodotti bħal dawn trażbordati u trasportati minn pajjiż jew territorju li ma jkunx parti mit-territorju doganali tal-Unjoni

(L-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

1.   Meta, qabel jaslu fit-territorju doganali tal-Unjoni, il-prodotti jew il-merkanzija msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 119(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 ġew trażbordati u trasportati minn pajjiż jew territorju li ma jkunx parti mit-territorju doganali tal-Unjoni, għandha tiġi ppreżentata ċertifikazzjoni mill-awtorità doganali ta' dak il-pajjiż jew territorju li l-prodotti jew merkanzija kienu taħt sorveljanza doganali waqt li kienu f'dak il-pajjiż jew territorju u li ma sar ebda maniġġjar tagħhom apparti dak meħtieġ għall-preżervazzjoni tagħhom għal dawk il-prodotti u l-merkanzija mad-dħul tagħhom fit-territorju doganali tal-Unjoni.

2.   Iċ-ċertifikazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 1 għandha ssir fuq kopja stampata tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 133 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, akkumpanjata minn kopja stampata tad-dikjarazzjoni tal-iżbark, kif xieraq.”.

(25)

It-titolu tal-Artikolu 220 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Oġġetti ta' korrispondenza u merkanzija f'kunsinni postali”.

(26)

Fl-Artikolu 229(1), il-kliem “fl-Artikolu 15” jiġi sostitwit bil-kliem “fl-Artikolu 14”.

(27)

L-Artikolu 230(2) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu deċiżjoni għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tagħha lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri l-oħra dwar l-attivitajiet relatati mad-dwana tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-ikklerjar ċentralizzat.”.

(28)

Fl-Artikolu 251(3), il-kliem “fl-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013” jiġi sostitwit bil-kliem “fl-Artikolu 166 tal-Kodiċi”.

(29)

Fl-Artikolu 277(1)(a), il-kliem “l-Artikolu 268” jiġi sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 275”.

(30)

Fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 280(6), il-kliem “l-Artikolu 267” jiġi sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 274”.

(31)

Fl-Artikolu 291, is-sottotitolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(l-Artikoli 6(3)(b), 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)”.

(32)

Fl-Artikolu 294, is-sottotitolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(l-Artikoli 226(3)(a) u 227(2)(a) tal-Kodiċi)”.

(33)

Fl-Artikolu 295, is-sottotitolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(l-Artikolu 226(3)(a) tal-Kodiċi)”.

(34)

L-Artikolu 306(2) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-MRN tad-dikjarazzjoni ta' tranżitu fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, għandu japplika t-tieni paragrafu tal-Artikolu 184 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.”.

(35)

Fl-Artikolu 308(2), il-kliem “fl-Artikolu 305” jiġi sostitwit bil-kliem “fl-Artikolu 312”.

(36)

Fl-Artikolu 312(3), il-kliem “fl-Artikolu 300” jiġi sostitwit bil-kliem “fl-Artikolu 307”.

(37)

Fl-Artikolu 313, is-sottotitolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(l-Artikolu 233(4)(a), (b), (c) u (e) tal-Kodiċi)”.

(38)

Fl-Artikolu 314(2)(a), il-kliem “l-Artikolu 291” jiġi sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 298”.

(39)

Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 319, il-kliem “fl-Artikolu 15” jiġi sostitwit bil-kliem “fl-Artikolu 14”.

(40)

Fl-Artikolu 331, il-paragrafu 3 jsir il-paragrafu 2.

(41)

L-Artikolu 345(4) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Permezz ta' deroga mill-ewwel paragrafu, Awtorizzazzjonijiet Uniċi għal Proċeduri Simplifikati (SASP) maħruġa skont ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u li jkunu għadhom validi fl-1 ta' Mejju 2016 għandhom jibqgħu validi sad-dati rispettivi tal-implimentazzjoni tas-CCI u tal-AES msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2016/578/UE.”

(42)

Fl-Anness A, it-Titolu I “Il-formati u l-kodiċijiet tar-rekwiżiti komuni tad-dejta tal-applikazzjonijiet u tad-deċiżjonijiet” jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta “2/4 Dokumenti mehmużin”, il-kliem fil-kolonni “Il-format tal-E.D. (It-tip/It-tul)” u “Il-kardinalità” jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

Għadd totali ta' dokumenti: n..3 +

1x

It-tip ta' dokument: an..70 +

L-identifikatur tad-dokument: an..35 +

Id-data tad-dokument: n8 (ssssxxjj)

999x”;

(b)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta “5/3 Il-kwantità tal-merkanzija”, il-kliem fil-kolonna “Il-kardinalità” jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“999x

Dwar id-deċiżjonijiet marbuta mal-informazzjoni vinkolanti: 1x”;

(c)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta “7/2 It-tip ta' proċeduri doganali”, fil-kolonna “In-noti”, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“Meta l-awtorizzazzjoni tkun maħsuba biex tintuża għall-operat ta' mħażen doganali, għandhom jintużaw il-kodiċijiet li ġejjin:

il-kodiċi “XR” għal maħżen doganali pubbliku tat-tip I,

il-kodiċi “XS” għal maħżen doganali pubbliku tat-tip II,

il-kodiċi “XU” għal maħżen doganali privat.”.

(43)

Fl-Anness B, it-Titolu 1 “Il-formati u l-kardinalità tar-rekwiżiti komuni tad-dejta tad-dikjarazzjonijiet u tan-notifiki” jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element tad-dejta “5/30 Il-post tal-aċċettazzjoni”, it-test fil-kolonna “In-noti” jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Meta l-post tal-aċċettazzjoni huwa kkowdjat skont il-kodiċi LOCODE tan-NU, it-tagħrif għandu jkun il-kodiċi LOCODE tan-NU kif definit fit-Titolu II għall-E.D. 5/6 L-uffiċċju tad-destinazzjoni (u l-pajjiż). Meta l-post tal-aċċettazzjoni mhuwiex ikkowdjat skont il-kodiċi LOCODE tan-NU, il-pajjiż fejn jinsab il-post tal-aċċettazzjoni jkun identifikat mill-kodiċi kif definit fit-Titolu II għall-E.D. 3/1 L-esportatur.”;

(b)

fir-ringieli li jikkorrispondu għall-elementi ta' dejta “7/9 L-identità tal-mezzi tat-trasport mal-wasla”, “7/14 L-Identità tal-mezzi attivi tat-trasport li se jaqsmu l-fruntiera” u “7/16 L-identità tal-mezzi passivi tat-trasport li se jaqsmu l-fruntiera”, it-test fil-kolonna “In-noti” jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-kodiċijiet definiti fit-Titolu II għall-E.D. 7/7 L-identità tal-mezzi tat-trasport fit-tluq għandha tintuża għat-tip ta' identifikazzjoni.”;

(c)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta “8/3 Ir-referenza tal-garanzija”, it-test fil-kolonna “Il-format tal-E.D. (It-tip/It-tul)” jiġi sostitwit b'dan li ġej:

GRN: an..24 +

Il-kodiċi tal-aċċess: an..4 +

Il-kodiċi tal-munita: a3 +

L-ammont ta' dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni u, fejn japplika l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 89(2) tal-Kodiċi, tariffi oħra: n..16,2 +

L-uffiċċju doganali tal-garanzija: an8

JEW

Referenza oħra tal-garanzija: an..35 +

Il-kodiċi tal-aċċess: an..4 +

Il-kodiċi tal-munita: a3 +

L-ammont ta' dazju fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni u, fejn japplika l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 89(2) tal-Kodiċi, tariffi oħra: n..16,2 +

L-uffiċċju doganali tal-garanzija: an8”.

(44)

Fl-Anness B, it-Titolu II “Il-kodiċijiet b'rabta mar-rekwiżiti komuni tad-dejta tad-dikjarazzjonijiet u tan-notifiki” jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

fl-element ta' dejta “1/1 It-tip ta' dikjarazzjoni”, il-kodiċi “EX” u “IM”, l-ewwel sentenza tad-deskrizzjoni tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Għall-kummerċ ma' pajjiżi u territorji li jinsabu 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni.”

(b)

l-element ta' dejta “1/10. Il-proċedura” tiġi kkoreġuta kif ġej:

(i)

fid-deskrizzjoni tal-kodiċi “68”, jiżdied it-test li ġej:

“Spjegazzjoni:

Dan il-kodiċi għandu jintuża għall-merkanzija li tkun soġġetta kemm għall-VAT kif ukoll għad-dazji tas-sisa, u fejn titħallas waħda biss minn dawk il-kategoriji ta' taxxi meta l-merkanzija tiġi rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa.”;

(ii)

id-deskrizzjoni tal-kodiċi “78” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“It-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura ta' żona-ħielsa. (a)”;

(c)

l-element ta' dejta “1/11. Il-proċedura addizzjonali” tiġi kkoreġuta kif ġej:

(i)

fit-taqsima “L-ammissjoni temporanja”, id-deskrizzjoni tal-kodiċi “D18” fil-kolonna “Il-proċedura” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Il-merkanzija li tkun soġġetta għal testijiet, esperimenti jew dimostrazzjonijiet.”;

(ii)

fit-taqsima “L-ammissjoni temporanja”, id-deskrizzjoni tal-kodiċi “D20” fil-kolonna “Il-proċedura” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Il-merkanzija li tintuża sabiex jitwettqu t-testijiet, l-esperimenti jew id-dimostrazzjonijiet mingħajr qligħ finanzjarju (sitt xhur).”;

(iii)

fit-taqsima “Oħrajn”, il-kodiċi “F42” fil-kolonna “Il-kodiċi” jiġi sostitwit bil-kodiċi “F44”;

(iv)

fit-taqsima “Oħrajn”, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu wara r-ringiela li tikkonċerna l-kodiċi “F45”:

“L-użu tal-klassifikazzjoni oriġinali tat-tariffi tal-merkanzija fis-sitwazzjonijiet previsti fl-Artikolu 86(2) tal-Kodiċi

F46

Is-simplifikazzjoni tat-tfassil tad-dikjarazzjonijiet doganali għall-merkanzija li taqa' taħt is-sottointestaturi differenti tat-tariffi previsti fl-Artikolu 177 tal-Kodiċi

F47”;

(v)

fit-taqsima “Oħrajn”, ir-ringiela li ġejja tiddaħħal wara r-ringiela li tikkonċerna l-kodiċi “F61”:

“Is-simplifikazzjoni tat-tfassil tad-dikjarazzjonijiet doganali għall-merkanzija li taqa' taħt is-sottointestaturi differenti tat-tariffi previsti fl-Artikolu 177 tal-Kodiċi

F65”;

(d)

l-element ta' dejta “4/3. Il-kalkolu tat-taxxi” jiġi kkoreġut kif ġej:

(i)

l-isem tal-element ta' dejta jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4/3.

Il-kalkolu tat-taxxi — It-tip ta' taxxa”;

(ii)

id-deskrizzjoni tal-kodiċi “A00” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Dazju tal-importazzjoni”

(iii)

id-deskrizzjoni tal-kodiċi “C00” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Dazju tal-esportazzjoni”;

(iv)

ir-ringiela dwar il-kodiċi “C10” titħassar;

(e)

l-isem tal-element ta' dejta “4/8. Il-kalkolu tat-taxxi” jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4/8.

Il-kalkolu tat-taxxi — Metodu ta' ħlas”.

(45)

Fl-Anness 12-01, fit-Titolu I “Il-formati tar-rekwiżiti komuni tad-dejta għar-reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u ta' persuni oħra”, fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta “11 Id-data tal-istabbiliment”, fil-kolonna “Il-format tal-E.D. (It-tip/It-tul)”, jiżdied it-test “(ssssxxjj)”.

(46)

L-Anness 12-03 jiddaħħal kif stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(47)

L-Anness 21-01 jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta 3/2, it-test fil-kolonna “Isem l-E.D.” jiġi sostitwit bit-test “In-numru tal-identifikazzjoni tal-esportatur”;

(b)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta 3/10, it-test fil-kolonna “Isem l-E.D.” jiġi sostitwit bit-test “In-numru tal-identifikazzjoni tad-destinatarju”;

(c)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta 3/16, it-test fil-kolonna “Isem l-E.D.” jiġi sostitwit bit-test “In-numru tal-identifikazzjoni tal-importatur”;

(d)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta 3/18, it-test fil-kolonna “Isem l-E.D.” jiġi sostitwit bit-test “In-numru tal-identifikazzjoni tad-dikjarant”;

(e)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta 3/39, it-test fil-kolonna “Isem l-E.D.” jiġi sostitwit bit-test “In-numru tal-identifikazzjoni tal-awtorizzazzjoni”;

(48)

L-Anness 22-02 jiġi kkoreġut kif ġej:

(a)

Tiżdied l-istruzzjoni għall-istampar li ġejja:

“4.

Verżjonijiet qodma tal-formoli jistgħu jintużaw ukoll sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jew sal-1 ta' Mejju 2019, skont liema tiġi l-ewwel.”;

(b)

fl-ewwel sentenza tan-Nota 4, il-kelma “Komunità” tiġi sostitwita bil-kelma “Unjoni”.

(49)

L-Anness 22-06 jiġi sostitwit bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(50)

Fl-Anness 22-07, l-ewwel paragrafu taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni dwar l-oriġini” jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Trid timtela fuq kwalunkwe dokument kummerċjali li jkun juri l-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur u tad-destinatarju kif ukoll deskrizzjoni tal-prodotti u d-data tal-ħruġ (9).

(9)  Meta d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini tissostitwixxi dikjarazzjoni oħra f'konformità mal-paragrafi (2) u (3) tal-Artikolu 101 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, id-dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandha jkollha l-kliem “Replacement statement” jew “Attestation de remplacement” jew “Comunicación de sustitución”. Id-dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni għandha tindika wkoll id-data tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni inizjali kif ukoll kull dejta oħra neċessarja skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 101(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.”."

(51)

L-Anness 22-09 jiġi sostitwit bit-test fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

(52)

Fl-Anness 22-13, il-verżjoni Ungeriża tad-dikjarazzjoni ta' fattura tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (1)) kijelentem, hogy eltérő egyértelmű jelzés hiányában az áruk preferenciális … (2) származásúak.”.

(53)

Fl-Anness 23-02, it-titolu tat-tabella wara l-paragrafu 10 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“IL-LISTA TA' MERKANZIJA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 142(6)”.

(54)

Fl-Anness 32–06, il-kelma “Quddiem” tiddaħħal bejn l-intestatura “It-tranżitu tal-Unjoni/komuni” u l-ewwel kaxxa.

(55)

Fl-Anness 61-03, l-ewwel paragrafu u s-sentenza introduttorja tat-tieni paragrafu jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Għall-finijiet tal-Artikolu 252, il-piż nett ta' kull kunsinna ta' banana friska għandu jkun ikkalkolat minn entitajiet awtorizzati li jiżnu fi kwalunkwe post tal-ħatt skont il-proċedura stabbilita hawn taħt.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness u tal-Artikolu 252, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:”.

(56)

Fl-Anness 62-02, l-ewwel paġna tal-oriġinal u l-kopja tal-“Formola INF 3 — Il-folja tat-tagħrif dwar il-merkanzija ritornata” tiġi sostitwita bil-formola stabbilita fl-Anness IV.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Formati u kodiċijiet għal rekwiżiti tad-dejta komuni

(L-Artikolu 6(2) tal-Kodiċi)

1.   Il-formati u l-kodiċijiet għar-rekwiżiti tad-dejta komuni msemmija fl-Artikolu 6(2) tal-Kodiċi u fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 għall-iskambju u l-ħażna ta' informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet huma stabbiliti fl-Anness A ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-formati u l-kodiċijiet għar-rekwiżiti tad-dejta komuni msemmija fl-Artikolu 6(2) tal-Kodiċi u fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 għall-iskambju u l-ħażna ta' informazzjoni meħtieġa għan-notifiki tad-dikjarazzjonijiet u l-prova tal-istatus doganali huma stabbiliti fl-Anness B ta' dan ir-Regolament.

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sad-data tal-implimentazzjoni tal-ewwel fażi tal-aġġornament tas-sistema tal-Informazzjoni Vinkolanti dwar it-Tariffi (“BTI”) u tas-sistema Sorveljanza 2 msemmijin fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/578 (*3), il-formati u l-kodiċijiet previsti fl-Anness A ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-BTI ma għandhomx japplikaw u għandhom japplikaw il-formati u l-kodiċijiet stabbiliti fl-Annessi 2 sa 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 (*4).

Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sad-data tal-aġġornament tas-sistema tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat (AEO) imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, il-formati u l-kodiċijiet previsti fl-Anness A ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet tal-AEO ma għandhomx japplikaw u għandhom japplikaw il-formati u l-kodiċijiet stabbiliti fl-Annessi 6 u 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341.

4.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għas-sistemi tat-teknoloġija tal-informatika elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341, sad-dati rispettivi tal-implimentazzjoni jew tal-aġġornament tas-sistemi rilevanti tat-teknoloġija tal-informatika msemmijin fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, il-formati u l-kodiċijiet tar-rekwiżiti tad-dejta komuni stabbiliti fl-Anness B ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw.

Għas-sistemi tat-teknoloġija tal-informatika elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341, sad-dati rispettivi tal-implimentazzjoni jew tal-aġġornament tas-sistemi rilevanti tat-teknoloġija tal-informatika msemmijin fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, l-iskambju u l-ħażna tal-informazzjoni meħtieġa għad-dikjarazzjonijiet, għan-notifiki u għall-prova tal-istatus doganali għandhom ikunu soġġetti għall-formati u għall-kodiċijiet stabbiliti fl-Anness 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341.

5.   Sad-data tal-implimentazzjoni tas-sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (EU) 2016/578, l-awtoritajiet doganali jistgħu jiddeċiedu li l-formati u l-kodiċijiet minbarra dawk stabbiliti fl-Anness A ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw fir-rigward tal-applikazzjonijiet u tal-awtorizzazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet relatati mas-simplifikazzjoni ta' kif jiġu stabbiliti l-ammonti li jkunu parti mill-valur doganali tal-merkanzija;

(b)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet relatati mal-garanziji komprensivi;

(c)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għal ħlas differit;

(d)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għat-tħaddim ta' faċilitajiet ta' ħażna temporanja kif imsemmija fl-Artikolu 148 tal-Kodiċi;

(e)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi regolari tat-trasport marittimu;

(f)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għal emittent awtorizzat;

(g)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-istatus ta' min huwa awtorizzat għall-użin tal-banana;

(h)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-awtovalutazzjoni;

(i)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-istatus ta' destinatarju awtorizzat għall-operazzjonijiet TIR;

(j)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-istatus ta' konsenjatur awtorizzat għat-tranżitu fl-Unjoni;

(k)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-istatus ta' destinatarju awtorizzat għat-tranżitu fl-Unjoni;

(l)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta' siġilli ta' tip speċjali;

(m)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta' dikjarazzjoni ta' tranżitu b'sett imnaqqas ta' dejta;

(n)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta' dokument elettroniku tat-trasport bħala dikjarazzjoni doganali.

6.   Sad-data tal-implimentazzjoni tas-sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li jiġu użati l-formati u l-kodiċijiet tar-rekwiżiti tad-dejta tal-applikazzjonijiet u tal-awtorizzazzjonijiet stabbiliti fl-Anness 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341 minflok ir-rekwiżiti tad-dejta stabbiliti fl-Anness A ta' dan ir-Regolament għall-applikazzjonijiet u għall-awtorizzazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta' dikjarazzjoni ssimplifikata;

(b)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-ikklerjar ċentralizzat;

(c)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għad-dħul ta' dejta fir-rekords tad-dikjarant;

(d)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-proċedura tal-ipproċessar attiv;

(e)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-proċedura tal-ipproċessar passiv;

(f)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu aħħari;

(g)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-ammissjoni temporanja;

(h)

l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet għat-tħaddim tal-faċilitajiet ta' ħżin għall-ħażna doganali;

7.   Minkejja l-paragrafu 6, sad-dati tal-implimentazzjoni tas-Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni (AES) tal-KDU jew tal-aġġornament tas-Sistemi ta' Importazzjoni Nazzjonali msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, meta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tkun ibbażata fuq dikjarazzjoni doganali skont l-Artikolu 163(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, il-formati u l-kodiċijiet stabbiliti fl-Anness 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341 għandhom japplikaw fir-rigward ta' elementi tad-dejta addizzjonali meħtieġa għal dik l-applikazzjoni.

(*3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/578 tal-11 ta' April 2016 li tistabbilixxi Programm ta' Ħidma relatat mal-iżvilupp u t-tnedija tas-sistemi elettroniċi previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 99, 15.4.2016, p. 6)."

(*4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 (ĠU L 69, 15.3.2016, p. 1).”"

(2)

Fl-Artikolu 57(1), jiżdied is-sottoparagrafu li ġej:

“Referenzi f'arranġamenti ta' importazzjoni speċjali mhux preferenzjali għal ċertifikati ta' oriġini maħruġa skont l-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom jitqiesu bħala referenzi għaċ-ċertifikati ta' oriġini msemmija f'dan l-Artikolu.”.

(3)

L-Artikolu 62 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 62

Dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu fit-tul

(L-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.   Meta fornitur jipprovdi regolarment lil esportatur jew kummerċjant b'konsenji ta' prodotti, u jkun mistenni li dawk il-prodotti kollha jkollhom l-istess status tal-oriġini, il-fornitur jista' jipprovdi dikjarazzjoni waħda li tkun tkopri diversi kunsinni ta' dawk il-prodotti (dikjarazzjoni tal-fornitur fit-tul).

2.   Dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu ta' żmien twil tista' tinħareġ għal kunsinni mibgħuta matul perjodu ta' żmien u għandha tiddikjara tliet dati:

(a)

id-data li fiha ssir id-dikjarazzjoni (data tal-ħruġ);

(b)

id-data tal-bidu tal-perjodu (data tal-bidu), li ma tistax tkun iktar minn 12-il xahar qabel jew iktar minn 6 xhur wara d-data tal-ħruġ;

(c)

id-data tat-tmiem tal-perjodu (data tat-tmiem), li ma tistax tkun iktar minn 24 xahar wara d-data tal-bidu.

3.   Il-fornitur għandu jgħarraf lill-esportatur jew lill-kummerċjant ikkonċernat minnufih meta d-dikjarazzjoni tal-fornitur għal perjodu ta' żmien twil ma tkunx valida fir-rigward ta' wħud mill-kunsinni jew tal-kunsinni kollha tal-prodotti fornuti u li jridu jiġu fornuti.”

(4)

L-Artikolu 68 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 68

Reġistrazzjoni tal-esportaturi barra mill-qafas tal-iskema SĠP tal-Unjoni

(L-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi)

1.   Meta l-Unjoni jkollha arranġament preferenzjali li jeħtieġ li esportatur jimla dokument dwar l-oriġini skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, tali dokument jista' jimtela biss minn esportatur li jkun irreġistrat għal dak l-iskop mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru. L-identità ta' tali esportaturi għandha tiġi rreġistrata fis-Sistema tal-Esportaturi Rreġistrati (REX) imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578. Is-Sottotaqsimiet 2 sa 9 ta' din it-Taqsima għandhom japplikaw mutatis mutandis.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 11(1)(d), 16, 17 u 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta' applikazzjonijiet u s-sospensjoni ta' deċiżjonijiet u l-Artikoli 10 u 15 ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw. L-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati ma' dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu skambjati u maħżuna f'sistema elettronika ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-pajjiż terz li miegħu l-Unjoni jkollha arranġament preferenzjali bl-indirizzi tal-awtoritajiet doganali responsabbli għall-kontroll ta' dokument dwar l-oriġini komplut mill-esportatur irreġistrat fl-Unjoni skont dan l-Artikolu.

4.   Minkejja l-paragrafu 1, meta l-arranġament preferenzjali applikabbli ma jispeċifikax il-limitu tal-valur sa fejn esportatur li mhuwiex esportatur irreġistrat jista' jimla dokument dwar l-oriġini, il-limitu tal-valur għandu jkun ta' EUR 6 000 għal kull kunsinna.

5.   Minkejja l-paragrafu 1, sal-31 ta' Diċembru 2017, dokument dwar l-oriġini jista' jimtela minn esportatur li ma jkunx ġie rreġistrat iżda huwa esportatur approvat fl-Unjoni. L-Artikolu 77(7) għandu japplika kif xieraq.”

(5)

L-Artikolu 69(2) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Meta l-prova tal-oriġini meħtieġa għall-finijiet tal-miżura tat-tariffa preferenzjali msemmija fil-paragrafu 1 tkun ċertifikat tal-moviment EUR.1, ċertifikat governattiv ieħor tal-oriġini, dikjarazzjoni ta' oriġini jew dikjarazzjoni ta' fattura, il-prova tal-oriġini ta' sostituzzjoni għandha tinħareġ jew titfassal fil-forma ta' wieħed mid-dokumenti li ġejjin:

(a)

dikjarazzjoni tal-oriġini ta' sostituzzjoni jew dikjarazzjoni tal-fattura ta' sostituzzjoni maħruġa minn esportatur approvat li jikkonsenja l-prodotti mill-ġdid;

(b)

dikjarazzjoni tal-oriġini ta' sostituzzjoni jew dikjarazzjoni tal-fattura ta' sostituzzjoni jew dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini maħruġa minn kwalunkwe rikonsenjatur tal-prodotti meta l-valur totali tal-prodotti oriġinarji fil-kunsinna inizjali li trid tinqasam ma jaqbiżx il-limitu tal-valur applikabbli;

(c)

dikjarazzjoni tal-oriġini ta' sostituzzjoni jew dikjarazzjoni tal-fattura ta' sostituzzjoni jew dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini maħruġa minn kwalunkwe rikonsenjatur tal-prodotti meta l-valur totali tal-prodotti oriġinarji fil-kunsinna inizjali li trid tinqasam jaqbeż il-limitu tal-valur applikabbli, u r-rikonsenjatur jehmeż kopja tal-prova tal-oriġini inizjali mad-dikjarazzjoni tal-oriġini ta' sostituzzjoni jew mad-dikjarazzjoni tal-fattura ta' sostituzzjoni jew mad-dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini;

(d)

ċertifikat tal-moviment EUR.1 maħruġ mill-uffiċċju doganali li taħt il-kontroll tiegħu jitpoġġew il-prodotti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ir-rikonsenjatur ma jkunx esportatur approvat jew esportatur irreġistrat u ma jagħtix il-kunsens sabiex tiġi mehmuża kopja tal-prova tal-oriġini inizjali mal-prova ta' sostituzzjoni;

(ii)

il-valur totali tal-prodotti oriġinarji fil-kunsinna inizjali jaqbeż il-limitu tal-valur applikabbli li 'l fuq minnu l-esportatur għandu jkun esportatur approvat jew esportatur irreġistrat sabiex ikun jista' joħroġ prova ta' sostituzzjoni;

(e)

dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini magħmula minn esportatur irreġistrat li jikkonsenja l-prodotti mill-ġdid.”.

(6)

Fl-Artikolu 73, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Fuq talba ta' pajjiż benefiċjarju, Il-Kummissjoni għandha tibgħat lil dak il-pajjiż benefiċjarju l-kampjuni tal-marka tat-timbri użati mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-ħruġ taċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1.”.

(7)

Fl-Artikolu 80(4), tiżdied is-sentenza li ġejja:

“L-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru għandhom jinfurmaw l-esportatur irreġistrat bil-modifiki tad-dejta tar-reġistrazzjoni tiegħu.”.

(8)

L-Artikolu 85 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Mill-1 ta' Jannar 2018, l-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri kollha għandhom jieqfu joħorġu ċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 u l-esportaturi approvati għandhom jieqfu joħorġu d-dikjarazzjonijiet tal-fatturi għall-fini ta' kumulazzjoni tal-Artikolu 53 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.”;

(b)

fil-paragrafu 3, jiżdied it-tieni sottoparagrafu li ġej:

“Sal-31 ta' Diċembru 2017, esportaturi approvati fi Stati Membri li jkunu għadhom ma ġewx irreġistrati jistgħu joħorġu dikjarazzjonijiet ta' fattura għall-fini ta' kumulazzjoni tal-Artikolu 53 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.”.

(9)

L-Artikolu 86(3) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Għall-finijiet tal-esportazzjonijiet taħt l-iskema SĠP tal-Unjoni, tan-Norveġja jew tal-Iżvizzera, l-esportaturi se jkunu meħtieġa li jiġu rreġistrati darba biss.

Għandu jiġi assenjat numru ta' esportatur irreġistrat lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju bil-għan li jkun jista' jesporta taħt l-iskemi SĠP tal-Unjoni, tan-Norveġja u tal-Iżvizzera, sakemm dawk il-pajjiżi jkunu rrikonoxxew il-pajjiż fejn saret ir-reġistrazzjoni bħala pajjiż benefiċjarju.

L-ewwel u t-tieni sottoparagrafu għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-finijiet ta' esportazzjonijiet taħt l-iskema SĠP tat-Turkija, ladarba dak il-pajjiż jibda japplika s-sistema REX. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) id-data li fiha t-Turkija tibda tapplika dik is-sistema.”.

(10)

L-Artikolu 158 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 158

Livell ta' garanzija komprensiva

(l-Artikolu 95(2) u (3) tal-Kodiċi)

1.   Taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 84 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, l-ammont tal-garanzija komprensiva msemmi fl-Artikolu 95(2) tal-Kodiċi għandu jitnaqqas għal 50 %, 30 % jew 0 % tal-parti tal-ammont ta' referenza determinat skont l-Artikolu 155(3)(b) ta' dan ir-Regolament.

2.   L-ammont tal-garanzija komprensiva msemmi fl-Artikolu 95(3) tal-Kodiċi għandu jitnaqqas għal 30 % tal-parti tal-ammont ta' referenza determinat skont l-Artikolu 155(2) u l-Artikolu 155(3)(a) ta' dan ir-Regolament.”.

(11)

Fl-Artikolu 161, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“Mid-data li fiha r-revoka jew il-kanċellazzjoni jsiru effettivi, ebda vawċer tal-garanzija individwali maħruġ iktar kmieni ma jista' jintuża biex titqiegħed il-merkanzija taħt il-proċedura ta' tranżitu tal-Komunità.”

(12)

L-Artikolu 163 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 163

Responsabbiltà tal-assoċjazzjonijiet ta' garanzija għal operazzjonijiet TIR

(l-Artikoli 226(3)(b) u 227(2)(b) tal-Kodiċi)

Għall-finijiet tal-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Merkanzija taħt il-kopertura ta' carnets TIR, inklużi kwalunkwe emenda sussegwenti tagħha (il-Konvenzjoni TIR), fejn operazzjoni TIR tiġi mwettqa fit-territorju doganali tal-Unjoni, kwalunkwe assoċjazzjoni ta' garanzija stabbilita fit-territorju doganali tal-Unjoni tista' ssir responsabbli għall-ħlas tal-ammont garantit relatat mal-merkanzija kkonċernata fl-operazzjoni TIR sa limitu, għal kull carnet TIR, ta' EUR 100 000 jew l-ekwivalenti tal-munita nazzjonali ta' dan l-ammont.”.

(13)

L-Artikolu 231(11) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“11.   Sad-dati rispettivi tal-implimentazzjoni tal-AES u tal-Iżdoganar Centralizzat għall-Importazzjoni (CCI) tal-KDU msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, il-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw.”.

(14)

Fl-Artikolu 329, il-paragrafu 8 jitħassar.

(15)

L-Artikolu 333(7) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“7.   Permezz ta' deroga mill-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2, sad-dati tal-implimentazzjoni tal-AES imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/578, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 329, il-limitu ta' żmien għall-uffiċċju doganali tat-tluq li jgħarraf lill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni dwar il-ħruġ tal-merkanzija għandu jkun l-ewwel jum ta' ħidma wara l-jum li fih il-merkanzija titqiegħed skont il-proċedura ta' tranżitu jew il-merkanzija tiġi ttrasportata 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni jew tiġi rilaxxata l-proċedura ta' tranżitu.”

(16)

Fl-Anness B, it-Titolu 1 “Il-formati u l-kardinalità tar-rekwiżiti komuni tad-dejta tad-dikjarazzjonijiet u tan-notifiki” jiġi emendat kif ġej:

(a)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta “2/1 Id-dikjarazzjoni simplifikata/Id-dokumenti preċedenti”, fil-kolonna “Il-format tal-E.D. (It-tip/It-tul)” it-test “Il-kategorija tad-dokument: a1+” jitħassar;

(b)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta “4/4 Il-kalkolu tat-taxxi — Il-bażi tat-taxxa”, fil-kolonna “Il-format tal-E.D. (It-tip/It-tul)”, jiżdied it-test li ġej:

“JEW

L-ammont: n..16,2”;

(c)

fir-ringiela li tikkorrispondi għall-element ta' dejta “5/8 Il-kodiċi tal-pajjiż tad-destinazzjoni”, fil-kolonna “In-noti”, jiżdied it-test li ġej:

“Fil-kuntest ta' operazzjonijiet ta' tranżitu, il-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166 alpha-2 għandu jintuża.”;

(17)

Fl-Anness B, it-Titolu II “Il-kodiċijiet b'rabta mar-rekwiżiti komuni tad-dejta tad-dikjarazzjonijiet u tan-notifiki” jiġi emendat kif ġej:

(a)

l-element ta' dejta “2/1. Id-dikjarazzjoni simplifikata/Id-dokumenti preċedenti” jiġi emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Dan l-element ta' dejta fih kodiċijiet alfanumeriċi.

Kull kodiċi għandu tliet komponenti. L-ewwel komponent (an..3), li fih ġabra ta' ċifri u/jew ittri, jintuża sabiex jiġi identifikat it-tip ta' dokument. It-tieni komponent (an..35) jirrappreżenta d-dejta meħtieġa sabiex dak id-dokument jiġi rikonoxxut, jew in-numru tal-identifikazzjoni tiegħu jew inkella xi referenza rikonoxxibbli oħra. It-tielet komponent (an..5) jintuża sabiex jiġi identifikat liema oġġett tad-dokument preċedenti tkun qiegħda ssir referenza għalih.

Meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali fuq il-karta, it-tliet komponenti jiġu sseparati b'singijiet (–).”;

(ii)

it-taqsima li tibda bil-kliem “1. L-ewwel komponent (a1):” titħassar;

(iii)

l-intestatura “2. It-tieni komponent (an..3):” tiġi sostitwita bil-kliem “1. L-ewwel komponent (an..3)”:

(iv)

l-intestatura “3. It-tielet komponent (an..35):” tiġi sostitwita bil-kliem “2. It-tieni komponent (an..35)”:

(v)

l-intestatura “4. Ir-raba' komponent (an 5):” tiġi sostitwita bil-kliem “3. It-tielet komponent (n..5)”;

(vi)

iż-żewġ inċiżi fit-taqsima “Eżempji” taħt l-intestatura “4. Ir-raba' komponent (an..5)” jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“—

L-oġġett tad-dikjarazzjoni kkonċernat kien il-ħames oġġett fuq id-dokument tat-tranżitu T1 (id-dokument preċedenti), liema oġġett ġie assenjat in-numru “238 544” mill-uffiċċju tad-destinazzjoni. Għalhekk, il-kodiċi se jkun “821-238544-5”. (“821” għall-proċedura tat-tranżitu, “238544” għan-numru tar-reġistrazzjoni tad-dokument (jew l-MRN għall-operazzjonijiet tal-NCTS (is-sistema kompjuterizzata l-ġdida tat-tranżitu)) u “5” għan-numru tal-oġġett).

Il-merkanzija ġiet iddikjarata permezz ta' dikjarazzjoni simplifikata. Ġie allokat l-MRN “16DE9876AB889012R1”. Għalhekk, fid-dikjarazzjoni supplimentari, il-kodiċi se jkun “SDE-16DE9876AB889012R1”. (“SDE” għad-dikjarazzjoni simplifikata, “16DE9876AB889012R1” għall-MRN tad-dokument).”;

(b)

l-element ta' dejta “2/2. Tagħrif addizzjonali” jiġi emendat kif ġej:

(i)

fit-tabella tat-taqsima “Il-kategorija ġenerali — Il-kodiċi 0xxxx”, l-aħħar ringiela titħassar;

(ii)

fit-tabella tat-taqsima “Mal-importazzjoni: Il-kodiċi 1xxxx”, l-aħħar ringiela titħassar;

(iii)

fit-tabella tat-taqsima “Mal-esportazzjoni: Il-kodiċi 3xxxx”, fit-tielet ringiela, il-bażi legali relatata mal-kodiċi “30 500” tiġi sostitwita bl-“Artikolu 329(7)”;

(18)

Fl-Anness 22-14, tiżdied in-nota introduttorja li ġejja:

“7.

Ċertifikati li jkollhom fil-kaxxa tan-naħa ta' fuq tal-lemin it-test tal-verżjoni l-qadima “ĊERTIFIKAT TAL-ORIĠINI għall-importazzjonijiet ta' prodotti agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea” u fil-kaxxa “In-noti” it-test tal-verżjoni l-qadima, jistgħu jintużaw ukoll sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jew sal-1 ta' Mejju 2019, skont liema tiġi l-ewwel.”.

(19)

L-Anness 22-16 jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-test tan-nota f'qiegħ il-paġna 7 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(7)

Indika d-dati tal-bidu u tat-tmiem. Il-perjodu ma għandux jaqbeż l-24 xahar.”.

(b)

it-test tan-nota f'qiegħ il-paġna 8 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(8)

Il-post u d-data tal-ħruġ.”.

(20)

L-Anness 22-18 jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-test tan-nota f'qiegħ il-paġna 8 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(8)

Indika d-dati tal-bidu u tat-tmiem. Il-perjodu ma għandux jaqbeż l-24 xahar.”;

(b)

it-test tan-nota f'qiegħ il-paġna 9 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(9)

Il-post u d-data tal-ħruġ.”.

(21)

L-Anness 32-01 jiġi sostitwit bit-test fl-Anness VII ta' dan ir-Regolament.

(22)

L-Anness 32-02 jiġi sostitwit bit-test fl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament.

(23)

L-Anness 32-03 jiġi sostitwit bit-test fl-Anness IX ta' dan ir-Regolament.

(24)

L-Anness 72-04 jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti I tiġi emendata kif ġej:

(i)

fil-punti 2.1. u 2.2. tal-Kapitolu I “Dispożizzjonijiet Ġenerali”, il-kliem “L-Anness B-01” jiġi sostitwit bil-kliem “L-Anness B-01 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446”;

(ii)

fil-punt 3.1. tal-Kapitolu II “Ir-regoli ta' Implimentazzjoni”, il-kliem “L-Anness B-01” jiġi sostitwit bil-kliem “l-Anness B-01 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446”;

(iii)

fil-punt 9 tal-Kapitolu III “L-operat tal-proċedura”, il-kliem “l-Artikolu 300” jiġi sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 302”;

(iv)

fil-Kapitolu III “L-operat tal-proċedura”, il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 19.2.:

“19.3.

Il-perjodu tal-validità ta' ċertifikat ta' garanzija komprensiva jew ta' ċertifikat tat-tneħħija (tal-obbligu) ta' garanzija ma għandux jaqbeż is-sentejn. Madankollu, dan il-perjodu jista' jiġi estiż mill-uffiċċju doganali tal-garanzija għal perjodu ulterjuri li ma jaqbiżx is-sentejn.

19.4.

Mid-data tar-revoka ta' awtorizzazzjoni għall-użu ta' garanzija komprensiva jew ir-revoka u l-kanċellazzjoni ta' impenn previst f'każ ta garanzija komprensiva, kwalunkwe ċertifikat maħruġ ma jistax jintuża sabiex titqiegħed merkanzija taħt il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni u għandu jintbagħat lura mid-detentur tal-proċedura lill-uffiċċju doganali tal-garanzija mingħajr dewmien.

Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-mezzi li permezz tagħhom jistgħu jiġu identifikati ċ-ċertifikati li għadhom validi u li għadhom ma ġewx irritornati, jew li ġew iddikjarati misruqa, mitlufa jew falsifikati. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra kif meħtieġ.”;

(b)

Il-Parti II tiġi emendata kif ġej:

(i)

fil-Kapitolu VI “Iċ-ċertifikat ta' garanzija komprensiva”, il-formola TC 31 — IĊ-ĊERTIFIKAT TA' GARANZIJA KOMPRENSIVA tiġi sostitwita bil-formola stabbilita fl-Anness V ta' dan ir-Regolament;

(ii)

fil-Kapitolu VII “Iċ-ċertifikat tat-tneħħija (tal-obbligu) ta' garanzija”, il-formola TC 33 — IĊ-ĊERTIFIKAT TAT-TNEĦĦIJA (TAL-OBBLIGU TA' GARANZIJA) tiġi sostitwita bil-formola stabbilita fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament;

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, (ĠU L 69, 15.3.2016, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju(ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(7)  ĠU L 252, 14.9.1978, p. 2.

(8)  Il-Konvenzjoni dwar proċedura ta' tranżitu komuni (ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2)


ANNESS I

ANNESS 12-03

IT-TIKKETTA LI GĦANDHA TIĠI MWAĦĦLA FUQ IL-BAGALJI TAL-ISTIVA F'AJRUPORT TAL-UNJONI (Artikolu 44)

1.   KARATTERISTIĊI

It-tikketta msemmija fl-Artikolu 44 għandha tkun iddisinjata b'tali mod li ma tkunx tista' tintuża mill-ġdid.

(a)

It-tikketta għandu jkollha strixxa ħadra wiesa' mill-anqas 5 mm mat-tul kollu taż-żewġt itruf tas-sezzjonijiet relatati mal-vjaġġ u mal-identifikazzjoni. Barra minn hekk, dawk l-istrixxi l-ħodor jistgħu jiġu estiżi wkoll għal partijiet oħra tat-tikketta tal-bagalja, bl-eċċezzjoni tal-partijiet kollha li juru n-numru tat-tikketta bil-barcode li jridu jiġu stampati fuq sfond kompletament abjad. (Ara l-kampjuni f'2(a))

(b)

Għal “valiġġa mgħaġġla”, it-tikketta għandu jkollha strixxi ħodor minflok strixxi ħomor tul it-truf tagħha. (Ara l-kampjuni f'2(b))

2.   MUDELLI

(a)

Image

(b)

Image


ANNESS II

ANNESS 22-06

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

(1)

Din il-formola tal-applikazzjoni hija komuni għall-iskemi SĠP ta' erba' entitajiet: l-Unjoni (UE), in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija (“l-entitajiet”). Madankollu, jekk jogħġbok innota li l-iskemi SĠP rispettivi ta' dawn l-entitajiet jistgħu jvarjaw f'termini ta' kopertura tal-pajjiżi u tal-prodotti. B'konsegwenza ta' dan, reġistrazzjoni partikolari tkun effettiva biss għall-fini ta' esportazzjonijiet skont l-iskema(i) SĠP li tikkunsidra/jikkunsidraw lill-pajjiżek bħala pajjiż benefiċjarju.

(2)

L-indikazzjoni tan-numru EORI hija obbligatorja għall-esportaturi u għar-rikonsenjaturi tal-UE. L-indikazzjoni tan-numru NIT hija obbligatorja għall-esportaturi fil-pajjiżi benefiċjarji, fin-Norveġja, fl-Iżvizzera u fit-Turkija.

(3)

Meta l-applikazzjonijiet biex issir esportatur irreġistrat jew skambji oħra ta' informazzjoni bejn l-esportaturi rreġistrati u l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi benefiċjarji jew l-awtoritajiet doganali fi Stati Membri jsiru bl-użu ta' tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta, il-firma u t-timbru msemmija fil-kaxxi 5, 6 u 7 għandhom jiġu sostitwiti minn awtentikazzjoni elettronika.


ANNESS III

ANNESS 22-09

Id-dikjarazzjoni fuq fattura

Id-dikjarazzjoni fuq fattura, li t-test tagħha jinsab hawn taħt, jeħtieġ li ssir skont in-noti f'qiegħ il-paġna. Madankollu, in-noti f'qiegħ il-paġna ma għandhomx jiġu riprodotti.

Il-verżjoni bil-Franċiż

L'exportateur des produits couverts par le présent document [autorisation douanière no (1) déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle … (2) au sens des règles d'origine du Système des préférences tarifaires généralisées de l'Union européenne… (3) et (4).

Il-verżjoni bl-Ingliż

The exporter of the products covered by this document (customs authorisation No … (1) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … preferential origin (2) according to rules of origin of the Generalised System of Preferences of the European Union (3) and (4).

Il-verżjoni bl-Ispanjol

El exportador de los productos incluidos en el presente documento (autorización aduanera no (1) declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial … (2) en el sentido de las normas de origen del Sistema de preferencias generalizado de la Unión europea (3) y (4).

(il-post u d-data) (5)

(Il-firma tal-esportatur; kif ukoll l-isem tal-persuna li tiffirma d-dikjarazzjoni trid tiġi indikata b'kitba ċara) (6)


(1)  Meta d-dikjarazzjoni fuq fattura timtela minn esportatur approvat mill-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 77(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jiddaħħal f'dan l-ispazju. Meta (kif dejjem ikun il-każ bid-dikjarazzjonijiet fuq fattura li jimtlew fil-pajjiżi benefiċjarji) id-dikjarazzjoni fuq fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi għandu jitħalla barra jew l-ispazju għandu jitħalla vojt.

(2)  Irid jiġi indikat il-pajjiż ta' oriġini tal-prodotti. Meta d-dikjarazzjoni fuq fattura jkollha rabta totali jew parzjali mal-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla skont it-tifsira tal-Artikolu 112 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fuqu timtela d-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’.

(3)  Fejn ikun xieraq, daħħal waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin: “EU cumulation”, “Norway cumulation”, “Switzerland cumulation”, “Turkey cumulation”, “regional cumulation”, “extended cumulation with country x”, jew “Cumul UE”, “Cumul Norvège”, “Cumul Suisse”, “Cumul Turquie”, “cumul regional”, “cumul étendu avec le pays x” jew “Acumulación UE”,“Acumulación Noruega”, “Acumulación Suiza”, “Acumulación Turquía”, “Acumulación regional”, “Acumulación ampliada con en país x”.

(4)  Jekk id-dikjarazzjoni fuq fattura timtela fil-kuntest ta' ftehim kummerċjali preferenzjali ieħor, ir-referenza għas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi għandha tiġi sostitwita bir-referenza għal dan il-ftehim kummerċjali preferenzjali.

(5)  Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tkun tinsab fid-dokument innifsu.

(6)  Ara l-Artikolu 77(7) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 (li jikkonċerna biss l-esportaturi approvati tal-Unjoni Ewropea). F'każijiet fejn l-esportatur ma għandux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni mill-firma timplika wkoll eżenzjoni mill-isem tal-firmatarju.


ANNESS IV

“INF 3 — Il-folja tat-tagħrif dwar il-merkanzija ritornata

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS V

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS VI

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS VII

ANNESS 32-01

L-IMPENN TAL-GARANTI — IL-GARANZIJA INDIVIDWALI

I.   Impenn mill-garanti

1.

Min iffirma hawn taħt (1)

Residenti (2)

bil-preżenti jiggarantixxi b'mod konġunt u in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta' …

sa ammont massimu ta' …

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq), u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija (3), il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino (4), kwalunkwe ammont li għalih il-persuna li qiegħda tipprovdi din il-garanzija (5): …

tista' tkun jew tista' ssir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta' dazju u imposti oħra (1) fir-rigward tal-merkanzija deskritta hawn isfel u li hija koperta mill-operat doganali li ġej (6): …

Deskrizzjoni tal-merkanzija: …

2.

Min iffirma hawn taħt jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jagħmel differiment tas-somom mitluba lil hinn minn 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma tistabbilixxix qabel ma jiskadi dak il-perjodu, u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, li l-proċedura speċjali ħlief il-proċedura tal-użu aħħari twettqet, is-superviżjoni doganali tal-merkanzija tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja ġiet rilaxxata b'mod korrett jew, fil-każ tal-operat għajr il-proċeduri speċjali u l-ħżin temporanju, li s-sitwazzjoni tal-merkanzija ġiet regolarizzata.

Fuq talba ta' min iffirma hawn taħt u għal kwalunkwe raġuni li tkun rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li fih min iffirma jkun obbligat li jħallas is-somom mitluba lil hinn minn perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta' dan il-perjodu addizzjonali, b'mod partikolari kwalunkwe mgħax, iridu jiġu kkalkolati b'tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jiġi impost taħt kundizzjonijiet simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3.

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Min iffirma hawn taħt għandu jibqa' responsabbli għall-pagament ta' kwalunkwe dejn li jiġġarrab matul l-l-operat tat-tranżitu tal-Unjoni jew komuni kopert minn dan l-impenn u li beda qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4.

Għall-fini ta' dan l-impenn, min iffirma hawn taħt jagħti l-indirizz tiegħu tas-servizz f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħrajn imsemmija fil-punt 1 bħala (7)

Il-pajjiż

Il-kunjom u l-ismijiet, jew l-isem tal-impriża, u l-indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Min iffirma hawn taħt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzat lil wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jew magħmul bil-miktub f'wieħed minnhom, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Min iffirma hawn taħt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz tas-servizz.

Min iffirma hawn taħt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz tiegħu tas-servizz jew, jekk ikollu jibdel indirizz wieħed jew iktar minn dawk l-indirizzi, li jinforma l-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Fi …

nhar …

(Il-firma) (8)

II.   L-approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija …

L-impenn tal-garanti approvat nhar …sabiex ikopri l-operat doganali mwettaq skont id-dikjarazzjoni doganali/id-dikjarazzjoni tal-ħażna temporanja Nru …ta' … (9)

(Timbru u Firma)


(1)  Il-kunjom u l-isem jew l-isem tal-impriża.

(2)  L-indirizz sħiħ.

(3)  Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-Istat(i) li fuq it-territorju tiegħu/tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija.

(4)  Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino għandhom japplikaw biss għall-operat tat-tranżitu tal-Unjoni.

(5)  Il-kunjom u l-isem, jew l-isem tal-impriża u l-indirizz sħiħ tal-persuna li qiegħda tipprovdi l-garanzija.

(1)  

5a

Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħrajn dovuti b'rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni/komuni jew tista' tintuża f'iktar minn Stat Membru wieħed.

(6)  Daħħal wieħed minn dan l-operat doganali:

(a)

il-ħażna temporanja,

(b)

il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni/il-proċedura ta' tranżitu komuni,

(c)

il-proċedura tal-ħażna doganali,

(d)

il-proċedura tal-ammissjoni temporanja b'eżenzjoni totali mid-dazju tal-importazzjoni,

(e)

il-proċedura ta' pproċessar attiv,

(f)

il-proċedura ta' użu aħħari,

(g)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont id-dikjarazzjoni doganali normali mingħajr ħlas differit,

(h)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont id-dikjarazzjoni doganali normali bi ħlas differit,

(i)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont id-dikjarazzjoni doganali ppreżentata f'konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,

(j)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont id-dikjarazzjoni doganali ppreżentata f'konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni,

(k)

il-proċedura ta' ammissjoni temporanja b'eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni,

(l)

jekk oħrajn — indika t-tip l-ieħor ta' operat.

(7)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz tas-servizz, il-garanti għandu jaħtar, f'dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni sottoparagrafu kif ukoll l-impenn fir-raba' sottoparagrafu tal-punt 4 jridu jsiru b'tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-postijiet li fihom jinsabu l-indirizzi tas-servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandhom jkollhom il-ġuriżdizzjoni f'każijiet ta' tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(8)  Qabel ma jiffirma l-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: “Il-garanzija għall-ammont ta'…” (l-ammont jinkiteb bil-kliem).

(9)  Għandha timtela mill-uffiċċju fejn tqiegħdet il-merkanzija skont il-proċedura jew fejn il-merkanzija kienet f'ħażna temporanja.


ANNESS VIII

ANNESS 32-02

L-impenn tal-garanti — il-garanzija individwali fil-forma ta' vawċers

IL-PROĊEDURA TAT-TRANŻITU KOMUNI/TAL-UNJONI

I.   Impenn mill-garanti

1.

Min iffirma hawn taħt (1)

Residenti (2)

bil-preżenti jiggarantixxi b'mod konġunt u in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta' …

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq), u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino (3), kwalunkwe ammont li għalih id-detentur tal-proċedura jista' jkun jew jista' jsir responsabbli lejn il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta' dazju u imposti oħra li jkunu dovuti b'rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija mqiegħda skont il-proċedura tat-tranżitu tal-Unjoni jew komuni, li fir-rigward tagħhom min iffirma hawn taħt impenja ruħu li joħroġ vawċers ta' garanzija individwali sa massimu ta' EUR 10 000 għal kull vawċer.

2.

Min iffirma hawn taħt, jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jagħmel differiment tas-somom mitluba lil hinn minn 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sa EUR 10 000 għal kull vawċer ta' garanzija individwali, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma tistabbilixxix qabel ma jiskadi dak il-perjodu, u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-proċedura ġiet rilaxxata.

Fuq talba ta' min iffirma hawn taħt u għal kwalunkwe raġuni li tkun rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li fih min iffirma jkun obbligat li jħallas is-somom mitluba lil hinn minn perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta' dan il-perjodu addizzjonali, b'mod partikolari kwalunkwe mgħax, iridu jiġu kkalkolati b'tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jiġi impost taħt kundizzjonijiet simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3.

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Min iffirma hawn taħt għandu jibqa' responsabbli għall-pagament ta' kwalunkwe dejn li jiġġarrab matul l-l-operat tat-tranżitu tal-Unjoni jew komuni kopert minn dan l-impenn u li beda qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-pagament issir wara dik id-data.

4.

Għall-fini ta' dan l-impenn, min iffirma hawn taħt jagħti l-indirizz tiegħu tas-servizz (4) f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħrajn imsemmija fil-punt 1 bħala

Il-pajjiż

Il-kunjom u l-ismijiet, jew l-isem tal-impriża, u l-indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Min iffirma hawn taħt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzat lil wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jew magħmul bil-miktub f'wieħed minnhom, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Min iffirma hawn taħt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz tas-servizz.

Min iffirma hawn taħt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz tiegħu tas-servizz jew, jekk ikollu jibdel indirizz wieħed jew iktar minn dawk l-indirizzi, li jinforma l-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Fi …

nhar …

(Il-firma) (5)

II.   L-approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija …

L-impenn tal-garanti approvat nhar …

(Timbru u Firma)


(1)  Il-kunjom u l-isem jew l-isem tal-impriża.

(2)  L-indirizz sħiħ.

(3)  Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino għandhom japplikaw biss għall-operat tat-tranżitu tal-Unjoni.

(4)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz tas-servizz, il-garanti għandu jaħtar, f'dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni sottoparagrafu kif ukoll l-impenn fir-raba' subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b'tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-postijiet li fihom jinsabu l-indirizzi tas-servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f'każijiet ta' tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(5)  Qabel jiffirma, il-firmatarju jrid iniżżel bil-miktub dan li ġej: “Validu bħala vawċer ta' garanzija”.


ANNESS IX

ANNESS 32-03

L-impenn tal-garanti — il-garanzija komprensiva

I.   Impenn mill-garanti

1.

Min iffirma hawn taħt (1)

Residenti (2)

bil-preżenti jiggarantixxi b'mod konġunt u in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta' …

sa ammont massimu ta' …

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq), u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija (3), il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino (4),

kwalunkwe ammont li għalih il-persuna li qiegħda tipprovdi din il-garanzija (5): …tista' tkun jew tista' ssir responsabbli lejn il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta' dazju u imposti oħra (6) li jista' jkun jew seta' kien imġarrab fir-rigward tal-merkanzija koperta mill-operat doganali indikat fil-punt 1a u/jew fil-punt 1b.

L-ammont massimu tal-garanzija jikkonsisti f'ammont ta':

(a)

li jkun 100/50/30 % (7) tal-parti tal-ammont ta' referenza li tikkorrispondi għal ammont ta' djun doganali u imposti oħrajn li jistgħu jiġġarrbu, li jkun ekwivalenti għas-somma tal-ammonti msemmija fil-punt 1a,

kif ukoll

(b)

li jkun 100/30 % (8) tal-parti tal-ammont ta' referenza li tikkorrispondi għal ammont ta' djun doganali u imposti oħrajn li ġġarrbu, li jkun ekwivalenti għas-somma tal-ammonti msemmija fil-punt 1b,

1a.

L-ammonti li jifformaw il-parti tal-ammont ta' referenza li tikkorrispondi għal ammont ta' djun doganali u, fejn japplikaw, imposti oħrajn li jistgħu jiġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull għan imsemmi hawn isfel (9):

(a)

il-ħażna temporanja — ….,

(b)

il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni/il-proċedura ta' tranżitu komuni — …,

(c)

il-proċedura tal-ħażna doganali — …,

(d)

il-proċedura tal-ammissjoni temporanja b'eżenzjoni totali mid-dazju tal-importazzjoni — …,

(e)

il-proċedura tal-ipproċessar attiv — …,

(f)

il-proċedura tal-użu aħħari — …

(g)

jekk oħrajn — indika t-tip l-ieħor ta' operat — ….

1b.

L-ammonti li jifformaw il-parti tal-ammont ta' referenza li tikkorrispondi għal ammont ta' djun doganali u, fejn japplikaw, imposti oħrajn li ġġarrbu huma dawn li ġejjin għal kull għan imsemmi hawn isfel (10):

(a)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont id-dikjarazzjoni doganali normali mingħajr ħlas differit — …,

(b)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont id-dikjarazzjoni doganali normali bi ħlas differit — …,

(c)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f'konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni — …,

(d)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f'konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni — …,

(e)

il-proċedura ta' aċċettazzjoni temporanja b'eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni — …,

(f)

il-proċedura tal-użu aħħari — … (11)

(g)

jekk oħrajn — indika t-tip l-ieħor ta' operat — ….

2.

Min iffirma hawn taħt, jimpenja ruħu li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jagħmel differiment tas-somom mitluba lil hinn minn 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma tistabbilixxix qabel ma jiskadi dak il-perjodu, u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, li l-proċedura speċjali ħlief il-proċedura tal-użu aħħari ġiet rilaxxata, is-superviżjoni doganali tal-merkanzija tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja ntemmet b'mod korrett jew, fil-każ tal-operat għajr il-proċeduri speċjali, li s-sitwazzjoni tal-merkanzija ġiet regolarizzata.

Fuq talba ta' min iffirma hawn taħt u għal kwalunkwe raġuni li tkun rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li fih min iffirma jkun obbligat li jħallas is-somom mitluba lil hinn minn perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti ta' dan il-perjodu addizzjonali, b'mod partikolari kwalunkwe mgħax, iridu jiġu kkalkolati b'tali mod li l-ammont ikun ekwivalenti għal dak li jiġi impost taħt kundizzjonijiet simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

Dan l-ammont ma jistax jitnaqqas bi kwalunkwe somma li diġà tkun tħallset skont it-termini ta' dan l-impenn, sakemm min iffirma hawn taħt ma jintalabx iħallas għal dejn imġarrab matul operat doganali li beda qabel ma waslet id-domanda preċedenti għal ħlas jew waqt it-30 jum ta' wara.

3.

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Min iffirma hawn taħt għandu jibqa' responsabbli għall-ħlas ta' kwalunkwe dejn imġarrab matul l-operat doganali kopert minn dan l-impenn u li beda qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk id-domanda għall-ħlas issir wara dik id-data.

4.

Għall-fini ta' dan l-impenn, min iffirma hawn taħt jagħti l-indirizz tiegħu tas-servizz (12) f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħrajn imsemmija fil-punt 1 bħala

Il-pajjiż

Il-kunjom u l-ismijiet, jew l-isem tal-impriża, u l-indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Min iffirma hawn taħt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzat lil wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jew magħmul bil-miktub f'wieħed minnhom, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Min iffirma hawn taħt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz tas-servizz.

Min iffirma hawn taħt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizz tiegħu tas-servizz jew, jekk ikollu jibdel indirizz wieħed jew iktar minn dawk l-indirizzi, li jinforma l-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Fi …

nhar …

(Il-firma) (13)

II.   L-approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija …

L-impenn tal-garanti aċċettat nhar …

(Timbru u Firma)


(1)  Il-kunjom u l-isem jew l-isem tal-impriża.

(2)  L-indirizz sħiħ.

(3)  Ħassar l-isem/l-ismijiet tal-pajjiż(i) li fit-territorju tiegħu/tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija.

(4)  Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino għandhom japplikaw biss għall-operat tat-tranżitu tal-Unjoni.

(5)  Il-kunjom u l-isem, jew l-isem tal-impriża, u l-indirizz sħiħ tal-persuna li qiegħda tipprovdi l-garanzija.

(6)  Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħrajn dovuti b'rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni/komuni jew tista' tintuża f'iktar minn Stat Membru wieħed jew f'iktar minn Parti Kontraenti waħda.

(7)  Ħassar dak li ma japplikax.

(8)  Ħassar dak li ma japplikax.

(9)  Il-proċeduri għajr it-tranżitu komuni japplikaw biss fl-Unjoni Ewropea.

(10)  Il-proċeduri għajr it-tranżitu komuni japplikaw biss fl-Unjoni Ewropea.

(11)  Għal ammonti ddikjarati f'dikjarazzjoni doganali għall-proċedura tal-użu aħħari.

(12)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz tas-servizz, il-garanti għandu jaħtar, f'dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni sottoparagrafu kif ukoll l-impenn fir-raba' sottoparagrafu tal-paragrafu 4 jridu jsiru b'tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-pajjiż tal-indirizzi tas-servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandhom ikollhom il-ġuriżdizzjoni f'każijiet ta' tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(13)  Qabel ma jiffirma l-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: “Il-garanzija għall-ammont ta'…” (l-ammont jinkiteb bil-kliem).


13.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/57


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/990

tat-12 ta' Ġunju 2017

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bayerisches Bier (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(3)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Ġermanja għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) “Bayerisches Bier”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1347/2001 (2).

(2)

Peress li l-emendi kkonċernati ma kinux minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni tal-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), kif meħtieġ mill-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)

Fit-22 ta' Frar 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' oppożizzjoni min-Netherlands. Fid-19 ta' April 2016, il-Kummissjoni rċeviet id-dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni motivata relatata.

(4)

Peress li din l-oppożizzjoni setgħet tintlaqa', bl-ittra tas-6 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni stiednet lill-Ġermanja u lin-Netherlands biex jipparteċipaw f'konsultazzjonijiet xierqa għal perjodu ta' tliet xhur biex jilħqu qbil bejniethom, skont il-proċeduri interni tagħhom.

(5)

L-iskadenza għall-konsultazzjoni ġiet estiża għal tliet xhur oħra.

(6)

Intlaħaq qbil bejn il-partijiet. Il-Ġermanja kkomunikat ir-riżultati tal-ftehim lill-Kummissjoni permezz tal-ittra tal-4 ta' Jannar 2017.

(7)

In-Netherlands kienet opponiet li l-aħħar paragrafu tas-sezzjoni 5 tad-dokument uniku konsolidat, kif ippubblikat, li jgħid “Il-konklużjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE skont il-proċedura tad-dikjarazzjoni simplifikata dwar ir-rabta bejn il-“Bayerisches Bier” u l-fama tagħha, ġew eżaminati u kkonfermati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Każ C-343/07”, ma jissodisfax ir-rekwiżiti għal emenda skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (4) u (UE) Nru 668/2014 (5).

(8)

Ir-raġunijiet mogħtija mill-opponent kienu dawn li ġejjin: l-applikazzjoni jkollha nuqqas ta' motivazzjonijiet jew spjegazzjonijiet għall-inserzjoni tal-paragrafu kkontestat; dak il-paragrafu ma jipprovdi l-ebda dettalji li jissostanzjaw ir-rabta maż-żona ġeografika, għalkemm qiegħed fis-sezzjoni tad-dokument uniku li jikkonċerna r-rabta; dak il-paragrafu ma jkunx korrett u jkun qarrieqi peress li l-Każ C-343/07 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea la eżamina u lanqas ikkonferma jekk ġiex issodisfat ir-rekwiżit sostantiv għal rabta diretta ma' żona ġeografika; dak il-paragrafu jikkawża preġudizzju lil Bavaria NV peress li jista' jipperikola l-eżistenza tat-trademarks “Bavaria” li jappartjenu lill-Bavaria NV jew li jintużaw minnha jew mill-affiljati tagħha.

(9)

Il-Ġermanja qablet li l-paragrafu kkontestat jitħassar.

(10)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li jenħtieġ li l-emenda tiġi approvata mingħajr il-paragrafu kkontestat fid-dokument uniku. Il-verżjoni kkonsolidata tad-dokument uniku jenħtieġ li tiġi ppubblikata għall-informazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-denominazzjoni “Bayerisches Bier” (IĠP) hija b'dan approvata. Id-dokument uniku aġġornat huwa stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92. (ĠU L 182, 5.7.2001, p. 3).

(3)  ĠU C 390, 24.11.2015, p. 25.

(4)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta' Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-istabbiliment ta' simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir-rigward ta' ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel. (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


ANNESS

DOKUMENT UNIKU

“BAYERISCHES BIER”

Nru tal-UE: DE-PGI-0117-01220 — 4.4.2014

DOP ( )

IĠP (X)

1.   Isem

“Bayerisches Bier”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 2.1. Birer

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)

Schankbier

fermentata minn taħt

Estratt tax-xgħir oriġinali (%)

:

7,0 — 9,0

(%) ta' alkoħol skont il-volum

:

2,5 — 3,5

Lewn (EBC)

:

5 — 20 unità

Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC)

:

10 — 30 unità

birra tfexfex, b'palat qawwi u mhux voluminuża b'anqas kaloriji u alkoħol f'dak li huwa volum meta mqabbla mal-Vollbier (birra ta' qawwa sħiħa)

Hell/Lager

fermentata minn taħt

Estratt tax-xgħir oriġinali (%)

:

11,0 — 12,5

(%) ta' alkoħol skont il-volum

:

4,5 — 5,5

Lewn (EBC)

:

5 — 20 unità

Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC)

:

10 — 25 unità

birra moderata, b'palat qawwi, ħafifa u kemxejn aromatika

Pils

fermentata minn taħt

Estratt tax-xgħir oriġinali (%)

:

11,0 — 12,5

(%) ta' alkoħol skont il-volum

:

4,5 — 6,0

Lewn (EBC)

:

5 — 15 unità

Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC)

:

30 — 40 unità

birra distintiva, kemxejn ħarxa b'laqta morra ġejja mill-ħaxixa tal-imrar

Export

fermentata minn taħt

Estratt tax-xgħir oriġinali (%)

:

12,0 — 13,5

(%) ta' alkoħol skont il-volum

:

4,5 — 6,0

Lewn (EBC)

:

5 — 65 unità (hell — dunkel)

Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC)

:

15 — 35 unità

togħma morra voluminuża u b'palat qawwi

Dunkel

fermentata minn taħt

Estratt tax-xgħir oriġinali (%)

:

11,0 — 14,0

(%) ta' alkoħol skont il-volum

:

4,5 — 6,0

Lewn (EBC)

:

40 — 65 unità

Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC)

:

15 — 35 unità

birra b'palat qawwi b'aroma tax-xgħir

Schwarzbier

fermentata minn taħt

Estratt tax-xgħir oriġinali (%)

:

11,0 — 13,0

(%) ta' alkoħol skont il-volum

:

4,5 — 6,0

Lewn (EBC)

:

65 — 150 unità

Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC)

:

15 — 40 unità

birra b'aroma mixwija, tagħti kemxejn lejn ix-xgħir u laqta morra ġejja mill-ħaxixa tal-imrar

Märzen/Festbier

fermentata minn taħt

Estratt tax-xgħir oriġinali (%)

:

13,0 — 14,5

(%) ta' alkoħol skont il-volum

:

5,0 — 6,5

Lewn (EBC)

:

7 — 40 unità

Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC)

:

12 — 45 unità

birra b'togħma tax-xgħir b'laqta kemxejn morra ġejja mill-ħaxixa tal-imrar

Bock

fermentata minn taħt

Estratt tax-xgħir oriġinali (%)

:

16,0 — 18,0

(%) ta' alkoħol skont il-volum

:

6,0 — 8,5

Lewn (EBC)

:

7 — 120 unità (hell — dunkel)

Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC)

:

15 — 40 unità

birra b'palat qawwi, b'togħma tax-xgħir u b'aroma delikata tal-ħaxixa tal-imrar

Doppelbock

fermentata minn taħt

Estratt tax-xgħir oriġinali (%)

:

18,0 — 21,0

(%) ta' alkoħol skont il-volum

:

7,0 — 9,5

Lewn (EBC)

:

10 — 150 unità (hell — dunkel)

Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC)

:

15 — 35 unità

birra distintivament b'palat qawwi, b'togħma tax-xgħir u bi ħjiel tal-karamella

Weizenschankbier

fermentata minn fuq

Estratt tax-xgħir oriġinali (%)

:

7,0 — 9,0

(%) ta' alkoħol skont il-volum

:

2,5 — 3,5

Lewn (EBC)

:

7 — 30 unità

Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC)

:

5 — 20 unità

birra tfexfex b'aroma tal-ħmira

Weizenbier

fermentata minn fuq

Estratt tax-xgħir oriġinali (%)

:

11,0 — 13,5

(%) ta' alkoħol skont il-volum

:

4,5 — 5,5

Lewn (EBC)

:

5 — 65 unità (hell — dunkel)

Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC)

:

10 — 30 unità

birra b'aroma tal-qamħ, b'togħma ta' frott u li tfakkrek kemxejn fix-xgħir

Kristallweizen

fermentata minn fuq

Estratt tax-xgħir oriġinali (%)

:

11,0 — 13,5

(%) ta' alkoħol skont il-volum

:

4,5 — 5,5

Lewn (EBC)

:

5 — 18 unità

Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC)

:

5 — 20 unità

birra karbonata bl-aroma tal-qamħ

Rauchbier

fermentata minn taħt

Estratt tax-xgħir oriġinali (%)

:

11,0 — 14,5

(%) ta' alkoħol skont il-volum

:

4,5 — 6,0

Lewn (EBC)

:

30 — 60 unità

Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC)

:

20 — 30 unità

birra b'palat qawwi b'togħma fumikata

Kellerbier/Zwickelbier

fermentata minn taħt

Estratt tax-xgħir oriġinali (%)

:

11,0 — 13,5

(%) ta' alkoħol skont il-volum

:

4,5 — 6,0

Lewn (EBC)

:

5 — 60 unità

Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC)

:

10 — 35 unità

birra b'laqta kemxejn morra ġejja mill-ħaxixa tal-imrar, mhix iffiltrata, miġjuba mill-parti t'isfel tal-bittija, b'kontenut baxx ta' diossidu tal-karbonju

Eisbier/Icebier

fermentata minn taħt

Estratt tax-xgħir oriġinali (%)

:

11,0 — 13,0

(%) ta' alkoħol skont il-volum

:

4,5 — 5,0

Lewn (EBC)

:

5 — 20 unità

Kontenut ta' ħaxixa tal-imrar (EBC)

:

10 — 25 unità

moderata ħafna, mhux voluminuża

Dawn il-valuri huma soġġetti għat-tolleranzi analitiċi stabbiliti mil-liġi u rikonoxxuti mill-awtoritajiet rilevanti tal-monitoraġġ tal-ikel fil-Bavarja.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Fil-biċċa l-kbira tintuża materja prima (ilma, ħaxixa tal-imrar, xgħir) lokali ta' kwalità għolja mill-Bavarja. Il-ħaxixa tal-imrar u x-xgħir huma, skont kif titlob it-tradizzjoni, soġġetti għal kontrolli tal-kwalità kontinwi minn istituti xjentifiċi, bħat-Technische Universität München-Weihenstephan.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-proċess kollu tal-produzzjoni jseħħ fiż-żona ġeografika speċifikata.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikketta tal-birra turi wieħed mit-tipi ta' birra elenkati taħt 3(2) flimkien mad-denominazzjoni “Bayerisches Bier”.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-Bavarja, maqsuma f'seba' reġjuni governmentali.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-kwalità u r-reputazzjoni tal-“Bayerisches Bier” huma attribwiti għat-tradizzjoni antika ta' sekli sħaħ ta' produzzjoni tal-birra skont il-Liġi tal-Purezza Bavarjana tal-1516. Il-proċess tal-produzzjoni li għandu jiġi segwit ilu stabbilit bil-liġi sa mis-seklu 15. Tul is-sekli, issawru għadd kbir ta' riċetti differenti hekk kif żviluppat ħilet il-produtturi tal-birra, biex b'hekk feġġew firxa ta' varjetajiet li huma uniċi fid-dinja. Il-Bavarja hija n-nieqa tal-birra tal-qamħ u hemmhekk insibu l-akbar birrerija tal-birra tal-qamħ fid-dinja. F'Weihenstephan insibu waħda mill-aktar istituzzjonijiet tal-birra famużi fid-dinja. It-tradizzjoni antika tal-produzzjoni tal-birra, il-firxa ta' varjetajiet li rriżultaw u l-użu predominanti ta' materja prima tal-aqwa kwalità mill-Bavarja jwasslu biex il-“Bayerisches Bier” tkun ġeneralment ferm stmata fost dawk li jixorbuha.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament)

http://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/40790


13.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/64


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/991

tat-12 ta' Ġunju 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward tal-volum tal-kwota tariffarja tal-Unjoni għal frawli frisk li joriġina mill-Eġittu

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta' April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' tariffa ta' kwoti tal-Komunità u ta' kwantitajiet ta' referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta' ftehim ma' ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni (UE) 2017/768 (2), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”).

(2)

It-test tal-Protokoll, li huwa mehmuż mad-Deċiżjoni (UE) 2017/768, huwa previst għal żieda fil-volum tal-kwota tariffarja tal-Unjoni applikabbli għal frawli frisk li joriġina mill-Eġittu għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni.

(3)

Jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 sabiex tiġi implimentata ż-żieda fil-kwota tariffarja stipulata fil-Protokoll.

(4)

Jenħtieġ li ż-żieda fil-kwota tariffarja tapplika mill-1 ta' Lulju 2013 meta l-Protokoll jibda japplika provviżorjament skont l-Artikolu 8(3) tiegħu u sakemm jidħol fis-seħħ.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 747/2001, ir-ringiela għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1799 tinbidel b'dan li ġej:

“09.1799

0810 10 00

 

Frawli, frisk

Mill-1.10.2010 sat-30.4.2011

10 000

Eżenzjoni”.

Mill-1.10.2011 sat-30.4.2012

10 300

Mill-1.10.2012 sat-30.4.2013

10 609

Mill-1.10.2013 sat-30.4.2014

11 021

Mill-1.10.2014 sat-30.4.2015

11 349

Mill-1.10.2015 sat-30.4.2016 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.10. sat-30.4..

11 687

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2.

(2)  ĠU L 115, 4.5.2017, p. 1.


13.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/66


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/992

tat-12 ta' Ġunju 2017

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2148 fir-rigward tat-tħassir tar-referenzi għar-Repubblika tal-Belarussja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli speċifiċi ta' importazzjoni tal-Unjoni oħrajn (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (6) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/936 stabbilixxa restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti tessili li joriġinaw minn għadd ta' pajjiżi terzi biex jiġu allokati abbażi ta' min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2017/354 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ħassar il-kwoti awtonomi fuq l-importazzjonijiet ta' tessuti u ħwejjeġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Belarussja.

(3)

Ir-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti kwantitattivi li ġew stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2148 (3) saru obsoleti fir-rigward ta' tessuti u ħwejjeġ li joriġinaw fir-Repubblika tal-Belarussja. Dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jenħtieġ li għalhekk ikun emendat kif xieraq:

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tat-Tessuti stabbilit bl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2015/936,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2148, it-tabella li tikkonċerna r-Repubblika tal-Belarussja hija mħassra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 160, 25.6.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2017/354 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/936 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli speċifiċi ta' importazzjoni tal-Unjoni oħrajn (ĠU L 57, 3.3.2017, p. 31).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2148 tas-7 ta' Diċembru 2016 li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2017 skont ir-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 333, 8.12.2016, p. 32).


13.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/67


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/993

tat-12 ta' Ġunju 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(e) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li, billi ma ġewx elenkati fl-Anness IV, ġew elenkati mill-Kunsill, u huma soġġetti għall-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-12 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill iddeċieda li jneħħi persuna u entità mil-lista ta' persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi, stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (2). L-entitajiet l-oħra ġew aġġornati. L-Anness V ta' dan ir-Regolament jenħtieġ għalhekk jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat bit-test imniżżel fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).


ANNESS

ANNESS V

Lista ta' persuni, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)

(a)

Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a):

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

CHON Chi Bu

(psewdonimu CHON Chi-bu)

 

Membru tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, eks direttur tekniku ta' Yongbyon. Ritratti assoċjawh ma' reattur nukleari fis-Sirja qabel ġie bbumbardjat minn Iżrael fl-2007.

2.

CHU Kyu-Chang

(psewdonimi JU Kyu-Chang; JU Kyu Chang)

Data tat-Twelid: 25.11.1928

Post tat-twelid: Il-Provinċja ta' Hamgyo'ng tan-nofsinhar, RDPK

Eks membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li kienet il-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma' ġiet iffurmata mill-ġdid bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (State Affaires Commission, SAC). Eks direttur tad-dipartiment tal-munizzjon tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Li skont rapporti kien ma' KIM Jong Un fuq vapur tal-gwerra fl-2013. Direttur tad-Dipartiment għall-Industrija tal-Kostruzzjoni tal-Makkinarji (Machine Building Industry Department) tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Elett bħala membru supplenti tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Kumitat Ċentrali tal-Korea f'Mejju 2016 waqt is-seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn WPK adotta deċiżjoni li l-programm nukleari tar-RDPK jitkompla. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

3.

HYON Chol-hae (psewdonimu HYON Chol Hae)

Data tat-Twelid: 1934

Post tat-twelid: Manchuria, iċ-Ċina

Marixxal tal-Armata tal-Poplu Korean sa minn April 2016. Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean (konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Elett bħala membru tal-Partit tal-Ħaddiema fil-Kumitat Ċentrali tal-Korea f'Mejju 2016 waqt is-seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn WPK adotta d-deċiżjoni li l-programm nukleari tar-RDPK jitkompla.

4.

KIM Yong-chun (psewdonimi Young-chun; KIM Yong Chun)

Data tat-Twelid: 4.3.1935

Passaport: 554410660

Marixxal tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks Viċi President tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li kienet il-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma' ġiet iffurmata mill-ġdid bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (State Affaires Commission, SAC). Eks Ministru tal-Forzi Armati tal-Poplu, konsulent speċjali tal-mejjet Kim Jong-Il dwar l-istrateġija nukleari. Elett bħala membru tal-Partit tal-Ħaddiema fil-Kumitat Ċentrali tal-Korea f'Mejju 2016 waqt is-seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn WPK adotta d-deċiżjoni li l-programm nukleari tar-RDPK jitkompla.

5.

O Kuk-Ryol (psewdonimu O Kuk Ryol)

Data tat-Twelid: 1931

Post tat-twelid: Jilin Province, iċ-Ċina

Eks Viċi President tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li kienet il-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma' ġiet iffurmata mill-ġdid bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (SAC), sorveljant tal-akkwisti barra l-pajjiż tat-teknoloġiji avvanzati għall-programmi nukleari u ballistiċi. Elett bħala membru tal-Partit tal-Ħaddiema fil-Kumitat Ċentrali tal-Korea f'Mejju 2016 waqt is-seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn WPK adotta d-deċiżjoni li l-programm nukleari tar-RDPK jitkompla.

6.

PAEK Se-bong (psewdonimu PAEK Se Bong)

Data tat-Twelid: 1946

Eks President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (responsabbli mill-programm ballistiku) tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li kienet il-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma' ġiet iffurmata mill-ġdid bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (State Affaires Commission, SAC). Promoss għal Ġeneral Maġġur.

7.

PAK Jae-gyong (psewdonimi Chae-Kyong PAK Jae Gyong)

Data tat-Twelid: 1933

Passaport: 554410661

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Poplu u Viċi Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Preżenti waqt l-ispezzjoni tal-Kmand tal-Forzi tal-Missili Strategiċi minn KIM Jong Un

8.

RYOM Yong

 

Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti) responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali.

9.

SO Sang-kuk (psewdonimu SO Sang Kuk)

Data tat-Twelid: bejn l-1932 u l-1938

Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, l-Università Kim Il Sung.

10.

Logutenent Ġenerali KIM Yong Chol

(psewdonimi: KIM Yong-Chol; KIM Young-Chol; KIM Young-Cheol; KIM Young-Chul)

Data tat-Twelid: 1946

Post tat-twelid: Pyongan-Pukto, RDPK

Elett Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, Viċi President għar-Relazzjonijiet Inter-Koreani. Eks Kmandant tar-Reconnaissance General Bureau (RGB). Promoss għal Direttur tad-Dipartiment tal-Front Magħqud f'Mejju 2016 waqt is-seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea.

11.

PAK To-Chun (psewdonimu PAK To Chun)

Data tat-Twelid: 9.3.1944

Post tat-twelid: Rangrim, il-Provinċja ta' Jagang, RDPK.

Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali. Hu inkarigat mill-industrija tal-armi. Hu rrapportat li jikkmanda l-uffiċċju għall-enerġija nukleari. Din l-istituzzjoni hi deċiżiva għall-programm nukleari u tal-illanċjar tar-rokits tar-RDPK. Ittieħed ritratt ma' dawk li kkontribwew fit-test tal-bomba tal-idroġenu u fl-illanċjar tas-satelliti.

12.

CHOE Kyong-song (psewdonimu CHOE Kyong song)

 

Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

13.

CHOE Yong-ho (psewdonimu CHOE Yong Ho)

 

Kurunell Ġeneral fl-Armata tal-Poplu Korean / Ġeneral tal-Forzi tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu tal-Korea. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kmandant tal-Forzi tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu tal-Korea u tal-Forzi Kontra l-Inġenji tal-Ajru. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

14.

HONG Sung-Mu

(psewdonimi HUNG Sun Mu; HONG Sung Mu)

Data tat-Twelid: 1.1.1942

Il-Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon (MBID). Inkarigat mill-iżvilupp ta' programmi dwar armi konvenzjonali u missili, inklużi l-missili ballistiċi. Wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli mill-programmi għall-iżvilupp industrijali tal-armi nukleari. Bħala tali, responsabbli mill-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

15.

JO Kyongchol (psewdonimu ĠU Kyong Chol)

 

Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tal-Kmand Militari tas-Sigurtà. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva. Akkumpanja lil Kim Jong Un għall-akbar taħriġ li qatt sar tal-artillerija li twassal fit-tul.

16.

KIM Chun-sam (psewdonimu KIM Chun Sam)

 

Logutenent Ġeneral, eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-Kwartieri Militari tal-Armata tal-Poplu tal-Korea u l-ewwel viċi kap tal-Kwartieri Militari. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

17.

KIM Chun-sop (psewdonimu KIM Chun Sop)

 

Eks membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li issa ġiet mibdula għall-Kummissjoni tal-Affariujiet Statali (State Affaires Commission, SAC), li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet marbutin mad-difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva. Kien f'sessjoni tar-ritratti għal dawk li kkontribwew għas-suċċess tat-test SLBM f'Mejju 2015.

18.

KIM Jong-gak (psewdonimu KIM Jong Gak)

Data tat-Twelid: 20.7.1941

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Viċi Marixxall fl-Armata tal-Poplu tal-Korea, rettur tal-Università Militari ta' Kim Il-Sung, eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija l-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

19.

KIM Rak Kyom

(psewdonimi KIM Rak-gyom; KIM Rak Gyom)

 

Ġeneral b'Erba' Stilel, Kmandant tal-Forzi Strateġiċi (magħrufa wkoll bħala l-Forzi tal-Missili Strategiċi) li jidher li issa jikkmanda erba' unitajiet strateġiċi u tekniċi tal-missili, inkluża l-brigata KN-08 (ICBM). L-UE indikat il-Forzi Strateġiċi minħabba li wettqu attivitajiet li kkontribwixxew b'mod materjali għall-proliferazzjoni ta' armi tal-qerda massiva jew biex jiġu fornuti b'xi mod. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Rapporti fil-mezzi tax-xandir identifikaw li KIM attenda t-test tal-magni tal-ICBM li sar f'April 2016 ma' KIM Jong Un. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva. Ordna t-taħriġ tal-isparar tal-missili ballistiċi.

20.

KIM Won-hong (psewdonimu KIM Won Hong)

Data tat-Twelid: 7.1.1945

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Passaport: 745310010

Ġeneral, Direttur tad-Dipartiment għas-Sigurtà tal-Istat. Ministru tas-Sigurtà tal-Istat. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet mibdula għall-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (SAC), li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

21.

PAK Jong-chon (psewdonimu PAK Jong Chon)

 

Kurunell Ġeneral (Logutenent Ġeneral) fl-armata tal-Poplu tal-Korea, Kap tal-Forzi Armati tal-Poplu Korean, Viċi Kap tal-Persunal u Direttur tad-Dipartiment tal-Forzi tal-Attakk. Kap tal-Kwartieri Militari u Direttur tad-Dipartiment tal-Kmand tal-Artillerija. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda massiva.

22.

RI Jong-su (psewdonimu RI Jong Su)

 

Viċi Ammirall. Eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kap Kmandant tal-Forzi Navali Koreani li huma involuti fl-iżvilupp ta' programmi ta' Missili Ballistiċi u fl-iżvilupp ta' kapaċitajiet nukleari tal-forzi navali tar-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda massiva.

23.

SON Chol-ju (psewdonimu Son Chol Ju)

 

Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean u Direttur politiku tal-Forzi tal-Ajru u tal-Forzi kontra l-attakki mill-ajru (Anti-Air Force), li tissorvelja l-iżvilupp ta' missili modernizzati kontra l-inġenji tal-ajru. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

24.

YUN Jong-rin (psewdonimu YUN Jong Rin)

 

Ġeneral, eks membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet mibdula għall-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (SAC), li huma kollha l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

25.

PAK Yong-sik (psewdonimu PAK Yong Sik)

 

Ġeneral b'erba' stilel, membru tad-Dipartiment għas-Sigurtà tal-Istat, Ministru tal-Forzi Armati tal-Poplu. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet mibdula għall-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (SAC), li huma kollha l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kien preżenti għall-ittestjar tal-missili ballistiċi f'Marzu 2016. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

26.

HONG Yong Chil

 

Il-Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon (Munitions Industry Department, MID). Id-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjon — indikat mill-KSNU fit-2 ta' Marzu 2016 — huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. L-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluża t-Taepo Dong-2, il-produzzjoni ta' armi u ta' programmi ta' Riċerka u Żvilupp. It-Tieni Kumitat Ekonomiku u t-Tieni Akkademja tax-Xjenza Naturali — ukoll indikati f'Awwissu 2010 — jaqgħu taħt l-MID. Fis-snin reċenti l-MID ħadem biex jiżviluppa l-Missila Ballistika Interkontinentali KN08 stradali. HONG akkumpanja lil KIM Jong Un f'għadd ta' attivitajiet relatati mal-iżvilupp tal-programmi tal-armi nukleari u tal-missili ballistiċi tar-RDPK u hu mifhum li kellu rwol sinifikanti fit-test nukleari tar-RDPK tas-6 ta' Jannar 2016. Viċi Direttur tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva. Kien preżenti fuq il-post għat-test tal-ġett b'magna tat-tip ICBM ġdida f'April 2016.

27.

RI Hak Chol

(psewdonimi RI Hak Chul, RI Hak Cheol)

Data tat-Twelid: 19.1.1963 jew 8.5.1966

Passaport: 381320634; PS-563410163

President tal-Green Pine Associated Corporation (“Green Pine”). Skont il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU, il-Green Pine ħadet f'idejha ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet elenkata mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant ewlieni ta' armi tar-RPDK u wkoll l-esportatur prinċipali ta' prodotti u tagħmir marbuta mal-missili ballistiċi u l-armi konvenzjonali. Il-Green Pine hija responsabbli wkoll għal kważi nofs l-armi u l-materjal relatat esportati mir-RDPK. Il-Green Pine ġiet identifikata għal sanzjonijiet minħabba l-esportazzjoni ta' armi jew materjal relatat mir-RDPK. Il-Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedos u assistenza teknika lill-impriżi Iranjani relatati mad-difiża. Il-Green Pine ġiet indikata mill-KSNU.

28.

YUN Chang Hyok

Data tat-Twelid: 9.8.1965

Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Kontroll tas-Satelliti, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Iżvilupp Ajruspazjali (National Aerospace Development Administration, NADA). In-NADA hija soġġetta għal sanzjonijiet taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment fl-iżvilupp tar-RDPK tax-xjenza u tat-teknoloġija tal-ispazju, fl-illanċjar ta' satelliti u fir-rokits ta' trasport. Il-UNSCR 2270 (2016) ikkundannat l-illanċjar tas-satellita tar-RDPK tas-7 ta' Frar 2016 minħabba l-użu ta' teknoloġija tal-missili ballistiċi u minħabba li kien fi ksur serju tar-riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), u 2094 (2013). Responsabbli mill-għoti ta' sostenn jew mill-promozzjoni ta' programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

29.

RI Myong Su

Data tat-Twelid: 1937

Post tat-twelid: Myongchon, Hamgyong ta' Fuq, RDPK

Viċi President tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Popolari. F'din il-kariga, Ri Myong Su jokkupa pożizzjoni ewlenija għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali u huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva.

30.

SO Hong Chan

Data tat-Twelid: 30.12.1957

Post tat-twelid: Kangwon, RDPK

Passaport: PD836410105

Data meta jiskadi l-passaport: 27.11.2021

L-ewwel Viċi Ministru tal-Forzi Armati Popolari, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kurunell Ġeneral fil-Forzi Armati Popolari. F'din il-kariga, So Hong Chan huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva.

31.

WANG Chang Uk

Data tat-Twelid: 29.5.1960

Ministru għall-Industrija u l-Enerġija Atomika. F'din il-kariga, Wang Chang Uk huwa responsabbli għall-appoġġ jew għall-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva.

32.

JANG Chol

Data tat-Twelid: 31.3.1961

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Passaport: 563310042

President tal-Akkademja tax-Xjenza tal-Istat, organizzazzjoni dedikata għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u xjentifiċi tar-RDPK. F'din il-kariga, Jang Chol jokkupa pożizzjoni strateġika għall-iżvilupp tal-attivitajiet nukleari tar-RDPK u huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda massiva.

(b)

Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a):

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Korea Pugang mining and Machinery Corporation ltd

 

Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità magħżula mill-UNSC, l-24.4.2009); topera faċilitajiet għall-produzzjoni ta' trab tal-aluminju, li jista' jintuża fil-missili.

2.

Korean Ryengwang Trading Corporation

Rakwon-dong, id-Distrett Pothonggang, Pyongyang, RDPK

Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità magħżula mill-UNSC, l-24.4.2009).

3.

Sobaeku United Corp. (magħrufa wkoll bħala Sobaeksu United Corp.)

 

Kumpanija Statali, involuta fir-riċerka jew l-akkwist ta' prodotti jew ta' tagħmir sensittivi. Hija għandha diversi depożiti ta' grafit naturali li jipprovdu l-materja prima lil żewġ fabbriki ta' proċessar li jipproduċu partikolarment blokok tal-grafit li jistgħu jintużaw fil-qasam ballistiku.

4.

Ċentru ta' Riċerka Nukleari ta' Yongbyon

 

Ċentru ta' riċerka li pparteċipa fil-produzzjoni ta' plutonju ta' kwalità militari. Ċentru li jiddependi mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità magħżula mill-KSNU, is-16.7.2009).

6.

Il-Forzi tal-Missili Strateġiċi

 

Fi ħdan il-forzi armati nazzjonali tar-RDPK, din l-entità hija involuta fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni operazzjonali ta' programmi relatati mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

(c)

Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b):

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

JON Il-chun (psewdonimu JON Il Chun)

Data tat-Twelid: 24.8.1941

Fi Frar tal-2010, KIM Tong-un tkeċċa mill-kariga tiegħu ta' direttur tal-Uffiċċju 39, li huwa, fost affarijiet oħra, inkarigat mix-xiri ta' prodotti mir-rappreżentanzi diplomatiċi tar-RDPK billi jevita s-sanzjonijiet. Huwa ġie sostitwit minn JON Il-chun. Rappreżentant tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li kienet il-korp ewlieni għall-kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma' ġiet iffurmata mill-ġdid bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet Statali (SAC), ġie elett direttur ġenerali tal-Bank għall-Iżvilupp Statali f'Marzu 2010. Elett bħala membru supplenti tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Kumitat Ċentrali tal-Korea f'Mejju 2016 waqt is-seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn WPK adotta deċiżjoni li l-programm nukleari tar-RDPK jitkompla.

2.

KIM Tong-un (psewdonimu KIM Tong Un)

 

Eks direttur tal-“Uffiċċju 39” tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni. Fl-2011, allegatament kien responsabbli mill-“Uffiċċju 38” biex jinġabru fondi għat-tmexxija u għall-elit.

3.

KIM Il-Su (psewdonimu Kim Il Su)

Data tat-Twelid: 2.9.1965

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Maniġer fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali f'Pyongyang u eks kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

4.

KANG Song-Sam (psewdonimu KANG Song Sam)

Data tat-Twelid: 5.7.1972

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

L-eks rappreżentant awtorizzat tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) f'Hamburg, għadu jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

5.

CHOE Chun-Sik (psewdonimu CHOE Chun Sik)

Data tat-Twelid: 23.12.1963

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Passaport 745132109

Validu sat-12.2.2020

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-Kwartieri Ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

6.

SIN Kyu-Nam (psewdonimu SIN Kyu Nam)

Data tat-Twelid: 12.9.1972

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Passaport PO472132950

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-Kwartieri Ġenerali f'Pyongyang u eks rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

7.

PAK Chun-San (psewdonimu PAK Chun San)

Data tat-Twelid: 18.12.1953

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Passaport PS472220097

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-Kwartieri Ġenerali f'Pyongyang sa mill-inqas minn Diċembru 2015 u eks kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

8.

SO Tong Myong

Data tat-Twelid: 10.9.1956

President tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC), il-President tal-Kumitat tal-Maniġment Eżekuttiv tal-KNIC (Ġunju 2012); Il-Maniġer Ġenerali tal-Korea National Insurance Corporation, f'Settembru 2013, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

(d)

Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b):

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1.

Il-Korea National Insurance Corporation (KNIC) u l-fergħat tagħha (magħrufa wkoll bħala l-Korea Foreign Insurance Company)

Haebangsan-dong, Central District, Pyongyang, RDPK

Rahlstedter Strasse 83 a, 22149 Hamburg.

Korea National Insurance Corporation ta' Alloway, Kidbrooke Park Road, Blackheath, Londra SE30LW

Il-Korea National Insurance Corporation (KNIC), hi kumpanija proprjetà tal-Istat u kkontrollata mill-Istat, qed tiġġenera dħul sostanzjali, inkluż mill-muniti barranin, li jista' jikkontribwixxi għall-programmi tar-RDPK li għandhom x'jaqsmu ma' armi nukleari, ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

Barra minn hekk, il-kwartieri ġenerali tal-KNIC f'Pyongyang huma marbutin mal-Uffiċċju 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa entità nominata.


DEĊIŻJONIJIET

13.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/75


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/994

tat-12 ta' Ġunju 2017

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, il-Kunsill irriveda l-lista ta' persuni u entitajiet iddeżinjati li tinsab fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni.

(3)

Il-Kunsill ikkonkluda li persuna waħda u entità waħda għandhom jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(4)

Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li l-entrati li jikkonċernaw ċerti persuni u entitajiet inklużi fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 għandhom jiġu aġġornati.

(5)

L-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

C. CAMILLERI


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.


ANNESS

Fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, it-Taqsimiet I u II huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

“I.   Persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom

A.   Persuni

 

Isem

Magħruf ukoll bħala

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

1.

CHON Chi Bu

CHON Chi-bu

 

22.12.2009

Membru tal-General Bureau of Atomic Energy, ex-direttur tekniku ta' Yongbyon. Permezz ta' ritratti sar magħruf li għandu rabtiet ma' reattur nukleari fis-Sirja qabel ma ġie bbumbardjat mill-Iżrael fl-2007.

2.

CHU Kyu-Chang

JU Kyu-Chang JU Kyu Chang

Data tat-twelid: 25.11.1928

Post tat-twelid: Provinċja ta' Nofsinhar ta' Hamyo'ng, RDPK

22.12.2009

Ex-membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC). Ex-Direttur tad-dipartiment tal-munizzjonijiet tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Irraportat li kien ma' KIM Jong Un fuq vapur tal-gwerra fl-2013. Direttur tal-Machine Building Industry Department tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Ġie elett membru supplenti tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f'Mejju 2016 fis-Seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex jitkompla l-programm nukleari tar-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

3.

HYON Chol-hae

HYON Chol Hae

Data tat-twelid:1934

Post tat-twelid: Manchuria, Ċina.

22.12.2009

Marixall tal-Armata Militari tal-Poplu Korean minn April 2016. Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean (konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Ġie elett membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f'Mejju 2016 fis-Seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex jitkompla l-programm nukleari tar-RDPK.

4.

KIM Yong-chun

Young-chun KIM Yong Chun

Data tat-twelid: 4.3.1935

Numru tal-passaport: 554410660

22.12.2009

Marixall tal-Armata Militari tal-Poplu Korean. Ex-Viċi President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC). Ex-Ministru tal-Forzi Armati tal-Poplu, konsulent speċjali tal-mejjet Kim Jong-Il dwar l-istrateġija nukleari. Ġie elett membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f'Mejju 2016 fis-Seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex jitkompla l-programm nukleari tar-RDPK.

5.

O Kuk-Ryol

O Kuk Ryol

Data tat-twelid:1931

Post tat-twelid: Provinċja ta' Jilin, Ċina.

22.12.2009

Ex-Viċi President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC), issorvelja l-akkwist barra mill-pajjiż ta' teknoloġija avvanzata għal programmi nukleari u ballistiċi. Ġie elett membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f'Mejju 2016 fis-Seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex jitkompla l-programm nukleari tar-RDPK.

6.

PAEK Se-bong

PAEK Se-Bong

Data tat-twelid: 1946

22.12.2009

Ex-President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (responsabbli għall-programm ballistiku) tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC). Ġie promoss għal Maġġur Ġeneral.

7.

PAK Jae-gyong

Chae-Kyong PAK Jae Gyong

Data tat-twelid: 1933

Numru tal-passaport: 554410661

22.12.2009

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Poplu u Viċi Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Poplu (Konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Kien preżenti waqt l-ispezzjoni ta' KIM Jong Un tal-Istrategic Rocket Force Command.

8.

RYOM Yong

 

 

22.12.2009

Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti), inkarigat mir-relazzjonijiet internazzjonali.

9.

SO Sang-kuk

SO Sang Kuk

Data tat-twelid: bejn l-1932 u l-1938

22.12.2009

Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung.

10.

Logutenent Ġeneral KIM Yong Chol

KIM Yong-Chol; KIM Young-Chol; KIM Young-Cheol; KIM Young-Chul

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Pyongan-Pukto, RDPK

19.12.2011

Membru elett tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, Viċi President għar-Relazzjonijiet Inter-Koreani. Ex-kmandant tar-Reconnaissance General Bureau (RGB). Ġie promoss għal direttur tad-Dipartiment tal-Front Magħqud f'Mejju 2016 waqt is-Seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea.

11.

PAK To-Chun

PAK To Chun

Data tat-twelid: 9.3.1944

Post tat-twelid: Rangrim,Provinċja ta' Jagang, RDPK.

19.12.2011

Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali. Inkarigat mill-industrija tal-armi. Hu rrapportat li jikkmanda l-uffiċċju għall-enerġija nukleari. Din l-istituzzjoni hija deċiżiva għall-programm nukleari u l-programm tar-rocket launchers tar-RDPK. Ritratt meħud ma' kontributuri għat-test tal-bomba tal-idroġenu u t-tlugħ tas-satellita (SLBM).

12.

CHOE Kyong-song

CHOE Kyong song

 

20.5.2016

Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

13.

CHOE Yong-ho

CHOE Yong Ho

 

20.5.2016

Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean/Ġeneral tal-Forza tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu Korean. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kmandant tal-Forza tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu Korean u l-forza kontra l-attakki mill-ajru (Anti-aircraft force). Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

14.

HONG Sung-Mu

HUNG Sun Mu; HONG Sung Mu

Data tat-Twelid: 1.1.1942

20.5.2016

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (DIM). Inkarigat mill-iżvilupp ta' programmi li jikkonċernaw armi u missili konvenzjonali, inkluż missili ballistiċi. Wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli għall-programmi ta' żvilupp industrijali għal armi nukleari. Bħala tali, responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

15.

JO Kyongchol

JO Kyong Chol

 

20.5.2016

Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tal-Kmand tas-Sigurtà Militari. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Akkumpanja lil Kim Jong Un għall-akbar drill tal-isparar tal-artillerija fuq distanza twila li qatt sar.

16.

KIM Chun-sam

KIM Chun Sam

 

20.5.2016

Logutenent Ġeneral, ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-Kwartieri Ġenerali Militari tal-Armata tar-Poplu Korean u l-ewwel Viċi Kap tal-Kwartieri Ġenerali Militari. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

17.

KIM Chun-sop

KIM Chun Sop

 

20.5.2016

Ex-membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li issa ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC) li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Kien preżenti għas-sessjoni tar-ritratti għal dawk li kkontribwixxew għas-suċċess tat-test tal-SLBM f'Mejju 2015.

18.

KIM Jong-gak

KIM Jong Gak

Data tat-twelid: 20.7.1941

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

20.5.2016

Viċi Marixxall fl-Armata tal-Poplu Korean, rettur tal-Università Militari ta' Kim Il-Sung, ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

19.

KIM Rak Kyom

KIM Rak-gyom KIM Rak Gyom

 

20.5.2016

Ġeneral b'Erba' Stilel, Kmandant tal-Istrategic Forces (magħrufa wkoll bħala Strategic Rocket Forces) li jidher li issa jikkmanda erba' unitajiet strateġiċi u tekniċi tal-missili, inkluża l-brigata KN08 (ICBM). L-UE deżinjat l-Istrategic Forces minħabba li wettqu attivitajiet li kkontribwixxew b'mod materjali għall-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva jew il-mezzi ta' forniment tagħhom. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Rapporti fil-mezzi tax-xandir identifikaw lil KIM bħala li attenda t-test tal-magni tal-ICBM li sar f'April 2016 ma' KIM Jong Un. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Ordna drill tal-isparar ta' rokits ballistiċi.

20.

KIM Won-hong

KIM Won Hong

Data tat-twelid: 7.1.1945

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

Numru tal-passaport: 745310010

20.5.2016

Ġeneral, Direttur tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Istat. Ministru għas-Sigurtà tal-Istat. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC), li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

21.

PAK Jong-chon

PAK Jong Chon

 

20.5.2016

Kurunell Ġeneral (Logutenent Ġeneral) tal-Armata tal-Poplu Korean, Kap tal-Forzi Armati tal-Poplu Korean, Viċi Kap tal-Persunal u Direttur tal-Firepower Command Department. Kap tal-Kwartieri Ġenerali Militari u Direttur tad-Dipartiment tal-Artillery Command Department. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

22.

RI Jong-su

RI Jong Su

 

20.5.2016

Viċi Ammirall. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kap Kmandant tal-Forza Navali Koreana, li hija involuta fl-iżvilupp ta' programmi ta' missili ballistiċi u fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet nukleari tal-forzi navali tar-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

23.

SON Chol-ju

SON Chol Ju

 

20.5.2016

Kurunell Ġeneral Armata tal-Poplu Korean u Direttur politiku tal-Forza tal-Ajru u tal-forzi kontra l-attakki mill-ajru (Anti Air Force), li tissorvelja l-iżvilupp ta' rokits modernizzati kontra l-inġenji tal-ajru. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

24.

YUN Jong-rin

YUN Jong Rin

 

20.5.2016

Ġeneral, ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC), li kollha huma korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

25.

PAK Yong-sik

PAK Yong Sik

 

20.5.2016

Ġeneral b'Erba' Stilel, membru tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Istat, Ministru għall-Forzi Armati tal-Poplu. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC), li kollha huma korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kien preżenti waqt l-ittestjar ta' missili ballistiċi f'Marzu 2016. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

26.

HONG Yong Chil

 

 

20.5.2016

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (DIM). Id-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet — deżinjat mill-KSNU fit-2 ta' Marzu 2016 — huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. Id-DIM huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluża t-Taepo Dong-2, il-produzzjoni ta' armi u ta' programmi ta' Riċerka u Żvilupp. It-Tieni Kumitat Ekonomiku u t-Tieni Akkademja ta' Xjenzi Naturali — deżinjati wkoll f'Awwissu 2010 — huma subordinati għad-DIM. Fis-snin reċenti d-DIM ħadem biex jiżviluppa l-KN08 road-mobile ICBM. HONG akkumpanja lil KIM Jong Un f'għadd ta' attivitajiet relatati mal-iżvilupp tal-programmi tal-armi nukleari u tal-missili ballistiċi tar-RDPK u hu mifhum li kellu rwol sinifikanti fit-test nukleari tar-RDPK tas-6 ta' Jannar 2016. Viċi Direttur tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Kien preżenti waqt it-test tal-ġett tal-art tat-tip il-ġdid tal-magna ICBM f'April 2016.

27.

RI Hak Chol

RI Hak Chul; RI Hak Cheol

Data tat-twelid: 19.1.1963 jew 8.5.1966

Numru tal-Passaporti: 381320634, PS- 563410163

20.5.2016

President tal-Green Pine Associated Corporation (“Green Pine”). Skont il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU, il-Green Pine ħadet f'idejha ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat f'April 2009 u hija n-negozjant ewlieni fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. Green Pine hija responsabbli wkoll għal madwar nofs l-armi u l-materjal relatat esportat mir-RDPK. Green Pine ġiet identifikata għal sanzjonijiet minħabba l-esportazzjoni ta' armi jew materjal relatat mir-RDPK. Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedoes u assistenza teknika lil ditti Iranjani relatati mad-difiża. Green Pine ġiet deżinjata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

28.

YUN Chang Hyok

 

Data tat-twelid: 9.8.1965

20.5.2016

Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Kontroll tas-Satelliti, in-National Aerospace Development Administration (NADA). In-NADA hija soġġetta għal sanzjonijiet taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment fl-iżvilupp tar-RDPK ta' xjenza u teknoloġija tal-ispazju, inkluż it-tlugħ ta' satelliti u rokits. Il-UNSCR 2270 (2016) ikkundannat it-tlugħ tas-satellita tar-RDPK tas-7 ta' Frar 2016 minħabba l-użu ta' teknoloġija tal-missili ballistiċi u minħabba li kien fi ksur serju tar-Riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) u 2094 (2013). Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

29.

RI Myong Su

 

Data tat-twelid: 1937

Post tat-twelid: Myongchon, Hamyong ta' Fuq, RDPK

7.4.2017

Viċi President tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kap tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Poplu. F'din il-kapaċità, Ri Myong Su jokkupa pożizzjoni ewlenija fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali u huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

30.

SO Hong Chan

 

Data tat-twelid: 30.12.1957

Post tat-twelid: Kangwon, RDPK

Numru tal-Passaport: PD836410105 Data ta' skadenza tal-Passaport: 27.11.2021

7.4.2017

L-Ewwel Viċi Ministru tal-Forzi Armati tal-Poplu, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kurunell Ġeneral tal-Forzi Armati tal-Poplu. F'din il-kapaċità, So Hong Chan huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

31.

WANG Chang Uk

 

Data tat-twelid: 29.5.1960

7.4.2017

Ministru għall-Industrija u l-Enerġija Atomika. F'din il-kapaċità, Wang Chang Uk huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

32.

JANG Chol

 

Data tat-twelid: 31.3.1961

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Numru tal-Passaport: 5633410042

7.4.2017

President tal-Akkademja Statali tax-Xjenzi Naturali, organizzazzjoni dedikata għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u xjentifiċi tar-RDPK. F'din il-kapaċità, Jang Chol jokkupa pożizzjoni strateġika għall-iżvilupp ta' attivitajiet nukleari tar-RDPK u huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

B.   Entitajiet

 

Isem

Magħruf ukoll bħala

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni

Informazzjoni oħra

1.

Korea Pugang mining and Machinery Corporation ltd

 

 

22.12.2009

Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità deżinjata mill-KSNU, 24.4.2009); topera faċilitajiet għall-produzzjoni ta' trab tal-aluminju, li jista' jintuża fil-missili.

2.

Korean Ryengwang Trading Corporation

 

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, DPRK

22.12.2009

Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità deżinjata mill-KSNU, 24.4.2009).

3.

Sobaeku United Corp

Sobaeksu United Corp.

 

22.12.2009

Kumpannija statali, involuta fir-riċerka jew l-akkwist ta' prodotti u ta' tagħmir sensittivi. Hija għandha diversi depożiti ta' grafit naturali, li jipprovdu materja prima lil żewġ faċilitajiet ta' pproċessar li, fost l-oħrajn, jipproduċu blokki tal-grafit li jistgħu jintużaw fil-missili.

4.

Yongbyon Nuclear Research Centre

 

 

22.12.2009

Ċentru ta' riċerka li pparteċipa fil-produzzjoni ta' plutonju ta' kwalità militari. Ċentru li jiddependi mill-General Bureau of Atomic Energy (entità deżinjata mill-KSNU, 16.7.2009).

5.

Strategic Rocket Forces

 

 

20.5.2016

Fi ħdan il-forzi armati nazzjonali tar-RDPK, din l-entità hija involuta fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni operazzjonali ta' programmi relatati ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

II.   Persuni u entitajiet li jipprovdu servizzi finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda tal-massiva

A.   Persuni

 

Isem

Magħruf ukoll bħala

Data tat-twelid

Data tad-deżinjazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

1.

JON Il-chun

JON Il Chun

Data tat-twelid: 24.8.1941

22.12.2010

Fi Frar tal-2010, KIM Tong-un tkeċċa mill-kariga tiegħu ta' direttur tal-Office 39, li huwa, fost affarijiet oħra, inkarigat mix-xiri ta' merkanzija mir-rappreżentanzi diplomatiċi tar-RDPK billi jevita s-sanzjonijiet. Huwa ġie sostitwit minn JON Il-chun. Rappreżentant tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC), ġie elett bħala d-direttur ġenerali tal-iState Development Bank f'Marzu 2010. Ġie elett membru supplenti tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f'Mejju 2016 fis-Seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex jitkompla l-programm nukleari tar-RDPK.

2.

KIM Tong-un

KIM Tong Un

 

22.12.2009

Ex-direttur tal-“Office 39” tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni. Fl-2011, allegatament responsabbli għal “Office 38” biex jinġabru fondi għat-tmexxija u l-elit.

3.

KIM Il-Su

KIM Il Su

Data tat-twelid: 2.9.1965

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

3.7.2015

Maniġer fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u ex-kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, fejn aġixxa f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

4.

KANG Song-Sam

KANG Song Sam

Data tat-twelid: 5.7.1972

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

3.7.2015

Ex-rappreżentant awtorizzat tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) f'Hamburg, u għadu jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

5.

CHOE Chun-Sik

CHOE Chun Sik

Data tat-twelid: 23.12.1963

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

Numru tal-passaport: 745132109

Validu sat-12.2.2020

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

6.

SIN Kyu-Nam

SIN Kyu Nam

Data tat-twelid: 12.9.1972

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

Numru tal-passaport: PO472132950

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u ex-rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, fejn aġixxa f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

7.

PAK Chun-San

PAK Chun San

Data tat-twelid: 18.12.1953

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

Numru tal-passaport: PS472220097

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang sa mill-anqas Diċembru 2015 u ex-kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, u għadu jaġixxi għal jew f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

8.

SO Tong Myong

 

Data tat-twelid: 10.9.1956

3.7.2015

President tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC), President tal-Kumitat tal-Maniġment Eżekuttiv tal-KNIC (Ġunju 2012); Maniġer Ġenerali tal-Korean National Insurance Corporation, Settembru 2013, fejn aġixxa f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

B.   Entitajiet

 

Isem

Magħruf ukoll bħala

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni

Informazzjoni oħra

1.

Korea National Insurance Corporation (KNIC) u l-fergħat tagħha

Korea Foreign Insurance Company

Haebangsan-dong, Central District, Pyongyang, DPRK

Rahlstedter Strasse 83 a, 22149 Hamburg.

Korea National Insurance Corporation of Alloway, Kidbrooke Park Road, Blackheath, London SE30LW

3.7.2015

Korea National Insurance Corporation (KNIC), li hija kumpannija tal-Istat u kkontrollata minnu, qed tiġġenera dħul sostanzjali, inkluż f'munita barranija, li jista' jikkontribwixxi għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

Barra minn hekk, il-kwartieri ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang huma konnessi mal-Office 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa entità deżinjata.”


13.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/85


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/995

tad-9 ta' Ġunju 2017

li tistabbilixxi l-Konsorzju tal-Arkivji Ewropej tad-Data dwar ix-Xjenzi Soċjali — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (CESSDA ERIC)

(notikikata bid-dokument C(2017) 3870)

(It-testi biċ-Ċek, bid-Daniż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Iżvediż, bl-Olandiż, bis-Slovakk, bis-Sloven u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ERIC, European Research Infrastructure Consortium) (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, in-Netherlands, in-Norveġja, is-Slovakkja, is-Slovenja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit talbu lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-Konsorzju tal-Arkivji Ewropej tad-Data dwar ix-Xjenzi Soċjali — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (CESSDA ERIC). Qablu li n-Norveġja tkun il-pajjiż ospitanti tas-CESSDA ERIC. Il-Konfederazzjoni Żvizzera għarrfet bid-deċiżjoni tagħha li fil-bidu tieħu sehem fis-CESSDA ERIC bħala osservatur. Qablet ukoll li n-Norveġja tkun il-pajjiż ospitanti tas-CESSDA ERIC.

(2)

Mid-29 ta' Marzu 2017, meta r-Renju Unit nnotifika li beħsiebu joħroġ mill-Unjoni Ewropea, b'konformità mal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, it-Trattati mhux se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit minn meta jidħol fis-seħħ il-ftehim dwar l-irtirar jew, jekk dan ma jsirx, wara sentejn min-notifika, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix li jestendi dan il-perjodu. Minħabba f'hekk, u mingħajr preġudizzju għal xi dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar l-irtirar, din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tapplika biss sakemm ir-Renju Unit ma jibqax Stat Membru.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 723/2009 ġie inkorporat fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 (2).

(4)

Il-Kummissjoni vvalutat l-applikazzjoni skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 u kkonkludiet li din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'dak ir-Regolament.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma b'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Huwa stabbilit il-Konsorzju tal-Arkivji Ewropej tad-Data dwar ix-Xjenzi Soċjali — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka imsejjaħ “CESSDA ERIC”.

2.   L-elementi essenzjali tal-Istatuti tas-CESSDA ERIC huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Repubblika Franċiża, lill-Ungerija, lir-Renju tan-Netherlands, lir-Renju tan-Norveġja, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Renju tal-Iżvezja, lill-Konfederazzjoni Żvizzera u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Carlos MOEDAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 206, 8.8.2009, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 tal-20 ta' Marzu 2015 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (ĠU L 129, 19.5.2016, p. 85).


ANNESS

L-ELEMENTI ESSENZJALI TAL-ISTATUTI TAS-CESSDA ERIC

L-Artikoli u l-paragrafi li ġejjin tal-Istatuti tas-CESSDA ERIC jipprevedu l-elementi essenzjali skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009

1.   Il-kompitu u l-attivitajiet

(l-Artikolu 2 tal-Istatuti tas-CESSDA ERIC)

1.

Is-CESSDA ERIC għandu jkun il-hub ta' infrastruttura tar-riċerka distribwita li jgħaqqad flimkien l-arkivji tad-data dwar ix-xjenza soċjali tal-Membri, tal-Osservaturi u ta' sħab oħra. Is-CESSDA ERIC m'għandux jopera l-arkivji tad-data tiegħu stess.

2.

Il-kompitu tas-CESSDA ERIC għandu jkun li jipprovdi infrastruttura tar-riċerka distribwita u sostenibbli li tippermetti lill-komunità tar-riċerka twettaq riċerka ta' kwalità għolja fix-xjenzi soċjali li tikkontribwixxi għall-produzzjoni ta' soluzzjonijiet effettivi għall-isfidi l-kbar li taffaċċja s-soċjetà tal-lum u li jiffaċilita t-tagħlim fix-xjenzi soċjali.

3.

Is-CESSDA ERIC għandu jopera fuq bażi mhux ekonomika. Madankollu, is-CESSDA ERIC jista' jwettaq attivitajiet ekonomiċi limitati, bil-kundizzjoni li dawn ikunu marbuta mill-qrib mal-kompiti ewlenin tiegħu u li dawn ma jippreġudikawx it-twettiq tat-tali kompiti.

4.

Is-CESSDA ERIC għandu jwettaq il-kompitu tiegħu billi jikkontribwixxi għall-iżvilupp u għall-koordinazzjoni ta' standards, ta' protokolli u tal-aħjar prattika professjonali inkluż taħriġ dwar l-aħjar prattiki relatati mad-distribuzzjoni tad-data u mal-ġestjoni tad-data. Is-CESSDA ERIC għandu jinkludi wkoll sorsi tad-data ġodda fl-infrastruttura meta dan ikun xieraq.

5.

Is-CESSDA ERIC għandu jippromwovi parteċipazzjoni usa' fl-infrastruttura tar-riċerka. Biex jiffaċilita d-dħul ta' pajjiżi li jfittxu l-appoġġ għall-iżvilupp ulterjuri tal-arkivji tagħhom tad-data dwar ix-xjenza soċjali, is-CESSDA ERIC għandu jniedi attivitajiet ta' taħriġ u skambji bejn Fornituri ta' Servizzi stabbiliti u potenzjali.

2.   L-isem u s-sede

(l-Artikolu 1 tal-Istatuti tas-CESSDA ERIC)

1.

Il-Konsorzju tal-Arkivji Ewropej tad-Data dwar ix-Xjenza Soċjali (CESSDA, Consortium of European Social Science Data Archives) għandu jkollu l-forma ġuridika ta' Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ERIC, European Research Infrastructure Consortium) stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 723/2009, imsejjaħ CESSDA ERIC.

2.

Is-CESSDA ERIC għandu jkollu s-sede statutorja tiegħu f'Bergen, fin-Norveġja.

3.   Id-Durata u l-Istralċ

(l-Artikoli 22 u 23 tal-Istatuti tas-CESSDA ERIC)

1.

Is-CESSDA ERIC għandu jibqa' jeżisti sakemm jiġi stralċat skont l-Artikolu 23.

2.

L-istralċ

(a)

L-Assemblea Ġenerali tista' tiddeċiedi li tiftaħ proċeduri ta' stralċ għal CESSDA ERIC b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti mixħuta.

(b)

Mingħajr dewmien bla bżonn u fi kwalunkwe eventwalità fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' stralċ, is-CESSDA ERIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-deċiżjoni.

(c)

L-assi li jibqgħu wara l-ħlas tad-djun tas-CESSDA ERIC għandhom jitqassmu bejn il-Membri b'mod proporzjonali għall-kontribuzzjonijiet akkumulati tagħhom għas-CESSDA ERIC.

(d)

Mingħajr dewmien bla bżonn u fi kwalunkwe eventwalità fi żmien għaxart ijiem mill-għeluq tal-proċedura ta' stralċ, is-CESSDA ERIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan.

(e)

Is-CESSDA ERIC għandu jieqaf jeżisti fil-jum li fih il-Kummissjoni Ewropea tippubblika n-notifika korrispondenti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.   Ir-Responsabbiltà u l-Assigurazzjoni

(l-Artikolu 20 tal-Istatuti tas-CESSDA ERIC)

Ir-responsabbiltà:

(a)

Is-CESSDA ERIC għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu.

(b)

Il-Membri u l-Osservaturi mhumiex responsabbli b'mod konġunt għad-djun tas-CESSDA ERIC.

(c)

Is-CESSDA ERIC għandu jieħu l-assigurazzjoni xierqa biex ikopri r-riskji speċifiċi għall-kostruzzjoni u għall-operat tal-infrastruttura tas-CESSDA ERIC.

5.   Il-Politika dwar l-Aċċess għad-Data

(l-Artikolu 14 tal-Istatuti tas-CESSDA ERIC)

1.

Il-Politika dwar l-Aċċess għad-Data tas-CESSDA ERIC għandha tkun konformi mar-rakkomandazzjonijiet u mal-linji gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar l-aċċess għad-data (OECD Principles and Guidelines for Access to Research Data from Public Funding, OECD 2007) — Il-Prinċipji u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Aċċess għad-Data tar-Riċerka minn Fondi Pubbliċi).

2.

Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fl-Artikolu 9(6), data u metadata ffinanzjati pubblikament miżmuma mill-Fornituri ta' Servizzi għandhom ikunu aċċessibbli liberament u mingħajr ħlas fil-punt ta' aċċess għar-riċerka pubblika u għall-edukazzjoni u għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni b'mod puntwali.

3.

Il-ġabriet kollha ta' data għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-Fornituri ta' Servizzi għall-aċċess għal riċerkaturi awtorizzati għar-riċerka pubblika u għall-edukazzjoni.

4.

Il-Fornituri ta' Servizzi għandhom jipproteġu l-anonimità tas-suġġetti tad-data skont ir-regolamenti internazzjonali, Ewropej u nazzjonali applikabbli, kif ukoll skont l-oqfsa etiċi rilevanti.

5.

Il-Fornituri ta' Servizzi għandhom iżommu proċeduri ġusti, miftuħin u trasparenti rigward l-aċċess għad-data u għall-metadata fil-pussess tagħhom.

6.

Il-prinċipju ta' aċċess miftuħ fl-Artikolu 14(2) u 14(3) m'għandux jobbliga lil Fornitur ta' Servizz biex jaqsam data, metadata jew ġabriet ta' data jekk dan imur kontra l-leġiżlazzjoni nazzjonali, id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali jew raġunijiet ġuridiċi validi oħra.

6.   Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku

(l-Artikolu 10 tal-Istatuti tas-CESSDA ERIC)

1.

L-Assemblea Ġenerali għandha taħtar Bord Konsultattiv Xjentifiku indipendenti b'mill-inqas erba', iżda mhux iktar minn seba' xjenzjati eminenti, indipendenti u tal-esperjenza ġejjin minn pajjiżi minn madwar id-dinja. Il-ħatra tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku għandha tkun ibbażata fuq rakkomandazzjonijiet mid-Direttur. Id-Direttur għandu jieħu l-pariri tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku u tal-Forum tal-Fornituri ta' Servizzi. Il-mandat tal-membri tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku għandu jkun ta' tliet snin. Il-membri jistgħu jerġgħu jinħatru għall-darb'oħra biss.

2.

Id-Direttur għandu jikkonsulta mal-Bord Konsultattiv Xjentifiku tal-inqas darba fis-sena fuq il-kwalità xjentifika tas-servizzi, fuq il-politiki u l-proċeduri xjentifiċi u fuq il-pjanijiet futuri fi ħdan dawn l-oqsma.

3.

Darba fis-sena il-Bord Konsultattiv Xjentifiku għandu jiippreżenta rapport bil-miktub lill-Assemblea Ġenerali permezz tad-Direttur dwar l-attivitajiet tiegħu. Ir-rapport għandu jkun fih valutazzjoni tas-servizzi offruti mis-CESSDA ERIC lill-utenti tad-data tiegħu. Id-Direttur għandu jissottometti r-rapport lill-Assemblea Ġenerali flimkien mal-kummenti u mar-rakkomandazzjonijiet possibbli tad-Direttur.

4.

Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku jista' jitlob lid-Direttur jipproponi lill-Assemblea Ġenerali tissupplimenta lill-Membri tal-Bord biex jiġi żgurat li dan ikun jirrappreżenta biżżejjed lill-oqsma kollha koperti mis-CESSDA ERIC.

7.   Il-Politika dwar it-Tixrid

(l-Artikolu 15 tal-Istatuti tas-CESSDA ERIC)

1.

Il-Politika tas-CESSDA ERIC dwar it-Tixrid għandha tiġi implimentata permezz tal-istrateġija ta' komunikazzjoni tagħha.

2.

Il-Politika dwar it-Tixrid għandha tkopri l-outputs tal-attivitajiet kollha ffinanzjati mis-CESSDA ERIC u għandha tkun disponibbli liberament ħlief meta dan ikun impossibbli minħabba d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali preeżistenti.

3.

Id-dokumenti tekniċi, il-politiki, il-proċeduri ewlenin, ir-rapporti ta' monitoraġġ kollha għandhom ikunu pubblikament disponibbli fuq is-sit web tas-CESSDA ERIC.

4.

Id-dokumentazzjoni kollha relatata mal-issodisfar tal-obbligi ta' Fornitur ta' Servizz għandha tiġi ppubblikata mill-Fornituri ta' Servizzi.

8.   Il-Proprjetà Intellettwali

(l-Artikolu 16 tal-Istatuti tas-CESSDA ERIC)

1.

F'dawn l-Istatuti, it-terminu “proprjetà intellettwali” għandu jinftiehem skont l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li Tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) iffirmata fl-14 ta' Lulju 1967.

2.

Fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-proprjetà intellettwali, ir-relazzjonijiet bejn il-Membri, l-Osservaturi u l-Fornituri ta' Servizzi għandhom ikunu rregolati mid-dritt nazzjonali applikabbli kif ukoll mir-regoli u mir-regolamenti internazzjonali rilevanti.

3.

Il-proprjetà intellettwali li l-Membri jew il-Fornituri ta' Servizzi jikkontribwixxu għas-CESSDA ERIC għandha tibqa' l-proprjetà tad-detentur tal-proprjetà intellettwali.

4.

Jekk il-proprjetà intellettwali toriġina minn xogħol iffinanzjat mis-CESSDA ERIC (kontribuzzjoni diretta jew in natura), tali proprjetà għandha tappartjeni għas-CESSDA ERIC. Is-CESSDA ERIC jista' jċedi d-dritt tiegħu b'mod sħiħ jew parzjali favur il-Membru, l-Osservatur jew il-Fornitur ta' Servizz li jkun ħoloq id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali.

9.   L-impjiegi

(l-Artikolu 17 tal-Istatuti tas-CESSDA ERIC)

1.

Is-CESSDA ERIC għandu jaderixxi għall-prinċipji ta' opportunità ta' xogħol indaqs. Il-karigi xjentifiċi għandhom jimtlew wara li jkunu tħabbru b'mod internazzjonali.

2.

Soġġett għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, kull Membru fi ħdan il-ġurisdizzjoni tiegħu għandu jagħmel kull sforz biex jiffaċilita l-moviment u r-residenza taċ-ċittadini tal-Membru involuti fil-kompiti tas-CESSDA ERIC kif ukoll tal-membri tal-familja ta' dawn iċ-ċittadini.

10.   L-akkwist

(l-Artikolu 21 tal-Istatuti tas-CESSDA ERIC)

1.

Is-CESSDA ERIC għandu jittratta l-kandidati tal-akkwisti u lill-offerenti b'mod ugwali u mingħajr diskriminazzjoni, indipendentement minn jekk dawn ikunux ibbażati fl-Unjoni Ewropea jew le. Il-politika dwar l-akkwist pubbliku għandha tirrispetta l-prinċipji ta' trasparenza, ta' nondiskriminazzjoni u ta' kompetizzjoni.

2.

L-akkwist minn Membri u Osservaturi li jikkonċerna attivitajiet tas-CESSDA ERIC għandu jsir b'tali mod li tingħata l-konsiderazzjoni dovuta lil bżonnijiet tas-CESSDA ERIC, u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tekniċi u mal-ispeċifikazzjonijiet maħruġa mill-korp rilevanti tas-CESSDA ERIC.


13.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/91


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/996

tad-9 ta' Ġunju 2017

li tistabbilixxi l-Laboratorju Ewropew għall-Ġbir u għall-Ħżin tad-Diossidu tal-Karbonju — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ECCSEL ERIC)

(notifikata bid-dokument C(2017) 3875)

(It-testi bil-Franċiż, bl-Ingliż, bl-Olandiz u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ERIC) (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Franza, l-Italja, in-Netherlands, in-Norveġja u r-Renju Unit talbu lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-Laboratorju Ewropew għall-Ġbir u għall-Ħżin tad-Diossidu tal-Karbonju — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ECCSEL ERIC). Huma qablu li n-Norveġja tkun l-Istat Membru ospitanti tal-ECCSEL ERIC.

(2)

Mid-29 ta' Marzu 2017, meta r-Renju Unit nnotifika li beħsiebu joħroġ mill-Unjoni Ewropea, b'konformità mal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, it-Trattati mhux se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit minn meta jidħol fis-seħħ il-ftehim dwar l-irtirar jew, jekk dan ma jsirx, wara sentejn min-notifika, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix li jestendi dan il-perjodu. Minħabba f'hekk, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni tal-ftehim dwar l-irtirar, din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tapplika biss sakemm ir-Renju Unit ma jibqax Stat Membru.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 723/2009 ġie inkorporat fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 (2).

(4)

Il-Kummissjoni vvalutat l-applikazzjoni skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 u kkonkludiet li din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'dak ir-Regolament.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Ġie stabbilit il-Laboratorju Ewropew għall-Ġbir u għall-Ħżin tad-Diossidu tal-Karbonju — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka msejjaħ “ECCSEL ERIC”.

2.   L-elementi essenzjali tal-Istatuti tal-ECCSEL ERIC huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Renju tan-Netherlands, lir-Renju tan-Norveġja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u lill-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Carlos MOEDAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 206, 8.8.2009, p. 1

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 tal-20 ta' Marzu 2015 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (ĠU L 129, 19.5.2016, p. 85).


ANNESS

ELEMENTI ESSENZJALI TAL-ISTATUTI TAL-ECCSEL ERIC

[L-Artikoli u l-paragrafi li ġejjin tal-Istatuti tal-ECCSEL ERIC jipprevedu l-elementi essenzjali skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009]

1.   Il-Kompiti u l-Attivitajiet

(l-Artikolu 2 tal-Istatuti tal-ECCSEL ERIC)

1.

L-ECCSEL ERIC għandu jistabbilixxi u jopera infrastruttura tar-riċerka distribwita tal-ogħla kwalità li għandha tiġi stabbilita bħala hub ċentrali responsabbli għall-operat koordinat ta' diversi faċilitajiet li joperaw taħt kappa konġunta, ECCSEL ERIC.

(a)

L-ECCSEL ERIC għandu jikkoordina l-użu tal-faċilitajiet tar-riċerka fl-infrastruttura distribwita u jikkoordina pjanijiet għall-aġġornament tagħhom u investimenti ġodda. L-ECCSEL ERIC għandu jiżgura aċċess miftuħ internazzjonali għall-infrastruttura. Barra minn hekk, fi ħdan il-mezzi u l-kompetenza tiegħu, l-ECCSEL ERIC għandu jappoġġja lis-sidien tal-faċilitajiet tar-riċerka fl-impenji tagħhom li jsaħħu l-operazzjonijiet tal-faċiliatjiet tagħhom u fl-impenji tagħhom li jaġġornawhom u li joħolqu faċilitajiet ġodda.

(b)

L-ECCSEL ERIC għandu jiffaċilita riċerka sperimentali superjuri fuq tekniki ġodda u mtejba għall-ġbir, għat-trasport u għall-ħżin ta' CO2 (CCS), filwaqt li jipprevedi l-użu kummerċjali sal-2020-2030 u lil hinn mill-2030, rispettivament. Fil-futur l-Assemblea Ġenerali tista' tiddeċiedi dwar estensjoni tal-attivitajiet tal-ECCSEL ERIC favur l-użu tas-CO2 (il-Ġbir, l-Użu u l-Ħżin tal-Karbonju (CCUS, Carbon Capture, Utilization, and Storage)) għal użi oħra li ma jinvolvux biss l-irkupru assistit taż-żejt (EOR, enhanced oil recovery).

(c)

L-ECCSEL ERIC mhuwiex sid ta' faċilitajiet tar-riċerka hu nnifsu u lanqas ma jopera dawn il-faċilitajiet. Madankollu, fil-ġejjieni l-Assemblea Ġenerali tista' tiddeċiedi li l-ECCSEL ERIC għandu jinvesti fi jew jopera l-faċilitajiet tiegħu stess. Membri u Osservaturi li ma jixtiqux jieħdu sehem fil-finanzjament tat-tali faċilitajiet jistgħu jastjenu milli jiffinanzjawhom f'konformità mal-Artikolu 9(2)(a).

2.

L-ECCSEL ERIC għandu jqiegħed il-faċilitajiet meħtieġa għat-twettiq tar-riċerka f'oqsma ta' prijorità disponibbli għall-komunità internazzjonali tar-riċerka. Billi jagħmel dan, l-ECCSEL ERIC se jikkontribwixxi sabiex tingħata spinta lill-iżvilupp teknoloġiku lil hinn mill-ogħla livell ta' żvilupp tekniku attwali, u b'hekk jaċċellera l-kummerċjalizzazzjoni u l-użu tas-CCS. Għal dan l-impenn, l-ECCSEL ERIC għandu jindirizza u jkattar azzjonijiet ta' riċerka tal-ogħla livell fost ix-xjenzjati fi ħdan il-qasam tas-CCS u f'konformità mal-prijoritajiet tal-ECCSEL ERIC. L-ECCSEL ERIC se jistabbilixxi inventarju avvanzat ħafna ta' faċilitajiet uniċi tar-riċerka u jagħti lill-komunità Ewropea tas-CCS (primarjament) u lil komunitajiet mhux Ewropej tas-CCS aċċess għal dawn ir-riżorsi.

3.

L-ECCSEL ERIC għandu jinbena u jiġi operat fuq bażi mhux ekonomika;

4.

Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ewlieni stabbilit fl-Artikolu 2(3), l-ECCSEL ERIC jista' jwettaq attivitajiet ekonomiċi limitati bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mill-qrib mal-kompiti ewlenin tal-ECCSEL ERIC u ma jipperikolawx il-kisba tagħhom.

2.   L-isem, is-sede, il-post u l-lingwa operattiva

(l-Artikolu 1 tal-Istatuti tal-ECCSEL ERIC)

1.

Għandu jkun hemm Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka distribwit imsejjaħ il-“Laboratorju Ewropew għall-Ġbir u għall-Ħżin tad-Diossidu tal-Karbonju — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka”, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ECCSEL ERIC”.

2.

L-ECCSEL ERIC għandu jkollu s-sede statutorja tiegħu fi Trondheim, fin-Norveġja.

3.   Id-durata

(l-Artikolu 21 tal-Istatuti tal-ECCSEL ERIC)

L-ECCSEL ERIC għandu jitwaqqaf għal perjodu ta' żmien indefinit.

4.   L-istralċ

(l-Artikolu 23 tal-Istatuti tal-ECCSEL ERIC)

1.

L-Assemblea Ġenerali tista' tiddeċiedi li tiftaħ proċedimenti ta' stralċ għall-ECCSEL ERIC b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti.

2.

Mingħajr dewmien bla bżonn u fi kwalunkwe eventwalità fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni biex jiġi stralċat l-ECCSEL ERIC, l-ECCSEL ERIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-deċiżjoni.

3.

L-assi li jibqgħu wara l-ħlas tad-djun tal-ECCSEL ERIC għandhom jitqassmu bejn il-Membri b'mod proporzjonat għat-tariffa annwali akkumulata tagħhom lill-ECCSEL ERIC kif speċifikat fl-Anness II tal-Istatuti.

4.

Mingħajr dewmien bla bżonn, u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem mill-għeluq tal-proċedura ta' stralċ, l-ECCSEL ERIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan.

5.

L-ECCSEL ERIC jieqaf jeżisti fil-jum li fih il-Kummissjoni Ewropea tippubblika n-notifika korrispondenti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.   Ir-responsabbiltà

(l-Artikolu 13 tal-Istatuti tal-ECCSEL ERIC)

1.

L-ECCSEL ERIC għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu.

2.

Il-Membri m'għandhomx ikunu responsabbli b'mod konġunt għad-djun tal-ECCSEL ERIC. Ir-responsabbiltà tal-Membri għad-djun tal-ECCSEL ERIC għandha tkun limitata għall-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom.

3.

L-ECCSEL ERIC għandu jkollu assigurazzjoni xierqa li tkopri r-riskji speċifiċi għall-bini u għall-operat tal-ECCSEL ERIC.

6.   Il-Politika dwar l-Aċċess

(l-Artikolu 18 tal-Istatuti tal-ECCSEL ERIC)

1.

Parti sostanzjali miż-żmien għar-riċerka disponibbli għal kull faċilità nazzjonali li tieħu sehem fl-infrastruttura tal-ECCSEL għandha tiġi offruta lill-komunità tar-riċerka internazzjonali. L-Assemblea Ġenerali għandha tirriżerva sehem miż-żmien tal-aċċess disponibbli għar-riċerkaturi minn stati li mhumiex Membri tal-ECCSEL ERIC.

2.

L-ECCSEL ERIC u s-sidien tal-faċilitajiet tar-riċerka għandhom jidħlu fi ftehimiet individwali relatati ma' kemm ikun kbir is-sehem taż-żmien għar-riċerka disponibbli li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-komunità internazzjonali tar-riċerka u l-kundizzjonijiet għall-aċċess.

3.

L-aċċess għall-faċilitajiet tal-ECCSEL ERIC għandu jkun miftuħ għar-riċerkaturi, għax-xjenzjati u għall-istudenti. L-għoti tal-aċċess għandu jkun ibbażat fuq il-kompetizzjoni u fuq l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-applikazzjonijiet wara proċedura ġusta u trasparenti. Il-kriterji għall-kompetizzjoni għandhom ikunu l-eċċellenza xjentifika u l-importanza b'rabta mal-istrateġiji tal-ECCSEL ERIC, skont kif tiddeċiedi l-Assemblea Ġenerali.

4.

L-utenti għandhom iġarrbu l-ispejjeż kollha tal-aċċess u l-ispejjeż kollha relatati mal-materjali inklużi l-kampjuni u t-tagħmir li jappartjenu għat-tali utenti. L-ispejjeż tal-aċċess għandhom ikunu bbażati fuq rati li japplikaw għal kull Faċilità tal-ECCSEL ERIC.

5.

L-ECCSEL ERIC jista' jistabbilixxi sistema għall-awtentifikazzjoni u għall-awtorizzazzjoni li tiżgura li jkunu biss persuni li huma intitolati jaċċessaw faċilità li jitħallew jidħlu u jużawha. L-ECCSEL ERIC jista' jiddeċiedi li l-Membri u l-Osservaturi jeħtiġilhom jaderixxu ma' tali sistema biex ir-riċerkaturi jingħataw aċċess.

6.

Politika dwar l-Aċċess dettaljata applikabbli għall-utenti, approvata mill-Assemblea Ġenerali, għandha tkun disponibbli pubblikament.

7.   Il-Kumitat għall-Koordinazzjoni tal-Infrastruttura tar-Riċerka, il-Bord Konsultattiv Xjentifiku u l-Bord Konsultattiv għall-Etika u għall-Ambjent

(l-Artikolu 11 tal-Istatuti tal-ECCSEL ERIC)

Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku

(a)

L-Assemblea Ġenerali għandha taħtar Bord Konsultattiv Xjentifiku indipendenti fformat minn massimu ta' sitt xjenzjati eminenti, indipendenti u tal-esperjenza ġejjin minn pajjiżi minn madwar id-dinja. Il-ħatra tal-membri tal-Bord għandha tkun ibbażata fuq proposti mid-Direttur, li għandu jfittex li jieħu pariri mingħand il-Bord Konsultattiv Xjentifiku u mingħand il-Kumitat għall-Koordinazzjoni tal-Infrastruttura tar-Riċerka. Il-mandat tal-membri tal-Bord hu ta' tliet snin. Hu possibbli li jerġgħu jinħatru għal darb' oħra biss. Id-delegati għall-Assemblea Ġenerali ma jistgħux jinħatru għal dan il-Bord.

(b)

Id-Direttur għandu jikkonsulta mal-Bord Konsultattiv Xjentifiku tal-inqas darba fis-sena fuq il-kwalità xjentifika tas-servizzi offruti mill-ECCSEL ERIC, dwar il-politiki xjentifiċi, il-proċeduri u l-pjanijiet futuri tal-organizzazzjoni.

(c)

Darba fis-sena l-Bord Konsultattiv Xjentifiku għandu jissottometti rapport bil-miktub lill-Assemblea Ġenerali, permezz tad-Direttur, dwar l-attivitajiet tiegħu. Id-Direttur għandu jissottometti r-rapport lill-Assemblea Ġenerali flimkien mal-kummenti u mar-rakkomandazzjonijiet possibbli tad-Direttur.

8.   Il-Politika dwar it-Tixrid

(l-Artikolu 19 tal-Istatuti tal-ECCSEL ERIC)

1.

Għandu jkun hemm aċċess miftuħ għar-riżultati u għad-data tar-riċerka tal-ECCSEL ERIC f'konformità mal-politika dwar it-tixrid adottata mill-Assemblea Ġenerali. Ir-riżultati u d-data tar-riċerka għandhom jingħataw lill-partijiet interessati mingħajr il-ħlas ta' spejjeż oħra minbarra dawk assoċjati mat-tixrid. Għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni, “riżultati u data tar-riċerka tal-ECCSEL ERIC” għandha tfisser riżultati u data tar-riċerka fil-qasam tal-ġbir u tal-ħżin tad-diossidu tal-karbonju ġġenerati mis-sidien tal-faċilitajiet li jieħdu sehem fl-infrastruttura tal-ECCSEL ERIC.

2.

L-ECCSEL ERIC għandu jxerred b'mod attiv ir-riżultati fir-riċerka tal-ECCSEL ERIC lis-soċjetà b'tali mod li dawn ikunu jistgħu jaqdu rwol attiv fl-iżvilupp ta' politiki u fil-kontroll tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju.

3.

L-ECCSEL ERIC għandu jippromwovi l-kooperazzjoni tal-ECCSEL ERIC u r-riżultati tal-istess kooperazzjoni, iħeġġeġ lir-riċerkaturi jidħlu għal proġetti ġodda u innovattivi u, kif xieraq, iħeġġeġ lir-riċerkaturi jużaw ir-riżultati tal-ECCSEL ERIC fl-edukazzjoni għolja.

4.

L-ECCSEL ERIC għandu jħeġġeġ b'mod ġenerali lill-utenti tar-riżultati tar-riċerka tal-ECCSEL ERIC biex ipoġġu r-riżultati tar-riċerka tagħhom stess għad-dispożizzjoni b'mod pubbliku u għandu jitlob lill-utenti jagħmlu pubbliċità xierqa dwar l-aċċess li ngħatalhom fi ħdan l-ECCSEL ERIC.

5.

Il-politika dwar it-tixrid għandha tiddeskrivi d-diversi gruppi fil-mira, u għandha tuża diversi kanali biex tilħaq lill-udjenzi fil-mira. Fil-pubblikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw ir-riżultati u l-għarfien iġġenerati minn jew fi ħdan il-kooperazzjoni tal-ECCSEL ERIC, l-ECCSEL ERIC għandu jiġi rikonoxxut kif xieraq.

9.   Il-Politika dwar id-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali

(l-Artikolu 20 tal-Istatuti tal-ECCSEL ERIC)

1.

F'konformità mal-objettivi tal-Istatuti preżenti, it-terminu “Proprjetà Intellettwali” għandu jinftiehem skont l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li Tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) iffirmata fl-14 ta' Lulju 1967.

2.

Fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-Proprjetà Intellettwali, ir-relazzjonijiet bejn il-Membri għandhom jiġu rregolati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiżi Membri, kif ukoll mir-regoli u mir-regolamenti internazzjonali rilevanti.

3.

Il-proprjetà intellettwali li l-Membri jipprovdu lill-ECCSEL ERIC għandha tibqa' l-proprjetà tad-detentur oriġinali tal-Proprjetà Intellettwali. Jekk it-tali proprjetà toriġina minn xogħol iffinanzjat mill-ECCSEL ERIC (kontribuzzjoni diretta jew in natura), il-proprjetà intellettwali għandha tappartjeni għall-ECCSEL ERIC, sakemm ma jkunx ġie miftiehem li l-proprjetà għandha tappartjeni għall-Membru li ħoloqha. Il-valur ekonomiku possibbli tal-aċċess ogħla mit-tariffa mħallsa m'għandux jitqies bħala finanzjament mill-ECCSEL ERIC ta' proġett.

4.

L-ECCSEL ERIC għandha tiżgura li l-utenti jaqblu mal-patti u mal-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għar-riżultati u d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali tar-riżultati u li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti xierqa dwar is-sigurtà fir-rigward tal-ħżin u l-immaniġġjar tad-drittijiet u tar-riżultati.

5.

L-ECCSEL ERIC għandu jkollu fis-seħħ arranġamenti għall-investigazzjoni ta' allegazzjonijiet ta' ksur tas-sigurtà u ta' divulgazzjonijiet tal-kunfidenzjalità fir-rigward tad-data u tal-informazzjoni tar-riċerka.

6.

L-ECCSEL ERIC għandu jipprovdi gwida lir-riċerkaturi biex jiżgura li r-riċerka mwettqa bl-użu ta' materjal magħmul aċċessibbli permezz tal-ECCSEL ERIC issir fi ħdan qafas li jirrikonoxxi d-drittijiet tas-sidien.

7.

Politika dettaljata dwar id-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali, approvata mill-Assemblea Ġenerali, għandha tkun maqbula b'mod separat mill-partijiet li joperaw il-faċilitajiet li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-ECCSEL ERIC.

10.   L-impjiegi

(l-Artikolu 17 tal-Istatuti tal-ECCSEL ERIC)

1.

L-ECCSEL ERIC għandu jkun impjegatur li jħaddan politika ta' opportunitajiet indaqs. Il-proċeduri għall-għażla tal-applikanti għall-karigi tal-persunal tal-ECCSEL ERIC għandhom ikunu trasparenti, nondiskriminatorji u jirrispettaw l-ugwaljanza.

2.

Il-kuntratti ta' impjieg għandhom ikunu soġġetti għad-drittijiet u għar-regolamenti applikabbli tal-pajjiż li fih ikun impjegat il-persunal jew għad-drittijiet tal-pajjiż fejn jitwettqu l-attivitajiet tal-ECCSEL ERIC. Il-postijiet vakanti tal-ECCSEL ERIC għandhom jiġu ppubblikati b'mod internazzjonali kif xieraq.

3.

Soġġett għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, kull Membru fi ħdan il-ġurisdizzjoni tiegħu għandu jiffaċilita l-moviment u r-residenza taċ-ċittadini tal-Membri involuti fil-kompiti tal-ECCSEL ERIC kif ukoll tal-membri tal-familja ta' dawn iċ-ċittadini.

11.   Il-politika dwar l-akkwist u l-eżenzjoni mit-taxxa

(l-Artikolu 16 tal-Istatuti tal-ECCSEL ERIC)

1.

L-ECCSEL ERIC għandu jitratta lill-kandidati u lill-offerenti għall-akkwist b'mod ugwali u mhux diskriminatorju, indipendentament minn jekk humiex ibbażati fl-Unjoni Ewropea jew le. Il-politika dwar l-akkwist tal-ECCSEL ERIC għandha tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-kompetizzjoni.

2.

Id-Direttur għandu jkun responsabbli għal kull akkwist li jsir mill-ECCSEL ERIC. Id-deċiżjoni li tagħti d-dritt tal-akkwist għandha tiġi ppubblikata kif xieraq u għandha tinkludi ġustifikazzjoni sħiħa. L-Assemblea Ġenerali għandha tadotta Regoli ta' Implimentazzjoni li jiddefinixxu d-dettalji kollha neċessarji dwar il-proċeduri u l-kriterji eżatti tal-akkwist.

3.

L-akkwist minn Membri u minn Osservaturi li jikkonċerna l-attivitajiet tal-ECCSEL ERIC għandu jsir b'tali mod li tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta lill-ħtiġijiet, lir-rekwiżiti tekniċi u lill-ispeċifikazzjonijiet tal-ECCSEL ERIC maħruġa mill-korpi rilevanti.


Rettifika

13.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/98


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta' April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 92 tas-6 ta' April 2017 )

F'paġna 95, l-Artikolu 2,

minflok:

“L-ammonti ggarantiti bħala dazji antidumping proviżorji skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/181 (*1) għandhom jiġu rilaxxati b'mod definittiv.

aqra:

“L-ammonti ggarantiti bħala dazji antidumping proviżorji skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1778 (*2) għandhom jiġu rilaxxati b'mod definittiv.