ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 146

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
9 ta' Ġunju 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/964 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/965 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/150

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/966 tal-1 ta' Ġunju 2017 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Connemara Hill Lamb/Uain Sléibhe Chonamara (IĠP)]

8

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/967 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jagħti lill-Cape Verde deroga temporanja mir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward ta' fletti tat-tonn ippreparati jew ippreservati

10

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/968 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jagħti lill-Cape Verde deroga temporanja mir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward ta' fletti tal-kavalli ppreparati jew ippreservati u ta' fletti tat-tumbrell jew tal-iżgamirru ppreparati jew ippreservati

13

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

17

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/970 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

129

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/971 tat-8 ta' Ġunju 2017 li tiddetermina l-arranġamenti għall-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE fil-qafas tal-PSDK missjonijiet u li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja, 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta' taħriġ militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

133

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/972 tat-8 ta' Ġunju 2017 li taġġorna u temenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/154

139

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/973 tat-8 ta' Ġunju 2017 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) ( *1 )

141

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/974 tat-8 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

143

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/975 tat-8 ta' Ġunju 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

145

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/976 tas-7 ta' Ġunju 2017 dwar l-approvazzjoni tad-deċiżjoni ta' eżenzjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE dwar il-forniment ta' ċerti servizzi ta' groundhandling fl-Ajruport ta' Tallinn (AS Tallinna Lennujaam) (notifikata bid-dokument C(2017) 3798)

150

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/977 tat-8 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2017) 3962)  ( 1 )

155

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/907 tad-29 ta' Mejju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja ( ĠU L 139, 30.5.2017 )

159

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta' Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja ( ĠU L 139, 30.5.2017 )

159

 


 

(*1)   Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/964

tat-8 ta' Ġunju 2017

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(2)

L-Artikolu 26c tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK jirrikjedi li l-akkwist ta' ċerti oġġetti relatati man-nukleari mill-Iran, minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni Konġunta.

(3)

L-Artikolu 26d tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK jirrikjedi li l-Istati Membri jwettqu l-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lejn, jew għall-użu fi, jew għall-benefiċċju tal-Iran ta' oġġetti msemmija fiha jiżguraw li jkunu kisbu u jkunu fil-pożizzjoni li jeżerċitaw b'mod effettiv dritt li jivverifikaw l-użu aħħari u l-post tal-użu aħħari ta' dawk l-oġġetti.

(4)

Fit-8 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/974 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/974 tissostitwixxi, fl-Artikolu 26c tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, ir-rekwiżit li tikseb approvazzjoni mill-Kummissjoni Konġunta b'obbligu ta' notifika lill-Kummissjoni Konġunta dwar kwalunkwe akkwist tal-oġġetti inkwistjoni. Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/974 temenda wkoll l-Artikolu 26d biex tesiġi li l-Istati Membri jiksbu, qabel l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe tranżazzjoni msemmija fiha, informazzjoni dwar l-użu aħħari u l-post tal-użu aħħari ta' kwalunkwe oġġett fornut.

(6)

Hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex il-miżuri jiġu implimentati, partikolarment bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 267/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif gej:

(1)

fl-Artikolu 2a, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b' dan li ġej:

“5.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Konġunta bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt il-punt (e) tal-paragrafu 1 u awtorizzazzjonijiet dwar ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport mill-Iran tal-oġġetti u teknoloġiji ulterjuri msemmija fil-paragrafu 4, kemm jekk joriġinaw mill-Iran u kemm jekk le.”;

(2)

l-Artikolu 3a, huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   L-awtorità kompetenti li tagħti awtorizzazzjoni b'konformità mal-paragrafu 1(a) għandha tiżgura li, għajr għal esportazzjonijiet temporanji, l-applikant issottometta d-dikjarazzjoni tal-użu aħħari fl-Anness IIa jew dikjarazzjoni ta' użu aħħari f'dokument ekwivalenti li jkun fih informazzjoni dwar l-użu aħħari u, fejn possibbli, il-post tal-użu finali ta' kwalunkwe oġġett fornut.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 6a li ġej:

“6a.   Meta ma jkunx possibbli li jiġi stabbilit, b'konformità mal-paragrafu 6, l-informazzjoni dwar il-post tal-użu aħħari ta' oġġett fornut b'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tista' titlob lill-applikant biex jipprovdi tali informazzjoni fi stadju aktar tard. L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni f'perijodu ta' żmien raġonevoli.”.

(3)

l-Artikolu 3c huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-awtorità kompetenti li tagħti awtorizzazzjoni b'konformità mal-paragrafu 1 għandha tiżgura li, għajr għal esportazzjonijiet temporanji, l-applikant issottometta d-dikjarazzjoni tal-użu aħħari stabbilit fl-Anness IIa jew dikjarazzjoni ta' użu aħħari f'dokument ekwivalenti li jkun fih informazzjoni dwar l-użu aħħari u, fejn possibbli, il-post tal-użu finali ta' kwalunkwe oġġett fornut.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.   Meta ma jkunx possibbli li jiġi stabbilit, b'konformità mal-paragrafu 2, l-informazzjoni dwar il-post tal-użu aħħari ta' oġġett fornut b'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tista' titlob lill-applikant biex jipprovdi tali informazzjoni fi stadju aktar tard. L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni f'perijodu ta' żmien raġonevoli.”.

(4)

l-Artikolu 3d huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-awtorità kompetenti li tagħti awtorizzazzjoni b'konformità mal-paragrafu 1 għandha tiżgura li:

(a)

l-attivitajiet kollha jsiru strettament f'konformità mal-JCPOA; u

(b)

għajr għal esportazzjonijiet temporanji, l-applikant issottometta d-dikjarazzjoni tal-użu aħħari stabbilit fl-Anness IIa jew f'dikjarazzjoni ta' użu aħħari f'dokument ekwivalenti li jkun fih informazzjoni dwar l-użu aħħari u, fejn possibbli, il-post tal-użu finali ta' kwalunkwe oġġett fornut.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Meta ma jkunx possibbli li jiġi stabbilit, f'konformità mal-paragrafu 2, l-informazzjoni dwar il-post tal-użu aħħari ta' oġġett fornut b'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tista' titlob lill-applikant biex jipprovdi tali informazzjoni fi stadju aktar tard. L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni f'perijodu ta' żmien raġonevoli.”;

(5)

it-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament jiddaħħal bħala Anness IIa.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

U. REINSALU


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/974 tat-8 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 143).


ANNESS

ANNESS IIa

Dikjarazzjoni tal-użu aħħari msemmi fl-Artikoli 3a(6) u 3c(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 3d(2)

(Karta intestata tal-utent aħħari/konsenjatarju fil-pajjiż ta' destinazzjoni finali)

DIKJARAZZJONI TAL-UŻU AĦĦARI

(jekk maħruġ mill-awtorità governattiva, numru uniku ta' identifikazzjoni ‘Nru…’)

A.   PARTIJIET

1.

L-esportatur (isem, indirizz u dettalji ta' kuntatt)

2.

Il-konsenjatarju (isem, indirizz u dettalji ta' kuntatt)

3.

L-utent aħħari (jekk differenti minn konsenjatarju)

4.

Il-pajjiż tad-destinazzjoni finali

B.   OĠĠETTI

1.

Oġġetti (deskrizzjoni ddettaljata tal-oġġetti)

2.

Kwantità (unitajiet)/piż

3.

Użu aħħari (skop speċifiku li għalih ser jintużaw l-oġġetti). -Jekk l-oġġetti jkunu inkorporati jew użati għall-iżvilupp, il-produzzjoni, l-użu jew it-tiswija ta' oġġett ieħor jekk jogħġbok iddeskrivi dak l-oġġett, l-għan u l-utent aħħari)

4.

Speċifikazzjoni tal-post tal-użu aħħari tal-oġġetti (ħlief jekk id-destinatarju jaġixxi ta' operatur tas-suq, grossist jew bejjiegħ mill-ġdid) u mhux konxju tal-lokazzjoni ta' użu aħħari tal-oġġetti)

C.   STQARRIJA TAL-KONSENJATARJU BARRANI

C.1   Il-konsenjatarju jaġixxi bħala utent aħħari

L-Artikoli 3a(6), 3c(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 3d(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 jeżiġi li l-applikant għal awtorizzazzjoni biex jissottometti din id-dikjarazzjoni tal-użu aħħari jew dokument ekwivalenti li jkun fih informazzjoni dwar l-użu aħħari u l-post tal-użu aħħari ta' kwalunkwe oġġett fornut.

Aħna (Jien) nistqarru (nistqarr) li l-oġġetti deskritti fit-Taqsima B fornuti mill-esportatur imsemmija fit-Taqsima A 1:

1.

ser jiġu użati biss għall-finijiet deskritti fit-Taqsima B 3 u li l-oġġetti jew kwalunkwe replika tagħhom, jekk applikabbli, huma intiżi għal użu finali fil-pajjiż imsemmi fit-Taqsima A 4, f'post differenti milli speċifikat fit-Taqsima B 4;

2.

li l-oġġetti jew kwalunkwe replika tagħhom, jekk applikabbli:

mhux ser jintużaw f'xi attività esplożiva nukleari jew attività mhux kkontrollata ta' ċiklu ta' fjuwil nukleari;

mhux ser jintużaw għal kwalunkwe skop marbut ma' armi kimiċi jew bijoloġiċi jew nukleari, jew missili kapaċi li jwasslu armi bħal dawn;

ser jintużaw biss għal użi ċivili aħħarin;

mhux ser jiġu trasferiti mill-ġdid fl-Iran mingħajr informazzjoni minn qabel lill-Istat esportatur.

C.2   Konsenjatarju jaġixxi ta' negozjant, grossist jew bejjiegħ mill-ġdid (timtela biss jekk it-Taqsima C.1. mhix applikabbli)

L-Artikoli 3a(6) u 3c(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 3d(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 jeżiġu li l-applikant għal awtorizzazzjoni biex jissottometti din id-dikjarazzjoni tal-użu aħħari jew dokument ekwivalenti li jkun fih informazzjoni dwar l-użu aħħari u l-post tal-użu aħħari ta' kwalunkwe oġġett fornut.

Aħna (Jien) nistqarru (nistqarr) li l-oġġetti deskritti fit-Taqsima B fornuti mill-esportatur imsemmija fit-Taqsima A 1:

1.

ser jiġu użati biss għall-finijiet deskritti fit-Taqsima B 3 u li l-oġġetti jew kwalunkwe replika tagħhom, jekk applikabbli, huma intiżi għal użu finali fil-pajjiż imsemmi fit-Taqsima A 4

2.

li l-oġġetti jew kwalunkwe replika tagħhom, jekk applikabbli:

mhux ser jintużaw f'xi attività esplożiva nukleari jew attività mhux kkontrollata ta' ċiklu ta' fjuwil nukleari;

mhux ser jintużaw għal kwalunkwe skop marbut ma' armi kimiċi jew bijoloġiċi jew nukleari, jew missili kapaċi li jwasslu armi bħal dawn;

ser jintużaw biss għal użi ċivili aħħarin;

ser jitwasslu biss lil persuna terza/kumpanija bil-kondizzjoni li dik il-persuna terza/kumpanija taċċetta l-impenji tad-dikjarazzjoni ta' hawn fuq bħala vinkolanti għaliha nfisha u bil-kondizzjoni li dik il-persuna terza/kumpanija hija magħrufa bħala affidabbli fl-osservanza ta' dawn l-impenji.

FIRMA

 

Post, data

Firma oriġinali tal-utent aħħari/konsenjatarju

Timbru tal-kumpanija/siġill uffiċjali

Isem u titlu tal-firmatarju b'ittri kbar

Jekk applikabbli:

Timbru tal-kamra tal-kummerċ

(jew awtorità oħra ta' legalizzazzjoni)


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/965

tat-8 ta' Ġunju 2017

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/150

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Jannar 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/150 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, li jistabbilixxi lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (“il-lista”).

(2)

Il-Kunsill iddetermina li m'għadx hemm raġunijiet għalfejn entità minnhom tinżamm fuq il-lista.

(3)

Il-lista għandha għalhekk tiġi aġġornata skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 hija emendata kif tinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

U. REINSALU


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/150 tas-27 ta' Jannar 2017 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1127 (ĠU L 23, 28.1.2017, p. 3).


ANNESS

L-entità elenkata hawn taħt titħassar mil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001:

II.   GRUPPI U ENTITAJIET

11.

“Hofstadgroep”.


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/966

tal-1 ta' Ġunju 2017

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Connemara Hill Lamb/Uain Sléibhe Chonamara (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Irlanda għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Connemara Hill Lamb”/“Uain Sléibhe Chonamara”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-ispeċifikazzjoni tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Connemara Hill Lamb”/“Uain Sléibhe Chonamara” (IĠP) hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jirreġistra ċerti ismijiet fir-Reġistru ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Geraardsbergse mattentaart (IĠP) — Pataca de Galicia ou Patata de Galicia (IĠP) — Poniente de Granada (DOP) — Gata-Hurdes (DOP) — Patatas de Prades ou Patates de Prades (IĠP) — Mantequilla de Soria (DOP) — Huile d'olive de Nîmes (DOP) — Huile d'olive de Corse ou huile d'olive de Corse-Oliu di Corsica (DOP) — Clémentine de Corse (IĠP) — Agneau de Sisteron (IĠP) — Connemara Hill Lamb ou Uain Sléibhe Chonamara (IĠP) — Sardegna (DOP) — Carota dell'Altopiano del Fucino (IĠP) — Stelvio ou Stilfser (DOP) — Limone Femminello del Gargano (IĠP) — Azeitonas de Conserva de Elvas e Campo Maior (DOP) — Chouriça de Carne de Barroso-Montalegre (IĠP) — Chouriço de Abóbora de Barroso-Montalegre (IĠP) — Sangueira de Barroso-Montalegre (IĠP) — Batata de Trás-os-Montes (IĠP) — Salpicão de Barroso-Montalegre (IĠP) — Alheira de Barroso-Montalegre (IĠP) — Cordeiro de Barroso, Anho de Barroso ou Borrego de leite de Barroso (IĠP) — Azeite do Alentejo Interior (DOP) — Paio de Beja (IĠP) — Linguíça do Baixo Alentejo ou Chouriço de carne do Baixo Alentejo (IĠP) — Ekstra deviško oljčno olje Slovenske Istre (DOP)) (ĠU L 46, 16.2.2007, p. 14).

(3)  ĠU C 35, 3.2.2017, p. 6.


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/967

tat-8 ta' Ġunju 2017

li jagħti lill-Cape Verde deroga temporanja mir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward ta' fletti tat-tonn ippreparati jew ippreservati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 64(6) u 66(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Cape Verde huwa pajjiż li jibbenefika mis-sistema ġeneralizzata ta' preferenzi msejħa s-SĠP fir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Ir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali għall-finijiet tas-SPĠ, minbarra r-regoli proċedurali, huma stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (3).

(2)

Permezz tal-ittra ddatata s-27 ta' Settembru 2016, il-Cape Verde ressaq talba għal deroga temporanja mir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. It-talba kienet għal volum annwali ta' 5 000 tunnellata ta' tonn ippreparat jew ippreservat għal perjodu ta' sentejn, mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018. Skont id-deroga mitluba, dawn il-prodotti jitqiesu bħala prodotti li joriġinaw fil-Cape Verde anki jekk, minkejja li jkunu ġew prodotti fil-Cape Verde, huma jkunu ġew prodotti minn ħut mhux oriġinarju.

(3)

Fit-talba tiegħu għal deroga, il-Cape Verde spjega li l-kwantitajiet ta' tonn li l-flotta tiegħu qed taqbad bħalissa fl-ilmijiet proprji huma żgħar u, fin-nuqqas ta' deroga, il-flotta disponibbli għas-sajd lil hinn mill-ilmijiet territorjali tiegħu hija limitata. Barra minn hekk, l-istaġun tas-sajd għat-tonn huwa limitat għal erba' xhur tas-sena. Dan inaqqas l-opportunitajiet għall-qbid ta' tonn oriġinarju. Element importanti ieħor huwa li l-Cape Verde reċentement żviluppa l-infrastruttura portwali tiegħu. B'riżultat ta' dan, issa jistgħu jiġu ttrattati kwantitajiet ikbar ta' tonn u għaldaqstant l-industrija tas-sajd għat-tonn issa għandha l-opportunità tikber. Fl-aħħar nett, it-talba enfasizzat id-diffikultajiet li l-Cape Verde qed jiffaċċja bħala riżultat ta' dewmien fid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (“l-FSE”) il-ġdid bejn l-Unjoni u l-Afrika tal-Punent li ġie inizjalat fit-30 ta' Ġunju 2014. Hija enfasizzat ukoll il-ħtieġa tal-Cape Verde għal deroga mir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali sabiex tikkumpensa għall-fatt li għadhom ma jistgħux jiġu invokati r-regoli ta' akkumulazzjoni skont l-EPA.

(4)

L-argumenti fit-talba juru li, mingħajr id-deroga, l-abbiltà tal-industrija tal-ipproċessar tal-ħut tal-Cape Verde li tesporta l-prodotti inkwistjoni lejn l-Unjoni taħt is-SĠP se tiġi affettwata b'mod sinifikanti. Dan jista' jkun ta' deterrent għal aktar żvilupp tal-flotta tal-Cape Verde għal sajd żgħir pelaġiku u jxekkel il-konformità tal-Cape Verde fil-futur mar-regoli tal-oriġini applikabbli għal dawn il-prodotti.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li l-Cape Verde jingħata deroga temporanja mir-rekwiżit, skont ir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali, li l-prodotti li jkun fihom materjali li ma jkunux inkisbu għalkollox fil-pajjiż benefiċjarju jridu jkunu għaddew minn xogħol jew ipproċessar suffiċjenti sabiex ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati li joriġinaw f'dak il-pajjiż. Id-deroga għandha tkun għal volum annwali ta' 5 000 tunnellata ta' tonn ippreparat jew ippreservat. Id-deroga għandha tkun limitata għal perjodu ta' sena sabiex jiġu vvalutati l-kapaċità u l-isforzi tal-Cape Verde biex iħejji ruħu biex jikkonforma mar-regoli tal-oriġini għall-prodotti kkonċernati. Jekk, madankollu, l-EPA jidħol fis-seħħ qabel ma jintemm dak il-perjodu ta' sena, id-deroga għandha tiskadi fil-ġurnata li tiġi eżattament qabel id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-EPA.

(6)

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu ġestiti b'konformità mal-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (4) li jirregolaw il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji.

(7)

Id-deroga għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet doganali tal-Cape Verde jieħdu l-passi neċessarji biex iwettqu kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti suġġetti għad-deroga, u li huma jibagħtu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni tal-kwantitajiet li għalihom inħarġu ċertifikati tal-oriġini tal-Formola A skont dan ir-Regolament u n-numri tas-serje ta' dawk iċ-ċertifikati.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament għandhom jidħlu fis-seħħ mill-aktar fis possibbli wara l-pubblikazzjoni tiegħu sabiex titqies is-sitwazzjoni tal-Cape Verde u sabiex dan il-pajjiż jitħalla juża d-deroga mingħajr aktar dewmien.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikoli 41(b) u 45 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, it-tonn ippreparat jew ippreservat tal-kodiċi tan-NM 1604 14 prodott fil-Cape Verde minn ħut mhux oriġinanti għandu jitqies bħala li joriġina fil-Cape Verde skont l-Artikoli 2, 3 u 4 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Din id-deroga għandha tapplika għall-prodotti li jkunu ġew kemm esportati mill-Cape Verde kif ukoll iddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni matul il-perjodu mill-10 ta' Ġunju 2017 sa:

(a)

l-10 ta' Ġunju 2018 jew,

(b)

jekk il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni u l-Afrika tal-Punent inizjalat fit-30 ta' Ġunju 2014 (“l-FSE”) jidħol fis-seħħ fl-10 ta' Ġunju 2018 jew qabel, il-jum immedjatament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

2.   Id-deroga għandha tapplika għall-prodotti sal-kwantità annwali elenkata fl-Anness.

3.   L-applikazzjoni ta' din id-deroga hija soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 43 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu ġestiti b'konformità mal-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 li jirregolaw il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji.

Artikolu 4

Id-deroga qed tingħata bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

L-awtoritajiet doganali tal-Cape Verde għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex iwettqu kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1.

(2)

Dan li ġej għandu jitniżżel fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikati tal-oriġini tal-Formola A maħruġin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Cape Verde skont dan ir-Regolament: “Deroga — ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/967”.

(3)

Kull tliet xhur, l-awtoritajiet kompetenti tal-Cape Verde għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni tal-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu ċertifikati tal-oriġini tal-Formola A skont dan ir-Regolament u n-numri tas-serje ta' dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

Kodiċi TARIC

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodi

Il-kwantità annwali (il-piż nett f'tunnellati)

09.1602

ex 1604 14 31

1604 14 36

10

Fletti tat-tonn ippreparati jew ippreservati (Thunnus albacares)

Mill-10.6.2017 sad-data determinata b'konformità mal-Artikolu 2(1)(a) u (b)

5 000


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/968

tat-8 ta' Ġunju 2017

li jagħti lill-Cape Verde deroga temporanja mir-regoli dwar l-oriġini preferenzjali stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward ta' fletti tal-kavalli ppreparati jew ippreservati u ta' fletti tat-tumbrell jew tal-iżgamirru ppreparati jew ippreservati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 64(6) u 66(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Cape Verde huwa pajjiż li jibbenefika mis-sistema ġeneralizzata ta' preferenzi msejħa s-SĠP fir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 439/2011 (3), il-Cape Verde ngħata deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (4) f'dak li jirrigwarda d-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinanti użata għall-iskopijiet tas-SĠP. Id-deroga kienet tikkonċerna volum annwali ta' 2 500 tunnellata fil-każ tal-fletti tal-kavalli ppreparati jew ippreservati u ta' 875 tunnellata fil-każ tal-fletti tat-tumbrell jew tal-iżgamirru ppreparati jew ippreservati. Skont id-deroga u fil-limiti ta' dawk il-kwantitajiet, dawn il-prodotti kienu kkunsidrati bħala prodotti li joriġinaw fil-Cape Verde anki jekk, minkejja li jkunu ġew prodotti fil-Cape Verde, huma jkunu ġew prodotti minn ħut mhux oriġinanti. Wara li ġiet estiża darbtejn, id-deroga mbagħad skadiet fil-31 ta' Diċembru 2016.

(2)

Permezz tal-ittra ddatata s-27 ta' Settembru 2016, il-Cape Verde ressaq talba għal estensjoni ta' din id-deroga, għall-istess volumi annwali, għal perjodu ta' sentejn, mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018, sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (“l-FSE”) bejn l-Unjoni u l-Afrika tal-Punent li ġie inizjalat fit-30 ta' Ġunju 2014. Minħabba r-regoli ta' akkumulazzjoni tiegħu, dan il-ftehim il-ġdid se jippermetti lill-industrija tal-ipproċessar tal-ħut tal-Cape Verde tikkonforma mar-regoli dwar l-oriġini preferenzjali billi tuża ħut li joriġina fi Stati tal-Afrika tal-Punent oħrajn.

(3)

Mill-2008, it-total tal-kwantitajiet annwali li ngħataw lill-Cape Verde permezz tad-deroga kkontribwixxew b'mod sinifikanti biex titjieb is-sitwazzjoni tas-settur tal-ipproċessar tas-sajd tal-Cape Verde. Dawn il-kwantitajiet wasslu wkoll, sa ċertu punt, biex reġgħet ingħatat il-ħajja l-flotta ta' bastimenti tas-sajd żgħar tal-Cape Verde, li hija ta' importanza vitali għal dak il-pajjiż.

(4)

L-argumenti fit-talba juru li, mingħajr id-deroga, l-abbiltà tal-industrija tal-ipproċessar tal-ħut tal-Cape Verde li tkompli tesporta l-prodotti lejn l-Unjoni skont is-SĠP se tiġi affettwata b'mod sinifikanti, u dan jaf ikun ta' deterrent għal aktar żvilupp tal-flotta tal-Cape Verde ta' bastimenti żgħar li jistadu għall-ħut pelaġiku.

(5)

Huwa meħtieġ żmien addizzjonali biex jiġu kkonsolidati r-riżultati diġà miksuba mill-Cape Verde fl-isforzi tiegħu biex iġedded il-flotta tas-sajd lokali tiegħu. Jenħtieġ li d-deroga tagħti lill-Cape Verde żmien biżżejjed biex iħejji ruħu sabiex jikkonforma mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini preferenzjali.

(6)

Wara li kkunsidrat in-natura temporanja tad-derogi mogħtija għad-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinanti, id-deroga għandha tingħata għal perjodu ta' sentejn li jibda mill-1 ta' Jannar 2017 fir-rigward ta' kwantitajiet annwali ta' 2 500 tunnellata għall-fletti tal-kavalli ppreparati jew ippreservati u ta' 875 tunnellata għall-fletti tat-tumbrell jew tal-iżgamirru ppreparati jew ippreservati. Madankollu, id-deroga għandha tintemm fil-jum immedjatament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-FSE mal-Afrika tal-Punent, jekk dan iseħħ qabel il-31 ta' Diċembru 2018.

(7)

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu ġestiti b'konformità mal-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (5) li jirregolaw il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji.

(8)

Id-deroga għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet doganali tal-Cape Verde jieħdu l-passi neċessarji biex iwettqu kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti suġġetti għad-deroga, u li huma jibagħtu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni tal-kwantitajiet li għalihom inħarġu ċertifikati tal-oriġini tal-Formola A skont dan ir-Regolament u n-numri tas-serje ta' dawk iċ-ċertifikati.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament għandhom jidħlu fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu sabiex titqies is-sitwazzjoni tal-Cape Verde u sabiex dan il-pajjiż jitħalla juża d-deroga mingħajr aktar dewmien. Għall-istess raġuni, dan ir-Regolament għandu japplika b'mod retroattiv mill-1 ta' Jannar 2017.

(10)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 439/2011 skada fil-31 ta' Diċembru 2016 u kien ibbażat fuq l-Artikolu 89 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, li tħassar fl-1 ta' Mejju 2016. Huwa xieraq li tittawwal id-deroga permezz ta' att ta' implimentazzjoni ġdid adottat b'konformità mal-Artikolu 64(6) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikoli 41(b) u 45 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (6), il-fletti tal-kavalli ppreparati jew ippreservati u l-fletti tat-tumbrell jew tal-iżgamirru ppreparati jew ippreservati tal-kodiċi tan-NM 1604 15 11 u ex 1604 19 97 prodotti fil-Cape Verde minn ħut mhux oriġinanti għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw fil-Cape Verde skont l-Artikoli 2, 3 u 4 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Din id-deroga għandha tapplika għall-prodotti li jkunu ġew kemm esportati mill-Cape Verde kif ukoll iddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017:

(a)

sal-31 ta' Diċembru 2018 jew,

(b)

jekk il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni u l-Afrika tal-Punent inizjalat fit-30 ta' Marzu 2014 (“l-FSE”) jidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2018 jew qabel, sal-jum immedjatament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

2.   Id-deroga għandha tapplika għall-prodotti sal-kwantità annwali elenkata fl-Anness.

3.   L-applikazzjoni ta' din id-deroga hija soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 43 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu ġestiti b'konformità mal-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 li jirregolaw il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji.

Artikolu 4

Id-deroga qed tingħata bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

L-awtoritajiet doganali tal-Cape Verde għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex iwettqu kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1.

(2)

Dan li ġej għandu jitniżżel fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikati tal-oriġini tal-Formola A maħruġin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Cape Verde skont dan ir-Regolament: “Deroga — ir-Regolament (UE) 2017/968”.

(3)

Kull tliet xhur, l-awtoritajiet kompetenti tal-Cape Verde għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni tal-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu ċertifikati tal-oriġini tal-Formola A skont dan ir-Regolament u n-numri tas-serje ta' dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 439/2011 tas-6 ta' Mejju 2011 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinati li jintuża għall-finijiet tal-iskema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati sabiex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Kap Verde fir-rigward tal-esportazzjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd lejn l-Unjoni Ewropea (ĠU L 119, 7.5.2011, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).


ANNESS

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodi

Il-kwantità annwali (il-piż nett f'tunnellati)

09.1647

1604 15 11

ex 1604 19 97

Fletti tal-kavalli ppreparati jew ippreservati (Scomber scombrus, Scomber japonicus, Scomber colias)

Mill-1 ta' Jannar 2017 sad-data determinata b'konformità mal-Artikolu 2(1)(a) u (b)

2 500

09.1648

ex 1604 19 97

Fletti tat-tumbrell jew tal-iżgamirru ppreparati jew ippreservati (Auxis thazard, Auxis rochei)

Mill-1 ta' Jannar 2017 sad-data determinata b'konformità mal-Artikolu 2(1)(a) u (b)

875


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/969

tat-8 ta' Ġunju 2017

li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Il-bidu

(1)

Fit-13 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) tat bidu għal investigazzjoni antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”). Il-bidu kien ibbażat fuq l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2). Hija ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“in-Notifika ta' Bidu”) (3).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara ilment li tressaq fil-31 ta' Marzu 2016 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar (“Eurofer” jew “l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar (“HRF”). L-ilment kien fih evidenza ta' sussidjar u ta' theddida konsegwenti ta' dannu li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

(3)

Qabel il-bidu tal-investigazzjoni antisussidji, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”) (4) li hija rċeviet ilment iddokumentat kif suppost u stiednet lill-GTĊ għal konsultazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ aċċetta l-offerta għall-konsultazzjonijiet, li saru fil-11 ta' Mejju 2016. Matul il-konsultazzjonijiet, ittieħdet nota kif mistħoqq tal-kummenti ppreżentati mill-GTĊ. Madankollu, ma setgħet tintlaħaq ebda soluzzjoni bi ftehim reċiproku.

(4)

Ftit xhur qabel il-bidu tal-investigazzjoni preżenti, il-Kummissjoni tat bidu, fit-13 ta' Frar 2016 (5), għal investigazzjoni antidumping fuq importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina mir-RPĊ (“l-investigazzjoni antidumping parallela”).

(5)

Ftit wara l-bidu tal-investigazzjoni preżenti, jiġifieri fis-7 ta' Lulju 2016 (6), il-Kummissjoni tat bidu wkoll għal investigazzjoni antidumping fuq importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, is-Serbja u l-Ukrajna.

(6)

Fil-5 ta' April 2017, il-Kummissjoni imponiet dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina mir-RPĊ (7) (“ir-Regolament antidumping”). L-analiżijiet tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interessi tal-Unjoni mwettqa fl-investigazzjoni antisussidji preżenti u fl-investigazzjoni antidumping parallela huma simili, minħabba li d-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, tal-produtturi tal-Unjoni rappreżentattivi u tal-perjodu tal-investigazzjoni hija l-istess fiż-żewġ investigazzjonijiet. Huma ġew aġġornati u kkumplimentati sabiex jieħdu f'kunsiderazzjoni l-elementi fattwali kollha mressqa fl-investigazzjoni preżenti.

1.1.1.   Kummenti wara l-bidu

(7)

Il-GTĊ sostna li l-preżentata ta' ilment antidumping kontra l-istess prodott minn ħames pajjiżi abbażi tal-eżistenza ta' dannu materjali f'inqas minn xahrejn mill-preżentata tal-ilment attwali bbażat fuq theddida ta' dannu tqajjem mistoqsijiet serji dwar jekk kellhiex tinbeda l-investigazzjoni antisussidji attwali.

(8)

Il-Kummissjoni nnotat li l-każ antisussidji kontra r-RPĊ u l-każ antidumping kontra l-istess prodott minn ħames pajjiżi oħrajn huma żewġ investigazzjonijiet separati li għandhom jiġu vvalutati fuq il-merti tagħhom stess. L-ewwel nett, iż-żewġ każijiet għandhom perjodi ta' investigazzjoni differenti, li jikkoinċidu biss parzjalment (it-tieni nofs tal-2015). It-tieni nett, l-ilment antisussidji kien ibbażat fuq theddida ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni filwaqt li l-ilment antidumping sussegwenti kien ibbażat fuq l-eżistenza ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret li d-determinazzjoni ta' dumping u ta' dannu ssir abbażi ta' perjodu ta' investigazzjoni definit b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet legali rilevanti u mħabbar fin-Notifika ta' Bidu għal kull wieħed miż-żewġ każijiet. Barra minn hekk, mingħajr preġudizzju għar-riżultati tal-investigazzjoni antidumping li għaddejja dwar il-ħames pajjiżi l-oħrajn, il-premessi (549) sa (551) juru li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-mument tal-bidu ma ġietx invalidata mill-evidenza li nstabet matul l-investigazzjoni.

(9)

Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din il-pretensjoni bħala infondata.

(10)

Il-GTĊ sostna wkoll li l-investigazzjoni għandha tintemm minħabba li l-ilment ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti evidenzjarji tal-Artikoli 11(2) u 11(3) tal-Ftehim tad-WTO dwar Sussidji u Miżuri Kumpensatorji u tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament bażiku. Skont il-GTĊ, ma kienx hemm biżżejjed evidenza ta' sussidji kumpensabbli, ta' dannu u ta' rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu.

(11)

L-evidenza ppreżentata fl-ilment kienet tikkostitwixxi l-informazzjoni disponibbli b'mod raġonevoli għall-ilmentatur. Kien ukoll biżżejjed li jintwera, fl-istadju tal-bidu, li l-allegati sussidji kienu kumpensabbli f'termini tal-eżistenza, l-ammont u n-natura tagħhom. L-ilment kien fih ukoll biżżejjed evidenza li kien hemm theddida ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni, li kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet issussidjati. L-ilment jikkonsisti f'166 paġna, li fihom huwa jiddeskrivi l-evidenza inkluża fil-117-il anness. Safejn il-GTĊ irrefera għal kwalunkwe nuqqasijiet fir-rigward tal-preċiżjoni u l-adegwatezza tal-ilment, dawn ġew eżaminati mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni, iżda hija ma sabet ebda raġuni sabiex teskludi kwalunkwe mill-pretensjonijiet prima facie dwar l-eżistenza u l-firxa tas-sussidjar meta jingħata bidu għall-investigazzjoni.

(12)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ rrepeta l-pretensjoni tiegħu, iżda ma pprovda l-ebda raġunijiet addizzjonali biex jissostanzjaha. Għaldaqstant, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha kif deskritt fil-premessa ta' hawn fuq.

1.2.   Il-perjodu ta' investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

(13)

L-investigazzjoni tas-sussidjar u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015 (“il-perjodu ta' investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Diċembru 2015 (“il-perjodu kkunsidrat”), kif ukoll l-iżviluppi rilevanti ta' wara l-PI.

1.3.   Il-partijiet interessati

(14)

Fin-Notifiki ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-GTĊ, lill-importaturi, il-fornituri u l-utenti magħrufa, lin-negozjanti, kif ukoll lil assoċjazzjonijiet magħrufa li huma mħassba dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jieħdu sehem.

(15)

Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.4.   Kampjunar

(16)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li x'aktarx kienet ser tieħu kampjun minn fost il-partijiet interessati f'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

1.4.1.   Produtturi tal-Unjoni

(17)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet b'mod proviżorju kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. F'konformità mal-Artikolu 27(1)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun abbażi tal-ogħla volumi rappreżentattivi ta' produzzjoni u bejgħ, li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-kampjun irrappreżenta wkoll firxa ġeografika wiesgħa. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom dwar il-kampjun proviżorju, iżda ma rċeviet l-ebda kumment.

(18)

Bħala riżultat, il-kampjun finali kien magħmul minn sitt produtturi tal-Unjoni li kienu jinsabu f'ħames Stati Membri differenti. Dan ammonta għal aktar minn 45 % tal-produzzjoni tal-Unjoni.

1.4.2.   Importaturi

(19)

Il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu sabiex tiddeċiedi jekk kienx bżonn li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel il-kampjun.

(20)

Ippreżenta ruħu importatur mhux relatat wieħed, li ntbagħatlu kwestjonarju tal-importaturi.

(21)

Madankollu, minkejja li l-Kummissjoni kkuntattjatu fi sforz sabiex tiġbor l-informazzjoni rilevanti, l-importatur mhux relatat ipprovda biss tweġiba inkompleta għall-kwestjonarju.

1.4.3.   Produtturi esportaturi

(22)

Sabiex tiddeċiedi jekk kienx hemm il-ħtieġa li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet tar-RPĊ sabiex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw produtturi esportaturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jieħdu sehem fl-investigazzjoni.

(23)

Disa' produtturi esportaturi / grupp(i) ta' produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. F'konformità mal-Artikolu 27(1)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun li ġej ta' erba' gruppi ta' produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli:

Benxi Iron & Steel Group, iċ-Ċina

Hesteel Group, iċ-Ċina

Jiangsu Shagang Group, iċ-Ċina

Shougang Group, iċ-Ċina.

(24)

Il-gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 68 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni.

(25)

F'konformità mal-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi kollha magħrufa kkonċernati, kif ukoll il-GTĊ, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. L-ilmentatur u ż-żewġ produtturi esportaturi, wieħed inkluż fil-kampjun u l-ieħor le, irċevew kummenti dwar il-kampjun propost.

(26)

L-ilmentatur sostna li l-kampjun propost ma jirriflettix l-industrija Ċiniża tal-HRF li kienet ser tiġi investigata. B'mod aktar speċifiku, l-ilmentatur iddikjara li l-Kummissjoni ma għandhiex tibbaża l-kampjun tagħha biss fuq il-volum tal-esportazzjonijiet, iżda wkoll fuq l-inklużjoni tal-firxa sħiħa ta' sussidji stabbiliti fl-ilment. F'dan ir-rigward, l-ilmentatur kien tal-fehma li tnejn mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun ma kinux riċevituri rappreżentattivi ta' sussidji kumpensabbli.

(27)

Il-Kummissjoni osservat li l-kriterju li użat għall-għażla tal-kampjun huwa l-Artikolu 27(1)(b) tar-Regolament bażiku. Skont dik id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni tibbaża l-għażla fuq l-akbar volum rappreżentattiv esportat lejn l-Unjoni. Il-fatt li kumpanija individwali tista' ma tkunx eliġibbli għal tip speċifiku ta' allegat sussidju ma jirrendix il-kampjun f'wieħed mhux rappreżentattiv, minħabba li l-għan tal-kampjun huwa li jirrappreżenta l-industrija globali tal-HRF fir-RPĊ fir-rigward tal-eliġibbiltà għat-tipi kollha ta' allegati sussidji. L-erba' gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun huma rappreżentattivi, f'termini tal-eliġibbiltà għall-allegati sussidji fl-ilment, kif analizzat il-Kummissjoni f'nota għall-fajl disponibbli fil-fajl mhux kunfidenzjali. B'hekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-kampjun magħżul kien jirrappreżenta bażi xierqa għall-eżaminazzjoni tal-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar u huwa konformi mal-Artikolu 27(1)(b) tar-Regolament bażiku.

(28)

Wara d-divulgazzjoni, l-ilmentatur insista li l-Kummissjoni kien missha użat l-Artikoluk 27(1)(a) minflok l-Artikolu 27(1)(b) tar-Regolament Bażiku biex tagħżel il-kampjun, billi dan kien jippermetti li jiġu riflessi aħjar il-programmi ta' sussidju eżistenti. Kif spjegat fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni qieset li l-erba' gruppi inklużi fil-kampjun tal-produtturi esportaturi kienu rappreżentattivi mhux biss f'termini ta' volum, iżda wkoll f'termini tal-eliġibilità tagħhom għas-sussidji allegati fl-ilment kif ukoll il-prattiki ta' sussidji investigati skont in-Notifika ta' Bidu. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet irrifjutata.

(29)

L-ewwel produttur esportatur, li kien inkluż fil-kampjun, staqsa dwar ir-raġunijiet għad-devjazzjoni mill-kampjun propost għall-investigazzjoni antidumping parallela. Il-Kummissjoni fakkret li l-investigazzjonijiet antisussidji u antidumping jikkostitwixxu żewġ investigazzjonijiet separati li għandhom għan differenti. Fl-investigazzjoni antidumping, il-Kummissjoni tiddetermina jekk hemmx dumping jew le (jiġifieri diskriminazzjoni oġġettiva fil-prezzijiet), fi kliem ieħor, kwistjoni binarja. Il-kostatazzjoni ta' dumping tista' tiġi estrapolata mill-kampjun għall-kumpaniji l-oħrajn kollha. Fl-investigazzjoni antisussidji, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-ammont tas-sussidjar għal kull unità esportata tal-prodott ikkonċernat. Huma biss dawk is-sussidji li jinstabu fil-kumpaniji inklużi fil-kampjun li jistgħu jiġu kkumpensati. B'hekk, sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-investigazzjoni u l-protezzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li kien xieraq li jiġu koperti volum akbar ta' esportazzjonijiet fl-investigazzjoni antisussidji milli fl-investigazzjoni antidumping, sabiex b'hekk ikun żgurat li l-kampjun ikun rappreżentattiv tal-eliġibbiltà għas-sussidji allegati fl-ilment, kif ukoll il-prattiki ta' sussidju msemmija fin-Notifika ta' Bidu. Il-kampjun estiż għall-investigazzjoni antisussidji jkopri kamp ta' applikazzjoni xieraq ta' eliġibbiltà għas-sussidjar allegat fl-ilment. Tlieta mill-erba' kumpaniji inklużi fil-kampjun ġew inklużi wkoll fil-kampjun tal-investigazzjoni antidumping parallela. L-inklużjoni ta' kumpanija addizzjonali fil-kampjun kienet ibbażata fuq il-kunsiderazzjoni li hija kienet l-akbar kumpanija li jmiss f'termini ta' volum u li hija kienet tiżgura r-rappreżentattività tal-kampjun f'termini ta' eliġibbiltà għas-sussidji allegati fl-ilment.

(30)

It-tieni produttur esportatur, li ma kienx inkluż fil-kampjun, talab li jiġi miżjud fil-kampjun, jew inkella li ssirlu eżaminazzjoni individwali, billi sostna li l-kampjun magħżul ma jirrappreżentax b'mod ġust il-partikolaritajiet tiegħu. L-argumenti mressqa rreferew għall-produzzjoni u għall-esportazzjoni ta' azzar li jintuża f'veloċità għolja u ta' azzar tal-għodda, li skont il-kumpanija għandhom karatteristiċi tal-prodott differenti u prezzijiet differenti. Il-kriterju użat għall-għażla tal-kampjun huwa l-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Madankollu, il-produttur esportatur li talab li jiġi inkluż għandu ferm inqas volumi ta' esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-kumpaniji proposti. Għalhekk, ma kienx possibbli li dan jiġi inkluż fil-kampjun, li hija r-raġuni għaliex it-talba tiegħu li jiġi inkluż fih ġiet irrifjutata. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni sussegwentement iddeċidiet li teskludi l-azzar li jintuża f'veloċità għolja u l-azzar tal-għodda mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott ikkonċernat, sabiex b'hekk eliminat il-produzzjoni sħiħa tal-kumpanija mill-kamp ta' applikazzjoni tal-investigazzjoni. B'riżultat ta' dan, il-kumpanija ma tqisitx aktar bħala produttur esportatur tal-prodott ikkonċernat u t-talba tagħha għal eżaminazzjoni individwali saret inammissibbli, minħabba li ma kinitx aktar parti interessata.

(31)

B'hekk, il-kampjun propost huwa konformi mal-Artikolu 27(1)(b) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm il-kampjun propost bħala l-kampjun finali.

1.5.   Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta' verifika

(32)

Intbagħat kwestjonarju lill-GTĊ. Dan kien jinkludi kwestjonarji speċifiċi għaċ-China Development Bank, l-Agricultural Development Bank of China, l-Export Import Bank of China (“EXIM”), l-Agricultural Bank of China (“ABC”), il-Bank of China (“BOC”), iċ-China Construction Bank (“CCB”) u l-Industrial and Commercial Bank of China (“ICBC”). Dawk il-banek issemmew speċifikament fl-ilment bħala korpi pubbliċi jew korpi li ngħataw id-direzzjoni u ġew fdati sabiex jagħtu s-sussidji. Barra minn hekk, il-GTĊ intalab jibgħat dak il-kwestjonarju speċifiku għall-istituzzjonijiet finanzjarji lil kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja oħra li hija kompletament jew parzjalment proprjetà tal-GTĊ (“banek tal-Istat”). Barra minn hekk, il-kwestjonarju għall-GTĊ kien jinkludi kwestjonarji speċifiċi għal dawk il-produtturi ta' minerali tal-ħadid, tal-kokk u tal-faħam kokk li huma parzjalment jew kompletament proprjetà tal-Istat (“SOEs”). Intbagħtu wkoll kwestjonarji lill-erba' gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, kif ukoll lill-importaturi kollha relatati, lill-importatur mhux relatat li ppreżenta ruħu u liż-żewġ utenti li ppreżentaw ruħhom.

(33)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand il-GTĊ. Dawk kienu jinkludu tweġibiet għall-kwestjonarju speċifiku mingħand l-EXIM, l-ABC, il-BOC, is-CCB u l-ICBC. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand l-erba' gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, mingħand il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, mingħand l-importatur mhux relatat u mingħand utent wieħed.

(34)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjoni ta' sussidju, ta' theddida ta' dannu li tista' tirriżulta u tal-interess tal-Unjoni. Saret żjara ta' verifika fil-bini tal-Ministeru Ċiniż tal-Kummerċ, li matulha pparteċipaw ukoll uffiċjali minn ministeri rilevanti oħrajn. Barra minn hekk, matul din iż-żjara ta' verifika kien hemm preżenti rappreżentanti mill-istituzzjonijiet finanzjarji li ġejjin:

l-Export Import Bank of China, Beijing, iċ-Ċina;

l-Industrial and Commercial Bank of China, Beijing, iċ-Ċina;

iċ-China Construction Bank, Beijing, iċ-Ċina;

l-Agricultural Bank Of China, Beijing, iċ-Ċina;

il-Bank Of China, Beijing, iċ-Ċina.

(35)

Barra minn hekk, saru żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(1)

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

ThyssenKrupp Steel Europe AG, Duisburg, il-Ġermanja;

Tata Steel IJmuiden BV, Velsen-Noord, in-Netherlands;

Tata Steel UK Limited, Port Talbot, South Wales, ir-Renju Unit;

ArcelorMittal Mediterranee SAS, Fos-sur-Mer, Franza;

ArcelorMittal Atlantique Et Lorraine SAS, Dunkerque, Franza;

ArcelorMittal España SA, Gozón, Spanja.

(2)

Produtturi fir-RPĊ inklużi fil-kampjun

(a)

Benxi Iron & Steel Group:

Benxi Iron & Steel (Group) Co., Ltd, Benxi, ir-RPĊ;

Bengang Steel Plates Co., Ltd, Benxi, ir-RPĊ;

Benxi Beiying Iron & Steel (Group) Co., Ltd., Benxi, ir-RPĊ;

Benxi Iron & Steel (Group) Mining Industry Co., Ltd., Benxi, ir-RPĊ;

Benxi Iron & Steel (Group) International Trading Co., Ltd., Benxi, ir-RPĊ;

Liaoning Henderson Assets Operating & Management Co., Ltd., Benxi, ir-RPĊ.

(b)

Jiangsu Shagang Group:

Jiangsu Shagang Group Co., Ltd., Zhangjiagang City, ir-RPĊ,

Zhangjiagang Hongchang Plate Co., Ltd., Zhangjiagang City, ir-RPĊ

Zhangjiagang GTA Plate Co., Ltd., Zhangjiagang City, ir-RPĊ

Zhangjiagang Yangtze River Cold rolled Sheet Co., Ltd, Zhangjiagang City, ir-RPĊ

Zhangjiagang Hongchang Pellets Co., Ltd, Zhangjiagang City, ir-RPĊ

Jiangsu Shagang International Trade Co., Ltd., Jinfeng Town, Zhangjiagang City, ir-RPĊ.

(c)

Hesteel Group:

Hesteel Group Co., Ltd., Shijiazhuang and Beijing, ir-RPĊ;

Hesteel Co., Ltd., Shijiazhuang, ir-RPĊ;

Handan Iron & Steel Group Han-Bao Co., Ltd., Handan City, ir-RPĊ;

Hesteel Co., Ltd. Tangshan Branch, Tangshan City, ir-RPĊ;

Hesteel Co., Ltd. Chengde Branch, Chengde City, ir-RPĊ;

Hebei Iron & Steel Group Mining Co., Ltd, Tangshan, ir-RPĊ;

Hesteel Group International Trade Corporation, Beijing, ir-RPĊ;

Sinobiz Holdings Limited (British Virgin Islands), Tangshan City, ir-RPĊ.

(d)

Shougang Group:

Shougang Jingtang United Iron & Steel Co. Ltd., Caofeidian, ir-RPĊ;

Tangshan Shougang Jingtang Xishan Coking Co. Ltd., Caofeidian, ir-RPĊ;

Shougang Qian'an Iron and Steel, fergħa ta' Beijing Shougang Co. Ltd., Qian'an, ir-RPĊ;

Qian'an Coal Chemical Company, Qian'an, ir-RPĊ;

Shougang Mining Co. Ltd., fergħa ta' Shougang Corporation, Qian'an, ir-RPĊ;

Beijing Shougang Co. Ltd., Beijing, ir-RPĊ;

China Shougang International Trade & Engineering Corporation, Beijing, ir-RPĊ;

Shougang Holding Trade Hong Kong Limited, Hong Kong;

Shougang Corporation, Beijing, ir-RPĊ.

(3)

Utenti

Marcegaglia Carbon Steel Spa, Gazoldo degli Ippoliti, l-Italja.

1.6.   Nuqqas ta' impożizzjoni ta' miżuri proviżorji

(36)

Fit-13 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati kollha li ma kien ser jiġi impost l-ebda dazju kumpensatorju proviżorju fuq importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta' liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ.

1.7.   Proċedura sussegwenti

(37)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għall-konklużjonijiet definittivi tagħha, fejn indikat il-kwistjonijiet li kellhom bżonn jiġu investigati aktar.

(38)

Fit-28 ta' April 2017, il-Kummissjoni żvelat mal-partijiet kollha l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kellha l-ħsieb li timponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni u stiednet lill-partijiet kollha jikkummentaw fi żmien 17-il jum. Permezz ta' dan l-iżvelar, il-Kummissjoni informat ukoll lill-partijiet interessati bir-riżultati taż-żjarat ta' verifika tagħha, inklużi l-każijiet fejn il-Kummissjoni kellha tuża l-aqwa fatti disponibbli. Minbarra dan, fit-18 ta' Mejju, il-Kummissjoni bagħtet nota addizzjonali lill-fajl lill-partijiet interessati kollha, fejn spjegat f'aktar dettall ir-raġunament tagħha dwar l-ikkalkular tal-benefiċċju għas-self preferenzjali. Il-kummenti ġew riċevuti sal-iskadenza stabbilita ta' ħamest ijiem u ġew indirizzati skont dan.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(39)

Il-prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-azzar jiġu manifatturati permezz ta' proċess li jifforma l-metall li bih metall sħun jiġi mgħoddi minn par wieħed jew aktar ta' laminaturi termali biex titnaqqas il-ħxuna u biex il-ħxuna ssir uniformi, fejn it-temperatura tal-metall tkun ogħla mit-temperatura tar-rikristallizzazzjoni tiegħu. Dawn jistgħu jiġu kkonsenjati f'diversi forom: f'koljaturi (mogħtija ż-żejt jew le, imnaddfin bl-aċidu jew le), maqtugħin f'tulijiet (folji) jew fi strixxi rqaq.

(40)

Hemm żewġ użi prinċipali tal-prodotti ċatti tal-azzar b'laminazzjoni termali. L-ewwel, huma l-materjal ewlieni għall-produzzjoni ta' diversi prodotti tal-azzar downstream b'valur miżjud, li jibdew minn prodotti tal-azzar ċatti u miksija (8) b'laminazzjoni kiesħa. It-tieni, huma jintużaw bħala input industrijali li jinxtara mill-utenti finali għal varjetà ta' applikazzjonijiet, inkluż fil-kostruzzjoni (il-produzzjoni ta' tubi tal-azzar), fil-bini ta' bastimenti, f'kontenituri tal-gass, f'karozzi, f'reċipjenti taħt pressjoni u f'pipelines tal-enerġija.

(41)

Fis-26 ta' Ġunju 2016, produttur esportatur wieħed (Jiangsu Tiangong Tool Company Limited) talab li ċerti tipi ta' prodotti ċatti tal-azzar b'laminazzjoni termali, magħrufa fl-industrija bħala azzar tal-għodda u azzar li jintuża f'veloċità għolja, jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott. Huwa sostna li l-azzar tal-għodda u l-azzar li jintuża f'veloċità għolja għandhom proprjetajiet, prezzijiet, speċifikazzjonijiet u użi differenti ħafna.

(42)

F'dan ir-rigward, matul l-investigazzjoni antidumping parallela, il-Kummissjoni sabet li tabilħaqq hemm differenzi fiżiċi u kimiċi kbar bejn, fuq naħa waħda, tipi oħrajn tal-prodott ikkonċernat għajr l-azzar tal-għodda u l-azzar li jintuża f'veloċità għolja u, fuq in-naħa l-oħra, l-azzar tal-għodda u l-azzar li jintuża f'veloċità għolja. Hemm diversi elementi kimiċi inerentement preżenti fl-azzar tal-għodda u fl-azzar li jintuża f'veloċità għolja, li ma jinstabux fil-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, hemm differenzi fil-proċess tal-produzzjoni, użi differenti u differenzi sinifikanti fil-prezz bejn, fuq naħa waħda, l-azzar tal-għodda u l-azzar li jintuża f'veloċità għolja u, fuq in-naħa l-oħra, tipi oħrajn tal-prodott ikkonċernat.

(43)

B'hekk, il-Kummissjoni eskludiet l-azzar tal-għodda u l-azzar li jintuża f'veloċità għolja mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott tal-investigazzjoni antidumping parallela.

(44)

Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi wkoll l-azzar tal-għodda u l-azzar li jintuża f'veloċità għolja mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott ta' din l-investigazzjoni.

(45)

Il-prodott ikkonċernat huwa b'hekk definit bħala ċerti prodotti tal-ħadid irromblati ċatti, tal-azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, kemm jekk f'koljaturi jew le (inklużi prodotti maqtugħin skont tul definit (“cut-to-length”) u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b'laminazzjoni termali, mhux magħqudin flimkien (clad), indurati jew miksijin, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Il-prodott ikkonċernat ma jinkludix:

prodotti tal-azzar inossidabbli u azzar elettriku tas-siliċju bil-granijiet orjentati,

prodotti tal-azzar tal-għodda u tal-azzar li jintuża f'veloċità għolja,

prodotti, mhux f'koljaturi, mingħajr disinji f'riljiev, ta' ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta' wisa' ta' 600 mm jew aktar, u

prodotti, mhux f'koljaturi, mingħajr disinji f'riljiev, ta' ħxuna ta' 4,75 mm jew aktar iżda ta' mhux aktar minn 10 mm u ta' wisa' ta' 2 050 mm jew aktar.

Il-prodott ikkonċernat bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet NM7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10, 7225 30 90, ex 7225 40 60, 7225 40 90, ex 7226 19 10, 7226 91 91 u 7226 91 99.

2.2.   Il-prodott simili

(46)

L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat;

il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ;

il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(47)

Għalhekk, huma jitqiesu li huma simili fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(ċ) tar-Regolament bażiku.

3.   SUSSIDJAR

3.1.   Introduzzjoni: Preżentazzjoni tal-pjanijiet, tal-proġetti u ta' dokumenti oħrajn tal-Gvern

(48)

Qabel analizzat l-allegat sussidjar fil-forma ta' sussidji speċifiċi jew programmi ta' sussidju (it-taqsima 3.4 u wara, ta' hawn taħt), il-Kummissjoni vvalutat il-pjanijiet, il-proġetti u dokumenti oħrajn tal-gvern, li kienu rilevanti għal aktar minn wieħed mis-sussidji jew mill-programmi ta' sussidju. Hija sabet li s-sussidji jew il-programmi ta' sussidju kollha taħt valutazzjoni jifformaw parti mill-implimentazzjoni tal-ippjanar ċentrali tal-GTĊ għar-raġunijiet li ġejjin.

(49)

It-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tar-RPĊ (“it-12-il Pjan ta' Ħames Snin”) jenfasizza l-viżjoni strateġika tal-GTĊ għat-titjib u l-promozzjoni tal-industriji ewlenin. B'mod partikolari, il-kapitolu 9 tat-12-il Pjan ta' Ħames Snin, li jikkonċerna t-trasformazzjoni u t-titjib tal-industrija tal-manifattura, jitlob għat-trasformazzjoni u għat-titjib tal-industriji eżistenti ewlenin sabiex tiżdied il-kompetittività tal-qalba industrijali taċ-Ċina. Dan jindika li l-GTĊ ser jifformula politiki li jappoġġjaw it-titjib tekniku tal-intrapriżi sabiex tittejjeb il-kompetittività tas-suq. L-industrija tal-azzar għandha post prominenti fost dawn l-industriji ewlenin.

(50)

It-12-il Pjan ta' Ħames Snin jagħti wkoll importanza kbira lill-konservazzjoni tar-riżorsi u lill-ħarsien tal-ambjent, kif ukoll lill-iżvilupp ta' ekonomija ċirkolari u miri ta' teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju. F'dan ir-rigward, il-kapitolu 9 tat-12-il Pjan ta' Ħames Snin jiddikjara li l-industrija tal-azzar għandha tagħmel progress fl-użu ta' riżorsi integrati, fil-konservazzjoni tal-enerġija u fit-tnaqqis tal-emissjonijiet, u li l-GTĊ ser jappoġġja dawn l-isforzi ta' żvilupp ekoloġiku.

(51)

Il-GTĊ ħareġ ukoll pjan speċifiku għall-industrija tal-azzar, jiġifieri t-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar (“it-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar”). Dak il-Pjan jenfasizza li l-industrija tal-azzar hija industrija bażika u importanti tal-ekonomija nazzjonali. Il-prijorità ewlenija għall-GTĊ fil-perjodu 2011-2015 hija l-aġġustament strutturali, it-trasformazzjoni u t-titjib tal-industrija tal-azzar. Barra minn hekk, il-kapitolu 5 tat-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar jenfasizza l-importanza tat-“tisħiħ tal-konnessjoni tal-politika fiskali, finanzjarja, kummerċjali, tal-art, tal-iffrankar tal-enerġija, tal-ħarsien tal-ambjent, tas-sigurtà u politiki oħrajn mal-politika industrijali dwar l-azzar”.

(52)

Il-GTĊ sostna li l-Kummissjoni ma setgħetx tistrieħ fuq it-12-il Pjan ta' Ħames Snin u t-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar għall-investigazzjoni tagħha, hekk kif dawk il-pjanijiet skadew fil-31 ta' Diċembru 2015. B'hekk, mhux ser ikun hemm bażi ġuridika għas-sussidjar kontinwu. Il-Kummissjoni nnotat li t-12-il Pjan ta' Ħames Snin u t-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar koprew il-perjodu ta' investigazzjoni. Barra minn hekk, f'Marzu 2016, ġie ppubblikat it-13-il Pjan ta' Ħames Snin, li jkopri l-perjodu 2016-2020. Kif spjegat fil-premessa li ġejja, it-13-il Pjan ta' Ħames Snin jibni fuq l-objettivi enfasizzati fit-12-il Pjan ta' Ħames Snin u jiżviluppahom aktar. B'hekk, hemm kontinwità fil-promozzjoni tal-iżvilupp tal-industrija tal-azzar.

(53)

It-13-il Pjan ta' Ħames Snin ikompli jenfasizza r-rwol tal-innovazzjoni teknoloġika fl-iżvilupp ekonomiku tar-RPĊ, kif ukoll l-importanza kontinwa tal-prinċipji ta' żvilupp “ekoloġiku”. Skont il-kapitolu 5 tiegħu, waħda mil-linji prinċipali ta' żvilupp hija l-promozzjoni u t-titjib tal-istruttura industrijali tradizzjonali, kif kien diġà l-każ fit-12-il Pjan ta' Ħames Snin. Din l-idea hija elaborata aktar fil-kapitolu 22, li jispjega l-istrateġija għall-immodernizzar tal-industrija tradizzjonali fir-RPĊ permezz tal-promozzjoni tal-konverżjoni teknoloġika tagħha. F'dan ir-rigward, it-13-il Pjan ta' Ħames Snin jgħid li l-kumpaniji ser jiġu appoġġjati sabiex “jitjiebu b'mod komprensiv f'oqsma bħat-teknoloġija tal-prodotti, it-tagħmir industrijali, il-ħarsien tal-ambjent u l-effiċjenza enerġetika”. [traduzzjoni mhux uffiċjali] Il-ħarsien tal-ambjent huwa elaborat aktar fil-kapitolu 44. Skont dan il-kapitolu, fl-industriji ewlenin ser tiġi implimentata “rinnovazzjoni” ta' produzzjoni nadifa u, f'dan ir-rigward, il-kaxxa 16 tirreferi speċifikament għall-industrija tal-azzar.

(54)

Il-“Pjan għall-Aġġustament u t-Titjib tal-Industrija tal-Azzar għall-perjodu 2016-2020” (it-13-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar) ġie ppubblikat f'Novembru 2016. Huwa bbażat fuq it-13-il Pjan ta' Ħames Snin. Huwa jiddikjara li l-industrija tal-azzar hija “settur importanti u fundamentali tal-ekonomija Ċiniża, pedament nazzjonali (9). Dak il-pjan ikompli jelabora dwar il-prinċipji ta' innovazzjoni teknoloġika, aġġustament strutturali u żvilupp ekoloġiku msemmija fit-13-il Pjan ta' Ħames Snin, jorbothom ma' prijoritajiet aktar speċifiċi fi ħdan l-industrija tal-azzar (ara l-kapitolu IV — Kompiti ewlenin) u jagħmel ir-rabta ma' diversi miżuri ta' appoġġ fiskali u finanzjarju (ara l-kapitolu V– Miżuri ta' salvagwardja).

(55)

Il-GTĊ sostna wkoll li dawn il-pjanijiet joħorġu biss gwida politika u, b'hekk, mhumiex obbligatorji jew vinkolanti. Madankollu, l-introduzzjoni għat-12-il Pjan ta' Ħames Snin tiddikjara: “Dan il-Pjan, wara deliberazzjoni u approvazzjoni mill-Kungress Nazzjonali tal-Poplu, għandu validità legali.” Il-kapitolu 17 tat-13-il Pjan ta' Ħames Snin jiddikjara: “L-istrateġija u l-pjan ta' żvilupp nazzjonali ser jidħlu fis-seħħ bi rwol limitanti u ewlieni.” (10) Fl-aħħar nett, it-13-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar jiddikjara li “l-awtoritajiet lokali kollha responsabbli mill-industrija tal-azzar għandhom … jimplimentaw il-kompiti u l-miżuri ta' politika stabbiliti fil-pjan attwali”. [traduzzjoni mhux uffiċjali] Fil-livell ta' kumpaniji individwali, “l-intrapriżi rilevanti għandhom jiżguraw konverġenza mal-objettivi ewlenin u l-kompiti ta' prijorità tal-pjan attwali (11). [traduzzjoni mhux uffiċjali] B'hekk, aktar milli jagħmlu biss dikjarazzjonijiet ġenerali ta' inkoraġġiment, dawn il-pjanijiet huma vinkolanti. Il-GTĊ rrepeta l-pożizzjoni tiegħu wara d-divulgazzjoni, iżda ma pprovdiex evidenza addizzjonali biex jissustanzja għaliex it-test ta' hawn fuq ikun jikkostitwixxi biss gwida ta' politika, minkejja l-lingwaġġ ċar li jindika l-oppost. Minflok, il-GTĊ kkwota lingwaġġ speċifiku f'dawn il-pjanijiet, li huwa aktar orjentat lejn il-politika, iżda li ma jikkontradixxix il-konklużjoni dwar in-natura vinkolanti tagħhom. Il-Kummissjoni għalhekk żammet il-pożizzjoni tagħha li dawn il-pjanijiet huma legalment vinkolanti.

(56)

Id-dokumenti li ġejjin jidentifikaw ukoll l-industrija tal-azzar bħala industrija strateġika, prijoritizzata u/jew inċentivata:

(a)

Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgazzjoni u l-Implimentazzjoni tad-“Dispożizzjonijiet Temporanji li Jippromwovu l-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali” (“Deċiżjoni Nru 40”). Din id-Deċiżjoni tiddikjara li l-“Katalogu ta' Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali”, li huwa miżura ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 40, huwa bażi importanti sabiex jiġu ggwidati d-direzzjonijiet tal-investiment. Tiggwida wkoll lill-GTĊ sabiex jamministra proġetti ta' investiment, u sabiex jifformula u jinforza politiki dwar il-finanzi pubbliċi, it-taxxi, il-kreditu, l-art, l-importazzjoni u l-esportazzjoni (12). Fil-Kapitolu VIII ta' dan il-Katalogu ta' Gwida, l-industrija tal-azzar hija indikata bħala industrija inċentivata. Fir-rigward tan-natura legali tagħha, il-Kummissjoni nnotat li d-Deċiżjoni Nru 40 hija Ordni mill-Kunsill tal-Istat, li huwa l-ogħla korp amministrattiv fir-RPĊ. F'dak ir-rigward, id-deċiżjoni hija legalment vinkolanti għal korpi pubbliċi oħrajn u għall-operaturi ekonomiċi (13).

(b)

Skont il-kapitoli III.5 u VIII tiegħu, il-Qafas Nazzjonali għall-Iżvilupp tax-Xjenza u tat-Teknoloġija fuq Terminu Medju u Twil (2006 — 2020) jappoġġja l-iżvilupp ta' oqsma ewlenin u temi ta' prijorità, u jinkoraġġixxi l-appoġġ finanzjarju u fiskali għal dawn il-prijoritajiet u l-oqsma ewlenin.

(c)

L-Ordni Nru 35 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riformi (“NDRC”) (14)“Politiki għall-iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u tal-Azzar” (2005) (“Ordni Nru 35”) issemmi li l-industrija tal-ħadid u tal-azzar hija industrija bażika importanti tal-ekonomija nazzjonali.

(d)

Il-Pjan ta' Azzjoni għall-Aġġustament u r-Rivitalizzazzjoni tal-Industrija tal-Azzar maħruġ mill-Kunsill tal-Istat f'Marzu 2009 (“il-Pjan ta' Rivitalizzazzjoni”) jagħti bidu għal diversi politiki u miżuri ta' appoġġ biex jiggwidaw lill-industrija tal-azzar barra mill-kriżi finanzjarja internazzjonali, biex jinżamm it-tkabbir u biex jiġi garantit l-operat stabbli tal-industrija, minħabba li hija meqjusa bħala industrija pilastru importanti tal-ekonomija nazzjonali.

(57)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ kkwota mid-Deċiżjoni Nru 40 li l-industriji inċentivati għandhom jirċievu appoġġ tal-kreditu “skont il-prinċipji tal-kreditu”. Skont il-GTĊ, ma jistax jiġi inferit li dan l-appoġġ għandu jingħata fuq bażi preferenzjali. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li t-terminu vag “prinċipji tal-kreditu” ma jfissirx komportament ibbażat fuq is-suq u kummerċjali, iżda pjuttost li dawk il-prinċipji tal-kreditu jinkludu kunsiderazzjonijiet importanti ta' politika pubblika, li jipprevalu fuq il-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu jew iwasslu għal assenza totali ta' valutazzjoni tar-riskju. Minbarra dan, il-kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw minn politiki preferenzjali ta' self fejn valutazzjoni tal-kreditu proprja hija effettivament assenti, kif spjegat fit-taqsima 3.4 aktar 'l isfel. Il-Kummissjoni għalhekk irrifjutat l-affermazzjoni ta' GTĊ li s-self lill-industrija tal-azzar kien sar fuq termini bbażati fuq is-suq u kummerċjali, u li r-referenza “skont il-prinċipji tal-kreditu” tikkostitwixxi obbligu li jiġu segwiti dawk it-termini. Il-punt ewlieni jibqa' li skont id-Deċiżjoni Nru 40, l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha għandhom jipprovdu kreditu lil industriji iċentivati, li jinkludu l-industrija tal-azzar, u li l-appoġġ huwa de facto pprovdut fuq termini preferenzjali li jinjoraw ir-riskju tal-kreditu reali tal-benefiċjarji.

(58)

Il-GTĊ kkummenta wkoll li l-Qafas Nazzjonali għall-Iżvilupp tax-Xjenza u t-Teknoloġija fuq Terminu Medju u fit-Tul (2006 — 2020) ma jistabbilixxix l-eliġibilità tal-produtturi tal-azzar għas-sussidji allegati. Madankollu, il-kapitolu III.5 ta' dan id-dokument isemmi b'mod ċar l-industrija tal-azzar f'rabta mat-tema ta' prijorità Nru 29, imsejħa “Il-Proċess u t-Tagħmir tal-Fluss tal-Ħadid u l-Azzar Ċikliku” u l-kapitolu VIII jinkoraġġixxi appoġġ finanzjarju u fiskali għal dawn it-temi prijotarji. Din il-pretensjoni kienet għalhekk rifjutata.

(59)

Wara d-divulgazzjoni, l-ilmentatur talab lill-Kummissjoni biex tespandi fuq l-analiżi tagħh tal-pjan ċentrali sabiex tinkludi li ma jkunx hemm infurzar tal-liġi tal-falliment. Huwa stqarr li ċ-ċifri ta' bejn l-2008 u l-2015 juru numru ta' fallimenti “partikolarment baxxi” fiċ-Ċina u kkwota ftehim ta' salvataġġ bejn bosta banek Ċiniżi u n-negozjant fallut tal-azzar Sinosteel minn Diċembru 2016. Minbarra dan, għamel referenza għall-konklużjonijiet tar-rapport tal-FMI “Resolving China's Corporate Debt Problem” (15) (“Insolvu l-Problema tad-Dejn Korporattiv fiċ-Ċina”), u identifika numru ta' raġunijiet għar-rata baxxa ta' insolvenza fiċ-Ċina. Il-Kummissjoni aċċettat li l-ilmentatur kien irrapporta fl-ilment tiegħu numru ta' każijiet individwali importanti, fejn ma kinux inbdew proċedimenti ta' falliment għal kumpaniji tal-azzar partikolari li kienu taħt stress. Madankollu, sab li ċ-ċifri ġenerali dwar il-fallimenti fiċ-Ċina pprovduti mad-divulgazzjoni ma setgħux jiġu mqassma b'biżżejjed ċertezza għas-settur tal-HRF. Sabiex jiġi aċċertat jekk in-numru ta' insolvenzi huwiex “normali” jew “baxx” ikollu jiġi stabbilit parametru referenzjarju xieraq għan-numru preċiż ta' insolvenzi matul l-IP. Dan ix-xogħol analitiku ma setax isir fiż-żmien limitat disponibbli wara d-divulgazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-kumment ma poġġiex fid-dubju l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni f'din it-taqsima, imma pjuttost ikkonermahom.

(60)

Bħala konklużjoni, l-industrija tal-azzar hija b'hekk meqjusa bħala industrija strateġika/ewlenija, li l-iżvilupp tagħha huwa segwit b'mod attiv mill-GTĊ bħala objettiv politiku.

3.2.   Nuqqas ta' kooperazzjoni parzjali u l-użu tal-aqwa fatti disponibbli

3.2.1.   L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku fir-rigward tas-self preferenzjali tal-GTĊ

(61)

Il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ sabiex jikkuntattja lil seba' banek tal-Istat speċifiċi msemmija fl-ilment, kif ukoll lil kwalunkwe bank tal-Istat ieħor, jimlew kwestjonarju speċifiku. Madankollu, il-GTĊ ikkuntattja biss lil ħamsa mis-seba' banek tal-Istat imsemmija speċifikament mill-ilmentatur. Skont il-GTĊ, huwa ma kellux l-awtorità li jitlob informazzjoni mingħand il-banek tal-Istat l-oħrajn, minħabba li dawn joperaw indipendentement mill-GTĊ. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret li l-GTĊ ma kien mitlub jipprovdi ebda informazzjoni, iżda kien mitlub biss jibgħat il-kwestjonarju speċifiku lill-banek tal-Istat.

(62)

Ebda wieħed mill-ħames banek tal-Istat li wieġbu għall-kwestjonarju speċifiku ma pprovda informazzjoni speċifika dwar is-self ipprovdut lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun, hekk kif sostnew li huma kienu marbuta b'rekwiżiti statutorji u regolatorji u bi klawżoli kuntrattwali fir-rigward tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni relatata mal-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, tletin bank tal-Istat, li l-GTĊ irrifjuta li jikkuntattjahom biex jimlew il-kwestjonarju speċifiku, ipprovdew self lill-gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. L-Agricultural Development Bank of China ma pprovdiex self lill-gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(63)

Għalhekk, il-Kummissjoni talbet lill-gruppi kollha ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun sabiex jagħtu aċċess għall-informazzjoni speċifika tal-kumpaniji miżmuma mill-banek kollha, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, li mingħandhom irċevew self. Madankollu, il-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun naqsu li jipprovdu aċċess għad-dejta li tappartjeni għalihom mingħajr ma pprovdew raġunijiet.

(64)

Billi tlieta mill-gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun huma kompletament proprjetà tal-Istat, il-Kummissjoni talbet ukoll lill-GTĊ, bħala s-sid ta' dawn il-kumpaniji, sabiex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa għall-aċċess għall-informazzjoni mitluba. Madankollu, il-GTĊ irrifjuta t-talba tal-Kummissjoni, fejn sostna li huwa ma kellu ebda awtorità li jagħti struzzjonijiet lil dawn it-tliet gruppi ta' produtturi esportaturi sabiex jipprovdu l-aċċess mitlub.

(65)

Il-Kummissjoni rċeviet l-informazzjoni dwar l-istruttura korporattiva u s-sjieda biss mingħand il-ħames banek tal-Istat imsemmija fil-premessa (34), iżda ma rċeviet ebda informazzjoni mingħand ebda waħda mill-40 istituzzjoni finanzjarja l-oħra. Barra minn hekk, ebda waħda mill-45 istituzzjoni finanzjarja ma pprovdiet xi informazzjoni speċifika għall-valutazzjoni tar-riskju tas-self mogħti lill-gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(66)

Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija jista' jkollha tirrikorri għall-użu tal-aħjar fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku meta teżamina l-eżistenza u l-iskala tas-sussidjar allegat mogħti permezz ta' self preferenzjali.

(67)

Il-GTĊ oġġezzjona għal dan l-użu tal-aqwa fatti disponibbli, fejn iddikjara li huwa ma kellu ebda awtorità li jitlob informazzjoni mingħand l-istituzzjonijiet finanzjarji u t-tliet gruppi ta' produtturi esportaturi tal-Istat.

(68)

Dik il-pretensjoni hija infondata. Il-Kummissjoni talbet biss lill-GTĊ sabiex jibgħat il-kwestjonarju speċifiku għall-banek tal-Istat, minħabba li l-GTĊ jinsab fl-aħjar pożizzjoni sabiex ikollu informazzjoni dettaljata dwar l-istruttura tas-sjieda tal-istituzzjonijiet finanzjarji fir-RPĊ. Il-GTĊ seta' pprovda wkoll appoġġ amministrattiv sabiex jinġabru t-tweġibiet mill-istituzzjonijiet finanzjarji.

(69)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tarax għaliex il-GTĊ ma setax jappoġġja t-talba tal-Kummissjoni għal aċċess għall-informazzjoni speċifika indirizzata lit-tliet gruppi ta' produtturi esportaturi tal-Istat inklużi fil-kampjun, speċjalment minħabba l-fatt li l-awtorizzazzjoni għall-aċċess probabbilment ikollha bżonn approvazzjoni fl-ogħla livell u, b'hekk, ikollha bżonn l-involviment tal-uffiċjali tal-GTĊ.

(70)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ tenna li ma kellux l-awtorità li jeżiġi l-informazzjoni mitluba mill-banek li huma proprjetà tal-Istat u t-tliet gruppi ta' produtturi esportaturi li huma proprjetà tal-Istat. Il-GTĊ sab ukoll li t-talba tal-Kummissjoni kienet tippreżenta piż mhux raġonevoli fuq il-GTĊ, billi dan kien mistenni mhux biss li jgħaddi l-kwestjonarji, iżda wkoll li jipprovdi appoġġ amministrattiv għall-ġbir tat-tweġibiet. Il-Kummissjoni ma fehmitx kif li wieħed jibgħat kwestjonarju u jiġbor it-tweġibiet fuq livell ċentrali kien se jitfa' piż mhux raġonevoli fuq il-GTĊ. Billi l-GTĊ ma ppreżentax elementi oħra ġoda, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha kif deskritta fil-premessa (68) hawn fuq.

(71)

Minbarra dan, il-GTĊ qal li l-Kummissjoni ma indikatx liema informazzjoni kruċjali għall-investigazzjoni kienet nieqsa u li ma kienet ipprovdiet l-ebda spjegazzjoni għaliex l-informazzjoni mitluba kienet neċessarja u għaliex l-informazzjoni pprovduta mill-GTĊ ma kenitx biżżejjed. Fil-fatt, il-Kummissjoni diġà kienet infurmat lill-GTĊ fl-ittra ta' defiċjenza tagħha tas-16 ta' Novembru 2016 li kien hemm informazzjoni nieqsa, b'mod partikolari fir-rigward ta' mistoqsijiet diretti lejn banek proprjetà tal-Istat, u li l-valutazzjonijiet tar-riskju ta' kreditu għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni matul il-verifika. Billi l-informazzjoni mitluba kienet għadha mhux disponibbli wara l-verifika, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ fl-ittra tagħha tas-16 ta' Marzu 2017 li jista' jkollha tirrikorri għall-użu tal-aħjar fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku għaliex kienet għadha ma għandhiex informazzjoni fir-rigward tal-biċċa l-kbira tal-banek proprjetà tal-Istat li pprovdew self lill-kumpaniji fil-kampjun, u l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji dwar is-self ipprovdut mill-banek li kkooperaw. Għaldaqstant, il-GTĊ kien notifikat b'mod adegwat dwar in-natura u l-insuffiċjenza tal-informazzjoni li kellha tiġi pprovduta.

(72)

Fl-aħħar nett, il-GTĊ ddikjara li l-Kummissjoni ma kenitx spjegat b'mod adegwat għaliex ċerti fatti kienu meqjusta bħala l-aħjar informazzjoni disponibbli. Il-Kummissjoni ma qablitx ma' din id-dikjarazzjoni. Fit-taqsima 3.4.1.2 hawn taħt huwa spjegat liema fatti disponibbli kienu użati u għaliex il-Kummissjoni sabet li dawn kienu l-aħjar informazzjoni disponibbli. Din il-pretensjoni kienet għalhekk irrifjutata bħala mingħajr bażi.

(73)

Il-grupp privat ta' produtturi esportaturi, Jiangsu Shagang Group, oġġezzjona wkoll għall-użu tal-aqwa fatti disponibbli u kien tal-fehma li t-talba li tiġi pprovduta awtorizzazzjoni għall-Kummissjoni sabiex tivverifika d-dejta finanzjarja tagħha miżmuma mill-istituzzjonijiet finanzjarji kienet timponi piż mhux raġonevoli fuqha. B'mod partikolari, hija sostniet li r-rappreżentant tal-kumpanija la kien mistieden sabiex ikun preżenti waqt il-verifika fil-bini tal-istituzzjonijiet finanzjarji u lanqas ma ġie nnotifikat bid-dettalji ta' tali verifika.

(74)

Bi tweġiba għal dawn it-talbiet, il-Kummissjoni fakkret li l-kumpanija pprovdiet biss ċaħda qasira u mhux sostanzjata sabiex tipprovdi tali awtorizzazzjoni permezz ta' email b'sentenza waħda datata l-24 ta' Novembru 2016. F'dak iż-żmien, il-kumpanija la staqsiet dwar xi dettalji ulterjuri tal-verifika fil-bini tal-istituzzjonijiet finanzjarji u lanqas ma kienet talbet għall-preżenza tar-rappreżentant tagħha waqt din il-verifika. Kieku l-kumpanija għamlet din it-talba, il-Kummissjoni kienet tipprovdi aktar dettalji u kienet tipprova tagħmel arranġamenti sabiex ir-rappreżentant tal-kumpanija jkun preżenti waqt il-verifika.

(75)

Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tistrieħ parzjalment fuq l-aqwa fatti disponibbli meta eżaminat l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar mogħti permezz ta' self preferenzjali.

3.2.2.   L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku għal produttur esportatur wieħed fir-rigward tal-għotjiet

(76)

Il-Jiangsu Shagang Group naqas milli jipprovdi informazzjoni dwar għażla każwali ta' għotjiet għall-finijiet ta' verifika. Barra minn hekk, fil-kontijiet awditjati, il-Kummissjoni sabet evidenza ta' għotjiet sinifikanti li ġew riċevuti qabel il-perjodu ta' investigazzjoni iżda li kienu taw benefiċċju matul dan il-perjodu, li ma kinux ġew irrapportati.

(77)

Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li hija ma rċeviet ebda informazzjoni kruċjali rilevanti għal dan l-aspett tal-investigazzjoni. Dan ikkawża diffikultajiet serji sabiex tintlaħaq konklużjoni preċiża u sostanzjata għall-konklużjonijiet dwar is-sussidji relatati mal-għotjiet fir-rigward ta' dan il-produttur esportatur.

(78)

Għalhekk, il-Kummissjoni nnotifikat lill-kumpanija li kienet ser tikkunsidra li tibbaża l-konklużjonijiet tagħha parzjalment fuq l-aqwa fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku (jiġifieri f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni relatata mal-għotjiet).

(79)

Fit-tweġiba għall-ittra tal-Kummissjoni, il-kumpanija oġġezzjonat għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku rigward l-għotjiet. Hija sostniet li l-għotjiet misjuba mill-Kummissjoni waqt iż-żjara ta' verifika ma kinux ġew irrapportati minħabba li l-kwestjonarju ma kienx talab li jiġu rapportati dawk l-għotjiet li kienu ġew riċevuti qabel il-PI u li ma kinux irreġistrati bħala assi differit. Barra minn hekk, hija sostniet li matul iż-żjara ta' verifika kienet ipprovdiet analiżi ta' dawn l-għotjiet.

(80)

Matul iż-żjara ta' verifika, il-Kummissjoni sabet li ħafna mill-għotjiet li ġew riċevuti qabel il-PI kienu relatati mal-assi bbażati fuq l-ismijiet tas-sussidji investigati. B'hekk, il-produttur esportatur suppost li kellu jirrikonoxxi dawn l-għotjiet bħala assi/introjtu differit f'konformità mar-regoli applikabbli dwar il-kontabbiltà kif deskritti fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu. Konsegwentement, il-kumpanija suppost li kellha tirrapporta l-għotjiet fit-tweġiba għall-kwestjonarju, li talab li jiġu rrapportati l-għotjiet kollha relatati mal-assi u prenotati bħala introjtu differit. Il-fatt li l-awditur ma kkwalifikax dawn l-għotjiet bħala assi differiti ma jfissirx li l-ammonti li ngħataw qabel il-PI ma jistgħux jikkonferixxu benefiċċju matul il-PI, speċjalment minħabba li ma ngħatawx dettalji ulterjuri għajr tqassim għal kull kumpanija. Għalhekk, fit-tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kumpanija la pprovdiet l-informazzjoni dettaljata dwar l-għotjiet li kienet irċeviet fil-PI u li kienu rrapportati fit-tweġiba għall-kwestjonarju, u lanqas id-dettalji tal-għotjiet li kienet irċeviet qabel il-PI, u li kien biss waqt iż-żjara ta' verifika li nstabu li kienu rilevanti għall-PI. Fin-nuqqas ta' din l-informazzjoni dettaljata, il-Kummissjoni ma setgħetx tuża l-informazzjoni dwar l-għotjiet mogħtija mill-kumpanija.

(81)

Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tistrieħ fuq l-aqwa fatti disponibbli għall-konklużjonijiet tagħha dwar l-għotjiet għal din il-kumpanija. Meta investigat lill-kumpanija fuq il-post, il-Kummissjoni sabet li din il-kumpanija kienet irċeviet ammonti sostanzjali minn diversi programmi ta' għotjiet u, għalhekk, il-Kummissjoni użat bħala l-aqwa fatti disponibbli l-ogħla ammont ta' sussidju għal dawn l-għotjiet misjuba matul il-PI.

3.3.   Sussidji u programmi ta' sussidju fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-investigazzjoni attwali

(82)

Abbażi tal-informazzjoni inkluża fl-ilment, fin-Notifika tal-Bidu u fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, ġie investigat l-allegat sussidjar permezz tas-sussidji li ġejjin mill-GTĊ:

(i)

Self preferenzjali li juża l-valur ta' polza ta' assigurazzjoni bħala kollateral (policy loans), linji ta' kreditu, finanzjament ieħor u garanziji;

(ii)

Garanzija de facto dwar il-kontinwità tal-operazzjonijiet għall-kumpaniji fl-industrija tal-HRF li jiffaċċjaw diffikultajiet biex iħallsu lura s-self;

(iii)

Programmi ta' Għotjiet

Il-Programm China World Top Brand

Il-Programm Famous Brands

Assistenza Antidumping għar-Rispondenti

Is-Sussidji tal-Fond Statali għal Proġetti Teknoloġiċi Ewlenin

Għotjiet ta' Assistenza għall-Esportazzjoni, bħal pereżempju premjijiet għal intrapriżi esportaturi avvanzati jew għal prestazzjoni fl-esportazzjoni, sussidji fuq il-kummerċ ġust, għotjiet għal kooperazzjoni ekonomika internazzjonali

L-Għotja għal Intrapriżi Sperimentali Innovattivi

Fond ta' appoġġ speċjali għall-intrapriżi mhux tal-Istat (non-SOEs)

Għotjiet għall-Ħarsien tal-Ambjent, bħal pereżempju inċentivi għall-Ħarsien tal-Ambjent u għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi, il-Promozzjoni tal-użu ta' riżorsi sinerġistiċi, Fondi ta' inċentiv għal proġetti retrofit għall-konservazzjoni tal-enerġija, il-Promozzjoni ta' Ċentri ta' Dimostrazzjoni tal-Ġestjoni tal-Enerġija

Għotjiet relatati ma' titjib jew trasformazzjoni teknoloġiċi, bħal pereżempju l-promozzjoni ta' kompiti ta' R&Ż taħt Pjanijiet ta' Appoġġ għax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Promozzjoni ta' Aġġustament, ta' Rivitalizzazzjoni u ta' Rinnovament fit-Teknoloġija fl-Industriji Ewlenin, għotjiet għall-Applikazzjoni Kummerċjali tar-Riżultati tar-R&Ż, il-Promozzjoni ta' Titjib fil-Kwalità, il-Promozzjoni tar-Reġistrazzjoni tal-Privattivi, fondi mogħtija taħt il-Programm “Tliet Kategoriji”

Għotjiet għall-eliminazzjoni ta' kapaċità skaduta

Għotjiet lill-Provinċja ta' Liaoning — Il-Programm Five Point One Line

Sussidji pprovduti fiż-Żona Ġdida ta' Tianjin Binhai u fiż-Żona tal-Iżvilupp Teknoloġiku u Ekonomiku ta' Tianjin Fond għax-Xjenza u t-Teknoloġija u Programm ta' Deprezzament Aċċellerat

Sussidji ad hoc mogħtija mill-awtoritajiet muniċipali/provinċjali;

(iv)

Programmi ta' Eżenzjoni u Tnaqqis fit-Taxxa Diretta

Privileġġi ta' Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (EIT) għal Prodotti li Jużaw Riżorsi Sinerġistiċi

Krediti fuq l-EIT għal spejjeż ta' investiment fuq tagħmir relatat mal-ħarsien tal-ambjent, mal-konservazzjoni tal-enerġija u tal-ilma, kif ukoll mas-sigurtà tal-produzzjoni

Privileġġi tal-EIT għal Intrapriżi b'Teknoloġija Avvanzata u Ġdida

Privileġġi tal-EIT taħt il-Programm Great Western Development

Privileġġi tal-EIT għal dħul minn Prodotti Inċentivati,

Kreditu tal-EIT għax-xiri ta' tagħmir domestiku

Eżenzjoni jew tnaqqis ta' kontribuzzjonijiet relatati ma' fondi għall-kostruzzjoni bl-użu tal-ilma

Il-programm tnejn b'xejn/tlieta bin-nofs għal intrapriżi b'investiment barrani (FIEs)

Tpaċija tal-EIT għar-riċerka u l-iżvilupp

Tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu għal FIEs li jixtru tagħmir magħmul fiċ-Ċina

Politiki ta' taxxi preferenzjali taħt il-Programm ta' Rivitalizzazzjoni tal-Grigal

Politiki ta' taxxi preferenzjali għar-Reġjun tal-Punent

Politiki ta' taxxi preferenzjali għal FIEs f'Żoni Ekonomiċi Kostali Miftuħa u f'Żoni ta' Żvilupp Teknoloġiku

Politiki ta' taxxi preferenzjali għal FIEs f'Żoni Ekonomiċi Speċjali

Eżenzjoni jew tnaqqis fit-Taxxa għall-Użu tal-Art

Skontijiet lokali fuq it-taxxa

Eżenzjoni fuq id-dividendi bejn intrapriżi residenti kwalifikati;

(v)

Programmi ta' Taxxa Indiretta u Tariffi tal-Importazzjoni

Eżenzjonijiet mill-VAT u rifużjonijiet tat-tariffa tal-importazzjoni għall-użu ta' tagħmir importat u t-teknoloġija

Rifużjonijiet tal-VAT fuq xiri ta' tagħmir magħmul iċ-Ċina mill-FIEs

Eżenzjoni mill-VAT għal prodotti mibjugħa mill-FIEs

Eżenzjoni/tnaqqis fil-VAT għal prodotti ġenerati mill-Użu sinerġistiku tar-Riżorsi

Konċessjonijiet tat-taxxa għar-reġjuni Ċentrali u tal-Punent

(vi)

Il-provvista ta' prodotti u servizzi mill-gvern għal remunerazzjoni inqas minn adegwata (LTAR)

Il-provvista ta' minerali tal-ħadid mill-gvern għal remunerazzjoni inqas minn adegwata

Il-provvista ta' estrużjonijiet tal-kokk mill-gvern għal remunerazzjoni inqas minn adegwata

Il-provvista ta' estrużjonijiet tal-faħam kokk mill-gvern għal remunerazzjoni inqas minn adegwata

Il-provvista ta' enerġija mill-gvern għal remunerazzjoni inqas minn adegwata

Il-provvista ta' art u ta' drittijiet għall-użu tal-art mill-gvern għal remunerazzjoni inqas minn adegwata;

(vii)

“Bażijiet ta' Dimostrazzjoni tat-Titjib u t-Trasformazzjoni tal-Kummerċ Barrani” (“Bażijiet ta' Dimostrazzjoni”) u “Pjattaformi tas-Servizzi Komuni”;

(viii)

Is-sussidjar tal-provvista ta' prodotti ċatti b'laminazzjoni termali lejn l-UE matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

3.4.   Self preferenzjali

(83)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-erba' gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, kien hemm 45 istituzzjoni finanzjarja li pprovdewlhom self. Minn dawn il-45 istituzzjoni finanzjarja, 35 kienu banek tal-Istat. L-10 istituzzjonijiet finanzjarji li jifdal kienu taħt proprjetà privata jew inkella l-Kummissjoni ma setgħet issib ebda informazzjoni konklużiva dwar il-proprjetà tagħhom. Madankollu, kien hemm biss ħames banek tal-Istat li mlew il-kwestjonarju speċifiku, minkejja talba lill-GTĊ li kienet tkopri lill-35 bank tal-Istat kollha. Minn fost l-10 istituzzjonijiet finanzjarji li jifdal, waħda biss wieġbet, fejn indikat li hija ma setgħetx twieġeb mingħajr ma tkun ikkonsultat mal-awtoritajiet regolatorji. Wara li kienet ikkonsultat lis-CBRC, din l-istituzzjoni finanzjarja infurmat lill-Kummissjoni li kienet disposta li tikkopera, iżda s-CBRC ssuġġeritilha li din il-koperazzjoni għandha ssir permezz ta' mekkaniżmu ta' koperazzjoni regolatorja (jiġifieri skambju ta' informazzjoni bejn ir-regolaturi Ċiniżi u tal-UE rispettivament minflok direttament bejn il-Kummissjoni u l-bank). Il-Kummissjoni laqgħet din l-offerta ta' koperazzjoni, iżda nnutat li kien impossibbli li jiġi stabbilit arranġament interim għall-bqija tal-investigazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda ittra jew talba oħra mis-CBRC nnifisha. Minbarra dan, l-istituzzjoni finanzjarja ma pprovdiet l-ebda kummenti dwar is-sustanza sal-iskadenza stabbilita. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kellha tibbaża ruħha fuq l-aħjar fatti disponibbli.

3.4.1.   Banek tal-Istat li jaġixxu bħala korpi pubbliċi

(84)

Il-Kummissjoni vverifikat jekk il-banek tal-Istat kinux qegħdin jaġixxu bħala korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikoli 3 u 2 (b) tar-Regolament bażiku. F'dan ir-rigward, it-test applikabbli sabiex jiġi stabbilit jekk impriża tal-Istat hijiex korp pubbliku huwa kif ġej (16): “Li jgħodd huwa jekk entità għandhiex l-awtorità li teżerċita funzjonijiet governattivi, aktar milli kif tinkiseb tali awtorità. Hemm modi differenti ta' kif il-gvern fis-sens ristrett jista' jipprovdi lill-entitajiet b'awtorità. Għaldaqstant, hemm tipi differenti ta' evidenza li jistgħu jkunu rilevanti biex jintwera li tali awtorità ngħatat lil entità partikolari. Evidenza li entità, fil-fatt, qiegħda teżerċita funzjonijiet governattivi tista' sservi bħala evidenza li hija għandha jew ingħatat awtorità governattiva, b'mod partikolari fejn tali evidenza tipponta lejn prattika sostnuta u sistematika. Jirriżulta, fil-fehma tagħna, li l-evidenza li gvern jeżerċita kontroll sinifikanti fuq entità u l-aġir tagħha tista' sservi, f'ċerti ċirkostanzi, bħala evidenza li l-entità rilevanti għandha awtorità governattiva u teżerċita tali awtorità fit-twettiq ta' funzjonijiet governattivi. Madankollu, aħna nenfasizzaw li, apparti minn delega espliċita ta' awtorità fi strument legali, l-eżistenza ta' sempliċi rabtiet formali bejn entità u gvern fis-sens dejjaq tal-kelma x'aktarx ma jkunx biżżejjed biex jiġi stabbilit il-pussess neċessarju ta' awtorità governattiva. Għalhekk, pereżempju, is-sempliċi fatt li gvern huwa l-azzjonista maġġoritarju ta' entità ma jurix li l-gvern jeżerċita kontroll sinifikanti fuq l-aġir ta' dik l-entità, u ferm inqas li l-gvern taha awtorità governattiva. Madankollu, f'xi każijiet, fejn l-evidenza turi li l-indizji formali tal-kontroll tal-gvern huma diversi, u fejn ikun hemm ukoll evidenza li tali kontroll ikun ġie eżerċitat b'mod sinifikanti, mela tali evidenza tista' tippermetti li ssir inferenza li l-entità kkonċernata qiegħda teżerċita awtorità governattiva.” Fil-każ preżenti, il-konklużjoni li l-banek tal-Istat qegħdin jeżerċitaw awtorità governattiva hija bbażata fuq indizji formali tal-kontroll tal-gvern u fuq l-evidenza li tali kontroll ġie eżerċitat b'mod sinifikanti.

(85)

Il-Kummissjoni fittxet informazzjoni dwar is-sjieda tal-Istat, kif ukoll indizji formali ta' kontroll tal-gvern fil-banek tal-Istat. Hija analizzat ukoll jekk il-kontroll kienx eżerċitat b'mod sinifikanti. L-investigazzjoni ta' dak l-eżerċizzju kienet imfixkla mir-rifjut tal-GTĊ u tal-banek tal-Istat li jippermettu lill-Kummissjoni tanalizza l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet li wassal għas-self preferenzjali.

(86)

Sabiex setgħet twettaq din l-analiżi, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat l-informazzjoni għall-ħames banek tal-Istat li mlew il-kwestjonarju speċifiku u ppermettiet li ssir verifika.

3.4.1.1.   Il-banek tal-Istat li kkooperaw

(87)

Il-ħames banek tal-Istat li ġejjin ipprovdew tweġiba għall-kwestjonarju, li ġiet ivverifikata fuq il-post: EXIM, ICBC, CCB, ABC u BOC. Dawn il-ħames banek tal-Istat kienu jirrappreżentaw parti sostanzjali mis-self mogħti lill-erba' gruppi ta' kumpaniji inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni f'termini tal-ammonti mislufa (li jvarjaw minn 50 % sa 60 % kemm għal Hesteel Group kif ukoll għal Jiangsu Shagang Group u li jvarjaw minn 80 % sa 95 % kemm għal Benxi Group kif ukoll għal Shougang Group).

(a)   Is-sjieda u l-indizji formali tal-kontroll mill-GTĊ

(88)

Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet fit-tweġiba għall-kwestjonarju u matul iż-żjara ta' verifika, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-GTĊ kien iżomm, direttament jew indirettament, aktar minn 50 % tal-ishma f'kull waħda minn dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji.

(89)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-indizji formali tal-kontroll mill-gvern tal-ħames banek tal-Istat li kkooperaw, il-Kummissjoni kkwalifikathom kollha bħala “istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ewlenin”. B'mod partikolari, in-notifika “Regolamenti Interim dwar il-Bord tas-Superviżuri f'Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-Istat Ewlenin” tiddikjara li: “L-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ewlenin imsemmija f'dawn ir-Regolamenti jirreferu għal banek pubbliċi tal-Istat, banek kummerċjali, kumpaniji tal-ġestjoni tal-assi finanzjarji, kumpaniji tat-titoli, kumpaniji tal-assigurazzjoni, eċċ. (li minn hawn ‘il quddiem issir referenza għalihom bħala istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat), li lilhom il-Kunsill tal-Istat jibgħat bordijiet ta’ superviżuri (17).

(90)

Il-Bord tas-Superviżuri tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ewlenin jinħatar skont ir-“Regolamenti Interim tal-Bord tas-Superviżuri tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-Istat Ewlenin”. Abbażi tal-Artikoli 3 u 5 ta' dawn ir-Regolamenti Interim, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-Membri tal-Bord tas-Superviżuri huma maħtura minn u responsabbli lejn il-Kunsill tal-Istat, u dan juri l-kontroll istituzzjonali tal-Istat fuq l-attivitajiet kummerċjali tal-banek proprjetà tal-Istat li kkoperaw. Minbarra dawn l-indizji ġeneralment applikabbli, il-Kummissjoni sabet dawn li ġejjin fir-rigward tal-ħames banek tal-Istat:

EXIM

(91)

L-EXIM ġie fformat u jopera f'konformità man-“Notifika tat-Twaqqif tal-Export-Import Bank of China”, maħruġa mill-Kunsill tal-Istat u skont l-Istatut ta' Assoċjazzjoni tal-EXIM. L-Istat, bħala l-azzjonist 100 % tal-EXIM, jikkontrolla l-EXIM billi jinnomina l-Membri tal-Bord tas-Superviżuri tiegħu. Dawk il-membri jirrappreżentaw l-interess tal-Istat, inklużi kunsiderazzjonijiet politiċi waqt il-laqgħat tal-EXIM. Ma jeżisti ebda Bord tad-Diretturi. L-Istat jinnomina direttament il-maniġment tal-EXIM. Skont is-sit elettroniku tiegħu, l-EXIM huwa ddedikat sabiex jappoġġja l-kummerċ barrani, l-investiment u l-kooperazzjoni ekonomika internazzjonali taċ-Ċina. Huwa impenjat sabiex isaħħaħ l-appoġġ finanzjarju mogħti lil setturi ewlenin u l-konnessjonijiet dgħajfa fl-ekonomija Ċiniża bil-għan li jiżgura żvilupp soċjali u ekonomiku f'saħħtu u sostenibbli.

ICBC:

(92)

Abbażi tal-kapitoli 8 sa 10 tal-Istatut ta' Assoċjazzjoni tiegħu, il-GTĊ, permezz tal-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu ta' 69.6 %, għandu s-setgħa li jaħtar l-aktar pożizzjonijiet importanti fi ħdan il-maniġment tal-bank, bħall-President u l-Viċi President, iċ-Chairperson u l-Viċi Chairperson tal-Bord tad-Diretturi, id-Direttur Eżekuttiv, kif ukoll iċ-Chairperson tal-Bord tas-Superviżuri.

(93)

Barra minn hekk, skont l-Istatut ta' Assoċjazzjoni tiegħu, il-Bord tad-Diretturi jsejjaħ il-laqgħat tal-azzjonisti, jiddeċiedi dwar l-istrateġija kummerċjali u l-baġit tal-bank, jieħu deċiżjonijiet dwar investimenti (u fużjonijiet), jiddeċiedi dwar is-sensji tal-maniġment superjuri, jifformula s-sistema ta' ġestjoni tar-riskju u jiddeċiedi dwar it-twaqqif ta' dipartimenti u fergħat. Din il-lista mhux eżawrjenti ta' responsabbiltajiet turi l-kontroll istituzzjonali tal-Istat fuq in-negozju ta' kuljum tal-ICBC.

CCB:

(94)

Skont il-kapitoli 11 u 12 tal-Istatut ta' Assoċjazzjoni tiegħu, il-GTĊ, fil-kapaċità tiegħu ta' azzjonist ewlieni b'parteċipazzjoni azzjonarja ta' 57.31 %, għandu s-setgħa li jaħtar il-maġġoranza tal-membri fuq il-Bord tad-Diretturi, li huwa l-aġenzija eżekuttiva tal-Laqgħa Ġenerali tal-azzjonisti li tmexxi s-CCB u għandu jkun responsabbli lejn il-laqgħa tal-azzjonisti. L-istess japplika għall-Bord tas-Superviżjoni, jiġifieri, il-korp superviżorju tal-Bank, kif stabbilit mill-kapitolu 16 tal-Istatut ta' Assoċjazzjoni.

(95)

Barra minn hekk, skont l-Istatut ta' Assoċjazzjoni tas-CCB, il-Bord tad-Diretturi jiddeċiedi dwar il-baġit tal-bank, jieħu deċiżjonijiet dwar investimenti u jiddeċiedi dwar is-sensji tal-awditur kap eżekuttiv u tas-segretarju tal-Bord tad-Diretturi. L-10 membri eżekuttivi (minn total ta' 15-il membru) tal-Bord tad-Diretturi huma l-maniġment superjuri tas-CCB. Din il-lista mhux eżawrjenti ta' responsabbiltajiet turi l-kontroll istituzzjonali tal-Istat fuq in-negozju ta' kuljum tas-CCB.

ABC:

(96)

Kif issemma fl-Artikolu 134 tal-Istatut ta' Assoċjazzjoni, il-GTĊ, fil-kapaċità tiegħu ta' azzjonist ewlieni b'parteċipazzjoni azzjonarja ta' 79.62 %, għandu s-setgħa li jaħtar id-Diretturi kollha fuq il-Bord tad-Diretturi. L-istess japplika għall-Bord tas-Superviżuri skont l-Artikolu 199 tal-Istatut ta' Assoċjazzjoni.

(97)

Barra minn hekk, skont l-Istatut ta' Assoċjazzjoni tal-ABC, il-Bord tad-Diretturi jiddetermina l-istrateġija tal-bank, jiddeċiedi dwar il-baġit tal-bank, jieħu deċiżjonijiet dwar investimenti, jaħtar il-President u s-Segretarju tal-Bord tal-bank u jistabbilixxi u jimmonitorja s-sistema ta' ġestjoni tar-riskju tal-bank. Din il-lista mhux eżawrjenti ta' responsabbiltajiet turi l-kontroll istituzzjonali tal-Istat fuq in-negozju ta' kuljum tal-ABC.

BOC:

(98)

Kif issemma fl-Artikolu 122 tal-Istatut ta' Assoċjazzjoni, il-GTĊ, fil-kapaċità tiegħu ta' azzjonist ewlieni b'parteċipazzjoni azzjonarja ta' 64.63 %, għandu s-setgħa li jaħtar id-Diretturi eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi tal-bank, li jikkostitwixxu l-Bord tad-Diretturi.

(99)

Barra minn hekk, skont l-Istatut ta' Assoċjazzjoni tal-BOC, il-Bord tad-Diretturi jiddeċiedi, fost oħrajn, il-prinċipji strateġiċi, il-pjanijiet tan-negozju u l-pjanijiet ta' investimenti maġġuri tal-istituzzjonijiet finanzjarji, jaħtar jew jagħti s-sensja lil persunal f'karigi għolja, bħall-President u s-Segretarju tal-Bord, il-Viċi President u membri tal-persunal oħrajn fi ħdan il-maniġment superjuri. Il-Bord jiddeċiedi wkoll dwar l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet waqt il-laqgħa tal-azzjonisti u japprova politiki ta' governanza korporattiva. Din il-lista mhux eżawrjenti ta' responsabbiltajiet turi l-kontroll istituzzjonali tal-Istat fuq in-negozju ta' kuljum tal-BOC.

(b)   Evidenza li turi li l-Gvern eżerċita kontroll sinifikanti fuq l-aġir ta' dawk l-istituzzjonijiet

(100)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex informazzjoni dwar jekk il-GTĊ eżerċitax kontroll sinifikanti fuq l-aġir tal-ħames banek tal-Istat li kkooperaw fir-rigward tal-politiki tas-self u l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom, fejn huma pprovdew self lill-industrija tal-azzar. F'dan ir-rigward, ittieħdu f'kunsiderazzjoni d-dokumenti regolatorji li ġejjin:

L-Artikolu 34 tal-Liġi tar-RPĊ dwar il-Banek Kummerċjali (“il-Liġi Bankarja”);

L-Artikoli 7 u 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self (implimentati mill-People's Bank of China);

Il-Kapitolu 5 tat-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar;

Il-Kapitolu 5 tat-13-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar;

Id-Deċiżjoni Nru 40;

Linji Gwida tal-People's Bank of China, taċ-China Banking Regulatory Commission (“CBRC”), taċ-China Securities Regulatory Commission (“CSRC”) u taċ-China Insurance Regulatory Commission (“CIRC”) dwar l-għoti ta' appoġġ lill-industriji tal-faħam u tal-azzar sabiex isolvu l-kapaċità eċċessiva u jiksbu bidla fl-iżvilupp (2016) ) (“Linji Gwida tal-People's Bank of China, tas-CBRC, tas-CSRC u tas-CIRC”);

Notifika “Diversi Opinjonijiet dwar ir-Riżoluzzjoni ta' Kapaċità Eċċessiva”, maħruġa mill-NDRC, mill-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informatika (“MIIT”) u mis-CBRC (2016) (“notifika “Diversi Opinjonijiet dwar ir-Riżoluzzjoni ta' Kapaċità Eċċessiva””);

Linji Gwida dwar il-Kreditu Ekoloġiku tas-CBRC (li għandhom jinqraw flimkien mal-Opinjonijiet dwar it-Tisħiħ tal-Iffrankar tal-Enerġija u t-Tnaqqis fl-Emissjonijiet u l-Aċċellerazzjoni tal-Aġġustament Strutturali fis-Settur tal-Ħadid u tal-Azzar, Ġunju 2010, il-Kunsill tal-Istat) (“Linji Gwida dwar il-Kreditu Ekoloġiku”).

(101)

Waqt li kienet qed tirrevedi dawn id-dokumenti regolatorji, il-Kummissjoni sabet li l-istituzzjonijiet finanzjarji fir-RPĊ qegħdin joperaw f'ambjent legali ġenerali li jidderiġihom sabiex jallinjaw ruħhom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-GTĊ meta jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji.

(102)

Fil-livell ġenerali, l-Artikolu 34 tal-Liġi bankarja, li tapplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li joperaw fiċ-Ċina, jistabbilixxi li l-“Banek kummerċjali għandhom iwettqu n-negozju ta' self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat”. Fir-rigward tal-EXIM, il-mandat tal-politika pubblika tiegħu huwa stabbilit fin-notifika tat-twaqqif tal-Import Export Bank of China kif ukoll informazzjoni oħra disponibbli pubblikament.

(103)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ indika li s-self speċjali msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self imsemmija hawn fuq ġie eliminat fl-1999 abbażi ta' Ċirkolari dwar it-Titjib tal-Amministrazzjoni tas-Self Speċjali (YINFA [1999] No. 228) u li l-Artikolu 15 kien sar irrelevanti billi l-PBOC ma għadux jistabbilixxi l-limiti ta' fuq jew ta' isfel għas-self.

(104)

Il-GTĊ allega wkoll li l-Kummissjoni kienet interpretat ħażin l-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja. Huwa rrefera wkoll għall-Artikoli 4, 5, u 7 tal-Liġi Bankarja li allegatament jirrigwardaw l-awtonomija tal-bank, l-assenza ta' interferenza minn entitajiet jew individwi, gvernijiet u l-eżaminar tal-kredibilità ta' min jissellef. Il-GTĊ kkummenta wkoll li l-Artikolu 34 ma għandux jinqara waħdu.

(105)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li s-self speċjali kien ġie eliminat fl-1999. Madankollu, dan ma jreġġax lura l-konklużjonijiet dwar l-eżistenza ta' self preferenzjali, li huwa bbażat ukoll fuq fatti oħra disponibbli li, meħuda waħedhom, huma biżżejjed.

(106)

F'dak li jirrigwarda l-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self, il-Kummissjoni ma qablitx mal-fehma tal-GTĊ. Dak l-Artikolu jistipula li: “Skont il-politika tal-Istat, dipartimenti rilevanti jistgħu jissussidjaw interessi fuq self, bil-għan li jippromwovu t-tkabbir ta' ċerti industriji u l-iżvilupp ekonomiku ta' ċerti żoni.” Għaldaqstant, id-dispożizzjoni tibqa “rilevanti wkoll wara t-tmiem tar-rati massimi u minimi. Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 38 tal-Liġi Bankarja għadu jirreferi għal limiti u jista” f'kull punt fiż-żmien jiġi applikat.

(107)

F'dak li jirrigwarda l-Liġi bankarja, l-Artikoli 4, 5 u 7 jappartjenu għad-“Kapitolu I Dispożizzjonijiet ġenerali” filwaqt li l-Artikoli 34 u 35 jappartjenu għall-“Kapitolu IV Regoli Bażiċi għas-Self u Operazzjonijiet Oħra tan-Negozju”. L-Artikolu 4 jiddikjara li “L-operazzjonijiet tan-negozju ta” banek kummerċjali għandhom ikunu ggwidati mill-prinċipji tas-sikurezza, il-likwidità u l-effiċjenza. Il-banek kummerċjali għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-operazzjonijiet tan-negozju tagħhom, jieħdu r-responsabbiltà għar-riskji tagħhom, jassumu r-responsabbiltà unika għall-profitti u t-telf tagħhom u jeżerċitaw awto-restrizzjoni. Il-banek kummerċjali għandhom, f'konformità mal-liġi, iwettqu operazzjonijiet tan-negozju mingħajr indħil minn kwalunkwe unità jew individwu. Il-banek kummerċjali għandhom indipendentement jerfgħu r-responsabbiltà ċivili bil-proprjetà kollha tagħhom bħala persuna ġuridika'. L-Artikolu 7 tal-Liġi bankarja jirrigwarda l-eżami tal-affidabilità kreditizja tad-debitur.

(108)

L-investigazzjoni wriet li l-Artikoli 4 u 7 tal-Liġi Bankarja huma applikati suġġett għall-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja, jiġifieri fejn l-Istat jistabbilixxi politika pubblika l-banek jimplimentawha u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-Istat. Il-konklużjonijiet ta' din l-investigazzjoni ma jappoġġjawx il-pretensjoni li l-banek ma jqisux il-politiki u l-pjanijiet tal-gvern meta jagħmlu deċiżjonijiet ta' self. Hija pjuttost ikkonfermat il-kuntrarju ta' dan, kif ġie deskritt b'mod ċar fil-premessi (121) sa (128) hawn taħt. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li l-Artikolu 4 tal-Liġi Bankarja ma waqqafx lill-banek kummerċjali milli jqisu l-politika u l-pjanijiet industrijali tal-gvern.

(109)

Il-GTĊ rrefera wkoll għall-Artikolu 5 tal-Liġi Bankarja, u interpretaha bħala li ma jkun hemm “l-ebda indħil minn gvernijiet lokali u dipartimenti tal-gvern f'diversi livelli, organizzazzjonijiet pubbliċi jew individwi fl-operazzjonijiet tan-negozju tal-banek.” Madankollu, it-test innifsu tal-Artikolu 5 tal-Liġi Bankarja jgħid dan li ġej: “Il-banek kummerċjali għandhom iżommu mal-prinċipji tal-ugwaljanza, il-volontarjetà, il-ġustizzja u l-ġenwinità fl-interazzjonijiet tagħhom mal-klijenti tagħhom”. Għall-Kummissjoni, din il-formulazzjoni ma tħarisx lill-banek mid-dmir tagħhom li japplikaw kunsiderazzjonijiet ta' politika pubblika, kif stabbilit fl-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja. Kif stabbilit fil-premessi (121) to (128) hawn taħt, fid-dawl tal-komportament tal-banek meta pprovdew self lill-kumpaniji fil-kampjun, dan l-Artikolu għalhekk ma jistax jitqies li jikkontradixxi l-interpretazzjoni tal-Artikolu 34 stabbilit mill-Kummissjoni.

(110)

Il-politika industrijali tal-Istat hija stabbilita permezz ta' ppjanar ċentrali, kif spjegat fit-taqsima 3.1 hawn fuq. Fir-rigward tal-industrija tal-azzar, il-kapitolu 5 tat-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar jipprevedi speċifikament it-tisħiħ tal-konnessjoni bejn il-politiki finanzjarji u l-politika industrijali tal-azzar. Barra minn hekk, il-Kapitolu 5 tat-13-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar joħroġ “gwida lill-istituzzjonijiet finanzjarji u lil investituri ta' kapital privat sabiex jappoġġjaw il-kompiti ta' prijorità tal-Pjan”, u jistabbilixxi li “Fir-rigward tal-intrapriżi li għandhom suq u li qegħdin jagħmlu profitt, il-banek għandhom iżommu t-talba għal kreditu raġonevoli”. [traduzzjoni mhux uffiċjali]

(111)

Bl-istess mod, id-Deċiżjoni Nru. 40 tagħti struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha sabiex jipprovdu appoġġ kreditizju speċifikament lill-proġetti “inċentivati”. Kif diġà ġie spjegat fit-taqsima 3.1, il-proġetti tal-industrija tal-azzar jappartjenu għall-kategorija “inċentivata”.

(112)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ indika li l-Kummissjoni ma spjegatx kif id-Deċiżjoni Nru 40 turi li l-banek huma meħtieġa jwettqu xi operazzjonijiet ta' kreditu preferenzjali, u rrefera għall-Artikoli 17 u 18 ta' din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni nnutat li d-Deċiżjoni tinkorpora r-rieda tal-GTĊ li jappoġġa b'mod attiv l-iżvilupp tal-industrija tal-azzar. Id-Deċiżjoni tagħti struzzjonijiet ukoll lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha biex jipprovdu appoġġ ta' kreditu biss lil proġetti inċentivati (il-kategorija li għaliha jappartjenu l-proġetti tal-azar) u twiegħed l-implimentazzjoni ta' “politiki preferenzjali oħra dwar il-proġetti inċentivati”. Fuq il-bażi ta' dan ta hawn fuq, il-banek huma meħtieġa li jipprovdu appoġġ ta' kreditu lill-industrija tal-azzar skont id-Deċiżjoni Nru 40. Filwaqt li l-Artikoli 17 u 18 tal-istess Deċiżjoni jitolbu wkoll lill-bank biex jirrispetta l-prinċipji tal-kreditu, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi matul l-investigazzjoni li dan kien sar fil-prattika. Id-Deċiżjoni Nru 40 għalhekk tikkonferma l-konklużjonijiet preċedenti fir-rigward tal-Liġi bankarja li l-banek jeżerċitaw awtorità governattiva fil-forma ta' operazzjonijiet ta' kreditu preferenzjali.

(113)

Barra minn hekk, il-Linji Gwida tal-People's Bank of China, tas-CBRC, tas-CSRC u tas-CIRC, kif ukoll in-notifika “Diversi Opinjonijiet dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Kapaċità Żejda”, huma speċifikament immirati għall-kumpaniji fis-settur tal-azzar. Huma jiddikjaraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jirrikonoxxu bis-sħiħ ir-rwol pilastru u l-importanza strateġika tal-industriji tal-azzar u tal-faħam u jkomplu jagħtu appoġġ kreditizju lill-kumpaniji tal-azzar li jikkonformaw mal-politika industrijali u li jaġġustaw u jirraggruppaw lilhom infushom mingħajr ma jżidu l-kapaċità ta' produzzjoni tagħhom. Dan l-appoġġ għandu jiġi estiż għall-iffissar ta' rati tal-imgħax u għall-promozzjoni ta' bonds u self għal fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet. Barra minn hekk, tingħata promozzjoni lir-ristrutturar tad-dejn u l-maħfra tad-dejn.

(114)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ ddikjara li l-Kummissjoni kienet naqset milli ssemmi xi dispożizzjonijiet speċifiċi fid-dokumenti msemmija hawn fuq li jappoġġaw il-konklużjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni enfasizzat li kienet ibbażat id-dikjarazzjonijiet tagħha fil-premessa preċedenti fost l-oħrajn fuq is-siltiet li ġejjin tan-notifika “Bosta Opinjonijiet dwar ir-Riżolviment tal-Kapaċità Eċċessiva”:

(a)

“Istituzzjonijiet finanzjarji bankarji għandhom jgħollu l-apprezzament tagħhom tar-rwol ta' pilastru u strateġiku tal-industrija tal-ħadid u l-azzar u l-industrija tal-faħam fl-ekonomija nazzjonali, u b'impenn jimplimentaw il-politiki ta' estensjoni tal-kreditu ta' trattament differenzjat li huma kemm akkomodanti kif ukoll ta' kontroll.”

(b)

“Għandu jiżdied l-appoġġ finanzjarju għall-intrapriżi tal-ħadid u l-azzar u l-intrapriżi tal-faħam involuti f'fużjonijiet u riorganizzazzjoni.”

(c)

“L-istituzzjonijiet finanzjarji bankarji huma inkoraġġiti li jirriorganizzaw is-self mogħti lill-intrapriżi tal-ħadid u l-azzar u tal-faħam li huma f'kundizzjonijiet diffiċli izda li jieħdu l-inizjattiva li jnaqqsu l-kapaċità.”

(d)

“Fir-rigward tal-intrapriżi tal-ħadid u l-azzar u tal-faħam bi prodotti jew servizzi tajbin għas-suq u potenzjali promettenti ta' żvilupp li huma konformi mal-politiki industrijali nazzjonali u jieħdu l-inizjattiva li jnaqqsu l-kapaċità, jaġġustaw l-istrutturi u jittrasformaw il-mudelli tal-iżvilupp, l-istituzzjonijiet finanzjarji bankarji għandhom jistabbilixxu kumitati tal-kredituri, jaġġustaw il-maturitajiet, ir-rati tal-imgħax u l-metodi ta' ħlas lura tas-selfiet u jieħdu miżuri oħra.”

(115)

F'dak li jirrigwarda l-Linji Gwida tal-Bank tal-Poplu taċ-Ċina, CBRC, CSRC u CIRC, is-siltiet li ġejjin, fost l-oħrajn, huma rilevanti:

(a)

“L-istituzzjonijiet finanzjarji bankarji għandhom jirrikonoxxu b'mod sħiħ ir-rwol ta' pilastru u l-pożizzjoni strateġika tal-industriji tal-azzar u tal-faħam, jifhmu b'mod preċiż il-liġi tal-iżvilupp tagħhom, ikomplu jagħtu l-appoġġ tal-kreditu, f'konformità mal-prinċipji tal-kontrollabilità tar-riskju u s-sostenibilità tan-negozju, lil intrapriżi essenzjali ta' kwalità għolja, li għandhom teknoloġija u tagħmir avvanzati, prodotti kompetittivi, swieq, u jistgħu jerġgħu jistabbilixxu l-kompetittività tagħhom u jeħilsu mid-diffikultajiet temporanji wara li japprofondixxu r-riformi u jsaħħu l-ġestjoni interna tagħhom; attivament joffru servizzi finanzjarji komprensivi lill-intrapriżi li jaġġustaw u jirraggruppaw lilhom infushom iżda li ma jżidux il-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom.”

(b)

“Itejbu l-ġestjoni tal-ipprezzar tar-rati tal-imgħax, u jnaqqsu l-ispejjeż ta' finanzjament tal-intrapriżi.”

(c)

“Attivament jippromwovu l-innovazzjoni ta' bonds ekoloġiċi u bonds b'redditu għoli. Jespandu l-ħruġ ta' bonds finanzjarji ekoloġiċi, it-titolizzazzjoni tal-assi ekoloġiċi u strumenti finanzjarji innovattivi oħra sabiex jiggwidaw l-iżvilupp ekoloġiku tal-industriji tal-azzar u tal-faħam.”

(d)

“Attivament u konsistentement jippromwovu r-ristrutturar tad-dejn fl-intrapriża. Għall-intrapriża li tikkonforma mal-politiki industrijali nazzjonali, u attivament tieħu l-inizjattiva li tnaqqas il-kapaċità tal-produzzjoni, taġġusta l-istruttura u tittrasforma għall-iżvilupp, u għandha ċerta solvenza, skont il-premessa ta' monitoraġġ tal-kwalità tas-self u l-ikklassifikar preċiż, jgħinuha tirbaħ l-isfidi billi jaġġustaw il-perjodu tas-self, il-modi tal-ħlas lura, u miżuri oħra ta' ristrutturar tad-dejn.”

(e)

“Itejbu n-negozju tas-self għall-fużjonijiet u l-akkwisti, u jespandu l-iskala tas-selfiet għall-fużjonijiet u l-akkwisti, raġonevolment jiddeterminaw i-terminu tas-self u r-rata tal-imgħax, sabiex jappoġġaw intrapriżi u reġjuni b'vantaġġ komparattiv biex jintegraw il-kapaċità industrijali”.

(116)

Il-Linji Gwida dwar il-Kreditu Ekoloġiku jħeġġu lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jużaw politiki differenti dwar l-estensjoni ta' kreditu u l-ġestjoni tar-riskji f'konformità mal-politiki industrijali u skont l-istatus ambjentali tal-mutwatarju. L-industrija tal-azzar hija meqjusa bħala mira primarja għall-għoti ta' self relatat ma' proġetti ambjentali. Il-politika industrijali f'dan il-kuntest hija spjegata fl-“Opinjonijiet dwar it-Tisħiħ tal-Iffrankar tal-Enerġija u t-Tnaqqis fl-Emissjonijiet u l-Aċċellerazzjoni tal-Aġġustament Strutturali fis-Settur tal-Ħadid u tal-Azzar”. Dawn l-Opinjonijiet jenfasizzaw li “l-industrija tal-ħadid u tal-azzar, minħabba li hija dik bl-akbar potenzjal għall-konservazzjoni tal-enerġija u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, tokkupa pożizzjoni vitali fil-ħidma tal-konservazzjoni tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet. It-tisħiħ tal-konservazzjoni tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-aġġustament strutturali huwa miżura importanti u maġġuri fit-trasformazzjoni tal-mudell ta' żvilupp tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar”. [traduzzjoni mhux uffiċjali] Il-proġetti relatati ma' teknoloġiji u tekniki ġodda ta' ekonomija ċirkolari u ta' konservazzjoni tal-enerġija u tnaqqis fl-emissjonijiet, bħall-estinzjoni tal-kokk fin-niexef taħt temperatura u pressjoni għoljin, it-tneħħija tat-trab fin-niexef, l-irkupru u l-użu ta' sħana residwa u tal-pressjoni tal-gass tal-faħam, kif ukoll is-sinterizzazzjoni tad-desulfurizzazzjoni tal-gass miċ-ċmieni u l-finanzjament “ekoloġiku” konsegwenti huma b'hekk “promossi b'mod qawwi”.

(117)

Il-GTĊ ppreżenta fil-kummenti tad-divulgazzjoni tiegħu li l-Linji Gwida tal-Kreditu Ekoloġiku u l-“Opinjonijiet dwar it-Tisħiħ tal-Iffrankar tal-Enerġija u t-Tnaqqis tal-Emissjonijiet u l-Aċċellerar tal-Aġġustament Strutturali fis-Settur tal-Ħadid u l-Azzar” bl-istess mod jonqsu milli juru l-eżistenza ta' qafas normattiv vinkolati għall-prattiki tas-self. B'mod partikolari, il-GTĊ rrefera għall-Artikolu 15 tal-Linji Gwida tal-Kreditu Ekoloġiku, li jiddikjaraw li “l-istituzzjonijiet bankarji għandhom isaħħu d-diliġenza dovuta fl-għoti tal-kreditu”.

(118)

Il-konklużjonijiet ta' din l-investigazzjoni ma appoġġawx il-pretensjoni li l-Artikolu 15 tal-Linji Gwida tal-Kreditu Ekoloġiku pprekludew lill-istituzzjonijiet finanzjarji milli jsegwu l-politika u l-pjanijiet industrijali tal-gvern meta jagħtu s-self. Hija pjuttost ikkonfermat il-kuntrarju ta' dan, kif ġie deskritt b'mod ċar fil-premessi (121) sa (128) hawn taħt. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet irrifjutata.

(119)

Il-Liġi bankarja hija legalment vinkolanti. In-natura obbligatorja tal-Pjanijiet ta' Ħames Snin ġiet stabbilita hawn fuq fil-premessa (55). In-natura obbligatorja tad-Deċiżjoni Nru. 40 ġiet stabbilita hawn fuq fil-premessa (55). In-natura obbligatorja tad-dokumenti regolatorji l-oħrajn hija murija mill-klawżoli ta' superviżjoni u evalwazzjoni li jinsabu fihom. In-notifika “Diversi Opinjonijiet dwar ir-Riżoluzzjoni ta' Kapaċità Żejda” tiddikjara li “Is-CBRC, il-Kummissjoni għall-Iżvilupp u r-Riforma Nazzjonali u l-Ministeru għall-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informatika għandhom jorganizzaw l-ispezzjoni u s-superviżjoni tal-implimentazzjoni tagħhom fi żmien debitu.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] L-Artikolu 28 tal-Linji Gwida dwar il-Kreditu Ekoloġiku jgħid li “L-awtoritajiet regolatorji fl-industrija bankarja għandhom … jivvalutaw l-effett ta' kreditu ekoloġiku li jingħata minn istituzzjonijiet finanzjarji fl-industrija bankarja b'mod komprensiv abbażi tal-istatus tar-regolamentazzjoni barra mis-sit u tal-verifika fuq il-post. Ir-riżultati tal-valutazzjoni għandhom jintużaw bħala l-bażijiet importanti għall-klassifikazzjonijiet regolatorji, għall-aċċess għall-istituzzjonijiet, għall-aċċess tan-negozji u għall-evalwazzjonijiet tal-prestazzjoni tal-maniġment superjuri tal-istituzzjonijiet finanzjarji fl-industrija bankarja skont il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Il-Linji Gwida tal-People's Bank of China, tas-CBRC, tas-CSRC u tas-CIRC dwar l-għoti ta' appoġġ lill-industriji tal-azzar u tal-faħam għar-riżoluzzjoni tal-kapaċità żejda u l-kisba ta' bidla fl-iżvilupp jiddikjaraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom isaħħu l-komunikazzjoni mad-dipartimenti tal-gvern lokali.

(120)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-GTĊ ħoloq qafas normattiv li kellu jiġi osservat mill-maniġers u mis-superviżuri maħtura mill-GTĊ u li huma responsabbli lejn il-GTĊ. Għalhekk, il-GTĊ straħ fuq il-qafas normattiv sabiex jeżerċita kontroll b'mod sinifikanti fuq l-aġir tal-ħames banek tal-Istat li kkooperaw kull meta kienu qegħdin jipprovdu self lill-industrija tal-azzar.

(121)

Il-Kummissjoni fittxet ukoll prova konkreta tal-eżerċizzju ta' kontroll b'mod sinifikanti abbażi ta' self konkret. Matul il-verifika, il-ħames banek tal-Istat li kkooperaw irreferew għall-Artikoli 4 u 5 tal-Liġi bankarja, li permezz tagħhom huma mitluba li jagħmlu valutazzjoni indipendenti ta' talba għal self. Huma sostnew li fil-prattika huma użaw politiki u mudelli sofistikati ta' valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu meta taw is-self inkwistjoni. Madankollu, ma ngħata l-ebda eżempju konkret. Il-ħames banek tal-Istat li kkooperaw irrifjutaw li jipprovdu informazzjoni, inklużi l-valutazzjonijiet tar-riskju ta' kreditu speċifiċi tagħhom, relatata mal-kumpaniji inklużi fil-kampjun għal raġunijiet regolatorji u kuntrattwali. Fir-rigward ta' dan tal-aħħar, huma rrimarkaw li mingħajr il-kunsens tad-debitur, huma jkunu qegħdin jiksru l-kuntratt billi jipprovdu l-informazzjoni. L-erba' gruppi kollha ta' produtturi esportaturi fil-kampjun irrifjutaw li jiffirmaw ittra ta' kunsens li tippermetti li ssir eżaminazzjoni tad-dejta finanzjarja tagħhom fil-bini tal-bank.

(122)

Għalhekk, fin-nuqqas ta' evidenza konkreta ta' valutazzjonijiet tal-affidabbiltà kreditizja, il-Kummissjoni eżaminat l-ambjent legali ġenerali kif stabbilit hawn fuq fil-premessi (100) sa (120), flimkien mal-imġiba tal-ħames banek tal-Istat li kkooperaw fir-rigward tas-self ipprovdut lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Din l-imġiba kkuntrastat mal-pożizzjoni uffiċjali tagħhom, minħabba li huma ma kinux qegħdin jaġixxu kif normalment jaġixxu l-istituzzjonijiet finanzjarji abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju bbażata fis-suq.

(123)

Iż-żjajjar ta' verifika wrew li bl-eċċezzjoni unika ta' ċertu self f'munita barranija u self wieħed biss lil produttur esportatur wieħed fil-kampjun, is-self ġie pprovdut lill-erba' gruppi ta' produtturi esportaturi fil-kampjun b'rati tal-imgħax qrib tar-rati tal-imgħax referenzjarji tal-Bank tal-Poplu taċ-Ċina (“PBOC”) (18), indipendentement mis-sitwazzjoni finanzjarja u tar-riskju tal-kreditu tal-kumpaniji. Għaldaqstant, is-selfiet ingħataw b'inqas mir-rati tas-suq meta mqabbla mar-rata li tikkorrispondi mal-profil tar-riskju tal-erba' produtturi esportaturi fil-kampjun. Barra minn hekk, il-kumpaniji kollha fil-kampjun kienu rċevew self rotanti, li ppermettielhom jissostitwixxu minnufih il-kapital imħallas lura fuq is-self fid-data ta' maturità permezz ta' kapital ġdid minn self ġdid.

(124)

Fil-każijiet tax-Shougang Group u l-Benxi Group, minħabba diffikultajiet finanzjarji, ġew ristrutturati l-iskedi tal-pagamenti jew inħafer id-dejn, u l-Kummissjoni sabet eżempju speċifiku wieħed ta' intervent mill-GTĊ, li wassal għal ristrutturar tad-dejn li jmur kontra l-ġudizzju finanzjarju aħjar tal-istituzzjonijiet finanzjarji (19).

(125)

Il-Kummissjoni sabet ukoll li s-self li suppost kellu jiġi rrapportat mill-banek bħala self normali ma kienx ġie indikat bħala tali fir-reġistru ċentrali tal-kreditu nazzjonali mill-ħames banek tal-Istat li kkooperaw. L-obbligu tar-rapportar jeżisti b'mod partikolari meta s-self ikun ġie ristrutturat, meta d-debitur ikun naqas milli jħallas il-pagamenti tiegħu jew meta jkun inħareġ self rotanti. Tali okkorrenzi nstabu għall-erba' gruppi kollha ta' produtturi esportaturi fil-kampjun. Skont il-“Linji gwida dwar il-klassifikazzjoni tas-self abbażi tar-riskju” tas-CBRC, dawn il-każijiet kollha kellhom jiġu inklużi fir-reġistru ċentrali tal-kreditu. Dan in-nuqqas ta' rapportar mill-istituzzjonijiet finanzjarji jwassal għal stampa mgħawġa tas-sitwazzjoni kreditizja tal-kumpanija fir-reġistru ċentrali tal-kreditu, minħabba li r-reġistru ma jurix l-affidabbiltà kreditizja reali tal-kumpanija. Bħala riżultat, anki jekk istituzzjoni finanzjarja kellha tapplika valutazzjoni tar-riskju bbażata fuq is-suq, kien ikollha tagħmel dan abbażi ta' informazzjoni mhux preċiża.

(126)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ ddikjara li n-nuqqas ta' rappurtar ta' xi selfiet fir-reġistru ċentrali tal-kreditu wera li l-qafas leġiżlattiv għall-prattiki tas-self ma kienx vinkolanti. Madankollu, nuqqas parzjali ta' konformità mal-obbligu li jiġu rrappurtati ċerti selfiet minn xi atturi ma jfissirx li l-Linji Gwida fihom infushom ma kellhomx saħħa legali.

(127)

Minbarra dan, il-GTĊ rrimarka li r-rapporti annwali ta' bosta banek Ċiniżi kien fihom kapitli estensivi dwar l-immaniġġar tar-riskju u l-analiżi tal-kreditu, u wrew b'mod ċar li s-self lill-industrija tal-azzar reċentement kien ġie ristrett pjuttost milli promoss. Il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni pprovduta dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu fir-rapporti annwali ma kien fiha l-ebda elementi ġodda ppreżentati mill-GTĊ. Fi kwalunkwe każ, dawn kienu astratti, u ma kinux jippermettu l-valutazzjoni ta' każijiet individwali, u lanqas ma jikkostitwixxu prova li din il-valutazzjoni fil-fatt issir. Minbarra dan, l-eżempji pprovduti mill-GTĊ għal EXIM u CCB kienet tirrigwarda biss tnaqqis fil-persentaġġ tas-self ipprovdut lill-industrija tal-azzar. Dawn id-dikjarazzjonijiet ma pprovdewx informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li fihom kien ingħata s-self. Fi kwalunkwe każ, fl-assenza ta' informazzjoni dwar is-self globali lill-industrija tal-azzar mill-banek tal-Istat u l-banek privati li huma fdati u diretti, il-fatt li tnejn minnhom naqqsu l-iskopertura tagħhom mhuwiex sinifikanti. F'dak li jirrigwarda r-rapport annwali ta' China Merchants Bank, id-dikjarazzjoni tal-GTĊ rreferiet biss għall-fatt li l-bank aġġusta l-politiki ta' kreditu tiegħu mingħajr aktar dettalji. Ukoll jekk China Merchants Bank “għolla l-istandards tad-dħul tiegħu”, ir-referenza kkwotata ddikjarat ukoll li l-bank “jappoġġa l-klijenti ta' kwalità tiegħu”.

(128)

Għalhekk, il-Kummissjoni ma rat l-ebda raġuni biex tibdel il-konklużjonijiet tagħha u kkonkludiet li l-GTĊ eżerċita kontroll sinifikanti fuq l-aġir tal-ħames banek tal-Istat li kkooperaw fir-rigward tal-politiki tas-self u l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom, fejn huma pprovdew self lill-industrija tal-azzar.

(c)   Konklużjoni dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji li kkooperaw

(129)

Il-Kummissjoni sabet li l-qafas legali stabbilit hawn fuq qiegħed jiġi implimentat mill-ħames istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat li kkooperaw fl-eżerċitar tal-funzjonijiet governattivi fir-rigward tas-settur tal-azzar, sabiex b'hekk jaġixxu bħala korpi pubbliċi skont l-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku, li għandu jinqara flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku, u f'konformità mal-każistika rilevanti tad-WTO.

(130)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ stqarr li l-Kummissjoni ma kenitx issodisfat l-istandards tal-evidenza biex iddeterminat li l-banek tal-Istat kienu korpi pubbliċi, billi allegatament iddependiet esklussivament fuq indizji formali ta' kontroll bħas-sjieda tal-GTĊ jew l-abilità li dan jappunta jew jinnomina uffiċjali tal-maniġment sabiex tasal għall-konklużjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni rrifjutat din il-pretensjoni bħala bla bażi, billi kienet eżaminat ukoll l-eżerċizzju ta' dan il-kontroll b'mod sinifikanti f'dettall kbir fil-premessi (100) sa (128) hawn fuq.

3.4.1.2.   Banek tal-Istat li ma kkooperawx

(131)

Kif stabbilit fit-taqsima 3.2 hawn fuq, il-GTĊ ma talab lil ebda wieħed mill-banek tal-Istat l-oħrajn li pprovdew self lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun sabiex jirritorna l-kwestjonarju speċifiku. Għalhekk, skont il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi (61) sa (75) hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-aqwa fatti disponibbli sabiex tiddetermina jekk dawk il-banek tal-Istat jikkwalifikawx bħala korpi pubbliċi.

(132)

Bl-użu ta' informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, bħas-sit elettroniku tal-bank, ir-rapporti annwali, informazzjoni disponibbli fid-direttorji tal-bank jew fuq l-Internet, il-Kummissjoni stabbilixxiet li t-30 bank li ġejjin li pprovdew self lill-erba' gruppi ta' produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu parzjalment jew kompletament proprjetà tal-Istat innifsu jew ta' persuni ġuridiċi tal-Istat: China Development Bank, Bank of Communications, China Everbright Bank, Postal Savings Bank, China Merchants Bank, Shanghai Pudong Development Bank, China Industrial Bank, Shenyang Rural Commercial Bank, Benxi City Commercial Bank, Benxi Commercial Bank, Kailuan Group Financial Co., Liaoning Hengyi Financing Lease Co., Ltd., Bank of Chengde, Bank of Hebei, Bank of Shanghai, Ningbo Bank, China CITIC Bank, China Guangfa Bank, China Bohai Bank, Huaxia Bank, China Resources Bank, China Zheshang Bank, China Credit Trust, Huarong International Trust Co. Ltd., Northern International Trust Co., Ltd., Zhangjiakou Bank, Hebei Iron and Steel Group Financial Co., Ltd, Shougang Group Finance, Finance Bureau of Benxi City, Zunhua Rural Credit Union. L-informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda ta' dawk il-banek tista' tinstab fit-tabella ta' hawn taħt.

Isem tal-bank

Informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda

China Development Bank

Bank politiku 100 % tal-Istat

Bank of Communications

Il-Ministeru tal-Finanzi u Central Huijin Investments għandhom 26,53 % tal-ishma tal-bank.

China Everbright Bank

Il-Ministeru tal-Finanzi u Central Huijin Investments għandhom 41,24 % tal-ishma tal-bank.

Postal Savings Bank

Dan id-Dipartiment, li inizjalment kien twaqqaf fl-2007 mill-iState Post Bureau, bħalissa huwa anness mal-Ministeru tat-Trasport. Bħalissa, 64 % tal-ishma huma miżmuma miċ-China Post Corp., li hija kompletament proprjetà tal-Istat.

China Merchants Bank

Dan il-bank huwa parti miċ-China Merchants Group, intrapriża tal-Istat (SOE).

Shanghai Pudong Development Bank

China Mobile Communication Group Guangdong Limited (SOE): 20 %

Shanghai International Group Co., Ltd (grupp azzjonarju finanzjarju tal-Istat): 16.93 %

Shanghai Sitico Assets Management Co., Ltd. (parti minn Shanghai International Group): 5,23 %

Central Huijin Asset Management Co., Ltd.: 1,49 %

(…)

China Industrial Bank

L-Uffiċċju tal-Finanzi ta' Fujian 17,86 % (awtorità tal-Istat)

Persuni ġuridiċi tal-Istat:

 

PICC Property and Casualty Company Limited 4,98 %

 

PICC Life Insurance Company Limited 4,21 %

 

Buttonwood Investment Platform LLC. 3,52 %

 

China National Tobacco Corporation 3,22 %

 

China Securities Finance Corporation Limited 2,87 %

 

PICC Life Insurance Company Limited-universal 2,49 %

 

Fujian Tobacco Haisheng Investment Management Co., Ltd. 2,32 %

 

China Huijin Investment LLC. 1,55 %

Persuna ġuridika domestika mhux tal-Istat:

 

Tianan Property Insurance Co., Ltd 1,71 %

(…)

Shenyang Rural Commercial Bank

Parteċipazzjoni azzjonarja (fl-aħħar tal-2014)

Persuni ġuridiċi tal-Istat:

Liaoning Energy Investment Group (10 %)

Yingkou Port Group (10 %)

Persuna ġuridika domestika mhux tal-Istat:

Materjal u tagħmir ta' Shenyang Zhongyou Tianbao (Group) (10 %)

Shenzhen Yunfan Technology (10 %)

Beijing Beili Bowen Technology (10 %)

Hangzhou Yongyuan Network Technology (10 %)

Dalian Yidu Group (10 %)

(…)

Benxi City Commercial Bank

Parteċipazzjoni azzjonarja fl-aħħar tal-2015:

Finanzi pubbliċi lokali: (azzjonist wieħed) 12,08 %

Intrapriżi tal-Istat (8 azzjonisti) 59,35 %

Intrapriżi privati (6 azzjonisti) 23,17 %

Individwi privati (789 azzjonist) 5,42 %

Azzjonisti ewlenin:

 

L-Uffiċċju tal-Finanzi ta' Benxi City (il-finanzi pubbliċi lokali) 12.08 %

 

Shenjing Bank (SOE) 11,88 %

 

Bengang Group (SOE): 9,99 %

 

Liaoning Rongda Investment Enterprise (SOE): 9,99 %

 

Dalian Port Group (SOE): 9,99 %

 

Liaoning Liaoan Engineering and Machinery Group (intrapriża privata): 9,99 %

Benxi Commercial Bank

Idem

Kailuan Group Financial Co.

Il-Kummissjoni tal-Assi Statali tal-Provinċja ta' Hebei tikkontrolla 100 % tal-Kailuan Group, li min-naħa tiegħu jikkontrolla Kailuan Group Financial Co.

Liaoning Hengyi Financing Lease Co., Ltd.

Proprjetà tal-Benxi Group (SOE)

Bank of Chengde

Parteċipazzjoni azzjonarja, fl-aħħar tal-2015:

L-Uffiċju Finanzjarju tal-Belt ta' Chengde: 7,359 %

Chengde Zhongsheng Investment Group: 7,359 %

Hebei Beifang Road engineering construction group 7,359 %

Chengde City Jinhui Real Estate 6,211 %

Hebei Beichen Powergrid construction 4,842 %

Chengde city Shuangluan district Kangda industry and trade: 4,842 %

(…)

Bank of Hebei

Parteċipazzjoni azzjonarja, fl-aħħar tal-2013:

Persuni ġuridiċi tal-Istat:

China Guodian Power Development: 18,98 %

Zhongcheng Construction & Investment Holding: 10,98 %

Hebei Port Group: 9,41 %

Bank of Shanghai

L-azzjonisti ewlenin skont ir-rapport annwali tal-2015:

Sal-31 ta' Lulju 2015, 206 intrapriżi tal-Istat Ċiniżi kellhom sehem ta' 56 % mill-kapital azzjonarju totali.

Sussidjarji u sussidjarji akkwiżiti totalment tal-Gvern tal-Poplu Muniċipali ta' Shanghai u tal-gvernijiet fil-livell distrettwali:

Shanghai Alliance Investment (15,08 %)

Shanghai International Port Group (7,20 %)

Shanghai Huixin (2,16 %)

Shanghai Huangpu District State-Owned Assets Corporation (2,20 %)

Kumpaniji taħt is-superviżjoni tal-Kunsill tal-Istat (SASAC u l-Ministeru tal-Finanzi):

China Jianyin Investment (5,48 %)

China Shipbuilding & Offshore International of China Shipbuilding Industry Corporation (4,63 %)

CITIC Guoan ta' CITIC Guoan Group (2,00 %)

Ningbo Bank

L-akbar azzjonist b'21.38 % huwa l-gvern ta' Ningbo, it-tieni l-akbar b'20 % huwa l-OCBC Bank of Singapore u warajh (bi 11,57 %) hemm grupp tat-tessuti Ċiniż kbir.

China CITIC Bank

CITIC Group Corporation Ltd., li qabel kienet imsejħa China International Trust Investment Corporation, hija kumpanija ta' investiment tal-Istat tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Issa hija għandha 44 sussidjarja, inklużi China CITIC Bank, CITIC Holdings, CITIC Trust Co. u CITIC Merchant Co.

China Guangfa Bank

Fl-2015, 71.86 % tal-ishma kienu miżmuma minn persuni ġuridiċi tal-Istat, filwaqt li 20 % kienu miżmuma minn Citigroup

China Bohai Bank

SOEs:

TEDA Holding (25,00 %)

China COSCO Shipping (13,67 %)

Baosteel Group (11,67 %)

Persuni ġuridiċi tal-Istat:

State Development & Investment Corporation, SDIC (11,67 %)

Tianjin Trust (10,00 %)

Tianjin Shanghui Investment (8,00 %)

Investitur barrani:

Standard Chartered HK (19,99 %)

Huaxia Bank

Sehem ta' 20 % miżmum mix-Shougang Group (SOE), li huwa l-akbar azzjonist. Barra minn hekk, sehem ta' 18 % huwa miżmum mill-SOE China State Grid u 1,3 % minn Central Huijin.

China Resources Bank

L-azzjonist kontrollanti huwa ċ-China Resources Group (SOE kbira) b'sehem ta' 75 %

China Zheshang Bank

Parteċipazzjoni azzjonarja f'Marzu 2015:

Persuni ġuridiċi tal-Istat:

Zhejiang Finance Development Corporation (19,96 %)

Zhejiang Provincial Energy Group Company Ltd (5,50 %)

Persuna ġuridika domestika mhux tal-Istat

Travelers Automobile Group (8,99 %)

Hengdian Group Holdings Limited (8,30 %)

Zhejiang Hengyi Group (6,21 %)

Oħrajn (51,04 %)

China Credit Trust

Din l-istituzzjoni finanzjarja hija relatata ma' waħda mill-erba' kumpaniji maniġerjali tal-assi tal-Istat, li l-kompitu ewlieni tagħha huwa l-akkwiżizzjoni, il-ġestjoni u d-disponiment ta' assi improduttivi ta' banek tal-Istat.

Huarong International Trust Co. Ltd.

Din l-istituzzjoni finanzjarja hija relatata ma' waħda mill-erba' kumpaniji maniġerjali tal-assi tal-Istat, li l-kompitu ewlieni tagħha huwa l-akkwiżizzjoni, il-ġestjoni u d-disponiment ta' assi improduttivi ta' banek tal-Istat.

Northern International Trust Co., Ltd.

Din l-istituzzjoni finanzjarja hija relatata ma' waħda mill-erba' kumpaniji maniġerjali tal-assi tal-Istat, li l-kompitu ewlieni tagħha huwa l-akkwiżizzjoni, il-ġestjoni u d-disponiment ta' assi improduttivi ta' banek tal-Istat.

Zhangjiakou Bank

Il-Fergħa ta' Handan

Proprjetà tal-gvern lokali.

Hebei Iron and Steel Group Financial Co., Ltd

Proprjetà tal-Hesteel Group (SOE)

Shougang Group Finance

Proprjetà tax-Shougang Group (SOE)

L-Uffiċċju tal-Finanzi ta' Benxi City

L-uffiċċju lokali tal-Ministeru tal-Finanzi, li pprovda self lil waħda mill-kumpaniji fil-kampjun

Zunhua Rural Credit Union

Din hija proprjetà tal-villaġġ tal-bdiewa lokali

(133)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll, fin-nuqqas ta' informazzjoni speċifika mill-istituzzjonijiet finanzjarji inkwistjoni li tindika mod ieħor, is-sjieda u l-kontroll tal-GTĊ abbażi ta' indizji formali għall-istess raġunijiet stabbiliti hawn fuq fit-taqsima 3.4.1.1. B'mod partikolari, abbażi tal-aqwa fatti disponibbli, il-maniġers u s-superviżuri f'dawk it-30 bank tal-Istat huma preżunti li jinħatru mill-GTĊ u li huma responsabbli lejn il-GTĊ bl-istess mod bħal fil-ħames banek tal-Istat li kkooperaw.

(134)

Fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kontroll b'mod sinifikanti, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-konklużjonijiet li jikkonċernaw il-ħames istituzzjonijiet finanzjarji li kkooperaw, li kienu jirrappreżentaw parti sostanzjali mis-self lill-erba' gruppi ta' kumpaniji fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni (li jvarja minn aktar minn 50 % għal kważi 90 %, skont il-kumpanija) jistgħu jitqiesu bħala rappreżentattivi wkoll għal istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn tal-Istat li ma kkooperawx. Il-qafas normattiv analizzat fit-taqsima 3.4.1.1. (b) ta' hawn fuq japplika għalihom b'mod identiku. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe indikazzjoni kuntrarja, abbażi tal-aqwa fatti disponibbli, in-nuqqas ta' evidenza konkreta ta' valutazzjonijiet tal-affidabbiltà kreditizja huwa validu għalihom bl-istess mod bħalma hu għall-ħames banek tal-Istat li kkooperaw, sabiex b'hekk l-analiżi dwar l-applikazzjoni konkreta tal-qafas normattiv fit-taqsima 3.4.1.1. (b) ta' hawn fuq japplika għalihom b'mod identiku.

(135)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li l-maġġoranza tal-kuntratti ta' self li l-Kummissjoni kienet kisbet mill-kumpaniji fil-kampjun kellhom kundizzjonijiet simili u li r-rati tas-self li ntlaħaq qbil dwarhom kienu simili u jikkoinċidu parzjalment mar-rati pprovduti mill-ħames banek tal-Istat li kkooperaw.

(136)

Għalhekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-konklużjonijiet għall-ħames banek tal-Istat li kkooperaw kienu jikkostitwixxu l-aqwa fatti disponibbli sabiex jiġu vvalutati t-30 bank tal-Istat l-oħrajn, minħabba dawk is-similaritajiet fil-kundizzjonijiet tas-self u fir-rati tas-self u r-rappreżentattività tal-ħames istituzzjonijiet finanzjarji li kienu vverifikati.

(137)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-30 bank tal-Istat l-oħrajn li jipprovdu self lill-kumpaniji fil-kampjun huma korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikoli 3 u 2 (b) tar-Regolament bażiku.

(138)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ oġġezzjona għall-valutazzjoni tal-indizji formali tal-kontrolli mill-Kummissjoni, u ddikjara li l-Kummissjoni kienet għamlet valutazzjoni ġenerali madwar il-pajjiż tal-istituzzjonijiet finanzjarji kollha mingħajr ma qieset il-karatteristiċi l-funzjonijiet ewlenin ta' entitajiet partikolari u r-relazzjoni tagħhom mal-gvern. Aktar speċifikament, il-GTĊ kien tal-fehma li għandha ssir differenza bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji miżmuma mill-SOEs u dawk li huma miżmuma direttament mill-GTĊ. F'dak li jirrigwarda l-valutazzjoni tal-pajjiż kollu, il-Kummissjoni nnutat li kienet wettqet analiżi speċifika tal-korpi pubbliċi għal kull istituzzjoni finanzjarja li għaliha l-GTĊ kien ippreżenta l-informazzjoni rilevanti mitluba. Sfortunatament, il-GTĊ ma ppreżentax informazzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li taw self lill-produtturi esportaturi li kkoperaw, kif spjegat fit-taqsima 3.2. Il-Kummissjoni għalhekk kienet sfurzata li tagħmel analiżi tal-korpi pubbliċi abbażi tal-aħjar fatti disponibbli.

3.4.1.3.   Konklużjoni dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat

(139)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li l-35 istituzzjoni finanzjarja Ċiniżi tal-Istat li pprovdew self lill-erba' gruppi ta' produtturi esportaturi fil-kampjun huma korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikoli 3 u 2 (b) tar-Regolament bażiku.

(140)

Barra minn hekk, anki li kieku l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ma jitqisux bħala korpi pubbliċi, il-Kummissjoni sabet li huma jitqiesu wkoll bħala li huma fdati u mogħtija direzzjonijiet mill-GTĊ sabiex iwettqu funzjonijiet normalment vestiti fil-gvern, fis-sens tal-Artikolu 3 (1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku għall-istess raġunijiet, kif stabbilit fil-premessi (143) u (144). B'hekk, fi kwalunkwe każ, it-twettiq tagħhom jiġi attribwit lill-GTĊ.

3.4.2.   L-inkarigu d-direzzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji privati

(141)

Imbagħad, il-Kummissjoni daret lejn l-għaxar istituzzjonijiet finanzjarji li fadal. It-tmien istituzzjonijiet finanzjarji li ġejjin kienu meqjusa bħala privati: HSBC, Standard Chartered Bank, Ping An Bank, Australia & New Zealand Banking Group (iċ-Ċina) Limited, Shagang Group Finance, DBS Group (iċ-Ċina) Limited, Bank of Beijing, Hang Seng Bank. Barra minn hekk, Jinfeng Rural Commercial Bank u SPB Bank kienu meqjusa bħala privati fin-nuqqas ta' informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar l-istruttura tas-sjieda tagħhom. Il-Kummissjoni analizzat jekk dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji kinux ġew fdati jew mogħtija direzzjonijiet mill-Gvern taċ-Ċina sabiex jagħtu sussidji lis-settur tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 3 (1) (a) (iv) tar-Regolament bażiku.

(142)

Skont il-Korp tal-Appell tad-WTO, “inkarigu” jseħħ meta gvern jagħti r-responsabbiltà lil korp privat u “direzzjoni” tirreferi għal sitwazzjonijiet fejn il-gvern jeżerċita l-awtorità tiegħu fuq korp privat (20). Fiż-żewġ każijiet, il-gvern juża korp privat bħala indikatur biex jagħti effett lill-kontribuzzjoni finanzjarja u, 'fil-maġġoranza tal-każijiet, wieħed jistenna li l-inkarigu jew id-direzzjoni ta' korp privat ikunu jinvolvu xi forma ta' theddida jew ġegħil' (21). Fl-istess ħin, il-paragrafu (iv) ma jippermettix lill-Membri jimponu miżuri kumpensatorji għall-prodotti “kull meta l-gvern ikun sempliċiment qed jeżerċita s-setgħat regolatorji ġenerali tiegħu” (22) jew meta l-intervent tal-gvern “jista” jew ma jistax ikollu riżultat partikolari sempliċiment fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi fattwali mogħtija u l-eżerċizzju tal-libertà tal-għażla mill-atturi f'dak is-suq' (23). Minflok, l-inkarigu u d-direzzjoni jimplikaw “irwol iżjed attiv tal-gvern minn sempliċi atti ta' inkoraġġiment” (22).

(143)

Il-Kummissjoni nnotat li l-qafas normattiv dwar l-industrija tal-azzar imsemmi hawn fuq fil-premessi (100) sa (120) japplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fir-RPĊ, inklużi istituzzjonijiet finanzjarji privati. Bil-għan li tiġi spjegata din is-sitwazzjoni, in-notifika “Diversi Opinjonijiet dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Kapaċità Żejda” hija indirizzata lill-banek kollha stabbiliti biex jassumu l-funzjonijiet tan-nefqa ġestita mill-gvern, banek kbar, banek b'ishma konġunti, banek ta' tfaddil permezz ta' uffiċċji postali, banek b'investiment barrani, kumpaniji maniġerjali tal-assi finanzjarji u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn taħt il-ġestjoni tas-CRBC.

(144)

Barra minn hekk, iż-żjarat ta' verifika lill-kumpaniji fil-kampjun żvelaw li l-maġġoranza tal-kuntratti ta' self li l-Kummissjoni kienet kisbet mill-kumpaniji fil-kampjun kellhom kundizzjonijiet simili u li r-rati tas-self ipprovduti mill-istituzzjonijiet finanzjarji privati kienu simili u kkoinċidew parzjalment mar-rati pprovduti mill-istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi.

(145)

Il-Kummissjoni bagħtet ukoll ittri lil dawn l-għaxar istituzzjonijiet finanzjarji b'talba għal aktar informazzjoni dwar il-prattiki tas-self tagħhom u l-valutazzjoni tar-riskju. Waħda biss wieġbet, li indikat li hija ma setgħetx twieġeb mingħajr ma tkun ikkonsultat mal-awtoritajiet regolatorji. Wara li kienet ikkonsultat lis-CBRC, din l-istituzzjoni finanzjarja infurmat lill-Kummissjoni li kienet disposta li tikkopera, iżda s-CBRC ssuġġeritilha li din il-koperazzjoni għandha ssir permezz ta' mekkaniżmu ta' koperazzjoni regolatorja (jiġifieri skambju ta' informazzjoni bejn ir-regolaturi Ċiniżi u tal-UE rispettivament minflok direttament bejn il-Kummissjoni u l-bank). Il-Kummissjoni laqgħet din l-offerta ta' koperazzjoni, iżda nnutat li kien impossibbli li jiġi stabbilit arranġament interim għall-bqija tal-investigazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda ittra jew talba oħra mis-CBRC nnifisha. Minbarra dan, l-istituzzjoni finanzjarja ma pprovdiet l-ebda kummenti dwar is-sustanza sal-iskadenza stabbilita. B'hekk, ebda waħda minn dawn l-istituzzjonijiet ma pprovdiet evidenza li tikkontradixxi l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

(146)

Fin-nuqqas ta' informazzjoni diverġenti riċevuta mill-istituzzjonijiet finanzjarji privati, il-Kummissjoni kkonkludiet li, sa fejn hija kkonċernata l-industrija tal-azzar, l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha (inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji privati) li joperaw fiċ-Ċina taħt is-superviżjoni tas-CRBC ġew fdati u mogħtija direzzjonijiet mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku, sabiex isegwu l-politiki governattivi u jipprovdu self b'rati preferenzjali lill-industrija tal-azzar.

(147)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ osserva li l-Kummissjoni kienet teħtieġ li tiċċara jekk kenitx qed tapplika l-istandard ta' “inkarigar” jew ta' “direzzjoni”, billi t-tnejn huma reċiprokament esklussivi. Minbarra dan, il-GTĊ afferma li l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni ta' inkarigar jew direzzjoni kienet dejqa wisq, billi kienet tiffoka fuq standard legali li jimplika “rwol aktar attiv tal-gvern minn sempliċi atti ta' inkoraġġiment”. Il-GTĊ, min-naħa l-oħra, jsostni li Panel in US — Export Restraints kienet titlob analiżi aktar profonda bbażata fuq l-eżistenza ta' (i) azzjoni espliċita u affermattiva, kemm hekk hi delegar jew kmand, (ii) indirizzati lil parti partikolari, u (iii) fejn l-oġġett tal-azzjoni huwa kompitu jew objettiv partikolari (24).

(148)

Dwar l-ewwel punt, il-Kummissjoni qieset li l-istandards tal-“inkarigar” u ta' “direzzjoni” ma kinux reċiprokament esklussivi, billi fiż-żewġ każijiet, il-gvern juża korp privat bħala rappreżentant tiegħu biex iwettaq kontribuzzjoni finanzjarja. Fir-rigward tat-tieni punt, il-Kummissjoni ma qablitx mal-interpretazzjoni tal-GTĊ tal-istandard legali li għandu jiġi applikat. Kif deskritt fil-premessa (142) ta' hawn fuq, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-ġurisprudenza sussegwenti tad-WTO, li fiha l-Korp ta' Appell żamm li s-sostituzzjoni tal-kliem “tinkariga” u “tidderieġi” b'“delega” u “kmand” kienet riġida wisq bħala standard (25). Minn dan isegwi li l-istandard tal-provi stabbilit mill-Korp ta' Appell f'dan il-każ kien anqas riġidu mill-interpretazzjoni tal-Bord oriġinali fil-każ US — Export Restraints. Fi kwalunkwe każ, il-GTĊ naqas milli jippreżenta evidenza jew argument li jirrifjuta l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-inkarigar jew id-direzzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku fl-investigazzjoni preżenti. Din il-pretensjoni kienet għalhekk rifjutata.

3.4.3.   Speċifiċità

(149)

Kif intwera fil-premessi (100) sa (120), diversi dokumenti legali li huma speċifikament immirati għall-kumpaniji fis-settur tal-azzar iservu wkoll bħala direzzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu self b'rati preferenzjali lill-industrija tal-azzar. Abbażi ta' dawn id-dokumenti, qiegħed jintwera li l-istituzzjonijiet finanzjarji jipprovdu biss self preferenzjali lil għadd limitat ta' industriji/kumpaniji li jikkonformaw mal-politiki rilevanti tal-GTĊ.

(150)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sussidji fil-forma ta' self preferenzjali mhumiex ġeneralment disponibbli, iżda huma speċifiċi fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma ppreżentat evidenza li tissuġġerixxi li s-self preferenzjali huwa bbażat fuq kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(151)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ indika li, abbażi tar-rapport tal-AB f'US-Aircraft (Second Complaint), l-analiżi tal-ispeċifiċità għandha tiffoka mhux biss fuq “ir-riċevituri partikolari identifikati fl-ilment, iżda … wkoll fuq l-intrapriżi jew l-industriji kollha eliġibbli li jirċievu l-istess sussidju (26) (traduzzjoni mhux uffiċjali) u li, skont ir-rapport tal-Bord f'EC — Aircraft (27), savbiex ikun speċifiku, sussidju jrid ikun ipprovdut lil “grupp” ta' intrapriżi jew industriji limitat biżżejjed. Il-GTĊ ssottometta wkoll li l-Kummissjoni kienet naqset li tispeċifika liema parti tad-dokumenti msemmija mill-Kummissjoni jirrigwardaw l-għoti espliċitu ta' self preferenzjali lill-industrija tal-azzar. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għad-dokumenti li kienu elenkati fil-premessa (100) hawn fuq. Hija qieset li r-referenzi għall-industrija tal-azzar huma ċari biżżejjed billi din l-industrija hija identifikata jew b'isimha jew b'referenza ċara għall-prodott li timmanifattura jew il-grupp tal-industrija li tifforma parti minnu. Minbarra dan, il-fatt li l-GTĊ jappoġġa grupp limitat ta' industriji inċentivati, inkluża l-industrija tal-azzar, jagħmel dan is-sussidju wieħed speċifiku.

3.4.4.   Benefiċċju u kalkolu tal-ammont ta' sussidju

(152)

Il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tas-sussidju kumpensabbli. Għal dan il-kalkolu, hija vvalutat il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-PI. Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri huwa d-differenza bejn l-ammont ta' imgħax li l-kumpanija tħallas fuq is-self mill-gvern u l-ammont li l-kumpanija tħallas għal self kummerċjali komparabbli li jista' jinkiseb fis-suq.

(153)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat għadd ta' speċifiċitajiet fis-suq tal-azzar Ċiniż. Kif ġie spjegat fit-taqsimiet 3.4.1 sa 3.4.3 ta' hawn fuq, is-self ipprovdut mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi jirrifletti intervent sostanzjali mill-gvern u ma jirriflettix ir-rati li normalment jinstabu f'suq finanzjarju li jiffunzjona.

(154)

Il-gruppi ta' kumpaniji fil-kampjun ivarjaw f'termini tas-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tagħhom. Kull waħda minnhom ibbenifikat minn tipi differenti ta' self matul il-perjodu ta' investigazzjoni, b'varjanzi fir-rigward pereżempju tal-maturità, il-kollateral, il-garanziji u kundizzjonijiet mehmuża oħrajn. Għal dawk iż-żewġ raġunijiet, kull kumpanija kellha rata tal-imgħax medja differenti abbażi tas-sett ta' self riċevut tagħha stess.

(155)

Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni sabet li l-prattiki tal-finanzjament Ċiniżi fis-suq tal-azzar, kif murija mill-erba' gruppi ta' produtturi fil-kampjun, huma kkaratterizzati minn “self rotanti”, jiġifieri self li jippermetti kumpanija tissostitwixxi l-kapital imħallas mill-ġdid fuq is-self fid-data ta' maturità permezz ta' kapital ġdid minn self ġdid. Skont il-linji gwida Ċiniżi dwar il-klassifikazzjoni tas-self abbażi tar-riskju, dan is-self għandu jiġi kklassifikat bħala l-hekk imsejjaħ self “ikkonċernat”, li jindika li minkejja li bħalissa mutwatarju jista' jħallas lura l-prinċipal u l-imgħax tas-self, hemm xi fatturi li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv il-kapaċità tiegħu tal-ħlas lura. Madankollu, dan ma seħħx fil-prattika kif ġie spjegat hawn fuq fil-premessa (125).

(156)

Il-Kummissjoni vvalutat individwalment is-sitwazzjoni finanzjarja ta' kull grupp ta' produtturi esportaturi fil-kampjun bil-għan li tirrifletti dawn il-partikolaritajiet. Il-Kummissjoni l-ewwel analizzat is-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali u l-eżistenza tas-self rotanti fil-livell ta' grupp. Imbagħad, din l-analiżi ġiet estiża aktar għall-kumpaniji individwali fil-grupp li joperaw fil-livell tal-produzzjoni tal-HRF. Bħala riżultat, il-Kummissjoni kkalkolat il-benefiċċju mill-prattiki tas-self preferenzjali għal kull grupp ta' produtturi esportaturi fil-kampjun fuq bażi individwali u allokat dan il-benefiċċju għall-prodott ikkonċernat.

3.4.4.1.   Jiangsu Shagang Group

(157)

Il-Jiangsu Shagang Group ippreżenta lilu nnifsu f'sitwazzjoni ġeneralment profittabbli matul il-PI, skont il-kontijiet finanzjarji tiegħu. Madankollu, il-profittabbiltà tal-grupp kienet kontinwament dgħajfa matul il-perjodu 2012-2015, li tindika li bidliet minuri fl-ambjent tan-negozju intern jew estern jistgħu jesponu lill-grupp għal sitwazzjoni ta' telf. Il-proporzjon tad-dejn għall-assi tiegħu huwa għoli, iżda sostenibbli f'industrija b'kapital intensiv bħall-industrija tal-azzar. Din il-perċezzjoni ġenerali kienet ikkonfermata fuq il-post.

(158)

Il-Kummissjoni nnotat li l-Jiangsu Shagang Group ingħata klassifikazzjoni AAA mill-aġenzija Ċiniża ta' klassifikazzjoni tal-kreditu China Lianhe Credit Rating Co., Ltd., għall-ħruġ ta' bonds fis-suq Ċiniż.

(159)

Madankollu, il-Kummissjoni nnotat ukoll li studju riċenti ppubblikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali (28) wera diverġenzi sinifikanti bejn il-gradi ta' klassifikazzjoni Ċiniżi lokali u l-gradi ta' klassifikazzjoni internazzjonali. Pereżempju, aktar minn 90 % tal-bonds Ċiniżi huma kklassifikati AA sa AAA mill-aġenziji ta' klassifikazzjoni lokali, filwaqt li inqas minn 2 % tal-impriżi jgawdu minn klassifikazzjonijiet eċċellenti fis-suq tal-Istati Uniti.

(160)

Dan huwa muri aktar fil-graff ta' hawn taħt meħuda mill-istudju:

Image

(161)

Fuq din il-bażi, anki jekk il-Jiangsu Shagang Group jingħata klassifikazzjoni tal-kreditu tajba minn aġenzija tal-klassifikazzjoni Ċiniża, il-Kummissjoni kkonkludiet li din il-klassifikazzjoni mhijiex affidabbli.

(162)

Fil-livell tal-kumpaniji individwali involuti fil-produzzjoni tal-HRF, ġie rreġistrat telf fil-kontijiet matul il-PI, iżda din ma kinitx sitwazzjoni rikorrenti, u indikaturi finanzjarji oħrajn, bħall-proporzjon tad-dejn għall-assi jew il-proporzjon ta' kopertura tal-imgħax, ma indikaw l-ebda problema strutturali sinifikanti fir-rigward tal-abbiltajiet ta' ripagament tad-dejn tal-kumpaniji. Madankollu, fil-prattika, il-Kummissjoni sabet ukoll li din il-kumpanija rċeviet self rotanti wieħed minn fost is-self fil-kampjun. Barra minn hekk, fit-tabelli tas-self, għadd sinifikanti ta' self fuq terminu qasir ġie sostitwit b'self ġdid għall-istess ammont fl-iskadenza. Barra minn hekk, waħda mill-kumpaniji fil-grupp inklużi fil-kampjun irċeviet self b'terminu qasir mingħand istituzzjoni finanzjarja speċjalizzata f'self li ma jistax jiġi rkuprat b'rata tal-imgħax għolja ħafna ta' bejn 14 % u 16 %, li jindika wkoll li hija esperjenzat kwistjonijiet ta' likwidità fil-PI.

(163)

Din is-sitwazzjoni kompliet tikkonferma l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li tinjora l-klassifikazzjoni AAA Ċiniża tal-Jiangsu Shagang Group bħala affidabbli.

(164)

Fl-aħħar nett, fl-2013, dokument kummerċjali ppubblikat mill-Jiangsu Shagang Group irċieva klassifikazzjoni Prime-1 minn Moody's. Madankollu, dik il-klassifikazzjoni kienet ibbażata fuq il-klassifikazzjoni tal-Bank of China, il-fergħa ta' New York Mellon, li pprovdiet garanzija, preċiżament minħabba li l-Jiangsu Shagang Group ma kellu ebda klassifikazzjoni affidabbli u indipendenti tiegħu stess.

(165)

L-istituzzjonijiet finanzjarji tas-self ma kienu wettqu ebda valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. B'hekk, sabiex tistabbilixxi l-benefiċċju, il-Kummissjoni kellha tivvaluta jekk ir-rati tal-imgħax għas-self mogħti lill-Jiangsu Shagang Group kinux fil-livell tas-suq.

(166)

Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp tikkorrespondi għal klassifikazzjoni BB, li hija l-ogħla klassifikazzjoni li ma għadhiex tikkwalifika bħala “grad ta' investiment”. “Grad ta' investiment” ifisser li l-bonds maħruġa mill-kumpanija jiġu ġġudikati mill-aġenzija ta' klassifikazzjoni bħala li x'aktarx jissodisfaw biżżejjed l-obbligi ta' ħlas li l-banek huma permessi li jinvestu fihom.

(167)

Il-bonds ta' grad mhux ta' investiment huma meqjusa bħala li għandhom karatteristiċi ta' spekulazzjoni. L-obbliganti kklassifikati fi grad mhux ta' investiment x'aktarx ikollhom xi karatteristiċi kwalitattivi u protettivi, iżda dawn jistgħu jingħelbu mill-inċertezzi kbar jew mill-esponiment maġġuri għal kundizzjonijiet avversi. Il-klassifikazzjoni BB hija l-ogħla grad f'din il-kategorija, li tirrifletti l-fatt li obbligant huwa inqas vulnerabbli f'perjodu ta' żmien qasir minn obbliganti oħrajn ikklassifikati bi gradi aktar baxxi. Madankollu, hija tiffaċċja inċertezzi maġġuri kontinwi u esponiment għal kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi avversi, li jistgħu jwasslu għall-kapaċità inadegwata tal-obbligant li jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu skont id-definizzjonijiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ta' Standard and Poor's.

(168)

Il-primjum mistenni fuq il-bonds maħruġa mill-impriżi b'din il-klassifikazzjoni (BB) imbagħad kien applikat għar-rata ta' self standard tal-People's Bank of China (“PBoC”) sabiex tiġi stabbilita r-rata tas-suq.

(169)

Dik il-valwazzjoni pożittiva ġiet stabbilita permezz tal-kalkolu tal-firxa relattiva bejn l-indiċijiet ta' bonds korporattivi tal-Istati Uniti kklassifikati bħala A u l-bonds korporattivi tal-Istati Uniti kklassifikati bħala BB abbażi tad-dejta ta' Bloomberg għas-segmenti industrijali. Il-firxa relattiva b'hekk ikkalkolata mbagħad ġiet miżjuda mar-rati tal-imgħax normattivi kif ippubblikati mill-PBoC fid-data li fiha ngħata s-self u għall-istess tul ta' żmien bħas-self inkwistjoni. Dan sar individwalment għal kull self ipprovdut lill-kumpanija.

(170)

Fir-rigward tas-self denominat f'munita barranija fir-RPĊ, tapplika sitwazzjoni simili fir-rigward tad-distorsjonijiet tas-suq u n-nuqqas ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu validi, minħabba li dan is-self jingħata mill-istess istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi. Għalhekk, kif instab qabel, il-bonds korporattivi kklassifikati bħala BB b'denominazzjonijiet rilevanti maħruġa matul il-PI ntużaw sabiex jistabbilixxu valwazzjoni pożittiva, li kienet applikata għar-rata tas-self ta' USD LIBOR sabiex jiġi stabbilit valur referenzjarju xieraq.

(171)

Barra minn hekk, sabiex jittieħed f'kunsiderazzjoni r-riskju akbar enfasizzat mill-prattiki tas-self rotanti fil-livell tal-kumpaniji individwali involuti fil-produzzjoni tal-HRF, il-Kummissjoni pprovat tidentifika valur referenzjarju xieraq ieħor fuq is-suq Ċiniż. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li bank tal-Istat wieħed ipprovda self b'maturità ta' 16-il xahar lil waħda mill-kumpaniji tal-Jiangsu Shagang Group għal rata tal-imgħax ta' bejn 14 % u 16 %. Skont il-Jiangsu Shagang Group, ir-rata tal-imgħax komparattivament għolja kienet dovuta għall-fatt li din l-istituzzjoni finanzjarja speċifika tispeċjalizza fis-self lil kumpaniji f'diffikultà finanzjarja u l-kumpanija talbet lis-servizzi tagħha jtaffu problema ta' likwidità temporanja. Minħabba li s-self rotanti ġeneralment ikun sinjal ta' problemi ta' likwidità għal perjodu qasir, il-kundizzjonijiet u l-maturità ta' dak is-self huma meqjusa bħala xierqa sabiex jirriflettu l-benefiċċju addizzjonali li jirriżulta mill-użu ta' self rotanti.

(172)

B'hekk, il-Kummissjoni sabet li huwa xieraq li tuża din iċ-ċifra bħala l-valur referenzjarju rilevanti għas-self kollu b'maturità ta' sentejn jew inqas ipprovdut fil-livell tal-kumpaniji tal-produzzjoni li kienu qed jagħmlu użu mis-self rotanti. Tabilħaqq, is-self rotanti ġeneralment jiġi konkluż għal żmien qasir. Huwa improbabbli ħafna li jinstab self rotanti għal maturità ta' aktar minn sentejn u l-evidenza konkreta tas-self ivverifikata fil-kumpaniji inklużi fil-kampjun tappoġġja din il-konklużjoni.

(173)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni, il-GTĊ u l-kumpaniji li kkooperaw inklużi fil-kampjun ikkontestaw il-metodoloġija relatata mal-firxa relattiva, kif deskritt fil-premessi (169) fuq. Fid-dawl ta' dawn il-kummenti, il-Kummissjoni sussegwentament bagħtet dokument addizzjonali lill-partijiet kollha kkonċernati, li fih spjegat iktar il-metodoloġija li ntużat.

(174)

Fil-qasir, waslu l-kummenti li ġejjin:

(1)

Il-prattika bankarja internazzjonali taħdem skont referenza għal valur referenzjarju flimkien ma' primjum addizzjonali, li huwa muri bħala valwazzjoni pożittiva assoluta u mhux bħala valwazzjoni pożittiva relattiva. Pereżempju, dan jista' jkun IBOR jew LIBOR jew EURIBOR miżjud b'1 %.

(2)

Iż-żewġ elementi tar-rata ta' interess jirriflettu l-pajjiż jew ir-riskju tal-munita (jiġifieri, il-parti tal-imgħax li tikkorrispondi għall-bank ċentrali jew għar-rata mingħajr riskju tal-kumpanija) u r-riskju speċifiku tal-kumpanija (jiġifieri l-valutazzjoni pożittiva espressa f'termini assoluti, għall-kumpanija kklassifikata bħala BB).

(3)

Il-firxiet relattivi jikbru meta r-rata mingħajr riskju tonqos, minkejja li l-firxa assoluta tibqa' l-istess. Barra minn hekk, il-metodoloġija tipproduċi firxiet relattivi estremament għoljin għal rati ta' imgħax negattivi.

(4)

Skont id-dejta storika pprovduta mill-GTĊ (“Dejta Storika dwar il-Firxa Relattiva”), il-firxa assoluta tibqa' pjuttost stabbli tul iż-żmien filwaqt li l-firxa relattiva turi varjazzjonijiet kbar. Barra minn hekk, il-firxa assoluta medja tul iż-żmien hija viċin il-firxa assoluta li tinsab fil-PI.

(5)

Il-Kummissjoni wżat il-firxa relattiva medja tul il-PI għal self b'maturitajiet differenti li jvarjaw minn sena sa 10 snin. Fil-fatt, l-applikazzjoni tal-firxa relattiva għal bonds b'maturitajiet differenti turi differenzi kbar skont id-durata tas-self, u turi li l-firxiet assoluti u relattivi jimxu f'direzzjonijiet differenti għal maturitajiet differenti.

(6)

L-użu ta' firxa relattiva ta' bonds b'medja unika b'maturitajiet differenti minflok medja ponderata jassenja wisq piż fuq maturitajiet ta' terminu qasir, peress li l-bonds tipikament jinħarġu b'maturità twila. Dan kien partikolarment rilevanti peress li l-Kummissjoni wżat il-firxa relattiva biss għal self b'terminu twil.

(7)

Il-firxa relattiva ġiet applikata lir-rata ta' referenza PBoC għal self mogħti qabel l-2015 imma li kien għadu pendenti matul (parti mill-) 2015, minħabba li l-Kummissjoni qieset ir-rata tal-PBoC bħala applikabbli fiż-żmien meta ngħata s-self. Il-Kummissjoni jmissha minflok użat ir-rati tal-2015 tal-PBoC.

(8)

Is-sorsi msemmija fid-dokument ta' divulgazzjoni addizzjonali irreferew għall-użu tal-firxa relattiva fir-rigward tar-rendimenti u mhux għad-differenza bejn ir-rati tal-imgħax fuq is-self miksubin mill-banek. L-ebda wieħed mis-sorsi ma ddikjara li din id-differenza kellha tiġi espressa b'mod relattiv, u mhux is-sorsi kollha kienu kredibbli.

(175)

Dwar l-ewwel punt, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-banek kummerċjali jużaw valutazzjoni pożittiva espressa f'termini assoluti. Hija osservat li din il-prattika tidher ibbażata l-iktar fuq konsiderazzjonijiet prattiċi peress li r-rata tal-imgħax hija, fl-aħħar mill-aħħar, numru assolut. Madankollu, in-numru assolut huwa t-traduzzjoni ta' valutazzjoni tar-riskju li hija bbażata fuq evalwazzjoni relattiva. Ir-riskju ta' inadempjenza ta' kumpanija kklassifikata bħala BB hija X % iktar probabbli minn inadempjenza tal-gvern jew tal-kumpanija mingħajr riskju. Din hija evalwazzjoni relattiva li hija illustrata b'dejta mdaħħla mill- GTĊ dwar l-iżviluppi storiċi tal-firxiet (ara l-analiżi hawn isfel). Il-firxa relattiva taqbad bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq sottostanti li mhumiex espressi meta tiġi segwita firxa assoluta.

(176)

Dwar it-tieni u t-tielet punt, il-Kummissjoni qablet mal-punt tat-tluq li r-rati tal-imgħax jirriflettu mhux biss il-profili ta' riskju tal-kumpanija, imma r-riskji speċifiċi għall-pajjiż u għall-munita wkoll. Bħalma hu fil-każ preżenti, ir-riskju speċifiku għall-pajjiż u għall-munita ta' spiss ivarja maż-żmien, u l-varjazzjonijiet huma differenti għal pajjiżi differenti. B'riżultat ta' dan, ir-rati mingħajr riskji jvarjaw b'mod sinifikanti matul iż-żmien, u xi drabi huma inqas fl-Istati Uniti, xi drabi fiċ-Ċina. Dawn id-differenzi huma relatati ma' fatturi bħat-tkabbir osservat u mistenni tal-PGD, is-sentiment ekonomiku u l-livelli ta' inflazzjoni. Minħabba li r-rata mingħajr riskju tvarja maż-żmien, l-istess firxa nominali assoluta tista' tfisser valutazzjoni differenti ħafna tar-riskju. Pereżempju, fejn il-bank jistma r-riskju ta' inadempjenza speċifiku għan-negozju b'10 % ogħla mir-rata mingħajr riskju (stima relattiva), il-firxa assoluta li tirriżulta tista' tkun bejn 0,1 % (b'rata mingħajr riskju ta' 1 %) u 1 % (b'rata mingħajr riskju ta' 10 %).

(177)

Minn perspettiva ta' investitur, il-firxa relattiva għalhekk hija miżura aħjar peress li tirrifletti d-daqs tal-firxa tar-rendiment u l-mod kif inhi affettwata mil-livell bażi tar-rata tal-imgħax.

(178)

Il-metodu huwa newtrali f'termini ta' pajjiż. Pereżempju, fejn ir-rata mingħajr riskju fl-Istati Uniti hija iktar baxxa mir-rata mingħajr riskju fiċ-Ċina, il-metodu jwassal għal evalwazzjonijiet pożittivi assoluti ogħla. Min-naħa l-oħra, fejn ir-rata mingħajr riskju fiċ-Ċina hija iktar baxxa mir-rata mingħajr riskju fl-Istati Uniti, il-metodu jwassal għal evalwazzjonijiet pożittivi assoluti iktar baxxi. Sabiex jispjega iktar dan il-punt, id-dejta pprovduta mill-GTĊ turi li l-firxa relattiva kienet baxxa qabel il-falliment tad-dotcom-bubble fl-2002. Huwa rritorna għal livelli baxxi sal-kriżi finanzjarja u ekonomika kkawżata minn dejn subprime u sovran. Wara l-kriżi finanzjarja u ekonomika, il-firxiet ekonomiċi baqgħu f'livell ogħla meta mqabbla mal-livell qabel dik il-kriżi. Dan il-livell ogħla ta' firxa relattiva jirrifletti elementi fundamentali makroekonomiċi li ggravaw ħafna u domanda aggregata repressa, li kkawżaw ukoll ir-rata tal-inflazzjoni fl-Istati Uniti (u f'ekonomiji avvanzati oħrajn) biex jaqgħu għal livelli baxxi ħafna.

(179)

Id-dejta pprovduta mill-GTĊ turi li l-firxa assoluta tonqos milli tiffirletti l-fundamentali sottostanti aggravati. Pereżempju, hemm differenza relattivament żgħira fil-firxa tar-rendiment assolut fl-Istati Uniti – 2,46 punti perċentwali fl-2003 u 2,35 punti perċentwali fil-PI, anke jekk hemm differenza kbira fir-rata medja tal-inflazzjoni – 2,27 % fl-2003 u 0,12 % biss fl-2015. Il-firxa relattiva tagħti stampa aħjar tad-diverġenzi fis-sitwazzjoni ekonomika bejn it-tnejn li huma, jiġifieri 48,86 % fl-2003 meta mqabbel ma' 71,57 % fl-2015. B'mod simili, fl-2006 (qabel il-kriżi), il-firxa assoluta kienet 1,55 %, li hija kważi l-istess bħal dik tal-2017 (1,56 %), minkejja li l-kundizzjonijiet sottostanti tas-suq inbidlu b'mod sinifikanti. Dik il-bidla fil-kundizzjonijiet tas-suq hija espressa fil-firxa relattiva, li kienet ta' 27 % fl-2006 u 46 % fl-2017.

(180)

Finalment, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-użu tal-metodoloġija tal-firxa relattiva f'każijiet ta' rati ta' imgħax negattivi kien se jipproduċi riżultati mhux raġonevoli. Madankollu, dak ix-xenarju mhuwiex inkwistjoni f'din il-kawża. Il-Kummissjoni kkunsidrat li waqt il-PI, il-firxa relattiva qabdet il-kundizzjonijiet sottostanti tas-suq li jaffettwaw ir-riskji ta' krediti speċifiċi għan-negozju aħjar milli kieku wżat approċċ ta' firxa assoluta.

(181)

Fir-rigward tar-raba' punt, il-Kummissjoni interpretat il-fatti ppreżentati mill-GTĊ b'mod differenti. Jekk wieħed juża s-sett ta' dejta pprovdut mill-GTĊ, wieħed jista' jara li l-firxa assoluta mhix daqshekk stabbli kif allegat mill-GTĊ, iżda minflok din tvarja maż-żmien, minn 1 % għal 4,5 %. Barra minn hekk, tul dawn l-aħħar 23 sena, il-firxa relattiva segwiet l-istess tendenza tal-firxa assoluta, jiġifieri, meta l-firxa relattiva tiżdied, il-firxa assoluta tiżdied ukoll u viċi versa. Fir-rigward tal-volatilità allegata tal-firxa relattiva, id-daqs tal-bidliet huwa simili — id-differenza bejn l-ogħla ċifri u dawk l-iktar baxxi hija ta' 530 % għall-firxa relattiva u ta' 450 % għall-firxa assoluta. Finalment, meta d-dejta pprovduta mill-GTĊ tiġi applikata lir-rati storiċi tal-PBoC, din turi li f'temp ta' ftit snin, il-metodoloġija relattiva tipproduċi valur referenzjarju iktar baxx mill-firxa assoluta.

(182)

Skont id-dokument ta' informazzjoni addizzjonali, il-GTĊ iddikjara li s-snin 2002 u 2008 sa 2010 għandhom jitneħħew mill-analiżi għax kienu snin “anormali”. Il-Kummissjoni ma tarax raġuni għaliex bidliet fiċ-ċikli ma għandhomx jiġu kkunsidrati. Ir-reċessjonijiet huma parti miċ-ċiklu tal-ħajja ekonomika u analiżi tad-dejta għandha tqis l-aspetti kollha ta' dan iċ-ċiklu tal-ħajja, mhux is-snin favorevoli biss. Dan jgħodd ukoll għal riċessjonijiet qawwija straordinarji, bħall-kriżi ekonomika u finanzjarja tal-2008 sal-2010.

(183)

Fir-rigward tal-ħames punt, l-użu tal-firxa relattiva osservata waqt il-PI tabilħaqq pprovda riżultati diverġenti mill-firxa assoluta meta kienet applikata b'mod aktar preċiż fil-livell ta' maturitajiet differenti minflok bħala medja għal durati ta' self. Madankollu, ir-riżultati diverġenti ma kinux minħabba l-fatt li l-firxa relattiva minnha nfisha kienet żbaljata, imma minħabba li kien hemm differenzi kbar fl-istruttura ta' riskju fil-ħin bejn ir-rati tal-imgħax tal-Istati Uniti u tal-RPĊ. Fil-fatt, fl-Istati Uniti, id-differenza fir-rata tal-imgħax bejn bond ta' sena u bond ta' 10 snin kienet ħafna usa' (tvarja minn 2,5 % għal 3,7 %) milli d-differenza bejn ir-rata ta' imgħax ta' sena u r-rata tal-imgħax ta' 'l fuq minn ħames (5) snin tal-PBoC (differenza ta' 0,8 %). Id-diverġenza b'hekk ħarġet mill-punt tat-tluq li fuqu ġiet applikata l-firxa relattiva. Jekk il-RPĊ kien ikollha struttura ta' żmien ta' riskju simili bħala punt ta' tluq, allura r-rati normattivi li jirriżultaw kienu jkunu għal darba oħra segwew xejra loġika fid-durati kollha ta' self. Pereżempju, jekk jiġi preżunt li d-differenza ta' 3 % bejn ir-rati ta' imgħax tal-PBoC fuq medda ta' żmien qasir u twil kien jirriżulta f'valur referenzjarju ta' 15,81 % għal self fuq medda ta' żmien twil, li huwa ogħla mill-valur referenzjarju ta' 14,22 % għal self fuq medda ta' żmien qasir.

(184)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet din il-kwistjoni mill-bidu. Sabiex tnaqqas l-impatt tad-differenzi fl-istruttura ta' żmien ta' riskju bejn iż-żewġ pajjiżi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-firxa relattiva medja għad-durati kollha ta' self u b'hekk iġġib il-valur referenzjarju internazzjonali eqreb lejn il-kundizzjonijiet Ċiniżi u tevita li tippenalizza lill-kumpaniji Ċiniżi li għandhom proporzjon għoli ta' self fuq medda ta' żmien qasir.

(185)

Fir-rigward tas-sitt punt, il-Kummissjoni ma qablitx mal-pretensjonijiet tal-GTĊ. Id-dikjarazzjoni li l-Kummissjoni wżat biss il-firxa relattiva għal self fuq medda ta' żmien twil hija fattwalment inkorretta. Il-metodoloġija tal-firxa relattiva ntużat kemm għal self għal żmien qasir u kemm għal self għal żmien fit-tul. L-użu ta' firxa relattiva b'medju uniku għal self b'maturitajiet differenti ma assenjax wisq piż fuq maturitajiet fuq medda qasira ta' żmien minħabba li l-Kummissjoni fil-prattika applikat din il-firxa għal self b'bosta maturitajiet.

(186)

Fir-rigward tas-seba' punt, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li hija kienet użat dejta minn żewġ perjodi ta' żmien differenti, jiġifieri, il-firxa relattiva applikabbli tul il-PI u r-rata tal-PBoC applikabbli fiż-żmien meta ngħata s-self, u li l-perjodu ta' żmien ikkunsidrat għal kull self għandhom jaqblu. Madankollu, il-Kummissjoni ma qablitx mal-konklużjoni tal-GTĊ li d-dejta kollha kellha tittieħed minflok mill-PI. F'dan ir-rigward, il-Kummissoni nnotat li l-kundizzjonijiet speċifiċi marbuta ma' kull self, bħal pereżempju il-varjabbiltà tar-rata tal-imgħax, għandhom jitqiesu meta jiġi determinat il-perjodu ta' żmien xieraq li għandu jintuża għall-firxa kif ukoll għar-rata tal-PBoC. Madankollu, fl-investigazzjoni preżenti, din l-informazzjoni ma kinitx disponibbli lill-Kummissjoni għas-self kollu li ngħata lill-kumpaniji fil-kampjun. Fid-dawl tan-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi tas-self li ngħata fil-passat, u fuq talba tal-GTĊ, il-Kummissjoni ddeċidiet li hija kienet ser tuża l-firxa relattiva u r-rata tal-PBoC rata applikabbli matul il-PI għas-self kollu li ngħata lill-kumpaniji fil-kampjun għal din l-investigazzjoni. Skont dan, il-Kummissjoni aġġustat 'l isfel l-ammont ta' benefiċċju relatat mas-self preferenzjali.

(187)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-aħħar punt, il-Kummissjoni qablet li s-sorsi msemmija fid-dokument ta' informazzjoni addizzjonali rreferew għall-użu ta' firxa relattiva fir-rigward ta' rendimenti u li l-ebda wieħed mis-sorsi ma ddikjara li din id-differenza meħtieġa għandha tiġi espressa b'mod relattiv. Il-Kummissjoni enfasizzat il-fatt li l-għan tal-eżerċizzju tal-firxa relattiva kien li jinbena primjum tar-riskju ta' kreditu li għandu jiġi applikat lir-rata mingħajr riskju biex jaslu għal rata ta' imgħax ta' riferiment. Il-primjums tar-riskju ta' kreditu huma tabilħaqq relatati ma' kif l-investituri jħarsu lejn is-sigurtajiet, u r-rendiment li jistennew li jirċievu bi tpattija għaż-żieda fir-riskju. Barra minn hekk, minkejja li mhux is-sorsi kollha kienu bbażati fuq kotba akkademiċi, irripetew ir-referenzi li saru f'sorsi oħra. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni xorta qieset dawn is-sorsi kollha bħala rilevanti.

(188)

Il-Kummissjoni għalhekk żammet il-pożizzjoni tagħha li l-metodu tal-firxa relattiva jirrifletti b'mod iktar xieraq il-primjum tar-riskju li istituzzjoni finanzjarja tapplika għall-produtturi esportaturi Ċiniżi f'suq mhux distortiv, b'mod partikolari minħabba li r-rata ta' imgħax bażika fir-RPĊ u r-rata ta' imgħax bażika fl-Istati Uniti evolvew b'mod differenti tul iż-żmien.

(189)

Barra minn hekk, wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ u żewġ kumpaniji fil-kampjun ukoll ikkontestaw l-użu ta' rata ta' imgħax bejn 14 % u 16 % għas-self kollu b'maturità ta' sentejn jew inqas fil-livell ta' kumpaniji li kienu qed jagħmlu użu minn self rotanti. Waslu l-kummenti li ġejjin:

(1)

Il-Kummissjoni kklassifikat is-self kollu b'durata ta' sentejn jew inqas bħala self rotanti mingħajr spjegazzjoni adegwata jew mingħajr evidenza ta' sostenn. Mhux is-self kollu ta' medda qasira ta' żmien ipprovdut lill-kumpaniji fil-kampjun kien self rotanti.

(2)

Self rotanti mhux neċesserjament huwa sinjal ta' kwistjonijiet ta' likwidità. Self rotanti huwa parti minn prassi standard tan-negozju fl-Ewropa. Ma jiġġenerax rati ta' imgħax ogħla u ntuża mill-industrija tal-UE tal-azzar. B'mod iktar speċifiku, ix-Shougang Group sostna li l-Kummissjoni identifikat is-self rotanti l-iktar għall-kumpaniji Qian'an Coal, Xishan Coking u Shougang Corp., li ma kinux f'diffikultajiet finanzjarji.

(3)

Il-valur referenzjarju alternattiv użat mill-Kummissjoni ma kienx konsistenti mal-Artikolu 14 tal-Ftehim SCM. Is-self li ntuża bħala bażi għall-valur referenzjarju alternattiv kien self uniku, eċċezzjonali li kien jammonta għal 2 % biss tas-self totali pprovdut lill-Jiangsu Shagang Group, u l-Kummissjoni ma tatx spjegazzjoni motivata dwar kif dan kien ikun komparabbli ma' self kummerċjali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma għamlitx aġġustamenti biex tqarreb dan is-self ma' self kummerċjali kumparabbli.

(190)

Fir-rigward tal-ewwel punt, il-Kummissjoni ma kklassifikatx kull self b'durata ta' sentejn u inqas bħala self rotanti. L-eżistenza ta' self rotanti f'kumpanija li tkun kienet kkunsidrata biss bħala indikazzjoni li l-kumpanija kienet f'qagħda finanzjarja agħar minn x'kienu jissuġġerixxu d-dikjarazzjonijiet finanzjarji mal-ewwel daqqa t'għajn, u li r-riskju addizzjonali kien marbut ma' problemi ta' likwidità fuq perjodu qasir ta' żmien. Għalhekk, kull self fuq perjodu qasir ta' żmien kellu jingħata pimjum ta' riskju ogħla, irrispettivament jekk tali self kienx rotanti jew le.

(191)

Fir-rigward tat-tieni punt, il-Kummissjoni ma qablitx mal-valutazzjoni magħmula mill-GTĊ u l-produtturi esportaturi. L-awtoritajiet Ċiniżi stess jikkunsidraw self rotanti bħala fattur addizzjonali ta' riskju ta' kreditu. Bħalma ġie ddikjarat fil-“Linji Gwida dwar il-klassifikazzjoni ta' self ibbażat fuq riskji” tas-CBRC, is-self rotanti għandu għall-inqas jiġi rrapurtat bħala self “ikkonċernat” (29). Self li jaqa' taħt din il-kategorija jfisser li minkejja li mutwatarju jista' jħallas il-kapital u l-imgħax tas-self issa, hemm xi fatturi li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv il-ħlas lura tiegħu.

(192)

Faċilitajiet ta' kreditu rotanti tabilħaqq jeżistu fl-Ewropa u ntużaw mill-industrija tal-azzar tal-Unjoni, imma t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom kienu differenti ħafna mis-self rotanti Ċiniż. Faċilitajiet ta' kreditu rotanti fl-Unjoni bażikament huma linji ta' kreditu, b'ammont massimu predeterminat li jista' jiġi prelevat u mħallas lura f'diversi okkażjonijiet matul il-perjodu ta' żmien speċifikat minn qabel. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta' x'jiddikjara il-GTĊ, tali faċilitajiet ta' kreditu jinvolvu spiża addizzjonali, kemm jekk huwa marġinu kuntrattwali barra mir-rati tas-suq fuq medda qasira ta' żmien tas-soltu (30), jew tariffa tal-ġestjoni predeterminata. Barra minn hekk, l-eżempju ta' BNP Paribas provdut mill-GTĊ wkoll ippreveda tariffa għal kapital mhux użat tul id-durata tal-faċilità ta' kreditu. Min-naħa l-oħra, is-self rotanti misjub tul iż-żjarat ta' verifika fil-kumpaniji fil-kampjun Ċiniżi ma kellux kundizzjonijiet differenti minn self ieħor ta' medda qasira ta' żmien. Ma kienx ikkategoratizzat bħala linja ta' kreditu jew faċilità ta' kreditu rotanti u ma kienx hemm tariffi żejda jew marġni marbutin miegħu. Mal-ewwel daqqa t'għajn, deher bħala self normali ta' medda qasira ta' żmien. Madankollu, meta ġew ivverifikati l-ħlasijiet lura ta' tali self waqt iż-żjarat ta' verifika, kien ċar li l-ammont kapitali fil-verità kien qed jitħallas b'self ġdid riċevut mill-istess bank għall-istess ammont fi żmien ġimgħa qabel jew wara d-data ta' maturità tas-self inizjali. Il-Kummissjoni mbagħad estendiet l-analiżi tagħha lejn is-self l-ieħor fit-tabelli ta' self u sabet li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, każijiet oħra bl-istess karatteristiċi eżatt. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha fuq self rotanti.

(193)

Il-Kummissjoni ma qablitx dwar il-fatti tal-istqarrija speċifika tax-Shougang Group li l-Kummissjoni identifikat self rotanti l-iktar għall-kumpaniji Qian'an Coal, Xishan Coking u Shougang Corp. Il-Kummissjoni identifikat self rotanti fil-kumpaniji kollha vverifikati tax-Shougang Group, inkluż fil-kumpaniji tal-produzzjoni Shougang Mining u Qian'an, fejn is-self kollu ta' medda qasira ta' żmien mogħti tul il-PI kien ikkunsidrat bħala self rotanti.

(194)

Finalment, fir-rigward tat-tielet punt, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-self mogħti lill-kumpanija fil-Jiangsu Shagang Group kien self kummerċjali kumparabbli peress li l-kundizzjonijiet għall-għoti tiegħu, deskritti fil-premessa (162) hawn fuq, ikkorispondew għal sitwazzjoni finanzjarja kkaratterizzata minn kwistjonijiet ta' likwidità fuq medda qasira ta' żmien. Barra minn hekk, il-maturità tas-self alternattiv (16-il xahar) ġeneralment ikkorispondiet għan-natura ta' żmien qasir tas-self li fuqhom ġie applikat dan il-valur referenzjarju alternattiv għall-kalkolu tal-benefiċċju. Minkejja dan, il-valur referenzjarju alternattiv ġie aġġustat biex iqis id-differenzi fir-rata ta' imgħax għal self b'maturità ta' inqas minn sena meta mqabbla ma' self b'maturità ta' sena jew ta' sentejn, skont id-differenzi rispettivi bejn iż-żewġ maturitajiet fir-rati tal-PBoC. Il-kalkolu dettaljat ta' dan l-aġġustament kien mogħti lill-kumpaniji kkonċernati.

(195)

B'hekk, il-Kummissjoni warrbet kull talba relatata mal-użu ta' rata ta' imgħax bejn 14 % u 16 % għas-self kollu b'maturità ta' sentejn jew inqas ipprovdut fil-livell tal-kumpaniji li kienu qegħdin jagħmlu użu mis-self rotanti.

(196)

Barra minn hekk, il-grupp Jiangsu Shagang ikkritika li l-Kummissjoni għaddiet darbtejn is-self mis-sussidjarji tagħha minn Shagang Finance u mill-kumpanija prinċipali fil-kalkolu tagħha tal-benefiċċju. Shagang qal ukoll illi l-Kummissjoni imissha naqqset il-“benefiċċju negattiv”, jiġifieri, il-benefiċċju fuq selfiet li għalihom tal-pagamenti ta' imgħax teoretiku kienu ogħla mir-rati normattivi kkalkolati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn iż-żewġ pretensjonijiet.

(197)

Fir-rigward tal-għadd doppju allegat, il-Kummissjoni osservat li Shagang kien irrefera prinċipalment għal self bejn il-kumpaniji bejn Shagang Finance u kumpaniji relatati li jipproduċu l-azzar. F'dan ir-rigward, hija fakkret li Shagang Finance ma kienx ipprovda informazzjoni lill-Kummissjoni dwar self meħud minnu stess. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kkalkolatx xi benefiċċju fil-livell ta' Shagang Finance. Dan jeskludi kull possibbiltà ta' għadd doppju. Fir-rigward tal-ftit self li kien għad fadal bejn il-kumpaniji bejn ix-Shagang Group u l-kumpaniji li jipproduċu l-azzar, il-Kummissjoni vverifikat jekk l-għadd doppju kienx, fil-fatt seħħ. Madankollu, anke qabel id-divulgazzjoni, id-dikjarazzjoni tas-self riċevut mix-Shagang Group kienet identifikat żewġ selfiet biss bħala self bejn il-kumpaniji, filwaqt li d-dikjarazzjoni ta' self ta' Hongchang Plate kienet indikat self wieħed biss ta' dan it-tip. Barra minn hekk, anke meta wieħed iqabbel dawn is-selfiet fuq il-mertu, ma kienux jaqblu f'termini ta' ammont misluf, durata u interess applikabbli. Il-kumpanija ma pprovdiet l-ebda informazzjoni ġdida wara d-divulgazzjoni biex tiġġustifika d-dikjarazzjoni tagħha li dawk is-selfiet fil-fatt kienu korrispondenti. Il-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat li kull waħda minn dawn is-selfiet kienet irrapurtata darba waħda biss, jew dwar il-grupp jew dwar il-lista ta' self tal-kumpanija li tipproduċi.

(198)

Fir-rigward tal-pretensjoni relatata mal-“benefiċċju negattiv” imsemmi fil-premessa(196), il-Kummissjoni osservat li ma hemm l-ebda kwistjoni ta' paragun ġust. B'mod partikolari, self b'rata mhux preferenzjali ma jistax jikkumpensa għall-benefiċċju riċevut minn self ieħor riċevut b'rata preferenzjali. Il-Kummissjoni qieset biss is-self li għalihom il-valur referenzjarju kkalkulat kien ogħla mir-rata ta' imgħax imħallsa mill-kumpaniji meta kkalkulaw il-benefiċċju. Għaldaqstant, din il-pretensjoni ġiet rifjutata.

3.4.4.2.   Hesteel Group

(199)

Il-Hesteel Group ippreżenta lilu nnifsu f'sitwazzjoni finanzjarja ġeneralment profittabbli skont il-kontijiet finanzjarji tiegħu. Huwa ma kienx qed jagħmel it-telf, iżda l-livelli ta' profittabbiltà kienu ġeneralment dgħajfa, sitwazzjoni li tesponi lill-grupp għal bidliet negattivi fil-kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji jew ekonomiċi. Il-grupp għandu wkoll proporzjon għoli ta' dejn għal assi.

(200)

Fil-livell tal-kumpaniji involuti fil-produzzjoni tal-HRF, is-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali ġiet ippreżentata b'mod simili għal-livell ta' grupp, b'livelli ta' profittabbiltà baxxi iżda mingħajr telf. Barra minn hekk, indikaturi finanzjarji oħrajn, bħall-proporzjon ta' dejn għal assi jew il-proporzjon tal-kopertura tal-imgħax, ma indikaw ebda problema strutturali sinifikanti fir-rigward tal-abbiltajiet ta' ripagament tad-dejn tal-kumpaniji. Madankollu, fil-prattika, il-Kummissjoni sabet li 80 % tas-self fil-kampjun eżaminat li rċevew dawn il-kumpaniji kien rotanti u sostanzjali fl-ammont tiegħu, b'referenza għal sitwazzjoni aktar fraġli f'termini ta' likwidità milli jwasslu biex jitwemmen id-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

(201)

Il-Kummissjoni nnotat li l-Hesteel Group ingħata klassifikazzjoni AAA mingħand aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu Ċiniża, fergħa sussidjarja ta' Hangang tal-Agricultural Bank of China. Għall-istess raġunijiet stabbiliti fil-premessi (159) sa (161) aktar 'il fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li din il-klassifikazzjoni mhijiex affidabbli. Barra minn hekk, l-eżistenza tas-self rotanti kompliet tikkonferma l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li tinjora l-klassifikazzjoni AAA Ċiniża tal-Hesteel Group.

(202)

Għalhekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li huwa xieraq li jintuża l-valur referenzjarju BB kif stabbilit fil-premessi (166) sa (168) aktar 'il fuq fil-livell tal-attivitajiet tal-grupp sabiex jiġi kkalkolat il-benefiċċju globali konferit fuq l-HFR li jirriżulta min-nuqqas ta' valutazzjoni tar-riskju xierqa.

(203)

Barra minn hekk, sabiex jittieħed f'kunsiderazzjoni r-riskju akbar enfasizzat mill-eżistenza tas-self rotanti fil-livell tal-kumpaniji individwali involuti fil-produzzjoni tal-HRF u minħabba li l-kundizzjonijiet u l-maturità ta' dan is-self kienu essenzjalment komparabbli mas-self b'imgħax għoli msemmi fil-premessa (162) aktar 'il fuq, il-Kummissjoni sabet li huwa xieraq li jintuża l-istess valur referenzjarju kif stabbilit f'dik il-premessa bħala l-valur referenzjarju rilevanti għas-self kollu b'maturità ta' sentejn jew inqas ipprovdut fil-livell tal-kumpaniji tal-produzzjoni li kienu qegħdin jagħmlu użu mis-self rotanti. Minħabba li s-self rotanti ġeneralment jiġi konkluż għal żmien qasir, huwa improbabbli ħafna li jinstab self rotanti għal maturità ta' aktar minn sentejn u l-evidenza konkreta tas-self ivverifikata fil-kumpaniji inklużi fil-kampjun issostni din il-konklużjoni.

(204)

Il-pretensjonijiet u l-argumenti mressqin mill-GTĊ u xi kumpaniji fil-kampjun, fir-rigward tal-metodoloġija ġenerali għall-firxa relattiva u l-użu ta' valur referenzjarju alternattiv japplikaw ukoll għall-Hesteel Group. Il-Kummissjoni diġà kkonfutat dawn il-punti fil-premessi (175)sa (195).

(205)

Fid-divlugazzjoni, l-ilmentatur staqsa jekk il-Kummissjoni kinitx qieset injezzjoni ta' kapital sinifikanti ta' madwar EUR 1 biljun f'Hesteel fl-2010, filwaqt li kienet għadha qed tikkonferixxi benefiċċji lil dan il-grupp fil-PI. Il-Kummissjoni osservat li din l-injezzjoni allegata ta' kapital kienet is-suġġett ta' mistoqsija li saret mill-Istati Uniti u mill-UE f'April 2017 lill-RP fil-qafas tal-Kumitat dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta' Kontrobilanċ tal-WTO. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza matul din l-investigazzjoni li din l-allegata injezzjoni ta' kapital kienet ikkonferiet xi benfiċċju lill-Hesteel Group tul il-PI.

3.4.4.3.   Shougang Group

(206)

Ix-Shougang Group ippreżenta lilu nnifsu f'sitwazzjoni finanzjarja ġeneralment diffiċli skont il-kontijiet finanzjarji tiegħu. Abbażi tal-evidenza riċevuta għas-snin 2014 u 'l quddiem, il-Grupp kien qed jagħmel it-telf kemm fl-2014 kif ukoll fl-2015. Huwa kellu livell għoli ta' dejn u żied l-obbligazzjonijiet tiegħu għal perjodu qasir b'aktar minn 10 % matul il-PI. Barra minn hekk, matul il-verifika, instabu 25 selfiet rotanti fuq il-post fil-livell tal-kumpanija prinċipali. Barra minn hekk, fit-tabelli tas-self, għadd sinifikanti ta' self addizzjonali fuq terminu qasir ġie sostitwit b'self ġdid għall-istess ammont fl-iskadenza.

(207)

Fil-livell tal-kumpaniji involuti fil-produzzjoni tal-HRF, kemm id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kif ukoll l-evidenza li nstabet fir-rigward tas-self speċifiku, l-evalwazzjoni tal-assi u r-rapporti tal-fattibbiltà wrew li dawn il-kumpaniji kienu qegħdin joperaw bħala negozju avvjat minkejja snin konsekuttivi ta' telf jew profitti marġinali, proporzjonijiet għoljin ta' dejn għal assi, kopertura baxxa tal-imgħax, indikaturi finanzjarji li jmorru għall-agħar u prospetti inċerti għall-ġejjieni. Dawn il-kumpaniji ma ġġenerawx biżżejjed introjtu operatorju sabiex ikopru l-ħlas tal-ispejjeż tal-imgħax tagħhom għal diversi snin konsekuttivi matul il-perjodu 2012-2015. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet każijiet ta' ristrutturar tad-dejn minħabba diffikultajiet fil-ħlas matul il-verifika. Barra minn hekk, is-self kollu għal perjodu qasir mogħti matul il-PI lil waħda mill-kumpaniji tal-produzzjoni kien self rotanti.

(208)

Minkejja dawn iċ-ċirkostanzi, ix-Shougang Group ingħata klassifikazzjoni tal-kreditu AAA minn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu Ċiniża, Dagong International. Għall-istess raġunijiet stipulati fil-premessi (159) sa (161) aktar 'il fuq, kif ukoll tal-evidenza li nstabet matul il-verifika, il-Kummissjoni injorat il-klassifikazzjoni Ċiniża tax-Shougang Group.

(209)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni ġenerali msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li kien meħtieġ li jinstab valur referenzjarju xieraq fil-livell tal-grupp. Sabiex jittieħed f'kunsiderazzjoni r-riskju akbar enfasizzat mill-eżistenza tas-self rotanti u minħabba li l-kundizzjonijiet u l-maturità ta' dan is-self kienu essenzjalment komparabbli mas-self b'imgħax għoli msemmi fil-premessa (162) aktar 'il fuq, il-Kummissjoni użat l-istess valur referenzjarju kif stabbilit f'dik il-premessa għas-self kollu b'maturità ta' sentejn (2) jew inqas. Minħabba li s-self rotanti ġeneralment jiġi konkluż għal żmien qasir, huwa improbabbli ħafna li jinstab self rotanti għal maturità ta' aktar minn sentejn u l-evidenza konkreta tas-self ivverifikata fil-kumpaniji inklużi fil-kampjun tappoġġja din il-konklużjoni.

(210)

Għall-bqija tas-self fil-livell tal-grupp b'maturità ta' sentejn (2) u aktar, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni reġgħet lura għall-valur referenzjarju ġenerali li jagħti l-ogħla grad ta' bonds ta' “Grad mhux ta' investiment” għal-livell ta' grupp, kif ġie spjegat fil-premessi (166) sa (168).

(211)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li fil-livell tal-kumpaniji involuti fil-produzzjoni tal-HRF, is-sitwazzjoni kienet tali li dawn il-kumpaniji ma kienx ikollhom aċċess għal self ulterjuri matul il-PI fin-nuqqas ta' appoġġ mill-Istat. Għalhekk, il-benefiċċju li rċevew dawn il-kumpaniji mar lil hinn minn valwazzjoni pożittiva ordinarja ta' rata tal-imgħax. Minflok, il-benefiċċju matul il-PI rriżulta mill-għoti ta' self li ma kienx jingħata fin-nuqqas tal-appoġġ mill-Istat abbażi tas-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali ta' dawn il-kumpaniji. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li x-Shougang Group huwa Intrapriża tal-Istat (“SOE”) kbira li kienet indikata bħala “ċampjin” fil-11-il Pjan ta' Ħames Snin u fit-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar.

(212)

Għalhekk, skont it-taqsima E(b)(V) tal-linji gwida tal-1998 (31), il-Kummissjoni ddeċidiet li tittratta l-ammonti pendenti ta' dan is-self matul il-PI bħala għotja pprovduta fl-insegwiment tal-politiki tal-gvern. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni kkumpensat biss is-self mogħti matul il-PI.

(213)

Il-pretensjonijiet u l-argumenti mressqin mill-GTĊ u xi kumpaniji fil-kampjun, fir-rigward tal-metodoloġija ġenerali għall-firxa relattiva u l-użu ta' valur referenzjarju alternattiv japplikaw ukoll għax-Shougang Group. Il-Kummissjoni diġà kkonfutat dawn il-punti fil-premessi (175)sa (195).

(214)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ oġġezzjona wkoll għat-trattament tas-self bħala għotjiet, u ressaq l-argumenti li ġejjin:

(1)

Il-Kummissjoni ma ddivulgatx il-fatti essenzjali relatati mal-konklużjoni tagħha tan-nuqqas ta' “Appoġġ mill-Istat” u li dawn il-kumpaniji ma setgħux irċievu s-self ikkonċernat.

(2)

Il-kumpens ta' ċerti ammonti ta' self bħala għotjiet kien inkonsistenti mal-Artikoli 1.1(b), 14 u 14(b) tal-Ftehim SCM. Il-GTĊ ibbaża l-pretensjoni tiegħu fuq ir-Rapport tal-Bord fil-każ KE — DRAMS, fejn dan l-approċċ instab li kien bla raġuni u inkonsistenti mal-Artikoli 1.1(b) u 14 tal-Ftehim SCM (32).

(3)

Il-metodoloġija ta' kalkolu tal-Kummissjoni rrapreżentat eċċezzjoni mhix permessa mill-Artikolu 14(b) tal-Ftehim SCM peress li kkonvertiet in-natura legali tal-kontribuzzjoni minn self għal għotjiet. Il-Bord f'KE — DRAMS enfasizza li self huwa fundamentalment differenti minn għotja peress li jinvolvi dejn li għadu dovut (33). Is-self kollu tqies bħala self u mhux bħala għotjiet fir-rekords tal-kontabilità tal-kumpanija, l-ebda wieħed mis-selfiet irrapurtati fit-tabelli ta' self ma semma' xi maħfra ta' dejn, u pagamenti ta' imgħax li tħallsu fuq dak is-self. Finalment, it-taqsima E(b)(V) tal-linji gwida tal-UE tal-1998 dwar il-kalkolu ta' ammont ta' sussidju tassumi l-eżistenza ta' maħfra ta' dejn jew inadempjenza.

(4)

Is-sitwazzjoni ekonomika allegata tal-kumpaniji ikkonċernati ma ġġustifikatx it-trattament ta' ċerti ammonti ta' self bħala għotjiet. Fil-fatt, il-kumpaniji kkonċernati kienu jiffurmaw parti minn grupp kbir ta' kumpaniji, u s-self tagħhom kien iggarantit mill-kumpaniji prinċipali. Barra minn hekk, produtturi fl-UE wkoll kienu qed jagħmlu telf mill-2012 'l hawn, imma xorta rċevew self u kienu kapaċi jiffinanzjaw id-dejn tagħhom. B'mod aktar speċifiku, fir-rigward tax-Shougang Group, il-kumpanija ta' produzzjoni Jingtang fil-fatt għamlet profitti fl-2014 u fl-2015 minkejja li bdiet l-operazzjonijiet kummerċjali fl-2010. Finalment, il-Kummissjoni stess ikkunsidrat is-sitwazzjoni finanzjarja tax-Shougang Group u tal-Benxi Group bħala korrispondenti għall-klassifikazzjoni “BB” li għandha tkun suffiċjenti biex jinkiseb self fis-suq.

(215)

Prinċipalment, il-produtturi esportaturi tennew il-kummenti tal-GTĊ. Madankollu, xi kummenti speċifiċi addizzjonali waslu mingħand ix-Shougang Group:

(1)

Ix-Shougang Group innota li ċerti ammonti ta' self ġew riklassifikati f'għotjiet għal tliet kumpaniji tal-Grupp mingħajr ebda spjegazzjoni jew raġunament xierqa.

(2)

Ix-Shougang Group bħala entità kien qed jagħmel qligħ tul l-2014 u l-2015 u kellu livelli għolja ta' profitti mhux distribwiti. Il-kumpanija ta' produzzjoni fil-grupp, Qian'an, kienet qed tagħmel telf fl-2015, imma fil-fatt, bejn l-2011 u l-2014 kienet qed tagħmel qligħ. Ix-Shougang Group ma qabilx ukoll mal-fatt li l-kumpaniji ta' produzzjoni ma ġġenerawx biżżejjed qligħ biex ikopru l-ispejjeż tal-imgħax tagħhom, u ikkumentaw li l- introjtu operatorju rrapurtat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji attwalment kien il-qligħ wara l-ħlas tal-ispejjeż finanzjarji.

(216)

Fir-rigward tal-ewwel punt, il-Kummissjoni ma qablitx mad-dikjarazzjoni tal-GTĊ li hi ma żvelatx il-fatti essenzjali relatati mal-appoġġ mill-Istat li fuqhom huma bbażati l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. L-appoġġ mill-Istat imsemmi fil-premess(211) fuq kien jagħmel parti mir-raġunament globali dwar is-self preferenzjali u għalhekk jirreferi għall-istess evidenza bħal dik desktritta f'dettall fit-taqsimiet 3.4.1 sa 3.4.3. Barra minn hekk, il-Kummissjoni pprovdiet xi raġunament addizzjonali dwar l-eżistenza tal-appoġġ mill-Istat lil xi kumpaniji fl-industrija tal-azzar li b'xi diffikultajiet finanzjarji, fit-taqsima 3.5 iktar 'l isfel. Peress li kemm Shougang Group kif ukoll Benxi Group kienu kkunsidrati bħala ċampjins nazzjonali, ir-raġunament deskritt fit-tasima 3.5 japplika għalihom ukoll.

(217)

Fir-rigward tat-tieni u tat-tielet punti, il-Kummissjoni ċċarat li ma kinitx qieset li s-self provdut lill-kumpaniji fil-kampjuni kien se jkun indaqs għall-għotjiet. Għall-kuntrarju ta' dak li intqal mill-GTĊ, il-Kummissjoni ma kinitx biddlet in-natura legali tal-kontribuzzjoni finanzjarja minn self għal għotjiet. Il-Kummissjoni pjuttost kienet irrikonoxxiet li s-self mogħti lill-kumpaniji kellu obbligazzjonijiet ta' ħlas marbutin miegħu. Meta kkalkulat il-benefiċċju ta' tali tranżazzjoni biss il-Kummissjoni ma għamlitx paragun tar-rati ta' imgħax, imma ħadet l-ammont tal-kapital pendenti tas-self bħala l-punt ta' tluq tagħha.

(218)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni kompliet tispeċifika li ma qisitx l-ammont kollu tas-self għall-kalkoli tal-benefiċċji. Il-parti mis-self pendenti biss ittieħdet bħala l-punt ta' tluq, u sussegwentament saru bosta aġġustament 'l isfel fuq dan l-ammont. L-ewwel nett, ġie identifikat il-benefiċċju skont l-ammont tal-kapital pendenti tas-self mingħajr l-imgħax imħallas waqt il-PI. It-tieni nett, l-ammont ta' kapital tas-self ġie aġġustat billi ġie deprezzat skont il-għan sottostanti tas-self. Jekk il-għan tas-self kien iddikjarat bħala likwidità / kapital operatorju, kien jittieħed l-ammont kollu. Jekk is-self kien marbut b'mod ċar ma' investiment fit-tul, l-ammont tal-kapital jiġi deprezzat tul il-perjodu kollu tas-self, u jitqies biss l-ammont allokat lill-PI. Finalment, l-ammont tal-benefiċċju kien ulterjorment aġġustat biex jirrifletti biss in-numru ta' jiem li l-PI kien qed jopera.

(219)

Dawn l-aġġustamenti kollha juru li l-Kummissjoi ma qisitx l-ammont kollu tas-self għall-kalkolu tal-benefiċċju. Il-Kummissjoni għalhekk sabet li r-raġunament kif applikat fir-Rapport tal-Bord f'KE — DRAMS ma kienx applikabbli għal din l-investigazzjoni. Il-każ ittratta l-kwistjoni tal-metodoloġija ta' kalkolu (34), u l-Bord prinċipalment ikkritika l-fatt li l-KE kienet ħadet l-ammont sħiħ tas-self ta' Hynix bħala benefiċċju mingħajr ma qieset l-obbligazzjonijiet marbutin miegħu (35). Peress li dan ma kienx il-każ fl-investigazzjoni attwali, din il-pretensjoni b'hekk ġiet irrifjutata.

(220)

Fir-rigward tal-pretensjoni tal-GTĊ li s-sitwazzjoni finanzjarja tax-Shougang Group u tal-Benxi Group kienet tikkorrispondi għal klassifikazzjoni “BB” li għandha tkun biżżejjed biex jinkiseb self fis-suq, il-Kummissjoni fakkret li hija għamlet evalwazzjoni differenzjata tal-kumpaniji fil-livell tal-grupp u tal-kumpaniji fil-livell tal-kumpaniji tal-produzzjoni. Il-konklużjoni tal-Kummissjoni kienet illi s-sitwazzjoni finanzjarja li tikkorrispondi għal klassifikazzjoni BB kienet applikabbli biss fil-livell tal-grupp imma mhux fil-livell tal-kumpaniji involuti f'attivitajiet ta' produzzjoni. Hija għalhekk irrifjutat din il-pretensjoni.

(221)

Fir-rigward tal-osservazzjoni tal-GTĊ li l-produtturi tal-UE kienu wkoll qed jagħmlu t-telf, imma xorta kienu kapaċi jerġgħu jiffinanzjaw id-dejn tagħhom, il-Kummissjoni nnutat li, għall-kuntrarju tas-sitwazzjoni fir-RPĊ, il-finanzjament mill-ġdid tad-dejn tal-industrija tal-UE seħħ fil-livell tal-grupp globali, mhux fil-livell tal-kumpaniji ta' produzzjoni. Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-UE fil-livell tal-grupp ma kinitx l-istess bħal fil-livell tal-kumpaniji individwali tal-produzzjoni. B'mod partikolari, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-Arcelor Mittal, Thyssen Krupp u t-Tata Groups kollha wrew qligħ tul il-PI. Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessa (192) fuq, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-operazzjonijiet finanzjarji fl-UE u fir-RPĊ kienu differenti ħafna. Għalhekk, din l-osservazzjoni ma kinitx fondata.

(222)

Fir-rigward tax-Shougang Group b'mod iktar preċiż, il-fatt li l-Grupp bħala entità sħiħa kien qed jagħmel qligħ ma poġġiex fid-dubju l-metodoloġija ta' kalkolu tal-Kummissjoni dwar is-self irrapurtat. Kif spjegat fil-(156), il-kumpaniji fil-grupp ġew ivvalutati separatament u l-konklużjonijiet u t-trattamenti ġew adattati skont is-sitwazzjoni individwali tagħhom. Dan l-approċċ ġie kkonfermat waqt iż-żjara ta' verifika fejn il-partijiet iddikjaraw li fil-valutazzjoni tagħhom tal-garanti, hija s-sitwazzjoni speċifika tal-kumpanija li hija kkunsidrata u mhux is-sitwazzjoni fil-livell tal-grupp. Fir-rigward tal-garanziji, ħlief għal Qian'an Coal, ma ngħatat l-ebda informazzjoni fir-risposti tal-kwestjonarju dwar il-garanti tas-self rappurtati. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet irrifjutata.

(223)

Fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija ta' produzzjoni Jingtang, il-kumpanija ilha tagħmel it-telf b'mod kontinwu mindu bdiet l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha fl-2010, ħlief għas-snin 2014 u 2015 meta bilkemm irnexxielha tilħaq ekwilibriju mal-qligħ, f'firxa ta' bejn 0 % sa 0,5 %. Barra minn hekk, sa mill-ħolqien tagħha, din il-kumpanija rrekordjat telf akkumulat ta' RMB [13-16] biljun. Il-kumpanija kontinwament baqgħet tagħti prestazzjoni ħafna agħar mill-aspettattivi li tqajmu fir-rapport ta' fattibbiltà li fuqha kienet ibbażata l-approvazzjoni tal-proġett ta' kostruzzjoni Jingtang. Matul il-PI, tħejja rapport ta' evalwazzjoni tal-assi fir-rigward ta' bidla fl-istruttura tal-ishma ta' Shougang Jingtang. Dan ir-rapport evalwa l-valur nett tal-kumpanija matul il-PI b'inqas minn terz tal-ammont tal-investiment inizjali. Il-Kummissjoni għalhekk żammet il-konklużjonijiet tagħha fir-rigward tal-kumpanija ta' produzzjoni Jingtang.

(224)

Fir-rigward tal-interrogazzjoni tax-Shougang Group dwar il-metodoloġija ta' kalkolu tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni ċċarat li għarrfet li fil-kumpaniji Ċiniżi kollha, il-qligħ operatorju rrappurtat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji attwalment kien il-profitt wara l-ħlas tal-ispejjeż finanzjarji. Għalhekk, hi u tikkalkula l-indikaturi finanzjarji tagħha, il-Kummissjoni kienet reġgħet żiedet l-ispejjeż finanzjarji mal-qligħ operatorju sabiex issir taf id-dħul qabel l-ispejjeż tal-imgħax ta' kull kumpanija. Il-Kummissjoni għalhekk żammet il-pożizzjoni tagħha dwar il-kalkolu tal-indikaturi finanzjarji.

(225)

Mal-iżvelar, ix-Shougang Group ikkritika wkoll in-nuqqas ta' dettall fir-rigward tat-trattament tal-Kummissjoni għal tlieta mill-kumpaniji tiegħu li jipproduċu. Il-Kummissjoni osservat li hija pprovdiet id-dettalji kollha fit-tieni divulgazzjoni speċifika tagħha. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' Qian'an Coal, Shougang Mining, u Xishan Coking tul il-perjodu 2012 — 2015. Proporzjonijiet finanzjarji oħra ġew ikkunsidrati mal-profitabbiltà sabiex jinġibdu konklużjonijiet dwar is-saħħa finanzjarja tal-kumpaniji, kif deskritt fil-premessi (226) sa (228) isfel.

(226)

Fil-każ ta' Qian'an Coal, il-kumpanija kienet irrekordjat profitti marġinali (qrib il-punt ta' ekwilibriju) qabel l-2014, qligħ żgħir fl-2014 (inqas minn 3 %) u għamlet telf tul il-PI. L-fatturat tagħha kien qed jonqos kontinwament u kważi naqas bin-nofs bejn l-2012 u l-2015. Barra minn hekk, il-kumpanija kontinwament kellha livell għoli ta' ingranaġġ (il-proporzjon dejn/assi kien ta' iktar minn 60 %) f'dak il-perjodu ta' żmien, u ma ġġenerax biżżejjed qligħ operattiv biex tkopri l-ħlas ta' spejjeż ta' imgħax matul il-PI (il-proporzjon tal-kopertura tal-imgħax < 1). Madwar terz mis-self fuq medda qasira ta' żmien tal-kumpanija mogħti matul il-PI (u li jirrapreżenta madwar terz mid-dejn pendenti tal-kumpanija) qed jitqies bħala self rotanti.

(227)

Shougang Mining kienet qed tagħmel it-telf b'mod kostanti tul il-perjodu 2012-2015, ħlief fl-2013, meta ġġenerat marġini ta' profitt baxxa. B'kollox, il-kumpanija kienet irreġistrat telf akkumulat ta' madwar RMB 2 biljun fl-2015. Id-dħul tal-kumpanija kien ilu jonqos kontinwament tul l-aħħar erba' snin, u naqas b'inqas min-nofs bejn l-2012 u l-PI. Shougang Mining kellha ingranaġġ kontinwament għoli (il-proporzjon dejn/assi kien ta' madwar 80 %) tul l-aħħar ħames snin u ma ġġeneratx biżżejjed qligħ operattiv biex tkopri l-ħlas ta' spejjeż ta' imgħax fl-ebda waħda mill-aħħar ħames snin (il-proporzjon tal-kopertura tal-imgħax < 1). L-uniku self mogħti lill-kumpanija matul il-PI kien ikkunsidrat bħala self rotanti. Il-Kummissjoni għalhekk żammet il-konklużjonijiet tagħha fir-rigward tal-kumpaniji Qian'an Coal u Shougang Mining.

(228)

Xishan Coking inħolqot lejn l-aħħar tas-sena 2009 u bdiet b'telf kbir (li qabeż il-RMB 300 miljun) li ma kienx għadu ġie assorbit tul il-PI. Id-dħul tal-kumpanija kien ilu jonqos kontinwament tul l-aħħar erba' snin, u l-kumpanija kienet ingranata iktar u iktar matul dak iż-żmien. Ħafna self li ngħata lill-kumpanija matul il-PI kienu ikkunsidrati bħala self rotanti. Madankollu, il-Kummissjoni aċċettat il-pretensjoni ta' Shougang Group li proporzjon għoli tad-dejn tax-Xishan Coking seta' jiġi attribwit lill-Jingtang u li r-riżultati finanzjarji ta' Xishan Coking kienu affettwati minn dan il-fatt. Barra minn hekk, il-kumpanija kienet kontinwament irreġistrat profitti rrekordjati bejn l-2012 u l-2015. B'riżultat ta' dan, is-self tal-2015 minn Xishan Coking ma tqisux bħala għotjiet, u l-benefiċċju riċevut ġie kkalkulat mill-ġdid taħt l-istess metodoloġija tal-kumpaniji fil-livell tal-grupp, kif deskritt fil-premessi (209) sa (210) fuq.

3.4.4.4.   Benxi Group

(229)

Il-Benxi Group ippreżenta lilu nnifsu f'sitwazzjoni finanzjarja ġeneralment diffiċli skont il-kontijiet finanzjarji tiegħu. Huwa kien qed jagħmel it-telf fl-2015, kien f'livell għoli ta' dejn u żied kontinwament l-obbligazzjonijiet tiegħu matul il-perjodu 2012-2015. Barra minn hekk, matul il-verifika, instab self rotanti fuq il-post fil-livell tal-kumpanija prinċipali.

(230)

Fil-livell tal-kumpanija involuta fil-produzzjoni tal-HRF, kemm id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kif ukoll l-evidenza li nstabet fir-rigward tas-self speċifiku wrew li din il-kumpanija kienet qed topera bħala negozju avvjat minkejja snin konsekuttivi ta' telf jew profitti marġinali, proporzjonijiet kontinwament jiżdiedu ta' dejn għal assi, indikaturi finanzjarji li jmorru għall-agħar u prospetti inċerti għall-ġejjieni. Il-kumpanija ma ġġeneratx biżżejjed introjtu operatorju sabiex tkopri l-ħlas tal-ispejjeż tal-imgħax tagħha matul il-perjodu kollu bejn l-2012 u l-2015. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet ukoll self rotanti wieħed fost is-self fil-kampjun u fit-tabelli tas-self, ċertu self għal perjodu qasir ġie sostitwit b'self ġdid għall-istess ammont fl-iskadenza.

(231)

Minkejja dawn iċ-ċirkostanzi, il-Benxi Group ingħata klassifikazzjoni tal-kreditu domestika AA+ matul il-PI minn sussidjarja Ċiniża ta' Moody's. Madankollu, id-dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà ġenerali ta' din is-sussidjarja tenfasizza li hija tipprovdi biss klassifikazzjonijiet domestiċi li jirriflettu riskju ta' kreditu relattiv fiċ-Ċina, filwaqt li r-rwol ta' Moody's huwa li tipprovdi għarfien espert fil-maniġment, appoġġ teknoloġiku u taħriġ għall-analisti. Għalhekk, fid-dawl tad-distorsjonijiet ġenerali tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi msemmija fil-premessi (159) sa (161) aktar 'il fuq, kif ukoll tal-evidenza li nstabet matul il-verifika, il-Kummissjoni injorat il-klassifikazzjoni Ċiniża tal-Benxi Group.

(232)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni ġenerali msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li kien meħtieġ li jinstab valur referenzjarju xieraq fil-livell tal-grupp. Sabiex jittieħed f'kunsiderazzjoni r-riskju akbar enfasizzat mill-eżistenza tas-self rotanti u minħabba li l-kundizzjonijiet u l-maturità ta' dan is-self kienu essenzjalment komparabbli mas-self b'imgħax għoli msemmi fil-premessa (162) aktar 'il fuq, il-Kummissjoni użat l-istess valur referenzjarju kif stabbilit f'dik il-premessa għas-self kollu b'maturità ta' sentejn jew inqas ipprovdut. Minħabba li s-self rotanti ġeneralment jiġi konkluż għal żmien qasir, huwa improbabbli ħafna li jinstab self rotanti għal maturità ta' aktar minn sentejn u l-evidenza konkreta tas-self ivverifikata fil-kumpaniji inklużi fil-kampjun tappoġġja din il-konklużjoni.

(233)

Għall-bqija tas-self fil-livell tal-grupp b'maturità ta' sentejn u aktar, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni reġgħet lura għall-valur referenzjarju ġenerali li jagħti l-ogħla grad ta' bonds ta' “Grad mhux ta' investiment” għal-livell ta' grupp, kif ġie spjegat fil-premessi (166) sa (168).

(234)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li fil-livell tal-kumpanija tal-produzzjoni, is-sitwazzjoni kienet tali li din il-kumpanija ma kienx ikollha aċċess għal self ulterjuri matul il-PI fin-nuqqas ta' appoġġ mill-Istat. Għalhekk, il-benefiċċju li rċevew dawn il-kumpaniji mar lil hinn minn valwazzjoni pożittiva ordinarja ta' rata tal-imgħax. Minflok, il-benefiċċju matul il-PI rriżulta mill-għoti ta' self li probabbilment ma kienx jingħata fin-nuqqas tal-appoġġ mill-Istat abbażi tas-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-kumpanija. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li l-Benxi Group huwa SOE kbira li kienet indikata bħala “ċampjin” fit-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar.

(235)

Għalhekk, kif muri fit-taqsima E(b)(V) tal-linji gwida tal-1998, il-Kummissjoni ddeċidiet li tittratta l-ammonti pendenti ta' dan is-self matul il-PI bħala għotja pprovduta fl-insegwiment tal-politiki tal-gvern. Skont l-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni kkumpensat biss is-self mogħtija tul il-PI. Il-benefiċċju mogħti kien determinat skont l-ammont tal-kapital pendenti tas-self mingħajr l-imgħax imħallas waqt il-PI. L-ammont ta' kapital tas-self ġie aġġustat billi ġie deprezzat skont il-għan sottostanti tas-self. Jekk il-għan tas-self kien ittikkettjat bħala likwidità / kapital operatorju, kien jittieħed l-ammont kollu. Jekk is-self kien marbuta b'mod ċar ma' investiment fit-tul, l-ammont tal-kapital jiġi deprezzat tul il-perjodu kollu tas-self, u l-ammont allokat lill-PI biss kien jitqies. Finalment, l-ammont tal-benefiċċju kien ulterjorment aġġustat biex jirrifletti biss in-numru ta' jiem li l-PI kien qed jopera.

(236)

Il-pretensjonijiet u l-argumenti mressqin mill-GTĊ u xi kumpaniji fil-kampjun, fir-rigward tal-metodoloġija ġenerali għall-firxa relattiva u l-użu ta' valur referenzjarju alternattiv japplikaw ukoll għall-Benxi Group. Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar dawn l-allegazzjonijiet, kif deskritt fuq fil-premessi (175) sa (195) tapplika bl-istess mod għall-Benxi Group.

(237)

Barra minn hekk, il-pretensjonijiet u l-argumenti mressqin mill-GTĊ u xi kumpaniji fil-kampjun, fir-rigward tal-metodoloġija ġenerali għal self ittrattat bħala għotjiet japplikaw ukoll għall-Benxi Group. Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar dawn l-allegazzjonijiet, kif deskritt fuq fil-premessi (216) sa (221) tapplika bl-istess mod għall-Benxi Group.

(238)

Wara l-iżvelar, il-Benxi Group prinċipalment tenna l-kummenti tal-GTĊ. Madankollu żied ukoll xi kummenti speċifiċi addizzjonali:

(1)

Il-Benxi Group sostna li l-indikaturi finanzjarji msemmija fid-dokument speċifiku ta' divulgazzjoni ma weriex b'mod xieraq li Bengang ma kellux il-kapaċità li jħallas lura s-self tiegħu. Barra minn hekk, anke jekk Bengang seta' ffaċja xi diffikultajiet finanzjarji fis-snin riċenti, xorta żamm l-operazzjonijiet normali tul dawn is-snin, u kellu biżżejjed kapaċità biex iħallas lura s-self tiegħu.

(2)

Il-Beni Group argumenta wkoll li l-analiżi tal-klassifikazzjoni ta' kreditu tiegħu ma kienx komprensiv biżżejjed.

(3)

Finalment, Benxi Group sostna li l-ilmentatur ma kienx issottometta dan il-programm ta' sussidju fl-applikazzjoni tiegħu, u li għalhekk, l-approċċ biex is-self jiġi ttrattat bħala għotjiet ma kienx f'konformità mal-Artikolu 11.1 tal-Ftehim SCM.

(239)

Fir-rigward tal-ewwel punt, il-Kummissjoni nnutat li fit-tweġiba tagħha għad-dokument ta' divulgazzjoni li l-kumpanija għarfet li kienet iffaċċjata b'diffikultajiet finanzjarji f'dawn l-aħħar snin, u li ma kkontestat l-ebda waħda mill-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, bħall-marġini ta' profitt u d-dħul dejjem jonqsu, il-proporzjon ta' dejn għoli u l-inabbiltà li jitħallsu l-imgħaxijiet fuq is-self. Il-kumpanija kellha telf sinifikanti wkoll tul il-PI. Barra minn dan, il-Benxi Group għaraf li xi self ma reġax tħallas skont l-iskeda oriġinali ta' ħlas lura, li għalhekk turi li l-kumpanija esperjenzat diffikultajiet fl-abbiltà tagħha biex tħallas lura s-self. Fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni ġenerali tal-kumpanija, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha li taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, il-kumpanija ma kienx ikollha aċċess għal aktar self.

(240)

Fir-rigward tal-fatt li l-kumpaniji kkonċernati kienu jiffurmaw parti minn grupp kbir ta' kumpaniji u li s-self tagħhom kienu ggarantiti mill-kumpaniji prinċipali, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li s-self mogħti lill-kumpanija tal-produzzjoni fil-Benxi Group tabilħaqq kienu garantiti minn kumpanija oħra fil-grupp. Madankollu, waqt iż-żjara ta' verifika, kien ċar li dawn il-garanziji kienu pprovduti minn bosta kumpaniji oħra fil-grupp li kienu f'sitwazzjoni finanzjarja diffiċli simili. Fil-fatt, il-kumpaniji verifikati kollha fil-Benxi Group kienu qed jagħmlu telf matul il-PI, u fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju, il-kumpanija nnfisha sostniet li l-grupp kien f'sitwazzjoni ta' “telf sostnut” li affetwa bosta kumpaniji affiljati, mingħajr ebda prospett li terġa' lura għall-qligħ fil-futur qarib.

(241)

Fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' kreditu tal-kumpanija, il-Kummissjoni qieset li l-konferma tas-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli mill-kumpanija nfisha wera b'mod ċar li ma misshiex irċeviet klassifikazzjoni AA+. L-unika evidenza ġdida pprovduta mill-kumpanija f'dan ir-rigward kienet li mhux neċesserjament kien hemm rabta bejn id-diffikultajiet finanzjarji tagħha u l-klassifikazzjoni ta' kreditu tagħha peress li din kienet grupp kbir tal-ħadid u l-azzar bi storja twila u b'reputazzjoni tajba tal-kreditu. Il-Kummissjoni qieset li dan it-tip ta' argument irrifletta b'mod xieraq il-pretensjoni tal-Kummissjoni li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fiċ-Ċina ma kienux ta' min joqgħod fuqhom peress li kienu bbażati, prinċipalment, fuq id-daqs u l-istatus ta' kumpaniji u mhux fuq is-sitwazzjoni tal-kreditu attwali tagħhom.

(242)

Fir-rigward tat-tielet punt, il-Kummissjoni ma qablitx mal-pretensjoni tal-kumpanija li s-sussidju marbut ma' self li kien ittrattat b'simili għal għotjiet ma kinitx inkluża fl-ilment. Fil-fatt, dan kien jikkonċerna metodoloġija tal-kalkolu separata f'self preferenzjali, li kienet tabilħaqq inkluża fl-ilment. Għaldaqstant, din il-pretensjoni ġiet irrifjutata.

3.4.5.   Konklużjoni dwar self preferenzjali

(243)

L-investigazzjoni wriet li l-gruppi ta' produtturi esportaturi kollha fil-kampjun ibbenifikaw minn self preferenzjali matul il-PI. Fid-dawl tal-eżistenza ta' kontribuzzjoni finanzjarja, ta' benefiċċju għall-produtturi esportaturi u ta' speċifiċità, dan il-benefiċċju għandu jitqies bħala sussidju kumpensabbli.

(244)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema matul il-PI għall-gruppi ta' kumpaniji fil-kampjun tammonta għal:

Self preferenzjali li juża l-valur ta' polza ta' assigurazzjoni bħala kollateral (policy loans)

Kumpanija/Grupp

Ammont ta' Sussidju globali

Minn banek tal-Istat

Minn istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn

Benxi Group

26,70 %

26,70 %

0 %

Hesteel Group

4,68 %

4,66 %

0,02 %

Jiangsu Shagang Group

1,99 %

1,44 %

0,55 %

Shougang Group

27,91 %

27,17 %

0,74 %

3.5.   Garanzija de facto

(245)

L-ilmentatur allega l-eżistenza ta' programm separat ta' sussidji li jinvolvi trasferiment dirett potenzjali ta' fondi mill-GTĊ permezz ta' garanzija de facto li tiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet għall-kumpaniji fl-industrija ta' prodotti ċatti b'laminazzjoni termali li, minħabba l-qagħda finanzjarja tagħhom, jiffaċċjaw diffikultajiet biex iħallsu lura s-self.

(246)

Il-Kummissjoni nnotat li l-limitu evidenzjarju għall-prova tal-miżuri mhux miktuba skont id-WTO huwa partikolarment eżiġenti f'termini tal-evidenza meħtieġa sabiex tintwera l-eżistenza tagħhom. B'mod partikolari, l-awtorità tal-investigazzjoni għandha tistabbilixxi b'mod ċar, permezz ta' argumenti u evidenza ta' sostenn, mill-inqas li l-allegata “regola jew norma” mhux miktuba tista' tiġi attribwita lil gvern barrani; il-kontenut preċiż tagħha; u li hija għandha applikazzjoni prospettiva u ġenerali. Dan il-limitu għoli jintlaħaq biss jekk jitressqu biżżejjed provi fir-rigward ta' kull wieħed minn dawn l-elementi (36).

3.5.1.   Attribuzzjoni lill-GTĊ

(247)

Il-Kummissjoni l-ewwel ivverifikat jekk l-allegata garanzija de facto tistax tiġi attribwita lill-GTĊ. F'dak ir-rigward, hija kkonfermat li fir-RPĊ hemm politika governattiva għall-iżvilupp ta' ċampjins nazzjonali kbar (l-aktar tal-Istat) fl-industrija tal-azzar minflok impjanti iżgħar (l-aktar privati).

(248)

Din il-politika kienet diġà fis-seħħ fl-2009, meta l-Kunsill tal-Istat ħareġ il-“Pjan ta' Azzjoni għall-Aġġustament u għar-Rivitalizzazzjoni tal-Industrija tal-Azzar”. Dan id-dokument iddikjara li bħala prinċipju bażiku, l-intrapriżi prinċipali ewlenin u l-kategoriji ewlenin fl-industrija tal-ħadid u tal-azzar għandhom jiġu appoġġati biex jinżamm suq stabbli u għall-promozzjoni ta' żvilupp stabbli tal-industrija.

(249)

Sabiex tiġi miġġielda l-kriżi tal-2008, id-dokument dwar il-Pjan ta' Azzjoni enfasizza wkoll li t-tqassim tal-industrija għandu jiġi aġġustat u ottimizzat abbażi tal-“kontroll tal-kwantità totali flimkien mal-eliminazzjoni ta' kapaċità retroattiva (backward), ir-ristrutturar tal-intrapriżi u r-rilokazzjoni tal-azzar urban”.

(250)

Skont id-dokument, l-għan tal-gvern tal-GTĊ huwa li jitwaqqfu diversi intrapriżi kbar ħafna b'kapaċità b'saħħitha u indipendenti ta' innovazzjoni u b'kompetittività internazzjonali, u sabiex il-kapaċità tal-aqwa ħames intrapriżi domestiċi tal-ħadid u tal-azzar tkun tirrappreżenta aktar minn 45 % tal-produzzjoni nazzjonali. Għalhekk, mistennija jinbnew diversi intrapriżi kbar ħafna tal-ħadid u tal-azzar b'kapaċità ta' aktar minn 50 000 000 tunnellata u b'kompetittività internazzjonali b'saħħitha bħal Baosteel, Ansteel u Wuhan Iron and Steel. Barra minn hekk, mistennija jissawru diversi intrapriżi kbar tal-ħadid u tal-azzar b'kapaċità ta' bejn 10 000 000 u 30 000 000 tunnellata. Barra minn hekk, bħala objettiv, id-dokument isemmi t-tlestija tar-rilokazzjoni tax-Shougang Group u l-bini tal-Bażi tal-Ħadid u tal-Azzar tiegħu f'Caofeidian.

(251)

Id-dokument ta' politika dwar il-Pjan ta' Azzjoni ppreveda u ppromwova l-appoġġ finanzjarju għal dawn l-intrapriżi prinċipali ewlenin, u jipprevedi wkoll appoġġ f'termini ta' ħruġ ta' ishma, bonds korporattivi, noti għal żmien medju, kambjali ta' finanzjament għal żmien qasir, self mill-bank u l-assorbiment ta' investiment ta' ekwità privata għal dawk il-proġetti konsistenti mal-liġijiet dwar il-ħarsien tal-ambjent u mal-liġijiet u r-regoli dwar l-art u mar-regolamenti dwar l-immaniġġjar ta' investimenti, u għal intrapriżi b'attivitajiet ta' fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet.

(252)

Madankollu, min-naħa l-oħra, id-dokument semma limitazzjonijiet ta' finanzjament għall-proġetti b'bini illegali u mingħajr approvazzjoni awtorizzata u għal intrapriżi b'“kapaċità antikwata. Huwa ddikjara speċifikament li 'fil-każ ta' estensjoni każwali u r-restawr jew it-trasferiment ta' faċilitajiet ineffiċjenti u niġġiesa lejn postijiet oħrajn, l-istituzzjonijiet finanzjarji ma huma ser jipprovdu ebda forma ta' appoġġ ta' self ta' kreditu, u d-dipartiment nazzjonali tal-art u tar-riżorsi mhuwiex ser jipproċessa l-proċeduri dwar l-użu tal-art”.

(253)

It-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar issokta bl-istess strateġija kif stabbilita fil-Pjan ta' Azzjoni. It-12-il Pjan ta' Ħames Snin irrefera wkoll għal intrapriżi tal-azzar ewlenin, u l-ottimizzazzjoni tat-tqassim tal-industrija hija meqjusa bħala mira ewlenija. Huwa speċifika li l-proġetti kbar huma inkoraġġiti, filwaqt li l-proġetti żgħar għandhom jitrażżnu, u għaqqad dan mal-eliminazzjoni ta' kapaċitajiet ta' produzzjoni antikwati.

(254)

Wieħed mill-objettivi ewlenin tat-12-il Pjan ta' Ħames Snin kien ukoll li jintlaħaq ċertu livell ta' raggruppament industrijali permezz tat-tnaqqis sinifikanti tal-kwantità tal-intrapriżi tal-azzar. Il-mira kienet li l-proporzjon tal-produzzjoni tal-azzar tal-aqwa 10 intrapriżi tal-azzar jiżdied għal 60 % tal-aggregat nazzjonali. Din il-mira kellha tinkiseb permezz tal-promozzjoni ta' fużjonijiet, ta' ristrutturar, u l-eliminazzjoni ta' kapaċitajiet antikwati. Barra minn hekk il-Pjan kien jinkludi lista li tiddefinixxi liema prodotti u proċessi ta' produzzjoni huma meqjusa bħala antikwati.

(255)

Il-kumpaniji kollha fil-kampjun f'din l-investigazzjoni ssemmew bħala intrapriżi ewlenin fuq skala kbira fit-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar.

(256)

Fl-aħħar nett, it-13-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar isemmi fil-kapitolu I.2 tiegħu li “Xi intrapriżi Ċiniżi fl-industrija tal-azzar huma tajbin u oħrajn mhumiex.” Għal darba oħra, wieħed mill-objettivi ewlenin huwa li l-grad ta' konċentrazzjoni industrijali (tal-ewwel 10 intrapriżi) jiżdied għal 60 % fl-2020 (minħabba li l-mira ma ntlaħqitx matul it-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar). Dan jinkwadra fl-objettiv ġenerali li jitnaqqsu l-kapaċitajiet żejda u għal darba oħra huwa akkumpanjat minn rieda li jitrawmu l-fużjonijiet u r-ristrutturar

(257)

Il-Kapitolu IV tat-13-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar jenfasizza wkoll il-ħtieġa tal-irtirar ta' intrapriżi żombi mis-suq. Dawn l-intrapriżi huma definiti bħala intrapriżi bi snin suċċessivi ta' telf, mingħajr biżżejjed assi sabiex inaqqsu d-dejn, b'telf u mingħajr perspettivi, u li jiddependu fuq self kontinwu mill-banek u fuq metodi oħrajn. Skont il-Pjan, intrapriżi li ma jkollhomx biżżejjed assi sabiex inaqqsu d-dejn jew li jkunu inadempjenti fid-dejn tagħhom għandhom jipproċedu għal falliment u riorganizzazzjoni.

(258)

Barra minn hekk, il-linji gwida speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-appoġġ finanzjarju u mat-tnaqqis tal-kapaċità żejda li ġew diskussi fit-taqsima 3.4.1.1 ta' hawn fuq jagħmlu distinzjoni bejn il-kumpaniji “tajbin”, jiġifieri gruppi industrijali kbar li jsegwu l-politiki industrijali nazzjonali, u l-kumpaniji “ħżiena”, jiġifieri kumpaniji iżgħar b'“kapaċità ta' produzzjoni antuikwata”, li ma jidħlux fil-kategoriji inċentivati mill-gvern.

(259)

Għalhekk, billi d-dokumenti kollha msemmija hawn fuq (il-Pjan ta' Azzjoni tal-2009, it-12 u t-13-il Pjan ta' Ħames Snin u l-pjanijiet rispettivi għall-industrija tal-azzar) joħorġu mill-Kunsill tal-Istat, il-politiki fihom jistgħu jiġu attribwiti lill-GTĊ.

3.5.2.   Kontenut preċiż tal-garanzija de facto

(260)

Il-Kummissjoni mbagħad analizzat il-kontenut preċiż tal-allegata garanzija de facto. Hija ma sabitx li kien hemm miżura mhux miktuba komprensiva u globali għas-salvataġġ tal-kumpaniji tal-azzar kollha fiċ-Ċina. Barra minn hekk, id-dokumenti kollha ppreżentati fit-taqsima preċedenti jagħmlu distinzjoni bejn kumpaniji “tajbin”, jiġifieri gruppi industrijali kbar li jsegwu l-politiki industrijali nazzjonali, u kumpaniji “ħżiena”, jiġifieri kumpaniji iżgħar b'“kapaċità ta' produzzjoni antikwata”, li ma jidħlux fil-kategoriji inċentivati mill-gvern. Għaldaqstant, anki jekk wieħed jassumi l-eżistenza tagħha, garanzija de facto mhux miktuba tapplika biss għaċ-ċampjins nazzjonali li jaqgħu fl-ewwel kategorija.

3.5.3.   Applikazzjoni prospettiva u ġenerali tal-garanzija de facto

(261)

Il-Kummissjoni mbagħad ipprovat taċċerta jekk tali garanzija mhux miktuba kinitx ta' applikazzjoni prospettiva u ġenerali.

(262)

L-impatt ta' din il-politika governattiva ġie deskritt riċentament f'Rapport dwar Riċerka tal-Akkademja Nazzjonali tal-Iżvilupp u l-Istrateġija tal-Università ta' Renmin taċ-Ċina (37) dwar kumpaniji żombi fiċ-Ċina. Skont dan ir-rapport, 51 % tal-kumpaniji Ċiniżi tal-azzar elenkati fl-2013 jistgħu jiġu definiti bħala intrapriżi żombi. Meta jiġi eżaminat mill-aspett ta' sjieda, il-proporzjon ta' intrapriżi żombi kien l-ogħla fl-intrapriżi tal-Istat u f'intrapriżi bi sjieda kollettiva. Mill-perspettiva ta' età u skala, intrapriżi kbar u ta' daqs medju qodma għandhom l-ogħla proporzjon ta' intrapriżi żombi. Ir-rapport analizza wkoll il-kawżi għall-eżistenza ta' dan l-għadd kbir ta' intrapriżi żombi f'ċerti setturi, u sab li l-gvernijiet lokali jappoġġjaw kontinwament lill-intrapriżi żombi li jkunu resqin lejn falliment u jżommu s-sitwazzjoni permezz ta' sussidji u self. Għalhekk, jekk kumpanija tirċievi aktar sussidji jew tkun intrapriża tal-istat, hemm probabbiltà ogħla li din issir żombi.

(263)

Barra minn hekk, jekk industrija, bħall-industrija tal-azzar, tkun elenkata mill-gvern fil-kamp ta' applikazzjoni ta' appoġġ ewlieni, il-gvernijiet lokali jagħmlu minn kollox biex jappoġġjaw lil din l-industrija, u dan iwassal għal kapaċità żejda u l-ħolqien ta' kumpaniji żombi addizzjonali. Imbagħad, il-gvern ipprova jnaqqas l-għadd ta' kumpaniji billi nkoraġġixxa fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet minn intrapriżi akbar. Ir-rapport jikkonferma li l-gvernijiet lokali għamlu stipulazzjonijiet li jippermettu li jiġu salvati biss għadd partikolari ta' intrapriżi kbar waqt l-għajnuna lill-industrija. Fl-aħħar nett, ir-rapport jenfasizza li d-diskriminazzjoni fir-rigward tal-kreditu minn istituzzjonijiet finanzjarji tinfluwenza wkoll il-ħolqien ta' intrapriżi żombi. Tabilħaqq, wara l-2008, il-proporzjon tal-profitt ta' SOEs ra tnaqqis, filwaqt li l-proporzjon tad-dejn tagħhom żdied sena wara l-oħra. Għall-kuntrarju, il-proporzjon tad-dejn ta' intrapriżi privati naqas għalkemm il-proporzjon tal-profitt tagħhom baqa' stabbli. Dan jindika li kien aktar faċli għall-SOEs biex jiksbu self milli kien għall-intrapriżi privati.

(264)

Fil-qosor, l-għan ta' din il-politika huwa għalhekk li tappoġġja finanzjarjament lill-kumpaniji “tajbin”, jiġifieri l-intrapriżi prinċipali jew iċ-ċampjins nazzjonali, permezz ta' kull xorta ta' miżura, filwaqt li dawk ħżiena għandhom jisparixxu billi assolutament ma jingħataw ebda self. Barra minn hekk, iċ-ċampjins huma mħeġġa jeliminaw il-kompetituri iżgħar tagħhom permezz ta' fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet appoġġjati mill-gvern. Il-benefiċċju ekonomiku ta' din il-politika jista' saħansitra jikkostitwixxi garanzija de facto impliċita għal xi intrapriżi tal-Istat kbar li jinsabu f'diffikultajiet finanzjarji.

(265)

Madankollu, il-Kummissjoni ma setgħetx tidentifika kriterji aktar preċiżi għall-applikazzjoni prospettiva u ġenerali ta' tali miżura mhux miktuba bħala skema separata. Minflok, hija kkonkludiet li billi s-self preferenzjali mogħti lil SOEs kbar speċifiċi li jinsabu f'diffikultajiet finanzjarji kien ittrattat bħala għotjiet minflok bħala self, ma kienx hemm ħtieġa li din il-kwistjoni tiġi investigata aktar.

(266)

Fl-iżvelar, l-ilmentatur ikkontesta din il-konklużjoni u argumenta li l-“miżura usa' hija l-pjan tal-istat biex jissussidja l-produzzjoni tal-azzar” li hija “implimentata kemm permezz ta' normi bil-miktub, bħal-liġijiet u r-regoli, kif ukoll permezz ta' ordnijiet, linji gwida amministrattivi jew rakkomandazzjonijiet”. Biex isostni l-opinjoni tiegħu li r-rekwiżiti evidenzjarji kienu ntlaħqu, l-ilmentatur ikkwota, inter alia, id-deċiżjoni tal-Korp tal-Appell tad-WTO fil-kawża US-Zeroing, fejn l-evidenza kienet tikkonsisti f'ħafna iktar minn sensiela ta' kawżi, jew azzjoni ripetuta (38). Il-Kummissjoni ma qablitx ma' din l-analiżi. Fil-kawża US-Zeroing, il-prattika kontinwa tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti biex tiġi applikata ċerta metodoloġija inġusta tal-kalkolu f'każijiet ta' antidumping kienet ikkontestata. Dan kien kors ta' azzjoni speċifiku ħafna bbażat fuq preferenza interna ta' awtorità waħdanija tal-gvern li hija fdata speċifikament mill-gvern federali biex tmexxi każijiet tad-difiża tal-kummerċ. Ma jistax jitqabbel mal-kostruzzjoni ta' “miżura usa” li kienet tinkludi l-azzjoni prospettiva ta' potenzjalment eluf ta' atturi tal-gvern fil-livell lokali, reġjonali jew ċentrali, li jimplimentaw pjan wieħed uniku. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dan l-argument.

3.6.   Il-provvista ta' prodotti mill-gvern għal rimunerazzjoni inqas minn adegwata

(267)

Kif issemma fit-taqsima 3.2 hawn fuq, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li, minħabba n-nuqqas ta' tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi ta' minerali tal-ħadid, tal-kokk u tal-faħam kokk, jista' jkun li hija jkollha tibbaża l-konklużjonijiet tagħha fuq l-aħjar fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni li tirrigwardja l-fornituri ta' minerali tal-ħadid, tal-kokk u tal-faħam kokk. Il-Kummissjoni investigat jekk il-kumpaniji fil-kampjun kinux irċevew materja prima għall-produzzjoni ta' HRF bi prezzijiet sussidjati mill-Gvern.

3.6.1.   Minerali tal-ħadid

(268)

Il-kumpaniji kollha fil-kampjun kienu xtraw minerali tal-ħadid lokalment jew minn kumpaniji relatati jew mhux relatati iżda barra minn hekk importaw ukoll minerali tal-ħadid f'volumi sinifikanti. Abbażi ta' informazzjoni vverifikata dwar tranżazzjonijiet individwali ta' minerali tal-ħadid mill-kumpaniji kollha fil-kampjun, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-prezzijiet tax-xiri għall-minerali tal-ħadid kienu simili, irrispettivament minn jekk il-minerali tal-ħadid kinux inxtraw lokalment jew inkella ġewx importati jew inxtrawx mingħand kumpaniji relatati jew mhux relatati.

(269)

Żewġ kumpaniji fil-kampjun kellhom minjieri relatati barra mill-pajjiż. Madankollu, l-investigazzjoni ma żvelat ebda indikazzjoni ta' appoġġ mill-Istat marbut mal-investiment f'dawk il-minjieri. Fi kwalunkwe każ, il-prezz tax-xiri (trasferiment) mill-minjieri relatati deher li kien ġie stabbilit taħt kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta.

(270)

L-ilmentatur allega wkoll li l-GTĊ uża ċ-China Iron & Steel Association (“CISA”) biex jinfluwenza n-negozjati internazzjonali tal-prezz tax-xiri. Il-Kummissjoni sabet evidenza li indikat tali prattika fil-passat. Madankollu, din il-prattika ġiet abbandunata fl-2013 u ma hemm l-ebda indikazzjoni li matul il-perjodu ta' investigazzjoni l-prattika kienet tat xi benefiċċju lill-produtturi ta' HRF fil-kampjun.

(271)

Abbażi tal-konklużjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ma sabitx li l-Gvern kien ipprovda sussidju lill-kumpaniji fil-kampjun għax-xiri ta' minerali tal-ħadid matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

3.6.2.   Kokk

(272)

Il-kumpaniji kollha fil-kampjun kienu xtraw kokk lokalment mingħand kumpaniji relatati jew mhux relatati, iżda importaw ukoll kwantitajiet żgħar ta' kokk. Abbażi ta' informazzjoni vverifikata dwar tranżazzjonijiet individwali mill-kumpaniji kollha fil-kampjun, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-prezzijiet tax-xiri għall-kokk kienu simili, irrispettivament minn jekk il-kokk kienx inxtara lokalment jew inkella kienx importat jew inxtarax mingħand kumpaniji relatati jew mhux relatati.

(273)

Abbażi ta' informazzjoni vverifikata mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi li l-GTĊ kien ipprovdielhom sussidju għax-xiri ta' kokk matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

3.6.3.   Faħam kokk

(274)

Il-GTĊ spjega li s-suq tal-esportazzjoni tal-faħam globali huwa rregolat minn regoli ta' intrapriża ta' negozjar mill-Istat, li kienu nnotifikati lid-WTO (39). Il-volumi ta' esportazzjonijiet huma ristretti permezz ta' kwoti fuq l-esportazzjoni, u l-esportaturi jeħtieġ li japplikaw għal liċenzja tal-esportazzjoni. Din il-liċenzja tal-esportazzjoni ngħatat biss lil ħames kumpaniji, jiġifieri lil China National Coal Group Corporation, China Minmetals Corporation, Shanxi Coal Import and Export Group Co. Limited, Shenhua Group Corporation Ltd. u Aluminum Corporation of China Limited. Kollha huma SOEs kbar. Barra minn hekk, hemm fis-seħħ dazju tal-esportazzjoni ta' 3 %. Skont l-informazzjoni li waslet mill-GTĊ, kemm l-esportazzjonijiet kif ukoll l-importazzjonijiet jirrappreżentaw inqas minn 1 % tal-konsum domestiku, rispettivament.

(275)

Matul iż-żjara ta' verifika, l-uffiċjali tal-GTĊ ikkonfermaw ukoll li l-GTĊ jistabbilixxi l-għadd ta' jiem fis-sena ta' produzzjoni għall-kumpaniji tal-faħam kokk, li huwa indikazzjoni qawwija li l-provvista ta' faħam kokk domestiku hija influwenzata mill-intervent tal-Istat. Ma ġiet ipprovduta ebda informazzjoni ulterjuri mill-GTĊ dwar il-funzjonament tas-suq tal-faħam kokk.

(276)

Il-kumpaniji kollha fil-kampjun xtraw faħam kokk lokalment mingħand kumpaniji relatati jew mhux relatati, iżda importaw ukoll kwantitajiet żgħar ta' faħam kokk. Abbażi ta' informazzjoni vverifikata dwar tranżazzjonijiet individwali mill-kumpaniji kollha fil-kampjun, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-prezzijiet tax-xiri għall-faħam kokk kienu simili, irrispettivament minn jekk il-faħam kokk kienx inxtara lokalment jew inkella kienx importat u irrispettivament minn jekk il-faħam kokk kienx inxtara mingħand kumpaniji relatati jew mhux relatati.

(277)

Għalkemm l-investigazzjoni sabet li, sa ċertu punt, il-provvista ta' faħam kokk fis-suq domestiku hija influwenzata mill-Istat għar-raġunijiet spjegati fil-premessi (274) u (275) hawn fuq, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi li l-kumpaniji fil-kampjun kienux irċevew xi sussidji relatati mal-forniment tal-faħam kokk jew li kienu ħadu xi benefiċċju waqt il-PI minn intervenzjonijiet mill-gvern.

(278)

Fid-divulgazzjoni, l-ilmentatur allega li l-Kummissjoni kellha tevalwa sa liema punt il-prezz domestiku tal-minerali tal-ħadid, tal-kokk u tal-faħam jinfluwenza l-prezz li l-produtturi esportaturi huma lesti li jħallsu għall-materja prima importata. Il-Kummissjoni ma laqgħetx dan l-argument peress li l-vijabbiltà fit-tul tal-ispejjeż tal-produzzjoni ta' produttur mhijiex meħtieġa biex issir determinazzjoni ta' benefiċċju. Pjuttost, il-Kummissjoni kellha tevalwa — u tabilħaqq, ivvalutat — jekk il-gvern kienx ipprovda l-minerali tal-ħadid, il-kokk u l-faħam għal rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata. Dan ma kienx il-każ minħabba li l-produtturi kienu rċevew il-materja prima tagħhom bil-prezz tas-suq.

3.6.4.   Enerġija

(279)

Il-kumpaniji kollha fil-kampjun jew iġġeneraw l-enerġija huma stess jew inkella xtrawha mill-grilja. Il-prezzijiet tax-xiri tal-enerġija mill-grilja segwew il-livelli tal-prezzijiet stabbiliti uffiċjalment fil-livell provinċjali għal klijenti industrijali kbar. Kif instab fl-investigazzjonijiet preċedenti (40), dan il-livell ma ta ebda vantaġġ speċifiku lil dawn il-klijenti industrijali kbar. Barra minn hekk, f'dan il-każ, il-Kummissjoni ma sabet ebda evidenza li xi waħda mill-kumpaniji bbenifikat minn rata preferenzjali aktar baxxa. Il-Kummissjoni lanqas ma sabet sussidji speċifiċi relatati mal-elettriku fil-kumpaniji inklużi fil-kampjun.

(280)

Abbażi ta' informazzjoni vverifikata mill-kumpaniji fil-kampjun, il-Kummissjoni b'hekk ma setgħetx tistabbilixxi li l-GTĊ kien ipprovdielhom sussidju għax-xiri tal-enerġija matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

3.6.5.   Drittijiet għall-użu tal-art (Land use rights — LUR)

(281)

L-art kollha fir-RPĊ hija jew proprjetà tal-Istat jew ta' kollettiva, magħmula minn villaġġi jew bliet żgħar, qabel ma t-titolu ġuridiku jew ekwitabbli tal-art ikun jista' jingħata privattiva jew jingħata lil sidien korporattivi jew individwali. Il-biċċiet ta' art kollha f'zoni urbanizzati huma proprjetà tal-Istat u l-biċċiet ta' art kollha f'żoni rurali huma proprjetà tal-irħula jew tal-bliet żgħir fihom.

(282)

Madankollu, skont il-liġi kostituzzjonali tar-RPĊ u l-Liġi dwar l-Art, il-kumpaniji u l-individwi jistgħu jixtru “drittijiet għall-użu tal-art”. Għal art industrijali, il-kera hija normalment ta' 50 sena, li tiġġedded għal perjodu ieħor ta' 50 sena.

(283)

Skont il-GTĊ, mill-31 ta' Awwissu 2006, permezz tal-Artikolu 5 tan-Notifika tal-Kunsill tal-Istat dwar it-Tisħiħ tar-Regolazzjoni tal-Art (GF[2006] Nru. 31), titolu għal art industrijali jista' jingħata biss mill-Istat lil intrapriżi industrijali permezz ta' offerta jew ta' proċess simili ta' offerti pubbliċi fejn il-prezz finali maqbul ma għandux ikun inqas mill-prezz minimu tal-offerta. Il-GTĊ huwa tal-fehma li fir-RPĊ hemm suq ħieles għall-art u li l-prezz imħallas minn intrapriża industrijali għat-titolu ta' twellija tal-art jirrifletti l-prezz tas-suq.

(a)   Bażi ġuridika

(284)

Fiċ-Ċina, l-għoti tad-dritt għall-użu tal-art jaqa' taħt il-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Barra minn hekk, id-dokumenti segwenti huma wkoll parti mill-bażi ġuridika:

Il-Liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-Amministrazzjoni tal-Proprjetà Immobbli Urbana;

Ir-Regolamenti interim tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li Jirrigwardaw l-Għoti u t-Trasferiment tad-Dritt għall-Użu ta' Art tal-Gvern fiż-Żoni Urbani;

Ir-Regolament dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina;

Id-Dispożizzjoni dwar l-Għoti tad-Dritt għall-Użu ta' Art tal-Gvern għall-Kostruzzjoni permezz ta' Sejħa għall-Offerti, Irkant u Kwotazzjoni;

In-Notifika tal-Kunsill tal-Istat dwar it-Tisħiħ tar-Regolazzjoni tal-Art (Guo Fa [2006] Nru. 31).

(b)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(285)

Skont l-Artikolu 10 tad-“Dispożizzjoni dwar l-Għoti tad-Dritt għall-Użu ta' Art tal-Gvern għall-Kostruzzjoni permezz ta' Sejħa għall-Offerti, Irkant u Kwotazzjoni”, l-Awtoritajiet lokali jistabbilixxu l-prezzijiet tal-art skont is-sistema ta' valutazzjoni tal-art urbana, li tiġi aġġornata kull tliet snin u skont il-politika industrijali tal-gvern.

(286)

Fl-investigazzjonijiet preċedenti tagħha, il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet imħallsa għal-LUR fir-RPĊ mhumiex rappreżentattivi ta' prezz tas-suq stabbilit mill-provvista u d-domanda tas-suq ħieles, minħabba li l-proċess ta' offerti u ta' offerti pubbliċi nstab li huwa ambigwu, mhux trasparenti u mhuwiex qed jiffunzjona fil-prattika, filwaqt li l-prezzijiet instabu li huma stabbiliti arbitrarjament mill-awtoritajiet. Kif issemma fil-premessa preċedenti, l-awtoritajiet jistabbilixxu l-prezzijiet skont is-Sistema ta' Evalwazzjoni tal-Art Urbana li, fost kriterji oħrajn, tagħtihom struzzjonijiet sabiex jikkunsidraw ukoll il-politika industrijali meta jistabbilixxu l-prezz tal-art industrijali. Barra minn hekk, tal-anqas fis-settur tal-azzar, l-aċċess għall-art industrijali huwa limitat bil-liġi biss għall-kumpaniji li jirrispettaw il-politiki industrijali stabbiliti mill-Istat (41).

(287)

L-investigazzjoni attwali ma wriet ebda tibdil notevoli f'dan ir-rigward. Pereżempju, il-Kummissjoni sabet li ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma kien għadda minn proċess ta' offerti jew minn proċess simili ta' offerti pubbliċi għal kwalunkwe wieħed mid-drittijiet tiegħu għall-użu tal-art, lanqas għad-drittijiet għall-użu tal-art miksuba riċentament. Ġeneralment id-drittijiet għall-użu tal-art miżmuma mill-kumpaniji fil-kampjun minn qabel is-sena 2000 kienu ngħataw lill-kumpanija mingħajr ħlas. Biċċiet ta' art aktar riċenti ġew allokati mill-awtoritajiet lokali bi prezzijiet negozjati.

(288)

Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-kumpaniji fix-Shougang Group kienu rċevew rifużjonijiet mill-awtoritajiet lokali bħala kumpens għall-prezzijiet li kienu ħallsu għal-LURs, pereżempju għal xogħlijiet li saru mill-kumpanija nnifisha fir-rigward tal-infrastruttura bażika fuq l-art. Barra minn hekk, uħud mid-drittijiet għall-użu tal-art miksuba mill-kumpaniji fix-Shougang Group kellhom jitħallsu biss diversi snin wara li bdiet tintuża l-art.

(289)

L-evidenza ta' hawn fuq tikkontradixxi d-dikjarazzjonijiet tal-GTĊ li l-prezzijiet imħallsa għal-LUR fir-RPĊ huma rappreżentattivi ta' prezz tas-suq li jiġi stabbilit mill-provvista u d-domanda fis-suq ħieles.

(290)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ sostna li hemm ukoll sistema dinamika ta' monitoraġġ tal-art minbarra s-sistema ta' monitoraġġ tal-art urbana, u li din ġiet irrikonoxxuta fir-rieżami ta' skadenza tal-Kummissjoni dwar il-Pannelli Solari li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-Kummissjoni għarfet li s-sistema dinamika ta' monitoraġġ tal-art kienet tabilħaqq ġiet analizzata fir-rieżami ta' skadenza fir-Regolament dwar il-Pannelli Solari (42). Fil-premessi 421 u 425 tagħha, il-Kummissjoni kienet sabet li dawn il-prezzijiet huma ogħla mill-prezzijiet ta' riferiment minimi stabbiliti mis-sistema għall-evalwazzjoni ta' art urbana u użata mill-gvernijiet lokali, għaliex dawn tal-aħħar huma aġġornati biss kull tliet snin, waqt li l-prezzijiet tal-monitoraġġ dinamiku huma aġġornati kull tliet xhur. Madankollu, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta' prezzijiet tal-art li jkunu bbażati fuq il-prezzijiet tal-monitoraġġ dinamiku. Fil-fatt, il-GTĊ, waqt il-verifika dwar il-panelli solari, kien ikkonferma li s-sistema ta' monitoraġġ dinamiku tal-prezz tal-art timmonitorja l-varjazzjonijiet fil-livelli tal-prezz tal-art f'ċerti żoni (jiġifieri il-105 bliet Ċiniżi) fir-RPĊ u hi ddisinjata biex tevalwa l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-art. Madankollu, il-prezzijiet inizjali fl-offerti u l-irkanti kienu bbażati fuq il-punti ta' referenza stabbiliti mis-sistema għall-evalwazzjoni ta' art. Barra minn hekk, il-gruppi ta' kumpaniji fil-kampjun ngħataw biċċiet ta' art b'xejn jew permezz ta' allokazzjoni. Għalhekk, il-fatt li din is-sistema tal-aħħar kienet teżisti huwa irrilevanti peress li ma kinitx tapplika għall-kumpaniji fil-kampjun.

(291)

Il-GTĊ sostna wkoll li l-fatt li l-art kienet allokata bi prezzijiet negozjati ma kienx jirrifletti n-nuqqas ta' kompetizzjoni ġusta jew il-fatt li l-kumpaniji ħallsu prezzijiet inqas mir-rata normali tas-suq. Madankollu, la l-GTĊ u lanqas il-kumpaniji fil-kampjun ma pprovdew evidenza ġdida li l-prezzijiet imħallsa għall-art allokata kienu bbażati fuq il-prezzijiet tas-suq.

(292)

Barra minn hekk, il-GTĊ sostna li l-Kummissjoni rreferiet għall-konklużjonijiet ta' investigazzjonijiet preċedenti biex tistabbilixxi jekk il-prezzijiet tas-suq humiex distorti b'riżultat ta' intervent mill-gvern minflok ma wżat il-fatti partikolari tal-każ. Il-Kummissjoni tinnota li hija għamlet użu tal-fatti partikolari tal-każ, kif deskritt fil-premessi (287) sa (288) fuq, li appoġġaw il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-konklużjonijiet tal-investigazzjonijiet preċedenti kienu għadhom validi.

(293)

Il-Benxi Group sostna wkoll li l-Kummissjoni għandha taċċetta prezz tal-art fiċ-Ċina kontinentali peress li l-kumpanija qieset li hija kienet ħallset prezz raġonevoli li jirrifletti l-valur reali tal-art. Madankollu, il-kumpanija ma pprovdiet l-ebda evidenza ġdida li tista' tbiddel il-valutazzjoni tal-Kummissjoni. It-talba għalhekk ma ntlaqgħetx.

(294)

Il-GTĊ argumenta wkoll li r-rifużjonijiet li jikkonċernaw ix-xogħol li sar mill-kumpanija għal infrastruttura bażika ma kinux meqjusa bħala sussidji peress li dan normalment, ikun kompitu tal-gvern lokali. Madankollu, l-Artikolu 3 (1) (iii) tar-Regolament bażiku jeżenta biss l-infrastruttura ġenerali mill-kunċett ta' sussidju. Servizzi ta' infrastruttura dedikati għall-użu esklussiv ta' kumpanija jew tal-klijenti tagħha, bħat-toroq privati jew utilitajiet oħra, il-mili ta' toqob, xogħol ieħor sabiex l-art tkun lesta u mħejjija għall-bini ta' fabbrika mhijiex infrastruttura ġenerali li trid tiġi pprovduta mill-Istat. Hija pjuttost infrastruttura ddedikata tal-kumpanija li ma kinitx tinbena sakemm il-kumpanija ma tkunx stabbilita f'biċċa art partikolari. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din il-pretensjoni bħala infondata.

(c)   Konklużjoni

(295)

Is-sitwazzjoni li tikkonċerna l-provvista u l-akkwist tal-art fir-RPĊ mhijiex trasparenti u l-prezzijiet huma stabbiliti b'mod arbitrarju mill-awtoritajiet.

(296)

Għaldaqstant, l-għoti ta' drittijiet għall-użu tal-art mill-GTĊ għandu jitqies bħala sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta' provvista ta' prodotti li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri. Kif ġie spjegat fil-premessi (285) sa (289) ta' hawn fuq, ma hemm l-ebda suq funzjonanti għall-art fir-RPĊ u l-użu ta' valur referenzjarju estern (ara l-premessi (300) sa (311) hawn taħt) juri li l-ammont li l-produtturi esportaturi fil-kampjun ħallsu għad-drittijiet għall-użu tal-art huwa ferm inqas mir-rata normali tas-suq.

(297)

Fil-kuntest ta' aċċess preferenzjali għal art industrijali għall-kumpaniji li jappartjenu għal ċerti industriji, il-Kummissjoni tinnota li l-prezz stabbilit mill-awtoritajiet lokali għandu jqis il-politika industrijali tal-gvern, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (285). F'din il-politika industrijali, l-industrija tal-azzar hija meqjusa bħala pilastru tal-industrija Ċiniża, u hija mniżżla bħala industrija inċentivata. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat tesiġi li l-awtoritajiet pubbliċi jiżguraw li l-art tiġi pprovduta lil industriji inċentivati. L-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni Nru 40 jagħmilha ċara li l-industriji li huma “ristretti” ma jkollhomx aċċess għad-drittijiet għall-użu tal-art. Minn dan isegwi li s-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(a) u 4(2)(c) tar-Regolament bażiku minħabba li l-għoti preferenzjali tal-art huwa limitat għall-kumpaniji li jappartjenu għal ċerti industriji, f'dan il-każ is-settur tal-azzar, u l-prattiki tal-gvern f'dan il-qasam huma ambigwi u mhux trasparenti.

(298)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ argumenta li l-konklużjoni ta' speċifiċità tal-Kummissjoni hija irrilevanti jekk ma hemm l-ebda suq operattiv tal-art fiċ-Ċina peress li, f'dak il-każ, il-kumpaniji kollha fiċ-Ċina jkollhom l-istess prezzijiet inizjali u prezzijiet tal-bejgħ għall-istess pakkett ta' LUR. Barra minn hekk, il-GTĊ qies li l-evalwazzjoni dwar l-ispeċifiċità ma kinitx motivata biżżejjed peress li kienet tirreferi biss għall-azzar bħala industrija inċentivata.

(299)

Il-Kummissjoni qieset li l-eżistenza ta' suq li ma jiffunzjonax fiċ-Ċina mhux neċessarjament jipprekludi l-konklużjoni ta' speċifiċità f'dan is-suq. Fil-fatt, il-fatt li l-kumpaniji fil-kampjun irċevew id-drittijiet għall-użu tal-art mingħajr ħlas juri li huma rċevew trattament preferenzjali speċifiku. Min-naħa l-oħra, il-fatt li xi kumpaniji qed jirċievu trattament preferenzjali addizzjonali huwa differenti mill-mod kif qed jiffunzjona s-suq b'mod ġenerali. L-evidenza miġbura fil-kumpaniji fil-kampjun kkonfermat ukoll li l-“inkoraġġiment” imsemmi fil-bażi ġuridika ġiet applikata fil-prattika. Il-Kummissjoni għalhekk żammet mal-konklużjoni tagħha li dan is-sussidju huwa speċifiku u li, konsegwentement, dan is-sussidju jitqies bħala kumpensabbli.

3.6.6.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(300)

Bħal f'investigazzjonijiet preċedenti (43) u f'konformità mal-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet tal-art mit-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu (“it-Tajpei Ċiniż” jew “Tajwan”) intużaw bħala valur referenzjarju estern (44). Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jiġi kkalkolat billi tiġi kkunsidrata d-differenza bejn l-ammont effettivament imħallas minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun (jiġifieri l-prezz effettiv imħallas kif iddikjarat fil-kuntratt u, meta applikabbli, il-prezz iddikjarat fil-kuntratt imnaqqas bl-ammont ta' rifużjonijiet / għotjiet mill-gvern lokali) għad-drittijiet għall-użu tal-art u l-ammont li normalment kellu jitħallas abbażi tal-valur referenzjarju tat-Tajpej Ċiniż.

(301)

Il-Kummissjoni tqis it-Tajpej Ċiniż bħala valur referenzjarju estern xieraq għar-raġunijiet li ġejjin:

il-livell komparabbli ta' żvilupp ekonomiku, PDG u struttura ekonomika fit-Tajpej Ċiniż u l-parti l-kbira mill-provinċji u l-ibliet fir-RPĊ fejn huma bbażati l-produtturi esportaturi fil-kampjun;

il-prossimità fiżika tar-RPĊ u t-Tajpej Ċiniż;

il-livell għoli ta' infrastruttura industrijali kemm fit-Tajpej Ċiniż kif ukoll f'ħafna provinċji tar-RPĊ;

ir-rabtiet ekonomiċi u l-kummerċ transfruntier b'saħħithom bejn it-Tajpej Ċiniż u r-RPĊ;

id-densità għolja tal-popolazzjoni f'ħafna mill-provinċji tar-RPĊ u fit-Tajpej Ċiniż;

is-similarità bejn it-tip ta' art u t-tranżazzjonijiet użati għat-tiswir tal-valur referenzjarju rilevanti fit-Tajpej Ċiniż ma' dawk tar-RPĊ; u

il-karatteristiċi demografiċi, lingwistiċi u kulturali komuni bejn it-Tajpej Ċiniż u r-RPĊ.

(302)

Il-Kummissjoni użat il-prezz medju tal-art għal kull metru kwadru stabbilit fit-Tajwan ikkoreġut għall-inflazzjoni u l-evoluzzjoni tal-PDG mid-dati tal-kuntratti rispettivi tad-dritt għall-użu tal-art, billi segwiet il-metodoloġija applikata f'investigazzjonijiet preċedenti. L-informazzjoni rigward il-prezzijiet tal-art industrijali nġabret mis-sit elettroniku tal-Uffiċċju Industrijali tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi tat-Tajwan. L-inflazzjoni u l-evoluzzjoni tal-PDG għat-Tajwan ġew ikkalkolati abbażi tar-rati ta' inflazzjoni u l-evoluzzjoni tal-PDG per capita bil-prezzijiet kurrenti f'USD għat-Tajwan kif ippubblikati mill-FMI għall-2015.

(303)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni kellha tuża valur referenzjarju domestiku minflok valur referenzjarju estern biex tikkalkula l-ammont tas-sussidju allegat, għal dawn iż-żewġ raġunijiet li ġejjin: l-ewwel nett, jekk is-sussidju allegat huwa kkunsidrat bħala speċifiku għall-industrija tal-azzar, allura għandhom jintużaw il-prezzijiet LUR ta' kumpaniji minn settur ieħor. Alternattivament, kellhom jintużaw il-prezzijiet mis-sistema dinamika ta' monitoraġġ tal-art. L-ewwel punt diġà ġie indirizzat hawn fuq: il-fatt li xi kumpaniji qed jirċievu trattament preferenzjali addizzjonali huwa distint mill-mod kif qed jiffunzjona s-suq b'mod ġenerali, u l-Kummissjoni ddeterminat li s-suq ma kienx qed jiffunzjona kumplessivament. Fir-rigward tal-użu ta' sistema dinamika ta' monitoraġġ tal-art bħala valur referenzjarju, il-Kummissjoni nnutat li hija mfassla biex tissorvelja l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-art f'ċerti oqsma. Kif inhi issa, hija biss riflessjoni tal-prezzijiet imħallsa għad-drittijiet għall-użu tal-art fiċ-Ċina, li, kif intqal qabel, ma jitqiesux bħala prezzijiet tas-suq.

(304)

Il-Benxi Group oġġezzjona wkoll għall-użu ta' prezzijiet tal-art fit-Tajpei Ċiniża bħala valur referenzjarju għar-raġunijiet li ġejjin: Benxi jinsab f'żona inqas żviluppata fil-Provinċja ta' Liaoning, fejn id-densità tal-popolazzjoni, l-art u l-PDG huma ħafna inqas kumparabbli mit-Tajpei Ċiniża. Barra minn hekk, il-Benxi Group għandha storja twila ta' użu tal-art u ilha li investiet fil-formazzjoni ta' art u l-kostruzzjoni ta' bini. Il-prezzijiet għalhekk, huma ħafna iktar differenti. Finalment, il-kumpanija argumentat li l-prezz tas-sjieda tal-art mhux komparabbli mal-prezz għad-drittijiet ta' użu tal-art.

(305)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma qablitx mal-valutazzjoni tal-kumpanija dwar il-Provinċja ta' Liaoning. Skont l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku (45), Liaoning kienet waħda mill-ewwel provinċji fiċ-Ċina għall-industrijalizzazzjoni. Liaoning għandha l-akbar ekonomija provinċjali fil-Grigal taċ-Ċina. Il-PDG nominali tagħha għall-2011 kien is-seba' l-akbar wieħed fiċ-Ċina (minn 31 provinċja). Minkejja li l-PDG tagħha huwa aktar baxx mill-PDG tat-Tajwan, fl-2008, Liaoning kienet ir-reġjun bl-ikbar tkabbir tal-PDG fost il-G8x8, it-tmien provinċji jew stati taħt il-livell nazzjonali bl-ogħla PDG tat-tmien nazzjonijiet bl-aqwa PDG. Liaoning żammet ir-rata ta' tkabbir tal-PGD tagħha bi 13,1 % fl-2009 u żammet il-pożizzjoni tagħha bħala l-provinċja bl-ogħla tkabbir ekonomiku. It-tkabbir ekonomiku minn dak iż-żmien 'l hawn batta, filwaqt li l-ekonomika kienet għadha qed tespandi b'3 % fl-2015. Fuq livell nazzjonali, Liaoning hija produttur ewlieni ta' ħadid fondut grezz, azzar, u għodod ta' magni li jaqtgħu l-metall, li l-produzzjoni tagħhom tikklassifika fost l-aqwa tlieta fil-pajjiż. Liaoning hija wkoll fost l-aktar bażijiet importanti ta' produzzjoni ta' materja prima fiċ-Ċina.

(306)

It-tieni nett, il-fatt li xi drittijiet tal-użu tal-art inkisbu f'passat remot għal użu fuq medda twila ta' żmien diġà tqies mill-Kummissjoni meta kkalkolat l-ammont tal-benefiċċju, peress li l-valur referenzjarju ġie aġġustat biex jirrifletti l-bidliet tul iż-żmien b'kunsiderazzjoni tal-evoluzzjoni tal-PGD u l-inflazzjoni.

(307)

It-tielet nett, fir-rigward tad-differenzi fil-prezzijiet bejn is-sjieda tal-art u d-drittijiet tal-użu ta' art, il-kumpaniji Ċiniżi ma jikkunsidrawx id-drittijiet tal-użu ta' art bħala kera, imma bħala assi intanġibbli, jiġifieri, jittrattaw id-drittijiet tal-użu ta' art bl-istess mod kif il-kumpaniji jittrattaw l-art mixtrija f'pajjiżi oħra. Il-kumpaniji nfushom ma jidhrux li jagħmlu xi distinzjoni bejn is-sjieda tal-art u d-drittijiet tal-użu ta' art. Għalhekk, il-pretensjonijiet tal-Benxi Group dwar id-drittijiet tal-użu ta' art ġew miċħuda.

(308)

Wara d-divulgazzjoni, ix-Shougang Group sostna li l-art użata minn waħda mill-kumpaniji ta' produzzjoni tagħha ġiet reklamata mill-baħar. Kif inhi, hija eżentata mit-taxxa fuq l-użu tal-art peress li hija meqjusa b'inqas valur. Għalhekk, għandu jintuża valur referenzjarju għal tali art reklamata. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-artijiet irreklamati mill-baħar huma eżentati mit-taxxa mill-użu tal-art waqt l-ewwel snin ta' użu. Madankollu, il-leġiżlazzjoni fiskali tal-użu ta' art ma tirreferi għall-ebda valur imnaqqas ta' tali art reklamata fir-rigward tal-eżenzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni diġà aċċettat l-aġġustamenti kollha dwar il-prezz tal-użu tal-art mitlub mill-produttur esportatur sabiex tqis l-ispejjeż relatati mal-eżerċizzju ta' rimi fil-landfills. Finalment, l-art reklamata tinsab f'lokazzjoni prima viċin tal-kosta, viċin ta' Beijing, u allura toffri aċċess faċli għal materja prima importata u t-trasport ta' prodotti lesti. Din il-pretensjoni għalhekk ġiet irrifjutata wkoll.

(309)

Ix-Shougang Group għamel pretensjonijiet addizzjonali wkoll fir-rigward ta' xi spejjeż relatati mad-drittijiet tal-użu ta' art li ma tqisux għal Shougang Qian'an u l-klassifikazzjoni żbaljata ta' xi biċċiet ta' art għal Shougang Mining. Il-Kummissjoni aċċettat din it-talba u aġġustat il-kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju għal dawn iż-żewġ kumpaniji kif meħtieġ.

(310)

F'konformità mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku l-ammont tas-sussidju ġie allokat għall-PI billi ntuża ż-żmien tal-ħajja normali tad-dritt għall-użu tal-art għall-art ta' użu industrijali, jiġifieri 50 sena. Dan l-ammont imbagħad ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-kumpaniji rispettivi matul il-PI, għaliex is-sussidju ma jiddependix fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma kienx ingħata b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(311)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun tammonta għal:

Għoti ta' Drittijiet għall-użu tal-art għal prezz inferjuri għall-valur adegwat

Kumpanija / Grupp

Ammont ta' Sussidju

Benxi Group

1,46 %

Hesteel Group

2,71 %

Jiangsu Shagang Group

1,20 %

Shougang Group

7,63 %

3.7.   Programmi ta' tnaqqis u ta' eżenzjoni mit-taxxa diretta

3.7.1.   Il-programm “tnejn b'xejn / tlieta bin-nofs” għal intrapriżi b'investiment barrani

(312)

Il-programm “tnejn b'xejn, tlieta bin-nofs” jintitola lill-FIEs sabiex ma jħallsu l-ebda taxxa korporattiva fuq id-dħul għall-ewwel sentejn u sabiex iħallsu biss 12,5 % minflok ir-rata tat-taxxa standard ta' 25 % għat-tliet snin ta' wara.

(a)   Bażi ġuridika

(313)

Il-bażi ġuridika ta' dan il-programm huwa l-Artikolu 8 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal Intrapriżi b'Investiment Barrani u Intrapriżi Barranin (il-“Liġi dwar it-Taxxa għall-FIEs”) u l-Artikolu 72 tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fuq Intrapriżi b'Investiment Barrani u Intrapriżi Barranin.

(314)

Skont il-GTĊ, dan il-programm ġie tterminat skont l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu għall-Intrapriżi (“Liġi dwar l-EIT”) tal-2008 b'perjodu tranżitorju sal-aħħar tal-2012.

(b)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(315)

L-iskema “tnejn b'xejn, tlieta bin-nofs” tat benefiċċji lill-kumpaniji matul is-sena finanzjarja 2012, u wara din is-sena, skont il-gvern tar-RPĊ, l-iskema ġiet irtirata. L-investigazzjoni kkonfermat li l-Jiangsu Shagang Group kien eliġibbli għal din l-iskema ta' taxxa, iżda ma bbenifikax aktar mill-iskema wara l-2012. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbilixxiet li dan il-programm fiskali tabilħaqq kien irtirat mill-GTĊ.

(c)   Konklużjoni

(316)

Il-kumpaniji fil-kampjun ma rċevew ebda kontribuzzjoni finanzjarja jew benefiċċju taħt dan il-programm matul il-PI.

3.7.2.   Privileġġi ta' Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (EIT) għal Prodotti li Jużaw Riżorsi Sinerġistiċi

(317)

Dan il-programm jippermetti lill-kumpaniji li jnaqqsu d-dħul li jkunu daħħlu minn manifattura li tagħmel użu komprensiv mir-riżorsi mid-dħul taxxabbli tagħhom. Jekk kumpanija tipproduċi skont l-istandards speċifikati fil-Catalogue of Enterprise Income Tax Preference for Synergistic Utilisation, 10 % tal-introjtu jitnaqqas sabiex jiġi kkalkolat l-ammont ta' introjtu taxxabbli tal-kumpanija kkonċernata.

(a)   Bażi ġuridika

(318)

Il-bażijiet ġuridiċi ta' dan il-programm huma l-Artikolu 33 tal-liġi dwar l-EIT, flimkien mar-Regoli ta' Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi; kif ukoll l-avviżi li ġejjin:

L-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi, tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma u l-Amministrazzjoni tal-Istat għat-Tassazzjoni dwar il-Ħruġ tal-“Administrative Measures for the Determination of Synergistic Utilisation encouraged by the State” (Fa Gai Huan Zi [2006] Nru. 1864);

L-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi, tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma u l-Amministrazzjoni tal-Istat għat-Tassazzjoni dwar il-pubblikazzjoni tal-Catalogue of Enterprise Income Tax Preference for Synergistic Utilisation) (Cai Shui [2008] Nru. 117);

l-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi, tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma u l-Amministrazzjoni tal-Istat għat-Tassazzjoni dwar il-pubblikazzjoni tal-Catalogue of Enterprise Income Tax Preference for Synergistic Utilisation (Cai Shui [2008] Nru. 47);

L-Avviż tal-Amministrazzjoni tal-Istat għat-Tassazzjoni dwar Management Issues on Enterprise Income Tax Preference for Synergistic Utilisation (Guo Shui Han [2009] Nru. 185);

(b)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(319)

Dan it-tnaqqis tat-taxxa japplika biss meta kumpanija tuża r-riżorsi elenkati fil-Catalogue of Enterprise Income Tax Preference for Synergistic Utilisation bħala l-materja prima ewlenija. Barra minn hekk, il-prodott finali li jirriżulta mill-ipproċessar ta' din il-materja prima għandu jkun ġie prodott skont l-istandards nazzjonali jew industrijali rilevanti speċifikati fl-istess katalogu.

(320)

Wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun, il-Hesteel Group, instab li kien qiegħed juża dan is-sussidju. Din il-kumpanija kienet applikat u rċeviet notifika uffiċjali li kienet issodisfat il-kriterji tal-iskema u li għalhekk kienet intitolati li timla d-dikjarazzjoni tat-taxxa korporattiva tagħha skont dan.

(c)   Konklużjoni

(321)

Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li t-tnaqqis tat-taxxa inkwistjoni huwa sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' dħul mitluf mill-GTĊ li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar tat-taxxa.

(322)

Dan is-sussidju huwa speċifiku kif definit fl-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li huwa limitat għal ċerti kategoriji ta' materja prima u prodotti finali taħt kategoriji speċifiċi tan-negozju li huma definiti b'mod eżawrjenti mil-liġi fil-Catalogue of Enterprise Income Tax Preference for Synergistic Utilisation.

(323)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ oġġezzjona għall-ispeċifiċità stabbilita għal dan is-sussidju għax kienet tibbenifika industriji varji u kienet ibbażata fuq kriterji oġġettivi (jiġifieri, il-produzzjoni mingħajr l-użu ta' ċerti riżorsi). Il-Kummissjoni qieset li dan is-sussidju huwa speċifiku minħabba li l-leġiżlazzjoni nnifisha, skont liema awtorità awtorizzanti topera, illimitat l-aċċess għal dan is-sussidju għal ċerti kategoriji ta' materja prima u prodotti finali taħt kategoriji speċifiċi tan-negozju li huma definiti b'mod eżawrjenti mil-liġi fil-Catalogue of Enterprise Income Tax Preference for Synergistic Utilisation, bħal dawk li jappartjenu għall-industrija tal-azzar. Eżempji jinkludu materja prima bħal gagazza tal-converters, gagazza tal-fran elettriċi u gagazza tal-fran għal-liga tal-ħadid użati għall-produzzjoni ta' ħadid u ta' liga tal-ħadid, gass ta' forn tal-blast użat għall-produzzjoni tad-dawl u l-potenza termika, kif ukoll gass ta' forn tal-kokk għall-produzzjoni tas-sulfat tal-ħadid.

(324)

Għalhekk il-Kummissjoni qieset li dan is-sussidju huwa kumpensatorju.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(325)

Il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont tas-sussidju kumpensatorju bħala d-differenza bejn l-ammont ta' taxxa li normalment jitħallas matul il-PI u l-ammont ta' taxxa li fil-fatt tħallas matul il-PI mill-kumpaniji kkonċernati.

(326)

L-ammont ta' sussidju stabbilit għal din l-iskema speċifika kien ta' 0,06 % għall-Hesteel Group.

3.7.3.   Tpaċija tal-EIT għal spejjeż marbuta mar-riċerka u l-iżvilupp

(327)

It-taxxa paċuta għar-riċerka u l-iżvilupp tintitola lill-kumpaniji għal trattament fiskali preferenzjali għall-attivitajiet tagħhom ta' R&Ż f'ċerti oqsma ta' prijorità ta' teknoloġija għolja stabbiliti mill-Istat u meta jkunu ntlaħqu ċerti limiti ta' nfiq għar-R&Ż.

(328)

B'mod aktar speċifiku, l-ispejjeż ta' R&Ż imġarrba għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda u snajja' ġodda li ma jiffurmawx assi intanġibbli u li jiġu kontabilizzati fil-profitt u t-telf tat-terminu attwali, huma soġġetti għal tnaqqis addizzjonali ta' 50 % wara tnaqqis sħiħ fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali. Meta l-ispejjeż imsemmija hawn fuq marbuta mar-R&Ż jifformaw assi intanġibbli, huma jkunu soġġetti għal amortizzament ibbażat fuq 150 % tal-kost tal-assi intanġibbli.

(a)   Bażi ġuridika

(329)

Il-bażi ġuridika għall-programm hija l-Artikolu 30(1) tal-Liġi dwar l-EIT, flimkien mar-Regoli ta' Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi; kif ukoll l-avviżi li ġejjin:

L-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi, tal-Amministrazzjoni tal-Istat għat-Tassazzjoni u tal-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija dwar Titjib tal-Politika dwar it-Tnaqqis qabel it-Taxxa fuq l-Ispejjeż marbuta mar-R&Ż. (Cai Shui [2015] Nru. 119);

L-Avviż tal-Amministrazzjoni tal-Istat għat-Tassazzjoni dwar Kwistjonijiet li Jittrattaw il-Politika ta' Tnaqqis Qabel it-Taxxa fuq l-Ispejjeż ta' Intrapriżi marbuta mar-R&Ż.

Gwida dwar l-Oqsma ta' Prijorità għall-Iżvilupp ta' Prijoritajiet ta' Industrijalizzazzjoni ta' Teknoloġija Avvanzata [2007] Nru. 6, maħruġa mill-NDRC, il-Ministeru tax-Xjenza tat-Teknoloġija, il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali Nazzjonali

(b)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(330)

Matul iż-żjara ta' verifika li saret fil-bini tal-GTĊ, ġie stabbilit li t-“teknoloġiji ġodda, il-prodotti ġodda u s-snajja' ġodda” li jistgħu jibbenifikaw mit-tnaqqis tat-taxxa jagħmlu parti minn ċerti oqsma ta' teknoloġija avvanzata appoġġjati mill-Istat, kif ukoll il-prijoritajiet attwali dwar oqsma ta' teknoloġija avvanzata appoġġjati mill-Istat, kif elenkati fil-Gwida dwar l-Oqsma ta' Prijorità għall-Iżvilupp ta' Prijoritajiet ta' Industrijalizzazzjoni ta' Teknoloġija Avvanzata.

(331)

Il-kumpaniji li jibbenifikaw minn din l-iskema għandhom jippreżentaw id-Dikjarazzjoni tat-Taxxa fuq l-Introjtu tagħhom u l-Annessi rilevanti. L-ammont propju tal-benefiċċju huwa inkluż fid-dikjarazzjoni tat-taxxa.

(c)   Konklużjoni

(332)

Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li t-tpaċija tat-taxxa inkwistjoni hija sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' dħul mitluf mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar tat-taxxa. Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta' din l-iskema għal intrapriżi biss li jġarrbu spejjeż marbuta mar-R&Ż f'ċerti oqsma ta' prijorità ta' teknoloġija avvanzata stabbiliti mill-Istat, bħas-settur tal-azzar.

(333)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ oġġezzjona għall-ispeċifiċità stabbilita għal dan is-sussidju għax kienet tibbenefika industriji varji, kienet ibbażata fuq industriji varji, kienet ibbażata fuq kriterji oġġettivi (jiġifieri, ġarrbu spejjeż tar-R& Ż) u ma ġietx ikkumpensata fl-investigazzjoni antisussidji Kanadiża dwar ċerti skemi f'moduli tal-ħajt miċ-Ċina minħabba nuqqas ta' speċifiċità. Il-Kummissjoni nnotat li l-iskema kienet diġà ġiet ikkumpensata f'Karta Fina Miksija (46). Dan is-sussidju huwa speċifiku minħabba li l-leġiżlazzjoni fiha nnfisha, skont b'liema awtorità awtorizzanti topera, illimitat l-aċċess għal dan is-sussidju għal ċerti intrapriżi u industriji biss ikklassifikati bħala “żoni ta' prijorità”, bħal dawk li jappartjenu għall-industrija tal-azzar.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(334)

L-ammont ta' sussidju kumpensabbli ġie kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-PI. Dan il-benefiċċju ġie kkalkolat bħala d-differenza bejn it-taxxa totali pagabbli skont ir-rata tat-taxxa normali u t-taxxa totali pagabbli wara t-tnaqqis addizzjonali ta' 50 % tal-ispejjeż attwali fuq R&Ż.

(335)

Kumpanija waħda biss, Hesteel Group, ibbenefikat minn dan is-sussidju, u l-ammont tas-sussidju kien stabbilit għal 0,28 %

3.7.4.   Eżenzjoni mit-taxxa għall-użu tal-art

(336)

Organizzazzjoni jew individwu li juża art fi bliet, fi bliet ta' kontea u fi bliet amministrattivi u f'distretti industrijali u tal-minjieri normalment iħallas taxxa għall-użu ta' art urbana. It-taxxa għall-użu tal-art tinġabar mill-awtoritajiet fiskali lokali fejn tintuża l-art. Madankollu, ċerti kategoriji ta' art, bħal art riklamata mill-baħar, art maħsuba biex tintuża minn istituzzjonijiet tal-gvern, organizzazzjonijiet tan-nies u unitajiet militari għall-użu tagħhom stess, art maħsuba biex tintuża mill-istituzzjonijiet iffinanzjati minn allokazzjonijiet tal-gvern mill-Ministeru tal-Finanzi, art użata minn tempji reliġjużi, parks pubbliċi u siti storiċi u xeniċi, toroq, pjazez pubbliċi, meded ta' ħaxix u art pubblika urbana oħra, huma eżentati mit-taxxa fuq l-użu tal-art.

(a)   Bażi ġuridika

(337)

Il-bażi ġuridika għal dan il-programm hija:

Ir-Regolamenti Provviżorji tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-Taxxa fuq il-Proprjetà Immobbli (Guo Fa [1986] Nru. 90) u

Ir-Regolamenti Provviżorji tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-Taxxa fuq l-Użu tal-Art Urbana (Ordni tal-Kunsill tal-Istat Nru. 483).

(b)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(338)

Kien hemm żewġ kumpaniji, Hesteel Group u Shougang Group, li bbenifikaw minn roħs jew eżenzjonijiet fuq il-ħlas ta' taxxi fuq l-użu tal-art mill-Uffiċċju lokali għall-Użu tal-Art, anki jekk ma kienu jaqgħu taħt ebda waħda mill-kategoriji eżentati stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija hawn fuq.

(c)   Konklużjoni

(339)

Il-Kummissjoni tqis li l-eżenzjoni mit-taxxa inkwistjoni hija sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' dħul mitluf mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar tat-taxxa. Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-kumpaniji rċevew tnaqqis fit-taxxa speċifikament maħsub għalihom u mhux disponibbli għal kumpaniji oħrajn taħt il-qafas legali ġenerali msemmi fil-premessa (336).

(340)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ oġġezzjona għas-speċifiċità stabbilita għal dan is-sussidju għax kienet tibbenifika industriji varji u kienet ibbażata fuq kriterji oġġettivi. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li hemm kriterji oġġettivi biex jiġu determinati r-riċevituri ta'eżenzjonijiet mit-taxxa fl-użu ta' art. Peress li l-kumpaniji li jibbenefikaw minn dan is-sussidju rċevew eżenzjoni minkejja li ma jidħlu fl-ebda waħda minn dawn il-kriterji oġġettivi, is-sussidju mogħti lil dawn il-kumpaniji kien de facto speċifiku.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(341)

L-ammont ta' sussidju kumpensabbli ġie kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-PI. Dan il-benefiċċju ġie kkalkolat bħala d-differenza bejn it-taxxa totali pagabbli skont ir-rata tat-taxxa normali u t-taxxa totali effettivament imħallsa matul il-PI.

(342)

Il-Hesteel Group u x-Shougang Group ibbenifikaw minn eżenzjonijiet mit-taxxa taħt din l-iskema. L-ammont ta' sussidju li jirrigwardja din l-iskema speċifika għax-Shougang Group kien ta' 0,66 %. Għal Hesteel, l-ammont kien insinifikanti u ma kellu ebda impatt fuq ir-rata ta' sussidju globali tal-grupp.

3.7.5.   Programmi u skemi oħrajn ta' tnaqqis u eżenzjoni mit-taxxa diretta

(343)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi fil-kampjun ma rċevew ebda kontribuzzjoni finanzjarja jew benefiċċju mill-programmi li fadal ta' eżenzjoni mit-taxxa diretta msemmija fit-taqsima 3.3(iv) ta' hawn fuq matul il-PI.

3.7.6.   Total għall-programmi u l-iskemi kollha ta' tnaqqis u eżenzjoni mit-taxxa diretta

(344)

L-ammont ta' sussidju totali stabbilit fir-rigward tal-iskemi kollha ta' taxxa diretta matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun kien kif ġej:

Tnaqqis u eżenzjonijiet mit-taxxa diretta

Kumpanija/Grupp

Ammont ta' Sussidju

Benxi Group

0,00 %

Hesteel Group

0,34 %

Jiangsu Shagang Group

0,00 %

Shougang Group

0,66 %

3.8.   Programmi ta' Taxxa Indiretta u Tariffi tal-Importazzjoni

3.8.1.   Eżenzjonijiet mill-VAT u rifużjonijiet tat-tariffa tal-importazzjoni għall-użu ta' tagħmir importat u t-teknoloġija

(345)

Dan il-programm jipprovdi eżenzjoni mill-VAT u mit-tariffi tal-importazzjoni għal importazzjonijiet ta' tagħmir kapitali użat fil-produzzjoni tagħhom. Sabiex jibbenefika mill-eżenzjoni, it-tagħmir ma jridx ikun f'lista ta' tagħmir mhux eliġibbli u l-intrapriża li tagħmel it-talba trid tikseb Ċertifikat ta' Proġett Imħeġġeġ mill-Istat maħruġ mill-awtoritajiet Ċiniżi jew mill-NDRC f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-investiment, it-taxxa u d-dwana.

(a)   Bażi ġuridika

(346)

Il-bażijiet ġuridiċi ta' dan il-programm huma:

Circular of the State Council on Adjusting Tax Policies on Imported Equipment (Iċ-Ċirkolari tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Aġġustament tal-Politiki Fiskali fuq Tagħmir Importat), Guo Fa Nru 37/1997;

Notifika tal-Ministeru tal-Finanzi, tal-Amministrazzjoni Doganali Ġenerali u tal-Amministrazzjoni tal-Istat għat-Tassazzjoni dwar l-Aġġustament ta' Ċerti Politiki Preferenzjali ta' Dazju fuq l-Importazzjoni;

Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi, tal-Amministrazzjoni Doganali Ġenerali u tal-Amministrazzjoni tal-Istat għat-Tassazzjoni [2008] Nru 43;

Avviż tal-NDRC dwar il-kwistjonijiet rilevanti li jikkonċernaw l-Immaniġġjar tal-Ittra ta' konferma dwar Proġetti Domestiċi jew b'Finanzjament Barrani mħeġġa mill-Istat sabiex jiġu żviluppati, [2006] Nru 316;

Catalogue on Non-duty-exemptible Articles of importation for either FIEs or domestic enterprises (Il-Katalogu dwar il-Prodotti importati li ma jistgħux jiġu eżentati mid-dazju kemm għall-FIEs jew inkella għall-intrapriżi domestiċi), 2008.

(b)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(347)

Tagħmir li jiġi importat sabiex jiġu żviluppati proġetti ta' investiment domestiċi u barranin skont il-politika ta' inċentivar ta' proġetti ta' investiment domestiċi u barranin jista' jiġi eżentat mill-ħlas tal-VAT u / jew tad-dazju tal-importazzjoni, sakemm il-kategorija tat-tagħmir tkun imniżżla fil-katalogu ta' oġġetti li ma jistgħux jiġu eżentati mid-dazju. Biex tibbenefika minn din l-iskema, il-kumpanija trid tikseb ittra ta' konferma mill-awtorità lokali responsabbli għall-proġett, li trid tiġi ppreżentata lill-awtorità doganali lokali.

(348)

Il-GTĊ sostna li b'effett mill-1 ta' Jannar 2009, id-dazju tal-importazzjoni biss huwa eżentat u tinġabar il-VAT fuq l-importazzjoni ta' tagħmir għall-użu personali.

(349)

Madankollu, matul il-PI, ġew identifikati eżenzjonijiet kemm mill-VAT kif ukoll mid-dazju tal-importazzjoni għax-Shougang Group. Dawn kienu jinkludu eżenzjonijiet għal tagħmir li kien ġie importat fi snin preċedenti, iżda li l-benefiċċju tiegħu ġie ammortizzat tul il-ħajja ta' dak it-tagħmir u għalhekk kien parzjalment allokat għall-PI. Filwaqt li l-Kummissjoni ma rat l-ebda evidenza li din l-eżenzjoni kienet qed topera matul il-PI, abbażi tal-evidenza fil-fajl, il-Kummissjoni stabbilixxiet li x-Shougang Group xorta kiseb benefiċċji taħt dan il-programm.

(c)   Konklużjoni

(350)

Dan il-programm jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' dħul mitluf mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) minħabba li l-FIEs u intrapriżi domestiċi eliġibbli oħrajn huma eżentati mill-ħlas tal-VAT u / jew ta' tariffi li kieku kienu jkunu dovuti. Jagħti wkoll benefiċċju lill-kumpaniji benefiċjarji fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku.

(351)

Il-programm huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Il-leġiżlazzjoni li abbażi tagħha topera l-awtorità awtorizzanti tillimita l-aċċess tagħha għal intrapriżi li jinvestu f'kategoriji kummerċjali speċifiċi definiti b'mod eżawrjenti mil-liġi u li jappartjenu jew għall-kategorija inċentivata jew inkella għall-kategorija ristretta B fil-Catalogue for the guidance of industries for foreign investment and technology transfer (Katalogu għall-gwida tal-industriji għal investiment barrani u trasferiment tat-teknoloġija) jew dawk li huma konformi mal-Catalogue of key industries, products and technologies the development of which is encouraged by the State (Katalogu tal-industriji, tal-prodotti u tat-teknoloġiji ewlenin li l-iżvilupp tagħhom huwa mħeġġeġ mill-Istat). Barra minn hekk, ma hemm l-ebda kriterju oġġettiv li jillimita l-eliġibbiltà għal dan il-programm u l-GTĊ ma pprovda ebda evidenza konklużiva li tikkonkludi li l-eliġibbiltà hija awtomatika skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(352)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ oġġezzjona għall-ispeċifiċità stabbilita għal dan is-sussidju, għaliex minnha kienu jieħdu vantaġġ diversi industriji, u kienet ibbażata fuq kriterji oġġettivi (jiġifieri l-impurtar ta' ċertu tagħmir kapitali). Il-Kummissjoni kkunsidrat li dan is-sussidju huwa speċifiku ġaladarba l-leġiżlazzjoni stess, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, illimitat l-aċċess għal dan is-sussidju biss għal ċerti kategoriji ta' tagħmir kapital impurtat speċifikati biċ-ċar b'mod eżawrjenti bil-liġi fil-katalogu maħruġ mill-NDRC għall-prodotti mħeġġa mill-Istat, bħal dawk li huma tal-industrija tal-azzar. Ġie nnutat ukoll li dan is-sussidju kien diġà ġie kkumpensat fl-investigazzjoni antisussidji dwar il-Karta Fina Miksija li toriġina mir-RPĊ u fl-investigazzjoni antisussidji dwar il-Pannelli Solari li joriġinaw mir-RPĊ (47). Il-fatt li l-eliġibbiltà hija ristretta għal kategoriji speċifiċi ta' negozju jikkonferma li l-iskema mhijiex ġeneralment disponibbli għal setturi ekonomiċi mifruxa u għaldaqstant il-benefiċċji skont dan il-programm huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku.

(d)   Kalkolu tal-ammont ta' sussidju

(353)

L-ammont tas-sussidju kumpensatorju huwa kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li nstab li kien preżenti matul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa kkunsidrat bħala l-ammont tal-VAT u d-dazji eżentati fuq it-tagħmir importat. Sabiex jiġi żgurat li l-ammont kumpensabbli kien ikopri biss il-perjodu tal-PI, il-benefiċċju riċevut ġie ammortizzat matul il-ħajja tat-tagħmir skont il-proċeduri kontabilistiċi normali tal-kumpanija.

(354)

Ix-Shougang Group ibbenefika minn roħs taħt din l-iskema. L-ammont ta' sussidju stabbilit għal din l-iskema speċifika għax-Shougang Group kien ta' 0,11 %.

3.8.2.   Eżenzjoni mit-taxxa għal rilokazzjoni bbażata fuq il-politika

(355)

Għal raġunijiet ambjentali, ix-Shougang Group intalab jirriloka l-impjant tal-azzar kollu tiegħu f'Beijing lejn post kostali f'Caofeidian. Il-proġett kien approvat fl-2004, il-kostruzzjoni bdiet fl-2006, u l-produzzjoni fis-sit il-ġdid bdiet fl-aħħar tal-2009.

(a)   Bażi ġuridika

(356)

Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Amministrazzjoni tal-Istat għat-Tassazzjoni dwar Problemi ta' Politika tat-Tassazzjoni relatati mar-Rilokazzjoni tax-Shougang Group (Nru 174 [2007] tal-Ministeru tal-Finanzi, 29 ta' Diċembru 2007).

(b)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(357)

L-avviż imsemmi hawn fuq jipprevedi rifużjoni ex-post tat-taxxi kollha fuq il-valur miżjud u l-ħlasijiet kollha tat-taxxa fuq l-introjtu li tħallsu minn 18-il intrapriża tax-Shougang Group bejn l-2006 u l-2009.

(358)

L-avviż jgħid li t-taxxi rinunzjati għandhom jintużaw speċifikament biex jissolva l-investiment tax-Shougang Group fil-proġett Jingtang Iron & Steel. Barra minn hekk, l-avviż jirreferi għall-ispejjeż ikkawżati minn risistemazzjoni tal-impjegati minħabba r-rilokazzjoni tal-intrapriża.

(359)

Madankollu, matul il-verifika fil-kumpanija, ma setgħetx tiġi stabbilita r-rabta mal-ispejjeż tal-impjegati u / jew tar-rilokazzjoni fil-perjodu ta' bejn l-2006 u l-2009. Apparti minn hekk, it-18-il-kumpaniji tal-grupp imsemmija fl-avviż ma għandhom l-ebda rabta mal-proġett Jingtang Iron & Steel.

(c)   Konklużjoni

(360)

Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-eżenzjoni mit-taxxa inkwistjoni hija sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' dħul mitluf mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa daqs l-iffrankar tat-taxxa. Dan il-programm huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li l-eżenzjoni mit-taxxa ngħatat biss lix-Shougang Group. Matul iż-żjara ta' verifika, il-GTĊ ikkonferma li dan kien każ speċifiku u uniku, u ma kienx parti minn programm fiskali usa' għall-kumpaniji li qed jirrilokaw abbażi tad-deċiżjonijiet politiċi tal-gvern.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(361)

Il-benefiċċju li ngħata lir-riċevitur huwa l-ammont totali eżentat mill-VAT u mit-taxxa fuq l-introjtu. Għalkemm l-eżenzjoni tirreferi għal perjodu qabel il-PI, dik il-parti mill-benefiċċju għandha tiġi allokata għall-PI minħabba li l-kontribuzzjoni finanzjarja kienet relatata ma' proġett ta' investiment fuq skala kbira. Sabiex jiġi żgurat li l-ammont kumpensatorju ikun ikopri biss il-perjodu tal-PI, il-benefiċċju riċevut ġie ammortizzat fuq il-ħajja medja tal-assi fissi tal-kumpanija skont il-proċeduri kontabilistiċi normali tal-kumpanija.

(362)

Ix-Shougang Group biss ibbenefika minn eżenzjonijiet taħt din l-iskema. L-ammont ta' sussidju stabbilit għal din l-iskema speċifika għax-Shougang Group kien ta' 0,90 %.

3.8.3.   Skemi oħra ta' tnaqqis jew eżenzjoni mit-taxxa indiretta

(363)

Matul il-PI, il-produtturi esportaturi fil-kampjun ma rċevew ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-kumplament tal-programmi ta' eżenzjoni mit-taxxa indiretta msemmija fit-Taqsima 3.3(v) aktar 'il fuq.

3.8.4.   Total għall-iskemi kollha ta' tnaqqis jew eżenzjoni mit-taxxa indiretta

(364)

L-ammont totali ta' sussidji stabbilit fir-rigward tal-iskemi ta' eżenzjoni mit-taxxa indiretta u roħs fuq it-tariffi tal-importazzjoni matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun kien ta' 1,01 % għax-Shougang Group.

3.9.   Programmi ta' għotjiet

3.9.1.   L-iffrankar tal-enerġija u l-għotjiet għall-konservazzjoni

(365)

Il-kumpaniji kollha fil-kampjun ibbenefikaw minn varjetà ta' għotjiet relatati mal-ħarsien tal-ambjent u t-tnaqqis tal-emissjonijiet, bħal pereż. inċentivi għall-Ħarsien tal-Ambjent u l-Konservazzjoni tar-Riżorsi, il-Promozzjoni tal-użu ta' riżorsi sinerġistiċi, Fondi ta' inċentiv għal proġetti retrofit ta' konservazzjoni tal-enerġija, il-Promozzjoni ta' Ċentri ta' Dimostrazzjoni tal-Ġestjoni tal-Enerġija, għotjiet relatati ma' proġetti għat-Titjib tat-Tniġġis fl-Arja, għotjiet relatati ma' proġetti ta' Sinterizzazzjoni ta' Gass taċ-Ċmieni Desulfurizzat, inċentivi għal proġetti marbuta mal-ekonomija ċirkolari.

(a)   Bażi ġuridika

(366)

Il-bażijiet ġuridiċi ta' dan il-programm huma:

“Il-Liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar il-Konservazzjoni tal-Enerġija”, il-verżjoni riveduta u adottata fit-28 ta' Ottubru 2007, u l-verżjoni emendata fit-2 ta' Lulju 2016;

“Opinjonijiet tal-Kunsill tal-Istat dwar it-Tisħiħ tal-Iffrankar tal-Enerġija u t-Tnaqqis fl-Emissjonijiet u l-Aċċellerazzjoni tal-Aġġustament Strutturali fis-Settur tal-Ħadid u tal-Azzar”, il-Kunsill tal-Istat, Ġunju 2010;

“Punti Ewlenin dwar il-Konservazzjoni tal-Enerġija u l-Utilizzazzjoni Komprensiva fl-Industrija fl-2015”, maħruġa mill-MIIT fit-3 ta' April 2015;

Il-Fond Speċjali għall-Iżvilupp tal-Ekonomija ta' Riċiklaġġ tal-2014;

The 2011 Industrial Enterprise Energy Management Center Construction Demonstration Project — Financial allowance fund, Gongxinting Jie Han (2011).

(b)   Konklużjoni

(367)

Il-programm ta' konservazzjoni u ffrankar tal-enerġija jagħti sussidji fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri trasferiment ta' fondi mill-GTĊ fil-forma ta' għotjiet lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat.

(368)

Il-Kummissjoni sabet ukoll li dan il-programm ta' sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li huma biss il-kumpaniji li joperaw f'teknoloġiji ewlenin jew fil-produzzjoni ta' prodotti ewlenin kif elenkat fil-linji gwida u fil-katalogi li jiġu ppubblikati fuq bażi regolari li huma eliġibbli sabiex jirċievuhom. B'mod partikolari, l-opinjoni tal-Kunsill tal-Istat tal-2010 tapplika biss għall-industrija tal-azzar. Barra minn hekk, id-dokument tal-MIIT tal-2015 isemmi b'mod speċifiku l-azzar bħala industrija għal inċentivi speċifiċi relatati mal-konservazzjoni tal-enerġija.

(369)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ oġġezzjona għall-ispeċifiċità stabbilita għal dan is-sussidju, għaliex minnha kienu jieħdu vantaġġ diversi industriji. Il-Kummissjoni kkunsidrat li dan is-sussidju huwa speċifiku ġaladarba l-leġiżlazzjoni stess, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, illimitat l-aċċess għal din l-iskema għal ċerti kategoriji ta' kumpaniji li huma definiti b'mod eżawrjenti mil-liġi biss. Il-premessa preċedenti tagħti eżempji speċifiċi ta' dokumenti leġiżlattivi li japplikaw biss għall-industrija tal-azzar jew li fihom tissemma speċifikament l-industrija tal-azzar (l-industriji l-oħra li ssemmew kienu l-metalli li ma fihomx ħadid, il-materjali tal-bini, il-kimiki u t-tessuti). Il-fatt li ssemmew ċerti industriji limitati oħra ma jikkontradixxix il-konklużjonijiet tagħha dwar l-ispeċifiċità.

(c)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(370)

Il-benefiċċju kien ikkalkulat bħala l-ammont riċevut fil-PI, jew allokat lill-PI, fejn l-ammont kien ġie deprezzat tul il-ħajja utli tal-assi fissi li miegħu kienet marbuta l-għotja. Il-Kummissjoni kkunsidrat jekk għandhiex tapplika rata tal-imgħax kummerċjali annwali addizzjonali f'konformità mat-Taqsima F(a) tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni tal-1998 għall-kalkolu tal-ammont ta' sussidju (48). Madankollu, approċċ bħal dan kien jinvolvi varjetà ta' fatturi ipotetiċi kumplessi li għalihom ma kien hemm ebda informazzjoni preċiża disponibbli. Għalhekk, il-Kummissjoni rriżultalha li huwa aktar xieraq li talloka ammonti għall-PI skont ir-rati ta' deprezzament tal-assi fissi relatati, f'konformità mal-metodoloġija ta' kalkolu użata f'każijiet preċedenti (49).

(371)

Kif indikat fit-Taqsima 3.2.2 aktar 'il fuq, intużaw l-aħjar fatti disponibbli sabiex ikun iddeterminat l-ammont ta' sussidji fir-rigward tal-għotjiet għall-Jiangsu Shagang Group. Il-Kummissjoni użat bħala l-aqwa fatti disponibbli l-ogħla ammont ta' sussidju għal kull tip ta' għoti li rriżultat. Għaldaqstant, l-ammont ta' sussidju stabbilit fir-rigward tal-għotjiet ta' ffrankar u konservazzjoni tal-enerġija matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun kien kif ġej:

L-għotjiet għall-konservazzjoni u l-iffrankar tal-enerġija

Kumpanija / Grupp

Ammont ta' Sussidju

Benxi Group

0,26 %

Hesteel Group

0,05 %

Jiangsu Shagang Group

0,38 %

Shougang Group

0,38 %

3.9.2.   Għotjiet relatati ma' titjib jew trasformazzjoni teknoloġiċi

(372)

Il-kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw minn varjetà ta' għotjiet taħt dan il-programm relatati mar-R&Ż, it-titjib u l-innovazzjoni teknoloġiċi, pereżempju, il-promozzjoni ta' kompiti ta' R&Ż taħt il-Pjanijiet ta' Appoġġ għax-Xjenza u t-Teknoloġija, proġetti taħt il-Pjan 863, il-Promozzjoni ta' Aġġustament, ta' Rivitalizzazzjoni u ta' Rinnovament fit-Teknoloġija fl-Industriji Ewlenin, għotjiet għall-Applikazzjoni Kummerċjali tar-Riżultati tar-R&Ż, il-Promozzjoni ta' Titjib fil-Kwalità.

(a)   Bażi ġuridika

(373)

Il-bażijiet ġuridiċi ta' dan il-programm huma:

It-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Innovazzjoni fit-Teknoloġija Industrijali;

Il-Pjan ta' Azzjoni għall-Aġġustament u għar-Rivitalizzazzjoni tal-Industrija tal-Azzar maħruġ mill-Kunsill tal-Istat Ċiniż f'Marzu 2009 (“il-Pjan ta' Rivitalizzazzjoni”);

Programm fuq Terminu Medju sa Twil dwar l-Iżvilupp Teknoloġiku u Xjentifiku (2006-2020) ippromulgat mill-Kunsill tal-Istat fl-2006;

Miżuri Amministrattivi għall-Pjan Nazzjonali ta' Appoġġ għax-Xjenza u t-Teknoloġija kif rivedut fl-2011;

Miżuri amministrattivi għal Pjan Nazzjonali ta' Riċerka u Żvilupp tat-Teknoloġija Avvanzata) (Pjan 863) kif rivedut fl-2011;

Notifika tat-twaqqif tal-Katalogu ta' Gwida ta' prodotti b'teknoloġija ġdida u avvanzata;

(b)   Konklużjoni

(374)

L-għotjiet ipprovduti taħt dan il-programm jagħtu sussidji fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri trasferiment ta' fondi mill-GTĊ fil-forma ta' għotjiet lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat.

(375)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll li dawn is-sussidji huma speċifiċi fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li huma biss il-kumpaniji li joperaw f'teknoloġiji ewlenin kif elenkati fil-linji gwida u fil-katalogi li jiġu ppubblikati fuq bażi regolari li huma eliġibbli biex jirċievuhom. Is-settur tal-azzar huwa elenkat fost is-setturi eliġibbli.

(376)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ oġġezzjona għall-ispeċifiċità stabbilita għal dan is-sussidju, għaliex minnha kienu jieħdu vantaġġ diversi industriji. Il-Kummissjoni kkunsidrat li dan is-sussidju huwa speċifiku ġaladarba l-leġiżlazzjoni stess, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, illimitat l-aċċess għal din l-iskema għall-industrija tal-azzar biss (ara l-Pjan ta' Rivitalizzazzjoni li jissemma fil-bażi ġuridika) jew semmiet speċifikament l-industrija tal-azzar (bħall-Programm fuq Terminu Medju sa Twil dwar l-Iżvilupp Teknoloġiku u Xjentifiku u l-Pjan 863). Il-fatt li ssemmew industriji oħra ma jikkontradiċix il-konklużjonijiet tagħha dwar l-ispeċifiċità.

(c)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(377)

Il-benefiċċju ġie kkalkolat f'konformità mal-metodoloġija deskritta fil-premessa (370) hawn fuq.

(378)

L-ammont ta' sussidju stabbilit fir-rigward ta' dan it-tip ta' sussidji matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun kien kif ġej:

Għotjiet għal trasformazzjoni jew immodernizzar tat-teknoloġija

Kumpanija / Grupp

Ammont ta' Sussidju

Benxi Group

0,09 %

Hesteel Group

0,01 %

Jiangsu Shagang Group (50)

0,94 %

Shougang Group

0,94 %

3.9.3.   Għotjiet ad hoc mogħtija mill-awtoritajiet muniċipali / reġjonali

(379)

L-ilment ipprovda evidenza li wriet li l-industrija tal-azzar fir-RPĊ tista' tirċievi diversi għotjiet ta' darba jew rikorrenti minn livelli differenti ta' awtoritajiet tal-gvern, jiġifieri lokali, reġjonali u nazzjonali.

(380)

L-investigazzjoni żvelat li l-gruppi ta' kumpaniji fil-kampjun kollha rċevew ukoll għotjiet sinifikanti ta' darba jew rikorrenti minn diversi livelli tal-gvern u dan wassal għall-għoti ta' benefiċċji matul il-PI. Uħud minn dawn kienu diġà ġew irrapportati mill-kumpaniji fil-kampjun fit-tweġibiet rispettivi tagħhom għall-kwestjonarju, filwaqt li oħrajn instabu fuq il-post matul iż-żjarat ta' verifika. L-ebda waħda minnhom ma ġiet divulgata fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-GTĊ.

(a)   Bażi Ġuridika

(381)

Dawn l-għotjiet ingħataw lill-kumpaniji minn awtoritajiet nazzjonali, provinċjali, tal-belt, tal-kontea jew minn awtoritajiet tal-gvern tad-distrett u kollha dehru li kienu speċifiċi għall-kumpaniji fil-kampjun, jew speċifiċi f'termini ta' lokazzjoni jew tip ta' industrija. Il-livell ta' dettall ġuridiku għal-liġi eżatta li abbażi tagħha ngħataw dawn il-benefiċċji, jekk fl-aħħar mill-aħħar kien hemm bażi ġuridika għalihom, ma kienx divulgat. Madankollu, xi drabi, il-Kummissjoni ngħatat kopja ta' dokument maħruġ minn awtorità tal-gvern li akkumpanja l-għoti tal-fondi (li ssir referenza għalih bħala “n-notifika”) matul iż-żjara ta' verifika.

(b)   Konklużjonijiet tal-investigazzjoni

(382)

Minħabba l-ammont kbir ta' għotjiet differenti li nstabu fl-ilment u / jew li nstabu fil-kotba tal-kumpaniji fil-kampjun, f'dan ir-Regolament qiegħed jiġi ppreżentat biss sommarju tal-konkużjonijiet ewlenin. Inizjalment l-erba' kumpaniji fil-kampjun ippreżentaw evidenza tal-eżistenza ta' diversi għotjiet u l-fatt li kienu ngħataw minn livelli differenti tal-GTĊ.

(383)

Eżempji ta' dawn l-għotjiet kienu fondi għall-privattivi, fondi u premjijiet għax-xjenza u t-teknoloġija, fondi għall-iżvilupp tan-negozju, għotjiet għal infrastruttura bażika, fondi ta' appoġġ ipprovduti fil-livell provinċjali jew distrettwali, fondi għall-importazzjoni ta' minerali tal-ħadid, fondi għar-rilokazzjoni tal-kumpanija, fond speċjali għall-introduzzjoni ta' teknoloġija avvanzata barra mill-pajjiż, skontijiet ta' imgħax fuq self għal tagħmir importat.

(c)   Konklużjoni

(384)

Dawn l-għotjiet jikkostitwixxu sussidji fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u (2) tar-Regolament bażiku minħabba li kien seħħ trasferiment ta' fondi mill-GTĊ fil-forma ta' għotjiet lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat u b'hekk kienu ngħataw benefiċċju.

(385)

Dawn l-għotjiet huma wkoll speċifiċi fis-sens tal-Artikoli 4(2)(a) u 4(3) tar-Regolament bażiku minħabba li dawn jidhru li huma limitati għal ċerti kumpaniji jew għal proġetti speċifiċi f'reġjuni speċifiċi u / jew għall-industrija tal-azzar. Dawn l-għotjiet ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' nuqqas ta' speċifiċità tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla attwali għall-intrapriżi biex ikunu eliġibbli mhumiex trasparenti, mhumiex oġġettivi u ma japplikawx awtomatikament.

(386)

F'kull każ il-kumpaniji pprovdew informazzjoni dwar l-ammont tal-għotja, u mingħand min kienet ġiet l-għotja. Il-kumpaniji kkonċernati kkontabilizzaw dan l-introjtu l-aktar taħt l-intestatura “introjtu mis-sussidju” fil-kontijiet tagħhom u dawn il-kontijiet ġew awditjati b'mod indipendenti. Dan ittieħed bħala evidenza pożittiva ta' sussidju li ta benefiċċju kumpensatorju.

(387)

Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-konklużjonijiet ivverifikati matul il-verifiki fuq il-post kienu jirrappreżentaw indikatur raġonevoli tal-livell ta' sussidjar f'dan ir-rigward. Billi dawk l-għotjiet jikkondividu karatteristiċi komuni, jingħataw minn awtorità pubblika u mhumiex parti minn programm ta' sussidju usa', iżda għotjiet individwali, il-Kummissjoni vvalutathom flimkien.

(388)

Fit-tweġiba tiegħu għad-divulgazzjoni, il-GTĊ sostna li ma ngħatax biżżejjed dettall mill-Kummissjoni sabiex l-ispeċifiċità ta' dawn l-għotjiet tkun iġġustifikata. Ta' min wieħed jindika, però, li fit-tweġibiet għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni bilkemm ingħatat dettalji fir-rigward ta' dawn l-għotjiet. Il-produtturi esportaturi fil-kampjun ma kkontestawx l-ammonti kkalkulati mill-Kummissjoni, li ġew iddivulgati lilhom. Lanqas ma kkontestaw il-fatt li dawn l-għotjiet ġew riċevuti mill-ĠTĊ. Il-konklużjonijiet tal-verifiki kienu ferm differenti mill-għadd u l-valur totali tal-għotjiet irrappurtati fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-GTĊ. Il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kostatazzjonijiet fuq il-post kienu jirrappreżentaw indikatur raġonevoli tal-livell ta' sussidjar f'dan ir-rigward.

(389)

Il-fatt li l-Kummissjoni ddikjarat li “jidher li” l-għotjiet huma limitati jirreferi eżattament għal dan in-nuqqas ta' trasparenza li jirrigwarda l-eżistenza ta' kriterji ta' eliġibbiltà oġġettivi għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni ma aċċettatx li dan l-approċċ juri xi nuqqas ta' ġustifikazzjoni tal-ispeċifiċità tal-għotjiet ikkumpensati. Għaldaqstant, l-affermazzjoni li l-Kummissjoni ma ssodisfatx l-istandard rikjest għall-ispeċifiċità ma ntlaqgħetx.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(390)

Il-benefiċċju ġie kkalkolat f'konformità mal-metodoloġija deskritta fil-premessa (370) hawn fuq.

(391)

L-ammont tas-sussidju stabbilit fir-rigward ta' dan it-tip ta' sussidji matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun kien kif ġej:

Għotjiet ad hoc

Kumpanija / Grupp

Ammont ta' Sussidju

Benxi Group

0,001 %

Hesteel Group

0,02 %

Jiangsu Shagang Group (51)

0,13 %

Shougang Group

0,13 %

3.9.4.   Skemi ta' għotjiet oħrajn

(392)

Il-produtturi esportaturi fil-kampjun ma rċevew ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-programmi ta' għotjiet li fadal imsemmija fit-Taqsima 3.3(iii) aktar 'il fuq matul il-PI.

3.9.5.   Total għall-iskemi tal-għotjiet kollha

(393)

L-ammonti tas-sussidju totali stabbiliti fir-rigward tal-għotjiet kollha matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun kienu kif ġej:

Għotjiet

Kumpanija / Grupp

Ammont tas-Sussidju

Benxi Group

0,34 %

Hesteel Group

0,09 %

Jiangsu Shagang Group

1,45 %

Shougang Group

1,45 %

3.10.   Foreign Trade Transformation and Upgrading Demonstration Bases (Bażijiet ta' Dimostrazzjoni tat-Trasformazzjoni u tal-Aġġornament tal-Kummerċ Barrani) (“Bażijiet ta' Dimostrazzjoni”) u “Common Service Platforms (Pjattaformi ta' Servizzi Komuni”)

(394)

Dan il-programm ta' sussidju kien ġie kkontestat mill-Istati Uniti tal-Amerika fid-WTO. F'April 2016, iċ-Ċina u l-Istati Uniti ffirmaw Memorandum ta' Qbil (52), li fih iċ-Ċina impenjat ruħha li ttemm, temenda jew tissostitwixxi l-istrumenti legali kollha marbuta ma' dan il-programm. Matul il-konsultazzjonijiet, il-GTĊ ipprovda evidenza ulterjuri tal-implimentazzjoni ta' dawn l-impenji. Barra minn hekk, ebda waħda mill-kumpaniji fil-kampjun ma bbenefikat minn dan il-programm matul il-PI. Għalhekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li ma kien hemm ebda evidenza ta' sussidjar li jrid jiġi kkumpensat taħt dan il-programm.

3.11.   Sussidjar tal-provvista ta' importazzjonijiet ta' HRF lejn l-UE

(395)

L-ilmentatur sostna li l-GTĊ qiegħed jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lil diversi atturi fil-katina tal-provvista tal-HRF billi jipprovdi prodotti tal-HRF b'rimunerazzjoni inqas minn adegwata bħala riżultat tal-interventi tiegħu fil-produzzjoni tal-HRF fir-RPĊ, eż. billi joffri self li juża l-valur ta' polza ta' assigurazzjoni bħala kollateral (policy loans), materja prima u enerġija b'rimunerazzjoni inqas minn adegwata u li l-benefiċċju ta' din l-iskema ġenerali jinfirex fuq l-atturi kollha fil-katina tal-provvista, inklużi l-produtturi esportaturi fir-RPĊ (li jistgħu jkomplu l-operazzjonijiet u jirċievu ekonomiji ta' skala), l-importaturi relatati fl-UE (li jiksbu sehem mis-suq), il-klijenti finali fl-UE (li jixtru bi prezz li jafu li huwa aktar baxx fis-suq) u lill-GTĊ innifsu (li jilħaq l-objettivi politiċi tiegħu).

(396)

Il-Kummissjoni osservat li r-Regolament bażiku jindirizza s-sussidji mogħtija minn gvernijiet barranin lill-produtturi esportaturi tagħhom, li jfixklu l-kompetizzjoni meta jesportaw lejn l-Unjoni Ewropea. Il-premessa (5) teħtieġ li tkun saret kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern jew korp pubbliku “fit-territorju” tal-pajjiż li jipprovdi sussidju. Barra minn hekk, l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku jirreferi għall-kunċett ta' speċifiċità meta gvern barrani jagħti sussidju lill-industrija tiegħu “fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità li tkun tat is-sussidju”. Minn dan isegwi li s-sussidji mogħtija minn gvern barrani lil entitajiet barra mill-ġurisdizzjoni tiegħu, bħal importaturi mhux relatati fl-Unjoni Ewropea jew saħansitra lill-klijent finali fl-Unjoni Ewropea mhumiex koperti mill-istrument safejn ma jkunux jistgħu jiġu attribwiti lill-produttur esportatur.

(397)

Il-Kummissjoni ma sabet ebda evidenza li qegħdin jiġu pprovduti sussidji kumpensabbli mill-GTĊ lil entitajiet li huma relatati mal-produttur esportatur. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata.

(398)

Hekk kif seħħet id-divulgazzjoni, l-ilmentatur iddikjara li l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-premessa 5 u tal-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku kienet żbaljata. Fil-fehma tagħha, il-premessa 5 mhijiex norma vinkolanti u sa fejn ikun hemm rekwiżit territorjali, din ma tapplikax rekwiżit prevalenti. Biex isostni dan l-argument, l-ilmentatur ikkwota l-premessa 3 tar-Regolament bażiku li skontha r-regoli tad-WTO, li ma għandhomx restrizzjoni territorjali skont il-konklużjonijiet tal-Bord fi Brazil — Aircraft (53), għandhom ikunu kkunsidrati. Fir-rigward tal-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku, l-ilmentatur sab sostenn għall-interpretazzjoni tiegħu fil-paragrafu 4, li skontha hemm speċifiċità tas-sussidji li jiddependu fuq l-esportazzjoni.

(399)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-argumenti. L-ewwel nett, il-premessi tar-Regolament bażiku huma legalment vinkolanti, għaliex jistabbilixxu l-motivazzjoni tar-Regolament bażiku. Bħala tali, dawn huma sors importanti għall-interpretazzjoni tal-att legali. It-tieni, l-ilmentatur ma jsegwix il-pożizzjoni tiegħu stess meta jipprova jmur kontra l-element tat-territorjalità fil-premessa 5 permezz ta' referenza għal premessa oħra, jiġifieri l-premessa 5. Mhuwiex ċar għaliex il-premessa 3 jenħtieġ li tkun legalment mhux vinkolanti, filwaqt li l-premessa 3 tkun legalment vinkolanti. Għaldaqstant, l-argument formali kontra l-premessa 5 mhuwiex konvinċenti. It-tielet, l-awtorità tal-Bord fi Brazil — Aircraft ma tkoprix dan il-każ. Fil-każ tal-Bord, is-sussidju ngħata lill-fornituri tal-inġenji tal-ajru fil-Brażil u nqasam max-xerrejja barra l-Brażil. F'dan il-każ, is-sussidju assolutament ma jingħatax lill-produtturi Ċiniżi fiċ-Ċina, iżda jingħata lill-atturi barra ċ-Ċina. Ir-raba', lanqas ir-referenza għall-Artikolu 4(4) tar-Regolament bażiku ma ssostni l-punt tal-ilmentatur. Skont id-dispożizzjoni, sussidju jkun speċifiku meta l-awtorità awtorizzanti tagħtih lil kumpanija tal-produzzjoni li tkun tinsab fil-ġurisdizzjoni, bil-kundizzjoni li dan ikollu jintuża għal skopijiet ta' esportazzjoni. Dan huwa fundamentalment differenti mill-għoti ta' sussidju direttament lil attur barra l-ġurisdizzjoni tagħha. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha li s-sussidji mogħtija minn gvern barrani lil entitajiet barra mill-ġurisdizzjoni tiegħu, bħal importaturi mhux relatati fl-Unjoni Ewropea jew saħansitra lill-klijent finali fl-Unjoni Ewropea mhumiex koperti mill-istrument sa fejn ma jkunux jistgħu jiġu attribwiti lill-produttur esportatur.

3.12.   Konklużjoni dwar is-sussidjar

(400)

Il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tas-sussidji kumpensabbli f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku għall-kumpaniji fil-kampjun billi eżaminat kull sussidju jew programm ta' sussidju u żiedet dawn iċ-ċifri flimkien sabiex tikkalkula ammont totali ta' sussidjar għal kull produttur esportatur għall-PI. Bil-għan li tikkalkula s-sussidjar globali ta' hawn taħt, il-Kummissjoni l-ewwel ikkalkolat il-perċentwal tas-sussidjar, li huwa l-ammont tas-sussidju bħala perċentwal tal-fatturat totali tal-kumpanija. Dan il-perċentwal imbagħad intuża biex jiġi kkalkulat is-sussidju allokat għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PI. Imbagħad ġie kkalkulat l-ammont tas-sussidju għal kull tunnellata tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni matul il-PI, u l-marġnijiet ta' hawn taħt ġew ikkalkulati bħala perċentwal tal-valur tal-Kostijiet, Assigurazzjoni u Nol (“CIF”) tal-istess esportazzjonijiet għal kull tunnellata.

(401)

F'konformità mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' sussidju totali għall-kumpaniji li kkooperaw li ma ġewx inklużi fil-kampjun jiġi kkalkolat abbażi tal-ammont medju ponderat totali ta' sussidji kumpensatorji stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkooperaw bl-esklużjoni tal-ammonti negliġibbli, kif ukoll tal-ammont ta' sussidji stabbilit għall-għotjiet ta' Jiangsu Shagang Group li huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku. Madankollu, il-Kummissjoni ma injoratx il-konklużjonijiet relatati mas-self preferenzjali, anki jekk kellha tistrieħ parzjalment fuq l-aqwa fatti disponibbli sabiex tiddetermina dawk l-ammonti. Tabilħaqq, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-aqwa fatti disponibbli u użati f'dawk il-każijiet ma affettwawx sostanzjalment l-informazzjoni meħtieġa sabiex hija tiddetermina l-ammont ta' sussidjar permezz tas-self preferenzjali b'mod ġust, sabiex b'hekk l-esportaturi li ma ntalbux jikkooperaw fl-investigazzjoni ma ġewx ippreġudikati mill-użu ta' dan l-approċċ (54). Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni fakkret li l-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun jistgħu jirrikorru għal analiżijiet imħaffa f'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku.

(402)

Minħabba r-rata għolja ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, l-ammont għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” ġie stabbilit fil-livell tal-ogħla ammont stabbilit għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun. L-ammont għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” se jiġi applikat għal dawk il-kumpaniji li ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

Isem il-kumpanija

L-ammont ta' sussidji kumpensabbli

Benxi Group

28,5 %

Hesteel Group

7,8 %

Jiangsu Shagang Group

4,6 %

Shougang Group

38,6 %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

16,9 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

38,6 %

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(403)

Fl-Unjoni, 17-il kumpanija pprovdew dejta dwar il-produzzjoni u l-bejgħ fl-eżerċizzju permanenti u indikaw li pproduċew il-prodott simili matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-ilment, dawn is-17-il kumpanija qed jirrappreżentaw madwar 90 % tal-produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni.

(404)

Apparti minn dawn is-17-il kumpanija, kien hemm ħames kumpaniji oħra li kienu qegħdin jipproduċu l-prodott simili waqt il-perjodu ta' investigazzjoni.

(405)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni waqt il-perjodu tal-investigazzjoni ġiet stabbilita għal madwar 74,7 miljun tunnellata. Il-Kummissjoni stabbilixxiet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli li tirrigwarda l-industrija tal-Unjoni, bħal informazzjoni mill-ilmentatur u mill-produtturi kollha magħrufa fl-Unjoni. Kif ġie indikat fil-premessa (18), intgħażlu sitt produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li jirrappreżentaw 45 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. Dan huwa kampjun rappreżentattiv.

(406)

Il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw il-produzzjoni totali tal-industrija jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku u ssir referenza għalihom bħala l-“industrija tal-Unjoni”.

(407)

Il-mudell kummerċjali tal-produtturi tal-Unjoni u l-livell ta' integrazzjoni vertikali tagħhom ivarjaw. Madanakollu, b'mod ġenerali l-industrija tal-Unjoni tista' tiġi karatterizzata bħala industrija b'livell għoli ta' integrazzjoni vertikali, kif spjegat ulterjorment fil-premessa (408) hawn taħt.

4.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(408)

Kif imsemmi fil-premessa (45) hawn fuq, il-prodott ikkonċernat jaqa' taħt għadd ta' kodiċijiet NM inklużi ċerti kodiċijiet ex. Sabiex ma jiġix sottovalutat il-konsum tal-Unjoni, u fid-dawl tal-impatt marġinali apparenti ta' tali kodiċijiet fuq il-konsum totali, il-volumi tal-importazzjoni tal-kodiċijiet ex tan-NM ġew ikkunsidrati kollha sabiex jiġi kkalkulat il-konsum tal-Unjoni.

(409)

Billi l-industrija tal-Unjoni fil-biċċa l-kbira tagħha hija integrata vertikalment u l-prodott ikkonċernat jitqies bħala materjal ewlieni għall-produzzjoni ta' diversi prodotti downstream b'valur miżjud, li jibdew minn prodotti b'laminazzjoni kiesħa, il-konsum fis-suq ristrett u fis-suq ħieles ġie analizzat separatament.

(410)

Id-distinzjoni bejn suq ristrett u suq ħieles hija relevanti għall-analiżi tad-dannu għaliex il-prodotti maħsuba għall-użu ristrett ma jiġux esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet, u l-prezzijiet ta' trasferiment jiġu ffissati fil-grupp skont politiki differenti tal-prezzijiet. Għall-kuntrarju, il-produzzjoni destinata għas-suq ħieles hija f'kompetizzjoni diretta ma' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, u l-prezzijiet huma prezzijiet tas-suq ħieles.

(411)

Sabiex tipprovdi stampa kemm jista' jkun kompluta tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisbet dejta għall-attività kollha tal-prodott simili u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx destinata għall-użu ristrett jew għas-suq ħieles. Il-Kummissjoni sabet li madwar 60 % tal-produzzjoni totali tal-produtturi tal-Unjoni kienet destinata għall-użu ristrett.

4.2.1.   Il-konsum ristrett fis-suq tal-Unjoni

(412)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum ristrett tal-Unjoni abbażi tal-użu ristrett u tal-bejgħ ristrett fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi kollha magħrufa fl-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-konsum ristrett tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum ristrett fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

 

2012

2013

2014

PI

Konsum ristrett

40 775 889

42 418 062

42 887 175

42 271 071

Indiċi (2012 = 100)

100

104

105

104

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer

(413)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum ristrett tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied b'madwar 4 %. Din iż-żieda hija l-aktar dovuta għat-tkabbir tas-swieq ristretti, inklużi parts għall-manifattura pereżempju għall-industrija awtomobilistika.

4.2.2.   Konsum tas-suq ħieles fis-suq tal-Unjoni

(414)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni fuq il-bażi ta' (a) il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi kollha magħrufin fl-Unjoni u (b) l-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiżi terzi kollha kif irrapportat mill-Eurostat, sabiex b'hekk qieset ukoll id-dejta ppreżentata mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-pajjiż ikkonċernat. Fuq din il-bażi, il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Konsum tas-suq ħieles (tunnellati)

 

2012

2013

2014

PI

Konsum tas-suq ħieles

31 405 157

32 292 192

33 139 474

35 156 318

Indiċi (2012 = 100)

100

103

106

112

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer

(415)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni żdied b'madwar 12 %. Iż-żieda hija prinċipalment dovuta għall-irkupru ekonomiku tal-industrija downstream.

(416)

Jekk wieħed jgħaqqad iż-żewġ tabelli preċedenti, il-konsum ġenerali (li allura jinkludi l-konsum ristrett u fis-suq ħieles) evolva kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 3

Konsum kumplessiv (suq ristrett u ħieles) (tunnellati)

 

2012

2013

2014

PI

Konsum ġenerali

72 181 046

74 710 254

76 026 649

77 427 389

Indiċi (2012 = 100)

100

104

105

107

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer u tal-Eurostat

(417)

It-tabella ta' hawn fuq turi li l-konsum ġenerali żdied għal livell li kien ogħla fil-perjodu ta' investigazzjoni milli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Din ix-xejra hija spjegata miż-żieda fil-konsum ristrett li, f'termini assoluti, kien iktar b'saħħtu miż-żieda fil-konsum tas-suq ħieles.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(418)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi ta' dejta tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi tqabblu l-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tas-suq ħieles tal-Unjoni kif irrapportat fit-tabella fil-premessa (414) aktar 'il fuq.

(419)

L-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

It-total tal-importazzjonijiet sussidjati (tunnellati) u s-sehem mis-suq

 

2012

2013

2014

PI

Volum ta' importazzjonijiet mir-RPĊ

246 720

336 028

592 104

1 519 304

Indiċi (2012 = 100)

100

136

240

616

Sehem mis-suq tar-RPĊ

0,79 %

1,04 %

1,79 %

4,32 %

Indiċi (2012 = 100)

100

132

227

550

Sors: Eurostat

(420)

It-tabella ta' hawn fuq turi li f'ċifri assoluti l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. B'mod parallel, is-sehem totali tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni żdied b'aktar minn ħames darbiet matul il-perjodu kkunsidrat.

4.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

(421)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-dejta tal-Eurostat. Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 5

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR / tunnellata)

 

2012

2013

2014

PI

Prezz medju ta' importazzjonijiet sussidjati

600

505

463

404

Indiċi (2012 = 100)

100

84

77

67

Sors: Eurostat

(422)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet naqsu minn EUR 600 / tunnellata fl-2012 għal EUR 404 / tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat, it-tnaqqis fil-prezz medju unitarju tal-importazzjonijiet sussidjati kien ta' madwar 33 %.

(423)

Il-Kummissjoni vvalutat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni billi qabblet:

il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ għal kull tip ta' prodott tas-sitt produtturi tal-Unjoni imposti fuq klijenti mhux relatati fis-suq ħieles tal-Unjoni, aġġustati għal livell mill-fabbrika; u

l-prezzijiet medji ponderati korrispondenti fil-livell tal-fruntiera tal-Unjoni CIF għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi li kkooperaw tal-pajjiż ikkonċernat lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, b'aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta' wara l-importazzjoni.

(424)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, debitament aġġustati fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. L-aġġustamenti ewlenin relatati mal-ispejjeż tal-kunsinna (li jvarjaw bejn 2,7 % u 6,3 % għal kull produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun) u l-iskontijiet (li jvarjaw bejn 0,1 % u 19,5 %). Minħabba li f'dan il-każ ma kien hemm ebda importatur mhux relatat li ppreżenta ruħu, ġie miżjud kost ta' wara l-importazzjoni ta' EUR 7 għal kull tunnellata. Dan kien ukoll l-aġġustament li sar fl-investigazzjoni dwar ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ (55), sabiex b'hekk il-Kummissjoni qieset li dan l-ammont huwa xieraq ukoll għall-każ attwali: il-prodott ikkonċernat tal-investigazzjoni attwali huwa f'ħafna modi simili għal ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ.

(425)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, instab li l-importazzjonijiet sussidjati Ċiniżi waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni f'firxa ta' bejn 2,7 % u 5,6 %.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Rimarki ġenerali

(426)

B'konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-impatt li għandhom l-importazzjonijiet sussidjati fuq l-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(427)

L-indikaturi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, l-istokk, it-tkabbir, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġnijiet tad-dumping) ġew ivvalutati fil-livell tal-industrija sħiħa tal-Unjoni. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur, li ġiet kontroverifikata ma' dejta pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni u minn statistika uffiċjali disponibbli (Eurostat).

(428)

L-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi (il-prezzijiet tal-bejgħ, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, il-possibbiltà li jiġi ġġenerat kapital, il-pagi u l-kost tal-produzzjoni) twettqet fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni tagħhom, ivverifikata kif xieraq.

(429)

Sabiex tipprovdi stampa kemm jista' jkun kompluta tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisbet dejta għall-produzzjoni kollha tal-prodott ikkonċernat u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx destinata għall-użu ristrett jew għas-suq ħieles.

(430)

Għal xi indikaturi li jirrigwardjaw l-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni analizzat separatament id-dejta relatata mas-suq ħieles u dik relatata mas-suq ristrett u għamlet analiżi komparattiva. Dawn il-fatturi huma: il-bejgħ, is-sehem mis-suq, il-prezzijiet unitarji, il-kost unitarju, il-profittabilità u l-fluss tal-flus. Madankollu, indikaturi ekonomiċi oħrajn setgħu jiġu eżaminati b'mod sinifikattiv biss b'referenza għall-attività kollha, inkluż l-użu ristrett tal-industrija tal-Unjoni għaliex jiddependu fuq l-attività kollha, kemm jekk il-produzzjoni hija ristretta kif ukoll jekk tinbiegħ fis-suq ħieles. Dawn il-fatturi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, l-impjiegi, il-produttività, l-istokkijiet u l-kostijiet lavorattivi. Għal dawn il-fatturi, ikun ġustifikat li ssir analiżi tal-industrija kollha tal-Unjoni sabiex tiġi stabbilita stampa sħiħa tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni, minħabba li d-dejta inkwistjoni ma tistax tiġi separata bejn bejgħ ristrett u bejgħ ħieles.

4.4.2.   L-indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(431)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità totali tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 6

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2012

2013

2014

PI

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

73 050 974

74 588 182

75 509 517

74 718 189

Indiċi (2012 = 100)

100

102

103

102

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

102 247 218

100 667 836

100 040 917

98 093 841

Indiċi (2012 = 100)

100

99

98

96

Użu tal-kapaċità

71,4 %

74,1 %

75,5 %

76,2 %

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer

(432)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 2 %, minkejja l-fatt li produttur Taljan wieħed tal-Unjoni naqqas konsiderevolment il-produzzjoni tiegħu matul l-istess perjodu (- 3 miljun tunnellata).

(433)

Iċ-ċifri tal-kapaċità rapportati jirreferu għall-kapaċità teknika, li jimplika li kienu tqiesu l-aġġustamenti, meqjusa bħala standards mill-industrija, għall-ħin tat-twaqqif, għall-manutenzjoni, għall-ostakoli u għal perjodi normali oħra ta' waqfien. Matul il-perjodu kkunsidrat il-kapaċità tal-produzzjoni naqset minħabba l-waqfien tal-produzzjoni fil-Belġju u fl-Italja.

(434)

Iż-żieda fir-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità rriżultat minn żieda żgħira fil-volum tal-produzzjoni prinċipalment minħabba ż-żieda fil-konsum ristrett (+ 4 %) u l-konsum ħieles (+ 12 %) u dan minkejja t-tnaqqis sinifikanti tal-volum ta' produzzjoni primarjament minn produttur wieħed tal-Unjoni Taljan.

4.4.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(435)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles żviluppaw kif ġej:

Tabella 7

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq (suq ħieles)

 

2012

2013

2014

PI

Il-volum tal-bejgħ (tunnellati)

27 273 319

27 468 243

27 910 748

27 327 906

Indiċi (2012 = 100)

100

101

102

100

Sehem mis-suq

86,8 %

85,1 %

84,2 %

77,7 %

Indiċi (2012 = 100)

100

98

97

90

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer u tal-Eurostat

(436)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija fis-suq tal-Unjoni baqa' relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri bejn 27 u 28 miljun tunnellata.

(437)

Matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni f'termini ta' konsum tal-Unjoni naqas b'aktar minn 9 punti perċentwali, jiġifieri minn 86,8 % għal 77,7 %. It-tnaqqis tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni qabeż b'mod sinifikanti ż-żieda żgħira fil-bejgħ tagħha fis-suq ħieles tal-Unjoni.

(438)

Fir-rigward tas-suq ristrett fis-suq tal-Unjoni, matul il-perjodu kkunsidrat il-volum ristrett u s-sehem mis-suq żviluppaw kif ġej:

Tabella 8

Volum ristrett fis-suq tal-Unjoni u s-sehem mis-suq

 

2012

2013

2014

PI

Volum ristrett fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

40 775 889

42 418 062

42 887 175

42 271 071

Indiċi (2012 = 100)

100

104

105

104

Produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni (tunnellati)

73 050 974

74 588 182

75 509 517

74 718 189

% tal-volum ristrett meta mqabbel mal-produzzjoni totali

55,7 %

56,7 %

56,6 %

56,4 %

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer u tal-Eurostat

(439)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum ristrett tal-industrija tal-Unjoni (magħmul minn użu ristrett u bejgħ ristrett fis-suq tal-Unjoni) fis-suq tal-Unjoni żdied b'4 %, minn madwar 40,7 miljun tunnellata fl-2011 għal 42,2 miljun tunnellata matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(440)

Is-sehem mis-suq ristrett tal-industrija tal-Unjoni (espress bħala perċentwal tal-produzzjoni totali) baqa' stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, fejn ivarja bejn 55,7 % u 56,7 %.

4.4.2.3.   Impjiegi u produttività

(441)

L-impjiegi ġew ikkalkulat billi ttieħdu biss il-ħaddiema li jaħdmu direttament għall-prodott simili fl-impjanti differenti tal-azzar tal-produtturi tal-Unjoni. Dan il-metodu pprovda dejta preċiża li hija relattivament faċli li tiġi determinata.

(442)

Matul il-perjodu kkunsidrat l-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej:

Tabella 9

L-impjiegi u l-produttività

 

2012

2013

2014

PI

Għadd ta' impjegati

(Impjiegi / impjegati full time)

18 729

18 632

17 739

17 829

Indiċi (2012 = 100)

100

99

95

95

Produttività (tunnellata / impjegat)

3 900

4 003

4 257

4 191

Indiċi (2012 = 100)

100

103

109

107

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer

(443)

Il-livell tal-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat sabiex jitnaqqsu l-kostijiet tal-produzzjoni u tinkiseb effiċjenza fid-dawl tal-kompetizzjoni dejjem tiżdied minn importazzjonijiet Ċiniżi u oħrajn fis-suq. Dan irriżulta fi tnaqqis tal-ħaddiema b'5 % matul il-perjodu kkunsidrat, mingħajr ma ttieħed f'kunsiderazzjoni xi impjieg indirett. Bħala konsegwenza u fid-dawl tal-volum tal-produzzjoni li qed jiżdied ftit (+2 %) matul il-perjodu kkunsidrat, il-produttività tal-ħaddiema tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni għal kull persuna impjegata fis-sena, żdiedet ħafna aktar (+7 %) miż-żieda fil-produzzjoni attwali. Dan juri li l-industrija tal-Unjoni kienet lesta tadatta għat-tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq sabiex tibqa' kompetittiva.

4.4.2.4.   Inventarji

(444)

Il-livelli tal-istokk tal-produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Inventarji

 

2012

2013

2014

PI

Stokks tal-għeluq (tunnellati)

2 908 745

2 646 989

2 653 224

2 798 420

Indiċi (2012 = 100)

100

91

91

96

Stokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

4,0 %

3,5 %

3,5 %

3,7 %

Indiċi (2012 = 100)

100

89

88

94

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer

(445)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-livell tal-istokks tal-għeluq naqas bi ftit. Il-maġġoranza tat-tipi tal-prodott simili huma prodotti mill-industrija tal-Unjoni skont ordnijiet speċifiċi tal-utenti. Għalhekk, l-istokks mhumiex meqjusa bħala indikatur importanti ta' dannu għal din l-industrija. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-analiżi tal-evoluzzjoni tal-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni. Kif jidher hawn fuq, dan l-indikatur baqa' relattivament stabbli f'madwar 3,5 % sa 4 % tal-volum tal-produzzjoni.

4.4.2.5.   Id-daqs tal-ammont ta' sussidji kumpensatorji

(446)

L-ammont ta' sussidji kumpensatorji għaċ-Ċina, speċifikat hawn fuq fit-taqsima dwar is-sussidji, huwa wieħed sinifikanti. Meta jitqiesu l-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiż ikkonċernat, l-impatt tal-marġnijiet effettivi tas-sussidji ma jistax jitqies li kien negliġibbli.

4.4.2.6.   Tkabbir

(447)

Il-konsum tal-Unjoni (suq ħieles) żdied b'madwar 12 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni baqa' stabbli. L-industrija tal-Unjoni għalhekk tilfet sehem mis-suq, għall-kuntrarju tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat li żdied b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.3.   L-indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(448)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-prezzijiet medji ponderati ta' unità ta' bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq ħieles fl-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 11

Prezzijiet tal-bejgħ fis-suq ħieles fl-Unjoni

 

2012

2013

2014

PI

Prezz tal-bejgħ (EUR / tunnellata)

553

498

471

427

Indiċi (2012 = 100)

100

90

85

77

Kost għal kull unità ta' produzzjoni (EUR / tunnellata)

572

511

469

431

Indiċi (2012 = 100)

100

89

82

75

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(449)

It-tabella ta' hawn fuq turi l-evoluzzjoni tal-prezz tal-bejgħ unitarju fis-suq liberu tal-Unjoni meta mqabbel mal-kost tal-produzzjoni korrispondenti. Bħala medja, il-prezzijiet tal-bejgħ kienu inqas mill-kost unitarju tal-produzzjoni, bl-eċċezzjoni tal-2014, meta s-suq beda jirkupra u meta s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien aktar baxx milli kien fil-perjodu ta' investigazzjoni.

(450)

Fl-2012 u l-2013, il-konsegwenza tal-kriżi tad-dejn fiż-żona tal-Euro, flimkien ma' tnaqqis fid-domanda għall-azzar fl-2012, affettwaw b'mod negattiv il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Fl-2014, kif ukoll fl-ewwel nofs tal-2015, l-industrija tal-Unjoni bdiet tirkupra, minħabba l-isforzi akbar biex tibqa' kompetittiva, b'mod partikolari billi żdiedet il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, kif stabbilit fil-premessa (443), li wassal għal żidiet fil-produttività u f'użu aħjar tal-kapaċità.

(451)

Minkejja dawn l-isforzi, l-ispejjeż tal-produzzjoni baqgħu ġeneralment ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ, li qed jonqsu, u sabiex jiġi limitat it-telf fis-sehem mis-suq, il-produtturi tal-Unjoni segwew l-ispiral 'l isfel fil-prezzijiet u naqqsu b'mod sinifikanti l-prezz tal-bejgħ tagħhom, b'mod partikolari matul l-2015. Billi l-prodott ikkonċernat huwa komodità, il-produtturi tal-Unjoni kellhom isegwu l-ispirall tat-tnaqqis fil-prezz matul il-perjodu kkunsidrat.

(452)

Fost il-produtturi fil-kampjun, ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, tal-azzar mhux illigat jew ta' liga oħra tal-azzar għall-konsum ristrett ġew trasferiti jew inbiegħu bi prezzijiet ta' trasferiment għal ipproċessar downstream ulterjuri bl-użu ta' politiki differenti ta' pprezzar. Għaldaqstant, ma tista' ssir ebda konklużjoni siewja mill-evoluzzjoni tal-prezz tal-użu ristrett.

4.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(453)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-kost lavorattiv medju tal-produtturi tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 12

Spejjeż medji tax-xogħol għal kull impjegat

 

2012

2013

2014

PI

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

63 722

63 374

66 039

66 023

Indiċi (2011 = 100)

100

99

104

104

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(454)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-paga medja għal kull impjegat żdiedet b'4 %.

4.4.3.3.   Il-profittabilità, il-fluss ta' flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(455)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 13

Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti u reddittu fuq l-investimenti

 

2012

2013

2014

PI

Il-profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni fis-suq ħieles (% tal-fatturat tal-bejgħ)

– 3,3 %

– 2,7 %

0,4 %

– 0,8 %

Fluss tal-flus (EUR '000)

150 190

139 285

221 982

122 723

Indiċi (2012 = 100)

100

93

148

82

Investimenti (EUR '000)

334 789

256 013

289 581

291 771

Indiċi (2012 = 100)

100

76

86

87

Redditu fuq l-investiment

– 4,5 %

– 3,5 %

0,5 %

– 1,0 %

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(456)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni billi esprimiet it-telf nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili fis-suq ħieles fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ.

(457)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-profittabilità żviluppat b'mod negattiv: sar telf matul it-tliet snin kollha, bl-eċċezzjoni tal-2014. Filwaqt li l-telf fis-snin 2012 u 2013 huwa marbut parzjalment mal-konsegwenzi tal-kriżi tad-dejn fiż-Żona tal-Euro (apparti tnaqqis fid-domanda għall-azzar fl-2012), il-produtturi tal-Unjoni setgħu jirkupraw parzjalment matul l-2014 u fl-ewwel nofs tal-2015.

(458)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-ħila tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw huma stess l-attivitajiet tagħhom. Ix-xejra fil-fluss nett tal-flus tvarja ħafna waqt il-perjodu kkunsidrat, iżda ġeneralment baqgħet pjuttost pożittiva, l-aktar minħabba spejjeż mhux fi flus bħad-deprezzament.

(459)

Minħabba li r-redditu fuq l-investiment baqa' negattiv b'mod ġenerali matul is-snin kollha, bl-eċċezzjoni tal-2014, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-livell tal-investimenti tagħha bi 13 % bejn l-2012 u l-2015. Il-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital ġiet affettwata mit-telf imġarrab matul il-perjodu kkunsidrat kif jista' jidher mit-tnaqqis fl-investimenti.

(460)

Fl-aħħar nett, it-tabella ta' hawn taħt fiha analiżi dettaljata għal kull trimestru tal-2015, hekk kif l-ilmentatur allega fl-ilment tiegħu li kien hemm deterjorament sinifikanti fit-tieni nofs tal-2015. Tabilħaqq, id-dejta fit-tabella tikkonferma deterjorament sinifikanti, fit-tieni nofs tal-2015, tal-profittabilità u tal-valur tal-bejgħ nett minħabba tnaqqis ulterjuri fil-prezzijiet tal-bejgħ fuq is-suq ħieles tal-Unjoni.

Tabella 14

Il-profittabilità kull trimestru tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

Trimestru tal-2015

Il-profittabilità (Telf) tal-kumpaniji għal kull trimestru tas-sena (f'miljuni ta' euro)

Prezz tal-bejgħ nett kull tunnellata

Bejgħ nett fis-suq ħieles

(f'miljuni ta' euro)

Persentaġġ tal-profittabilità

L-ewwel

37,98

444,71

1 073,34

3,5 %

It-tieni

22,78

436,19

1 001,60

2,3 %

It-tielet

– 22,92

426,36

857,49

– 2,7 %

Ir-raba'

– 69,80

392,92

699,47

– 10,0 %

Totali

– 31,9

427,2

3 631,9

– 0,8 %

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

4.4.4.   Konklużjoni dwar id-dannu materjali

(461)

Minn naħa waħda, l-industrija tal-Unjoni b'mod ġenerali setgħet iżżid il-volumi tal-produzzjoni tagħha bi ftit (minkejja t-tnaqqis sinifikanti fil-produzzjoni prinċipalment minn produttur Taljan maġġuri wieħed) u ttejjeb ir-rata tal-użu tal-kapaċità tagħha minħabba ż-żieda fil-konsum ristrett u ħieles. Ħadet ukoll azzjonijiet konkreti biex ittejjeb l-effiċjenza billi żammet kontroll iebes fuq il-kost tal-manifattura (prinċipalment tal-materja prima) u billi żiedet il-produzzjoni għal kull impjegat. Bħala riżultat, l-ispiża tal-produzzjoni naqset b'25 %. Barra minn hekk, matul il-perjodu kollu kkunsidrat il-fluss tal-flus tagħha baqa' pożittiv. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun xorta setgħu jagħmlu investimenti ta' madwar 250 — 330 miljun euro fis-sena matul il-perjodu kkunsidrat.

(462)

Min-naħa l-oħra, minkejja l-isforzi tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat biex ittejjeb il-prestazzjoni ġenerali tagħha, indikaturi oħra ta' dannu juru deterjorament tas-sitwazzjoni fis-suq ħieles: Bl-eċċezzjoni tal-2014 u l-bidu tal-2015, meta l-industrija tal-Unjoni bdiet tirkupra ftit, kien hemm telf matul il-perjodu kollu kkunsidrat, li laħaq livelli mhux sostenibbli fit-tieni nofs tal-2015. Tabilħaqq, minkejja l-fatt li l-volumi tal-bejgħ baqgħu relattivament stabbli fis-suq ħieles tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq u kellha tnaqqas l-investimenti fid-dawl tar-redditu negattiv fuq l-investiment.

(463)

Fid-dawl ta' dan, ġie konkluż li d-dejta ta' hawn fuq turi li l-industrija tal-Unjoni kienet f'sitwazzjoni batuta fl-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni (56) iżda mhux sal-punt li l-industrija tal-Unjoni kienet sofriet dannu materjali matul il-perjodu kkunsidrat fis-sens tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku.

(464)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ ma qabilx mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-industrija tal-Unjoni kienet f'sitwazzjoni batuta fl-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni għar-raġunijiet li ġejjin:

L-ewwel nett, il-volum ta' produzzjoni totali żdied bi 2 % bejn l-2012 u l-perjodu ta' investigazzjoni. Barra minn hekk, l-użu tal-kapaċità ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b'4,8 % matul il-perjodu kkunsidrat;

It-tieni, il-volumi ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni baqgħu stabbli, u tnaqqis fis-sehem mis-suq b'disa' punti perċentwali ma jkunx daqstant sinifikanti fid-dawl tal-fatt li l-industrija tal-Unjoni xorta waħda żammet sehem dominanti ta' 77,7 % fil-perjodu ta' investigazzjoni;

It-tielet, minkejja li l-impjiegi naqsu b'5 % matul il-perjodu kkunsidrat, dan għandu jitqies fid-dawl ta' żieda parallela ta' 7 % fil-produttività.

Ir-raba', it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ għandu jitqies fil-kuntest ta' tnaqqis simili fil-kostijiet għall-unità tal-produzzjoni. Minn barra dan, il-GTĊ ma qabilx mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-profittabilità żviluppat negattivament matul il-perjodu kkunsidrat għaliex, fil-fatt, kien hemm titjib ta' 2,5 % meta mqabbel mal-2012. Barra minn hekk, id-dejta tindika li l-fluss ta' flus tal-industrija tal-Unjoni baqa' pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat kollu u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun xorta waħda setgħu jagħmlu investimenti ta' madwar 250–330 miljun euro fis-sena.

Il-ħames, paragun tal-fatti ta' dan il-każ ma' dawk tal-Kawża T-528/09 Hubei Xinyegang Steel vs il-Kunsill  (57) jindika li l-fatti f'dan il-każ tal-aħħar kienu ħafna aktar indikattivi ta' pożizzjoni batuta tal-industrija tal-Unjoni.

(465)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx l-argumenti tal-GTĊ imsemmija hawn fuq abbażi ta' dawn ir-raġunijiet li ġejjin:

L-ewwel nett, rigward l-argumenti tal-GTĊ dwar id-dejta tal-produzzjoni u tal-kapaċità ta' produzzjoni, il-Kummissjoni rrikonoxxiet, kif deskritt fil-premessa (461) aktar 'il fuq, il-fatt li xi indikaturi makroekonomiċi (bħall-volumi ta' produzzjoni, ir-rati ta' użu tal-kapaċità minħabba ż-żieda fil-konsum ristrett u ħieles) kienu għadhom qegħdin isegwu xejra pożittiva. Madankollu, dawn ix-xejriet, ma jpoġġux f'dubju l-konklużjonijiet kumplessivi li l-industrija tal-Unjoni kienet f'sitwazzjoni batuta fl-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni billi indikaturi oħra wrew li l-industrija tal-Unjoni marret mill-ħażin għall-agħar, kif deskritt fil-premessa (462).

It-tieni, fir-rigward tal-argumenti tal-GTĊ dwar id-dejta tal-volumi ta' bejgħ u tas-sehem mis-suq, fil-premessa (436) aktar 'il fuq, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-volum ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni baqa' relattivament stabbli. Madankollu, il-Kummissjoni ma qablitx mal-GTĊ li tnaqqis b'disa' punti perċentwali fis-sehem mis-suq mhuwiex sinifikanti. Fil-fatt, kif spjegat fil-premessa (437) aktar 'il fuq, il-Kummissjoni sabet li “it-tnaqqis tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni qabeż b'mod sinifikanti ż-żieda żgħira fil-bejgħ tagħha fis-suq tal-Unjoni”. L-analiżi hija bbażata fuq l-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi, irrispettivament minn jekk sarux xi lmenti jew le. Iż-żidiet minn produtturi tal-Unjoni li ma ressqux ilmenti huma marġinali meta mqabbla mat-tnaqqis fuq skala kbira ferm tal-produtturi tal-Unjoni li ressqu lment.

It-tielet, fir-rigward tal-argumenti tal-GTĊ dwar l-impjiegi u l-produttività, il-Kummissjoni rrikonoxxiet fil-premessa (442) aktar 'il fuq li l-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala output per capita, żdiedet ħafna aktar (+ 7 %) miż-żieda fil-produzzjoni effettiva. Barra minn hekk, anki kieku l-Kummissjoni kellha teskludi l-impjiegi għas-segment tas-suq magħluq, l-indikatur juri biċ-ċar it-tnaqqis per capita tal-persuni li kien jaħdmu fl-HRF matul il-perjodu kkunsidrat.

Ir-raba', fir-rigward tal-argumenti tal-GTĊ dwar it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ u tnaqqis simili fil-kostijiet għall-unità tal-produzzjoni, il-profittabilità, u l-flussi ta' flus, il-Kummissjoni ma laqgħethomx għar-raġunijiet segwenti:

Dwar it-tnaqqis simili fil-kost għall-unità u l-prezz tal-bejgħ, il-Kummissjoni rrikonoxxiet fit-Tabella 11 tal-premessa (448) aktar 'il fuq li l-evoluzzjoni tal-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni huwa simili għall-evoluzzjoni tal-kost tal-unità tal-produzzjoni. Madankollu, kif indikat fil-premessa (449) aktar 'il fuq, il-Kummissjoni indikat ukoll il-fatt li bħala medja, il-prezzijiet tal-bejgħ kienu bħala inqas mill-kost tal-unità tal-produzzjoni, bl-eċċezzjoni tal-2014, meta s-suq beda jirkupra u meta s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien aktar baxx milli kien fil-perjodu ta' investigazzjoni. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa (589) aktar 'l isfel, il-kost tal-produzzjoni fl-industrija tal-Unjoni naqas b'kollox b'25 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu b'perċentwali akbar, jiġifieri bi 33 % matul l-istess perjodu (ara l-premessa (517) aktar 'l isfel. Apparti minn hekk, kif indikat fil-premessa (590) hawn taħt, l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżomm il-livelli tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha sabiex tikseb il-benefiċċji minn tnaqqis fil-kostijiet tagħha. Madankollu, dan ma setgħetx tagħmlu minħabba l-importazzjonijiet issussidjati bi prezzijiet aktar baxxi miċ-Ċina.

Fir-rigward tal-affermazzjoni tal-GTĊ li l-profittabilità ma żviluppatx negattivament matul il-perjodu kkunsidrat iżda saħansitra tjiebet bi 2,5 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni meta mqabbla mal-2012, il-Kummissjoni ma qablitx ma' dan l-argument għar-raġunijiet segwenti. Il-Kummissjoni rreferiet għall-premessa (544) aktar 'l isfel fejn irriżultalha li, anki jekk it-telf għall-perjodu ta' investigazzjoni kien – 0,8 %, il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun laħqet il-livell insostenibbli ta' – 10 % fir-raba' trimestru tal-2015, meta kienet inħasset l-aktar il-pressjoni tal-prezzijiet Ċiniżi.

Fir-rigward tal-fluss tal-fluss pożittiv, il-Kummissjoni diġà kienet irrikonoxxiet dan il-fatt fil-premessa (461) aktar 'il fuq bħala parti minn dawk l-indikaturi ta' dannu li żviluppaw pożittivament matul il-perjodu kkunsidrat.

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-paragun ta' dan il-każ mal-Kawża T-528/09 Hubei Xinyegang Steel vs il-Kunsill: hawnhekk, il-GTĊ isostni li l-fatti allegatament jindikaw li fil-każ tal-aħħar kien hemm ferm aktar elementi indikattivi ta' pożizzjoni batuta tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-affermazzjoni tal-GTĊ minħabba dan li ġej: il-valutazzjoni tal-Kummissjoni f'dan il-każ kienet tikkonforma mal-ġurisprudenza ċċitata. Kuntrarjament għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 926/2009 (58), li kien ir-regolament inkwistjoni fil-Kawża T-528/09 Hubei Xinyegang Steel vs il-Kunsill, għandha tittieħed nota tal-fatt li:

l-ewwel nett, kull investigazzjoni li twettaq il-Kummissjoni hija speċifika skont il-fatti fiha nnifisha, inkluż f'rabta mal-ambitu tal-prodott, l-industrija involuta, u l-indikaturi ta' dannu li jirrikjedu kunsiderazzjoni;

f'dan ir-rigward, każ ta' theddida ta' dannu huwa biċċa xogħol ferm aktar kumplessa. Għalhekk, filwaqt li paragun bejn investigazzjonijiet ta' dannu dwar prodotti, industriji u perjodi ta' investigazzjoni li huma differenti diġà huwa kompitu iebes, paragun bejn investigazzjonijiet ta' theddida ta' dannu huwa kompitu tassew iebes u biċċa xogħol kumplessa minħabba l-għadd kbir ta' fatturi kwalifikanti involuti f'sejba ta' theddida ta' dannu. Dak il-paragun ma jistax ikun iddeterminat abbażi ta' fattur wieħed biss, jew inkella, kif donnu qed jinsinwa l-GTĊ, abbażi ta' sempliċi paragun bejn il-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq; u;

it-tielet, il-Kummissjoni analizzat u vvalutat bir-reqqa d-dejta ta' wara l-PI sa fejn kien possibbli sabiex tikkonferma jew tinvalida l-konklużjonijiet tagħha, kif titlob dik is-sentenza, u sabet li l-industrija tal-Unjoni kienet f'sitwazzjoni dgħajfa fl-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni, iżda mhux sal-punt li l-industrija tal-Unjoni kienet sofriet dannu materjali matul il-perjodu kkunsidrat fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. Bħala tali, u b'kuntrast importanti mal-konklużjonijiet tal-Kawża T-528/09, l-indikaturi ta' dannu kkunsidrati ma jiddeskrivux stampa ta' industrija f'sitwazzjoni b'saħħitha, li skont il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali kien effettivament il-każ fil-konfront tal-industrija inkwistjoni f'dan ir-rigward (59).

Fil-qosor, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-GTĊ ma jqajjem ebda fattur ieħor għajr għal dawk il-fatturi kkunsidrati li jistgħu jixħtu dubju fuq il-konklużjonijiet inkwistjoni: fl-argumentazzjoni tiegħu, il-GTĊ jirreferi prinċipalment għall-indikaturi li kienu għadhom pożittivi fi tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni u li l-Kummissjoni rrikonoxxiethom fil-premessa (461) aktar “il fuq. Madankollu, il-GTĊ ma jipprovdi l-ebda spjegazzjoni li tista” tixħet dubju fuq, pereżempju, il-konklużjonijiet fil-premessa (462) aktar 'il fuq li fiha l-Kummissjoni elenkat l-indikaturi l-oħra, li wrew li s-sitwazzjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni marret mill-ħażin għall-agħar. Fil-premessa (462) aktar 'il fuq, il-Kummissjoni, apparti r-referenza tagħha għat-telf fis-sehem mis-suq u t-tnaqqis tal-investimenti fid-dawl tar-redditu negattiv fuq l-investiment, enfasizzat ukoll li t-telf laħaq livell insostenibbli fit-tieni nofs tal-2015. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma laqgħet ebda argument tal-GTĊ f'dan ir-rigward.

(466)

B'hekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stipulati fil-premessi minn (461) sa (463), u kkonkludiet li d-dejta turi li l-industrija tal-Unjoni kienet f'sitwazzjoni dgħajfa fl-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni iżda mhux sal-punt li l-industrija tal-Unjoni kienet sofriet dannu materjali matul il-perjodu kkunsidrat fis-sens tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku.

5.   THEDDIDA TA' DANNU

5.1.   Introduzzjoni

(467)

Fl-analiżi ta' theddida ta' dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni, skont l-Artikolu 8(8), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament bażiku, hawn taħt qed jiġu kkunsidrati tali fatturi bħal:

in-natura tas-sussidju jew sussidji inkwistjoni u l-effetti kummerċjali li aktarx jirriżultaw minnhom;

xi rata sinifikanti ta' żieda fl-importazzjonijiet sussidjati fis-suq tal-Unjoni li tindika l-possibbiltà ta' żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet;

biżżejjed kapaċità liberament disponibbli tal-produttur esportatur min-naħa tal-esportatur jew żieda sostanzjali u imminenti f'tali kapaċità li tindika l-probabbiltà ta' żieda sostanzjali ta' esportazzjonijiet sussidjati lejn l-Unjoni, filwaqt li tqieset id-disponibbiltà ta' swieq oħrajn tal-esportazzjoni sabiex jassorbu kwalunkwe esportazzjoni addizzjonali;

jekk l-importazzjonijiet hux qed jidħlu bi prezzijiet li, sa punt sinifikanti, inaqqsu ferm il-prezzijiet jew jimpedixxu żidiet fil-prezzijiet li b'mod ieħor xorta kienu jiġru, u jekk probabbilment iżidux id-domanda għal aktar importazzjonijiet, u;

il-livell tal-inventarji.

(468)

Kif tindika l-kelma “bħal” fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku, flimkien ma' dawn il-ħames fatturi, jistgħu jiġu analizzati wkoll fatturi oħra għad-determinazzjoni ta' theddida ta' dannu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni analizzat ukoll fatturi bħall-profittabilità u d-dħul ta' ordnijiet, li għalihom kellha dejta disponibbli mill-perjodu ta' investigazzjoni u minn wara l-perjodu ta' investigazzjoni.

(469)

Fir-rigward tal-perjodu kkunsidrat, il-Kummissjoni analizzat id-dejta miġbura għall-2012–2015, minħabba l-ħtieġa li jkun hemm komprensjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-industrija tal-Unjoni sabiex ikun jista' jiġi ddeterminat jekk hemmx theddida ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni (60).

(470)

Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza, f'ċerti ċirkostanzi, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma intitolati li jqisu dejta mill-perjodu ta' wara l-investigazzjoni meta jwettqu investigazzjonijiet antidumping (u bħala konsegwenza dazju kumpensatorju) li jkunu nbdew abbażi ta' allegazzjonijiet ta' theddida ta' dannu. Tabilħaqq, il-ġurisprudenza tqis li min-natura tagħha, id-determinazzjoni dwar jekk hemmx theddida ta' dannu tirrikjedi analiżi prospettiva.

(471)

Għalhekk, il-Kummissjoni wettqet analiżi prospettiva għall-fatturi kollha. Barra minn hekk, hija setgħet tiġbor dejta dwar l-importazzjonijiet sussidjati, il-kapaċità Ċiniża u l-prezzijiet tal-importazzjoni għall-perjodu bejn Jannar 2016 u Frar 2017 sabiex tikkonferma jew tinvalida l-previżjonijiet, kif mitlub mill-Qorti (61). Madankollu, għall-profittabilità u d-dħul tal-ordnijiet, ma kienx hemm dejta komprensiva disponibbli għall-perjodu Jannar-Settembru 2016 u kien hemm biss dejta parzjali sal-aħħar ta' Ġunju 2016. Għal-livell ta' inventarji, ma setgħet tinstab ebda dejta komprensiva, iżda sempliċiment dejta parzjali sal-ewwel trimestru tal-2017.

(472)

Fl-aħħar nett, l-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-konstatazzjoni ta' theddida ta' dannu materjali trid tkun ibbażata fuq fatti u mhux fuq sempliċi allegazzjoni, tbassir jew possibbiltà remota u li bidla fiċ-ċirkostanzi li toħloq sitwazzjoni li fiha s-sussidju jikkawża dannu trid tkun prevista b'mod ċar u tkun imminenti.

(473)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ fakkar li l-konstatazzjoni ta' theddida ta' dannu materjali hija standard għoli x'wieħed jissodisfa. It-theddida trid tkun ċara daqs il-kristall miċ-ċirkostanzi tal-każ u li l-awtorità investigattiva trid taġixxi b'attenzjoni speċjali. Bħala punt preliminari, il-GTĊ sostna li analiżi mill-qrib tal-fatturi li tqiesu mill-Kummissjoni wriet li l-Kummissjoni ma ssodisfatx dan l-istandard għoli sabiex tinstab theddida ta' dannu.

(474)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-affermazzjoni mill-GTĊ għar-raġunijiet spjegati fid-dettall fit-Taqsima 5.2 aktar 'l isfel li tkopri l-analiżi tal-fatturi kollha li tqiesu. Il-Kummissjoni adottat approċċ komprensiv. Hija pponderat u vvalutat mhux biss il-fatturi kollha li huma elenkati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(9) tar-Regolament bażiku, iżda wkoll xi fatturi addizzjonali bħall-ordnijiet li daħlu u l-profittabilità.

(475)

Il-Kummissjoni fakkret ukoll li skont l-Artikoli 11 u 5 tar-Regolament bażiku, li japplikaw ukoll għal investigazzjonijiet li jinbdew abbażi ta' allegazzjonijiet ta' theddida ta' dannu, il-konklużjonijiet rappreżentattivi jridu jkunu bbażati fuq perjodu li jkun intemm qabel il-bidu tal-proċedura. L-għan ta' dan il-prinċipju huwa li jiġi żgurat li r-riżultati tal-investigazzjoni jkunu rappreżentattivi u affidabbli. B'mod partikolari, il-fatturi li fuqhom hija bbażata d-determinazzjoni ta' sussidjar u ta' dannu ma għandhomx ikunu influwenzati mill-aġir tal-produtturi kkonċernati wara l-bidu tal-proċedura, b'tali mod li d-dazju kumpensatorju definittiv impost jirrimedja b'mod effettiv id-dannu kkawżat mis-sussidjar.

5.2.   Theddida ta' dannu

5.2.1.   In-natura tas-sussidju jew tas-sussidji inkwistjoni u l-effetti kummerċjali li x'aktarx jirriżultaw minnhom

(476)

Kif ġie spjegat fil-Kapitolu 3 aktar 'il fuq, il-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-HRF ibbenefikaw minn għadd kbir ta' skemi ta' sussidju. Ħafna minnhom huma ta' natura permanenti, bħal drittijiet għall-użu tal-art, ħelsien mit-taxxa u programmi ta' għotjiet. Barra minn hekk, il-krediti li ngħataw kienu fattur kostanti tal-politika industrijali Ċiniża biex tappoġġja l-industrija tal-azzar tagħha. Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn is-sussidji kienu ta' natura strutturali. Huma x'aktarx iwasslu sabiex il-produtturi esportaturi Ċiniżi jbigħu l-prodotti tal-azzar tagħhom u l-produzzjoni dejjem tiżdied tagħhom fi swieq barranin meta l-konsum lokali ma jkunx jista' jassorbi dawn il-kwantitajiet.

5.2.2.   Rata sinifikanti ta' żieda fl-importazzjonijiet sussidjati fis-suq tal-Unjoni li tindika l-possibbiltà ta' żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet

5.2.2.1.   Data mill-PI

(477)

Bejn l-2012 u l-perjodu ta' investigazzjoni, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b'mod sinifikanti minn 246 720 tunnellata għal 1 519 304 tunnellati, kif muri fit-tabella fil-premessa (419) hawn fuq. Dawn l-importazzjonijiet seħħew b'mod konsistenti bi prezzijiet li tbaxxew kontinwament. Iż-żieda sostanzjali tas-sehem mis-suq miżmum minn dawn l-importazzjonijiet sussidjati Ċiniżi (+ 550 %) tikkonferma li l-iżvilupp ta' dawn l-importazzjonijiet ma kinitx biss il-konsegwenza ta' żieda fid-domanda (+ 12 %), iżda l-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu qegħdin jippenetraw f'suq ġdid u jiksbu sehem mis-suq b'importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi għas-spejjeż ta' atturi ekonomiċi oħrajn, inklużi produtturi tal-Unjoni.

(478)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ sostna li l-importazzjonijiet tal-HRF miċ-Ċina rriżultaw f'sehem mis-suq ta' 4,32 % biss matul il-PI filwaqt li l-industrija tal-Unjoni kellha sehem mis-suq dominanti ta' 77,7 % matul il-PI. Il-GTĊ sostna wkoll li l-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu konsistentement u sostanzjalment anqas mill-importazzjonijiet mir-Russja, u bl-eċċezzjoni tal-PI, mill-Ukrajna.

(479)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-affermazzjonijiet abbażi tar-raġuni segwenti. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-importazzjonijiet tal-HRF miċ-Ċina rriżultaw f'sehem mis-suq ta' 4,32 % fil-premessa (419) hawn fuq. Madankollu, fl-istess premessa, il-Kummissjoni indikat ukoll il-fatt li f'ċifri assoluti l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat minn 246 720 tunnellata għal 1 519 304 tunnellati matul il-PI, li wasslu għal żieda b'516 % matul il-perjodu kkunsidrat. B'mod parallel, is-sehem totali tas-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni żdied b'aktar minn ħames darbiet matul il-perjodu kkunsidrat. It-tieni, ma jistax jiġi miċħud il-fatt li ċ-Ċina kienet il-pajjiż b'żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet fl-Unjoni: Bħala tali, iż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi bejn l-2012 u l-PI kienet tammonta għal 1 273 000 tunnellata (ara l-premessa (419) aktar 'il fuq), filwaqt li ż-żieda fl-importazzjonijiet mir-Russja u mill-Ukrajna għall-istess perjodu kienet tammonta għal 373 000 tunnellata u 178 000 tunnellata rispettivament (ara l-premessa (564) aktar 'l isfel). It-tielet, l-argument li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu anqas minn dawk minn pajjiżi oħra huwa kwistjoni ta' kawżalità; iżda mhux fattur ta' rilevanza li għandu jitqies fl-analiżi tat-theddida ta' dannu, billi l-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku jirreferi għar-rata sinifikanti tal-importazzjonijiet sussidjati fis-suq tal-Unjoni.

5.2.2.2.   Dejta ta' wara l-PI

(480)

Il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied ulterjorment (bi 8,5 %) fl-ewwel nofs tal-2016 (773 275 tunnellata) (sors: Eurostat), meta mqabbel mal-ewwel nofs tal-2015 (712 390 tunnellata). Id-dejta disponibbli turi li l-importazzjonijiet sussidjati Ċiniżi mhux biss kellhom żieda sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat, iżda turi wkoll li sa Ġunju 2016 din ix-xejra ma kinitx twaqqfet jew treġġgħet lura.

(481)

Madankollu, min-naħa l-oħra, id-dejta disponibbli għall-perjodi addizzjonali minn Lulju sa Settembru 2016, minn Ottubru sa Diċembru 2016 u minn Jannar sa Frar 2017 turi li l-importazzjonijiet sussidjati Ċiniżi bdew jonqsu meta mqabbla mal-PI (2015) u mal-perjodu ta' wara l-PI, jiġifieri minn Jannar sa Ġunju 2016, meta espressi abbażi ta' medji fix-xahar.

Tabella 15

L-evoluzzjoni tal-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi (tunnellati)

 

2014

PI (2015)

Jannar — Ġunju 2016

Lulju — Settembru 2016

Ottubru — Diċembru 2016

Jannar-Frar 2017

Volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina

592 104

1 519 304

773 275

296 267

1 460

5 024

Medja tal-importazzjonijiet Ċiniżi fix-xahar

49 342

126 608

128 879

98 756

486

2 512

Sors: Eurostat

(482)

B'hekk, il-Kummissjoni sabet — f'konformità mad-dikjarazzjonijiet tal-Gvern taċ-Ċina fis-sottomissjoni tiegħu (62) — li x-xejra ta' żieda fil-volumi tal-importazzjoni kienet waqfet. Madankollu, meta kienet qed tivvaluta s-sinifikat u l-affidabbiltà ta' dawn iċ-ċifri sabiex tiġi kkonfermata jew invalidata l-analiżi tat-theddida ta' dannu, il-Kummissjoni osservat ukoll li:

(a)

Il-volumi tal-importazzjonijiet medji Ċiniżi fix-xahar matul il-perjodu Lulju-Settembru 2016 għadhom id-doppju tal-importazzjonijiet medji fix-xahar fl-2014;

(b)

It-tnaqqis fil-volumi tal-importazzjonijiet medji Ċiniżi fix-xahar minn Lulju 2016 sa Settembru 2016 (imqabbel mal-2015) jista' jiġi spjegat minn:

l-effett dissważiv tat-talba għal reġistrazzjoni mill-ilmentatur fil-5 ta' April 2016 u l-aġġornament tagħha f'Ġunju 2016 dwar id-dejta finanzjarja fil-proċediment antidumping kontra importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina fuq il-prodott ikkonċernat (li, madankollu, ġiet irtirata biss f'nofs Awwissu 2016);

l-adozzjoni mill-Kummissjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1329 tad-29 ta' Lulju 2016 li jimponi d-dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet reġistrati ta' ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Federazzjoni Russa (63), li taħtu għall-ewwel darba nġabru d-dazji antidumping b'mod retroattiv u;

l-għarfien dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiddeċiedi dwar miżuri proviżorji fi żmien 8 xhur mill-bidu (minflok 9 xhur).

(c)

It-tnaqqis sinifikanti fil-volumi tal-importazzjonijiet medji Ċiniżi fix-xahar minn Ottubru 2016 sa Frar 2017 jista' jiġi spjegat mill-impożizzjoni ta' miżuri antidumping proviżorji fis-7 ta' Ottubru 2016 fil-proċediment antidumping parallel li kien għaddej (64).

(483)

Dwar ir-raġuni għaliex l-esportazzjonijiet Ċiniżi naqsu l-aktar mit-tieni nofs tal-2016 “il quddiem, il-Kummissjoni indikat l-erba” fatti li ġejjin bħala spjegazzjoni probabbli:

Abbażi tal-Komunikazzjoni dwar l-Azzar mill-Kummissjoni tas-16 ta' Marzu 2016 (“Azzar: Iż-żamma tal-impjiegi sostenibbli u t-tkabbir fl-Ewropa”) (65) il-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu ġew mgħarrfa dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li “se tuża l-marġni disponibbli minnufih biex tħaffef aktar l-adozzjoni ta' miżuri proviżorji billi tnaqqas il-proċeduri ta' investigazzjoni b'xahar (minn disa' għal tmien xhur).” Bħala riżultat ta' dan, minħabba l-bidu tal-proċediment antidumping kontra importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina fuq il-prodott ikkonċernat fit-13 ta' Frar 2016, huma kienu konxji li fil-bidu ta' Ottubru 2016 setgħu jiġu imposti miżuri proviżorji fil-proċediment antidumping kontra importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina fuq il-prodott ikkonċernat;

Fil-5 ta' April 2016, l-Ilmentatur ressaq talba għar-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ fil-proċediment antidumping kontra importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina fuq il-prodott ikkonċernat. Fit-2 ta' Ġunju 2016, l-ilmentatur aġġorna t-talba billi pprovda informazzjoni aktar reċenti. Bħala riżultat, esportaturi u produtturi esportaturi infurmati sewwa kienu jafu li kien hemm riskju li — jekk jittrasportaw il-prodott ikkonċernat mit-tieni nofs tal-2016 'il quddiem — il-prodotti simili esportati tagħhom setgħu jkunu soġġetti għal dazji retroattivi 90 jum qabel l-impożizzjoni potenzjali tad-dazji proviżorji f'Ottubru 2016 fil-proċediment antidumping kontra importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina fuq il-prodott ikkonċernat, jiġifieri sa Lulju 2016;

Fid-29 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1329 (66), li abbażi tiegħu għall-ewwel darba d-dazji antidumping inġabru b'mod retroattiv fuq ċerti prodotti tal-azzar b'laminazzjoni kiesħa, li huma wkoll prodott tal-azzar. Bħala riżultat, ir-riskju li l-miżuri jibdew japplikaw minn kmieni f'Lulju 2016 fil-proċediment antidumping kontra importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina fuq il-prodott ikkonċernat sar saħansitra aktar ċert minħabba li l-ġbir retroattiv f'dan il-każ kien jinvolvi prodott tal-azzar;

Fis-7 ta' Ottubru 2016, ġew imposti miżuri antidumping proviżorji fil-proċediment antidumping parallel li kien għaddej.

5.2.2.3.   Konklużjoni

(484)

Bejn l-2012 u l-perjodu ta' investigazzjoni, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b'mod sinifikanti minn 246 720 tunnellata għal 1 519 304 tunnellata, kif muri fit-tabella fil-premessa (419) hawn fuq. Dawn l-importazzjonijiet seħħew b'mod konsistenti bi prezzijiet li tbaxxew kontinwament. Il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied ulterjorment (bi 8,5 %) fl-ewwel nofs tal-2016 (773 275 tunnellata) (sors: Eurostat), meta mqabbel mal-ewwel nofs tal-2015 (712 390 tunnellata).

(485)

It-tnaqqis fil-volumi ta' importazzjonijiet Ċiniżi wara Lulju 2016 jista' jiġi spjegat mill-effett dissważiv tat-talba għar-reġistrazzjoni fil-proċediment antidumping kontra importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina fuq il-prodott ikkonċernat, l-għarfien dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiddeċiedi dwar miżuri proviżorji fi żmien tmien xhur mill-bidu tal-proċediment antidumping kontra importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina fuq il-prodott ikkonċernat u, fl-aħħar nett, l-impożizzjoni effettiva ta' miżuri antidumping fil-każ antidumping parallel li kien għaddej kmieni f'Ottubru 2016.

(486)

Kif indikat fit-tabella fil-premessa (481), il-livell assolut tal-volumi ta' importazzjonijiet Ċiniżi għall-perjodu ta' bejn Lulju 2016 u Settembru 2016 'il quddiem għadu għoli ħafna meta mqabbel mal-2014. Madankollu, il-livell assolut ta' volumi ta' importazzjonijiet Ċiniżi għall-perjodi Ottubru-Diċembru 2016 u Jannar-Frar 2017 naqas b'mod sinifikanti bħala riżultat tal-impożizzjoni ta' miżuri fil-proċediment antidumping parallel li kien għaddej. Dan it-tnaqqis sinifikanti matul il-perjodi Ottubru-Diċembru 2016 u Jannar-Frar 2017 waħdu juri li, meta wieħed iqis il-kapaċità żejda eżistenti fiċ-Ċina (ara l-punt 5.2.3.1. hawn taħt), huwa probabbli li dan it-tnaqqis fil-volumi ta' importazzjonijiet sussidjati ser ikun biss wieħed temporanju u li, fin-nuqqas ta' impożizzjoni ta' miżuri kumpensatorji definittivi, ix-xejra fil-volumi ta' importazzjonijiet osservata għall-perjodu Ottubru 2016-Frar 2017 terġa' titfaċċa. Għalhekk, din il-kunsiderazzjoni ma biddlitx il-valutazzjoni tal-Kummissjoni li kien hemm theddida ċara u imminenti ta' dannu fi tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni.

5.2.3.   Kapaċità suffiċjenti liberament disponibbli

5.2.3.1.   Il-kapaċità fir-RPĊ (azzar mhux maħdum u l-prodott simili)

(487)

Rigward il-kapaċità Ċiniża tal-azzar mhux maħdum, l-informazzjoni disponibbli tindika li l-kapaċità Ċiniża tal-azzar ilha għal żmien twil tiżdied b'mod rapidu. Filwaqt li fl-2004 ir-RPĊ kienet tirrappreżenta 25,6 % tal-produzzjoni dinjija totali ta' azzar mhux maħdum (67), fl-2015 kważi rdoppjat il-produzzjoni attwali tagħha u kienet tirrapreżenta 50,3 %. F'dan ir-rigward, il-Komunikazzjoni tal-Azzar mill-Kummissjoni tiddikjara dan li ġej: “…il-kapaċità ta' produzzjoni żejda f'ċerti pajjiżi terzi, b'mod partikolari fiċ-Ċina, żdied b'mod drammatiku. Il-kapaċità żejda fiċ-Ċina biss kienet stmata għal madwar 350 miljun tunnellata, kważi d-doppju tal-produzzjoni annwali tal-Unjoni.  (68).”

(488)

F'dan ir-rigward, l-OECD stmat li fl-2014, il-kapaċità totali tal-produzzjoni Ċiniża tal-azzar kienet tlaħħaq l-1 140 miljun tunnellata (69), filwaqt li l-produzzjoni Ċiniża attwali ġiet ikkalkulata li tlaħħaq it-822,8 miljun tunnellata (70). Għall-2015, il-kapaċità eċċessiva disponibbli ta' azzar mhux maħdum fiċ-Ċina hija madwar 350 miljun tunnellata, kif muri fit-tabella ta' hawn taħt.

Tabella 16

Il-produzzjoni attwali tal-prodott simili minn pajjiżi terzi (f'eluf ta' tunnellati)

Pajjiż

Kapaċità ta' azzar mhux maħdum stmat għas-sena 2015 (71)

Produzzjoni tal-azzar mhux maħdum fl-2014

Produzzjoni tal-azzar mhux maħdum fl-2015 (72)

Kapaċità eċċessiva teoretika fl-2015

Produzzjoni attwali tal-HRF fl-2014

Produzzjoni attwali tal-HRF fl-2015

Ir-Russja

90 000

71 461

70 898

19 102

26 898

27 509

Ir-RPĊ

1 153 098

822 750

803 825

349 273

317 387

322 259

L-Ukrajna

42 500

27 170

22 968

19 532

7 867

6 314

L-Iran

28 850

16 331

16 146

12 704

8 276

7 872

Il-Brażil

49 220

33 897

33 256

15 964

14 229

13 388

(489)

Iċ-ċifri aġġornati ta' hawn fuq dwar il-produzzjoni fl-2015 għall-prodotti simili juru li l-pajjiż ikkonċernat jissupera bil-bosta lill-pajjiżi esportaturi kbar l-oħrajn; iċ-ċifri aġġornati ta' hawn fuq dwar il-kapaċità fl-2015 għall-azzar mhux maħdum jindikaw ukoll li r-RPĊ biss kellha tali kapaċità eċċessiva massiva ta' azzar mhux maħdum (li laħħqet kważi t-350 miljun tunnellata fl-2015, imqabbla ma' 317-il miljun tunnellata fl-2014).

(490)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tenniet li l-kapaċità żejda fil-produzzjoni tal-azzar fir-RPĊ tikkostitwixxi indikatur importanti għall-eżistenza ta' theddida ta' dannu imminenti għall-industrija tal-Unjoni.

(491)

Barra minn hekk, din il-kapaċità żejda tal-azzar mhijiex konformi mad-domanda għall-prodott simili fir-RPĊ jew f'pajjiżi oħrajn. Fil-fatt skont studju reċenti tal-OECD, it-tkabbir fid-domanda fis-swieq globali qed jonqos u d-differenza bejn il-kapaċità/domanda qed tikber (73).

(492)

L-awtoritajiet Ċiniżi ma jikkontestawx il-fatt li l-pajjiż ikkonċernat għandu kapaċità żejda massiva tal-azzar: L-ewwel nett, fl-1 ta' Frar 2016, il-Kunsill tal-Istat Ċiniż ħareġ “Opinjoni għall-industrija tal-azzar biex issolvi l-kapaċità eċċessiva” li tistabbilixxi l-approċċ ġenerali Ċiniż biex tiġi indirizzata b'aktar determinazzjoni l-kapaċità żejda fl-industrija tal-azzar Ċiniża. Fost l-oħrajn, il-miżuri jinkludu t-tnaqqis tal-kapaċità tal-azzar mhux maħdum b'100–150 miljun tunnellata fuq medda ta' ħames snin u l-projbizzjoni stretta ta' kapaċità ta' produzzjoni ġdida. It-tieni, CISA semmiet ukoll fis-sottomissjoni tagħha li fl-aħħar ftit snin, il-gvern Ċiniż u l-assoċjazzjoni tal-azzar Ċiniża ħadu miżuri effettivi. Semmiet ukoll li ċ-Ċina ilha mill-2011 li bdiet telimina b'mod attiv il-kapaċitajiet antikwati u ssaħħaħ il-miżuri għall-iffrankar tal-enerġija. (74) Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni anedottali li, apparentement, ir-RPĊ bdiet tnaqqas il-kapaċità żejda tagħha: F'dan ir-rigward, id-Delegazzjoni tal-UE f'Beijing irrapportat li Viċi Direttur ta' CISA ddikjara li matul l-2016 ir-RPĊ x'aktarx tnaqqas 70 miljun tunnellata ta' kapaċità żejda ta' azzar (tħabbira fit-28 ta' Ottubru 2016). Barra minn hekk, Baosteel Group u Wuhan Steel Group ħabbru wkoll li f'Ottubru 2016 huma kienu diġà laħqu l-mira tagħhom tat-tnaqqis fil-kapaċità għall-2016 (tħabbira fl-24 ta' Ottubru 2016). Barra minn hekk, għandha tingħata kunsiderazzjoni lil rapport riċenti tal-OECD, li jgħid li żewġ produtturi tal-azzar importanti fiċ-Ċina skrappjaw il-faċilitajiet tagħhom fil-provinċji ta' Jilin u Anshan, li jammontaw għal total ta' 2,68 miljun tunnellata (75).

(493)

Madankollu, hemm ukoll żviluppi li jindikaw id-direzzjoni opposta, kif ġej:

Hemm rapporti li l-pajjiż ikkonċernat qed isofri minn fenomenu ta' impjanti tal-azzar “żombi” (76): dawn huma impjanti li dejjem jintqal li qed imutu iżda li fil-fatt ma jmutu qatt.

Sors ieħor irrapporta wkoll li mill-bidu tal-2016 reġgħu nfetħu 41 forn tal-blast, u rapporti aktar riċenti jindikaw ukoll il-bidu mill-ġdid ta' aktar minn 50 miljun tunnellata ta' kapaċità ta' azzar fir-RPĊ (77).

L-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar tgħid dan li ġej dwar il-produzzjoni dinjija tal-azzar mhux maħdum għall-ewwel sitt xhur tal-2016: “Il-produzzjoni dinjija tal-azzar mhux maħdum fl-ewwel sitt xhur tal-2016 kienet ta' 794,8 Mt, tnaqqis ta' – 1,9 % meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2015… Il-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum … naqset b'– 6,1 % fl-UE28… il-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum taċ-Ċina għal Ġunju 2016 kienet 69,5 Mt, żieda ta' 1,7 % meta mqabbla ma' Ġunju 2015… (78).”

Projezzjoni tal-OECD (79) tal-2016 stmat li saħansitra l-kapaċità Ċiniża kienet se tkompli tiżdied fl-2016, fl-2017 u fl-2018. Ir-rapport tal-OECD li tħejja reċentement fl-2017 (80) semma li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar fiċ-Ċina hija mistennija li tiġi stabbilizzata għal 1,16-il biljun tunnellata fis-sena (fl-2016 imqabbla mal-2015). In-naħa Ċiniża kompliet tevita li tiġi involuta fi pjattaforma bilaterali bejn l-Unjoni u r-RPĊ sabiex isir monitoraġġ tal-kapaċità żejda tal-azzar. Barra minn hekk, it-13-il Pjan ta' Ħames Snin fir-rigward tal-“Pjan dwar it-titjib u l-aġġustament tal-industrija tal-azzar” (2016-2020) jassumi li l-volum tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum huwa previst li jlaħħaq is-750–800 miljun tunnellata fl-2020 u li jkun hemm tnaqqis ta' 100–150 miljun fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum sal-2020. Dan iħeġġeġ ukoll lil dawk l-intrapriżi tal-azzar li jkunu f'pożizzjoni tajba biex imorru f'pajjiż barrani u jwaqqfu bażijiet għall-produzzjoni tal-azzar kif ukoll ċentri għall-ipproċessar u d-distribuzzjoni hemmhekk.

(494)

Bħala konklużjoni, il-kwistjoni tal-kapaċità żejda fis-settur tal-azzar fir-RPĊ hija magħrufa sewwa u rikonoxxuta wkoll mill-awtoritajiet Ċiniżi. Minkejja xi tħabbiriet li saru minn dawn tal-aħħar, mhuwiex probabbli li din il-kwistjoni tissolva fil-futur qrib: il-kapaċità żejda Ċiniża tant hija kbira li realistikament ma tistax tisparixxi fuq perjodu qasir jew medju.

(495)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ ikkummenta li s-sottomissjoni tas-CISA tal-21 ta' Marzu 2016 speċifikat li madwar 77,8 miljun tunnellata ta' kapaċità tneħħew mill-operat mill-2011 'il hawn u li l-produtturi tal-azzar Ċiniżi ħadu azzjoni wkoll u naqqsu l-output tagħhom b'aktar minn 15-il miljun tunnellata bejn Jannar u Ottubru 2015. Għaldaqstant, ġie konkluż li kull kapaċità żejda tal-HRF x'aktarx li se tonqos, minflok tiżdied b'mod sostanzjali kif inhu meħtieġ biex tkun stabbilita theddida ta' dannu fis-sens tas-subparagrafu 2(c) tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku.

(496)

Il-Kummissjoni reġgħet saħqet il-konklużjonijiet preċedenti tagħha, jiġifieri li minkejja xi tħabbiriet mill-awtoritajiet Ċiniżi, il-kwistjoni tal-kapaċità żejda taċ-Ċina x'aktarx li mhijiex se tissolva fil-futur qrib. Il-kapaċità ta' riżerva Ċiniża tant hija kbira li realistikament ma tistax tisparixxi fuq perjodu qasir jew medju. Barra minn hekk, is-subparagrafu 2(c) tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku jirreferi jew għal biżżejjed kapaċità liberament disponibbli tal-produttur esportatur min-naħa tal-esportatur jew għal żieda sostanzjali u imminenti f'tali kapaċità li tindika l-probabbiltà ta' żieda sostanzjali ta' esportazzjonijiet sussidjati lejn l-Unjoni.

(497)

Il-prodott simili huwa vvalutat li huwa parti kbira mill-produzzjoni totali tal-azzar mhux maħdum għar-raġuni li ġejja: filwaqt li l-produzzjoni totali Ċiniża tal-azzar mhux maħdum kienet ta' 822 000 miljun tunnellata u 822 698 miljun tunnellata, il-produzzjoni Ċiniża totali ta' prodotti ċatti b'laminazzjoni termali kienet ta' 311 564 miljun tunnellata (jew madwar 37,9 % tal-produzzjoni globali tal-azzar mhux maħdum) u 317 387 miljun tunnellata (jew madwar 38,6 % tal-produzzjoni globali tal-azzar mhux maħdum) rispettivament fis-snin 2013 u 2014 (81). Għalhekk, id-dejta ta' hawn fuq dwar l-azzar mhux maħdum tipprovdi wkoll indikazzjoni tajba dwar il-kapaċità żejda tal-prodott simili fir-RPĊ.

(498)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ kkummenta li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-istatistika għall-2013 u l-2014 biss mingħajr ma pprovdiet l-ebda dejta aktar riċenti. Għalhekk, huwa esprima dubji dwar l-affidabbiltà tal-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar il-firxa ta' kapaċitajiet żejda taċ-Ċina tal-HRF minħabba li dan jibbaża b'mod ġenerali fuq dejta ta' azzar mhux maħdum b'mod ġenerali, li mhuwiex neċessarjament rappreżentattiv.

(499)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx din it-talba għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel nett, l-istatistika għall-2014 u l-2013 kienet l-aħħar dejta disponibbli. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkunsidra dejta aktar riċenti. Barra minn hekk, il-GTĊ innifsu, anki jekk huwa fl-aħjar pożizzjoni, fis-sottomissjonijiet l-aktar riċenti naqas milli jipprovdi ċifri aktar aġġornati rigward il-kapaċitajiet u / jew spjegazzjoni alternattiva plawsibbli.

(500)

It-tieni nett, qed issir referenza għat-tabella fil-premessa (571) fejn il-produzzjoni attwali tal-prodott simili tar-RPĊ hija mqabbla mal-produzzjoni attwali ta' pajjiżi oħrajn għas-snin 2014 u 2013. Din it-tabella turi pereżempju li l-produzzjoni attwali tal-2014 tal-prodott simili fir-RPĊ (317,4 miljun tunnellata) hija madwar ħames (5) darbiet aktar mill-produzzjoni totali aggregata tar-Russja, l-Ukrajna, l-Iran u l-Brażil flimkien (57,4 miljun tunnellata). Din hija indikazzjoni tal-kapaċità enormi tal-produzzjoni tal-prodott simili fir-RPĊ.

(501)

It-tielet nett, l-investigazzjoni kkonfermat li matul il-perjodu ta' investigazzjoni, tlieta mill-erba' produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun jaħdmu bħala medja b'rata ta' użu tal-kapaċità ta' 65 %. Madanakollu r-raba' wieħed kellu rata ta' użu tal-kapaċità li kienet ogħla minn 80 %. B'kollox, hemm aktar minn 15-il miljun tunnellata metrika ta' kapaċità liberament disponibbli tal-prodott ikkonċernat fost erba' kumpaniji biss. Dan huwa indikatur ieħor tal-kapaċità żejda tal-prodott simili. Jekk wieħed jassumi proporzjonijiet simili minn produtturi Ċiniżi oħrajn tal-HRF, jista' jiddeduċi li hemm kapaċità żejda totali għolja ta' HRF fiċ-Ċina.

(502)

Barra minn hekk, is-suq tal-Unjoni huwa suq miftuħ b'ħafna importazzjonijiet minn diversi pajjiżi, kif muri fit-tabella fil-premessa (564). Kif muri fit-tabella 4 fil-premessa (419), il-produtturi esportaturi Ċiniżi ilhom primarjament jesportaw lejn is-suq tal-Unjoni mill-2012 'il quddiem u malajr kisbu ishma tas-suq b'importazzjonijiet bi prezz baxx għad-detriment ta' atturi ekonomiċi oħra, inklużi l-produtturi tal-Unjoni. Dan juri li matul il-perjodu kkunsidrat id-dħul kien relattivament faċli u ta' suċċess kbir għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u bħala tali hija indikazzjoni tal-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u oħrajn.

5.2.3.2.   Kapaċità ta' assorbiment ta' pajjiżi terzi

(503)

F'konformità mal-Artikolu 8(8), subparagrafu 2, lit (c) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni analizzat id-disponibbiltà ta' swieq oħra tal-esportazzjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi biex jassorbu kwalunkwe esportazzjoni addizzjonali.

(504)

F'dan ir-rigward, il-Gvern taċ-Ċina ddikjara li l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn il-Vjetnam u l-Korea t'Isfel huma madwar id-doppju tal-volum ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, filwaqt li l-esportazzjonijiet lejn il-Lvant Nofsani u lejn il-Pakistan huma bejn wieħed u ieħor l-istess bħall-volum ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.

(505)

Madanakollu, il-Kummissjoni nnotat li l-produtturi esportaturi Ċiniżi qed isibuha dejjem aktar diffiċli jaċċessaw ċerti swieq (kbar) tal-esportazzjoni minħabba miżuri ta' difiża kummerċjali (pajjiżi bħall-Istati Uniti tal-Amerika, il-Malasja, l-Indja, u l-Messiku) u / jew investigazzjonijiet (pajjiżi bħat-Tajlandja) jew żieda fid-dazji doganali (l-Afrika t'Isfel).

(506)

Id-dejta dwar il-kapaċità ta' assorbiment tal-pajjiżi terzi li saret disponibbli minn Lulju 2016 'l quddiem indikat li:

Minn naħa waħda, f'Jannar 2016, il-Malasja temmet investigazzjoni ta' salvagwardja fir-rigward ta' koljaturi b'laminazzjoni termali kontra ċ-Ċina u xi pajjiżi oħrajn f'Jannar 2016, filwaqt li f'April 2016, it-Turkija temmet investigazzjoni antidumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta' koljaturi b'laminazzjoni termali miċ-Ċina, Franza, il-Ġappun, ir-Rumanija, ir-Russja, is-Slovakkja u l-Ukrajna;

Min-naħa l-oħra, l-Indja imponiet rati ta' dazju finali f'investigazzjoni ta' salvagwardja dwar folji ċatti b'laminazzjoni termali u pjastri tal-azzar illigati jew mingħajr liga. Barra minn hekk, il-Brażil beda investigazzjoni antisussidji kontra l-importazzjonijiet ta' prodotti ċatti tal-azzar tal-karbonju b'laminazzjoni termali. Fl-aħħar nett, il-produtturi Torok ippreżentaw petizzjonijiet ġodda dwar id-dazji antidumping u kumpensatorji kontra l-importazzjonijiet ta' koljaturi b'laminazzjoni termali, li, fost l-oħrajn joriġinaw miċ-Ċina. F'dan ir-rigward, parti interessata informat lill-Kummissjoni li fil-frattemp fil-21 ta' Diċembru 2016 l-awtoritajiet Torok kienu fetħu investigazzjoni ġdida dwar id-dumping li tkopri pjanċi tqal u ċerti tipi ta' HRF.

(507)

Id-dejta statistika dwar l-esportazzjoni — għall-2015 u għall-ewwel sitt xhur tal-2016 — għal kampjun (82) ta' kodiċijiet NM rigward il-prodott simili — turi li l-volumi ta' esportazzjonijiet Ċiniżi kienu jvarjaw fir-rigward tad-destinazzjoni, iżda baqgħu stabbli fir-rigward tal-volumi ta' esportazzjonijiet globali tagħha lejn il-bqija tad-dinja.

(508)

L-ewwel nett, il-pajjiż ikkonċernat esporta madwar l-istess volumi matul l-ewwel sitt xhur tal-2016, li kieku dawn iċ-ċifri kellhom ikunu annwalizzati u mqabbla mal-2015. Madankollu, il-prezz medju tal-bejgħ għal kull unità kien aktar baxx matul l-ewwel sitt xhur tal-2016 meta mqabbel mal-2015. It-tieni nett, it-telf tas-sehem mis-suq f'xi pajjiżi (bħall-Indoneżja u l-Vjetnam) matul l-ewwel sitt xhur tal-2016, meta mqabbel mal-2015, huwa kkumpensat minn żieda fis-sehem mis-suq f'pajjiżi oħrajn (bħall-Bangladesh u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea). B'hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex probabbli li l-pajjiżi terzi jassorbu weħidhom l-ammont kbir ta' kapaċità Ċiniża liberament disponibbli. Anki jekk l-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi oħrajn baqgħu stabbli fir-rigward tal-volumi globali tagħha, is-suq attraenti tal-Unjoni x'aktarx li jkompli jkun fost il-miri primarji ta' esportazzjonijiet sussidjati miċ-Ċina.

(509)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ kkummenta li s-swieq ta' pajjiżi terzi kienu mhux biss ferm aktar importanti mis-suq tal-Unjoni, iżda kellhom ukoll potenzjal ikbar. Is-swieq ta' pajjiżi terzi diġà jassorbu kull kapaċità żejda allegata tal-HRF. Huwa indika wkoll li hemm destinazzjonijiet ħafna aktar importanti għall-esportazzjonijiet ta' HRF Ċiniżi mill-pajjiżi identifikati mill-Kummissjoni. Fl-aħħar nett, huwa indika li s-suq tal-Unjoni ma jkunx mira primarja għall-HRF Ċiniżi.

(510)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-argumenti għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel nett, hija fakkret iż-żieda sinifikanti ta' importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu kkunsidrat, kif stabbilit fit-Tabella 4 ta' hawn fuq, li turi żieda ta' 1,3 miljun tunnellata. Dan kien b'mod ċar indikazzjoni li s-suq tal-Unjoni kien attraenti u fost il-miri prinċipali tal-importazzjonijiet sussidjati Ċiniżi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret ir-raġunijiet, deskritti fil-premessa (482)(b) ta' hawn fuq, għaliex it-tendenza taż-żieda fil-volumi ta' importazzjoni waqfet wara Ġunju 2016. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa (523) aktar 'l isfel, il-Kummissjoni saħqet li, jekk ma tittieħed ebda miżura, u meta wieħed iqis il-kapaċità żejda massiva Ċiniża eżistenti tal-azzar, inkluż il-prodott ikkonċernat, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jistgħu jżommu strateġija aggressiva ta' prezzijiet, billi jbaxxu l-prezzijiet tal-bejgħ sussidjati tagħhom għal livelli minimi. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma analizzatx il-kapaċità tal-assorbiment tal-pajjiżi terzi bħala fattur iżolat, iżda ħadet approċċ komprensiv. Hija pponderat u vvalutat mhux biss il-fatturi kollha li huma elenkati fl-Artikolu 3(9), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament bażiku, iżda wkoll xi fatturi addizzjonali bħall-ordnijiet li daħlu u l-profittabbiltà (ara l-premessa (540) aktar 'l isfel) sabiex ikollha bażi fattwali b'saħħitha għall-valutazzjoni ġenerali tagħha.

5.2.3.3.   Kapaċità ta' assorbiment tar-RPĊ

(511)

Lanqas fir-RPĊ ma hemm kapaċità suffiċjenti ta' assorbiment. Id-domanda domestika għall-azzar fir-RPĊ qed tonqos: Skont l-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar, fil-bidu d-domanda taċ-Ċina għall-azzar kienet mistennija tonqos bi -3,5 % fl-2015 u bi -2,0 % fl-2016, wara li laħqet il-quċċata tad-domanda tagħha fl-2013 (83). Madankollu, dawn iċ-ċifri wara ġew aġġustati mill-istess organizzazzjoni kif ġej: “it-tnaqqis fid-domanda għall-azzar fiċ-Ċina huwa mistenni li jkun – 4,0 % fl-2016 segwit minn – 3,0 % fl-2017. Dan jissuġġerixxi domanda għal 626,1 Mt ta' azzar (15 % inqas mill-2013) għall-2017, kontrazzjoni għal 41,9 % tal-użu tal-azzar fid-dinja minn 47,9 % fl-2009 u 44,8 % fl-2015 (84).

(512)

Id-dejta li tikkonċerna l-kapaċità ta' assorbiment tar-RPĊ li saret disponibbli wara Lulju 2016 hija limitata. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li l-previżjoni tad-domanda domestika għall-azzar fiċ-Ċina hija waħda ta' “tkabbir baxx jew ebda tkabbir” matul l-erba' jew il-ħames snin li ġejjin (2015-2020), minħabba li l-investimenti (bħal dawk fin-negozju tal-kostruzzjoni) qegħdin iseħħu bil-mod u dan ser ikollu impatt drammatiku fuq il-konsum domestiku tal-azzar maħdum fiċ-Ċina (85).

(513)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ nnota li l-Kummissjoni bbażat ruħha biss fuq l-informazzjoni li tikkonċerna t-talba domestika Ċiniża għas-settur kollu tal-azzar mingħajr ma pprovdiet l-ebda dejta speċifika dwar id-domanda għall-HRF. Huwa sostna li informazzjoni ġenerali bħal din ma tkunx neċessarjament rappreżentattiva għas-settur tal-HRF, u għalhekk ikun impossibbli biex isiru osservazzjonijiet rigward din id-dikjarazzjoni u għaldaqstant ikkunsidra li għandha tiġi miċħuda.

(514)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-allegazzjoni għar-raġunijiet li ġejjin. Anki jekk il-Kummissjoni rreferiet għad-domanda tal-azzar domestika Ċiniża għat-tipi kollha tal-azzar, fil-premessa (512) ta' hawn fuq hija semmiet ukoll l-investimenti fin-negozju tal-kostruzzjoni, li skont l-istatistika tal-ilmentaturi huwa fost l-akbar setturi li juża l-HRF. Barra minn hekk, il-GTĊ innifsu, anki jekk huwa fl-aħjar pożizzjoni, fis-sottomissjoni tiegħu, naqas milli jipprovdi l-aktar ċ-ċifri riċenti dwar il-kapaċità ta' assorbiment taċ-Ċina rigward l-HRF u/jew spjegazzjoni koerenti oħra dwar il-kapaċità ta' assorbiment taċ-Ċina.

5.2.3.4.   Konklużjoni dwar il-kapaċità

(515)

Bħala konklużjoni, huwa probabbli li volumi sinifikanti tal-kapaċità massiva eżistenti tal-azzar, inkluż il-prodott simili, ser ikomplu jiġu diretti lejn is-suq tal-Unjoni. Il-kapaċitajiet żejda attwali u l-kapaċità ta' assorbiment insuffiċjenti ta' stati terzi jew tar-RPĊ innifisha jindikaw li jekk ma tittieħed ebda miżura hemm il-probabbiltà ta' żieda sostanzjali fl-esportazzjonijiet sussidjati Ċiniżi lejn l-Unjoni.

5.2.4.   Il-livell tal-prezz ta' importazzjonijiet sussidjati

(516)

Il-Kummissjoni ma analizzatx ix-xejra tal-prezzijiet Ċiniżi bħala fattur iżolat, iżda ħadet approċċ komprensiv. Hija pponderat u vvalutat mhux biss il-fatturi kollha li huma elenkati fl-Artikolu 3(9), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament bażiku, iżda wkoll fatturi addizzjonali bħall-ordnijiet li daħlu u l-profittabbiltà (ara aktar 'l isfel) sabiex ikollha bażi fattwali b'saħħitha għall-valutazzjoni ġenerali tagħha.

5.2.4.1.   Dejta mill-PI

(517)

Matul il-perjodu kkunsidrat, kif stabbilit fil-premessa (421), il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat naqsu bi 33 %, minn EUR 600 / tunnellata fl-2012 għal EUR 404 / tunnellata fl-2015.

(518)

It-tabella ta' hawn taħt tqabbel il-prezzijiet medji unitarji tal-importazzjonijiet Ċiniżi mal-prezzijiet unitarji tal-bejgħ tal-ħames produtturi tal-Unjoni fil-kampjun:

Tabella 17

Il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq ħieles fl-Unjoni meta mqabbla mal-prezzijiet ta' importazzjonijiet sussidjati Ċiniżi matul il-perjodu kkunsidrat

 

Ara l-premessa

2012

2013

2014

PI

Prezz tal-bejgħ tal-ħames (5) produtturi tal-Unjoni fil-kampjun (EUR / tunnellata)

(448)

553

498

471

427

Prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi skont il-Eurostat

(EUR / tunnellata)

(421)

600

505

463

404

Differenza (EUR / tunnellata)

 

– 47

– 7

+ 8

+ 23

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni u tal-produtturi esportaturi fil-kampjun, u l-Eurostat

(519)

Il-prezzijiet medji Ċiniżi kienu sostanzjalment ogħla minn dawk tal-produtturi tal-Unjoni fl-2012. Madankollu, fl-2015, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati Ċiniżi waqgħu taħt il-livell tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (EUR 404 / tunnellata versus EUR 427 / tunnellata). Dan huwa kkonfermat mill-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet fil-premessa (425) hawn fuq.

5.2.4.2.   Dejta ta' wara l-PI

(520)

It-tabella li ġejja turi

tnaqqis ulterjuri kontinwu tal-prezzijiet unitarji Ċiniżi matul il-perjodu minn Jannar sa Ġunju 2016 wara l-investigazzjoni mad-dħul fis-suq tal-Unjoni,

iż-żieda fil-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati għall-perjodu ta' bejn Lulju u Diċembru 2016.

Tabella 18

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati Ċiniżi matul il-perjodu ta' wara l-PI

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Ċiniżi (l-ewwel nofs tal-2016)

(euro / tunnellata)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Ċiniżi

(it-tieni nofs tal-2016 u l-ewwel xahrejn tal-2017)

(euro / tunnellata)

Jan-16

326

Lul-16

371

Frar-16

312

Aww-16

367

Mar-16

313

Sett-16

370

Apr-16

303

Ott-16

729

Mejju-16

299

Nov-16

795

Ġun-16

308

Diċ-16

1 289

 

 

Jan-17

454

 

 

Frar-17

7 840

Sors: Eurostat

(521)

L-effett negattiv tal-prezzijiet baxxi tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-PI u matul l-ewwel nofs tal-2016 instab li huwa maqsum fi tnejn:

minn naħa waħda, id-differenzjali sinifikanti fil-prezzijiet x'aktarx jikkawża ċaqliq (ulterjuri) lejn dawn l-importazzjonijiet sussidjati, minħabba l-probabbiltà li l-utenti jixtru kwantitajiet dejjem akbar ta' prodotti li jinbiegħu bi prezzijiet baxxi; u

min-naħa l-oħra, l-eżistenza ta' dawn il-prezzijiet baxxi fis-suq x'aktarx li tintuża mill-konsumaturi bħala għodda ta' negozjar sabiex iwaqqgħu l-prezzijiet offruti mill-produtturi tal-Unjoni u minn sorsi oħrajn, sabiex b'hekk jikkawżaw ulterjorment effett depressiv kemm f'termini ta' volumi aktar baxxi kif ukoll prezzijiet aktar baxxi. Filwaqt li jista' jkun hemm dubju dwar dawn l-effetti f'sitwazzjonijiet fejn id-differenzjali fil-prezzijiet mhumiex sostanzjali, f'dan il-każ partikolari, u meta jitqies it-twaqqigħ tal-prezzijiet li nstab, id-dannu li jirriżulta għall-industrija tal-Unjoni mistenni jkun serju.

(522)

Iż-żieda fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu bejn Lulju 2016 u Frar 2017 għandha titqiegħed fil-kuntest li ġej:

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi ma kinux l-uniċi li żdiedu wara t-30 ta' Ġunju 2016. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet ta' pajjiżi esportaturi ewlenin oħrajn li jesportaw lejn l-Unjoni żdiedu wkoll wara t-30 ta' Ġunju 2016;

Il-livell milħuq fil-perjodu Lulju-Settembru 2016 kien għadu taħt il-kostijiet medji tal-produzzjoni tal-industrija tal-UE (madwar EUR 431 / tunnellata fl-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni). B'hekk, minkejja ż-żieda fil-livelli tal-prezzijiet, sa Settembru 2016 it-tnaqqis kbir fil-prezzijiet kien għadu hemm. F'dan il-kuntest, huwa importanti li jiġi enfasizzat li d-dejta dwar il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-aħħar tal-PI kienet l-aktar dejta reċenti disponibbli f'din il-proċedura minħabba li ma tinġabarx dejta minn wara l-PI dwar il-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, anki kieku — ipotetikament — il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-aktar perjodu riċenti kien naqas, dan ma jinvalidax il-fatt li l-livell tal-prezzijiet sussidjati Ċiniżi f'Settembru 2016 kien għadu qiegħed jagħmel pressjoni enormi fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-azzar tal-Unjoni;

Min-naħa l-oħra, il-livell tal-prezz milħuq fil-perjodu ta' bejn Ottubru 2016 u Frar 2017 huwa ferm ogħla mill-kost medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-UE. Madankollu, il-livelli tal-prezzijiet matul dan il-perjodu jirrigwardjaw volum insinifikanti ta' importazzjonijiet (1 460 tunnellata matul il-perjodu Ottubru-Diċembru 2016 u 5 024 tunnellata matul l-ewwel xahrejn tal-2017, ara t-tabella 15 hawn fuq). Jista' jkun li dawn l-importazzjonijiet jirrigwardaw għadd limitat ta' prodotti ta' livell għoli. Il-Kummissjoni osservat ukoll li l-prezzijiet tal-esportazzjoni ta' pajjiżi terzi oħrajn, apparti mill-Ġappun, għall-perjodu Ottubru-Diċembru 2016 huma ħafna aktar baxxi (li jvarjaw bejn EUR 375 u EUR 439 għal kull tunnellata). Għaldaqstant, il-livelli tal-prezzijiet ta' volum insinifikanti ta' esportazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu bejn Ottubru 2016 u Frar 2017 ma jistgħux jitqiesu bħala rappreżentattivi biżżejjed; u

Sa ċertu punt, iż-żidiet globali fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat jistgħu jiġu spjegati miż-żieda fil-prezzijiet tal-prodott bażiku. B'mod partikolari, matul l-aħħar trimestru tal-2016, il-prezzijiet tal-faħam kokk kważi rdoppjaw (għal madwar USD 200 / tunnellata), meta mqabbla mal-prezzijiet fl-ewwel nofs tal-2016. Barra minn hekk, matul l-ewwel trimestru tal-2017, il-prezzijiet tal-faħam kokk baqgħu volatili u kienu jammontaw għal madwar USD 150 / tunnellata fl-aħħar ta' Marzu 2017, li għadhom ogħla mil-livelli tal-prezzijiet matul l-ewwel nofs tal-2016.

5.2.4.3.   Konklużjoni

(523)

Minkejja ż-żieda fil-prezzijiet ta' importazzjonijiet sussidjati Ċiniżi minn Lulju 2016 'il quddiem, id-dejta kumplessiva dwar il-prezzijiet minn wara l-PI ma tinvalidax il-konklużjoni li t-tnaqqis fil-prezzijiet Ċiniżi kien wassal għal theddida ta' dannu. Din it-theddida ta' dannu ma tneħħietx biż-żieda riċenti fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi minn Lulju 2016 'il quddiem. Anki din iż-żieda fil-livell tal-prezzijiet ma twaqqafx it-tnaqqis enormi fil-prezzijiet li jpoġġi lill-industrija tal-UE f'pożizzjoni mhux sostenibbli meta wieħed iqabbel iż-żieda fil-prezzijiet Ċiniżi mal-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fi tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kkonkludiet li x-xejra taż-żieda fil-prezzijiet tal-importazzjoni tista' tieqaf ladarba tkun sfumat fix-xejn il-volatilità taż-żidiet riċenti fil-prezzijiet tal-prodott bażiku. Il-produtturi esportaturi Ċiniżi kellhom iffissar aggressiv tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, b'mod partikolari fit-tieni nofs tal-2015 u fl-ewwel nofs tal-2016. Il-Kummissjoni hija konxja li l-prezzijiet Ċiniżi bdew jiżdiedu b'mod stabbli wara l-ewwel nofs tal-2016. Madankollu, jekk ma tittieħed ebda miżura, u meta wieħed iqis il-kapaċità żejda massiva Ċiniża eżistenti tal-azzar, inkluż il-prodott ikkonċernat, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jistgħu jżommu strateġija aggressiva ta' prezzijiet, billi jbaxxu l-prezzijiet tal-bejgħ sussidjati tagħhom għal livelli minimi.

(524)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ irrefera, l-ewwel nett, għall-fatt li l-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw b'mod simili u li t-tnaqqis fil-prezzijiet Ċiniżi sempliċement tirrifletti x-xejra ġenerali tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u ma kien hemm ebda indikatur ta' strateġija aggressiva tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. It-tieni nett, huwa allegat li l-prezzijiet Ċiniżi żviluppaw skont il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. It-tielet, huwa allegat li, għall-kuntrarju tal-produtturi fiċ-Ċina, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbaża b'mod sħiħ dan it-tnaqqis skont il-kostijiet tal-materja prima matul il-perjodu kkunsidrat fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom minħabba li ma setgħux jikkontrollaw l-ispejjeż tagħhom huma stess. Ir-raba', il-GTĊ ma qabilx mal-Kummissjoni li kienu l-prezzijiet Ċiniżi li għamlu pressjoni fuq l-industrija tal-Unjoni. F'dan il-kuntest, huwa rrefera għall-fatt li l-prezzijiet tal-pajjiżi l-oħra kienu konsistentement aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li sal-2014 il-prezzijiet Ċiniżi ma waqgħux taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, huwa sostna li minn Lulju 2016, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet ta' HRF Ċiniżi għolew u li l-Kummissjoni rrikorriet għal allegazzjonijiet ipotetiċi jew għamlet dikjarazzjonijiet wiesgħa, u naqset milli żżid kull informazzjoni li tissostanzja dawn id-dikjarazzjonijiet.

(525)

Il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-argumenti kollha kif stabbilit fid-dettall fil-premessi li ġejjin.

(526)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni irrikonoxxiet fil-premessa (571) li l-importazzjonijiet tal-prodott simili minn xi pajjiżi oħra bħall-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna, saru bi prezzijiet saħansitra aktar baxxi minn dawk tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. Madankollu, fl-argument tiegħu, il-GTĊ ma kkunsidrax li, kif stabbilit fil-premessa (571) ta' hawn taħt, il-livell ta' importazzjonijiet mill-Iran kien ħafna inqas mil-livell ta' importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Barra minn hekk, il-volumi tal-importazzjonijiet mir-Russja u mill-Ukrajna fil-fatt żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat, iżda b'pass ħafna aktar bil-mod mill-importazzjonijiet mir-RPĊ. Barra minn hekk, kuntrarju għal dak li seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-importazzjonijiet mir-Russja u mill-Ukrajna tilfu sehem sinifikanti fil-volumi totali ta' importazzjoni tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(527)

It-tieni nett, fir-rigward tal-allegazzjoni li l-prezzijiet Ċiniżi żviluppaw skont il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni rreferiet għall-konklużjonijiet li jissemmew fil-premessa (451) ta' hawn fuq: anki jekk jiġi aċċettat li jkun hemm xejra simili bejn il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi u l-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, xorta jibqa' l-fatt li l-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqa' ġeneralment ogħla mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ. Għalhekk, sabiex jiġi limitat it-telf fis-sehem mis-suq, il-produtturi tal-Unjoni segwew l-ispiral 'l isfel tal-prezzijiet u naqqsu l-prezz tal-bejgħ tagħhom b'mod sinifikanti, b'mod partikolari matul is-sena 2015. Billi l-prodott ikkonċernat huwa komodità, il-produtturi tal-Unjoni kellhom isegwu l-ispiral tat-tnaqqis fil-prezz matul il-perjodu kkunsidrat.

(528)

It-tielet, fir-rigward tal-allegazzjoni li l-produtturi tal-Unjoni ma kinux kapaċi jikkontrollaw l-ispejjeż tagħhom huma stess, il-Kummissjoni nnutat il-kontradizzjoni fl-argument tal-GTĊ. Filwaqt li l-GTĊ, fil-paragrafu 267 tas-sottomissjoni tiegħu, minn naħa waħda, allega li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tikkontrolla l-ispejjeż, min-naħa l-oħra, fil-punt 239 tas-sentenza tagħha, huwa enfasizza, li matul il-perjodu kkunsidrat, kien hemm żieda fil-produttività ta' 7 %. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rreferiet ukoll għaż-żidiet fil-produttività, kif indikat fil-premessa (450) ta' hawn fuq.

(529)

Ir-raba', il-Kummissjoni semmiet għal darb'oħra, għall-argument fil-premessa (571) li l-importazzjonijiet tal-prodott simili minn xi pajjiżi oħra bħall-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna, saru bi prezzijiet saħansitra aktar baxxi minn dawk tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. Madankollu, il-livell ta' importazzjonijiet mill-Iran kien ħafna inqas mil-livell ta' importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Barra minn hekk, il-volumi tal-importazzjonijiet mir-Russja u mill-Ukrajna fil-fatt żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat, iżda b'pass ħafna aktar bil-mod mill-importazzjonijiet mir-RPĊ.

(530)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni li hija użat dikjarazzjonijiet ipotetiċi jew wiesgħa, u naqset milli żżid informazzjoni li tissostanzja dawn id-dikjarazzjonijiet. Il-Kummissjoni ibbażat id-determinazzjoni tagħha fuq il-fatti, u mhux fuq allegazzjonijiet, suppożizzjonijiet jew possibbiltajiet remoti. Dan huwa meħtieġ min-naħa tagħha, bħala awtorità ta' investigazzjoni indipendenti, inter alia, skont l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 6(8) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ma analizzatx ix-xejra tal-prezzijiet Ċiniżi bħala fattur iżolat, iżda ħadet approċċ komprensiv.

5.2.5.   Il-livell tal-inventarji

(531)

Il-Kummissjoni qieset li dan il-fattur ma għandu ebda sinifikat partikolari għall-analiżi għax normalment l-istokkijiet jinżammu mill-kummerċjanti (operaturi) u mhux tant mill-produtturi. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni prinċipalment qed jipproduċu skont l-ordnijiet, li jippermettilhom iżommu l-livelli tal-inventarju tagħhom baxxi kemm jista' jkun. Madankollu, analizzat dan il-fattur li huwa espliċitament imsemmi fl-Artikolu 8(8), it-tieni subparagrafu, lit (e), tar-Regolament bażiku (ara l-premessa (467) hawn fuq).

(532)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ sostna li l-Kummissjoni nnifisha naqqset ir-rilevanza tal-analiżi tagħha fuq il-livell tal-inventarji peress li hija semmiet ripetutament li l-livell tal-inventarji ma għandux xi tifsira partikolari.

(533)

Il-Kummissjoni tenniet li l-livell tal-inventarji ma għandux xi tifsira partikolari għall-analiżi minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (531) ta' hawn fuq. Il-Kummissjoni ma analizzatx ix-xejra tal-prezzijiet Ċiniżi bħala fattur iżolat, iżda ħadet approċċ komprensiv. Għalhekk, din il-pretensjoni ġiet irrifjutata.

(534)

Fl-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni, ġie nnutat tnaqqis fil-livelli tal-istokkijiet kemm fir-RPĊ (86) kif ukoll fis-suq tal-Unjoni. Dan jista' jiġi spjegat fil-qafas tat-tnaqqis tal-prezzijiet fl-2015 u fl-2016, kif ġej: jekk produttur jew negozjant jistenna li l-prezzijiet ikunu ser jogħlew, huwa għandu jibni l-istokkijiet malajr u jistenna li proporzjonalment jagħmel aktar profitti meta l-prezzijiet jogħlew.

(535)

Minkejja t-talbiet u r-riċerki li għamlet il-Kummissjoni, hija ma setgħetx issib dejta komprensiva dwar l-istokks fil-perjodu ta' wara l-investigazzjoni. Madankollu, hija sabet li x'aktarx li l-livelli tal-inventarju tal-prodott ikkonċernat baqagħu pjuttost baxxi fl-Unjoni matul l-ewwel xhur tal-2016: Pereżempju, fil-Ġermanja, “skont l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tad-Distribuzzjoni tal-Azzar (BDS), fl-aħħar tas-sena, l-inventarji tal-azzar ċatt niżlu għall-aktar livell baxx minn Diċembru 2003. L-aħħar dejta wriet xi titjib, iżda bl-istokks tal-azzar ċatt ilaħħqu l-1,4 miljun tunnellata fi Frar, sena wara sena baqgħu 7 % inqas (87). Barra minn hekk, artikolu riċenti jidher li jindika li l-livelli tal-inventarju fil-bidu tal-2017 kienu qegħdin jogħlew, hekk kif dan l-artikolu jistabbilixxi li “x-xerrejja huma ugwalment insistenti li l-ħażniet tagħhom huma għoljin biżżejjed sabiex jevitaw xiri maġġuri”  (88).

(536)

Fir-RPĊ, l-inventarji tal-azzar fl-imħażen ta' 40 belt Ċiniża ewlenin allegatament naqsu għal 8,86 miljun tunnellata fl-aħħar ta' Ġunju 2016 minn 9,47 miljun tunnellata fl-aħħar ta' Mejju 2016, li jipparaguna mat-12,86 miljun tunnellata fl-aħħar ta' Ġunju 2015. Matul ix-xahar ta' Mejju 2016, l-inventarji tal-azzar ta' 80 impjant Ċiniż ewlenin laħħqu l-14,17-il miljun tunnellata, meta mqabbla ma' 16,71 miljun tunnellata fl-aħħar ta' Mejju 2015 (89). Barra minn hekk, l-inventarji tal-azzar fl-imħażen ta' 40 belt Ċiniża ewlenin allegatament naqsu għal 8,89 miljun tunnellata fl-aħħar ta' Ottubru 2016 minn 9,41 miljun tunnellata fl-aħħar ta' Settembru 2016. Barra minn hekk, l-inventarji tal-azzar ta' 80 impjant Ċiniż ewlenin laħħqu t-13,46 miljun tunnellata fl-aħħar ta' Settembru 2016 (90) meta mqabbla ma' 16,07 miljun tunnellata fl-aħħar ta' Settembru 2015. Madankollu, artikolu riċenti tal-2017 jindika li l-livelli tal-inventarji tal-koljaturi b'laminazzjoni termali reġgħu bdew jiżdiedu fiċ-Ċina, hekk kif “jidher li ċ-Ċina qiegħda taħżen il-produzzjoni tal-azzar żejda tagħha fin-nuqqas ta' domanda komparabbli mill-utent finali”  (91). F'dan ir-rigward, artikolu ieħor riċenti ħafna jgħid li “ċertament ma jidhirx li huwa loġiku li l-prezzijiet ikomplu jirkupraw meta l-inventarji qegħdin jilħqu livelli għoljin ta' tħassib  (92).”

(537)

Bħala konklużjoni, l-inventarji tal-azzar kienu qegħdin jonqsu kemm matul it-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni kif ukoll fl-2016, iżda reġgħu żdiedu fil-bidu tal-2017. Għalkemm dan il-fattur mhuwiex deċiżiv fl-analiżi, huwa jista' jindika tnaqqis potenzjali fil-prezzijiet matul l-2017 li jsaħħaħ it-theddida ta' dannu.

5.2.6.   Elementi oħrajn: Profittabilità u d-dħul ta' ordnijiet fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni

5.2.6.1.   Dejta mill-PI

(538)

Kif stabbilit fil-premessa (457), il-produtturi tal-Unjoni bdew jirkupraw ftit matul is-sena 2014 u fl-ewwel żewġ trimestri tal-2015 f'termini ta' profittabbiltà. Kif ġie stabbilit fil-premessa (460), matul it-tieni nofs tal-2015, il-profittabbiltà tal-Unjoni nbidlet f'telf u t-telf laħaq il-livell mhux sostenibbli ta' -10 % fir-raba' trimestru tal-perjodu ta' investigazzjoni.

5.2.6.2.   Dejta ta' wara l-PI

(539)

Għall-perjodu ta' wara l-investigazzjoni, inġabru ċ-ċifri dwar il-profittabbiltà għall-ilmentaturi, li jirrappreżentaw madwar 90 % tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni, kif imsemmi taħt il-premessa (403).

(540)

L-investigazzjoni stabbilixxiet deterjorament ulterjuri fil-profittabilità għall-ilmentaturi sa Ġunju 2016.

Tabella 19

Evoluzzjoni tal-profittabilità u d-dħul ta' ordnijiet tal-Ilmentaturi

Deskrizzjoni

2012

2013

2014

2015

April 2015 - Marzu 2016

Lulju 2015 - Ġunju 2016

Profitabbiltà

– 1,31 %

– 4,86 %

– 1,28 %

– 3 sa – 5 %

– 5 % sa – 7 %

– 7 sa – 9 %

Dħul ta' ordnijiet

16 763 734

16 631 630

16 677 099

15 529 155

15 636 444

15 944 183

Sors: Eurofer

(541)

It-tabella ta' hawn fuq turi li d-dħul ta' ordnijiet kien żdied kemmxejn meta mqabbel mas-sena 2015, iżda li fl-istess ħin l-ilmentaturi kienu ġarrbu telf rekord. Bħala tali, it-telf reġistrat jammonta għal – 7,8 % għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun għall-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2015 u t-30 ta' Ġunju 2016, li hu indikatur ieħor tad-deterjorament tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, artikolu riċenti ħafna jistabbilixxi li “ħafna mill-kumpaniji tal-azzar Ewropej ewlenin reġgħu bdew jagħmlu profitt wara qawmien mill-ġdid fil-prezzijiet tal-azzar fl-2016  (93).” Bħala konsegwenza ta' dan, anke kieku jkun hemm il-possibilità li l-produtturi tal-Unjoni jirkupraw matul l-aktar perjodu reċenti ta' wara l-PI, meta mqabbel mal-2015, tali rkupru ma jagħmilx tajjeb għaż-żieda drammatika fit-telf li jkunu ġarrbu matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, kull dejta li d-dati tagħha huma mit-tieni nofs tal-2016 hija influwenzata mill-impożizzjoni imminenti ta' miżuri u d-dazji antidumping paralleli, għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (482) ta' hawn fuq.

5.2.6.3.   Konklużjoni

(542)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni sabet deterjorament ulterjuri tal-profittabbiltà tal-ilmentaturi matul l-ewwel nofs tal-2016. Hija sabet ukoll indikazzjonijiet li l-produtturi tal-azzar tal-Unjoni possibbilment qegħdin jirkupraw matul it-tieni nofs tal-2016, iżda dan ma jikkumpensax għat-telf imġarrab matul l-2015 u fl-ewwel nofs tal-2016. Għaldaqstant, il-valutazzjoni li kienet teżisti theddida ta' dannu imminenti fi tmiem l-2015 ma ġietx invalidata. Pjuttost, id-deterjorament ulterjuri fil-profittabilità fl-ewwel nofs tal-2016 ikkonferma l-preċiżjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta' dan l-indikatur.

5.2.7.   Prevedibbiltà u imminenza tat-tibdil fiċ-ċirkostanzi

(543)

L-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi li “… il-bidla fiċ-ċirkostanzi li toħloq sitwazzjoni fejn is-sussidju jikkawża dannu għandha tkun prevedibbli b'mod ċar u għandha tkun imminenti.”

(544)

Il-fatturi kollha msemmija hawn fuq ġew analizzati u vverifikati fir-rigward tal-perjodu ta' investigazzjoni. B'mod partikolari, il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun laħqet il-livell mhux sostenibbli ta' -10 % fir-raba' trimestru tal-2015, meta kienet inħasset l-aktar il-pressjoni tal-prezzijiet Ċiniżi. Barra minn hekk, id-dejta tal-perjodu ta' wara l-investigazzjoni żvelat li din ix-xejra negattiva, li bdiet fit-tieni nofs tal-2015, ma kinitx invalidata matul l-ewwel nofs tal-2016.

(545)

Id-dejta disponibbli għall-perjodi Lulju-Diċembru 2016 u Jannar-Frar 2017 ippreżentat stampa mħallta. Filwaqt li l-volumi ta' importazzjonijiet Ċiniżi naqsu wara Lulju 2016, x'aktarx bħala riżultat tat-talba għar-reġistrazzjoni fil-proċediment antidumping kontra importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina fuq il-prodott ikkonċernat, l-għarfien dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiddeċiedi dwar miżuri proviżorji fi żmien tmien xhur mill-bidu tal-proċediment antidumping kontra importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina fuq il-prodott ikkonċernat u, fl-aħħar nett, l-impożizzjoni effettiva ta' miżuri antidumping fil-każ antidumping parallel li kien għaddej fil-bidu ta' Ottubru 2016 (ara l-premessa(485)), il-kapaċità żejda baqgħet ta' theddida. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa (486), x'aktarx li dan it-tnaqqis fil-volumi tal-importazzjonijiet sussidjati huwa biss temporanju u din ix-xejra terġa' għal li kienet jekk ma tiġi imposta ebda miżura kumpensatorja definittiva.

(546)

Rigward iż-żieda fil-prezzijiet Ċiniżi matul l-istess perjodu riċenti, anki kieku — ipotetikament — il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-aktar perjodu riċenti kien naqas, jibqa' l-fatt li sa Settembru 2016 il-livell tal-prezzijiet sussidjati Ċiniżi kien għadu jagħmel pressjoni enormi fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-azzar tal-Unjoni. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa (523), ix-xejra taż-żieda fil-prezzijiet tal-importazzjoni tista' tieqaf ladarba tkun sfumat fix-xejn il-volatilità taż-żidiet riċenti fil-prezzijiet tal-prodott bażiku. .Jirriżulta li t-theddida ta' dannu kienet imminenti u prevedibbli wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni.

(547)

B'hekk, il-Kummissjoni kkonfermat li kien hemm bidla evidentement prevedibbli u imminenti fiċ-ċirkostanzi fi tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni, li kienet ser toħloq sitwazzjoni li fiha d-dumping jikkawża dannu. Kif ġie spjegat fil-premessa preċedenti, din il-bidla fiċ-ċirkostanzi ma kinitx ikkonfutata minn dejta ta' wara l-PI, li, fi kwalunkwe każ, għandha titqies mil-lenti ta' reazzjoni immedjata tas-suq għall-impożizzjoni ta' dazji antidumping u għall-impożizzjoni ulterjuri probabbli ta' miżuri kumpensatorji.

(548)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ sostna li ma kienx hemm bidla prevedibbli u imminenti b'mod ċar fiċ-ċirkostanzi. Għar-raġunijiet spjegati fil-premessi (543) sa (547) ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-allegazzjoni.

5.3.   Konklużjoni dwar it-theddida ta' dannu

(549)

Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tirkupra matul l-2014 u l-ewwel żewġ trimestri tal-2015, kważi l-indikaturi tad-dannu kollha bdew jaqgħu drammatikament matul it-tieni nofs tal-2015. L-investigazzjoni żvelat li din ix-xejra negattiva, li bdiet fit-tieni nofs tal-2015, ma kinitx invalidata matul l-ewwel nofs tal-2016. Bħala riżultat, il-fatturi kollha vvalutati fil-qafas tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament bażiku, b'mod partikolari r-rata sinifikanti ta' żieda fl-importazzjonijiet sussidjati fl-2015 bi prezzijiet dejjem aktar baxxi, il-kapaċità eċċessiva kbira fir-RPĊ, u l-iżviluppi negattivi fil-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni jindikaw l-istess direzzjoni.

(550)

Id-dejta disponibbli għall-perjodu ta' bejn Lulju-Diċembru 2016 tippreżenta stampa mħallta. Filwaqt li l-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu b'mod sinifikanti b'mod partikolari matul il-perjodu ta' bejn Ottubru 2016 u Frar 2017, il-kapaċità żejda baqgħet ta' theddida u, sa Settembru 2016, il-prezzijiet kienu għadhom taħt il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, minkejja ż-żieda aktar riċenti tagħhom. Barra minn hekk, kif muri fil-premessa (545), it-tnaqqis fil-volumi ta' importazzjonijiet Ċiniżi wara Lulju 2016 x'aktarx li jista' jiġi spjegat bħala riżultat tat-talba għar-reġistrazzjoni fil-proċediment antidumping kontra importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina fuq il-prodott ikkonċernat, l-għarfien dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiddeċiedi dwar miżuri proviżorji fi żmien tmien xhur mill-bidu tal-proċediment antidumping kontra importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina fuq il-prodott ikkonċernat u, fl-aħħar nett, l-impożizzjoni effettiva ta' miżuri antidumping fil-każ antidumping parallel li kien għaddej fil-bidu ta' Ottubru 2016. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-premessa (546), ix-xejra taż-żieda fil-prezzijiet tal-importazzjoni tista' tieqaf ladarba tkun sfumat fix-xejn il-volatilità taż-żidiet riċenti fil-prezzijiet tal-prodott bażiku.

(551)

Fid-dawl ta' din l-analiżi, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm theddida ta' dannu evidentement prevedibbli u imminenti għall-industrija tal-Unjoni fi tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni. Din il-valutazzjoni ma ġietx invalidata mill-iżviluppi ta' wara l-PI analizzati hawn fuq.

6.   KAWŻALITÀ

(552)

Skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk it-theddida ta' dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni kinitx ikkawżata mill-importazzjonijiet sussidjati eżistenti mill-pajjiż ikkonċernat. F'konformità mal-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fl-istess ħin kienx hemm fatturi magħrufa oħrajn li setgħu jkunu ta' theddida ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe theddida ta' dannu possibbli kkawżata minn fatturi oħrajn għajr l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ ma kinitx attribwita għall-importazzjonijiet sussidjati. Dawn il-fatturi huma: il-kriżi ekonomika u t-tnaqqis fid-domanda għall-azzar, il-kost tal-materja prima li wassal għat-tnaqqis tal-prezzijiet tal-bejgħ, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, il-prestazzjoni tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni u l-allegazzjoni li produttur wieħed tal-Unjoni waħdu qed jagħmel dannu lill-industrija tal-Unjoni.

6.1.   L-effetti tal-importazzjonijiet sussidjati

(553)

Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi naqsu b'medja ta' EUR 600 / tunnellata fl-2012 għal EUR 404 / tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni (– 33 %). Minħabba t-tnaqqis kontinwu fil-prezz unitarju tal-bejgħ tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat, u kif stabbilit fil-premessa (418), il-produtturi esportaturi Ċiniżi setgħu jżidu b'mod sinifikanti s-sehem tagħhom fis-suq mill-2012 (0,79 %) sal-perjodu ta' investigazzjoni (4,32 %). B'mod partikolari, matul il-perjodu ta' investigazzjoni, meta mqabbel mas-snin preċedenti, kien hemm żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet Ċiniżi.

(554)

Filwaqt li l-waqgħa fid-domanda tal-azzar u l-konsegwenzi tal-kriżi tad-dejn fiż-żona tal-Euro affettwat b'mod negattiv il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-2012 u l-2013, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tirkupra ftit fl-2014. Madankollu, b'mod partikolari mit-tieni nofs tal-2015 'il quddiem, iż-żieda kontinwa fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet normali kellha impatt negattiv ċar fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, filwaqt li fl-2015 l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tnaqqas il-kostijiet tagħha permezz ta' benefiċċji mill-produttività, inkluż xi tnaqqas fl-impjiegi u kienet qiegħda tibbenefika mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima, l-importazzjonijiet sussidjati baqgħu jiżdiedu u ġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni tkompli tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha fl-Unjoni sabiex tillimita li titlef is-sehem tagħha mis-suq. Bħala riżultat, filwaqt li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni wriet titjib żgħir billi naqqset it-telf fl-2014 u fl-ewwel nofs tal-2015, ix-xejra treġġgħet lura kompletament mit-tieni nofs tal-2015 'il quddiem: il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied ulterjorment u l-prezzijiet Ċiniżi naqqsu aktar filwaqt li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u l-profittabilità niżlu ulterjorment.

Minħabba l-koinċidenza stabbilita fiż-żmien bejn, minn naħa waħda, il-livell dejjem jikber ta' importazzjonijiet issussidjati bi prezzijiet dejjem jonqsu u, min-naħa l-oħra, it-telf tal-industrija tal-Unjoni, is-sehem mis-suq u t-tnaqqis fil-prezzijiet li jista' jirriżulta f'aktar telf, b'mod partikolari mit-tieni nofs tal-2015 'il quddiem, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet sussidjati kellhom impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, it-tnaqqis progressiv fir-ritmu ekonomiku taċ-Ċina u l-kapaċità żejda sinifikanti tal-industrija tal-azzar taċ-Ċina ġiegħlu lill-produtturi tal-azzar Ċiniżi biex imexxu l-produzzjoni eċċessiva tagħhom lejn is-swieq tal-esportazzjoni u s-suq tal-Unjoni li huwa destinazzjoni attraenti għall-esportazzjonijiet. Tabilħaqq, xi swieq tal-esportazzjoni oħrajn tradizzjonalment importanti imponew miżuri kontra prodotti tal-azzar Ċiniżi, inklużi prodotti tal-azzar ċatti b'laminazzjoni termali.

(555)

Bl-impożizzjoni dejjem tikber ta' miżuri ta' difiża kummerċjali madwar id-dinja, huwa probabbli li s-suq tal-Unjoni sar wieħed mill-aktar destinazzjonijiet attraenti għall-importazzjonijiet sussidjati Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat, għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Din il-konklużjoni hija kkorroborata mill-

istatistika tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet li turi li l-livell ta' importazzjonijiet Ċiniżi jkompli jkun sinifikanti wara t-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni, b'mod partikolari matul l-ewwel nofs tal-2016; u

d-domanda interna Ċiniża dgħajfa għall-azzar.

Barra minn hekk, ir-raġunijiet għat-tnaqqis fil-volumi ta' importazzjonijiet sussidjati Ċiniżi fl-Unjoni ġew spjegati fil-premessa (550). Kif stabbilit ukoll fil-premessa (545), x'aktarx li dan it-tnaqqis fil-volumi tal-importazzjonijiet sussidjati jkun biss temporanju u li din ix-xejra terġa' għal li kienet jekk ma tiġi imposta l-ebda miżura kumpensatorja definittiva.

(556)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ sostna li hemm nuqqas ta' rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u l-impatt negattiv tagħhom fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għar-raġunijiet li ġejjin. Filwaqt li l-importazzjonijiet tal-HRF miċ-Ċina żdiedu biss minn 0,79 % għal 4,32 %, il-prezzijiet Ċiniżi kienu b'mod konsistenti ogħla mill-prezzijiet ta' mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna, u naqsu biss taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fl-2014. Barra minn hekk, ġie allegat li t-telf tal-industrija tal-Unjoni kien ferm iktar sinifikanti fl-2012 u l-2013 milli matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(557)

Dawn l-allegazzjonijiet diġà kienu ġew trattati qabel: Rigward is-sehem mis-suq taċ-Ċina, il-Kummissjoni rreferiet għall-premessa (479) ta' hawn fuq ta' dan id-dokument. Rigward il-prezzijiet Ċiniżi, hija tirreferi għall-premessi (465), (526) u (527) ta' hawn fuq. Fl-aħħar nett, f'dak li jikkonċerna t-telf ta' produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni rreferiet mill-ġdid għall-premessa (465) ta' hawn fuq.

6.2.   Effetti ta' fatturi oħrajn

6.2.1.   Il-kriżi ekonomika

(558)

Il-Gvern taċ-Ċina argumenta li l-industrija tal-Unjoni qiegħda parzjalment tbati bħala riżultat tal-effett kontinwu tar-reċessjoni ekonomika fuq l-industrija tal-Unjoni.

(559)

Il-waqgħa fid-domanda għall-azzar, primarjament fis-sena 2012, u l-konsegwenzi tal-kriżi tad-dejn fiż-żona tal-Euro affettwaw b'mod negattiv il-prestazzjoni tal-industrija tal-azzar tal-Unjoni fis-snin 2012 u 2013. Kif imsemmi fil-premessa (450), il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-effett negattiv. Madankollu, huwa osservat ukoll li l-industrija tal-Unjoni bdiet tirkupra matul is-snin 2014 u 2015.

(560)

Għalhekk, minn naħa waħda, anki jekk l-industrija tal-Unjoni kienet milquta mill-kriżi tad-dejn fiż-Żona tal-Euro, jiġifieri matul is-snin 2012-2013, is-suq kien qiegħed jirkupra xi ftit mill-effetti tagħhom, b'domanda tas-suq relattivament stabbli, fejn saħansitra żied id-domanda tas-suq tal-Unjoni mill-2013 'il quddiem. Bħala riżultat, filwaqt li bejn l-2014 u l-2015 l-industrija tal-Unjoni setgħet ibbenefikat aktar mill-irkupru tas-suq, hija ma tħallietx tagħmel dan minħabba żieda qawwija fl-importazzjonijiet mir-RPĊ. L-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi żdiedu gradwalment u qabdu l-ishma tas-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Il-pressjoni kontinwa tal-importazzjonijiet bdiet tinħass bis-sħiħ mit-tieni nofs tal-2015.

(561)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ sostna li kull allegazzjoni ta' theddida ta' dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni tkun tal-anqas parzjalment minħabba l-effetti tar-riċessjoni ekonomika li jinħassu matul il-perjodu kkunsidrat.

(562)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-allegazzjoni għar-raġunijiet u l-ispjegazzjonijiet mogħtija fil-premessi (558)sa (560) ta' hawn fuq.

(563)

B'hekk il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kriżi tad-dejn fiż-Żona tal-Euro kellha impatt negattiv prinċipalment matul is-snin 2012 u 2013 tal-perjodu kkunsidrat u qabel il-perjodu ta' investigazzjoni. Madankollu, din ma kkontribwietx għat-theddida ta' dannu li nstab fl-aħħar tal 2015.

6.2.2.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(564)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum ta' importazzjonijiet u s-sehem mis-suq (f'volum tal-importazzjonijiet totali) minn pajjiżi terzi żviluppaw kif ġej:

Tabella 20

Volumi, prezzijiet unitarji u ishma mis-suq minn pajjiżi terzi

 

2012

2013

2014

PI

IL-BRAŻIL

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Brażil

69 457

41 895

108 973

580 525

Indiċi (2012 = 100)

100

60

157

836

Il-prezzijiet unitarji għall-importazzjoni mill-Brażil

515

461

433

386

Indiċi (2012 = 100)

100

89

84

75

Sehem mis-suq

0,22 %

0,13 %

0,33 %

1,65 %

Is-sehem tal-volum totali tal-importazzjoni tal-Unjoni

1,68 %

0,87 %

2,08 %

7,42 %

L-IRAN

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Iran

96 505

125 202

527 161

1 015 088

Indiċi (2012 = 100)

100

130

546

1 052

Il-prezzijiet unitarji tal-importazzjoni mill-Iran

499

454

415

369

Indiċi (2012 = 100)

100

91

83

74

Sehem mis-suq

0,31 %

0,39 %

1,59 %

2,89 %

Is-sehem tal-volum totali tal-importazzjoni tal-Unjoni

2,34 %

2,60 %

10,08 %

12,97 %

IR-RUSSJA

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-Russja

1 341 666

1 334 322

1 376 412

1 714 880

Indiċi (2012 = 100)

100

99

103

128

Il-prezzijiet unitarji tal-importazzjoni mir-Russja

500

448

431

387

Indiċi (2012 = 100)

100

90

86

77

Sehem mis-suq

4,27 %

4,13 %

4,15 %

4,88 %

Is-sehem tal-volum totali tal-importazzjoni tal-Unjoni

32,47 %

27,66 %

26,32 %

21,90 %

IS-SERBJA

II-volum tal-importazzjonijiet mis-Serbja

156 894

155 055

211 835

427 558

Indiċi (2012 = 100)

100

99

135

273

Il-prezzijiet unitarji tal-importazzjoni mis-Serbja

523

468

442

400

Indiċi (2012 = 100)

100

89

84

77

Sehem mis-suq

0,50 %

0,48 %

0,64 %

1,22 %

Is-sehem tal-volum totali tal-importazzjoni tal-Unjoni

3,8 %

3,21 %

4,05 %

5,46 %

L-UKRAJNA

Il-volum ta' importazzjonijiet mill-Ukrajna

906 872

905 397

939 545

1 084 477

Indiċi (2012 = 100)

100

100

104

120

Il-prezzijiet unitarji tal-importazzjoni mill-Ukrajna

478

429

415

370

Indiċi (2012 = 100)

100

90

87

78

Sehem mis-suq

2,89 %

2,81 %

2,84 %

3,08 %

Is-sehem tal-volum totali tal-importazzjoni tal-Unjoni

21,95 %

18,77 %

17,97 %

13,85 %

Sors: Eurostat

(565)

Kif stabbilit fit-tabella fil-premessa (419), matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b'516 %. Għalkemm ir-rata ta' tkabbir matul il-perjodu kkunsidrat kien saħansitra ogħla għall-Brażil (+ 736 %) u għall-Iran (+ 952 %), il-livelli ta' importazzjonijiet tagħhom (580 525 tunnellata mill-Brażil u 1 015 088 tunnellata mill-Iran, rispettivament) kienu ferm anqas mill-importazzjonijiet mir-RPĊ f'termini ta' ċifri assoluti (1 519 304 tunnellata mir-RPĊ) matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(566)

Barra minn hekk, meta wieħed iqabbel iċ-ċifri assoluti tal-esportazzjoni, huwa osservat li l-pajjiż ikkonċernat kien it-tieni l-akbar esportatur lejn is-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni, wara r-Russja. L-importazzjonijiet Russi (94) setgħu kkontribwew għat-theddida ta' dannu, iżda ma kissrux ir-rabta kawżali minħabba l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin.

(567)

L-ewwel nett, ir-rata ta' tkabbir tar-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat (+ 516 %) hija ħafna ogħla minn dik tar-Russja (+ 28 %).

(568)

It-tieni nett, ir-RPĊ neħħiet id-distakk mar-Russja, li esportat biss ftit aktar, jiġifieri 773 686 tunnellata (sors: l-Eurostat) matul l-ewwel nofs tal-2016 meta mqabbla ma' volum ta' 773 275 tunnellata (sors: l-Eurostat) mir-RPĊ fl-istess perjodu.

(569)

It-tielet nett, il-kapaċità eċċessiva tar-Russja mhijiex sinifikanti daqs il-kapaċità eċċessiva eżistenti fir-RPĊ, kif muri fit-tabella ta' hawn taħt:

Tabella 21

Il-produzzjoni attwali tal-prodott simili minn pajjiżi terzi (f'eluf ta' tunnellati)

Pajjiż

Kapaċità ta' azzar mhux maħdum stmat għas-sena 2014

Produzzjoni tal-azzar mhux maħdum fl-2013

Produzzjoni tal-azzar mhux maħdum fl-2014

Produzzjoni attwali tal-HRF fl-2013

Produzzjoni attwali tal-HRF fl-2014

Ir-Russja

89 000

69 008

71 461

26 140

26 996

Ir-RPĊ

1 140 000

822 000

822 698

311 564

317 387

Sors tad-dejta dwar il-kapaċità: OECD (OECD, DSTI/SU/SC(2015)8/Finali, id-Direttorat għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni, l-Iżviluppi tal-Kapaċità fl-industrija dinjija tal-azzar, Tabella 1, p. 10, http://www.oecd.org/officialdocuments/publicdisplaydocumentpdf/?cote=DSTI/SU/SC(2015)8/FINAL&docLanguage=En)

Sors tad-dejta dwar il-produzzjoni: L-Assoċjazzjoni Dinjija Tal-Azzar, Il-Yearbook tal-Istatistika tal-Azzar 2015 (Assoċjazzjoni Dinjija Tal-Azzar, Yearbook tal-Istatistika tal-Azzar 2015, tabella 1 fuq paġni 1 u 2 u tabella 13 fuq paġna 35, http://www.worldsteel.org/statistics/statistics-archive/yearbook-archive.html)

(570)

Anki jekk iċ-ċifri ta' hawn fuq dwar il-kapaċità huma esklussivament dwar l-azzar mhux maħdum, u anki taħt is-suppożizzjoni improbabbli li l-azzar mhux maħdum kollu fir-Russja jista' jintuża għall-produzzjoni tal-prodott simili, il-kapaċità eċċessiva tar-Russja ser tkun ferm inqas mill-kapaċità eċċessiva taċ-Ċina.

(571)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni mbagħad ivvalutat il-prezzijiet u l-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Innotat li importazzjonijiet tal-prodott simili minn xi pajjiżi oħra bħall-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna, saru bi prezzijiet saħansitra aktar baxxi minn dawk tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. Madankollu, il-livell ta' importazzjonijiet mill-Iran kien ħafna inqas mil-livell ta' importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Barra minn hekk, il-volumi tal-importazzjonijiet mir-Russja u mill-Ukrajna fil-fatt żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat, iżda b'pass ħafna aktar bil-mod mill-importazzjonijiet mir-RPĊ. Barra minn hekk, kuntrarju għal dak li seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-importazzjonijiet mir-Russja u mill-Ukrajna tilfu sehem sinifikanti fil-volumi totali ta' importazzjoni tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(572)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qabblet il-produzzjoni attwali minn pajjiżi terzi mal-produzzjoni tal-pajjiż ikkonċernat li juri li ċ-Ċina taqbeż il-pajjiżi kollha l-oħra kemm fil-produzzjoni tal-prodott simili kif ukoll fil-kapaċità ta' azzar mhux maħdum.

Tabella 22

Il-produzzjoni attwali tal-prodott simili minn pajjiżi terzi (f'eluf ta' tunnellati)

Pajjiż

Kapaċità ta' azzar mhux maħdum stmat għas-sena 2014 (95)

Produzzjoni tal-azzar mhux maħdum fl-2013

Produzzjoni tal-azzar mhux maħdum fl-2014 (96)

Kapaċità eċċessiva teoretika fl-2014

Produzzjoni attwali tal-HRF fl-2013

Produzzjoni attwali tal-HRF fl-2014

Ir-Russja

89 000

69 008

71 461

17 539

26 140

26 996

Ir-RPĊ

1 140 000

822 000

822 698

317 302

311 564

317 387

L-Ukrajna

42 500

32 771

27 170

15 330

8 929

7 867

L-Iran

27 000

15 422

16 331

10 669

8 250

8 276

Il-Brażil

48 000

34 163

33 897

14 103

15 014

14 229

(573)

Iċ-ċifri dwar il-produzzjoni ta' hawn fuq għall-prodotti simili juru li l-pajjiż ikkonċernat jaqbeż bil-bosta lill-pajjiżi esportaturi kbar l-oħrajn. Barra minn hekk, iċ-ċifri ta' hawn fuq dwar il-kapaċità għall-azzar mhux maħdum jindikaw ukoll li r-RPĊ biss għandha tali kapaċità żejda massiva. Għaldaqstant, il-Kummissjoni sabet li l-esportazzjonijiet mir-RPĊ kienu jikkostitwixxu theddida ta' dannu imminenti għall-industrija tal-Unjoni.

(574)

Madankollu, huwa wkoll probabbli li l-importazzjonijiet mill-Brażil, mill-Iran, mir-Russja, mis-Serbja u mill-Ukrajna kkontribwew għat-theddida ta' dannu materjali. Madankollu, il-produzzjoni sottostanti, ix-xejriet ta' importazzjoni u l-volumi preċiżi tal-importazzjoni f'ċifri assoluti mhumiex ta' tali skala li jiksru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet dejjem akbar u dejjem aktar sussidjati mir-RPĊ u t-theddida ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(575)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ allega wkoll li l-Kummissjoni kienet ikkontradixxiet il-konklużjoni ta' hawn fuq minħabba l-konstatazzjoni ta' dannu materjali f'investigazzjoni parallela li hija għaddejja dwar l-importazzjonijiet minn ħames pajjiżi (97) dwar l-istess prodott ikkonċernat. Huwa stqarr li “dannu materjali” u “theddida ta' dannu materjali” huma żewġ kunċetti legali distinti li ma jistgħux jeżistu flimkien, fejn il-kostatazzjoni ta' wieħed teskludi awtomatikament l-ieħor.

(576)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-allegazzjonijiet għar-raġunijiet li ġejjin. Għalkemm hija rrikonoxxiet li l-investigazzjoni kurrenti kopriet eżattament l-istess prodott ikkonċernat u prodott simili bħall-investigazzjoni fil-każ tal-“ħames pajjiżi”, l-ewwel nett, innutat li l-investigazzjoni kurrenti u l-investigazzjoni tal-ħames pajjiżi ma jkoprux l-istess perjodi rilevanti għall-valutazzjoni ta' tendenzi dwar id-dannu u r-rabta kawżali. L-ewwel nett, l-investigazzjoni ta' dumping u dannu/sussidju u t-theddida ta' dannu fl-investigazzjoni kurrenti kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015, filwaqt li l-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sat-tmiem l-2015. Għalhekk, il-perjodu ta' wara l-PI għal din l-investigazzjoni beda fl-1 ta' Jannar 2016. Min-naħa l-oħra, għal dak li jirrigwarda l-investigazzjoni tal-ħames pajjiżi, l-investigazzjoni ta' dumping u ta' dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016, filwaqt li l-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2013 sat-30 ta' Ġunju 2016. Għalhekk, il-perjodu ta' wara l-PI għall-proċedimenti tal-ħames pajjiżi beda fl-1 ta' Lulju 2016. Għalkemm huwa minnu li hemm sovrappożizzjoni ta' sitt xhur rigward il-perjodu tal-investigazzjoni bejn iż-żewġ investigazzjonijiet (il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015), id-determinazzjoni tad-dumping u d-dannu sar fuq il-bażi ta' perjodu ta' investigazzjoni u perjodu kkunsidrat li kienu differenti fl-investigazzjoni attwali u l-investigazzjoni tal-ħames pajjiżi u li kienu diġà ġew definiti f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament bażiku u mħabbra fin-Notifika ta' Bidu.

(577)

Barra minn hekk, l-affermazzjoni li investigazzjoni bbażata fuq id-dannu teskludi investigazzjoni bbażata fuq theddida ta' dannu li tirreferi għal perjodu ta' investigazzjoni, għall-inqas parzjalment qabel dik ibbażata fuq dannu materjali hija legalment u ekonomikament mhux sostenibbli. L-ewwel nett, għall-każ tal-ħames pajjiżi, il-Kummissjoni kienet irċeviet evidenza biżżejjed għall-bidu ta' proċedura bbażata fuq l-allegazzjoni ta' dannu attwali, b'mod partikolari minħabba l-prezzijiet baxxi ħafna, matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dan il-każ jirrigwarda, għall-kuntrarju, theddida ta' dannu li tkopri perjodu ta' investigazzjoni oħra parzjalment qabel dik il-perjodu tal-investigazzjoni, li ma tkunx ibbażata biss fuq l-ipprezzar u l-iżvilupp fil-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi, iżda wkoll fuq il-futur tal-imġiba mistennija ta' produtturi esportaturi Ċiniżi minħabba, b'mod partikolari l-kapaċitajiet żejda eżistenti.

(578)

Il-ġurisprudenza teħtieġ li l-Kummissjoni twettaq analiżi ta' attribwizzjoni tal-fatturi differenti. Fil-każ tal-ħames pajjiżi, jekk biżżejjed evidenza fl-ilment tiġi kkonfermata fid-deċiżjoni finali, l-importazzjonijiet minn dawn il-ħames pajjiżi jistgħu kkawżaw dannu attwali lill-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' dan il-każ. Indipendentement minn dan id-dannu attwali, l-importazzjonijiet Ċiniżi jikkostitwixxu theddida addizzjonali ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, minħabba d-differenza fiż-żewġ perjodi ta' investigazzjonijiet u l-konklużjonijiet li saru fil-premessi (571)-(574) kull determinazzjoni definittiva futura fil-każ tal-ħames pajjiżi ma tistax tikser ir-rabta kawżali f'dan il-każ.

6.2.3.   Prestazzjoni tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(579)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppa kif ġej:

Tabella 23

Volumi ta' esportazzjoni lil klijenti mhux relatati mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

 

2012

2013

2014

PI

Volum tal-esportazzjonijiet lil klijenti mhux relatati

2 344 463

2 379 035

2 777 446

2 409 721

Indiċi (2012 = 100)

100

101

118

103

Prezz medju (EUR / tunnellata)

516

463

459

391

Indiċi (2011 = 100)

100

90

89

76

Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(580)

Il-volum tal-esportazzjonijiet lil klijenti mhux relatati żdied bi 3 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni. F'dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet, dawn naqsu b'mod sinifikanti bi – 24 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(581)

Il-bejgħ mill-esportazzjoni kien jirrappreżenta mhux aktar minn 4 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni u għal 22 % tal-bejgħ totali lil klijenti mhux relatati matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Barra minn hekk, mil-lat ta' persentaġġ it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-esportazzjoni segwa l-istess xejra bħall-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prestazzjoni tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kkontribwiet għas-sitwazzjoni dgħajfa tal-industrija. Madankollu, minħabba d-daqs relattivament żgħir tagħhom fil-fatturat globali tal-industrija tal-Unjoni, lanqas dan il-fattur ma kisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u t-theddida ta' dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni.

6.2.4.   Produtturi tal-Unjoni mhedda minn żieda fil-kost tal-enerġija

(582)

Il-Gvern taċ-Ċina allega li l-produtturi tal-Unjoni kienu qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' kostijiet ogħla tal-enerġija mill-parti l-kbira tal-kompetituri internazzjonali tiegħu u li l-industrija tal-Unjoni sofriet minn żieda medja ta' 38 % fil-prezzijiet. (98). Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ kkummenta li meta l-kostijiet tal-enerġija komparattivament ogħla tal-industrija tal-Unjoni kienu kawża aktar probabbli oħra ta' kull theddida allegata ta' dannu materjali għajr l-importazzjonijiet tal-HRF miċ-Ċina u sostna li l-kostijiet tal-enerġija huma wieħed mill-muturi ewlenin tal-kompetittività tal-produtturi tal-azzar tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-GTĊ allega li, anki li kieku kien hemm tnaqqis fil-kostijiet tal-enerġija, tnaqqis bħal dan kien qed ibatti fl-2015 u l-prezzijuiet reġgħu għolew fl-2016.

(583)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-kostijiet tal-enerġija, l-ewwel nett, huma tabilħaqq importanti, iżda mhumiex il-komponent tal-kost maġġuri għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, li huwa fil-fatt il-kost tal-materja prima (ara aktar 'l isfel taħt it-taqsima 6.2.5.). It-tieni, dawn huma fattur importanti tal-kompetittività. Dan huwa f'konformità mad-dikjarazzjoni tal-GTĊ fil-premessa (300) tas-sottomissjoni tiegħu li l-kostijiet tal-enerġija huma fattur importanti, iżda mhuwiex l-uniku motivatur ta' profittabilità. Tabilħaqq, skont studju riċenti minn konsorzju ta' speċjalisti fis-settur tal-enerġija, il-prezzijiet Ewropej tal-elettriku naqsu bi 12 % matul il-perjodu 2010-2015. Bħala riżultat, l-Unjoni saret ir-reġjun li għandu r-raba' l-anqas livell ta' prezzijiet tal-elettriku (99). Il-Kummissjoni ma kinitx kapaċi tikseb l-informazzjoni li turi treġġigħ lura ta' din is-sitwazzjoni. It-tielet nett, dawn l-argumenti dwar il-kostijiet tal-elettriku ma jistgħux jiġu rikonċiljati mal-fatt li l-industrija tal-Unjoni xorta kienet kapaċi tikseb profitti ta' madwar 0,4 % fl-2013, kif ukoll matul il-perjodu 2007-2011, meta probabbilment kien jeżisti wkoll dan l-allegat żvantaġġ komparattiv f'termini tal-kostijiet.

(584)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li dan il-fattur ma kissirx ir-rabta kawżali.

6.2.5.   Prezzijiet baxxi tal-HRF fis-suq tal-Unjoni minħabba prezzijiet baxxi tal-materja prima u / jew prezzijiet baxxi tal-HRF madwar id-dinja

(585)

Il-Gvern taċ-Ċina sostna wkoll li l-prezzijiet baxxi tal-materja prima fil-manifattura tal-azzar, b'mod partikolari ta' minerali tal-ħadid, wasslu għal tnaqqis tal-prezzijiet tas-suq tal-HRF fis-suq tal-Unjoni (100). Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ tenna l-pożizzjoni tiegħu li t-tnaqqis tal-prezzijiet tal-materja prima tabilħaqq ikkawża t-tnaqqis tal-prezzijiet tal-HRF u għaldaqstant, barra l-importazzjonijiet tal-HRF miċ-Ċina, kienu kawża oħra tal-allegata theddida ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(586)

Il-Kummissjoni analizzat kemm il-prezzijiet tal-HRF u l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-materja prima għall-HRF għall-perjodu kkunsidrat.

(587)

Matul l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonfermat li l-prezzijiet għall-materja prima waqgħu bejn l-2012 u l-2015. Pereżempju, il-prezz għall-minerali tal-ħadid naqas minn madwar USD 141 kull MT għal USD 52 kull MT, jew tnaqqis ta' aktar minn 60 %.

(588)

Madankollu, meta jiġi analizzat il-kost tal-produzzjoni tal-akbar produttur tal-Unjoni fil-kampjun, jirriżulta li l-impatt ta' dan it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima huwa ħafna aktar baxx mill-imsemmija evoluzzjoni tal-prezzijiet. Pereżempju, il-kontribut mit-tliet materji prima msemmija hawn fuq ammonta għal madwar 60 % tal-ispiża totali tal-produzzjoni ta' produttur wieħed kbir fl-2012, iżda kien għadu jirrappreżenta 50 % tal-ispiża totali tal-produzzjoni fl-2015. Dan juri li ma hemm l-ebda korrelazzjoni diretta bejn it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima u tnaqqis tal-kost tal-produzzjoni għall-HRF.

(589)

Barra minn hekk, il-kost tal-produzzjoni fi ħdan l-industrija tal-Unjoni b'kollox naqqas b'25 % matul il-perjodu kkunsidrat (ara l-premessa (448)), li kien ir-riżultat mhux biss ta' kost aktar baxx għall-materja prima, iżda wkoll minħabba titjib fl-effiċjenza miksub mill-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu b'perċentwal ogħla, jiġifieri bi 33 % matul l-istess perjodu (ara l-premessa (517)).

(590)

Taħt kundizzjonijiet ġusti tas-suq, l-industrija tal-Unjoni kienet tkun tista' żżomm il-livelli tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha sabiex tikseb il-benefiċċji minn tnaqqis fil-kostijiet u terġa' ssir profitabbli. Madankollu, il-produtturi tal-Unjoni kellhom isegwu x-xejra tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet waqgħu. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni, il-produtturi tal-Unjoni saħansitra ġew imġiegħla jbigħu bi prezzijiet aktar baxxi mill-kostijiet, minkejja li kien diġà rnexxielhom inaqqsu l-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom b'mod sinifikanti.

6.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(591)

Ġiet stabbilita rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati Ċiniżi u t-theddida ta' dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni. Hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda qawwija, b'mod partikolari, fil-livell tal-importazzjonijiet sussidjati bi prezzijiet dejjem aktar baxxi tal-bejgħ mir-RPĊ, u t-tnaqqis fil-prestazzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari mit-tieni nofs tal-2015 'il quddiem. L-industrija tal-Unjoni ma kellha ebda għażla oħra ħlief li ssegwi l-livell tal-prezzijiet stabbilit mill-importazzjonijiet sussidjati sabiex jiġi evitat tnaqqis ulterjuri tas-sehem mis-suq tagħha. Dan irriżulta f'sitwazzjoni ta' telf li x'aktarx ser tkompli tmur għall-agħar.

(592)

Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet sussidjati, li jikkawżaw it-theddida ta' dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi fit-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni. Il-fatturi l-oħrajn identifikati, bħall-kriżi ekonomika, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u l-prestazzjoni tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni ma nstabux li kisru r-rabta kawżali bejn it-theddida ta' dannu materjali u l-importazzjonijiet sussidjati Ċiniżi. Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ fil-perjodu ta' investigazzjoni kienu qed jikkawżaw theddida ta' dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 8(5) u (6) tar-Regolament bażiku. Fatturi magħrufa oħrajn minbarra l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ li fl-istess ħin kellhom impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma nstabux li kienu jiksru r-rabta kawżali.

7.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(593)

F'konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk kinux jeżistu raġunijiet validi sabiex tikkonkludi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f'dan il-każ. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. F'din id-determinazzjoni, il-Kummissjoni tat kunsiderazzjoni speċjali lill-ħtieġa li jiġu eliminati l-effetti ta' sussidji dannużi li jfixklu l-kummerċ u li terġa tiġi restawrata l-kompetizzjoni effettiva.

7.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(594)

L-industrija tal-Unjoni tinsab f'diversi Stati Membri (ir-Renju Unit, Franza, il-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Slovakka, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Belġju, il-Polonja, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Finlandja, l-Isvezja, il-Portugall, l-Ungerija u Spanja), u timpjega direttament madwar 18 000 impjegat fir-rigward ta' prodotti ċatti tal-azzar b'laminazzjoni termali.

(595)

Kien hemm sbatax-il produttur li kkooperaw matul l-investigazzjoni. Ma kien hemm ħadd mill-produtturi magħrufa li oppona t-tnedija tal-investigazzjoni. Kif muri hawn fl-analiżi tal-indikaturi tad-dannu, l-industrija kollha tal-Unjoni wriet xi sinjali ta' dannu matul il-perjodu kkunsidrat. B'mod partikolari, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, bħall-profitabbiltà, ġew affettwati serjament. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun esperjenzaw deterjorament tas-sitwazzjoni tagħhom, b'mod partikolari mit-tieni nofs tal-2015 'il quddiem, u kienu affettwati b'mod negattiv mill-importazzjonijiet sussidjati, li kkawżaw it-theddida ta' dannu li saret imminenti fl-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni.

(596)

Madankollu, kif issemma taħt il-premessa (542), il-Kummissjoni sabet ukoll indikazzjonijiet li l-produtturi tal-azzar tal-Unjoni possibbilment bdew jirkupraw f'termini ta' profittabbiltà matul it-tieni nofs tal-2016, iżda, anki jekk ikun minnu, dan ma jikkumpensax għat-telf imġarrab matul l-2015 u fl-ewwel nofs tal-2016.

(597)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ allega li ma jkun hemm l-ebda ħtieġa li jiġu imposti miżuri definittivi fl-investigazzjoni preżenti peress li jkun bl-ebda mod ċar li din tkun ta' benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni. Pereżempju, huwa allega li, li kieku kellhom jiġu imposti miżuri definittivi, l-importazzjonijiet tal-HRF minn pajjiżi oħra li mhumiex soġġetti għal dazji x'aktarx jieħdu post l-importazzjonijiet Ċiniżi.

(598)

Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni: Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta' dazji kumpensatorji definittivi tistabbilixxi mill-ġdid il-kundizzjonijiet ta' kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni u tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra aktar. Dan iwassal għal titjib fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni lejn livelli meqjusa bħala neċessarji għal din l-industrija b'kapital intensiv. Għalhekk huwa importanti li l-prezzijiet jitreġġgħu lura għal-livell mhux sussidjat jew għal livell mhux dannuż sabiex id-diversi produtturi kollha jkunu jistgħu joperaw fis-suq tal-Unjoni taħt ċirkostanzi ta' kummerċ ġust. Fin-nuqqas ta' miżuri, huwa probabbli li t-theddida ta' dannu timmaterjalizza u li jkun hemm deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(599)

Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta' dazji kumpensatorji definittivi tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.2.   L-interess tal-importaturi

(600)

Kif issemma fil-premessa (21), ma kien hemm ebda importatur mhux relatat li mela kwestjonarju sħiħ jew li pprovda lill-Kummissjoni b'elementi li juru sa liema punt l-importaturi jġarrbu dannu bl-impożizzjoni ta' miżuri. Għalhekk, u anki meta wieħed iqis li, minbarra r-RPĊ, diversi pajjiżi oħrajn jesportaw lejn l-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li x'aktarx li l-impożizzjoni ta' miżuri tista' ma tkunx fl-interess tal-importaturi.

7.3.   L-interess tal-utenti

(601)

Il-prodotti ċatti tal-azzar b'laminazzjoni termali jintużaw bħala input industrijali li l-utenti aħħarin jixtru għal varjetà ta' applikazzjonijiet, inkluż fil-kostruzzjoni (il-produzzjoni ta' tubi tal-azzar), fil-bini ta' bastimenti, kontenituri tal-gass, kontenituri taħt pressjoni u pipelines tal-enerġija.

(602)

Utent wieħed biss mill-Italja (Marcegaglia Carbon Spa) b'importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u li jipproduċi fost oħrajn, tubi, pajpijiet u prodotti tal-azzar downstream ipprovda tweġiba għall-kwestjonarju fil-qafas tal-proċediment antidumping kontra ċ-Ċina dwar l-istess prodott ikkonċernat. Il-prodott ikkonċernat / prodott simili huwa element ta' kost għal dan l-utent.

(603)

Dan l-utent Taljan allega li l-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat twassal għal sitwazzjoni fejn ma jibqax ikollu aċċess għal provvisti affidabbli tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni, b'mod partikolari ta' rombli ta' kwalità għolja użati għall-irromblar mill-ġdid. Huwa allegat li 88 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tirriżulta minn 16-il kumpaniji biss li jappartjenu għal tmien gruppi kbar, fejn l-akbar parti tal-produzzjoni (madwar 70 %) tintuża fis-suq ristrett. Bħala konsegwenza, allegatament, il-produtturi tal-Unjoni bħala riżultat tas-sehem relattivament għoli tas-suq tagħhom jistgħu jeżerċitaw pressjoni qawwija kemm fis-suq tal-prodott ikkonċernat kif ukoll fis-suq downstream.

(604)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnotat li l-objettiv ta' dazji kumpensatorji definittivi mhuwiex li jagħlaq is-suq tal-Unjoni minn kwalunkwe importazzjoni, iżda li jerġa jitreġġa' lura l-kummerċ ġust billi jitneħħa l-effett ta' sussidjar dannuż. Għaldaqstant, kemm l-utent Taljan kif ukoll utenti oħrajn tal-Unjoni ser ikomplu jkunu jistgħu jistrieħu fuq provvisti ta' kwalità għolja tal-prodott ikkonċernat, kemm jekk mill-Unjoni kif ukoll jekk minn pajjiżi terzi.

(605)

It-tieni nett, il-Kummissjoni sabet li l-utent mhuwiex esklussivament dipendenti fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi, iżda li matul il-perjodu ta' investigazzjoni xtara wkoll il-prodott ikkonċernat mingħand produtturi tal-Unjoni, kif ukoll mingħand produtturi oħrajn f'pajjiżi terzi għajr il-pajjiż ikkonċernat. Għalhekk, il-katina tal-provvista tagħha ma għandhiex tiġi mfixkla ħafna.

(606)

It-tielet nett, anki jekk il-prezzijiet tal-prodott Ċiniż ikkonċernat kellhom jiżdiedu b'madwar 30 %, dan ikollu biss impatt ta' 3 % tal-kost tal-produzzjoni ta' dan l-utent Taljan. Filwaqt li f'dan in-negozju dan jista' jkun konsiderevoli, is-simulazzjoni wriet ukoll li l-profitt tiegħu qabel it-taxxa kien ser jibqa' ftit ogħla minn punt ta' ekwilibriju.

(607)

Ir-raba' nett, minħabba li l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u minn pajjiżi oħrajn huma mistennija li jkomplu wara l-impożizzjoni ta' dazji kumpensatorji definittivi, u minħabba li għadhom jeżistu tali sorsi alternattivi ta' provvista, id-dikjarazzjoni li l-impożizzjoni ta' dazji kumpensatorji twassal sabiex l-industrija tal-Unjoni tkun tista' teżerċita pressjoni qawwija fuq il-prezzijiet hija infondata. L-industrija tal-Unjoni tikkonsisti minn 22 produttur li jipprovdu lill-utenti b'firxa wiesgħa ta' provvista li tkun diġà fl-Unjoni, flimkien mal-possibbiltà ta' importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra li jipproduċu u jesportaw il-prodott simili. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-allegazzjoni li l-impożizzjoni ta' miżuri ser twassal għal nuqqas ta' provvista tal-prodott ikkonċernat / prodott simili.

(608)

Fir-rigward ta' xi effett negattiv potenzjali fuq il-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni, huwa minnu li r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE jimponu standards aktar stretti ta' mġiba fuq kumpanija li għandha sehem sinifikanti mis-suq. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ma taf b'ebda abbuż ta' pożizzjoni dominanti fuq is-suq tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. Madankollu, fi kwalunkwe każ, fl-aħħar mill-aħħar hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni kompetenti sabiex jiddeterminaw jekk hemmx pożizzjoni dominanti u jekk hijiex qed tiġi abbużata.

(609)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ kien tal-fehma li kull benefiċċju li l-miżuri definittivi kontra l-importazzjonijiet tal-HRF ikollhom għall-industrija tal-Unjoni jiġu kkumpensati mill-effetti negattivi fuq l-utenti. Barra minn hekk, huwa allega li l-impożizzjoni tal-miżuri tkun b'mod partikolari sproporzjonata għal importaturi mhux relatati, li huma f'kompetizzjoni diretta ma' utenti relatati, u diġà f'pożizzjoni żvantaġġjata fil-konfront tagħhom, li huma kapaċi jistabbilixxu l-prezzijiet u li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet kummerċjali favorevoli mogħtija minn produtturi integrati.

(610)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-allegazzjoni fuq il-bażi tal-ispjegazzjonijiet fil-premessa (607) ta' hawn fuq, u minħabba li s-sorsi alternattivi ta' provvista jkomplu jeżistu.

(611)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta' miżuri tmur kontra l-interess tal-utenti, iżda ma jkollha l-ebda effett negattiv sproporzjonat b'mod ċar fuqhom. B'mod partikolari, anki jekk l-esportazzjonijiet Ċiniżi kellhom de facto jieqfu, ikun għad hemm firxa wiesgħa ta' provvista disponibbli fis-suq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-impatt tal-miżuri fuq il-profitabbiltà tal-utenti li ppreżentaw ruħhom kien wieħed limitat.

7.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(612)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta' miżuri għandha tikkontribwixxi għall-irkupru tal-industrija tal-Unjoni f'termini ta' profittabilità. L-impożizzjoni ta' miżuri tippermetti lill-produtturi tal-Unjoni jagħmlu l-investimenti u r-R&Ż meħtieġa sabiex jgħammru aħjar it-tagħmir ta' produzzjoni tal-azzar HRF tagħhom u jagħtu spinta lill-kompetittività tagħhom.

(613)

L-industrija tal-Unjoni diġà għaddiet minn ristrutturar sinifikanti fl-imgħoddi (riċenti). Jekk ma jiġux imposti miżuri, x'aktarx timmaterjalizza t-theddida ta' dannu imminenti fl-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni. Xi produtturi tal-Unjoni tal-azzar ċatt b'laminazzjoni termali jista' jkollhom jagħlqu/inaqqsu l-attivitajiet tagħhom tal-prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-azzar, ikeċċu l-impjegati u jħallu ħafna utenti tal-Unjoni b'sorsi limitati ta' provvista.

(614)

Fir-rigward tal-interess ta' importaturi mhux relatati u tal-utenti, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta' miżuri fil-livell propost ikollu biss impatt limitat. B'mod aktar speċifiku, il-prezzijiet, il-profitabbiltà tagħhom u l-impjiegi fl-industrija tal-utent ma jiġux affettwati b'mod sproporzjonat. Għalhekk, fil-livell propost l-effett tal-impożizzjoni ta' miżuri kumpensatorji definittivi fuq il-prezzijiet tal-katina tal-provvista u fuq il-prestazzjoni tal-utenti huwa wieħed limitat biss.

(615)

Fil-kunsiderazzjoni u fl-ibbilanċjar tal-interessi qawwija ta' industrija importanti tal-Unjoni li tkun protetta kontra prattiki inġusti, min-naħa waħda, u l-effetti probabbli limitati ta' miżuri fuq importaturi mhux relatati u l-utenti, li jkomplu jibbenefikaw minn firxa wiesgħa ta' provvista fl-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq importazzjonijiet sussidjati tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat.

8.   MIŻURI ANTISUSSIDJU DEFINITTIVI

(616)

Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar is-sussidju, it-theddida ta' dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri antisussidji definittivi biex jiġi evitat li timmaterjalizza t-theddida imminenti ta' dannu materjali kkawżata lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet sussidjati.

8.1.   Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu (Marġni ta' dannu)

(617)

Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta' dazju neċessarju biex tiġi eliminata t-theddida ta' dannu mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(618)

It-theddida ta' dannu tiġi eliminata kieku l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa fuq il-bejgħ tal-prodott simili (l-hekk imsejjaħ profitt fil-mira) fis-suq tal-Unjoni li jista' raġonevolment jinkiseb f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni minn industrija ta' dan it-tip fis-settur, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

(619)

Fir-rigward tad-determinazzjoni ta' profitt fil-mira, il-Kummissjoni l-ewwel analizzat il-proposta tal-ilmentatur fil-proċediment antidumping kontra ċ-Ċina fuq l-istess prodott ikkonċernat, li indikat perċentwal ta' 12,9 %, li ttieħed minn deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni dwar l-istess prodott (101). Madankollu, din il-konklużjoni tmur lura għas-sena 2000, u d-dejta minn aktar minn 15-il sena ilu ma tistax tibqa' titqies bħala rappreżentattiva minħabba t-tibdil teknoloġiku u finanzjarju li ffaċċjat l-industrija tal-Unjoni minn dak iż-żmien 'l hawn u minħabba t-tibdil fid-daqs tas-suq tal-Unjoni mill-2000 bħala riżultat tal-għadd dejjem jikber ta' Stati Membri matul il-perjodu bejn l-2000-2016.

(620)

Il-Gvern taċ-Ċina ppropona li marġni ta' profitt ta' mhux aktar minn 5 % biss jista' jitqies bħala raġonevoli (102). F'dan ir-rigward, huwa rrefera għall-prattika tal-Kummissjoni fl-imgħoddi, fejn profitt fil-mira ta' 4,8 % u ta' 3 % instab li kien xieraq fil-każ Rebars (103) u fil-każ Seamless Pipes and Tubes, rispettivament (104). Madankollu, dawn il-prodotti huma prodotti tal-azzar downstream, li mhumiex simili għall-prodott ikkonċernat.

(621)

Il-Kummissjoni mbagħad daret għad-dejta dwar il-profittabbiltà tas-sena 2008, li hija qieset bħala l-aktar sena rappreżentattiva għal prodott downstream, jiġifieri l-prodotti tal-azzar b'laminazzjoni kiesħa (105). Il-prodott ikkonċernat tal-investigazzjoni attwali huwa f'ħafna aspetti simili għal ċerti prodotti ċatti tal-azzar b'laminazzjoni kiesħa (prodotti b'laminazzjoni kiesħa) għar-raġunijiet li ġejjin:

Għaż-żewġ prodotti (minerali tal-ħadid u faħam kokk) ċerti ligi huma partijiet ewlenin mill-kost tal-produzzjoni tagħhom u jgħaddu minn proċessi simili (forn, impjant li fih isir irrumblar fis-sħana.

Kif stabbilit fil-premessa (40) aktar 'il fuq, il-prodott ikkonċernat huwa l-materjal primarju għall-produzzjoni ta' diversi prodotti tal-azzar downstream ta' valur miżjud, li jibdew minn prodotti rrumblati fil-kiesaħ.

(622)

Fuq din il-bażi, il-Kumissjoni sabet marġni ta' profitt ta' 14,4 %.

(623)

Madankollu, diversi elementi f'dak il-każ fir-rigward tad-dumping inġurjuż miċ-Ċina u mir-Russja mhumiex preżenti fil-każ attwali, fejn il-Kummissjoni sabet theddida ta' dannu mill-esportazzjonijiet sussidjati Ċiniżi, li tinvolvi analiżi prospettiva. B'mod partikolari, f'dak il-każ, l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mill-pajjiżi investigati kienu seħħew matul il-perjodu ta' erba' snin qabel il-perjodu ta' investigazzjoni.

(624)

Il-Kummissjoni mbagħad ipprovat tistabbilixxi mira ta' profitt permezz ta' simulazzjoni ta' kif seta' żviluppa l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni mir-riċessjoni kkawżata mill-kriżi ekonomika u finanzjarja fl-2009 li kieku ma kienx interrott mill-volumi kbar ta' importazzjonijiet Ċiniżi li waqqgħu l-prezz. Għal dan l-eżerċizzju, hija bbażat ruħha fuq dejta aktar reċenti u analiżi prospettiva ppreżentata fil-Kumitat tal-Azzar tal-OECD f'Diċembru 2013. Fi studju intitolat “Inħejju s-sisien għal industrija finanzjarjament soda” opinjoni esperta analizzat il-profittabilità tal-industrija globali tal-azzar f'dawn l-aħħar snin u stabbiliet limitu ta' profitt sostenibbli fit-tul. B'mod partikolari, dan l-istudju argumenta favur marġni medju globali ta' 17 % tal-EBITDA (qliegħ qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-ammortizzament) (106). Ir-rapport jindika wkoll spejjeż medji tal-investiment ta' 7 % u spejjeż medji tad-dejn ta' 3 %. Il-Kummissjoni naqqset dawn iż-żewġ kategoriji ta' kostijiet u waslet għal livell ta' qligħ qabel it-taxxi (EBT) ta' 7 %. Fin-nuqqas ta' dejta affidabbli oħra, hija assimilat dawn iċ-ċifri li saru għall-industrija tal-azzar b'mod ġenerali mal-prodott ikkonċernat, billi l-HRF jikkostitwixxi proporzjon kbir tal-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum.

(625)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni stabbilixxiet li jista' jintuża profitt fil-mira ta' 7 % sabiex jiġi kkalkolat il-marġini tat-theddida ta' dannu għall-industrija tal-HRF fl-Unjoni.

8.2.   Il-perjodu li għandu jintuża għall-kalkolu tal-marġni ta' dannu f'każ ta' theddida ta' dannu

(626)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni fakkret li d-determinazzjoni ta' sussidju u ta' dannu ssir abbażi ta' perjodu ta' investigazzjoni u perjodu ta' analiżi definiti b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament bażiku u mħabbra fl-Avviż ta' Bidu. Min-naħa l-oħra, ir-Regolament bażiku ma jipprevedix xi metodu speċifiku għall-kalkolu tal-marġni ta' dannu użat għall-applikazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri. It-tieni nett, barra minn hekk ir-Regolament bażiku ma jipprevedix kriterji speċifiċi għad-definizzjoni tal-perjodu li matulu jiġu vvalutati l-parametri għall-kalkolu tal-marġni ta' dannu. Fil-każ attwali, il-Kummissjoni kellha bżonn tqis li l-perjodu magħżul jirrifletti l-ispeċifiċità tal-każ u huwa xieraq fil-kuntest ta' analiżi prospettiva.

(627)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li ma setgħetx tapplika approċċ standard ta' dannu materjali billi tieħu l-medja tal-marġni ta' dannu matul il-PI kollu (jiġifieri l-2015): it-theddida ta' marġni tad-dannu trid tirrifletti t-theddida, u meta t-theddida timmaterjalizza aktar tard matul il-PI, il-marġni ta' dannu jrid jirrifletti l-impatt konkret tat-theddida. Sabiex tneħħi b'mod effettiv l-impatt tat-theddida ta' dannu, il-Kummissjoni għalhekk ħarset lejn dawk il-partijiet tal-PI fejn it-theddida ta' dannu bdiet timmaterjalizza kif ġej: Irreferiet fost oħrajn għall-premessa (549) li tgħid li “filwaqt li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tirkupra matul l-2014 u l-ewwel żewġ trimestri tal-2015, kważi l-indikaturi tad-dannu kollha bdew jaqgħu drammatikament matul it-tieni nofs tal-2015. L-investigazzjoni żvelat li din ix-xejra negattiva, li bdiet fit-tieni nofs tal-2015, ma ġietx invalidata matul l-ewwel nofs tal-2016.” Fil-premessa (554) pprovdiet ukoll li “Fid-dawl tal-koinċidenza fiż-żmien bejn, fuq naħa waħda, il-livell dejjem jiżdied ta' importazzjonijiet sussidjati bi prezzijiet kontinwament jonqsu u, min-naħa l-oħra, it-telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni u deprezzament fil-prezzijiet li rriżultaw f'aktar telf, b'mod partikolari mit-tieni nofs tal-2015 'il quddiem, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet sussidjati kellhom impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.”

(628)

It-tieni nett, rigward il-mertu tal-kwistjoni, il-Kummissjoni stabbiliet li, kif stabbilit fil-premessa (462), ix-xejra negattiva bdiet fit-tieni nofs tal-2015 u wasslet għal tibdil kjarament imminenti u prevedibbli fiċ-ċirkostanzi fl-aħħar tal-perjodu tal-investigazzjoni, li jista' joħloq sitwazzjoni li fiha s-sussidjar jikkawża dannu, jekk ma tittieħed l-ebda miżura. Dan huwa konformi ma' dak li ġie ddikjarat mill-Kummissjoni fil-premessa (457) li “l-produtturi tal-Unjoni setgħu jirkupraw parzjalment matul l-2014 u fl-ewwel nofs tal-2015”. B'konsegwenza ta' hekk, it-tieni nofs tal-2015 jirrifletti aħjar l-impatt attwali tat-theddida ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni li jeħtieġ li titneħħa.

(629)

It-tielet nett, il-Qorti sostniet li l-analiżi tad-dejta tal-perjodu ta' wara l-investigazzjoni hija partikolarment xierqa f'investigazzjoni sabiex jiġi determinat jekk hemmx theddida ta' dannu li, min-natura tagħha stess, tirrikjedi analiżi prospettiva. Għall-Kummissjoni, it-tieni nofs tal-2015 jidher li jwieġeb aħjar għal dan ir-rekwiżit, minħabba li huwa aktar qrib tal-iżviluppi futuri mill-PI sħiħ.

(630)

Ir-raba' nett, kalkolu abbażi ta' perjodu sħiħ ta' investigazzjoni, irrispettivament minn jekk kienx hemm sinjali ta' xejriet negattivi, jimmina l-objettiv ta' każ ta' theddida ta' dannu sabiex ikun hemm azzjoni effettiva u preventiva qabel it-theddida ta' dannu tikkawża dannu.

(631)

Wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur Shougang Group ma qabilx mal-approċċ tal-Kummissjoni li tikkunsidra d-dejta tat-tieni nofs tal-2015 biss biex jiġi ddeterminat il-marġni ta' dannu. Huwa argumenta li perjodu tal-investigazzjoni jiġi stabbilit fil-bidu ta' investigazzjoni sabiex tiġi evitata kull determinazzjoni suġġettiva mill-awtoritajiet responsabbli mill-investigazzjonijiet. Barra minn hekk, huwa allega li, peress li r-regola tad-dazju inferjuri tapplika għall-impożizzjoni ta' dazji kumpensatorji, li jfisser li kemm is-sussidju u l-marġni ta' dannu għandhom jiddeterminaw id-dazju, għandu jkun loġiku li kemm is-sussidju u l-marġni ta' dannu għandhom jirrelataw mal-istess perjodu.

(632)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-allegazzjonijiet għar-raġunijiet li ġejjin: L-ewwel nett, kif iffikjarat fil-premessa (627) fuq, it-theddida ta' marġni ta' dannu trid tirrifletti t-theddida, u meta t-theddida timmaterjalizza aktar tard matul il-PI, il-marġni tad-dannu jrid jirrifletti l-impatt konkret tat-theddida. It-tieni skont l-Artikoli 11 u 5 tar-Regolament bażiku, li japplikaw ukoll għal investigazzjonijiet li jinbdew abbażi ta' allegazzjonijiet ta' theddida ta' dannu, il-konklużjonijiet rappreżentattivi jridu jkunu bbażati fuq perjodu li jkun intemm qabel il-bidu tal-proċedura (ara -premessa (475)). L-għan ta' dan il-prinċipju huwa li jiġi żgurat li r-riżultati tal-investigazzjoni jkunu rappreżentattivi u affidabbli. Fl-aħħar nett, kif stipulat fil-premessa (626), ir-Regolament bażiku ma jipprevedix xi metodu speċifiku għall-kalkolu tal-marġni ta' dannu użat għall-applikazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri.

(633)

Għar-raġunijiet kollha msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li f'dan il-każ partikolari l-perjodu għall-kalkolu tal-marġni ta' dannu għandu jkun ibbażat fuq it-tieni nofs tal-2015 u mhux fuq il-perjodu sħiħ tal-investigazzjoni.

(634)

Bħala riżultat, il-Kummissjoni talbet dejta addizzjonali mingħand il-produtturi li kienu qed jikkooperaw. Irċeviet dejta trimestrali addizzjonali dwar il-PI dwar il-kost tal-produzzjoni skont kull tip ta' prodott għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u wara vverifikat din id-dejta. Il-verifiki kienu jikkonċernaw biss id-dejta addizzjonali pprovduta li ma kinitx intalbet qabel u żguraw li d-dejta li fuqha l-Kummissjoni eventwalment ibbażat il-konklużjonijiet tagħha kienet affidabbli.

(635)

Fir-rigward tal-kalkolu tal-marġni ta' dannu speċifiku tiegħu, il-produttur esportatur Shougang Group sostna li d-dejta għal żewġ tipi ta' prodotti ma ttieħdux inkunsiderazzjoni.

(636)

Wara l-analiżi ta' din l-allegazzjoni, il-Kummissjoni aċċettatu. Għaldaqstant, il-marġni ta' dannu tal-Grupp Shougang naqas minn 31.9 % għal 31.5 %.

8.3.   Miżuri definittivi

(637)

L-investigazzjoni antisussidji twettqet b'mod parallel ma' investigazzjoni li tikkonċerna l-miżuri antidumping u kienet limitata għat-theddida ta' dannu. Fid-dawl tal-użu tar-regola tad-dazju l-aktar baxx u l-fatt li l-marġinijiet definittivi tas-sussidji kumpensabbli espressi fuq bażi ad valorem huma inqas mil-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għandha timponi d-dazju kumpensatorju definittiv fil-livell tal-ammonti definittivi stabbiliti tas-sussidji kumpensabbli u mbagħad timponi d-dazju antidumping definittiv sal-livell rilevanti għall-eliminazzjoni tad-dannu. Madankollu, billi r-regolament antidumping definittiv kien diġà ġie adottat fis-6 ta' April 2017, kien meħtieġ li dak ir-regolament jiġi emendat sabiex jieħu f'kunsiderazzjoni l-konklużjonijiet preżenti hawnhekk.

(638)

Abbażi ta' din il-metodoloġija u tal-fatti tal-każ, b'mod partikolari l-fatt li l-investigazzjoni attwali ma kkumpensat ebda sussidju tal-esportazzjoni, il-miżuri huma limitati mill-marġini tad-dannu u, għalhekk, il-Kummissjoni tqis li f'dan il-każ ma tqum ebda kwistjoni ta' “għadd doppju”.

(639)

Minħabba r-rata għolja ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, id-dazju tal-“kumpaniji l-oħrajn kollha” ġie stabbilit fil-livell tal-ogħla dazju impost fuq il-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Id-dazju tal-“kumpaniji l-oħrajn kollha” ser jiġi applikat għal dawk il-kumpaniji li ma kkooperawx f'din l-investigazzjoni.

(640)

Għall-produtturi esportaturi Ċiniżi l-oħrajn li kkooperaw iżda li mhumiex inklużi fil-kampjun, elenkati fl-Anness, ir-rata tad-dazju definittiv hija stabbilita fil-medja ponderata tar-rati stabbiliti għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li huma inklużi fil-kampjun.

(641)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, ir-rati li bihom ser jiġu imposti dawn id-dazji huma stabbiliti kif ġej:

Tabella 24

Dazju Kumpensatorju Definittiv

Produtturi esportaturi Ċiniżi

Marġni tad-dumping (stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali)

L-ammont ta' sussidji kumpensabbli

Il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu

Rata ta' dazju kumpensatorju

Dazju antidumping

Benxi Group

97,3 %

28,5 %

28,1 %

28,1 %

0 %

Hesteel Group:

95,5 %

7,8 %

18,1 %

7,8 %

10,3 %

Jiangsu Shagang Group:

106.9 %

4,6 %

35,9 %

4,6 %

31,3 %

Shougang Group

Ma ġiex inkluż fl-investigazzjoni antidumping oriġinali

38,6 %

31,5 %

31,5 %

0 %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw kemm fl-investigazzjoni antidumping kif ukoll fl-investigazzjoni antisussidji

100,5 %

17,1 %

27,9 %

17,1 %

10,8 %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni antidumping, iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji

100,5 %

38,6 %

35,9 %

35,9 %

0 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

106,9 %

38,6 %

35,9 %

35,9 %

0 %

(642)

Ir-rata tad-dazju antidumping u antisussidji tal-kumpaniji individwali speċifikata f'dan ir-Regolament ġiet stabbilita abbażi tal-konklużjonijiet tal-investigazzjonijiet attwali. Għalhekk, tirrifletti s-sitwazzjoni li nstabet matul dawn l-investigazzjonijiet fir-rigward tal-kumpanija kkonċernata. Għalhekk din ir-rata tad-dazju (għall-kuntrarju tad-dazju applikabbli għall-pajjiż sħiħ għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) hija applikabbli b'mod esklussiv għal importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u prodotti mill-kumpanija msemmija. Il-prodotti importati prodotti minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b'mod speċifiku fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmijin b'mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(643)

Matul l-investigazzjoni “Hebei Iron & Steel Group” biddel ismu għal “Hesteel Group Co., Ltd”. Uħud mill-kumpaniji relatati tiegħu biddlu isimhom ukoll. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet kif xieraq dawn il-bidliet fl-ismijiet.

(644)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni tar-rata ta' dazju individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni. It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li t-tibdil ma jaffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenifika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk it-tibdil fl-isem tal-kumpanija ma jaffettwax id-dritt tagħha li tibbenifika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, għandu jiġi ppubblikat avviż li jinforma dwar it-tibdil tal-isem f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(645)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju kompensatorju, il-livell tad-dazju għall-kumpaniji l-oħrajn kollha ma għandux ikun japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda anki għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI.

9.   DIVULGAZZJONI

(646)

Il-partijiet interessati ġew infurmati bil-fatti essenzali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni ta' dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-RPĊ.

(647)

Il-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz ta' Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (107).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(1)   Dazju kumpensatorju definittiv huwa impost fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, f'koljaturi jew le (inklużi prodotti maqtugħin skont tul definit (“cut-to-length”) u fi “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b'laminazzjoni termali, mhux magħqudin flimkien (clad), indurati jew miksijin, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-prodott ikkonċernat ma jinkludix:

prodotti tal-azzar inossidabbli u azzar elettriku tas-siliċju bil-granijiet orjentati,

prodotti tal-azzar tal-għodda u tal-azzar li jintuża f'veloċità għolja,

prodotti, mhux f'koljaturi, mingħajr diżinji f'riljev, ta' ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta' wisgħa ta' 600 mm jew aktar, u

prodotti, mhux f'koljaturi, mingħajr diżinji f'riljev, ta' ħxuna ta' 4,75 mm jew aktar iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta' wisa' ta' 2 050 mm jew aktar.

Il-prodott ikkonċernat attwalment jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10 (il-kodiċi TARIC 7225191090), 7225 30 90, ex 7225 40 60 (il-kodiċi TARIC 7225406090), 7225 40 90, ex 7226 19 10 (il-kodiċi TARIC 7226191090), 7226 91 91 u 7226 91 99.

(2)   Ir-rata tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, b'xejn fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn isfel għandha tkun kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju kumpensatorju definittiv

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Bengang Steel Plates Co., Ltd.

28,1 %

C157

 

Handan Iron & Steel Group Han-Bao Co., Ltd.

7,8 %

C158

 

Hesteel Co., Ltd. Tangshan Branch (108)

7,8 %

C159

 

Hesteel Co., Ltd. Chengde Branch (109)

7,8 %

C160

 

Zhangjiagang Hongchang Plate Co., Ltd.

4,6 %

C161

 

Zhangjiagang GTA Plate Co., Ltd.

4,6 %

C162

 

Shougang Jingtang United Iron and Steel Co. Ltd.

31,5 %

C164

 

Beijing Shougang Co. Ltd., Qian'an Iron & Steel branch

31,5 %

C208

 

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness

17,1 %

Ara l-Anness

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

35,9 %

C999

(3)   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju kompensatorju speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun kundizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta' fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li għandha tinkludi dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat mill-isem u l-funzjoni tiegħu/tagħha, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) ta” prodotti ċatti tal-azzar b'laminazzjoni termali mibjugħa sabiex jiġu esportati lejn l-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura ġew manifatturati minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija ) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta. “Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-'kumpaniji l-oћrajn kollha”.

(4)   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

(1)   L-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2017/649 huwa sostitwit b'dan li ġej.

(1)“2.   Ir-rata tad-dazju tal-antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun din li ġejja:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju antidumping definittiv

Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Bengang Steel Plates Co., Ltd.

0 %

C157

Handan Iron & Steel Group Han-Bao Co., Ltd.

10,3 %

C158

Hesteel Co., Ltd. Tangshan Branch (110)

10,3 %

C159

Hesteel Co., Ltd. Chengde Branch (111)

10,3 %

C160

Zhangjiagang Hongchang Plate Co., Ltd.

31,3 %

C161

Zhangjiagang GTA Plate Co., Ltd.

31,3 %

C162

Shougang Jingtang United Iron and Steel Co. Ltd.

0 %

C164

Beijing Shougang Co. Ltd., Qian'an Iron & Steel branch

0 %

C208

Angang Steel Company Limited

10,8 %

C150

Inner Mongolia Baotou Steel Union Co., Ltd.

0 %

C151

Jiangyin Xingcheng Special Steel Works Co., Ltd.

0 %

C147

Shanxi Taigang Stainless Steel Co., Ltd.

0 %

C163

Wuhan Iron & Steel Co., Ltd.

10,8 %

C165

Bengang Steel Plates Co., Ltd.

10,8 %

C166

Rizhao Baohua New Material Co., Ltd.

10,8 %

C167

Tangshan Yanshan Iron and Steel Co., Ltd.

0 %

C168

 

Wuhan Iron & Steel Co., Ltd.

10,8 %

C156

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

0 %

C999

(2)   L-Artikolu 1(5) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2017/649 huwa sostitwit b'dan li ġej.

(2)“5.   Meta xi produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

(a)

ma esportax lill-Unjoni il-prodott deskritt fil-paragrafu 1 fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2015 u l-31 ta' Diċembru 2015 (il-perjodu tal-investigazzjoni),

(b)

mhuwiex relatat ma xi esportatur jew produttur fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huwa soġġett għal miżuri antisussidji imposti minn dan ir-Regolament,

(c)

ikun effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew li jkun daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni,

L-Artikolu 1(2) jista' jiġi emendat billi jiżdied il-produttur esportatur il-ġdid mal-lista ta' kumpaniji identifikati fit-tabella u soġġett għal dazju individwali li ma jaqbiżx ir-rata ta' dazju applikabbli għal dawk il-kumpaniji li kkooperaw fl-investigazzjoni antidumping, iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji, jiġifieri 0 %.”

Artikolu 3

L-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/649 huwa b'hekk imħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(2)  Dan ir-Regolament ġie sostitwit mit-30 ta' Ġunju 2016 mir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55).

(3)  ĠU C 172, 13.5.2016, p. 29.

(4)  F'dan ir-Regolament, it-terminu “GTĊ” jintuża f'sens wiesa', inkluż il-Kunsill tal-Istat, kif ukoll il-Ministeri, id-Dipartimenti, l-Aġenziji u l-Amministrazzjonijiet kollha fil-livell lokali, reġjonali jew ċentrali.

(5)  Notifika tal-bidu ta' proċediment antidumping dwar importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 58, 13.2.2016, p. 9).

(6)  Notifika tal-bidu ta' proċediment antidumping dwar importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, is-Serbja u l-Ukrajna (ĠU C 246/8, 7.7.2016, p. 7).

(7)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 tal-5 ta' April 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 92, 6.4.2017, p. 68).

(8)  Id-definizzjoni ta' proċess b'laminazzjoni kiesħa tinkludi l-mogħdija ta' folja jew strixxa — li qabel tkun ġiet mgħoddija minn laminazzjoni termali u ppurifikata — bejn rombli kesħin, jiġifieri taħt it-temperatura li trattab il-metall.

(9)  Introduzzjoni għat-13-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija tal-Azzar.

(10)  It-taqsima 1 tal-Kapitolu 17 tat-13-il Pjan ta' Ħames Snin, enfasi miżjuda.

(11)  Ibidem.

(12)  Kapitolu III, Artikolu 12 tad-Deċiżjoni Nru 40.

(13)  Ara r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 16), premessa 182 (Azzar miksi b'materjal organiku).

(14)  Il-funzjoni tal-NDRC hija, fost l-oħrajn, li tifformula u timplimenta strateġiji ta' żvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali, pjanijiet annwali u pjanijiet ta' żvilupp fuq terminu medju u twil.

(15)  W. Maliszwewski/S. Arslanalp/J. Caparusso u oħrajn, “Resolving China's Corporate Debt Problem”, Dokument ta' Ħidma tal-IMF, WP/16/203 ta' Ottubru 2016.

(16)  WT/DS379/AB/R (L-Istati Uniti — Dazji Kumpensatorji u Antidumping fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina), Rapport tal-Korp tal-Appell tal-11 ta' Marzu 2011, DS 379, il-paragrafu 318. Ara wkoll WT/DS436/AB/R (L-Istati Uniti — Azzar tal-Karbonju (l-Indja)), Rapport tal-Korp tal-Appell tat-8 ta' Diċembru 2014, il-paragrafi 4.9 — 4.10, 4.17 — 4.20 u WT/DS437/AB/R (L-Istati Uniti — Miżuri ta' Dazju Kumpensatorju fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina) Rapport tal-Korp tal-Appell tat-18 ta' Diċembru 2014, il-paragrafu 4.92.

(17)  L-Artikolu 2 tar-“Regolamenti Interim dwar il-Bord tas-Superviżuri f'Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-Istat Ewlenin”, Digriet Nru 293 tal-Kunsill tal-Istat, maħruġ fil-15 ta' Marzu 2000.

(18)  Ir-rata tal-imgħax normattiva tal-istituzzjonijiet finanzjarji fuq is-self RMB tal-People's Bank of China.

(19)  Minuti tal-laqgħa bejn Shougang Jingtang u l-konsorzju tal-banek, 2013, wirja 14 fil-fajl dwar il-verifika limitata ta' Shougang għall-verżjoni bl-Ingliż u l-anness 13.3 fit-tweġiba kompensattiva għall-verżjoni biċ-Ċiniż.

(20)  WT/DS/296 (DS296 L-Istati Uniti — Investigazzjoni dwar id-dazju kumpensatorju fuq Memorja Dinamika b'Aċċess Każwali (Dynamic Random Access Memory — DRAM) mill-Korea), Rapport tal-Korp tal-Appell tal-21 ta' Frar 2005, para.116.

(21)  Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, para. 116.

(22)  Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, para. 115.

(23)  Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, para. 114, li jaqbel mar-Rapport tal-Bord, DS 194, para. 8.31. dwar dan.

(24)  WT/DS194/R, Panel Report, US — Export Restraints, para. 8.29.

(25)  Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, para. 110-111.

(26)  WT/DS353/AB/R, Appellate Body Report, US — Aircraft (Second Complaint), para. 753.

(27)  WT/DS316/R, Panel Report, EC — Aircraft, para. 7.919.

(28)  Dokument ta' Ħidma tal-FMI “Resolving China's Corporate Debt Problem”, minn Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203

(29)  L-Artikolu X, il-punt II tal-Linji Gwida dwar il-klassifikazzjoni ta' self ibbażat fuq riskji'' tas-CBRC.

(30)  L-eżempju ta' BNP Paribas provdut mill-GTĊ ukoll jagħmel dan il-punt.

(31)  Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont ta' sussidju fil-kumpens tad-dazju (ĠU C 394, p. 6, 17.12.1998, p. 6).

(32)  Ir-Rapport tal-Bord, KE — DRAMS, para. 7.213.

(33)  Ir-Rapport tal-Bord, KE — DRAMS, para. 7.212.

(34)  Ir-Rapport tal-Bord, KE — DRAMS, para. 7.178.

(35)  Ir-Rapport tal-Bord, KE — DRAMS, para. 7.212.

(36)  WT/DS294/AB/R (L-Istati Uniti — Azzerar), Rapport tal-Korp tal-Appell tat-18 ta' April 2006, paragrafu 198; u WT/DS438/AB/R (L-Arġentina — Restrizzjonijiet fuq l-Importazzjoni), Rapport tal-Korp tal-Appell tal-15 ta' Jannar 2015, paragrafu 5.108.

(37)  Nie Huiha, Jiang Ting, Fang Mingyue, “China's zombie firms: cause, consequence and cure”, l-Università ta' Renmin, 2016.

(38)  WT/DS/294/AB/R, Rapport tal-Korp tal-Appell tat-18 ta' April 2006, US — Zeroing, para. 204.

(39)  G/STR/N/15/CHN, Negozjar tal-Istat — notifika sħiħa u ġdida skont l-Artikolu XVII:4(a) ta' GATT 1994 u l-paragrafu 1 tal-fehim dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu XVII, id-19 ta' Ottubru 2015.

(40)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 tal-11 ta' Marzu 2013 li jimponi dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 16), premessa 182 (Azzar miksi b'materjal organiku).

(41)  L-Artikolu 24 tal-Ordni tal-NDRC Nru 35 (Politiki għall-Iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar): “Għal kwalunkwe proġett li jonqos milli jikkonforma mal-politiki ta' żvilupp għall-industrija tal-ħadid u tal-azzar u li ma jkunx ġie soġġett għal eżami u approvazzjoni jew fejn l-eżami u l-approvazzjoni tiegħu jonqsu milli jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti, id-dipartiment tal-art u r-riżorsi tal-istat ma għandux jittratta l-formalitajiet għad-drittijiet tal-użu tal-art.”

(42)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366 tal-1 ta' Marzu 2017 li jimponi dazji kumpensatorji fuq l-importazzjoni ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-skadenza skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2016/1037 (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 1), (Panelli solari).

(43)  Ara, fost l-oħrajn, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 452/2011 (ĠU L 128, 14.5.2011, p. 18) (Karta fina miksija), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013, (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 16) (Azzar miksi b'materjal organiku), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366 (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 1) (Pannelli solari), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1379/2014 (ĠU L 367, 23.12.2014, p. 22) (Fibra tal-ħġieġ bil-filament), id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/918/UE (ĠU L 360, 17.12.2014, p. 65) (Fibri Diskontinwi tal-Poliester).

(44)  Kif aċċettat mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-444/11 Gold East Paper and Gold Huacheng Paper vs il-Kunsill, Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Settembru 2014, ECLI:EU:T:2014:773

(45)  https://en.wikipedia.org/wiki/Liaoning.

(46)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 451/2011 tas-6 ta' Mejju 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' karta fina miksija li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 128, 14.5.2011, p. 1) (Karta Fina Miksija).

(47)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 451/2011 (ĠU L 128, 14.5.2011, p. 1) (Karta fina miksija), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366 (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 1) (Pannelli solari).

(48)  ĠU C 394, 17.12.1998, p. 6.

(49)  Bħal pereż., ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 451/2011 (ĠU L 128, 14.5.2011, p. 1) (Karta fina miksija), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 (ĠU L 73, 11.3.2013, p. 16) (Azzar miksi b'materjal organiku), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366 (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 1) (Pannelli solari), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1379/2014 (ĠU L 367, 23.12.2014, p. 22). (Fibra tal-ħġieġ bil-filament), id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/918/UE (ĠU L 360, 17.12.2014, p. 65) (Fibri Diskontinwi tal-Poliester).

(50)  Abbażi tal-ogħla ammont tas-sussidju li rriżulta għal dan it-tip ta' għotjiet, li jikkorrispondi għall-ammont tas-sussidju li rriżulta għal Shougang Group.

(51)  Abbażi tal-ogħla ammont tas-sussidju li rriżulta għal dan it-tip ta' għotjiet, li jikkorrispondi għall-ammont tas-sussidju li rriżulta għal Shougang Group.

(52)  WT/DS489/7 tad-19 ta' April 2016, Memorandum of Understanding Between the People's Republic of China and the United States of America Related to the Dispute: China — Measures Related to Demonstration Bases and Common Service Platforms Programs (Memorandum ta' Qbil Bejn ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Istati Uniti tal-Amerika Relatat mat-Tilwima: Iċ-Ċina — Miżuri Relatati mal-Bażijiet ta' Dejta tad-Dimostrazzjoni u mal-Programmi ta' Pjattaformi tas-Servizz Komuni) (DS489).

(53)  Ara WT/DS46/R, Brazil — Aircraft, ir-Rapport tal-Bord.

(54)  Ara wkoll, mutatis mutandi, WT/DS294/AB/RW, L-Istati Uniti — Azzerar (l-Artikolu 21.5 DSU), Rapport tal-Korp tal-Appell tal-14 ta' Mejju 2009, il-paragrafu 453.

(55)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1328 tad-29 ta' Lulju 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa (ĠU L 210, 4.8.2016, p. 1).

(56)  Din il-konklużjoni hija konformi mal-konklużjoni tal-Gvern taċ-Ċina fis-sottomissjoni tiegħu tas-26 ta' Awwissu 2016 li l-Industrija tal-UE ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu kkunsidrat (ara s-sottomissjoni tal-Gvern taċ-Ċina, 26 ta' Awwissu 2016, il-premessa 298). Min-naħa l-oħra, abbażi tad-dejta miġbura, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-konklużjoni tal-Gvern taċ-Ċina li l-industrija tal-UE barra minn hekk, ma kinitx f'sitwazzjoni vulnerabbli fl-aħħar tal-PI (ara s-sottomissjoni tal-Gvern taċ-Ċina, fis-26 ta' Awwissu 2016, il-premessa 298).

(57)  Is-Sentenza tad-29 ta' Jannar 2014, ECLI:EU:T:2014:35. Din is-sentenza ġiet ikkonfermata fis-7 ta' April 2016 mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi magħquda C-186/14 P u C-193/14 P ArcelorMittal Tubular Products Ostrava et vs Hubei, ECLI:EU:C:2016:209.

(58)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 926/2009 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 262, 6.10.2009, p. 19).

(59)  Is-Sentenza tad-29 ta' Jannar 2014, il-Kawża T-528/09 Hubei Xinyegang Steel vs il-Kunsill, ECLI:EU:T:2014:35, il-paragrafu 61.

(60)  L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, WT/DS132/R, it-28 ta' Jannar 2000, Il-Messiku — Investigazzjoni antidumping ta' ġulepp tal-qamħ b'kontenut għoli ta' fruttożju (HFCS) mill-Istati Uniti — Rapport tal-Bord, il-premessa 7.140, il-paġna 214. F'każ antidumping, il-Bord tad-WTO qal li sabiex jiġi konkluż li hemm theddida ta' dannu materjali għall-industrija domestika li apparentement bħalissa mhijiex danneġġata, minkejja l-effetti ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni, huwa neċessarju li jkun hemm fehim tal-kundizzjoni attwali tal-industrija bħala sfond. Is-sempliċi fatt li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping se jiżdiedu, u se jkollhom effetti negattivi fuq il-prezzijiet, ma jwassalx, ipso facto, għall-konklużjoni li l-industrija domestika se tkun danneġġatajekk l-industrija hija f'kundizzjoni tajba ħafna, jew jekk hemm fatturi oħra fin-nofs, l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping jistgħu ma jheddux dannu. Dan ir-raġunament jista' jiġi traspost ukoll għal każijiet antisussidji. [Enfasi miżjuda mill-Kummissjoni.]

(61)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' April 2016 fil-Kawża C-186/14 P ArcelorMittal Tubular Products Ostrava u Oħrajn vs Hubei, ECLI:EU:C:2016:209, il-premessa 72, li tikkonferma s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Jannar 2014 fil-Kawża T-528/09 Hubei Xinyegang Steel vs il-Kunsill, ECLI:EU:T:2014:35.

(62)  Is-sottomissjoni tal-Gvern taċ-Ċina, 26 ta' Awwissu 2016, il-premessi 336 u ta' wara.

(63)  ĠU L 210, 4.8.2016, p. 27.

(64)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1778 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 272, 7.10.2016, p. 33).

(65)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, Brussell, 16.3.2016, COM (2016) 155 finali, Azzar: Iż-żamma tal-impjiegi sostenibbli u t-tkabbir fl-Ewropa.

(66)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1329 tad-29 ta' Lulju 2016 li jimponi d-dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet reġistrati ta' ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Federazzjoni Russa (ĠU L 210, 4.8.2016, p. 27).

(67)  L-Azzar fid-Dinja f'ċifri 2015, l-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar, p. 14, http//www.worldsteel.org/publications/bookshop/product-details.~World-Steel-in-Figures-2015~PRODUCT~World-Steel-in-Figures-2015~.html

(68)  COM(2016) 155 finali, Brussell, 16.03.2016, il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, l-Azzar: Iż-żamma tal-impjiegi sostenibbli u t-tkabbir fl-Ewropa, p. 2.

(69)  OECD, DSTI/SU/SC(2015)8/Finali, id-Direttorat għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni, l-iżviluppi tal-kapaċità fl-industrija dinjija tal-azzar, Tabella 1, p. 10, http://www.oecd.org/officialdocuments/publicdisplaydocumentpdf/?cote=DSTI/SU/SC(2015)8/FINAL&docLanguage=En

(70)  L-Assoċjazzjoni Dinjija Tal-Azzar, L-Azzar fid-Dinja f'Ċifri 2016, tabella “major steel-producting countries 2014 and 2015” (pajjiżi ewlenin li jipproduċu l-azzar 2014 u 2015), p. 9, http://www.worldsteel.org/media-centre/press-releases/2016/World-Steel-in-Figures-2016-is-available-online.html.

(71)

Sors tad-dejta dwar il-kapaċità: OECD (OECD, DSTI/SU/SC(2016)6/Finali, il-5 ta' Settembru 2016, id-Direttorat għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni, Ċifri aġġornati dwar il-kapaċità tax-xogħol tal-azzar u qafas propost għat-titjib tal-attività ta' monitoraġġ tal-kapaċità, Anness, p. 7 u segwitu.)

(72)

Sors tad-dejta dwar il-produzzjoni: L-Assoċjazzjoni Dinjija Tal-Azzar, Il-Yearbook tal-Istatistika tal-Azzar 2015 (L-Assoċjazzjoni Dinjija Tal-Azzar, Il-Yearbook tal-Istatistika tal-Azzar 2016, it-tabella 1 fil-paġni 1 u 2 u t-tabella 13 fil-paġna 35, http://www.worldsteel.org/statistics/statistics-archive/yearbook-archive.html)

(73)  Id-Direttorat għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni tal-OECD (2015): “Kapaċità żejda fl-industrija tal-azzar globali: is-sitwazzjoni attwali u l-perkorsi”, Dokumenti tal-Politika dwar it-Teknoloġija u l-Industrija, Nru 18, Pubblikazzjoni tal-OECD, il-paġni 5 u 6. http://dx.doi.org/10.1787/5js65x46nxhj-en.

(74)  Sottomissjoni minn Dentons f'isem l-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Ħadid u l-Azzar (CISA) u l-membri tagħha, Kummenti fil-proċediment antidumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, fil-21 ta' Marzu 2016, il-paragrafu (24), il-paġna 7.

(75)  Rapport tal-Kumitat tal-Azzar tal-OECD, 13 ta' Marzu 2017, Żviluppi fil-kapaċità fl-industrija tal-azzar dinjija, il-paragrafu 14.

(76)  Reuters, artikolu għall-istampa, China's zombie steel mills fire up furnaces, worsen global glut [L-impjanti tal-azzar żombi taċ-Ċina, jitfgħu l-ħatab fil-fran, jaggravaw il-kwantità żejda globali], http://in.reuters.com/article/china-steel-overcapacity-idINKCN0XI070.

(77)  Reuters, artikolu għall-istampa, BHP says over 50 million tonnes of steel capacity restarted in China [BHP tgħid li aktar minn 50 miljun tunnellata ta' kapaċità ta' azzar bdiet mill-ġdid fiċ-Ċina], http://www.reuters.com/article/us-bhp-china-idUSKCN0YA09E.

(78)  L-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar, iċ-ċentru tal-midja, Ġunju 2016, il-produzzjoni tal-azzar mhux maħdum, https://www.worldsteel.org/media-centre/press-releases/2016/June-2016-crude-steel-production0.html.

(79)  Rapport tal-Kumitat tal-Azzar tal-OECD, 13 ta' Marzu 2017, Capacity developments in the world steel industry (Żviluppi fil-kapaċità fl-industrija tal-azzar dinjija).

(80)  Ir-rapport tal-Kumitat tal-Azzar tal-OECD, 8-9 ta' Settembru 2016, Ċifri aġġornati dwar il-kapaċità tax-xogħol tal-azzar u qafas propost għat-titjib tal-attività ta' monitoraġġ tal-kapaċità.

(81)  L-Assoċjazzjoni Dinjija Tal-Azzar, il-Yearbook tal-Istatistika tal-Azzar 2015, tabella 1 fuq paġna 2 u tabella 13 fuq paġna 35, http://www.worldsteel.org/statistics/statistics-archive/yearbook-archive.html

(82)  Il-kampjun kien jikkonsisti f'679,4 miljun tunnellata ta' esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott simili għas-sena 2015 u 343,8 miljun tunnellata ta' esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott simili għall-ewwel sitt (6) xhur tal-2016.

(83)  Worldsteel Short Range Outlook 2014 — 2015, l-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Azzar, https://www.worldsteel.org/media-centre/press-releases/2015/worldsteel-Short-Range-Outlook-2015-2016.html.

(84)  Ara wkoll il-premessa (444) għat-tnaqqis żgħir fl-inventarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun bħala persentaġġ tal-produzzjoni.

(85)  Richard Lu, the downside Chinese steel demand scenario: gory details, http://www.crugroup.com/about-,cru/cruinsight/The_downside_Chinese_steel_demand_scenario_gory_details, il-15 ta' Lulju 2016.

(86)  Ara wkoll il-premessa (443) għat-tnaqqis żgħir fl-inventarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun bħala persentaġġ tal-produzzjoni.

(87)  Platts, artikolu għall-istampa, European steel producers on the offensive, but will price increases stick? Artikolu, http://blogs.platts.com/2016/04/05/european-steel-producers-on-offensive/, l-4 ta' Mejju 2016.

(88)  Platts, artikolu għall-istampa, 2017 could be a huge year for the European steel industry, http://blogs.platts.com/2017/03/08/2017-european-steel-industry/, it-8 ta' Marzu 2017.

(89)  L-Assoċjazzjoni Worldsteel, L-industrija tal-azzar Ċiniża, Aġġornament ta' kull xahar għall-membri tal-azzar dinjija, Ħarġa 115, Ġunju 2016.

(90)  L-Assoċjazzjoni Worldsteel, Silta mill-aġġornament ta' kull xahar ta' Worldsteel dwar l-industrija tal-azzar Ċiniża, Ottubru 2016.

(91)  Marketrealist, artikolu għall-istampa, Are rising Chinese steel inventories a risk for steel investors? http://marketrealist.com/2017/03/are-rising-chinese-steel-inventories-a-risk-for-steel-investors/, l-1 ta' Marzu 2017.

(92)  Reuters, artikolu għall-istampa, China's surging steel, iron ore inventories at odds with price gains: Russell, http://www.reuters.com/article/us-column-russell-ironore-china-idUSKBN1610FI, it-22 ta' Frar 2017.

(93)  Platts, artikolu għall-istampa, 2017 could be a huge year for the European steel industry, http://blogs.platts.com/2017/03/08/2017-european-steel-industry/, it-8 ta' Marzu 2017.

(94)  Kif issemma qabel, fis-7 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni tat bidu għal investigazzjoni dwar importazzjonijiet oġġett ta' dumping tal-istess prodott li joriġina, inter alia, mir-Russja. Madankollu, il-bidu ta' dik l-investigazzjoni ma jippreġudikax l-eżitu tal-investigazzjoni attwali.

(95)

Sors tad-dejta dwar il-kapaċità: OECD (OECD, DSTI/SU/SC(2015)8/Finali, id-Direttorat għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni, l-Iżviluppi tal-Kapaċità fl-industrija dinjija tal-azzar, Tabella 1, p. 10, http://www.oecd.org/officialdocuments/publicdisplaydocumentpdf/?cote=DSTI/SU/SC(2015)8/FINAL&docLanguage=En.)

(96)

Sors tad-dejta dwar il-produzzjoni: L-Assoċjazzjoni Dinjija Tal-Azzar, Il-Yearbook tal-Istatistika tal-Azzar 2015 (Assoċjazzjoni Dinjija Tal-Azzar, Yearbook tal-Istatistika tal-Azzar 2015, tabella 1 fuq paġni 1 u 2 u tabella 13 fuq paġna 35, http://www.worldsteel.org/statistics/statistics-archive/yearbook-archive.html)

(97)  In-Notifika ta' bidu ta' proċediment antidumping dwar importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja, is-Serbja u l-Ukrajna (ĠU C 246/8, 7.7.2016, p. 7).

(98)  Sottomissjoni tal-Gvern taċ-Ċina, is-26 ta' Awwissu 2016, il-premessi 362-366.

(99)  Estratt mill-istudju axxendenti l-aħħar riċenti tal-KE dwar il-prezzijiet u l-kostijiet tal-enerġija li sar minn konsorzju ta' konsulenti, fosthom Ecofys u CEPS, Lulju 2016.

(100)  Is-sottomissjoni tal-Gvern taċ-Ċina, 26 ta' Awwissu 2016, il-premessi 367- 370.

(101)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 284/2000/KEFA tal-4 ta' Frar 2000 li timponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ċatti b'laminazzjoni termali tal-azzar jew azzar mhux illigat, b'wisgħa ta' 600 mm jew aktar, mhux miksijin, ipplattati jew mgħottijin, fil-kojls, mhux maħduma ulterjorment minn b'laminazzjoni termali li joriġinaw fl-Indja u t-Tajwan u għall-aċċettazzjoni ta' impenji offruti minn ċerti produtturi esportaturi u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Afrika t'Isfel (ĠU L 31, 5.2.2000, p. 44), para. 338.

(102)  Is-sottomissjoni mill-Gvern taċ-Ċina, verżjoni miftuħa, 26 ta' Awwissu 2016, il-premessa 311, p. 114.

(103)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1246 tat-28 ta' Lulju 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' żbarri u vireg tal-azzar b'reżistenza għolja għar-reħi għar-rinfurzar tal-konkrit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 204, 29.7.2016, p. 70), il-premessa (127).

(104)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2006 tas-27 ta' Ġunju 2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fil-Kroazja, fir-Rumanija, fir-Russja u fl-Ukrajna, li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97 u (KE) Nru 348/2000, li jtemm ir-reviżjonijiet interim u ta' skadenza tad-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar mhux ligat, li joriġinaw, inter alia, fir-Russja u fir-Rumanija, u li jtemm ir-reviżjonijiet interim u ta' skadenza tad-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar mhux ligat, li joriġinaw, inter alia, fir-Russja u fir-Rumanija u fil-Kroazja u fl-Ukrajna, (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 4), il-premessa (233).

(105)  Ara r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1328 tad-29 ta' Lulju 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fgil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Federazzjoni Russa (ĠU L 210, 4.8.2016, p. 1), il-Premessa 156.

(106)  McKinsey & Company, Laying the foundations for a financially sound industry, laqgħa tal-Kumitat tal-Azzar tal-OECD tal-5 ta' Diċembru 2013, p. 7

(107)  Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (OJ L 176, 30.6.2016, p. 21).

(108)  Qabel “Hebei Iron & Steel Co., Ltd. Tangshan Branch”.

(109)  Qabel “Hebei Iron & Steel Co., Ltd. Chengde Branch”.

(110)  Qabel “Hebei Iron & Steel Co., Ltd. Tangshan Branch”.

(111)  Qabel “Hebei Iron & Steel Co., Ltd. Chengde Branch”.”


ANNESS

Pajjiż

Isem

Kodiċi addizzjonali TARIC

RPĊ

Angang Steel Company Limited

C150

RPĊ

Maanshan Iron & Steel Co., Ltd

C165

RPĊ

Rizhao Steel Wire Co., Ltd.

C166

RPĊ

Rizhao Baohua New Material Co., Ltd.

C167

RPĊ

Wuhan Iron & Steel Co., Ltd.

C156


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/129


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/970

tat-8 ta' Ġunju 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka persuni, entitajiet u korpi li, peress li ġew innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), huma koperti mill-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-2 ta' Ġunju 2017, il-KSNU adotta r-Riżoluzzjoni 2356 (2017) li żżid 14-il persuna fiżika u erba' entitajiet mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi. Fl-1 ta' Ġunju 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet emenda wkoll l-elenkar ta' erba' entrati eżistenti.

(3)

L-Anness IV jenħtieġ għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.


ANNESS

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:

1.

Taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi” jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

“(40)

Cho Il U (magħruf bħala Cho Il Woo). Data tat-twelid: 10.05.1945. Post tat-twelid: Musan, North Hamgyo'ng Province, il-Korea ta' Fuq. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-Passaport 736410010. Informazzjoni oħra: Direttur tal-Ħames Bureau tar-Reconnaissance General Bureau. Cho huwa maħsub li jkun inkarigat mill-operazzjonijiet ta' spjunaġġ esterni u għall-ġbir ta' intelligence barranija għall-Korea ta' Fuq.

(41)

Cho Yon Chun (magħruf ukoll bħala Jo Yon Jun). Data tat-twelid: 28.09.1937. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Organizzazzjoni u l-Gwida, li jidderieġi l-ħatra ta' persunal ewlenin għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u għall-militar tal-Korea ta' Fuq.

(42)

Choe Hwi. Ġeneru: raġel. Data tat-twelid: 1954 jew 1955. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Indirizz: il-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: L-ewwel Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Propaganda u l-Aġitazzjoni tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li jikkontrolla l-midja kollha tal-Korea ta' Fuq u li l-gvern jinqeda bih biex jikkontrolla lill-pubbliku.

(43)

Jo Yong-Won (magħruf bħala Cho Yongwon). Ġeneru: raġel. Data tat-twelid: 24.10.1957. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Indirizz: il-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Organizzazzjoni u l-Gwida tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li jidderieġi l-ħatra ta' persunal ewlenin għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u għall-militar tal-Korea ta' Fuq.

(44)

Kim Chol Nam. Data tat-twelid: 19.02.1970. Ċittadinanza. tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-Passaport 563120238. Indirizz: il-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: President tal-Korea Kumsan Trading Corporation, kumpanija li takkwista provvisti għall-General Bureau of Atomic Energy u li jservi bħala mezz kif jidħlu flus fil-Korea ta' Fuq.

(45)

Kim Kyong Ok. Data tat-twelid: 1937 jew 1938. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Indirizz: Pjongjang, il-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Organizzazzjoni u l-Gwida, li jidderieġi l-ħatra ta'persunal ewlenin għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u għall-militar tal-Korea ta' Fuq.

(46)

Kim TONG-HO. Ġeneru: raġel. Data tat-twelid: 18.08.1969. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-Passaport 745310111. Indirizz: il-Vjetnam. Informazzjoni oħra: Rappreżentant fil-Vjetnam tal-Tanchon Commercial Bank, li huwa l-entità finanzjarja ewlenija tal-Korea ta' Fuq għall-bejgħ tal-armi u għall-bejgħ relatat mal-missili.

(47)

Min Byong Chol (Min Pyo'ng-ch'o'l; Min Byong-chol; Min Byong Chun), Ġeneru: raġel. Data tat-twelid: 10.08.1948. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Indirizz: il-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Membru tad-Dipartiment tal-Organizzazzjoni u l-Gwida tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li jidderieġi l-ħatra ta' persunal ewlenin għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u għall-militar tal-Korea ta' Fuq.

(48)

Paek Se Bong. Data tat-twelid: 21.03.1938. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Paek Se Bong huwa eks-President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku, eksmembru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, u li eks-Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (DIM).

(49)

Pak Han Se (magħruf bħala Kang Myong Chol). Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-Passaport 290410121. Indirizz: il-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Viċi President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku, li jissorvelja l-produzzjoni tal-missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq u jidderieġi l-attivitajiet tal-Korea Mining Development Corporation, l-ewwel negozjant tal-armi tal-Korea ta' Fuq u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati mal-missili ballistiċi u mal-armi konvenzjonali.

(50)

Pak To Chun (magħruf bħala Pak Do Chun). Data tat-twelid: 09.03.1944. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Pak To Chun huwa eks-Segretarju tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (DIM) u attwalment jagħti parir dwar l-affarijiet relatati mal-programmi nukleari u missilistiċi. Kien membru tal-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat u huwa membru tal-Bureau tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea

(51)

Ri Jae Il (magħruf bħala Ri, Chae-Il). Data tat-twelid: 1934. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Propaganda u l-Aġitazzjoni tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li jikkontrolla l-midja kollha tal-Korea ta' Fuq u li l-gvern jinqeda bih biex jikkontrolla lill-pubbliku.

(52)

Ri Su Yong. Ġeneru: raġel. Data tat-twelid: 25.06.1968. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-passaport 654310175. Indirizz: Kuba. Informazzjoni oħra: Uffiċjal għall-Korea Ryonbong General Corporation, jispeċjalizza fl-akkwiżizzjoni għall-industriji tad-difiża tal-Korea ta' Fuq u jgħin fil-bejgħ relatat mal-militar ta' Pyongyang. L-akkwisti tagħha x'aktarx ukoll jappoġġaw il-programm tal-armi kimiċi tal-Korea ta' Fuq.

(53)

Ri Yong Mu. Data tat-twelid: 25.01.1925. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Ri Yong Mu huwa Viċi President tal-Kumissjoni għall-Affarijiet tal-Istat, li jidderieġi u jiggwida l-militari, id-difiża u l-affarijiet relatati mas-sigurtà kollha tal-Korea ta' Fuq, inkluż l-akkwiżizzjoni u l-akkwist pubbliku.”

2.

Taħt l-intestatura “B. Persuni, entitajiet u korpi ġuridiċi” jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

“(43)

Kangbong Trading Corporation. Post: il-Korea ta' Fuq. Information oħra: Il-Kangbong Trading Corporation biegħet, fornit, trasferit, jew xtrat, b'mod dirett jew indirett, lil jew mingħand il-Korea ta' Fuq, metall, grafit, karbonju, jew softwer, fejn id-dħul jew l-oġġetti rċevuti jistgħu jibbenefikaw lill-Gvern tal-Korea ta' Fuq jew lill-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Il-kumpanija prinċipali ta' Kangbong Trading Corporation hija l-Ministeru tal-Forzi Armati tal-Poplu.

(44)

Korea Kumsan Trading Corporation. Post: Pjongjang, il-Korea ta' Fuq Informazzjoni oħra: Il-Korea Kumsan Trading Corporation hija ta' proprjetà jew ikkontrollata minn, jew taġixxi jew għandha l-intenzjoni li taġixxi għal jew f'isem, direttament jew indirettament, il-General Bureau of Atomic Energy, li jissorvelja l-programm nukleari tal-Korea ta' Fuq.

(45)

Koryo Bank. Post: Pjongjang, il-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Il-Koryo Bank jopera fl-industrija tas-servizzi finanzjarji fl-ekonomija tal-Korea ta' Fuq u huwa assoċjat mal-Uffiċċju 38 u mal-Uffiċċju 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea.

(46)

Il-Forza tal-Missili Strateġiċi tal-Armata tal-Poplu tal-Korea (magħrufa wkoll bħala Forza tal-Missili Strateġiċi; il-Kmand tal-Forza tal-Missili Strateġiċi tal-APK; Forza Strateġika; Forzi Strateġiċi). Post: Pjongjang, il-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Il-Forza tal-Missili Strategiċi tal-Armata tal-Poplu tal-Korea hija inkarigat mill-programmi kollha tal-missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq u hija responsabbli għall-isparar tal-missili SCUD u NODONG.”

3.

Taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”,

“(14)

Choe Song Il. Nru tal-Passaport: (a) 472320665 (Data ta' Skadenza: 26.9.2017), (b) 563120356. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fil-Vjetnam. Data tal-ħatra: 2.3.2016.”

huwa sostitwit ma':

“(14)

Choe Song Il. Nru tal-Passaport: (a) 472320665 (Data ta' Skadenza: 26.9.2017), (b) 563120356. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank. Serva bħala Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fil-Vjetnam. Data tal-ħatra: 2.3.2016.”

4.

Taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”,

“(17)

Jang Yong Son. Data tat-twelid: 20.2.1957. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) fl-Iran. Data tal-ħatra: 2.3.2016.”

huwa sostitwit ma':

“(17)

Jang Yong Son. Data tat-twelid: 20.2.1957. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Serva bħala rappreżentant tal-KOMID fl-Iran. Data tal-ħatra: 2.3.2016.”

5.

Taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”,

“(21)

Kim Jung Jong (magħruf bħala Kim Chung Chong). Data tat-twelid: 7.11.1966. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-Passaport: (a) 199421147 (Data ta' Skadenza: 29.12.2014), (b) 381110042 (Data ta' Skadenza: 25.1.2016), (c) 563210184 (Data ta' Skadenza: 18.6.2018). Informazzjoni oħra: Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fil-Vjetnam. Data tal-ħatra: 2.3.2016.”

huwa sostitwit ma':

“(21)

Kim Jung Jong (magħruf bħala Kim Chung Chong). Data tat-twelid: 7.11.1966. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-Passaport: (a) 199421147 (Data ta' Skadenza: 29.12.2014), (b) 381110042 (Data ta' Skadenza: 25.1.2016), (c) 563210184 (Data ta' Skadenza: 18.6.2018). Informazzjoni oħra: Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank. Serva bħala Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fil-Vjetnam. Data tal-ħatra: 2.3.2016.”

6.

Taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”,

“(24)

Kim Yong Chol. Data tat-twelid: 18.2.1962. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. nformazzjoni oħra: Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) fl-Iran. Data tal-ħatra: 2.3.2016.”

huwa sostitwit ma':

“(24)

Kim Yong Chol. Data tat-twelid: 18.2.1962. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Serva bħala rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) fl-Iran. Data tal-ħatra: 2.3.2016.”


DEĊIŻJONIJIET

9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/133


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/971

tat-8 ta' Ġunju 2017

li tiddetermina l-arranġamenti għall-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE fil-qafas tal-PSDK missjonijiet u li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja, 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta' taħriġ militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Il-Kunsill iddetermina li huwa neċessarju li l-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE jissaħħu.

(2)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-6 ta' Marzu 2017, il-Kunsill qabel li jistabbilixxi, bħala objettiv fuq perijodu qasir, Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC) fi ħdan l-Istat Maġġur tal-UE (EUMS) fi Brussell, li ser tkun responsabbli fil-livell strateġiku għall-ippjanar u t-tmexxija operazzjonali tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi, u li topera taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS).

(3)

L-MPCC maħluqa reċentement ser taħdem b'mod parallel u koordinat mal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija, b'mod partikolari permezz ta' Ċellola Konġunta ta' Koordinazzjoni fil-qasam tal-Appoġġ.

(4)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-6 ta' Marzu 2017, il-Kunsill iddeċieda li d-Direttur Ġenerali tal-EUMS ser ikun id-Direttur tal-MPCC u, f'dik il-kariga, ser jassumi l-funzjonijiet ta' kmandant tal-missjonijiet għall-missjonijiet militari mhux eżekuttivi, inkluż it-tliet Missjonijiet ta' Taħriġ tal-UE (EUTMs) stazzjonati fis-Somalja, fil-Mali u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, f'konformità mat-Termini ta' Referenza għad-Direttur tal-MPCC.

(5)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-6 ta' Marzu 2017, il-Kunsill qabel ukoll li l-proposti dwar il-prospettiva u s-superviżjoni strateġiċi li permezz tagħhom il-Kunsill, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ) u l-KPS ikunu jistgħu jiġu appoġġati b'mod effettiv, fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom fir-rigward ta' missjonijiet militari mhux eżekuttivi, permezz tal-istrutturi rilevanti tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għall-maniġġar ta' kriżijiet, inkluż permezz ta' interazzjoni u koordinazzjoni sistematiċi bejn il-kmandant tal-missjonijiet u dawk l-istrutturi fil-livell politiku strateġiku, mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand.

(6)

Fit-8 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill approva t-Termini ta' Referenza konsolidati tal-EUMS, inkluż l-MPCC. Dawk it-Termini ta' Referenza jirrispettaw l-elementi speċifiċi tal-EUMS u l-partikolaritajiet tal-funzjonijiet tiegħu, f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE (1) li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE, kif adattati għall-arranġamenti l-ġodda ta' kmand u ta' kontroll approvati mill-Kunsill, u jissostitwixxu t-Termini ta' Referenza tal-EUMS annessi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/80/PESK (2) fuq l-istabbiliment tal-Istaff Militari tal-Unjoni Ewropea, li ma għadhomx japplikaw; Għalhekk, l-MPCC ser twettaq il-kompiti assenjati lilha fit-Termini ta' Referenza konsolidati l-ġodda.

(7)

Saru t-tħejjijiet neċessarji biex l-MPCC tassumi r-responsabbiltajiet tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tal-EUTMs stazzjonati fis-Somalja, fil-Mali u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana.

(8)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Kunsill jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi u jemenda l-linja ta' kmand ta' dawk it-tliet missjonijiet.

(9)

Jenħtieġ li d-Direttur tal-MPCC jeżerċita r-responsabbiltajiet tal-kmandant tal-operazzjoni taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 (3) li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (Athena).

(10)

Jenħtieġ li l-Kmandanti tal-Forza tal-Missjoni tal-EUTMs, fejn applikabbli, ikunu assoċjati mar-rakkomandazzjonijiet tal-kmandant tal-missjonijiet għall-KPS fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' Stati terzi.

(11)

Mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand, jenħtieġ li l-Kmandanti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE jirċievu gwida politika lokali mir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE, fejn applikabbli, u minn delegazzjonijiet rilevanti tal-Unjoni fir-reġjun.

(12)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Id-Danimarka ma tiħux sehem fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Ir-responsabbiltà għall-ippjanar u t-tmexxija operazzjonali tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE fil-livell strateġiku militari għandha tiġi assenjata lid-Direttur tal-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC).

2.   Fil-livell operazzjonali fiż-żona tal-operazzjonijiet, il-missjonijiet militari mhux eżekuttivi għandhom, meta jkunu stabbiliti, jitmexxew minn Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE, li għandu jaġixxi taħt il-kmand tad-Direttur tal-MPCC fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta' kmandant tal-missjonijiet.

3.   Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta' kmandant tal-missjonijiet għall-missjonijiet militari mhux eżekuttivi, id-Direttur tal-MPCC għandu jaġixxi taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat.

Artikolu 2

1.   B'mod allinjat ma' prinċipji tal-UE maqbula rigward il-kmand u l-kontroll, u f'konformitá mat-Termini ta' Referenza riveduti tal-EUMS, il-MPCC għandha tappoġġa lid-Direttur tal-MPCC fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu bħala kmandant tal-missjonijiet, bħala l-istruttura statika ta' kmand u kontroll barra miż-żona fil-livell strateġiku militari li hija responsabbli għall-ippjanar u t-tmexxija operazzjonali tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi, inkluż il-bini, it-tnedija, is-sostenn u l-irkupru ta' forzi tal-Unjoni.

2   Fiż-żona tal-operazzjonijiet, meta tiġi stabbilita missjoni, Kwartieri Ġenerali tal-Forza tal-Missjoni għandhom jassistu lill-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.

Artikolu 3

Id-Direttur tal-MPCC, meta jassumi l-funzjonijiet ta' kmandant tal-missjonijiet, għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet tal-kmandant tal-operazzjoni taħt id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK (4) hija emendata kif ġej:

(1)

Il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Id-Direttur tal-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC) għandu jkun il-kmandant tal-missjoni EUTM Somalia.

2.   Il-Brigadier Ġeneral Maurizio Morena huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE EUTM Somalia.”.

(2)

Il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   L-MPCC għandha tkun l-istruttura statika ta' kmand u kontroll fil-livell strateġiku militari barra miż-Żona tal-Operazzjonijiet, li hija responsabbli għall-ippjanar u t-tmexxija operazzjonali ta' EUTM Somalia.

2.   Il-Kwartieri Ġenerali tal-Forza tal-Missjoni ta' EUTM Somalia għandhom ikunu f'Mogadishu u għandhom joperaw taħt il-kmand tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE. Għandhom jinkludu uffiċċju ta' kollegament f'Nairobi.

3.   Fl-MPCC għandha tiġi inkluża ċellola ta' appoġġ, li tkun tinsab fi Brussell, tal-Kwartieri Ġenerali tal-Forza tal-Missjoni sakemm l-MPCC tilħaq kapaċità operazzjonali sħiħa.”.

(3)

Fl-Artikolu 5(1), fl-aħħar tar-raba' sentenza, il-kliem “il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE” għandhom jiġu sostitwiti bi:

“il-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE”.

(4)

Fl-Artikolu 5(3), il-kliem li ġejjin jiddaħħlu fit-tieni sentenza qabel il-kliem “għal-laqgħat tiegħu”:

“u l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE”.

(5)

Fl-Artikolu 6(2), il-kliem li ġejjin jiddaħħlu fit-tieni sentenza qabel il-kliem “għal-laqgħat tiegħu”:

“u l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE”.

(6)

L-Artikolu 7(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand, il-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għandu jirċievi gwida politika lokali mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Qarn tal-Afrika kkoordinata ma' delegazzjonijiet rilevanti tal-Unjoni fir-reġjun.”.

(7)

Fl-Artikolu 8(2), il-kliem li ġejjin jiddaħħlu qabel il-kliem “u l-EUMC”:

“f'konsultazzjoni mal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE,”.

(8)

Fl-Artikolu 11(5), il-kliem li ġejjin huma miżjuda fl-aħħar tas-sentenza:

“u/jew lill-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.”.

(9)

Fl-Artikolu 13(2), il-kliem “Kmandant tal-Missjoni tal-UE” huma sostitwiti bi:

“il-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE”.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK (5) hija emendata kif ġej:

(1)

Il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Id-Direttur tal-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC) għandu jkun il-kmandant tal-missjoni EUTM Mali.

2.   Il-Brigadier Ġeneral Peter Devogelaere huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-Missjoni EUTM Mali.”.

(2)

Il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   L-MPCC għandha tkun l-istruttura statika ta' kmand u kontroll fil-livell strateġiku militari barra miż-Żona tal-Operazzjonijiet, li hija responsabbli għall-ippjanar u t-tmexxija operazzjonali ta' EUTM Mali.

2.   Il-Kwartieri Ġenerali tal-Forza tal-Missjoni EUTM Mali għandhom ikunu fil-Mali u għandhom joperaw taħt il-kmand tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.

3   Fl-MPCC għandha tiġi inkluża ċellola ta' appoġġ, li tkun tinsab fi Brussell, tal-Kwartieri Ġenerali tal-Forza tal-Missjoni sakemm l-MPCC tilħaq kapaċità operazzjonali sħiħa.”.

(3)

Fl-Artikolu 5(1), fl-aħħar tar-raba' sentenza, il-kliem “Kmandanti tal-Missjoni tal-UE” huma sostitwiti bi:

“Kmandanti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE”.

(4)

Fl-Artikolu 5(3), il-kliem li ġejjin jiddaħħlu fit-tieni sentenza qabel il-kliem “għal-laqgħat tiegħu”:

“u l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE”.

(5)

Fl-Artikolu 6(2), il-kliem li ġejjin jiddaħħlu fit-tieni sentenza qabel il-kliem “għal-laqgħat tiegħu”:

“u l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE”.

(6)

L-Artikolu 7(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand, il-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għandu jirċievi gwida politika lokali mir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Saħel ikkoordinata mal-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni f'Bamako.”.

(7)

Fl-Artikolu 8(2), il-kliem li ġejjin jiddaħħlu qabel il-kliem “u l-EUMC”:

“f'konsultazzjoni mal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE,”.

(8)

Fl-Artikolu 11(5), il-kliem li ġejjin huma miżjuda fl-aħħar tas-sentenza:

“u/jew lill-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 (6) hija emendata kif ġej:

(1)

Il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Id-Direttur tal-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC) għandu jkun il-kmandant tal-missjoni EUTM RCA.

2.   Il-Brigadier Ġeneral Herman Ruys huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-Missjoni EUTM RCA.”.

(2)

Il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   L-MPCC għandha tkun l-istruttura statika ta' kmand u kontroll fil-livell strateġiku militari barra miż-Żona tal-Operazzjonijiet, li hija responsabbli għall-ippjanar u t-tmexxija operazzjonali ta' EUTM RCA.

2.   Il-Kwartieri Ġenerali tal-Forza tal-Missjoni EUTM RCA għandhom ikunu f'Bangui u għandhom joperaw taħt il-kmand tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni.

3.   Fl-MPCC għandha tiġi inkluża ċellola ta' appoġġ, li tkun tinsab fi Brussell, tal-Kwartieri Ġenerali tal-Forza tal-Missjoni sakemm l-MPCC tilħaq kapaċità operazzjonali sħiħa.”.

(3)

Fl-Artikolu 5(1), ir-raba' sentenza, il-kliem “il-Kmandanti tal-Missjoni tal-UE” huma sostitwiti b'dan li ġej:

“il-Kmandanti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE”.

(4)

Fl-Artikolu 5(3), il-kliem li ġejjin jiddaħħlu fit-tieni sentenza qabel il-kliem “għal-laqgħat tiegħu”:

“u l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE”.

(5)

Fl-Artikolu 6(2), il-kliem li ġejjin jiddaħħlu fit-tieni sentenza qabel il-kliem “għal-laqgħat tiegħu”:

“u l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE”.

(6)

L-Artikolu 7(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand, il-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għandu jirċievi gwida politika lokali mill-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana.”.

(7)

Fl-Artikolu 7(4), il-kliem “Kmandant tal-Missjoni tal-UE” huma sostitwiti bi:

“Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE”.

(8)

Fl-Artikolu 8(2), il-kliem li ġejjin jiddaħħlu qabel il-kliem “u l-EUMC”:

“f'konsultazzjoni mal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE,”.

(9)

Fl-Artikolu 12(5), il-kliem li ġejjin huma miżjuda fl-aħħar tas-sentenza:

“u/jew lill-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.”.

Artikolu 7

Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/396 (7), (PESK) 2016/2352 (8) u (PESK) 2017/112 (9) huma b'dan imħassra.

Artikolu 8

Il-Kunsill għandu jirrieżamina, fuq il-bażi ta' rapport mir-RGħ, l-istabbiliment tal-MPCC u taċ-Ċellola Konġunta ta' Koordinazzjoni fil-qasam tal-Appoġġ, sena wara li jkunu kompletament operazzjonali, u fi kwalunkwe każ sal-aħħar tal-2018.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

U. REINSALU


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/80/PESK tat-22 ta' Jannar 2001 fuq l-istabbiliment tal-Istaff Militari tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 27, 30.1.2001, p. 7).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 tas-27 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (Athena) u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/871/PESK (ĠU L 84, 28.3.2015, p. 39).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta' Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Eworpea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas- Somalja (ĠU L 44, 19.2.2010, p. 16).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) (ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta' April 2016 dwar Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/396 tal-15 ta' Marzu 2016 dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/173 (EUTM Somalia/1/2016) (ĠU L 73, 18.3.2016, p. 99).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/2352 tas-7 ta' Diċembru 2016 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/939 (EUTM Mali/2/2016) (ĠU L 348, 21.12.2016, p. 25).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/112 tal-10 ta' Jannar 2017 li taħtar il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (EUTM RCA/1/2017) (ĠU L 18, 24.1.2017, p. 47).


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/139


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/972

tat-8 ta' Ġunju 2017

li taġġorna u temenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/154

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1).

(2)

Fis-27 ta' Jannar 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/154 (2) li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (“il-lista”).

(3)

Il-Kunsill iddetermina li m'għadx hemm raġunijiet għalfejn entità minnhom tinżamm fuq il-lista.

(4)

Il-lista għandha għalhekk tiġi aġġornata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/154 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

U. REINSALU


(1)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/154 tas-27 ta' Jannar 2017 li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1136 (ĠU L 23, 28.1.2017, p. 21).


ANNESS

L-entità elenkata hawn taħt titħassar mil-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/154:

II.   GRUPPI U ENTITAJIET

11.

“Hofstadgroep”.


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/141


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/973

tat-8 ta' Ġunju 2017

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (*1) (EULEX KOSOVO)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fl-4 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK (1).

(2)

Fl-14 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/947 (2), li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, estendiet il-mandat ta' EULEX KOSOVO sal-14 ta' Ġunju 2018 u pprovdiet ammont ta' referenza finanzjarja ġdid għall-implimentazzjoni tal-mandat tagħha fil-Kosovo sal-14 ta' Diċembru 2016 u biex tappoġġa l-proċedimenti ġudizzjarji rilokati fi Stat Membru sal-14 ta' Ġunju 2017.

(3)

Fl-14 ta' Novembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1990 (3) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, li tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sal-14 ta' Ġunju 2017.

(4)

Jenħtieġ li jiġi pprovdut ammont ta' referenza ġdid għall-implimentazzjoni tal-mandat ta' EULEX KOSOVO sal-14 ta' Ġunju 2018.

(5)

Xejn f'din id-Deċiżjoni ma għandu jiġi interpretat fis-sens li jippreġudika l-indipendenza u l-awtonomija tal-imħallfin u l-prosekuturi.

(6)

Minħabba l-karattru speċjali tal-attivitajiet ta' EULEX KOSOVO b'appoġġ għall-proċedimenti ġudizzjarji rilokati fi Stat Membru, huwa xieraq li jiġi identifikat f'din id-Deċiżjoni l-ammont previst biex ikopri l-appoġġ għall-proċedimenti ġudizzjarji rilokati fi Stat Membru u biex tiġi prevista l-implimentazzjoni ta' dik il-parti tal-baġit permezz ta' għotja.

(7)

Jenħtieġ li l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK tiġi emendata skont dan.

(8)

EULEX KOSOVO ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 16(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, il-ħdax-il subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta' EULEX KOSOVO mill-15 ta' Ġunju 2017 sal-14 ta' Ġunju 2018 għandu jkun ta' EUR 90 914 000.

Mill-ammont imsemmi fil-ħdax-il subparagrafu, l-ammont maħsub biex ikopri n-nefqa ta' EULEX KOSOVO għall-implimentazzjoni tal-mandat tagħha fil-Kosovo għandu jkun ta' EUR 49 600 000 u l-ammont maħsub biex ikopri l-appoġġ għall-proċedimenti ġudizzjarji rilokati fi ħdan Stat Membru għandu jkun ta' EUR 41 314 000.

Il-Kummissjoni għandha tiffirma ftehim ta' għotja ma' reġistratur li jaġixxi f'isem reġistru inkarigat mill-amministrazzjoni tal-proċedimenti ġudizzjarji rilokati għal l-ammont ta' EUR 41 314 000. Ir-regoli dwar l-għotjiet previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) għandhom japplikaw għal dan il-ftehim ta' għotja.

L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sussegwenti għal EULEX KOSOVO għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

U. REINSALU


(*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(1)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta' Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/947 tal-14 ta' Ġunju 2016 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 26).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1990 tal-14 ta' Novembru 2016 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (ĠU L 306, 15.11.2016, p. 16).


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/143


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/974

tat-8 ta' Ġunju 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1).

(2)

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK tipprevedi, fost affarijiet oħra, reġim ta' awtorizzazzjoni għar-rieżami u t-teħid ta' deċiżjonijiet dwar trasferimenti relatati mal-qasam nukleari lejn l-Iran jew attivitajiet mal-Iran mhux koperti mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2231 (2015), b'konsistenza sħiħa mal- Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK).

(3)

Il-Kunsill iqis li l-kondizzjonijiet skont ir-reġim ta' awtorizzazzjoni jenħtieġ li jiġu emendati sabiex tinkiseb applikazzjoni konsistenti ta' kontrolli madwar l-Unjoni.

(4)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati l-miżuri previsti minn din id-Deċiżjoni.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/413/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 26c, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.   L-akkwist minn ċittadini ta' Stati Membri, jew li jkunu qed jużaw il-bastimenti jew l-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, tal-oġġetti, il-materjal, it-tagħmir, il-merkanzija u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 mill-Iran għandha tingħata notifika dwaru lill-Kummissjoni Konġunta, sew jekk joriġinaw mit-territorju tal-Iran u sew jekk le.”;

(2)

L-Artikolu 26d huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri involuti fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiżguraw li jkun kisbu informazzjoni dwar l-użu aħħari u l-post tal-użu aħħari ta' kwalunkwe oġġett fornut.”;

(b)

fil-paragrafu 5, il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(f)

kisbu informazzjoni dwar l-użu aħħari u l-post tal-użu aħħari ta' kwalunkwe oġġett fornut.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

U. REINSALU


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il- Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK(ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39).


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/145


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/975

tat-8 ta' Ġunju 2017

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id- Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fl-1 ta' Ġunju 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti emenda l-entrati għal erba' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Fit-2 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2356 (2017) li żiedet 14-il persuna u 4 entitajiet mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(4)

L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

L. GRECH


(1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.


ANNESS

I.   Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

A.   Persuni

 

Isem

Psewdonimu

Identifikaturi

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

40.

Cho Il U

Cho Il Woo

Data tat-twelid: 10.5.1945

Post tat-twelid: Musan, North Hamgyo'ng Province, RDPK

Ċittadinanza: RDPK

Nru. tal-Passaport: 736410010

2.6.2017

Direttur tal-Ħames Bureau tar-Reconnaissance General Bureau. Huwa maħsub li Cho huwa inkarigat mill-operazzjonijiet ta' spjunaġġ barranin u l-ġbir ta' intelligence barranija għar-RDPK.

41.

Cho Chun Yon

Jo Yon Jun

Data tat-Twelid: 28.9.1937

Nazzjonalità: RDPK

2.6.2017

Viċi Direttur tad-Dipartiment għall-Organizzazzjoni u l-Gwida, li tmexxi l-ħatriet ewlenin tal-persunal għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-militar tar-RDPK.

42.

Choe Hwi

 

Sena tat-Twelid: 1954 jew 1955

Nazzjonalità: RDPK

Sess: raġel

Indirizz: RDPK

2.6.2017

L-ewwel Viċi Direttur tad-Dipartiment għall-Propaganda u l-Aġitazzjoni tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li jikkontrolla l-mezzi tax-xandir kollha tar-RDPK u jintuża mill-gvern biex jikkontrolla l-pubbliku.

43.

Jo Yong-Won

Cho Yongwon

Data tat-Twelid: 24.10.1957

Nazzjonalità: RDPK

Sess: raġel

Indirizz: RDPK

2.6.2017

Viċi Direttur tad-Dipartiment għall-Organizzazzjoni u l-Gwida tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li tmexxi l-ħatriet ewlenin tal-persunal għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-militar tar-RDPK.

44.

Kim Chol Nam

 

Data tat-Twelid: 19.2.1970

Nazzjonalità: RDPK

Numru tal-passaport: 563120238

Indirizz: RDPK

2.6.2017

President tal-Korea Kumsan Trading Corporation, kumpannija li takkwista provisti għall-General Bureau of Atomic Energy u sservi biex minnha jgħaddu l-flus għar-RDPK.

45.

Kim Kyong Ok

 

Sena tat-twelid: 1937 jew 1938

Ċittadinanza: RDPK

Indirizz: Pyongyang, RDPK.

2.6.2017

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Organizzazzjoni u l-Gwida, li jidderieġi ħatriet ewlenin tal-persunal tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-militar tar-RDPK.

46.

Kim Tong-Ho

 

Data tat-Twelid: 18.8.1969

Nazzjonalità: RDPK

Numru tal-passaport: 745310111

Sess: raġel

Indirizz: Vjetnam

2.6.2017

Ir-Rappreżentant tal-Vjetnam għal Tanchon Commercial Bank, li huwa l-entità finanzjarja ewlenija għar-RDPK għax-xiri u l-bejgħ marbuta ma' armi u missili.

47.

Min Byong Chol

Min Pyo'ng-ch'o'l;

Min Byong-chol;

Min Byong Chun

Data tat-Twelid: 10.8.1948

Nazzjonalità: RDPK

Sess: raġel

Indirizz: RDPK

2.6.2017

Membru tad-Dipartiment għall-Organizzazzjoni u l-Gwida tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li tmexxi l-ħatriet ewlenin tal-persunal għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-militar tar-RDPK.

48.

Paek Se Bong

 

Data tat-Twelid: 21.3.1938

Nazzjonalità: RDPK

2.6.2017

Paek Se Bong huwa eks President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku, eks membru tal-Kummissjoni Nazzjonali għad-Difiża, u eks Viċi Direttur tad-Dipartiment għall-Industrija tal-Munizzjon (MID)

49.

Pak Han Se

Kang Myong Chol

Nazzjonalità: RDPK

Numru tal-passaport: 290410121

Indirizz: RDPK

2.6.2017

Viċi President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku, li jissorvelja l-produzzjoni tal-missili ballistiċi tar-RDPK u jmexxi l-attivitajiet tal-Korea Mining Development Corporation, in-negozjant prinċipali tal-armi għar-RDPK u l-esportatur ewlieni ta' prodotti u tagħmir marbut mal-missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

50.

PAK To Chun

Pak Do Chun

Data tat-Twelid: 9.3.1944

Nazzjonalità: RDPK

2.6.2017

Pak To Chun huwa eks Segretarju tad-Dipartiment għall-Industrija tal-Munizzjon u attwalment jagħti pariri dwar affarijiet marbuta mal-programmi nukleari u tal-missili. Kien membru tal-Kummissjoni għall-Affarijiet tal-Istat u huwa membru tal-Bureau Politiku tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea.

51.

Ri Jae Il

Ri, Chae-Il

Sena tat-twelid: 1934

Ċittadinanza: RDPK

2.6.2017

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Propaganda u l-Aġitazzjoni għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li jikkontrolla l-media kollha tar-RDPK u huwa użat mill-gvern biex jikkontrolla l-pubbliku.

52.

Ri Su Yong

 

Data tat-Twelid: 25.6.1968

Nazzjonalità: RDPK

Numru tal-passaport: 654310175

Sess: raġel

Indirizz: Kuba

2.6.2017

Uffiċjal għall-Korea Ryonbong General Corporation, speċjalizzata fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u fl-appoġġ għax-xiri u l-bejgħ marbuta mal-militar ta' Pyongyang. L-akkwisti tagħha x'aktarx li jappoġġaw ukoll il-programm tal-armi kimiċi tar-RDPK.

53.

Ri Yong Mu

 

Data tat-Twelid: 25.1.1925

Nazzjonalità: RDPK

2.6.2017

Ri Yong Mu huwa Viċi President tal-Kumissjoni għall-Affarijiet tal-Istat, li tmexxi u tiggwida l-affarijiet kollha tar-RDPK marbuta mal-militar, id-difiża u s-sigurtà, inkluż l-akkwisti.

B.   Entitajiet

 

Isem

Magħruf ukoll bħala

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni

Informazzjoni oħra

43.

Kangbong Trading Corporation

 

RDPK

2.6.2017

Il-Kangbong Trading Corporation, direttament jew indirettament, biegħet, ipprovdiet, ittrasferixxiet jew xtrat lir-RDPK jew minnha, metall, grafit, faħam, jew software, fejn id-dħul jew il-prodotti li jaslu jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-Gvern tar-RDPK jew għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Il-Kangbong Trading Corporation hija mnissla mill-Ministeru għall-Forzi Armati tal-Poplu.

44.

Korea Kumsan Trading Corporation

 

Pyongyang, RDPK

2.6.2017

Il-Korea Kumsan Trading Corporation hija proprjetà tal-General Bureau of Atomic Energy, li jissorvelja l-programm nukleari tar-RDPK, jew hija kkontrollata minnu, jew, direttament jew indirettament, taġixxi, jew allegatament taġixxi, għalih jew f'ismu.

45.

Koryo Bank

 

Pyongyang, RDPK

2.6.2017

Koryo Bank jopera fl-industrija tas-servizzi finanzjarji fl-ekonomija tar-RDPK u huwa assoċjat mal-Uffiċċju 38 u l-Uffiċċju 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea.

46.

Il-Forza Strateġika tar-Rokits tal-Armata tal-Poplu Korean

Il-Forza Strateġika tar-Rokits; il-Kmand tal-Forza Strateġika tar-Rokits tal-Armata tal-Poplu Korean

Pyongyang, RDPK

2.6.2017

Il-Forza Strateġika tar-Rokits tal-Armata tal-Poplu Korean għandha taħt idejha l-programmi kollha tal-missili ballistiċi tar-RDPK u hija responsabbli għall-isparar tal-missili SCUD u NODONG.

II.   L-entrati li ġejjin ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi kif jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2016/849/PESK ser jiġu sostitwiti kif stipulat hawn taħt:

 

Isem

Magħruf ukoll bħala

Identifikaturi

Data tad-deżinjazzjoni

Informazzjoni oħra

14.

Choe Song Il

 

Passaport: 472320665; Data ta' skadenza: 26.9.2017; Passaport: 563120356; Nazzjonalità: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank. Serva bħala r-Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fil-Vjetnam.

17.

Jang Yong Son

 

Data tat-Twelid: 20.2.1957; Nazzjonalità: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Serva bħala r-Rappreżentant tal-KOMID fl-Iran.

21.

Kim Jung Jong

Kim Chung Chong

Passaport: 199421147; Data ta' skadenza: 29.12.2014; Passaport: 381110042; Data ta' skadenza: 25.1.2016; Passaport: 563210184; Data ta' skadenza: 18.6.2018; Data tat-twelid: 7.11.1966; Nazzjonalità: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank. Serva bħala r-Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fil-Vjetnam.

24.

Kim Yong Chol

 

Data tat-twelid: 18.2.1962; Nazzjonalità: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant tal-KOMID. Serva bħala r-Rappreżentant tal-KOMID fl-Iran.


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/150


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/976

tas-7 ta' Ġunju 2017

dwar l-approvazzjoni tad-deċiżjoni ta' eżenzjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE dwar il-forniment ta' ċerti servizzi ta' groundhandling fl-Ajruport ta' Tallinn (AS Tallinna Lennujaam)

(notifikata bid-dokument C(2017) 3798)

(It-test bl-Estonjan biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(5) tagħha,

Billi:

1.   ID-DEĊIŻJONI TA' EŻENZJONI NOTIFIKATA MILL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA

(1)

B'email tal-14 ta' Frar 2017, u b'ittra li waslet għand il-Kummissjoni fis-7 ta' Marzu 2017, l-awtoritajiet Estonjani nnotifikaw, skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 96/67/KE (minn hawn 'il quddiem: “id-Direttiva”), deċiżjoni ta' eżenzjoni tal-gvern tar-Repubblika tal-Estonja, meħuda abbażi tal-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva fir-rigward tal-Ajruport ta' Tallinn.

(2)

L-eżenzjoni tikkonsisti f'illi jiġi miżmum għall-korp amministrattiv tal-ajruport (Tallinn Airport Ltd), permezz tal-kumpanija sussidjarja tiegħu li tappartjeni għalih 100 % Tallinn Airport GH Ltd, bħala l-unika entità, id-dritt esklussiv li jipprovdi lil partijiet terzi fl-Ajruport ta' Tallinn is-servizzi li ġejjin, imsemmija fil-punti 3 u 5 tal-Anness tad-Direttiva: l-immaniġġar tal-bagolli u l-immaniġġar tar-rampa. L-eżenzjoni tingħata, abbażi tal-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva, għal perjodu inizjali ta' sentejn, li jibda mill-15 ta' Mejju 2017 u jispiċċa fl-14 ta' Mejju 2019. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Estonjani ddeċidew, fid-dawl taż-żmien previst sabiex jingħelbu l-limitazzjonijiet ta' spazju b'mod li jippermetti aktar ftuħ tas-suq, li dan il-perjodu jiġi estiż għal perjodu addizzjonali ta' sentejn mill-15 ta' Mejju 2019 sal-14 ta' Mejju 2021 abbażi tal-Artikolu 9(6) tad-Direttiva.

(3)

Skont l-Artikolu 9(5) tad-Direttiva, il-Kummissjoni kkonsultat mal-Gvern Estonjan dwar l-abbozz tagħha ta' evalwazzjoni.

2.   IS-SITWAZZJONI ATTWALI FL-AJRUPORT TA' TALLINN

(4)

Wara żieda riċenti fit-traffiku annwali lil hinn mil-limitu ta' 2 miljun moviment ta' passiġġieri previst fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva, l-Ajruport ta' Tallinn jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva u l-obbligi tagħha marbuta mal-ftuħ tas-suq tal-groundhandling.

(5)

Rigward l-immaniġġar tal-bagolli, l-ajruport ta' Tallinn bħalissa għandu terminal wieħed tal-passiġġieri u faċilità ta' tqassim tal-bagolli waħda għall-bagolli li jiġu reġistrati lokalment u l-bagolli kollha għat-trasferiment li tinsab f'livell sotterran tal-parti ċentrali tat-terminal.

(6)

Fil-preżent, filwaqt li l-aċċess ġenerali għas-suq tal-groundhandling huwa liberalizzat għalkollox, minħabba nuqqas ta' spazju, l-ajruport huwa l-uniku fornitur tas-servizzi tal-immaniġġar tal-bagolli u tar-rampa permezz tas-sussidjarja tiegħu.

(7)

L-ajruport ta' Tallinn bħalissa qiegħed fil-proċess li jiżviluppa l-ajruport. Dan il-proċess kien ippjanat fl-2010 u fil-bidu ma kienx maħsub għall-ftuħ tas-suq tal-groundhandling. Madankollu, peress li l-limitu ta' 2 miljun passiġġier intlaħaq mill-ajruport, l-applikabbiltà tad-Direttiva ġiet attivata u l-pjanijiet ta' kostruzzjoni ġew riveduti skont il-każ sabiex jiġu riżervati investimenti speċifiċi għall-ftuħ tas-suq tal-groundhandling. L-ajruport għandu fis-seħħ pjanijiet ta' investiment tal-ajruport kemm għall-kostruzzjoni inizjali, li se tkompli titwettaq kif ippjanat kif ukoll dawk imfassla speċifikament għall-ftuħ tas-suq tal-groundhandling għas-snin li ġejjin filwaqt li jimminimizza l-inkonvenjenzi lill-passiġġieri waqt ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni billi jiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet, li se jkunu meħtieġa fid-dawl ta' żieda prevista fil-volum ta' passiġġieri, b'mod partikolari matul il-Presidenza Estonjana tal-UE li jmiss mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2017.

(8)

Il-proġetti ta' investiment ewlenin li ġejjin għall-iżvilupp tal-infrastruttura jinsabu għaddejjin jew se jitnedew fl-ajruport ta' Tallinn:

Proġett għall-Iżvilupp taż-Żona tat-Titjir (Airside) fl-2020–2016;

Estensjoni tal-Moll tan-Nofsinhar fit-Terminal tal-Passiġġieri fl-2016–2019;

Il-kostruzzjoni tal-Istazzjon tal-Parkeġġ (parti mill-proġett tat-terminal tal-passiġġieri) fl-2017;

Investimenti għall-ftuħ tas-suq tal-groundhandling fl-2019–2021.

3.   KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI

(9)

Skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva, il-Kummissjoni ppubblikat sommarju tad-deċiżjoni ta' eżenzjoni notifikata mill-awtoritajiet Estonjani f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta' Marzu 2017 (2) u stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom.

(10)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand assoċjazzjoni tal-linji tal-ajru li targumenta — kontra l-argumenti tal-Gvern Estonjan — li m'hemmx limitazzjoni ta' spazju fl-infrastruttura attwali li tostakola lil Tallinn Airport Ltd. milli ssib soluzzjoni biex takkomoda tal-inqas fornitur tas-servizz ieħor addizzjonali. L-assoċjazzjoni tal-linji tal-ajru qed tgħid li fil-passat diversi kumpaniji kienu qegħdin jipprovdu servizzi ta' groundhandling fl-ajruport ta' Tallinn għal perjodu estensiv.

4.   EVALWAZZJONI TAL-EŻENZJONI FID-DAWL TAD-DISPOŻIZZJONIJIET TAD-DIRETTIVA

(11)

L-awtoritajiet Estonjani bbażaw id-deċiżjoni ta' eżenzjoni tagħhom fuq l-Artikolu 9(1)(b) u tad-Direttiva, li f'każ ta' restrizzjonijiet speċifiċi ta' spazju disponibbli jew ta' kapaċità, espressament jippermetti lill-Istat Membru li għal fornitur uniku jirriżervaw kategorija waħda jew aktar ta' servizzi ta' groundhandling imsemmija fl-Artikolu 6(2) (3). F'dan il-każ, skont l-Artikolu 9(2) l-awtoritajiet Estonjani speċifikaw il-kategoriji kkonċernati mid-deċiżjoni ta' eżenzjoni. Il-kategoriji kkonċernati huma l-immaniġġar tal-bagolli u l-immaniġġar tar-rampa msemmija fil-punti 3 u 5 tal-Anness tad-Direttiva, filwaqt li l-aċċess għas-suq lill-kategoriji l-oħra kollha ta' servizzi ta' groundhandling fl-ajruport ta' Tallinn mhuwiex limitat.

(12)

L-eżenzjoni qed tingħata mir-Repubblika tal-Estonja prinċipalment għar-raġuni li ġejja: ir-restrizzjonijiet attwali fir-rigward tal-ispazju u tal-kapaċità disponibbli fl-ajruport ta' Tallinn jagħmluha impossibbli li jiġi introdott fornitur ieħor tas-servizzi tal-groundhandling għall-kategoriji ta' servizzi msemmijin hawn fuq (eskluż it-trasport, it-tagħbija fuq l-inġenji tal-ajru, u l-ħatt minnhom, tal-ikel u x-xorb) waqt l-attivitajiet ta' kostruzzjoni li se jippermettu bis-sħiħ biex jinfetaħ is-suq għas-servizzi tal-immaniġġar tar-rampa u tal-immaniġġar tal-bagolli. B'mod partikolari:

Minħabba l-pożizzjoni u d-daqs tal-faċilità attwali tal-għażla tal-bagolli mhuwiex possibbli li jiġi allokat spazju għal fornituri addizzjonali tal-immaniġġar tal-bagolli. B'mod partikolari, l-ispazju operazzjonali huwa limitat u ristrett u l-immaniġġar tal-karru tal-bagalji huwa diffiċli għall-fornitur tas-servizzi attwali, speċjalment matul il-perjodi l-aktar intensivi. Il-pożizzjoni tal-faċilità attwali ma tistax tiġi estiża għal żoni oħra fis-sens li l-ftuħ tas-suq għal kumpanija oħra tal-immaniġġar tal-bagolli jirrikjedi użu sinifikanti ta' xogħlijiet għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ġodda f'żona esterna.

Hemm nuqqas ta' spazju disponibbli fil-viċinanza tal-pożizzjoni tal-ipparkjar tal-inġenji tal-ajru li jagħmilha impossibbli biex jakkomoda parkeġġ għal tagħmir addizzjonali minn kumpanija oħra tal-immaniġġar tar-rampa. Il-pożizzjonijiet attwali għall-parkeġġ maħsuba għall-makkinarju tal-groundhandling u għat-trolleys tal-bagalji fil-postijiet tal-parkeġġ fuq ir-rampa u taħt is-sala tat-terminal tal-passiġġieri diġà qed jintużaw f'kapaċità sħiħa. Il-ġestjoni tal-limitazzjonijiet ta' spazju kif inhuma issa hija ta' sfida għall-fornitur tas-servizzi attwali, b'mod partikolari pereżempju matul l-istaġun tax-xitwa, meta l-vetturi tas-servizz tat-tneħħija u tar-rimi tal-borra jkunu pparkjati wkoll fl-ispazju limitat tal-parkeġġ. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda ħangars jew garaxxijiet speċjali għall-parkeġġ tat-tagħmir. Billi ma hemm l-ebda spazju fiżiku li jippermetti li tiżdied id-disponibbiltà tal-kapaċità tal-parkeġġ fil-viċinanza tat-terminal tal-passiġġieri, bħalissa mhuwiex possibbli li jiġi akkomodat operatur tal-groundhandling ieħor u dan jeħtieġ xogħol sinifikanti għall-bini ta' faċilitajiet ġodda.

(13)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tqis li ż-żona tal-bagolli hija limitata billi hija twila 72 metru, wiesgħa 13-il metru u għolja 1,9 metru, li mhux suffiċjenti biex ikun hemm it-tieni fornitur tal-immaniġġar tal-bagolli. It-tieni, fid-dawl tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tad-Direttiva li jirreferi għal restrizzjonijiet ta' spazju jew ta' kapaċità li jinħolqu b'mod partikolari minn konġestjoni u utilizzazzjoni taż-żona, il-Kummissjoni tinnota li dawn l-aspetti fl-ajruport ta' Tallinn huma kkaratterizzati minn tliet perjodi bieżla qosra li matulhom bosta unitajiet ta' tagħmir iridu jiġu operati f'ħin limitat fir-restrizzjonijiet ta' spazju attwali. It-tielet, ir-restrizzjonijiet tal-ispazju ma jistgħux jiġu solvuti malajr u b'mod sempliċi permezz tal-espansjoni taż-żona attwali tal-faċilità minħabba n-nuqqas ta' disponibbiltà taż-żona li madwarha hija mibnija. Fl-aħħar nett, attwalment m'hemmx biżżejjed spazju biex fih jinħażen it-tagħmir jew biex jiġi pożizzjonat persunal ta' handler addizzjonali tal-bagolli.

(14)

Fir-rigward tal-immaniġġar tar-rampa, il-Kummissjoni nnutat ukoll li qabelxejn hemm nuqqas ta' spazju disponibbli fil-viċinanza tal-pożizzjoni tal-ipparkjar tal-inġenji tal-ajru li jagħmilha impossibbli biex jakkomoda parkeġġ għal tagħmir addizzjonali minn kumpanija oħra tal-immaniġġar tar-rampa. It-tieni, il-pożizzjonijiet attwali għall-parkeġġ maħsuba għall-makkinarju tal-groundhandling u għat-trolleys tal-bagalji fil-postijiet tal-parkeġġ fuq ir-rampa u taħt is-sala tat-terminal tal-passiġġieri diġà qed jintużaw f'kapaċità sħiħa. It-tielet, l-immaniġġar tal-limitazzjonijiet ta' spazju tal-ajruport ta' Tallinn kif inhuma issa hija ta' sfida għall-fornitur tas-servizzi attwali, b'mod partikolari matul l-istaġun tax-xitwa, meta l-vetturi tas-servizz tat-tneħħija u tar-rimi tal-borra jkunu pparkjati wkoll fl-ispazju limitat tal-parkeġġ. Ir-raba', ma hemm l-ebda ħangars jew garaxxijiet speċjali għall-parkeġġ tat-tagħmir. Fl-aħħar nett, billi ma hemm l-ebda spazju fiżiku li jippermetti li tiżdied id-disponibbiltà tal-kapaċità tal-parkeġġ fil-viċinanza tat-terminal tal-passiġġieri, bħalissa mhuwiex possibbli li jiġi akkomodat operatur tal-groundhandling ieħor u dan jeħtieġ xogħol sinifikanti għall-bini ta' faċilitajiet ġodda.

(15)

Fir-rigward tal-istqarrijiet tal-assoċjazzjoni tal-linji tal-ajru li diversi kumpaniji kienu qegħdin jipprovdu servizzi ta' groundhandling fl-ajruport ta' Tallinn fil-passat, il-Kummissjoni tinnota li skont l-informazzjoni mogħtija mill-Estonja, mill-1998 'il hawn, l-għadd ta' titjiriet fl-ajruport ta' Tallinn żdied b'iktar minn 50 % u l-għadd ta' passiġġieri żdied b'300 %, filwaqt li d-daqs taż-żona tal-immaniġġar tal-bagolli u tar-rampa baqa' kif kien. Id-disponibbiltà tal-ispazju għaldaqstant inbidlet minħabba din iż-żieda fit-traffiku. L-assoċjazzjoni tal-linji tal-ajru ma tispeċifikax kif l-immaniġġar tar-rampa u l-immaniġġar tal-bagolli jistgħu jiġu operati minn kumpanija tal-groundhandling oħra fiċ-ċirkostanzi attwali.

(16)

Sabiex jingħelbu l-limitazzjonijiet ta' spazju msemmija hawn fuq, l-awtoritajiet Estonjani ppreżentaw pjan dettaljat sabiex tiġi estiża l-infrastruttura ħalli tippermetti d-dħul tat-tieni fornintur tal-immaniġġar tal-bagolli u tal-immaniġġar tar-rampa u tintlaħaq konformità mal-grad tal-ftuħ tas-suq meħtieġ mid-Direttiva. L-iskadenza tal-eżenzjoni fl-2021 għandha tikkoinċidi mat-tlestija ppjanata tal-perjodu tal-kostruzzjoni li jippermetti l-ftuħ tas-suq.

(17)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li t-tliet proġetti li jridu jitwettqu fl-ajruport ta' Tallinn jikkontribwixxu lejn il-ftuħ tas-suq tal-groundhandling kif ġej:

Proġett għall-Iżvilupp taż-Żona tat-Titjir (Airside) (fl-2020-2016): L-ajruport ta' Tallinn se jtella' żona addizzjonali għat-tneħħija tas-silġ fil-Lvant tar-runway u se jestendi r-rampa A lejn it-Tramuntana. Fi tmiem dan il-proġett, dan ikun jippermetti li t-tieni kumpanija tal-groundhandling biex tidħol fis-suq tal-groundhandling u twettaq it-tneħħija tas-silġ u l-immaniġġar tar-rampa.

Estensjoni tal-Moll tan-Nofsinhar fit-Terminal tal-Passiġġieri (fl-2016–2019): il-kapaċità tal-magni tar-raġġi X tal-bagolli li se jittajru se tiżdied u se jinbnew kmamar addizzjonali fejn il-persunal tal-groundhandling ikun jista' jbiddel, li jkun jippermetti wkoll li tidħol fis-suq it-tieni kumpanija tal-groundhandling.

Kostruzzjoni tal-Istazzjon tal-Parkeġġ (fl-2017–2018): tiġi miżjuda ż-żona tal-parkeġġ għall-impjegati tat-tieni kumpanija tal-groundhandling.

(18)

Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet t'hawn fuq u skont l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Estonjani wrew li mhux possibbli li jiġi akkomodat it-tieni groundhandler minn parti terza flimkien mad-dipartiment tas-servizzi tal-groundhandling tal-ajruport sakemm jitlestew il-proġetti ta' kostruzzjoni kif deskritt hawn fuq.

(19)

Ġew ikkunsidrati wkoll il-fatti li fl-ajruport ta' Tallinn s-suq huwa miftuħ fir-rigward tal-kategoriji tal-groundhandling kollha ħlief l-immaniġġar tal-bagolli u tar-rampa, li l-limitazzjonijiet previsti mill-eżenzjonijiet japplikaw b'mod mhux diskriminatorju għal kull fornitur (potenzjali) ta' servizzi ta' groundhandling, minbarra d-dipartiment tas-servizzi ta' groundhandling tal-ajruport, li sal-lum l-ebda fornitur tas-servizzi tal-groundhandling jew utent tal-ajruport ma għamel talba sabiex ikun intitolat li jwettaq attivitajiet tal-immaniġġar tal-bagolli jew l-immaniġġar tar-rampa fl-ajruport ta' Tallinn.

(20)

L-Artikolu 9(1)(b), li jirriżerva l-forniment tas-servizzi għal fornitur wieħed, ma jistax jaqbeż is-sentejn u jista' jiġi estiż b'perjodu wieħed ta' mhux aktar minn sentejn. Dan huwa l-qafas li fih din l-eżenzjoni ġiet mogħtija mill-awtoritajiet Estonjani. It-tiġdid ġie nnotifikat fl-istess waqt tan-notifika tad-deċiżjoni ta' eżenzjoni u ġie analizzat mill-Kummissjoni fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proċedura attwali u ta' din id-Deċiżjoni.

(21)

Fl-aħħar nett, b'mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni preżenti fl-Ajruport ta' Tallinn, il-limitazzjonijiet ta' dawk l-eżenzjonijiet f'termini tal-materjal u tal-kamp ta' applikazzjoni temporali kif ukoll tal-miżuri meħuda biex jingħelbu dawn l-ostakli, il-Kummissjoni tqis li l-eżenzjonijiet ma għandhomx jippreġudikaw indebitament l-għanijiet tad-Direttiva, ma jagħtux lok għal distorsjonijiet fil-kompetizzjoni bejn il-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling u/jew l-utenti tal-ajruport li jimmaniġġaw is-servizzi huma stess, u ma għandhomx jestendu aktar milli meħtieġ, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva.

(22)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jipprojbixxi kull abbuż minn impriża waħda jew iktar minn pożizzjoni dominanti fi ħdan is-suq intern jew f'parti sostanzjali bħala inkompatibbli mas-suq intern sa fejn tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

5.   KONKLUŻJONI

(23)

Għalhekk, fid-dawl tar-riżultat tal-eżami mwettaq mill-Kummissjoni u wara li ġiet ikkonsultata r-Repubblika tal-Estonja, id-deċiżjoni ta' eżenzjoni meħuda minn dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva li tirrigwarda l-Ajruport ta' Tallinn u li ġiet innotifikata lill-Kummissjoni b'email tal-14 ta' Frar 2017, u b'ittra li waslet fis-7 ta' Marzu 2017, jenħtieġ li tiġi approvata.

(24)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 10 tad-Direttiva,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-deċiżjoni ta' eżenzjoni meħuda mir-Repubblika tal-Estonja skont l-Artikolu 9(1)(b) tad-Direttiva 96/67/KE li tirrigwarda l-Ajruport ta' Tallinn u li ġiet innotifikata lill-Kummissjoni b'email tal-14 ta' Frar 2017 u b'ittra li waslet fis-7 ta' Marzu 2017, hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36.

(2)  ĠU C 98, 29.3.2017, p. 3.

(3)  L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva jgħid hekk: “L-Istati Membri jistgħu jillimitaw in-numru ta' fornituri awtorizzati li jipprovdu l-kategoriji ta' servizzi ta' groundhandling li ġejjin:

maniġġar tal-bagolli,

maniġġar tar-rampa,

maniġġar tal-karburanti u żjut,

maniġġar ta' merkanzija u posta fir-rigward tal-maniġġjar fiżiku tal-merkanzija u l-posta, sew dawk li jidħlu jew dawk li joħorġu, bejn it-terminal tal-ajru u l-inġenju tal-ajru.

M'għandhomx iżda, jillimitaw in-numru għal anqas minn tnejn għal kull kategorija ta' servizz ta' groundhandling”.


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/155


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/977

tat-8 ta' Ġunju 2017

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2017) 3962)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”) u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4).

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE għandhom jinkludu mill-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu tal-inqas sad-dati għal dawk iż-żoni stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni.

(3)

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat sussegwentement bid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/417 (5), (UE) 2017/554 (6), (UE) 2017/696 (7), (UE) 2017/780 (8) u (UE) 2017/819 (9), sabiex jitqiesu l-bidliet fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara li seħħew aktar tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 fl-Unjoni. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/696 sabiex jiġu stipulati regoli rigward kif jintbagħtu l-konsenji ta' flieles ta' ġurnata miż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247, wara ċertu titjib fil-qagħda epidemjoloġika fir-rigward ta' dak il-virus fl-Unjoni.

(4)

Filwaqt li s-sitwazzjoni inġenerali tal-marda fl-Unjoni qegħdha dejjem tmur għall-aħjar, mid-data li fiha saru l-aħħar emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/819 kien hemm xi ftit tifqigħat oħra. L-Italja u r-Renju Unit it-tnejn li huma nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ġdida tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjendi tal-pollam li jinsabu 'l barra miż-żoni attwalment elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 għal dawk l-Istati Membri. Barra minn hekk, il-Lussemburgu nnotifika lill-Kummissjoni dwar l-ewwel każ ta' detezzjoni tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjendi li jżommu għasafar maqbuda. Dawk it-tliet Stati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni wkoll li huma ħadu l-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar dawn it-tifqigħat il-ġodda.

(5)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri meħuda mill-Italja, ir-Renju Unit u l-Lussemburgu skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja tas-sottotip H5N8 f'dawk l-Istati Membri, u ħarġet sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri, jinsabu 'l bogħod biżżejjed minn kwalunkwe azjenda li fiha ġiet ikkonfermata tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5.

(6)

Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni, u biex jiġi evitat li pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni, b'kollaborazzjoni mal-Italja, ir-Renju Unit u l-Lussemburgu, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza ġodda stabbiliti f'dawk l-Istati Membri skont id-Direttiva 2005/94/KE. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu emendati ż-żoni elenkati għall-Italja u r-Renju Unit fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247, u ż-żoni l-ġodda għal-Lussemburgu jenħtieġ li jiġu inseriti f'dak l-Anness.

(7)

Bl-istess mod, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 biex jaġġorna r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex tinkludi ż-żoni l-ġodda ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti skont id-Direttiva 2005/94/KE u t-tul ta' żmien tar-restrizzjonijiet li japplikaw fihom.

(8)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tapplika sat-30 ta' Ġunju 2017. Minħabba t-tifqigħat attwali kkonfermati fl-Italja, ir-Renju Unit u l-Lussemburgu, il-miżuri li jridu jiġu implimentati minn dawn l-Istati Membri fiż-żoni l-ġodda fit-territorji tagħhom li jridu jiġu elenkati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni se jibqgħu fis-seħħ wara dik id-data. Għalhekk, huwa xieraq li l-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2017, filwaqt li jitqiesu l-miżuri li għandhom jiġu applikati f'dawk it-tliet Stati Membri, u f'każ li jseħħu tifqigħat oħra tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja fl-Unjoni.

(9)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 5, id-data “30 ta' Ġunju 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2017”.

(2)

L-Anness qed jiġi emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16)

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/417 tas-7 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 63, 9.3.2017, p. 177).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/554 tat-23 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 79, 24.3.2017, p. 15).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).

(8)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/780 tat-3 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 30).

(9)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/819 tat-12 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 122, 13.5.2017, p. 76).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-Italja tinbidel b'dan li ġej:

“Stat Membru: L-Italja

Żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

Comune di CERESARA: a Sud Est di SP7 e a Nord-Est di SP6

Comune di GOITO: a ovest di SP19, a sud-ovest di Strada le Fabbriche, ad ovest di Strada Lorenzina-Costa, a nord-ovest di Strada Torre, a ovest della SP 236; a Est di SP7; a Nord Est di SP6.

24.6.2017”

(b)

l-entrata li ġejja għal-Lussemburgu hija inserita wara l-entrata għall-Italja u qabel l-entrata għall-Ungerija:

“Stat Membru: Il-Lussemburgu

Żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

Sandweiler;Schuttrange;Munsbach;Schrassig;Uebersyren;Mullendorf;Steinsel;Hollenfels;Ansembourg;Marienthal;Bour;Trintingerthal;Welscheid;Kehmen;Scheidel;Oetrange;Moutfort;Medingen;Contern;Muehlbach;Burden;Warken;Ettelbruck;Grentzingen;Niederfeulen;Oberfeulen;Schoos;Angelsberg;Kehlen;Nospelt;Dondelange;Keispelt;Meispelt;Kopstal;Lenningen;Lintgen;Gosseldange;Prettingen;Lorentzweiler;Hunsdorf;Beringen;Rollingen;Reckange-Mersch;Mersch;Schoenfels;Mertzig;Senningen

28.6.2017”

(c)

l-entrata għar-Renju Unit hija sostitwita b'dan li ġej:

“Stat Membru: Ir-Renju Unit

Żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

The area of the parts of the country of Norfolk (ADNS code 00154) contained within a circle with a radius of three kilometres and centred on WGS84 dec. coordinates N52.3722 and E1.1643.

26.6.2017”

(2)

il-Parti B hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-Italja tinbidel b'dan li ġej:

“Stat Membru: L-Italja

Żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

Comune di CASTEL GOFFREDO: a est di strada Brughiere

Comune di CASTELLUCCHIO: A nord di SP 10

Comune di CAVRIANA: a sud di SP13 e SP15, a sud di Via Monte Pagano

Comune di CERESARA: a Nord Ovest di SP7 e ad sud-ovest di SP6;

Comune di GAZOLDO DEGLI IPPOLITI

Comune di GIUDIZZOLO

Comune di GOITO: a Ovest di SP7; a Sud Ovest di SP6; a est di SP19, a nord-est di Strada le Fabbriche, ad est di Strada Lorenzina-Costa, a sud-est di Strada Torre, a est della SP 236

Comune di MARMIROLO

Comune di MEDOLE: a sud di SP8

Comune di PIUBEGA

Comune di PORTO MANTOVANO

Comune di RODIGO

Comune di ROVERBELLA: a Ovest Via Monfalcone, di via M. Sabotino, Strada Bassa Belvedere, di via Vittorio Veneto, Strada Fienili, SR62

Comune di VALEGGIO SUL MINCIO: a sud di località Cornesel, a sud di località Pittarnella, ad ovest di località Turchetti

Comune di VOLTA MANTOVANA

3.7.2017

Comune di CERESARA: a Sud Est di SP7 e a Nord-Est di SP6

Comune di GOITO: a ovest di SP19, a sud-ovest di Strada le Fabbriche, ad ovest di Strada Lorenzina-Costa, a nord-ovest di Strada Torre, a ovest della SP 236; a Est di SP7; a Nord Est di SP6.

25.6.2017 sa 3.7.2017”

(b)

l-entrata li ġejja għal-Lussemburgu hija inserita wara l-entrata għall-Italja u qabel l-entrata għall-Ungerija:

“Stat Membru: Il-Lussemburgu

Żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

Das Hoheitsgebiet von Luxemburg mit der Ausnahme von:

Sandweiler;Schuttrange;Munsbach;Schrassig;Uebersyren;Mullendorf;Steinsel;Hollenfels;Ansembourg;Marienthal;Bour;Trintingerthal;Welscheid;Kehmen;Scheidel;Oetrange;Moutfort;Medingen;Contern;Muehlbach;Burden;Warken;Ettelbruck;Grentzingen;Niederfeulen;Oberfeulen;Schoos;Angelsberg;Kehlen;Nospelt;Dondelange;Keispelt;Meispelt;Kopstal;Lenningen;Lintgen;Gosseldange;Prettingen;Lorentzweiler;Hunsdorf;Beringen;Rollingen;Reckange-Mersch;Mersch;Schoenfels;Mertzig;Senningen

5.7.2017

Sandweiler;Schuttrange;Munsbach;Schrassig;Uebersyren;Mullendorf;Steinsel;Hollenfels;Ansembourg;Marienthal;Bour;Trintingerthal;Welscheid;Kehmen;Scheidel;Oetrange;Moutfort;Medingen;Contern;Muehlbach;Burden;Warken;Ettelbruck;Grentzingen;Niederfeulen;Oberfeulen;Schoos;Angelsberg;Kehlen;Nospelt;Dondelange;Keispelt;Meispelt;Kopstal;Lenningen;Lintgen;Gosseldange;Prettingen;Lorentzweiler;Hunsdorf;Beringen;Rollingen;Reckange-Mersch;Mersch;Schoenfels;Mertzig;Senningen

29.6.2017 sa 5.7.2017”

(c)

l-entrata għar-Renju Unit hija sostitwita b'dan li ġej:

“Stat Membru: Ir-Renju Unit

Żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

The area of the parts of Norfolk County (ADNS code 00154) contained within a circle with a radius of ten kilometres and extending beyond the protection zone in part A, centred on WGS84 dec. coordinates N52.3722 and E1.1643.

26.6.2017

The area of the parts of Norfolk County (ADNS code 00154) contained within a circle with a radius of three kilometres and centred on WGS84 dec. coordinates N52.3722 and E1.1643.

27.6.2017 sa 5.7.2017”


Rettifika

9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/159


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/907 tad-29 ta' Mejju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 139 tat-30 ta' Mejju 2017 )

Fil-paġna 15, fl-Artikolu 2:

minflok:

“Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”,

aqra:

“Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”.


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/159


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta' Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 139 tat-30 ta' Mejju 2017 )

Fil-paġna 62, fl-Artikolu 3:

minflok:

“Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”,

aqra:

“Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”.