ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 138

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
25 ta' Mejju 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/890 tal-24 ta' Mejju 2017 li jimplimenta l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

1

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta' Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f'dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 tat-13 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati

57

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/893 tal-24 ta' Mejju 2017 li jemenda l-Annessi I u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi X, XIV u XV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 rigward id-dispożizzjonijiet dwar il-proteina pproċessata tal-annimali ( 1 )

92

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/894 tal-24 ta' Mejju 2017 li jemenda l-Annessi III u VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġenotipar tal-annimali ovini ( 1 )

117

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/895 tal-24 ta' Mejju 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' 3-fitażi prodotta minn Komagataella pastoris (CECT 13094) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u t-tiġieġ li jbidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Fertinagro Nutrientes S.L.) ( 1 )

120

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/896 tal-24 ta' Mejju 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' 6-fitażi, prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) bħala addittiv fl-għalf f'għamla solida għal kull speċi ta' tjur u għal kull speċi ta' ħnieżer (ħlief ħnienes mhux miftuma) (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd) ( 1 )

123

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/897 tal-24 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

126

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2017/898 tal-24 ta' Mejju 2017 li temenda, għall-fini li jiġu adottati valuri limitu speċifiċi għall-kimiċi użati fil-ġugarelli, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-bisfenol A ( 1 )

128

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/899 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-użu tal-banda ta' frekwenzi 470–790 MHz fl-Unjoni

131

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/900 tat-22 ta' Mejju 2017 dwar l-istabbiliment tal-Grupp ta' Ħidma ad hoc dwar l-Artikolu 50 TUE ippresedut mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

138

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/901 tal-24 ta' Mejju 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

140

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/902 tat-23 ta' Mejju 2017 li tistabbilixxi l-lista tal-ispetturi tal-Unjoni li għandhom permess iwettqu spezzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (notifikata bid-dokument C(2017) 3252)

143

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/903 tat-23 ta' Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument C(2017) 3324)  ( 1 )

189

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

25.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/890

tal-24 ta' Mejju 2017

li jimplimenta l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 tal-10 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 224/2014.

(2)

Fis-17 ta' Mejju 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2127 (2013) żied persuna waħda mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 224/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 224/2014 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

L. GRECH


(1)  ĠU L 70, 11.3.2014, p. 1.


ANNESS

Il-persuna elenkata fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiżdied mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 224/2014.

A.   Persuni

“12.

Abdoulaye HISSENE (psewdonimu: a) Abdoulaye Issène; b) Abdoulaye Hissein; c) Hissene Abdoulaye; d) Abdoulaye Issène Ramadane; e) Abdoulaye Issene Ramadan; f) Issene Abdoulaye

Data tat-twelid: 1967

Post tat-twelid: Ndele, Bamingui-Bangoran, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Ċittadinanza: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Nru. tal-passaport: Passaport diplomatiku tar-RĊA bin-numru D00000897, maħruġ fil-5 ta' April 2013, (validu sal-4 ta' April 2018)

Indirizz: a) KM5, Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana b) Nana-Grebizi, ir-Repubblik Ċentru-Afrikana

Data tal-indikazzjoni min-NU:17 ta' Mejju 2017

Informazzjoni oħra: Hissène kien preċedentement il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Isport bħala parti mill-Kabinett tal-eks-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana Michel Djotodia. Qabel dan, huwa kien il-kap tal-Konvenzjoni tal-Patrijotti għall-Ġustizzja u l-Paċi, partit politiku. Huwa stabbilixxa wkoll lilu nnifsu bħala l-mexxej tal-milizzji armati f'Bangui, u b'mod partikolari fil-kwartier “PK5” (it-tielet distrett).

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Informazzjoni addizzjonali:

 

Abdoulaye Hissène u membri oħra tal-eks-Séléka kkollaboraw ma' instigaturi anti-balaka alleati mal-eks-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) François Bozizé, inkluż Maxime Mokom, biex jinkoraġġixxu protesti vjolenti u ġlied f'Settembru 2015 bħala parti minn attentat ta' kolp ta' stat li falla biex iwaqqa' l-Gvern waqt li l-President Transizzjonali ta' dakinhar Catherine Samba-Panza kienet qed tattendi l-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-2015. Mokom, Hissène, u oħrajn ġew akkużati mill-gvern tar-RĊA b'diversi reati kriminali, inkluż qtil, ħruq, tortura, u sakkeġġi, li rriżultaw mill-kolp ta' stat li falla.

 

Mill-2015, Hissène kien sar wieħed mill-mexxejja ewlenin tal-milizzji armati li jinsabu fil-kwartier “PK5” ta' Bangui u li kienu jinkludu aktar minn 100 raġel. Huwa xekkel il-libertà ta' moviment u t-treġġigħ lura tal-awtorità tal-istat fiż-żona, inkluż permezz ta' tassazzjoni illegali tat-trasport u attivitajiet kummerċjali. Fit-tieni nofs tal-2015, Hissène aġixxa bħala r-rappreżentant tan-“Nairobisti” tal-eks-Séléka f'Bangui li operaw fil-qafas ta' ravviċinament mal-ġellieda anti-balaka taħt Mokom. Irġiel armati taħt il-kontroll ta' Haroun Gaye u Hissène pparteċipaw fil-ġrajjiet vjolenti li seħħew f'Bangui bejn is-26 ta' Settembru u t-3 ta' Ottubru 2015.

 

Il-membri tal-grupp ta' Hissène huma ssuspettati li kienu involuti f'attakk fit-13 ta' Diċembru 2015 — il-jum tar-referendum kostituzzjonali — fuq il-vettura ta' Mohamed Moussa Dhaffane, mexxej tal-eks-Séléka. Hissène huwa akkużat li orkestra l-vjolenza fid-distrett KM5 ta' Bangui li biha nqatlu ħames persuni, indarbu għoxrin, u żammet lir-residenti milli jivvutaw fir-referendum kostituzzjonali. Hissène qiegħed l-elezzjonijiet f'riskju billi ħoloq ċiklu ta' attakki ta' ritaljazzjoni bejn gruppi differenti.

 

Fil-15 ta' Marzu 2016, Hissène nqabad mill-pulizija fl-ajruport M'poko ta' Bangui u ġie ttrasferit lit-taqsima ta' riċerka u investigazzjoni tal-ġendarmerija nazzjonali. Il-milizzja tiegħu sussegwentement ħelsuh, bl-użu tal-forza, u serqet arma li preċedentement kienet mgħoddija minn MINUSCA bħala parti minn talba għal eżenzjoni approvata mill-Kumitat.

 

Fid-19 ta' Ġunju 2016, wara l-arrest ta' negozjanti Musulmani minn forzi tas-sigurtà interni f'“PK 12”, il-milizzji ta' Gaye u Hissène ħatfu ħames pulizija nazzjonali f'Bangui. Fl-20 ta' Ġunju, il-MINUSCA għamlet tentattiv biex teħles il-pulizija. Irġiel armati taħt il-kontroll ta' Hissène u Gaye kienu involuti fi sparar ma' forzi taż-żamma tal-paċi li ppruvaw jeħilsu l-ostaġġi. B'riżultat ta' dan, inqatlu mill-inqas sitt individwi u indarab membru tal-forzi għaż-żamma tal-paċi.

 

Fit-12 ta' Awwissu 2016, Hissène mexxa konvoj ta' sitt vetturi b'individwi armati sew. Il-konvoj, li kien qed jaħrab minn Bangui, ġie interċettat minn MINUSCA fin-Nofsinhar ta' Sibut. Fi triqtu lejn it-Tramuntana, il-konvoj kien involut fi sparar ma' forzi tas-sigurtà interna f'diversi punti ta' kontroll. Il-konvoj eventwalment twaqqaf minn MINUSCA 40 km min-Nofsinhar ta' Sibut. Wara bosta ġlidiet b'armi tan-nar, MINUSCA qabdet 11-il raġel, iżda Hissène u diversi oħra ħarbu. Individwi arrestati indikaw lil MINUSCA li Hissène kien il-mexxej tal-konvoj li l-għan tiegħu kien li jasal Bria u jipparteċipa fl-Assemblea tal-gruppi eks-Séléka li ġiet organizzata minn Nourredine Adam.

 

F'Awwissu u Settembru 2016, il-Bord ta' Esperti żar Sibut darbtejn sabiex jispezzjona l-oġġetti personali tal-konvoj ta' Hissène, Gaye u Hamit Tidjani, li nqabad minn MINUSCA fit-13 ta' Awwissu. Il-Bord spezzjona wkoll il-munizzjon maqbud fid-dar ta' Hissène fis-16 ta' Awwissu. Tagħmir militari letali u mhux letali ġie rkuprat mis-sitt vetturi u mill-individwi maqbuda. Fis-16 ta' Awwissu 2016, il-Ġendarmerija Ċentrali għamlet rejd fid-dar ta' Hissène f'Bangui. Instabu aktar minn 700 arma.

 

Fl-4 ta' Settembru 2016, grupp ta' elementi eks-Séléka li kienu ġejjin minn Kaga-Bandoro fuq sitt muturi biex jiġbru lil Hissène u l-affiljati tiegħu fetħu n-nar kontra MINUSCA ħdejn Dékoa. Waqt dan l-inċident, inqatel ġellied eks-Séléka, u żewġ membri tal-forzi taż-żamma tal-paċi u ċivili sfaw midruba.”


25.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/4


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/891

tat-13 ta' Marzu 2017

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f'dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari, l-Artikolu 37(a)(i), (ii), (iii) u (vi), (b), (c), (d)(i), (iii) sa (vi), (viii), (x), (xi) u (xii) u (e)(i), l-Artikolu 173(1)(b), (c), (d) u (f) sa (j), l-Artikolu 181(2), l-Artikolu 223(2)(a) u l-Artikolu 231(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikolari, l-Artikolu 62(1) u l-Artikolu 64(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 issostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3) u jistabbilixxi regoli ġodda dwar is-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat. Huwa jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Dawk l-atti għandhom jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (4).

(2)

Sabiex tissaħħaħ is-setgħa tan-negozjar tal-produtturi tal-frott u l-ħxejjex u titrawwem distribuzzjoni aktar ġusta tal-valur miżjud tul il-katina tal-provvista, għandu jkun inkoraġġit ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-assoċjazzjonijiet tagħhom. Dan għandu jinkiseb waqt li jiġu rrispettati l-istrutturi amministrattivi u ġuridiċi nazzjonali.

(3)

Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi għall-prodotti li jitolbu. Meta dan ir-rikonoxximent jintalab għal prodotti intiżi biss għall-ipproċessar, għandu jiġi żgurat li dawn il-prodotti jkunu fil-fatt ikkonsenjati għall-ipproċessar. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-istrutturi neċessarji sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tagħhom. Barra minn hekk, sabiex jimplimentaw programm operattiv, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu meħtieġa li jiksbu valur minimu ta' produzzjoni kkummerċjalizzata, li għandu jkun stipulat mill-Istat Membru sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-appoġġ irċevut u b'hekk jgħin sabiex tissaħħaħ is-setgħa tan-negozjar tal-produtturi tal-frott u l-ħxejjex.

(4)

Sabiex tingħata spinta lill-kisba tal-għanijiet tal-iskema tal-frott u l-ħxejjex u sabiex ikun żgurat li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jwettqu xogħolhom b'mod sostenibbli u effettiv, jeħtieġ li jkun hemm stabbiltà fost l-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Għalhekk, is-sħubija ta' organizzazzjoni tal-produtturi għandha tkun għal perjodu ta' żmien minimu. Għandu jkun f'idejn l-Istati Membri li jistabbilixxu l-perjodi ta' notifika u d-dati li fihom tista' tidħol fis-seħħ ir-riżenja mis-sħubija.

(5)

Meta organizzazzjoni tal-produtturi tkun rikonoxxuta għal prodott li jeħtieġ jiġu pprovduti mezzi tekniċi għalih, din għandha titħalla tipprovdi dawk il-mezzi permezz tal-membri tagħha, permezz tal-kumpaniji sussidjarji, permezz ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li tagħha hija membru jew permezz tal-esternalizzazzjoni.

(6)

L-attivitajiet essenzjali u ewlenin ta' organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jirrigwardjaw il-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tagħhom sabiex b'hekk tissaħħaħ is-setgħa tan-negozjar tal-produtturi tal-frott u l-ħxejjex u tinkiseb distribuzzjoni aktar ġusta tal-benefiċċji li jirriżultaw tul il-katina tal-provvista. Madankollu, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jitħallew jinvolvu ruħhom f'attivitajiet oħrajn, kemm jekk dawn ikunu ta' natura kummerċjali kif ukoll jekk le. Għandha tiġi inkoraġġita kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u, f'dak ir-rigward, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jitħallew jikkummerċjalizzaw il-frott u l-ħxejjex mixtrija esklussivament mingħand organizzazzjoni tal-produtturi rrikonoxxuta oħra, bil-kundizzjoni li l-valur ta' dawn il-prodotti jitħalla barra mill-kalkoli tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata kemm għall-finijiet tal-attività ewlenija kif ukoll għal attivitajiet oħrajn.

(7)

Għalkemm l-attività ewlenija ta' organizzazzjoni tal-produtturi hija l-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-membri tagħha li għalihom hija rikonoxxuta, f'xi każijiet, il-membri produtturi għandhom jitħallew ibigħu ċertu perċentwal tal-produzzjoni tagħhom barra mill-organizzazzjoni tal-produtturi, meta l-organizzazzjoni tal-produtturi tawtorizza dan, u meta dan ikun konformi mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-Istat Membru u tal-organizzazzjoni tal-produtturi. Il-perċentwal totali tal-bejgħ barra mill-organizzazzjoni tal-produtturi ma għandux jaqbeż limitu massimu.

(8)

Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardjaw l-esternalizzazzjoni meta l-attivitajiet jiġu esternalizzati lil entitajiet relatati mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu speċifikati aktar.

(9)

Sabiex tkun iffaċilitata l-konċentrazzjoni tal-provvista, il-fużjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi eżistenti bil-għan li jissawru organizzazzjonijiet ġodda għandha tkun inkoraġġita billi jiġu pprovduti regoli għall-fużjoni tal-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet magħquda.

(10)

Filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji li bihom trid tissawwar organizzazzjoni tal-produtturi fuq l-inizjattiva tal-produtturi nfushom u li bihom għandha tkun skrutinizzata mill-produtturi, għandu jitħalla f'idejn l-Istati Membri li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn jistgħu jiġu aċċettati bħala membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi.

(11)

Sabiex ikun żgurat li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jirrappreżentaw ġenwinament għadd minimu ta' produtturi, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li minoranza ta' membri li jistgħu jikkostitwixxu l-biċċa l-kbira tal-produzzjoni jew l-ishma jew il-kapital fl-organizzazzjoni tal-produtturi ma jiddominawx aktar milli huwa xieraq il-ġestjoni u t-tħaddim tagħha. Ir-responsabbiltà demokratika hija diġà żgurata meta l-entitajiet ikollhom forma ġuridika li titlobha skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali qabel ikunu jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala organizzazzjoni tal-produtturi. F'każijiet oħrajn, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perċentwal massimu ta' drittijiet tal-vot jew parteċipazzjonijiet azzjonarji u jwettqu l-kontrolli rilevanti.

(12)

Għandhom jiġu stipulati regoli dwar ir-rikonoxximent u l-funzjonament tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, tal-organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi u tal-assoċjazzjonijiet transnazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Għall-fini ta' konsistenza, dawn għandhom jirriflettu, safejn ikun possibbli, ir-regoli stipulati għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

(13)

Sabiex ikun iffaċilitat l-użu tal-iskema ta' appoġġ għall-programmi operattivi, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha tkun definita b'mod ċar, inklużi regoli li abbażi tagħhom jistgħu jitqiesu l-prodotti u l-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni li fih għandu jiġi kkalkolat il-valur tal-produzzjoni. Għall-finijiet ta' kontroll u simplifikazzjoni, huwa xieraq li tintuża rata fissa bl-iskop li jiġi kkalkolat il-valur tal-frott u l-ħxejjex maħsuba għall-ipproċessar. Din ir-rata fissa għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-valur tal-prodott bażiku, jiġifieri l-frott u l-ħxejjex maħsuba għall-ipproċessar, li miegħu jiżdied il-valur ta' dawk l-attivitajiet biss li mhumiex attivitajiet ta' pproċessar ġenwini. Billi l-volumi ta' frott u ħxejjex meħtieġa għall-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati jvarjaw ħafna bejn il-gruppi ta' prodotti, dawk id-differenzi għandhom ikunu riflessi fir-rati fissi applikabbli. Fil-każ tal-frott u l-ħxejjex maħsuba għall-ipproċessar li jiġu ttrasformati fi ħwawar aromatiċi u trab tal-paprika pproċessati, huwa xieraq ukoll li tiddaħħal rata fissa sabiex jiġi kkalkolat il-valur tal-frott u l-ħxejjex maħsuba għall-ipproċessar, li jkun jirrappreżenta biss il-valur tal-prodott bażiku. Il-metodu tal-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jnaqqas il-varjazzjonijiet annwali jew id-dejta insuffiċjenti u jevita l-għadd doppju, b'mod partikolari fil-każ tal-organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom. Sabiex jiġi evitat li din l-iskema tintuża b'mod ħażin, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi ġeneralment ma għandhomx jitħallew ibiddlu l-metodoloġija għall-iffissar tal-perjodu ta' referenza matul iż-żmien li jkun għaddej il-programm.

(14)

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jista' jkollhom ishma jew kapital f'kumpaniji sussidjarji li jgħinu sabiex iżidu l-valur miżjud tal-produzzjoni tal-membri tagħhom. Għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-kalkolu tal-valur ta' din il-produzzjoni kkummerċjalizzata. L-attivitajiet ewlenin ta' dawn il-kumpaniji sussidjarji għandhom ikunu l-istess bħal dawk tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

(15)

Sabiex ikun żgurat l-użu korrett tal-għajnuna, għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-ġestjoni u l-kontabbiltà tal-fondi operattivi u tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri, li jippermettu kemm jista' jkun flessibbiltà, bil-kundizzjoni li l-produtturi kollha jkunu jistgħu japprofittaw ruħhom mill-fond operattiv u jkunu jistgħu jipparteċipaw b'mod demokratiku fid-deċiżjonijiet dwar l-użu tiegħu.

(16)

Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-kamp ta' applikazzjoni u l-istruttura tal-istrateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli u l-qafas nazzjonali għal azzjonijiet ambjentali. L-għan għandu jkun li tittejjeb kemm jista' jkun l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u li tittejjeb il-kwalità tal-istrateġija. Għandhom jiġu stipulati wkoll dispożizzjonijiet sabiex jiġi evitat il-finanzjament doppju tal-istess azzjoni permezz ta' skemi ta' appoġġ oħrajn, bħall-programmi tal-iżvilupp rurali jew tal-promozzjoni.

(17)

Għal raġunijiet ta' sigurtà finanzjarja u ċertezza legali, għandha titħejja kemm lista ta' operazzjonijiet u nfiq li ma jistgħux ikunu koperti mill-programmi operattivi, kif ukoll lista mhux eżawrjenti ta' operazzjonijiet li jistgħu jkunu koperti mill-programmi operattivi. Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet li jirrigwardjaw l-infiq eliġibbli, l-użu ta' rati fissi u skali ta' spejjeż għal kull unità, kif ukoll l-investimenti. L-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi għadd ta' objettivi għall-programmi operattivi, inklużi objettivi li jikkonċernaw il-prodotti li jiġu prodotti kemm f'forma friska kif ukoll f'forma pproċessata. Bil-għan li jkun żgurat li dawk l-objettivi jintlaħqu, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li taħthom l-azzjonijiet relatati mat-trasformazzjoni tal-frott u l-ħxejjex fi frott u ħxejjex ipproċessati jistgħu jkunu eliġibbli għall-appoġġ. Fir-rigward tal-investimenti implimentati fuq azjendi individwali, għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet għall-irkupru tal-valur residwu għal dawk il-każijiet fejn membru jirriżenja mill-organizzazzjoni tal-produtturi.

(18)

Għalkemm il-programmi operattivi tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli bħall-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, xi rekwiżiti għandhom jiġu applikati fil-livell tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi membri.

(19)

Sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni xierqa tat-tagħrif mill-awtoritajiet kompetenti u sabiex il-miżuri u l-attivitajiet ikunu jistgħu jiġu inklużi fil-programmi jew esklużi minnhom, għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-preżentazzjoni u l-approvazzjoni tal-programmi operattivi, inklużi d-dati ta' skadenza. Minħabba li l-ġestjoni tal-programmi ssir fuq bażi annwali, għandu jkun hemm dispożizzjoni li tgħid li l-programmi li ma jkunux approvati qabel data partikolari għandhom jiġu posposti għal sena.

(20)

Għandu jkun hemm proċedura għall-emendar tal-programmi operattivi għas-snin sussegwenti, sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu aġġustati bil-għan li jitqiesu kwalunkwe kundizzjonijiet ġodda li ma setgħux jiġu previsti meta kienu ppreżentati inizjalment. Barra minn hekk, il-miżuri u l-ammonti tal-fond operattiv għandhom ikunu jistgħu jinbidlu matul is-sena tal-eżekuzzjoni ta' programm. Sabiex ikun żgurat li l-programmi approvati jżommu l-objettivi ġenerali tagħhom, dawn il-bidliet kollha għandhom ikunu soġġetti għal ċerti limiti u kundizzjonijiet, li għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri, kif ukoll għal notifika obbligatorja tal-bidliet lill-awtoritajiet kompetenti.

(21)

Sabiex ikunu evitati d-diffikultajiet fil-flussi tal-flus, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom sistema ta' ħlas bil-quddiem, li tkun akkumpanjata minn garanziji xierqa. Fil-każ ta' waqfien ta' programm operattiv jew tal-irtirar ta' rikonoxximent, kemm jekk ikun volontarju jew obbligatorju, jew inkella fil-każ ta' xoljiment ta' organizzazzjoni tal-produtturi, għandu jkun żgurat li l-għanijiet li għalihom tkun tħallset l-għajnuna ntlaħqu, inkella l-għajnuna mħallsa għandha tiġi rrimborżata lill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija.

(22)

Il-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex hija imprevedibbli u l-prodotti jistgħu jeħżienu. Ammont żejjed fis-suq, anki jekk ma jkunx kbir wisq, jista' jfixkel is-suq b'mod sinifikanti. Għaldaqstant, għandhom jiġu stipulati regoli dwar il-kamp ta' applikazzjoni u l-applikazzjoni tal-miżuri għall-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kriżijiet b'rabta mal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Sa fejn huwa possibbli, dawk ir-regoli għandhom jipprevedu l-flessibbiltà u l-applikazzjoni ta' malajr fil-perjodi ta' kriżi u, għalhekk, għandhom jippermettu lill-Istati Membri u lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jieħdu d-deċiżjonijiet huma stess. Madankollu, dawk ir-regoli għandhom jevitaw milli jkun hemm abbuż tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni u, għalhekk, għandhom jipprevedu limiti fuq l-użu ta' ċerti miżuri, inkluż f'termini finanzjarji. Huma għandhom jiżguraw ukoll li r-rekwiżiti fitosanitarji u ambjentali jitħarsu kif xieraq.

(23)

F'dak li jirrigwardja l-irtirar mis-suq, għandhom jiġu adottati regoli li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-importanza potenzjali ta' dik il-miżura. B'mod partikulari, għandhom jiġu stipulati regoli li jipprevedu sistema ta' appoġġ akbar għall-frott u l-ħxejjex irtirati mis-suq, li jiġu distribwiti bla ħlas bħala għajnuna umanitarja minn organizzazzjonijiet karitatevoli u ċerti stabbilimenti u istituzzjonijiet oħrajn. Sabiex tkun iffaċilitata d-distribuzzjoni bla ħlas, huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni dwar il-possibbiltà li l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet karitatevoli jitħallew jitolbu kontribuzzjoni simbolika mingħand il-benefiċjarji finali tal-prodotti li jkunu ġew irtirati. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti l-livelli massimi ta' appoġġ għall-irtirar mis-suq sabiex ikun żgurat li dan ma jsirx punt tal-ħruġ alternattiv permanenti għall-prodotti, meta mqabbel mat-tqegħid tagħhom fis-suq. F'dan il-kuntest, huwa xieraq li jkomplu jintużaw livelli komuni ta' appoġġ għall-prodotti ewlenin. Għal prodotti oħrajn, fejn l-esperjenza għadha ma wriet ebda riskju ta' rtirar eċċessiv, huwa xieraq li jiġu stabbiliti livelli massimi ta' appoġġ bħala perċentwal tal-medja tal-prezzijiet irreġistrati f'kull Stat Membru. Madankollu, għal raġunijiet simili, fil-każijiet kollha huwa xieraq li jiġi stabbilit limitu kwantitattiv ta' rtirar għal kull prodott għal kull organizzazzjoni tal-produtturi.

(24)

Abbażi tal-esperjenza tal-imgħoddi, id-dispożizzjonijiet dwar il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad għandhom jiġu elaborati aktar. Bl-istess mod, għandhom jiġu ssimplifikati d-dispożizzjonijiet dwar l-appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi sabiex jiġu stabbiliti fondi mutwi u għat-tħawwil mill-ġdid tal-ġonna wara l-qlugħ obbligatorju tad-dwieli.

(25)

Għandhom jiġu adottati regoli dwar l-assistenza finanzjarja nazzjonali li l-Istati Membri jistgħu jagħtu f'reġjuni tal-Unjoni li fihom il-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi huwa partikolarment baxx, inklużi regoli dwar kif jiġi kkalkolat il-livell ta' organizzazzjoni u jiġi kkonfermat livell baxx ta' organizzazzjoni. Tali regoli għandhom jirriflettu dawk li japplikaw bħalissa.

(26)

L-appoġġ lill-gruppi ta' produtturi sar parti mill-politika tal-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), iżda r-regoli dwar in-notifiki li jirrigwardjaw il-gruppi ta' produtturi msawra skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, li huma meħtieġa sabiex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-iskema ta' għajnuna, għandhom jinżammu f'dan ir-Regolament.

(27)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar it-tip, il-format u l-mezzi ta' notifiki li huma meħtieġa sabiex dan ir-Regolament jiġi implimentat. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu notifiki mill-produtturi u mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi lill-Istati Membri u mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. L-esperjenza tal-imgħoddi f'dak li għandu x'jaqsam mad-dejta rreġistrata tippermetti ċerta simplifikazzjoni fuq l-għadd u l-frekwenza tad-dejta mitluba.

(28)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni għal monitoraġġ u evalwazzjoni xierqa ta' programmi u skemi li jkunu għaddejjin sabiex ikunu vvalutati l-effettività u l-effiċjenza tagħhom kemm mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif ukoll mill-Istati Membri. Huwa possibbli li jitnaqqsu l-għadd u d-dettall tar-rekwiżiti attwali mingħajr ma tiġi affettwata l-kwalità tal-valutazzjoni.

(29)

Għandhom jiġu stabbiliti miżuri fir-rigward tal-penali amministrattivi xierqa applikabbli meta jinstabu l-irregolaritajiet. Dawk il-miżuri għandhom jinvolvu kemm kontrolli u penali amministrattivi speċifiċi stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll kontrolli u penali amministrattivi nazzjonali addizzjonali.

(30)

Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet proċedurali li jkunu jikkonċernaw il-kundizzjonijiet li bihom ir-regoli maħruġa mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, mill-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex ikunu jistgħu jiġu estiżi għall-produtturi kollha stabbiliti f'żona ekonomika speċifika. Fir-rigward tal-prodotti mibjugħa mis-siġra, għandu jkun ċar liema regoli għandhom ikunu estiżi għall-produtturi u għax-xerrejja, rispettivament.

(31)

Għandhom jiġu adottati regoli dwar is-sistema tal-prezz tad-dħul għall-frott u l-ħxejjex. Il-fatt li ħafna mill-frott u l-ħxejjex li jistgħu jitħassru kkonċernati jiġu fornuti mal-kunsinna joħloq diffikultajiet speċjali sabiex jiġi ddeterminat il-valur tagħhom. Għandhom jiġu stabbiliti l-metodi li jistgħu jintużaw sabiex jiġi kkalkolat il-prezz tad-dħul li abbażi tiegħu l-prodotti importati jiġu kklassifikati fit-tariffa doganali komuni. Għandu jkun hemm regoli għall-provvediment ta' garanzija f'ċerti ċirkostanzi sabiex ikun żgurat li s-sistema tiġi applikata b'mod korrett.

(32)

Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet dwar in-notifika tal-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-prodotti importati sabiex ikun żgurat li t-tagħrif neċessarju jasal għand il-Kummissjoni b'mod koerenti u f'waqtu. Għandhom jiġu previsti regoli dwar in-notifika ta' każijiet ta' force majeure sabiex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ta' sitwazzjonijiet bħal dawn.

(33)

Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 li huma sostitwiti minn dan ir-Regolament Delegat u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 (6) għandhom jitħassru. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 dwar l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom jinżammu sakemm jiġu sostitwiti. Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-gruppi ta' produtturi msawra skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 direttament għandhom jinżammu, filwaqt li xi Artikoli oħrajn li jikkonċernawhom indirettament għandhom ikomplu japplikaw sal-aħħar tal-implimentazzjoni tal-pjan tar-rikonoxximent tagħhom u r-rikonoxximent tagħhom bħala organizzazzjoni tal-produtturi.

(34)

Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet tranżitorji sabiex tkun żgurata tranżizzjoni bla xkiel mir-rekwiżiti preċedenti għal dawk ġodda. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu jkollhom il-possibbiltà li jiffinalizzaw il-programmi operattivi li għaddejjin skont ir-regoli preċedenti.

(35)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ u jibda japplika mis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati msemmija fl-Artikolu 1(2)(i) u (j) ta' dak ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f'dawk is-setturi.

Madankollu, it-Titolu II ta' dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex imsemmija fl-Artikolu 1(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għal tali prodotti maħsuba għall-ipproċessar.

TITOLU II

ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI

KAPITOLU I

Rekwiżiti u rikonoxximent

Taqsima 1

Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“produttur” ifisser bidwi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) li jipproduċi frott u ħxejjex kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tali prodotti maħsuba biss għall-ipproċessar;

(b)

“membru produttur” ifisser produttur jew entità legali kostitwiti minn produtturi li huma membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(c)

“kumpanija sussidjarja” tfisser kumpanija li fiha waħda jew aktar mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mill-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi ħadu ishma jew ikkostitwew kapital u li tikkontribwixxi għall-objettivi ta' dawk l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet;

(d)

“organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni li fiha mill-inqas waħda mill-azjendi tal-produtturi tkun tinsab fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn l-organizzazzjoni jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha;

(e)

“assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi” tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li fiha mill-inqas waħda mill-organizzazzjonijiet assoċjati tkun tinsab fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn l-assoċjazzjoni jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha;

(f)

“miżura” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

azzjonijiet immirati lejn l-ippjanar tal-produzzjoni, inklużi investimenti f'assi fiżiċi;

(ii)

azzjonijiet immirati lejn it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-prodotti, kemm jekk f'forma friska jew inkella f'forma pproċessata, inklużi investimenti f'assi fiżiċi;

(iii)

azzjonijiet immirati sabiex jagħtu spinta lill-valur kummerċjali tal-prodotti u jtejbu l-kummerċjalizzazzjoni, inklużi investimenti f'assi fiżiċi, kif ukoll il-promozzjoni tal-prodotti, kemm jekk f'forma friska jew inkella f'forma pproċessata, u attivitajiet ta' komunikazzjoni għajr l-attivitajiet ta' promozzjoni u komunikazzjoni li jaqgħu taħt il-punt (vi);

(iv)

azzjonijiet ta' riċerka u produzzjoni sperimentali, inklużi investimenti f'assi fiżiċi;

(v)

azzjonijiet ta' taħriġ u skambju tal-aqwa prassi, għajr it-taħriġ li jaqa' taħt il-punt (vi) u azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għas-servizzi ta' konsulenza u l-assistenza teknika;

(vi)

kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(vii)

azzjonijiet ambjentali msemmija fl-Artikolu 33(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, inklużi investimenti f'assi fiżiċi;

(viii)

azzjonijiet oħrajn, inklużi investimenti f'assi fiżiċi, għajr dawk li jaqgħu taħt il-punti (i) sa (vii) li jissodisfaw wieħed jew aktar mill-objettivi msemmija jew stabbiliti fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(g)

“azzjoni” tfisser attività speċifika jew strument speċifiku mmirati sabiex jikkontribwixxu għal wieħed jew aktar mill-objettivi msemmija jew stabbiliti fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(h)

“investiment f'assi fiżiċi” ifisser l-akkwist ta' assi tanġibbli mmirati sabiex jikkontribwixxu għal wieħed jew aktar mill-objettivi msemmija jew stabbiliti fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(i)

“prodott sekondarju” ifisser prodott li jirriżulta mill-preparazzjoni ta' prodott ta' frott jew ħxejjex li għandu valur ekonomiku pożittiv, iżda li mhuwiex il-prodott ewlieni maħsub;

(j)

“preparazzjoni” tfisser attivitajiet preparatorji bħall-ħasil, it-tqattigħ, it-tqaxxir, it-tirqim u t-tnixxif tal-frott u l-ħxejjex, mingħajr ma dawn jiġu ttrasformati fi frott u ħxejjex ipproċessati;

(k)

“bażi interprofessjonali”, kif imsemmija fl-Artikolu 34(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tfisser l-attivitajiet li jsegwu wieħed jew aktar mill-objettivi elenkati fl-Artikolu 157(1)(c) ta' dak ir-Regolament approvati mill-Istat Membru u ġestiti b'mod konġunt minn organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-inqas parteċipant wieħed ieħor fil-katina tal-ipproċessar jew tad-distribuzzjoni tal-ikel;

(l)

“indikatur tal-linja bażi” ifisser kull indikatur li jirrifletti stat jew xejra eżistenti fil-bidu ta' perjodu ta' programmazzjoni li jista' jipprovdi tagħrif utli:

(i)

fl-analiżi tas-sitwazzjoni inizjali, sabiex tkun stabbilita strateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli jew programm operattiv;

(ii)

bħala referenza li magħha jkunu jistgħu jitqabblu u jiġu vvalutati r-riżultati u l-impatt ta' strateġija nazzjonali jew ta' programm operattiv; jew inkella

(iii)

fl-interpretazzjoni tar-riżultati u tal-impatt ta' strateġija nazzjonali jew ta' programm operattiv;

(m)

“spejjeż speċifiċi” jfissru l-ispejjeż addizzjonali, ikkalkolati bħala d-differenza bejn l-ispejjeż konvenzjonali u l-ispejjeż effettivament imġarrba, u d-dħul mitluf, li jirriżultaw minn azzjoni, minbarra d-dħul addizzjonali u l-iffrankar tal-ispejjeż.

Taqsima 2

Il-kriterji tar-rikonoxximent u rekwiżiti oħrajn

Artikolu 3

L-istatus legali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-entitajiet legali li jistgħu japplikaw għal rikonoxximent skont l-Artikolu 154 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fid-dawl tal-istrutturi legali u amministrattivi nazzjonali tagħhom. Fejn ikun applikabbli, huma għandhom jistabbilixxu wkoll dispożizzjonijiet dwar partijiet definiti b'mod ċar ta' entitajiet legali li jistgħu japplikaw għal rikonoxximent skont dak l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli kumplimentari dwar ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dwar l-entitajiet legali li jistgħu japplikaw għal rikonoxximent bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Artikolu 4

Kopertura tal-prodott

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward tal-prodott jew tal-grupp ta' prodotti speċifikati fl-applikazzjoni għal rikonoxximent.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward tal-prodott jew tal-grupp ta' prodotti maħsuba biss għall-ipproċessar f'każijiet fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu kapaċi jiżguraw li dawk il-prodotti jiġu kkonsenjati għall-ipproċessar, kemm jekk dan isir permezz ta' sistema ta' kuntratti ta' provvista kif ukoll jekk isir b'mod ieħor.

Artikolu 5

Għadd minimu ta' membri

Għall-finijiet tal-Artikolu 154(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jistipulaw għadd minimu ta' membri.

Meta jistipulaw l-għadd minimu ta' membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li fejn applikant għar-rikonoxximent ikun totalment jew parzjalment magħmul minn membri li minnhom infushom huma entitajiet legali jew partijiet definiti b'mod ċar ta' entitajiet legali magħmula minn produtturi, l-għadd minimu ta' produtturi jista' jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-għadd ta' produtturi assoċjati ma' kull waħda mill-entitajiet legali jew mill-partijiet definiti b'mod ċar tal-entitajiet legali.

Artikolu 6

Tul minimu ta' sħubija

1.   Il-perjodu minimu ta' sħubija ta' produttur ma għandux ikun ta' inqas minn sena.

2.   Ir-riżenja mis-sħubija għandha tiġi nnotifikata lill-organizzazzjoni tal-produtturi bil-miktub. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-perjodu ta' notifika, li ma għandux ikun ta' aktar minn sitt xhur, kif ukoll id-data li fiha tidħol fis-seħħ ir-riżenja.

Artikolu 7

Strutturi u attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal, l-infrastruttura u t-tagħmir neċessarju sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 152, 154 u 160 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u sabiex jiżguraw il-funzjonament essenzjali tagħhom, b'mod partikolari rigward:

(a)

il-konoxxenza tal-produzzjoni tal-membri tagħhom;

(b)

il-mezzi tekniċi għall-ġbir, l-issortjar, il-ħażna u l-imballaġġ tal-produzzjoni tal-membri tagħhom;

(c)

il-kummerċjalizzazzjoni tal-produzzjoni tal-membri tagħhom;

(d)

il-ġestjoni kummerċjali u baġitarja; u

(e)

il-kontabbiltà ċentralizzata bbażata fuq l-ispejjeż u sistema ta' fatturar skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 8

Il-valur jew il-volum tal-produzzjoni li tista' tiġi kkummerċjalizzata

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 154(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-valur jew il-volum tal-produzzjoni li tista' tiġi kkummerċjalizzata għandu jiġi kkalkolat fuq l-istess bażi bħall-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata stabbilit fl-Artikoli 22 u 23 ta' dan ir-Regolament.

2.   F'ċirkostanzi meta d-dejta storika dwar il-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' membru għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ma tkunx biżżejjed, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jkun daqs il-valur proprju tal-produzzjoni kkummerċjalizzata matul perjodu ta' 12-il xahar konsekuttivi. Dawk it-12-il xahar għandhom jaqgħu fil-perjodu ta' tliet snin qabel is-sena li fiha titressaq l-applikazzjoni għar-rikonoxximent.

Artikolu 9

Il-valur minimu tal-produzzjoni kkummerċjalizzata

Għall-finijiet tal-Artikolu 154(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom, minbarra għadd minimu ta' membri, jistabbilixxu valur minimu ta' produzzjoni kkummerċjalizzata għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi li qegħdin jimplimentaw programm operattiv.

Artikolu 10

Provvista ta' mezzi tekniċi

Għall-finijiet tal-Artikolu 154(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tal-Artikolu 7(b) ta' dan ir-Regolament, organizzazzjoni tal-produtturi li tkun rikonoxxuta għal prodott li għalih il-provvista ta' mezzi tekniċi tkun neċessarja għandha titqies bħala li tissodisfa l-obbligu tagħha f'dak ir-rigward, meta tipprovdi livell adegwat ta' mezzi tekniċi hija stess jew permezz tal-membri tagħha, inkella permezz ta' kumpaniji sussidjarji, permezz ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li tagħha tkun membru jew permezz ta' esternalizzazzjoni.

Artikolu 11

L-attivitajiet ewlenin tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-attività ewlenija ta' organizzazzjoni tal-produtturi għandha tirrigwardja l-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-membri tagħha li għalihom tkun rikonoxxuta.

It-tqegħid fis-suq imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir mill-organizzazzjoni tal-produtturi, jew taħt il-kontroll tal-organizzazzjoni tal-produtturi fil-każ tal-esternalizzazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 13. It-tqegħid fis-suq għandu jinkludi, fost l-oħrajn, id-deċiżjoni dwar il-prodott li jrid jinbiegħ, il-mod kif isir il-bejgħ u, sakemm il-bejgħ ma jsirx permezz ta' rkant, in-negozjar tal-kwantità u tal-prezz tiegħu.

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom iżommu rekords, inklużi dokumenti ta' kontabbiltà, għal mill-inqas ħames snin, li juru li l-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċentrat il-provvista u qiegħdet fis-suq il-prodotti tal-membri li għalihom hija rikonoxxuta.

2.   Organizzazzjoni tal-produtturi tista' tbigħ prodotti minn produtturi li ma jkunux membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, f'każ li tkun rikonoxxuta għal dawk il-prodotti u sakemm il-valur ekonomiku ta' dik l-attività jkun inqas mill-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tagħha kkalkolat skont l-Artikolu 22.

3.   Il-kummerċjalizzazzjoni ta' frott u ħxejjex li jinxtraw direttament mingħand organizzazzjoni tal-produtturi oħra u ta' prodotti li għalihom l-organizzazzjoni tal-produtturi mhijiex rikonoxxuta ma għandhiex titqies bħala attività li tagħmel parti mill-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

4.   F'każijiet fejn japplika l-Artikolu 22(8), il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-kumpaniji sussidjarji kkonċernati.

Artikolu 12

Il-kummerċjalizzazzjoni tal-produzzjoni barra l-organizzazzjoni tal-produtturi

1.   Meta l-organizzazzjoni tal-produtturi tawtorizza dan u meta dan ikun konformi mat-termini u l-kundizzjonijiet stipulati mill-Istat Membru u mill-organizzazzjoni tal-produtturi, il-membri produtturi jistgħu:

(a)

ibigħu l-prodotti direttament jew barra l-azjendi tagħhom lill-konsumaturi għall-ħtiġijiet personali tagħhom;

(b)

jikkummerċjalizzaw huma stess jew permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tagħhom stess, kwantitajiet ta' prodotti li huma marġinali meta mqabbla mal-volum ta' produzzjoni li tista' tiġi kkummerċjalizzata tal-organizzazzjoni tagħhom għall-prodotti kkonċernati;

(c)

jikkummerċjalizzaw huma stess jew permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tagħhom stess, prodotti li, minħabba l-karatteristiċi tagħhom, ma jkunux normalment koperti mill-attivitajiet kummerċjali tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata.

2.   Il-perċentwal tal-produzzjoni ta' kwalunkwe membru produttur ikkummerċjalizzata barra mill-organizzazzjoni tal-produtturi ma għandux jaqbeż il-25 % fil-volum jew fil-valur. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwal aktar baxx. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jżidu dak il-perċentwal sa 40 % fil-każ ta' prodotti koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (8) jew meta l-membri produtturi jikkummerċjalizzaw il-produzzjoni tagħhom permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tal-produtturi tagħhom stess.

Artikolu 13

Esternalizzazzjoni

1.   L-attivitajiet li Stat Membru jista' jippermetti li jiġu esternalizzati skont l-Artikolu 155 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jirrigwardjaw l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 152(1)(c) ta' dak ir-Regolament u jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, il-ġbir, il-ħażna, l-imballaġġ u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

2.   Organizzazzjoni tal-produtturi li testernalizza attività għandha tidħol f'arranġament kummerċjali bil-miktub permezz ta' kuntratt, ftehim jew protokoll ma' entità oħra, inkluż ma' wieħed jew aktar mill-membri tagħha jew ma' kumpanija sussidjarja, bl-iskop li twettaq l-attività kkonċernata. L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tibqa' responsabbli sabiex tiżgura t-twettiq tal-attività esternalizzata u l-kontroll tal-ġestjoni ġenerali u s-superviżjoni tal-arranġament kummerċjali għat-twettiq tal-attività.

Madankollu, l-attività għandha titqies bħala li twettqet mill-organizzazzjoni tal-produtturi jekk hija titwettaq minn assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew minn kooperattiva li l-membri tagħha nfushom huma kooperattivi fejn l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun membru tagħha, jew inkella minn kumpanija sussidjarja li tkun konformi mar-rekwiżit ta' 90 % imsemmi fl-Artikolu 22(8).

3.   Il-kontroll u s-superviżjoni tal-ġestjoni ġenerali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandhom ikunu effettivi u jitolbu li l-kuntratt, il-ftehim jew il-protokoll tal-esternalizzazzjoni:

(a)

jippermetti lill-organizzazzjoni tal-produtturi toħroġ struzzjonijiet vinkolanti u jinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu lill-organizzazzjoni tal-produtturi ttemm il-kuntratt, il-ftehim jew il-protokoll jekk il-fornitur tas-servizz ma jissodisfax it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt tal-esternalizzazzjoni;

(b)

jistipula termini u kundizzjonijiet dettaljati, inklużi l-obbligi ta' rapportar regolari u skadenzi li jippermettu lill-organizzazzjoni tal-produtturi teżerċita kontroll effettiv fuq l-attivitajiet esternalizzati.

Il-kuntratti, il-ftehimiet jew il-protokolli tal-esternalizzazzjoni, kif ukoll ir-rapporti msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom jinżammu mill-organizzazzjoni tal-produtturi għal mill-inqas 5 snin għall-finijiet ta' kontrolli ex-post u għandhom ikunu aċċessibbli għall-membri kollha, jekk jintalbu.

Artikolu 14

Organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi

1.   L-uffiċċju ewlieni ta' organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi għandu jkun jinsab fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tikseb il-maġġoranza tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata kkalkolat skont l-Artikoli 22 u 23.

B'mod alternattiv, l-uffiċċju ewlieni jista' jkun stabbilit fl-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-maġġoranza tal-membri produtturi, jekk l-Istati Membri kkonċernati jaqblu ma' dan.

2.   Meta l-organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi timplimenta programm operattiv u meta, fil-mument tal-applikazzjoni għal programm operattiv ġdid, il-maġġoranza tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tinkiseb fi Stat Membru ieħor jew meta l-maġġoranza tal-membri produtturi jkunu jinsabu fi Stat Membru ieħor li ma jkunx dak fejn jinsab l-uffiċċju ewlieni ta' dik l-organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi, l-uffiċċju ewlieni għandu jinżamm fl-Istat Membru attwali sal-aħħar tal-implimentazzjoni tal-programm operattiv ġdid.

Madankollu, jekk fl-aħħar tal-implimentazzjoni ta' dak il-programm operattiv ġdid, il-maġġoranza tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tinkiseb xorta waħda jew il-maġġoranza tal-membri tal-organizzazzjoni jkunu għadhom jinsabu fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn attwalment jinsab l-uffiċċju ewlieni, dan tal-aħħar għandu jiġi ttrasferit lejn dak l-Istat Membru l-ieħor, sakemm l-Istati Membri kkonċernati ma jaqblux li l-post tal-uffiċċju ewlieni ma għandux jinbidel.

3.   L-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju ewlieni tal-organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi għandu jkun responsabbli għal dawn li ġejjin:

(a)

ir-rikonoxximent tal-organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi;

(b)

l-approvazzjoni tal-programm operattiv tal-organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi;

(c)

it-twaqqif tal-kooperazzjoni amministrattiva meħtieġa mal-Istati Membri l-oħrajn fejn ikunu jinsabu l-membri fir-rigward tal-konformità mat-termini tar-rikonoxximent u s-sistema tal-kontrolli u l-penali amministrattivi. Dawk l-Istati Membri l-oħrajn għandhom jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa lill-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju ewlieni fi żmien xieraq; u

(d)

l-għoti, fuq talba ta' Stat Membru fejn jinsabu l-membri, tad-dokumentazzjoni rilevanti kollha, inkluża kwalunkwe leġiżlazzjoni applikabbli disponibbli, tradotta fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 15

Fużjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   Meta l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jingħaqdu flimkien, l-organizzazzjoni tal-produtturi li tirriżulta mill-fużjoni għandha tassumi d-drittijiet u l-obbligi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi individwali li ngħaqdu flimkien. L-Istat Membru għandu jiżgura li l-organizzazzjoni tal-produtturi ġdida tkun konformi mal-kriterji tar-rikonoxximent kollha u għandu jassenjalha numru ġdid għall-finijiet tas-sistema ta' identifikazzjoni unika msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.

L-organizzazzjoni tal-produtturi li tirriżulta mill-fużjoni tista' jew tħaddem il-programmi b'mod parallel u separat sal-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara l-fużjoni, jew inkella tgħaqqad il-programmi operattivi flimkien mill-mument tal-fużjoni.

L-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament għandu japplika għall-programmi operattivi li jingħaqdu flimkien.

2.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, abbażi ta' talba li tkun debitament ġustifikata, li l-programmi operattivi jkomplu jiġu implimentati b'mod parallel sakemm dawn jaslu għall-konklużjoni naturali tagħhom.

Artikolu 16

Membri li mhumiex produtturi

1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li taħthom kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li mhijiex produttur tista' tkun aċċettata bħala membru ta' organizzazzjoni tal-produtturi.

2.   Meta jistabbilixxu l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'mod partikolari, il-konformità mal-Artikolu 153(2)(c) u mal-Artikolu 159(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

3.   Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx:

(a)

ikunu kkunsidrati għall-kriterji tar-rikonoxximent;

(b)

jibbenifikaw direttament mill-miżuri ffinanzjati mill-Unjoni.

L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jivvotaw dwar deċiżjonijiet li jirrigwardjaw il-fondi operattivi, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 17

Ir-responsabbiltà demokratika tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   Meta organizzazzjoni tal-produtturi jkollha struttura legali li tkun teħtieġ responsabbiltà demokratika skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, hija għandha titqies bħala li tissodisfa dan ir-rekwiżit għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, sakemm l-Istat Membru ma jiddeċidix mod ieħor.

2.   Għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi minbarra dik imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perċentwal massimu ta' drittijiet tal-vot u ishma jew kapital li jista' jkollha kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika f'organizzazzjoni tal-produtturi. Il-perċentwal massimu tad-drittijiet tal-vot u tal-ishma jew tal-kapital għandu jkun inqas minn 50 % tad-drittijiet tal-vot totali u inqas minn 50 % tal-ishma jew tal-kapital.

F'każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwal massimu ogħla ta' ishma jew kapital li jista' jkollha persuna ġuridika f'organizzazzjoni tal-produtturi, diment li jiġu adottati miżuri li jiżguraw li, fi kwalunkwe każ, ikun evitat kull abbuż ta' poter minn tali persuna ġuridika.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fil-każ ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li jimplimentaw programm operattiv fis-17 ta' Mejju 2014, il-perċentwal massimu ta' ishma jew kapital stabbilit mill-Istat Membru skont l-ewwel subparagrafu għandu japplika biss wara li jintemm il-programm operattiv.

3.   L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli, abbażi ta' analiżi tar-riskji, fuq id-drittijiet tal-vot u l-parteċipazzjonijiet azzjonarji. Meta l-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi jkunu persuni ġuridiċi huma stess, dawn il-kontrolli għandhom jinkludu l-identitajiet tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom l-ishma jew il-kapital tal-membri.

4.   Meta organizzazzjoni tal-produtturi tkun parti definita b'mod ċar minn entità legali, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri sabiex jirrestrinġu jew jipprojbixxu s-setgħat ta' dik l-entità legali li timmodifika, tapprova jew tirrifjuta deċiżjonijiet tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

Taqsima 3

Assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

Artikolu 18

Regoli dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li japplikaw għall-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

L-Artikoli 3, 6, 11(3), 13, 15 u 17 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi. Meta l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tbigħ il-prodotti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi membri tagħha, l-Artikolu 11(2) għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 19

Rikonoxximent tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi skont l-Artikolu 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-attività jew l-attivitajiet li jikkonċernaw il-prodott jew il-grupp ta' prodotti speċifikati fl-applikazzjoni għar-rikonoxximent meta l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tkun tista' twettaq dawk l-attivitajiet b'mod effettiv.

2.   Assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuta skont l-Artikolu 156 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tista' twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet jew mill-funzjonijiet ta' organizzazzjoni tal-produtturi, anki meta l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti kkonċernati tkompli titwettaq mill-membri tagħha.

3.   Għal prodott partikolari jew grupp ta' prodotti u attività partikolari, organizzazzjoni tal-produtturi għandha tkun membru biss ta' assoċjazzjoni waħda ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li timplimenta programm operattiv.

4.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli kumplimentari dwar ir-rikonoxximent tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi.

Artikolu 20

Membri ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li mhumiex organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li taħthom il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, għajr organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta, jistgħu jkunu membru ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi.

2.   Il-membri ta' assoċjazzjoni rikonoxxuta ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li ma jkunux organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti ma għandhomx:

(a)

ikunu kkunsidrati għall-kriterji tar-rikonoxximent;

(b)

jibbenifikaw direttament mill-miżuri ffinanzjati mill-Unjoni.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu, jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-dritt ta' dawk il-membri li jivvutaw dwar deċiżjonijiet li jirrigwardjaw il-programmi operattivi.

Artikolu 21

Assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-uffiċċju ewlieni ta' assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu jkun jinsab fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi membri jiksbu l-maġġoranza tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata.

B'mod alternattiv, l-uffiċċju ewlieni jista' jkun stabbilit fl-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-maġġoranza tal-produtturi membri, jekk l-Istati Membri kkonċernati jaqblu ma' dan.

2.   Meta l-assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi timplimenta programm operattiv u meta, fil-mument tal-applikazzjoni għal programm operattiv ġdid, il-maġġoranza tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tinkiseb fi Stat Membru ieħor jew meta l-maġġoranza tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi membri jkunu jinsabu fi Stat Membru ieħor li ma jkunx dak fejn jinsab l-uffiċċju ewlieni ta' dik l-assoċjazzjoni transnazzjonali, l-uffiċċju ewlieni għandu jinżamm fl-Istat Membru attwali sal-aħħar tal-implimentazzjoni tal-programm operattiv ġdid.

Madankollu, jekk fl-aħħar tal-implimentazzjoni ta' dak il-programm operattiv ġdid, il-maġġoranza tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tinkiseb xorta waħda jew il-maġġoranza tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi membri jkunu għadhom jinsabu fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn attwalment jinsab l-uffiċċju ewlieni, dan tal-aħħar għandu jiġi ttrasferit lejn dak l-Istat Membru l-ieħor, sakemm l-Istati Membri kkonċernati ma jaqblux li l-post tal-uffiċċju ewlieni ma għandux jinbidel.

3.   L-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju ewlieni tal-assoċjazzjoni transnazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu jkun responsabbli għal dawn li ġejjin:

(a)

ir-rikonoxximent tal-assoċjazzjoni;

(b)

l-approvazzjoni, fejn ikun applikabbli, tal-programm operattiv tal-assoċjazzjoni transnazzjonali;

(c)

it-twaqqif tal-kooperazzjoni amministrattiva meħtieġa mal-Istati Membri l-oħrajn li fihom jinsabu l-organizzazzjonijiet assoċjati fir-rigward tal-konformità mat-termini tar-rikonoxximent, l-implimentazzjoni tal-programm operattiv mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi membri u s-sistema ta' kontrolli u penali amministrattivi. Dawk l-Istati Membri l-oħrajn għandhom jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa lill-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju ewlieni; u

(d)

l-għoti, fuq talba ta' Stat Membru fejn jinsabu l-membri, tad-dokumentazzjoni rilevanti kollha, inkluża kwalunkwe leġiżlazzjoni applikabbli disponibbli, tradotta fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat Membru.

KAPITOLU II

Fondi operattivi u programmi operattivi

Taqsima 1

Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata

Artikolu 22

Il-bażi għall-kalkolu

1.   Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għal organizzazzjoni tal-produtturi għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-produzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi nnifisha u tal-membri produtturi tagħha, u għandu jinkludi biss il-produzzjoni ta' dawk il-frott u l-ħxejjex li għaliha kienet rikonoxxuta l-organizzazzjoni tal-produtturi. Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jista' jinkludi frott u ħxejjex li ma hemmx bżonn li jkunu konformi mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni, meta dawk l-istandards ma japplikawx.

Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għal assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-produzzjoni kkummerċjalizzata mill-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi nnifisha u mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi membri tagħha, u għandu jinkludi biss il-produzzjoni ta' dawk il-frott u l-ħxejjex li għaliha hija rikonoxxuta l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi. Meta jsir dan il-kalkolu, għandu jiġi evitat għadd doppju.

2.   Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ma għandux jinkludi l-valur tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati jew ta' kwalunkwe prodott ieħor li mhuwiex prodott tas-settur tal-frott u l-ħxejjex.

Madankollu, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-frott u l-ħxejjex maħsuba għall-ipproċessar, li jkunu ġew ittrasformati f'wieħed mill-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati elenkati fil-Parti X tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew fi kwalunkwe prodott ipproċessat ieħor imsemmi f'dan l-Artikolu u deskritt aktar fl-Anness I għal dan ir-Regolament, minn organizzazzjoni tal-produtturi, assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mill-membri produtturi jew il-kumpaniji sussidjarji tagħhom li jikkonformaw mar-rekwiżit ta' 90 % msemmi fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, minnhom stess jew permezz tal-esternalizzazzjoni, għandu jiġi kkalkolat bħala rata fissa f'perċentwal applikata għall-valur iffatturat ta' dawk il-prodotti pproċessati. Dik ir-rata fissa għandha tkun:

(a)

53 % għall-meraq tal-frott;

(b)

73 % għall-meraq ikkonċentrat;

(c)

77 % għall-kunserva;

(d)

62 % għall-frott u l-ħxejjex iffriżati;

(e)

48 % għall-frott u l-ħxejjex tal-bott;

(f)

70 % għall-faqqiegħ tal-bott tal-ġeneru Agaricus;

(g)

81 % għall-frott ippriservat b'mod provviżorju fis-salmura;

(h)

81 % għall-frott imnixxef;

(i)

27 % għall-frott u l-ħxejjex ipproċessati għajr dawk imsemmija fil-punti (a) sa (h);

(j)

12 % għall-ħwawar aromatiċi pproċessati;

(k)

41 % għat-trab tal-paprika.

3.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jinkludu l-valur tal-prodotti sekondarji fil-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata.

4.   Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jinkludi l-valur tal-irtirar mis-suq imneħħi kif previst fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Il-valur għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-prezz medju ta' dawk il-prodotti kkummerċjalizzati mill-organizzazzjoni tal-produtturi fil-perjodu kkonċernat.

5.   Hija biss il-produzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi u tal-membri produtturi tagħha li hija kkummerċjalizzata minn dik l-organizzazzjoni tal-produtturi li għandha tingħadd fil-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata. Il-produzzjoni tal-membri produtturi tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkummerċjalizzata minn organizzazzjoni tal-produtturi oħra maħtura mill-organizzazzjoni tagħhom stess għandha tingħadd fil-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tat-tieni organizzazzjoni tal-produtturi. Għandu jiġi evitat għadd doppju.

6.   Ħlief fejn japplika l-paragrafu 8, il-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-frott u l-ħxejjex għandha tinħarġilha fattura fl-istadju ta' “meta toħroġ mill-organizzazzjoni tal-produtturi” bħala prodott elenkat fil-Parti IX tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li huwa ppreparat u ppakkjat, li ma tkunx tinkludi:

(a)

il-VAT;

(b)

l-ispejjeż tat-trasport intern għall-organizzazzjoni tal-produtturi, meta d-distanza bejn il-punti ċentralizzati tal-ġbir u l-ippakkjar tal-organizzazzjoni tal-produtturi u l-punt tad-distribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi tkun ta' aktar minn 300 km.

7.   Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jista' jiġi kkalkolat ukoll fl-istadju ta' “meta toħroġ mill-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi” u fuq l-istess bażi bħal dik stabbilita fil-paragrafu 6.

8.   Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jista' jiġi kkalkolat ukoll fl-istadju ta' “meta toħroġ mill-kumpanija sussidjarja”, fuq l-istess bażi bħal dik stabbilita fil-paragrafu 6, sakemm mill-inqas 90 % tal-ishma jew tal-kapital tal-kumpanija sussidjarja jkun:

(a)

ta' organizzazzjoni tal-produtturi waħda jew aktar jew ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi waħda jew aktar; jew inkella

(b)

soġġett għal approvazzjoni ta' Stat Membru, ta' membri produtturi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, jekk dan il-fatt jikkontribwixxi għall-objettivi elenkati fl-Artikolu 152(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

9.   Fil-każ tal-esternalizzazzjoni, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jiġi kkalkolat fl-istadju ta' “meta toħroġ mill-organizzazzjoni tal-produtturi” u għandu jinkludi l-valur ekonomiku miżjud tal-attività li l-organizzazzjoni tal-produtturi esternalizzat lill-membri tagħha, lil partijiet terzi jew lil kumpanija sussidjarja oħra minbarra dik imsemmija fil-paragrafu 8.

10.   Meta jseħħ tnaqqis fil-produzzjoni minħabba diżastru naturali, avveniment klimatiku, mard tal-pjanti jew tal-annimali jew infestazzjonijiet ta' organiżmi ta' ħsara, kwalunkwe kumpens tal-assigurazzjoni li jingħata fir-rigward tal-azzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-ħsad koperti mit-Taqsima 7 tal-Kapitolu III, jew għal azzjonijiet ekwivalenti ġestiti mill-organizzazzjoni tal-produtturi, minħabba dawk il-kawżi, jista' jiġi inkluż fil-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata.

Artikolu 23

Perjodu ta' referenza u limitu massimu fuq l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw perjodu ta' referenza ta' 12-il xahar għal kull organizzazzjoni tal-produtturi, li għandu jibda mhux aktar kmieni mill-1 ta' Jannar tas-sena li tiġi tliet snin qabel is-sena li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna u li jintemm mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel is-sena li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna.

Il-perjodu ta' referenza ta' 12-il xahar għandu jkun il-perjodu tal-kontabbiltà tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata.

Il-metodoloġija li tintuża sabiex jiġi stabbilit il-perjodu ta' referenza ma għandux ivarja matul programm operattiv, ħlief f'sitwazzjonijiet li jkunu debitament ġustifikati.

2.   Il-limitu massimu fuq l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jiġi kkalkolat kull sena fuq il-bażi tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata matul il-perjodu ta' referenza tal-produtturi li huma membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi fl-1 ta' Jannar tas-sena li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna.

3.   Bħala alternattiva għall-metodu stabbilit fil-paragrafu 2, fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi mhux transnazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw il-valur proprju tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fil-perjodu ta' referenza kkonċernat tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi inkwistjoni. F'dak il-każ, ir-regola għandha tapplika għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali kollha f'dak l-Istat Membru.

4.   F'każ li jkun seħħ tnaqqis ta' mill-inqas 35 % fil-valur ta' prodott minħabba raġunijiet li jaqgħu barra mir-responsabbiltà u l-kontroll tal-organizzazzjoni tal-produtturi, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' dak il-prodott għandu jitqies bħala li jirrappreżenta 65 % tal-valur tiegħu fil-perjodu ta' referenza preċedenti.

L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tiġġustifika r-raġunijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għall-fini tad-determinazzjoni tal-konformità mal-valur minimu tal-produzzjoni kkummerċjalizzata kif previst fl-Artikolu 9.

5.   Meta d-dejta storika dwar il-produzzjoni kkummerċjalizzata għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jkunu ġew rikonoxxuti reċentement ma tkunx biżżejjed għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jkun il-valur tal-produzzjoni li tista' tiġi kkummerċjalizzata pprovdut mill-organizzazzjoni tal-produtturi għall-finijiet tar-rikonoxximent.

Artikolu 24

Il-kontabbiltà

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkonformaw mal-istandards nazzjonali tal-kontabbiltà bbażata fuq l-ispejjeż, li jippermettu lill-awdituri indipendenti jidentifikaw, jivverifikaw u jiċċertifikaw fil-pront l-infiq u d-dħul tagħhom.

Taqsima 2

Fondi operattivi

Artikolu 25

Finanzjament tal-fondi operattivi

1.   Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-fond operattiv imsemmija fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jiġu ddeterminati mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi.

2.   Il-membri produtturi jew l-organizzazzjonijiet membri kollha għandu jkollhom l-opportunità li jibbenifikaw mill-fond operattiv u li jipparteċipaw b'mod demokratiku fid-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-użu tal-fond operattiv tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-użu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-fond operattiv.

3.   L-istatuti ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew ir-regoli ta' assoċjazzjoni ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jitolbu li l-membri produtturi tagħha jew l-organizzazzjonijiet membri jħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji skont l-istatuti jew ir-regoli ta' assoċjazzjoni tagħha għat-twaqqif u r-rikostituzzjoni tal-fond operattiv previst fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Artikolu 26

Notifika tal-ammont stmat

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jgħarrfu lill-Istat Membru, li jkun ta r-rikonoxximent, dwar l-ammonti stmati tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni u l-kontribuzzjoni, tal-membri tagħhom kif ukoll tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjoni nnifisha, għall-fondi operattivi għas-sena ta' wara, sa mhux aktar tard mill-15 ta' Settembru, flimkien mal-programmi operattivi jew ma' kwalunkwe talba għall-approvazzjoni tal-emendi għal programm operattiv eżistenti.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data li tkun aktar tard mill-15 ta' Settembru.

2.   Il-kalkolu tal-ammont stmat tal-fondi operattivi għandu jkun ibbażat fuq il-programmi operattivi u fuq il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata. Il-kalkolu għandu jinqasam bejn l-infiq għall-miżuri ta' prevenzjoni u ta' ġestjoni tal-kriżijiet u dak għal miżuri oħrajn.

Taqsima 3

Programmi operattivi

Artikolu 27

Strateġija nazzjonali

1.   L-istrateġija nazzjonali msemmija fl-Artikolu 36(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, inkluż il-qafas nazzjonali msemmi fl-Artikolu 36(1) ta' dak ir-Regolament, għandha tiġi stabbilita qabel is-sottomissjoni annwali tal-abbozz ta' programmi operattivi. Il-qafas nazzjonali għandu jkun integrat fl-istrateġija nazzjonali wara li jkun ġie sottomess lill-Kummissjoni u, fejn ikun applikabbli, wara li jkun ġie emendat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

L-istrateġija nazzjonali tista' tiġi subdiviża f'elementi reġjonali.

2.   Minbarra l-elementi msemmija fl-Artikolu 36(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-istrateġija nazzjonali għandha tintegra d-deċiżjonijiet kollha meħuda u d-dispożizzjonijiet adottati mill-Istat Membru għall-finijiet tal-Artikoli 152 sa 165 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

3.   Analiżi tas-sitwazzjoni inizjali għandha tifforma parti mill-proċess tat-tfassil tal-istrateġija nazzjonali u għandha titwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru.

Hija għandha tidentifika u tivvaluta l-ħtiġijiet li huma ta' prijorità, l-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-miri kkwantifikati meta mqabbla mas-sitwazzjoni inizjali.

Hija għandha tistabbilixxi wkoll l-istrumenti u l-azzjonijiet intiżi sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

4.   L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jevalwaw l-istrateġija nazzjonali u l-implimentazzjoni tagħha permezz tal-programmi operattivi.

L-istrateġija nazzjonali tista' tiġi emendata qabel is-sottomissjoni annwali tal-abbozz ta' programmi operattivi.

5.   Fl-istrateġija nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-perċentwali massimi tal-fond operattiv li jistgħu jintefqu fuq kwalunkwe miżura individwali jew fuq kull tip ta' azzjoni sabiex ikun żgurat bilanċ bejn il-miżuri differenti.

Artikolu 28

Qafas nazzjonali għall-azzjonijiet ambjentali

Minbarra li jissottomettu l-qafas propost imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe emendi fil-qafas nazzjonali, li għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura stabbilita f'dak is-subparagrafu.

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed il-qafas nazzjonali għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn permezz tal-mezzi li tqis li huma xierqa.

Artikolu 29

Regoli kumplimentari tal-Istati Membri

L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli li jikkumplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dan ir-Regolament u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892 dwar l-eliġibbiltà tal-miżuri, l-azzjonijiet jew l-infiq fil-kuntest tal-programmi operattivi.

Artikolu 30

Ir-relazzjoni mal-programmi ta' żvilupp rurali, għajnuna mill-Istat u promozzjoni

1.   Meta l-appoġġ fil-kuntest tal-programm jew programmi ta' żvilupp rurali ta' Stat Membru jkun ingħata għal operazzjonijiet li jkunu identiċi għall-azzjonijiet li potenzjalment ikunu eliġibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dak l-Istat Membru għandu jiżgura li benefiċjarju jkun jista' jirċievi appoġġ għal azzjoni partikolari taħt skema waħda biss.

Meta Stat Membru jinkludi tali operazzjonijiet fil-programm jew programmi ta' żvilupp rurali tiegħu, huwa għandu jiżgura li l-istrateġija nazzjonali tindika s-salvagwardji, id-dispożizzjonijiet u l-kontrolli implimentati sabiex jiġi evitat il-finanzjament doppju tal-istess azzjoni jew operazzjoni.

2.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jkunu ngħataw l-appoġġ previst fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew fl-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 (9) ma għandhomx jimplimentaw programm operattiv fl-istess perjodu.

3.   Fejn ikun applikabbli u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(1) u (3) u għall-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-livell ta' appoġġ għal miżuri koperti minn dan ir-Regolament ma għandux jaqbeż il-livell applikabbli għall-miżuri fil-kuntest tal-programm ta' żvilupp rurali.

4.   L-appoġġ għall-azzjonijiet ambjentali li huma identiċi għall-impenn agroambjentali klimatiku u għall-impenn tal-biedja organika msemmija fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, rispettivament, għandu jkun limitat għall-ammonti massimi stipulati fl-Anness II għal dak ir-Regolament għal pagamenti agroambjentali klimatiċi jew għal pagamenti tal-biedja organika. Dawk l-ammonti jistgħu jiżdiedu f'każijiet debitament issostanzjati b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi li jridu jkunu ġġustifikati fl-istrateġija nazzjonali u fil-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

5.   Il-paragrafu 4 ma għandux japplika għall-azzjonijiet ambjentali li mhumiex relatati, direttament jew indirettament, ma' roqgħa art partikolari.

6.   Meta l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jibbenifikaw minn programmi ta' promozzjoni approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li benefiċjarju jkun jista' jirċievi appoġġ għal azzjoni partikolari taħt skema waħda biss.

Artikolu 31

Eliġibbiltà tal-azzjonijiet skont il-programmi operattivi

1.   Il-programmi operattivi ma għandhomx jinkludu azzjonijiet jew infiq elenkati fl-Anness II. Lista mhux eżawrjenti ta' azzjonijiet eliġibbli hija stabbilita fl-Anness III.

2.   L-infiq fil-kuntest tal-programmi operattivi eliġibbli għall-għajnuna għandu jkun ristrett għall-ispejjeż li effettivament ikunu saru. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rati fissi standard jew skali ta' spejjeż għal kull unità fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta tali rati fissi standard jew skali ta' spejjeż għal kull unità jissemmew fl-Anness III;

(b)

għal spejjeż addizzjonali għal kull kilometru ta' trasport estern, meta mqabbel mal-ispejjeż tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, li jkunu saru meta jintuża t-trasport bil-ferrovija jew bil-baħar bħala parti minn miżura sabiex jitħares l-ambjent.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw skali differenzjati ta' spejjeż għal kull unità sabiex jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet lokali jew reġjonali.

L-Istati Membri għandhom jirrevedu r-rati fissi standard jew l-iskali ta' spejjeż għal kull unità mill-inqas kull ħames snin.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli rilevanti jkunu adegwati u preċiżi u jiġu stabbiliti minn qabel fuq il-bażi ta' kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jiżguraw li korp, li jkun funzjonalment indipendenti mill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi u li jkollu l-kompetenza xierqa, jagħmel il-kalkoli jew jikkonferma l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli;

(b)

iżommu l-evidenza dokumentarja kollha li tikkonċerna l-istabbiliment ta' rati fissi standard jew skali ta' spejjeż għal kull unità u r-reviżjoni tagħhom.

4.   Sabiex azzjoni tkun eliġibbli, il-prodotti li għalihom tkun rikonoxxuta l-organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jikkostitwixxu aktar minn 50 % tal-valur tal-prodotti koperti minn dik l-azzjoni. Barra minn hekk, il-prodotti kkonċernati għandhom joriġinaw mill-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-membri produtturi ta' organizzazzjoni tal-produtturi oħra jew ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi. L-Artikoli 22 u 23 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kalkolu tal-valur.

5.   L-investimenti f'assi fiżiċi għandhom jinvolvu l-impenji li ġejjin:

(a)

mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-assi fiżiċi akkwistati għandhom jintużaw skont l-użu maħsub tagħhom, kif deskritt fil-programm operattiv approvat ikkonċernat;

(b)

mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu u għar-raba' subparagrafu tal-paragrafu 6, l-assi fiżiċi akkwistati għandhom jibqgħu kemm fil-proprjetà kif ukoll fil-pussess tal-benefiċjarju jew sal-aħħar tal-perjodu ta' deprezzament fiskali tal-assi fiżiku, jew inkella għal 10 snin, skont liema perjodu jkun l-iqsar. Il-benefiċjarju għandu jiżgura wkoll il-manutenzjoni tal-assi fiżiku matul dak il-perjodu. Madankollu, meta l-investiment isir fuq art mikrija skont regoli tal-proprjetà nazzjonali partikolari, ir-rekwiżit li jkun fil-proprjetà tal-benefiċjarju jista' ma japplikax, sakemm l-investimenti kienu fil-pussess tal-benefiċjarju mill-inqas għall-perjodu meħtieġ stabbilit fl-ewwel sentenza ta' dan il-punt;

(c)

meta l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun is-sid u l-membru tal-organizzazzjoni tal-produtturi jkun id-detentur tal-assi fiżiku li miegħu huwa relatat l-investiment, l-organizzazzjoni tal-produtturi għandu jkollha drittijiet ta' aċċess għal dak l-assi matul il-perjodu kollu ta' deprezzament fiskali.

Madankollu, għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li għandu japplika perjodu differenti minn dak tal-perjodu ta' deprezzament fiskali. Tali perjodu għandu jiġi indikat u jkun debitament ġustifikat fl-istrateġija nazzjonali tagħhom u għandu jkopri mill-inqas il-perjodu msemmi fl-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

6.   L-investimenti, inklużi dawk taħt kuntratti ta' lokazzjoni, jistgħu jiġu ffinanzjati permezz tal-fond operattiv f'ammont wieħed jew fi ħlasijiet parzjali identiċi kif approvati fil-programm operattiv. L-Istati Membri jistgħu japprovaw emendi fil-programm operattiv li jipprevedu distribuzzjoni ġdida tal-ħlasijiet parzjali f'każijiet li jkunu debitament ġustifikati.

Jekk il-perjodu ta' deprezzament fiskali ta' investiment jaqbeż it-tul tal-programm operattiv, huwa jista' jiġi riportat għal programm operattiv sussegwenti.

Meta l-investimenti jiġu sostitwiti, il-valur residwu tal-investimenti sostitwiti għandu:

(a)

jiżdied mal-fond operattiv tal-organizzazzjoni tal-produtturi; jew inkella

(b)

jitnaqqas mill-ispiża tas-sostituzzjoni.

Jekk l-investiment jinbiegħ qabel l-aħħar tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 5, iżda ma jiġix sostitwit, l-għajnuna mill-Unjoni mħallsa sabiex jiġi ffinanzjat l-investiment għandha tiġi rkuprata u rimborżata lill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) fi proporzjon għan-numru ta' snin sħaħ li jifdal sal-aħħar tal-perjodu ta' deprezzament imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5.

7.   L-azzjonijiet, inklużi l-investimenti, jistgħu jiġu implimentati f'azjendi individwali jew fl-istabbilimenti tal-membri produtturi tal-organizzazzjoni tal-produtturi, tal-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-kumpaniji sussidjarji tagħhom, li jikkonformaw mar-rekwiżit ta' 90 % msemmi fl-Artikolu 22(8), inkluż meta l-azzjonijiet ikunu esternalizzati lil membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, sakemm ikunu jikkontribwixxu għall-objettivi tal-programm operattiv.

Jekk il-membru produttur jitlaq mill-organizzazzjoni tal-produtturi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investiment jew il-valur residwu tiegħu jiġi rkuprat mill-organizzazzjoni tal-produtturi u, fil-każ tal-aħħar, miżjud mal-fond operattiv.

Madankollu, f'ċirkostanzi debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-organizzazzjoni tal-produtturi ma għandhiex tkun meħtieġa li tirkupra l-investiment jew il-valur residwu tiegħu.

8.   L-azzjonijiet, inklużi l-investimenti, relatati mat-trasformazzjoni tal-frott u l-ħxejjex fi frott u ħxejjex ipproċessati jistgħu jkunu eliġibbli għall-appoġġ meta tali investimenti u azzjonijiet ifittxu li jilħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 160 ta' dak ir-Regolament u sakemm dawn ikunu identifikati fl-istrateġija nazzjonali msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

9.   L-investimenti f'assi intanġibbli jistgħu jkunu eliġibbli għall-appoġġ meta tali investimenti jfittxu li jilħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 160 ta' dak ir-Regolament u sakemm dawn ikunu identifikati fl-istrateġija nazzjonali msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Artikolu 32

Programmi operattivi tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-produtturi membri ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li mhumiex organizzazzjonijiet tal-produtturi, iżda li huma membri ta' tali assoċjazzjonijiet skont l-Artikolu 20, jiffinanzjaw il-miżuri implimentati mill-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi fi proporzjon mal-kontribut tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi membri.

2.   L-Artikoli 30, 31, 33 u 34 ta' dan ir-Regolament u l-Artikoli 4 sa 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-programmi operattivi tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi. Madankollu, ma għandux ikun meħtieġ bilanċ bejn l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892 fir-rigward tal-programmi operattivi parzjali tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi.

3.   Il-limitu għan-nefqa fuq il-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-kriżijiet, imsemmija fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fil-kuntest tal-programmi operattivi tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, għandu jkun ikkalkolat fil-livell ta' kull membru tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

Artikolu 33

Deċiżjoni

1.   L-Istati Membri għandhom:

(a)

japprovaw l-ammonti tal-fondi operattivi u l-programmi operattivi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u dawk ta' dan il-Kapitolu;

(b)

japprovaw il-programmi operattivi, bil-kundizzjoni li l-organizzazzjoni tal-produtturi taċċetta ċerti emendi; jew inkella

(c)

jirrifjutaw il-programmi operattivi jew partijiet minnhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu deċiżjonijiet dwar il-programmi operattivi u l-fondi operattivi sal-15 ta' Diċembru tas-sena li fiha jkunu tressqu.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi b'dawk id-deċiżjonijiet sal-15 ta' Diċembru.

Madankollu, għal raġunijiet debitament ġustifikati, tali deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu wara dik id-data, iżda mhux aktar tard mill-20 ta' Jannar wara d-data tas-sottomissjoni. Id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tista' tistabbilixxi li l-infiq ikun eliġibbli mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara dik li fiha ssir is-sottomissjoni.

Artikolu 34

Emendi fil-programmi operattivi

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jitolbu li jsiru emendi fil-programmi operattivi, inkluż it-tul ta' żmien tagħhom, għas-snin sussegwenti. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skadenzi għas-sottomissjoni u l-approvazzjoni ta' tali talbiet sabiex b'hekk l-emendi approvati jibdew japplikaw mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara.

Għal raġunijiet debitament ġustifikati, tali talbiet jistgħu jiġu approvati wara l-iskadenzi stabbiliti mill-Istati Membri, iżda mhux aktar tard mill-20 ta' Jannar tas-sena ta' wara dik li fiha ssir it-talba. Id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tista' tistabbilixxi li l-infiq ikun eliġibbli mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara dik li fiha ssir it-talba.

2.   L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw emendi fil-programmi operattivi matul is-sena, taħt kundizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati minnhom stess. Id-deċiżjonijiet fuq dawk l-emendi għandha jittieħdu sal-20 ta' Jannar tas-sena ta' wara dik li fiha jintalbu l-emendi.

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jkunu awtorizzati mill-Istati Membri, matul is-sena, sabiex:

(a)

jimplimentaw biss parti mill-programmi operattivi tagħhom;

(b)

ibiddlu l-kontenut tal-programmi operattivi;

(c)

iżidu l-ammont tal-fond operattiv b'massimu ta' 25 % tal-ammont li kien approvat inizjalment jew inaqqsuh b'perċentwal ta' dan l-ammont li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, sakemm jinżammu l-objettivi ġenerali tal-programm operattiv;

(d)

iżidu l-fond operattiv b'għajnuna finanzjarja nazzjonali f'każ li jkun qed jiġi applikat l-Artikolu 53.

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-kundizzjonijiet li bihom il-programmi operattivi jistgħu jkunu emendati matul is-sena mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Dawk l-emendi huma eliġibbli għall-għajnuna biss jekk l-organizzazzjoni tal-produtturi tgħarraf lill-awtorità kompetenti dwarhom mingħajr dewmien.

L-Istati Membri jistgħu jimmodifikaw il-perċentwali msemmija fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu fil-każ tal-fużjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 15(1).

3.   It-talbiet għall-emendi għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta' sostenn li jagħtu r-raġuni, in-natura u l-implikazzjonijiet tal-bidliet.

Taqsima 4

Għajnuna

Artikolu 35

Ħlasijiet bil-quddiem

1.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi japplikaw għal ħlas bil-quddiem ta' parti mill-għajnuna. Dak il-ħlas bil-quddiem għandu jikkorrispondi għan-nefqa prevista li tirriżulta mill-programm operattiv matul il-perjodu ta' tliet xhur jew erba' xhur li jibda fix-xahar li fih titressaq l-applikazzjoni għal ħlas bil-quddiem.

L-Istati Membri għandhom jipprevedu kundizzjonijiet sabiex ikun żgurat li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-fond operattiv ikunu ġew imposti skont l-Artikoli 24 u 25 u li l-ħlasijiet bil-quddiem li jkunu saru qabel u l-kontribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi korrispondenti ikunu fil-fatt intefqu.

2.   L-applikazzjonijiet għar-rilaxx tal-garanziji jistgħu jitressqu matul is-sena tal-programm attwali u għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta' sostenn, bħalma huma fatturi u dokumenti li juru li sar il-ħlas.

Il-garanziji għandhom jiġu rilaxxati għal ammonti li jkunu sa 80 % tal-avvanzi mħallsa.

3.   Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-programmi operattivi jew ta' nuqqas serju ta' ssodisfar tal-obbligazzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(b) u (c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892, il-garanzija għandha tintilef, mingħajr preġudizzju għal penali oħrajn li għandhom jiġu applikati skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu V ta' dan it-Titolu.

Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti l-oħrajn, il-garanzija għandha tintilef b'mod proporzjonali għall-gravità tal-irregolarità li kienet stabbilita.

Artikolu 36

Waqfien ta' programm operattiv u diskontinwità tar-rikonoxximent

1.   Jekk organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tieqaf timplimenta l-programm operattiv tagħha qabel tmiem id-durata skedata, ma għandhomx isiru ħlasijiet oħrajn lil dik l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni għall-azzjonijiet implimentati wara d-data tal-waqfien.

2.   L-għajnuna rċevuta għall-azzjonijiet eliġibbli mwettqa qabel il-waqfien tal-programm operattiv ma għandhiex tkun irkuprata, sakemm:

(a)

l-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu kkonformaw mal-kriterji tar-rikonoxximent u l-objettivi tal-azzjonijiet stipulati fil-programm operattiv ikunu ġew issodisfati fil-mument tal-waqfien; u

(b)

l-investimenti ffinanzjati bl-appoġġ mill-fond operazzjonali jinżammu fil-pussess ta', u jintużaw minn, l-organizzazzjoni tal-produtturi, l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew il-kumpaniji sussidjarji tagħha li jikkonformaw mar-rekwiżit ta' 90 % msemmi fl-Artikolu 22(8) jew il-membri tagħhom mill-inqas sal-aħħar tal-perjodu ta' deprezzament tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 31(5). Inkella, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni mħallsa sabiex tiffinanzja dawk l-investimenti għandha tiġi rkuprata u rrimborżata lill-FAEG.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal impenji multiannwali, bħall-azzjonijiet ambjentali, fejn l-objettivi fit-tul u l-benefiċċji mistennija tagħhom ma jkunux jistgħu jiġu rrealizzati minħabba l-interruzzjoni tal-miżura, għandha tiġi rkuprata u rrimborżata lill-FAEG.

4.   Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis f'każ ta' diskontinwità volontarja tar-rikonoxximent, irtirar tar-rikonoxximent jew xoljiment tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi.

5.   L-għajnuna indebitament imħallsa għandha tiġi rkuprata skont l-Artikolu 67.

KAPITOLU III

Miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 37

Għażla tal-miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li waħda jew aktar mill-miżuri elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandhiex/għandhomx tapplika/japplikaw fit-territorju tagħhom.

Artikolu 38

Is-self sabiex jiġu ffinanzjati miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet

Is-self meħud sabiex jiġu ffinanzjati miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jista', għal raġunijiet ekonomiċi debitament ġustifikati, jiġi riportat għal programm operattiv sussegwenti, jekk il-perjodu tar-ripagament tas-self jaqbeż it-tul tal-programm operattiv.

Taqsima 2

Investimenti li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti

Artikolu 39

Investimenti relatati mal-ġestjoni tal-volumi

1.   L-Istati Membri għandhom jinkludu fl-istrateġija nazzjonali tagħhom il-lista ta' investimenti eliġibbli mmirati biex jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   Qabel japprovaw il-programmi operattivi li jinkludu azzjonijiet li jirrigwardjaw l-investimenti msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jitolbu ġustifikazzjoni li l-investiment propost huwa addattat sabiex jipprevjeni b'mod effettiv jew jirreżisti aħjar kriżi.

Taqsima 3

Appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi sabiex jiġu stabbiliti fondi mutwi

Artikolu 40

Il-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi sabiex jiġu stabbiliti fondi mutwi

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi sabiex jiġu stabbiliti fondi mutwi kif imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi kemm l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni kif ukoll il-kontribuzzjoni mill-organizzazzjoni tal-produtturi. L-ammont totali ta' dak l-appoġġ ma għandux jaqbeż il-perċentwali ta' 5 %, 4 % u 2 %, rispettivament, tal-kontribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi għall-fond mutwu fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet sena tal-operat tiegħu:

3.   Organizzazzjoni tal-produtturi tista' tirċievi l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 darba biss u matul l-ewwel tliet snin tal-operat tal-fond biss. Meta organizzazzjoni tal-produtturi titlob għall-appoġġ biss fit-tieni jew fit-tielet sena tal-operat tal-fond, l-appoġġ għandu jkun ta' 4 % u 2 %, rispettivament.

4.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti massimi għall-ammonti li organizzazzjoni tal-produtturi tista' tirċievi bħala appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi sabiex jiġu stabbiliti fondi mutwi.

Taqsima 4

It-tħawwil mill-ġdid ta' ġonna wara l-qlugħ obbligatorju tad-dwieli

Artikolu 41

It-tħawwil mill-ġdid ta' ġonna

1.   Meta l-Istati Membri jinkludu fl-istrateġija nazzjonali tagħhom it-tħawwil mill-ġdid ta' ġonna, wara l-qlugħ obbligatorju tad-dwieli għal raġunijiet ta' saħħa jew raġunijiet fitosanitarji kif imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-miżuri meħuda għandhom ikunu konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (12).

2.   It-tħawwil mill-ġdid tal-ġonna ma għandux ikopri aktar minn 20 % tan-nefqa totali fil-kuntest tal-programmi operattivi. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu perċentwal aktar baxx.

Taqsima 5

Irtirar mis-suq

Artikolu 42

Kamp ta' Applikazzjoni

Din it-Taqsima tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw l-irtirar mis-suq u d-distribuzzjoni bla ħlas imsemmija, rispettivament, fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikoli 33(3) u 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Artikolu 43

Medja ta' tliet snin għall-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni bla ħlas

1.   Il-limitu ta' 5 % tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata msemmi fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jkun ikkalkolat fuq il-bażi ta' medja aritmetika tal-volumi globali ta' prodotti li għalihom tkun rikonoxxuta l-organizzazzjoni tal-produtturi u li jkunu kkummerċjalizzati permezz tal-organizzazzjoni tal-produtturi matul it-tliet snin preċedenti.

2.   Għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jkunu ġew rikonoxxuti reċentement, id-dejta għas-snin tal-kummerċjalizzazzjoni qabel ir-rikonoxximent għandha tkun:

(a)

f'każ li l-organizzazzjoni kienet grupp tal-produtturi, id-dejta ekwivalenti għal dak il-grupp tal-produtturi, fejn dan ikun applikabbli; jew inkella

(b)

il-volum li japplika għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent.

Artikolu 44

Notifika minn qabel tal-operazzjonijiet ta' rtirar

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bil-miktub jew b'mezzi elettroniċi qabel juru l-intenzjoni li jirtiraw il-prodotti.

Din in-notifika għandha tispeċifika, b'mod partikolari, il-lista ta' prodotti li jridu jiġu rtirati u l-karatteristiċi prinċipali tagħhom skont l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni rilevanti, il-kwantità stmata ta' kull prodott ikkonċernat, id-destinazzjoni maħsuba tagħhom u l-post fejn il-prodotti rtirati jistgħu jiġu spezzjonati kif previst fl-Artikolu 29 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.

In-notifiki għandhom jinkludu dikjarazzjoni bil-miktub li tiċċertifika li l-prodotti li jridu jiġu rtirati huma konformi mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni applikabbli jew mar-rekwiżiti minimi msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dettaljati għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u għall-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rigward in-notifiki previsti fil-paragrafu 1, b'mod partikolari rigward il-limiti taż-żmien.

Artikolu 45

Appoġġ

1.   L-appoġġ għall-irtirar mis-suq, li jinkludi kemm l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi, ma għandux ikun aktar mill-ammonti stabbiliti fl-Anness IV.

Għall-prodotti mhux inklużi fl-Anness IV, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ammonti massimi ta' appoġġ, li jinkludu kemm l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi, f'livell ta' mhux aktar minn 40 % tal-medja tal-prezzijiet tas-suq għall-ħames snin preċedenti f'każ ta' distribuzzjoni bla ħlas u f'livell ta' mhux aktar minn 30 % tal-medja tal-prezzijiet tas-suq għall-ħames snin preċedenti għal destinazzjonijiet għajr id-distribuzzjoni bla ħlas.

F'każ li l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun irċeviet kumpens minn partijiet terzi għall-prodotti rtirati, l-appoġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jitnaqqas b'ammont ekwivalenti għall-kumpens riċevut. Sabiex ikunu eliġibbli għall-appoġġ, il-prodotti kkonċernati ma għandhomx jerġgħu jidħlu fis-suq kummerċjali għall-frott u l-ħxejjex.

2.   L-irtirar mis-suq ma għandux jaqbeż il-5 % tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' kwalunkwe prodott partikolari ta' kwalunkwe organizzazzjoni tal-produtturi partikolari. Madankollu, l-ammonti li jitneħħew b'wieħed mill-modi msemmija fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jew bi kwalunkwe mod ieħor approvat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 46(2) ta' dan ir-Regolament, ma għandhomx jittieħdu f'kunsiderazzjoni f'dak il-proporzjon.

Il-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun il-medja tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata fit-tliet snin preċedenti. Jekk dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli, għandu jintuża l-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata li għalih kienet rikonoxxuta l-organizzazzjoni tal-produtturi.

Il-perċentwal imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun il-medji annwali fuq perjodu ta' tliet snin, inklużi s-sena inkwistjoni u s-sentejn ta' qabel, b'marġni annwali ta' qbiż tal-limitu ta' ħames punti perċentwali.

3.   L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fil-każ tal-irtirar mis-suq tal-frott u l-ħxejjex li jitneħħew permezz ta' distribuzzjoni bla ħlas lill-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet karitatevoli msemmija fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tkopri biss il-ħlas għall-prodotti mneħħija skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-ispejjeż imsemmija fl-Artikoli 16(1) u 17(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.

Artikolu 46

Destinazzjonijiet għall-prodotti rtirati

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-destinazzjonijiet permissibbli għall-prodotti rtirati mis-suq. Huma għandhom jadottaw dispożizzjonijiet sabiex jiżguraw li l-irtirar jew id-destinazzjoni tal-prodotti rtirati ma jwasslu għall-ebda impatt negattiv fuq l-ambjent u għall-ebda konsegwenza fitosanitarja negattiva.

2.   Id-destinazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu d-distribuzzjoni bla ħlas skont it-tifsira tal-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u kwalunkwe destinazzjoni ekwivalenti oħra approvata mill-Istati Membri.

Fuq talba, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet karitatevoli msemmija fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 sabiex jitolbu kontribuzzjoni mingħand il-benefiċjarji finali tal-prodotti rtirati mis-suq.

Meta l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet karitatevoli jkunu kisbu l-awtorizzazzjoni, huma għandhom, minbarra l-obbligi skont l-Artikolu 47(1) ta' dan ir-Regolament, iżommu kontijiet finanzjarji għall-operazzjoni inkwistjoni.

Jista' jiġi permess il-ħlas in natura mill-benefiċjarji tad-distribuzzjoni bla ħlas lil dawk li jipproċessaw il-frott u l-ħxejjex, meta tali ħlas jikkumpensa biss l-ispejjeż tal-ipproċessar u meta l-Istat Membru li fih isir il-ħlas ikun ippreveda regoli li jiżguraw li l-prodotti pproċessati huma verament maħsuba għall-konsum mill-benefiċjarji finali msemmija fit-tieni subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiffaċilitaw il-kuntatti u l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet karitatevoli msemmija fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jkunu approvaw.

3.   Wieħed għandu jkun jista' jneħħi l-prodotti wkoll billi jagħtihom lill-industrija tal-ipproċessar. L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet iddettaljati sabiex jiżguraw li ma jkunx hemm tfixkil fil-kompetizzjoni għall-industriji kkonċernati fl-Unjoni jew għall-prodotti importati u sabiex jiżguraw li l-prodotti rtirati ma jerġgħux jiddaħħlu fis-suq kummerċjali. L-alkoħol li jkun ġej mid-distillazzjoni għandu jintuża esklussivament għal għanijiet industrijali jew tal-enerġija.

Artikolu 47

Il-kundizzjonijiet għall-benefiċjarji tal-prodotti rtirati

1.   Il-benefiċjarji tal-prodotti rtirati msemmija fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jintrabtu li:

(a)

jikkonformaw mar-regoli stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, skont ma jgħid l-istess Regolament;

(b)

iżommu reġistri separati tal-ħażniet għall-operazzjonijiet inkwistjoni;

(c)

jaċċettaw il-kontrolli previsti mil-liġi tal-Unjoni; u

(d)

jipprovdu d-dokumenti ta' sostenn dwar id-destinazzjoni finali ta' kull wieħed mill-prodotti kkonċernati, fil-forma ta' ċertifikat ta' akkwiżizzjoni jew dokument ekwivalenti, li jiċċertifikaw li l-prodotti rtirati ġew akkwistati minn terza persuna bil-għan li jiġu distribwiti bla ħlas.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-benefiċjarji ma jkollhomx bżonn iżommu r-reġistri msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, jekk huma jirċievu kwantitajiet taħt livell massimu li jrid jiġi ddeterminat minnhom abbażi ta' analiżi tar-riskji ddokumentata.

2.   Il-benefiċjarji tal-prodotti rtirati għal destinazzjonijiet oħrajn għandhom jintrabtu li:

(a)

jikkonformaw mar-regoli stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, skont ma jgħid l-istess Regolament;

(b)

iżommu reġistri tal-ħażniet u kontijiet finanzjarji separati għall-operazzjonijiet inkwistjoni jekk l-Istat Membru jqis li dan huwa xieraq minkejja l-fatt li l-prodott tkun inbidlitlu n-natura tiegħu qabel il-kunsinna;

(c)

jaċċettaw il-kontrolli previsti mil-liġi tal-Unjoni; u

(d)

ma jitolbux għajnuna addizzjonali għall-alkoħol prodott mill-prodotti kkonċernati fil-każ ta' prodotti rtirati maħsuba għad-distillazzjoni.

Taqsima 6

Ħsad bikri u nuqqas ta' ħsad

Artikolu 48

Il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-ħsad bikri u tan-nuqqas ta' ħsad

1.   Il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad imsemmija fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu addizzjonali għall-prattiki ta' kultivazzjoni normali u differenti minnhom.

2.   Il-pjanti tal-frott u l-ħxejjex li jkunu għaddew minn ħsad bikri jew nuqqas ta' ħsad ma għandhomx jintużaw għal finijiet ta' produzzjoni ulterjuri fl-istess staġun ta' tkabbir wara li tkun seħħet l-operazzjoni.

3.   Il-miżuri ta' ħsad bikri ma għandhomx jitwettqu fir-rigward tal-frott u l-ħxejjex li l-ħsad normali tagħhom ikun diġà beda, filwaqt li l-miżuri ta' nuqqas ta' ħsad ma għandhomx jitwettqu meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona kkonċernata matul iċ-ċiklu ta' produzzjoni normali.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta l-pjanti tal-frott u l-ħxejjex ikollhom perjodu ta' ħsad ta' aktar minn xahar. F'każijiet bħal dawn, l-ammonti msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jikkumpensaw biss għall-produzzjoni li għandha tinħasad fis-sitt ġimgħat ta' wara l-operazzjoni ta' ħsad bikri u ta' nuqqas ta' ħsad. Dawk il-pjanti tal-frott u tal-ħxejjex ma għandhomx jintużaw għal finijiet ta' produzzjoni ulterjuri fl-istess staġun ta' tkabbir wara li tkun seħħet l-operazzjoni.

Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-applikazzjoni ta' miżuri ta' ħsad bikri u ta' nuqqas ta' ħsad jekk, fil-każ ta' ħsad bikri, tkun twettqet parti sinifikanti tal-ħsad normali u, fil-każ tan-nuqqas ta' ħsad, tkun diġà ttieħdet parti sinifikanti mill-produzzjoni kummerċjali. Stat Membru li jkollu l-ħsieb li japplika din id-dispożizzjoni għandu jistabbilixxi, fl-istrateġija nazzjonali tiegħu, il-parti li jqis bħala sinifikanti.

Il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad ma għandhomx ikunu applikati għall-istess prodott u fl-istess żona partikolari fi kwalunkwe sena partikolari, ħlief għall-finijiet tat-tieni subparagrafu fejn iż-żewġ operazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu applikati simultanjament.

4.   L-appoġġ għall-ħsad bikri għandu jkopri biss il-prodotti li huma fiżikament fl-għelieqi u li effettivament jinħasdu kmieni. L-ammonti ta' kumpens, li jinkludu kemm l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi għall-ħsad bikri u għan-nuqqas ta' ħsad, għandhom ikunu ħlasijiet għal kull ettaru stabbiliti mill-Istat Membru skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 49 f'livell sabiex ikun kopert mhux aktar minn 90 % tal-livell ta' appoġġ massimu għall-irtirar mis-suq applikabbli għall-irtirar għal destinazzjonijiet għajr id-distribuzzjoni bla ħlas, kif imsemmi fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

5.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru bil-miktub jew b'mezzi elettroniċi qabel juru l-intenzjoni ta' ħsad bikri jew ta' nuqqas ta' ħsad.

Artikolu 49

Obbligi tal-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jadottaw:

(a)

dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' ħsad bikri u ta' nuqqas ta' ħsad, inkluż dwar in-notifiki minn qabel tal-ħsad bikri u tan-nuqqas ta' ħsad, il-kontenut u d-dati ta' skadenza tagħhom, dwar l-ammont ta' kumpens li għandu jitħallas u dwar l-applikazzjoni tal-miżuri, kif ukoll il-lista tal-prodotti eliġibbli skont il-miżuri;

(b)

dispożizzjonijiet sabiex jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-miżuri ma twassal għall-ebda impatt negattiv fuq l-ambjent u għall-ebda konsegwenza fitosanitarja negattiva.

L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-miżuri jitwettqu b'mod korrett, inkluż fir-rigward tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu. Jekk l-Istati Membri jsibu li l-miżuri ma twettqux b'mod korrett, huma ma għandhomx japprovaw l-applikazzjoni tal-miżuri.

Taqsima 7

Assigurazzjoni tal-ħsad

Artikolu 50

L-għan tal-azzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-ħsad

L-azzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-ħsad imsemmija fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jikkontribwixxu sabiex jissalvagwardjaw id-dħul tal-produtturi u sabiex ikopru t-telf tas-suq imġarrab mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-membri tagħha, meta dawn ikunu affettwati minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi u, fejn ikun applikabbli, minn mard jew infestazzjonijiet ta' organiżmi ta' ħsara.

Artikolu 51

Implimentazzjoni tal-azzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-ħsad

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-ħsad, inklużi dawk meħtieġa sabiex jiżguraw li l-azzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-ħsad ma jfixklux il-kompetizzjoni fis-suq tal-assigurazzjoni.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu finanzjament nazzjonali addizzjonali sabiex jappoġġaw l-azzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-ħsad li jkunu qed jibbenifikaw mill-fond operattiv. Madankollu, l-appoġġ pubbliku totali għall-assigurazzjoni tal-ħsad ma għandux jaqbeż:

(a)

80 % tal-ispiża tal-primjums tal-assigurazzjoni mħallsa mill-produtturi għall-assigurazzjoni kontra telf bħala riżultat ta' avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati f'diżastri naturali;

(b)

50 % tal-ispiża tal-primjums tal-assigurazzjoni mħallsa mill-produtturi għall-assigurazzjoni kontra:

(i)

it-telf imsemmi fil-punt (a) u kontra telf ieħor ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi avversi; u

(ii)

it-telf ikkawżat minn mard tal-pjanti jew tal-annimali jew minn infestazzjonijiet ta' organiżmi ta' ħsara.

Il-limitu stabbilit fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu japplika anki fil-każijiet fejn il-fond operattiv ikun eliġibbli b'mod ieħor għal 60 % tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont l-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

3.   L-azzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-ħsad ma għandhomx ikopru l-ħlasijiet tal-assigurazzjoni li jikkumpensaw lill-produtturi għal aktar minn 100 % tat-telf imġarrab fid-dħul, filwaqt li jitqies kwalunkwe kumpens li l-produtturi jiksbu minn skemi ta' appoġġ oħrajn relatati mar-riskju assigurat.

KAPITOLU IV

Assistenza finanzjarja nazzjonali

Artikolu 52

Il-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi u d-definizzjoni ta' reġjun

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi f'reġjun ta' Stat Membru għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-valur tal-frott u l-ħxejjex li jiġu prodotti fir-reġjun ikkonċernat u kkummerċjalizzati minn:

(a)

organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti; u

(b)

gruppi ta' produtturi msawra skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u organizzazzjonijiet tal-produtturi u gruppi ta' produtturi msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Il-valur tal-frott u l-ħxejjex li jiġu prodotti għandu jiġi diviż bil-valur totali tal-frott u l-ħxejjex li jkunu ġew prodotti f'dak ir-reġjun.

Il-valur tal-frott u l-ħxejjex prodotti fir-reġjun ikkonċernat u kkummerċjalizzati mill-organizzazzjonijiet, mill-assoċjazzjonijiet u mill-gruppi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jinkludi biss dawk il-prodotti li għalihom jiġu rikonoxxuti dawk l-organizzazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet u l-gruppi ta' produtturi. L-Artikolu 22 għandu japplika mutatis mutandis.

Huma biss il-frott u l-ħxejjex li jiġu prodotti fir-reġjun ikkonċernat minn organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, gruppi ta' produtturi u l-membri tagħhom, kif ukoll miksuba u kkummerċjalizzati minnhom, li għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu ta' dak il-valur.

Għall-kalkolu tal-valur totali tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex li jkunu ġew prodotti f'dak ir-reġjun, il-metodoloġija stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) għandha tapplika mutatis mutandis.

2.   Il-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi f'reġjun ta' Stat Membru għandu jitqies bħala partikolarment baxx meta l-medja tal-livelli ta' organizzazzjoni, ikkalkolata skont il-paragrafu 1, għall-aħħar tliet snin li għalihom tkun disponibbli d-dejta, tkun ta' inqas minn 20 %.

3.   Huma biss il-frott u l-ħxejjex li jiġu prodotti fir-reġjun imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 li għandhom jibbenifikaw mill-assistenza finanzjarja nazzjonali.

4.   Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-reġjuni bħala parti distinta mit-territorju tagħhom skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, bħall-karatteristiċi agronomiċi u ekonomiċi tagħhom u l-potenzjal agrikolu/tal-frott u l-ħxejjex reġjonali tagħhom, jew l-istruttura istituzzjonali jew amministrattiva tagħhom u li hija disponibbli d-dejta għalihom, sabiex jiġi kkalkolat il-livell ta' organizzazzjoni skont il-paragrafu 1.

Ir-reġjuni definiti minn Stat Membru għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu ma għandhomx jiġu emendati għal mill-inqas ħames snin, sakemm tali emenda ma tkunx oġġettivament ġustifikata minn raġunijiet sostantivi mingħajr rabta mal-kalkolu tal-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi fir-reġjun jew reġjuni kkonċernati.

Meta Stat Membru jagħmel talba għal rimborż parzjali tal-assistenza finanzjarja nazzjonali skont l-Artikolu 20 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892, din it-talba għandha tikkonċerna l-istess definizzjoni tar-reġjuni speċifikata fit-talba għall-awtorizzazzjoni.

Artikolu 53

Emendi għall-programm operattiv

Organizzazzjoni tal-produtturi li tixtieq tapplika għall-assistenza finanzjarja nazzjonali għandha, jekk ikun meħtieġ, temenda l-programm operattiv tagħha skont l-Artikolu 34.

KAPITOLU V

Dispożizzjonijiet ġenerali

Taqsima 1

Notifiki u rapporti

Artikolu 54

Notifiki tal-Istati Membri dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-gruppi ta' produtturi

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bit-tagħrif u d-dokumenti li ġejjin:

(a)

sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-ammont totali tal-fondi operattivi approvati dik is-sena għall-programmi operattivi kollha. Din in-notifika għandha turi l-ammont totali tal-fondi operattivi u l-ammont totali ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni mogħtija inkluża f'dawk il-fondi. Dawk iċ-ċifri għandhom ikomplu jinqasmu bejn l-ammonti għall-miżuri ta' prevenzjoni u ta' ġestjoni tal-kriżijiet u l-ammonti għal miżuri oħrajn;

(b)

sal-15 ta' Novembru ta' kull sena, rapport annwali dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif ukoll dwar il-gruppi ta' produtturi msawra skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u l-fondi operattivi, il-programmi operattivi u l-pjanijiet ta' rikonoxximent imħaddma matul is-sena ta' qabel. Dan ir-rapport annwali għandu jkun fih it-tagħrif stabbilit fl-Anness V għal dan ir-Regolament;

(c)

sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-ammonti li jikkorrispondu għal kull perjodu annwali li jmiss tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' rikonoxximent tal-gruppi ta' produtturi msawra skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, inkluża s-sena ta' implimentazzjoni attwali. Għandhom jingħataw l-ammonti approvati jew dawk stmati. Din in-notifika għandha tinkludi t-tagħrif li ġej għal kull grupp ta' produtturi u kull perjodu annwali li jmiss tal-implimentazzjoni tal-pjan:

(i)

l-ammont totali għall-perjodu annwali tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' rikonoxximent, tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni u tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, mill-gruppi ta' produtturi u mill-membri tal-gruppi ta' produtturi;

(ii)

tqassim bejn l-għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 103a(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, rispettivament.

Artikolu 55

Notifiki tal-Istati Membri dwar il-prezzijiet tal-produtturi għall-frott u l-ħxejjex fis-suq intern

1.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, sa nofsinhar (12:00 ħin ta' Brussell) kull nhar ta' Erbgħa, dwar il-medja pponderata tal-prezzijiet irreġistrati għall-frott u l-ħxejjex elenkati fl-Anness VI matul il-ġimgħa ta' qabel, meta d-dejta tkun disponibbli.

Għall-frott u l-ħxejjex koperti mill-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni stabbilit fil-Parti A tal-Anness I għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għandhom jiġu nnotifikati biss il-prezzijiet tal-prodotti li jilħqu dak l-istandard, filwaqt li l-prezzijiet tal-prodotti koperti minn standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni stabbilit fil-Parti B ta' dak l-Anness għandhom jikkonċernaw biss il-prodotti tal-klassi I.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw prezz medju ponderat wieħed li jkun jikkorrispondi għat-tipi u l-varjetajiet ta' prodotti, daqsijiet u preżentazzjonijiet speċifikati fl-Anness VI għal dan ir-Regolament. Meta l-prezzijiet irreġistrati jkunu jikkonċernaw tipi, varjetajiet, daqsijiet jew preżentazzjonijiet oħrajn minbarra dawk speċifikati f'dak l-Anness, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar it-tipi, il-varjetajiet, id-daqsijiet u l-preżentazzjonijiet tal-prodotti li magħhom ikunu jikkorrispondu l-prezzijiet.

Il-prezzijiet innotifikati għandhom ikunu dawk tal-prodotti ssortjati u ppakkjati, u, fejn ikun applikabbli, fuq palits, hekk kif joħorġu mill-post tal-imballaġġ, u għandhom jiġu espressi f'euro għal kull 100 kilogramma ta' piż nett.

2.   L-Istati Membri għandhom jidentifikaw swieq rappreżentattivi fiż-żona tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex ikkonċernati. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar is-swieq rappreżentattivi u l-piż tagħhom fil-medja mal-ewwel notifika jew meta jimmodifikawhom. L-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw prezzijiet oħrajn fuq bażi volontarja.

Taqsima 2

Monitoraġġ u evalwazzjoni tal-programmi operattivi u tal-istrateġiji nazzjonali

Artikolu 56

Indikaturi komuni tal-prestazzjoni

1.   Kemm il-programmi operattivi kif ukoll l-istrateġiji nazzjonali għandhom ikunu soġġetti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni mmirati lejn il-valutazzjoni tal-progress magħmul sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti għall-programmi operattivi, kif ukoll l-effiċjenza u l-effettività fir-rigward ta' dawk l-objettivi.

2.   Il-progress, l-effiċjenza u l-effettività għandhom jiġu vvalutati permezz ta' indikaturi komuni tal-prestazzjoni, kif stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892, li jirrigwardjaw is-sitwazzjoni bażika, kif ukoll l-inputs (l-eżekuzzjoni finanzjarja), l-outputs, ir-riżultati u l-impatt tal-programmi operattivi implimentati.

3.   L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw indikaturi addizzjonali fl-istrateġija nazzjonali tagħhom.

Artikolu 57

Proċeduri ta' monitoraġġ u evalwazzjoni marbutin mal-programmi operattivi

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jistabbilixxu sistema sabiex jiġbru, jirreġistraw u jżommu t-tagħrif għall-kumpilazzjoni tal-indikaturi applikabbli għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi operattivi.

2.   L-eżerċizzju ta' monitoraġġ għandu jitwettaq b'tali mod li r-riżultati tiegħu:

(a)

jivverifikaw il-kwalità tal-implimentazzjoni tal-programm;

(b)

jidentifikaw kwalunkwe ħtieġa għal aġġustamenti jew reviżjoni tal-programm operattiv;

(c)

jipprovdu tagħrif għar-rekwiżiti tar-rapportar. It-tagħrif dwar ir-riżultati tal-attivitajiet ta' monitoraġġ għandu jiġi inkluż fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.

3.   L-evalwazzjoni għandha tieħu l-forma ta' rapport fis-sena ta' qabel tal-aħħar tal-implimentazzjoni tal-programm operattiv kif imsemmi fl-Artikolu 21(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.

L-eżerċizzju tal-evalwazzjoni għandu jeżamina l-progress magħmul fir-rigward tal-objettivi ġenerali tal-programm. Għal dan l-għan, għandhom jintużaw indikaturi komuni tal-prestazzjoni li jirrigwardjaw is-sitwazzjoni bażika, l-output u r-riżultati.

Fejn ikun applikabbli, l-eżerċizzju tal-evalwazzjoni għandu jinkludi valutazzjoni kwalitattiva tar-riżultati u tal-impatt tal-azzjonijiet ambjentali bil-għan li:

(a)

tiġi evitata l-erożjoni tal-ħamrija;

(b)

jitnaqqas l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew tittejjeb il-ġestjoni tagħhom;

(c)

jitħarsu l-ħabitats u l-bijodiversità; u

(d)

jiġi kkonservat il-pajsaġġ.

Ir-riżultati tal-eżerċizzju għandhom jintużaw sabiex:

(a)

tittejjeb il-kwalità tal-programm operattiv;

(b)

tiġi identifikata kwalunkwe ħtieġa għal bidla sostantiva fil-programm operattiv; u

(c)

jingħataw lezzjonijiet utli fit-titjib tal-programmi operattivi futuri.

Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jiġi mehmuż mar-rapport annwali korrispondenti msemmi fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.

Artikolu 58

Proċeduri ta' monitoraġġ u evalwazzjoni marbutin mal-istrateġija nazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema sabiex jiġbru, jirreġistraw u jżommu t-tagħrif f'forma elettronika adegwata għall-iskop tal-kumpilazzjoni tal-indikaturi msemmija fl-Artikolu 56. Għal dan il-għan, huma għandhom jużaw it-tagħrif mibgħut mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi b'rabta mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi operattivi tagħhom.

2.   Il-monitoraġġ għandu jkun kontinwu sabiex jiġi vvalutat il-progress magħmul biex jinkisbu l-objettivi tal-programmi operattivi. Għal dan il-għan, għandu jsir użu mit-tagħrif ipprovdut fir-rapporti annwali mibgħuta mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi. L-eżerċizzju ta' monitoraġġ għandu jitwettaq b'tali mod li r-riżultati tiegħu:

(a)

jivverifikaw il-kwalità tal-implimentazzjoni tal-programmi operattivi;

(b)

jidentifikaw kwalunkwe ħtieġa ta' aġġustamenti jew reviżjoni tal-istrateġija nazzjonali bil-għan li jintlaħqu l-miri stabbiliti għall-istrateġija jew bil-għan li tittejjeb il-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-istrateġija, inkluża l-ġestjoni finanzjarja tal-programmi operattivi.

3.   L-evalwazzjoni għandu jkollha l-għan li tivvaluta l-progress magħmul lejn il-kisba tal-objettivi ġenerali tal-istrateġija. Għal dan il-għan, għandu jsir użu mir-riżultati tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi operattivi kif indikat fir-rapport annwali u fir-rapport tas-sena ta' qabel tal-aħħar mibgħuta mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Ir-riżultati tal-eżerċizzju ta' evalwazzjoni għandhom jintużaw sabiex:

(a)

tittejjeb il-kwalità tal-istrateġija;

(b)

tiġi identifikata kwalunkwe ħtieġa għal bidla sostantiva fl-istrateġija.

L-evalwazzjoni għandha tinkludi eżerċizzju ta' evalwazzjoni mwettaq fl-2020. Ir-riżultati ta' dan l-eżerċizzju għandhom ikunu parti mir-rapport nazzjonali annwali tal-istess sena msemmi fl-Artikolu 54(b). Ir-rapport għandu jeżamina l-livell ta' utilizzazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, l-effiċjenza u l-effettività tal-programmi operattivi implimentati u għandu jivvaluta l-effetti u l-impatt ta' dawk il-programmi, fir-rigward tal-objettivi, il-miri u l-miżuri stabbiliti mill-istrateġija u, fejn ikun applikabbli, l-objettivi l-oħrajn stabbiliti fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Taqsima 3

Penali amministrattivi

Artikolu 59

Nuqqas ta' ħarsien tal-kriterji tar-rikonoxximent

1.   Jekk Stat Membru jkun stabbilixxa li organizzazzjoni tal-produtturi tonqos milli tħares wieħed mill-kriterji ta' rikonoxximent marbuta mar-rekwiżiti tal-Artikoli 5 u 7, tal-Artikolu 11(1) u (2) u tal-Artikolu 17, huwa għandu jibgħat lill-organizzazzjoni tal-produtturi inkwistjoni sa mhux aktar tard minn xahrejn wara li jkun ġie identifikat in-nuqqas, ittra rreġistrata ta' twissija li tindika n-nuqqas identifikat, il-miżuri korrettivi u l-perjodi ta' żmien li matulhom għandhom jittieħdu dawn il-miżuri, li ma għandhomx ikunu ta' aktar minn erba' xhur. Mill-mument li jiġi stabbilit nuqqas, l-Istati Membri għandhom jissospendu l-ħlasijiet ta' għajnuna sakemm il-miżuri korrettivi jkunu ttieħdu b'mod sodisfaċenti.

2.   Nuqqas ta' teħid tal-miżuri korrettivi msemmija fil-paragrafu 1 fil-perjodu ta' żmien iffissat mill-Istat Membru għandu jwassal għas-sospensjoni tar-rikonoxximent tal-organizzazzjoni tal-produtturi. L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-organizzazzjoni tal-produtturi bil-perjodu tas-sospensjoni, li għandu jibda immedjatament wara l-iskadenza tal-perjodu ta' żmien iffissat sabiex jittieħdu dawk il-miżuri korrettivi u ma għandux jaqbeż it-12-il xahar mid-data li fiha l-organizzazzjoni tal-produtturi tirċievi l-ittra ta' twissija. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali orizzontali li tista' tipprevedi s-sospensjoni ta' azzjoni bħal din wara li jibdew il-proċedimenti legali marbuta.

Waqt is-sospensjoni tar-rikonoxximent, l-organizzazzjoni tal-produtturi tista' tkompli l-attività tagħha, iżda l-ħlasijiet għall-għajnuna għandhom jinżammu sakemm titneħħa s-sospensjoni tar-rikonoxximent. L-ammont ta' għajnuna fis-sena għandu jitnaqqas bi 2 % għal kull xahar tal-kalendarju jew parti minnu, li matulu r-rikonoxximent ikun sospiż.

Is-sospensjoni għandha tintemm fil-jum tal-kontroll, li jikkonferma li l-kriterji tar-rikonoxximent inkwistjoni kienu ssodisfati.

3.   Jekk il-kriterji ma jiġux issodisfati sal-aħħar tal-perjodu tas-sospensjoni stabbilit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, l-Istat Membru għandu jirtira r-rikonoxximent b'effett mid-data li minnha l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ma jkunux ġew issodisfati, jew, jekk ma jkunx possibbli li tiġi identifikata dik id-data, mid-data meta kien stabbilit in-nuqqas. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali orizzontali, li tista' tipprevedi s-sospensjoni tar-rikonoxximent wara li jibdew il-proċedimenti legali konnessi. L-għajnuna pendenti li tikkonċerna l-perjodu li matulu jkun ġie identifikat in-nuqqas ma għandhiex titħallas u l-għajnuna indebitament imħallsa għandha tiġi rkuprata.

4.   Jekk Stat Membru jkun stabbilixxa li organizzazzjoni tal-produtturi tonqos milli tħares kwalunkwe wieħed mill-kriterji ta' rikonoxximent stipulati fl-Artikolu 154 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, huwa għandu jibgħat lill-organizzazzjoni tal-produtturi inkwistjoni, sa mhux aktar tard minn xahrejn wara li jkun ġie stabbilit in-nuqqas, ittra rreġistrata ta' twissija li tindika n-nuqqas identifikat, il-miżuri korrettivi u l-perjodi ta' żmien li matulhom għandhom jittieħdu dawn il-miżuri, li ma għandhomx ikunu ta' aktar minn erba' xhur.

5.   Nuqqas ta' teħid tal-miżuri korrettivi msemmija fil-paragrafu 4 fil-perjodu ta' żmien iffissat mill-Istat Membru għandu jwassal għal sospensjoni tal-ħlasijiet u għal tnaqqis tal-ammont ta' għajnuna fis-sena b'1 % għal kull xahar tal-kalendarju, jew parti minnu, wara l-iskadenza ta' dak il-perjodu ta' żmien. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali orizzontali, li tista' tipprevedi s-sospensjoni ta' azzjoni bħal din wara li jibdew il-proċedimenti legali konnessi.

6.   L-Istati Membri għandhom jirtiraw ir-rikonoxximent jekk l-organizzazzjoni tal-produtturi ma tagħtix prova tal-konformità mal-volum jew il-valur minimu tal-kriterji tal-produzzjoni kkummerċjalizzata kif mitlub mill-Artikolu 154(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 sal-15 ta' Ottubru tat-tieni sena wara s-sena li fiha dawk il-kriterji ma jkunux ġew irrispettati. L-irtirar għandu jidħol fis-seħħ mid-data li fiha l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ma kinux issodisfati, jew, jekk ma jkunx possibbli li tiġi identifikata dik id-data, mid-data meta kien stabbilit in-nuqqas. L-għajnuna pendenti li tikkonċerna l-perjodu li matulu jkun ġie identifikat in-nuqqas ma għandhiex titħallas u l-għajnuna indebitament imħallsa għandha tiġi rkuprata.

Madankollu, meta organizzazzjoni tal-produtturi tagħti lill-Istat Membru prova li minħabba diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard jew infestazzjonijiet ta' organiżmi ta' ħsara, minkejja li tkun ħadet il-miżuri ta' prevenzjoni tar-riskji meħtieġa, hija ma tkunx tista' tħares il-kriterji ta' rikonoxximent stipulati fl-Artikolu 154(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-volum jew il-valur minimu tal-produzzjoni li tista' tiġi kkummerċjalizzata kif stabbilit mill-Istati Membri, l-Istat Membru jista', għas-sena inkwistjoni, jidderoga mill-volum jew il-valur minimu tal-produzzjoni li tista' tiġi kkummerċjalizzata għal din l-organizzazzjoni tal-produtturi.

7.   F'każijiet fejn japplikaw il-paragrafi 1, 2, 4 u 5, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu ħlasijiet wara d-data ta' skadenza stabbilita fl-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892. Madankollu, dawn il-ħlasijiet ma għandhomx isiru wara l-15 ta' Ottubru tat-tieni sena wara dik li fiha jiġi implimentat il-programm.

8.   Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis f'każijiet ta' nuqqas minn organizzazzjoni tal-produtturi milli tipprovdi lill-Istat Membru bit-tagħrif meħtieġ skont l-Artikolu 21 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.

Artikolu 60

Frodi

1.   L-Istati Membri għandhom jissospendu l-ħlasijiet lil u r-rikonoxximent ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, li qegħdin jiġu investigati minn awtorità nazzjonali b'konnessjoni ma' ħlas ta' frodi fir-rigward tal-għajnuna koperta mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, sakemm ikun ġie ddeterminat il-ħlas.

2.   Meta organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tkun wettqet frodi fir-rigward tal-għajnuna koperta mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe penali oħrajn applikabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni:

(a)

jirtiraw ir-rikonoxximent ta' dik l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni;

(b)

jeskludu l-azzjonijiet ikkonċernati mill-appoġġ fil-kuntest tal-programm operattiv ikkonċernat u jirkupraw kwalunkwe għajnuna li tkun diġà tħallset għal dawk l-azzjonijiet; u

(c)

jeskludu dik l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni mir-rikonoxximent matul is-sena ta' wara.

Artikolu 61

Penali għall-ammonti ineliġibbli

1.   Il-ħlasijiet għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-azzjonijiet eliġibbli.

2.   L-Istat Membru għandu jeżamina l-applikazzjoni għall-għajnuna u jistabbilixxi l-ammonti li huma eliġibbli għall-appoġġ. Huwa għandu jistabbilixxi l-ammont li:

(a)

għandu jitħallas lill-benefiċjarju abbażi biss tal-applikazzjoni;

(b)

jitħallas lill-benefiċjarju wara li tiġi eżaminata l-eliġibbiltà tal-applikazzjoni.

3.   Jekk l-ammont stabbilit skont il-paragrafu 2(a) jaqbeż l-ammont stabbilit skont il-paragrafu 2(b) b'aktar minn 3 %, għandu jiġi applikat penali. L-ammont tal-penali għandu jkun daqs id-differenza bejn l-ammonti kkalkolati skont il-paragrafu 2(a) u (b). Madankollu, ma għandu jiġi applikat ebda penali jekk l-organizzazzjoni tal-produtturi tkun tista' turi li hija mhijiex responsabbli għall-inklużjoni tal-ammont ineliġibbli.

4.   Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-infiq ineliġibbli li jiġi identifikat waqt il-kontrolli fuq il-post jew il-kontrolli li jsiru wara.

5.   Jekk il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jiġi ddikjarat u vverifikat qabel titressaq l-applikazzjoni għall-għajnuna, għandhom jintużaw il-valuri ddikjarati u approvati meta jiġu stabbiliti l-ammonti skont il-paragrafu 2(a) u (b), rispettivament.

6.   Meta fi tmiem il-programm operattiv, il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 33(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma jkunux ġew irrispettati, l-ammont totali tal-appoġġ għall-aħħar sena tal-programm operattiv għandu jitnaqqas b'mod proporzjonali għall-ammont ta' nfiq mhux imġarrab fuq l-azzjonijiet ambjentali.

Artikolu 62

Penali amministrattivi wara l-kontrolli tal-ewwel livell fuq l-operazzjonijiet ta' rtirar

1.   Jekk, wara l-kontroll imsemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892, jinstabu nuqqasijiet ta' konformità fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni jew ir-rekwiżiti minimi msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892, li jaqbżu t-tolleranzi stabbiliti, l-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata għandha tintalab tħallas penali kkalkolat skont il-proporzjon tal-prodotti rtirati li ma jkunux konformi:

(a)

meta dawk il-kwantitajiet ikunu inqas minn 10 % tal-kwantitajiet effettivament irtirati skont l-Artikolu 44 ta' dan ir-Regolament, il-penali għandu jkun ugwali għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, ikkalkolat abbażi tal-kwantitajiet tal-prodotti rtirati li ma jkunux konformi;

(b)

meta dawk il-kwantitajiet ikunu bejn 10 % u 25 % tal-kwantitajiet effettivament irtirati, il-penali għandu jkun id-doppju tal-ammont tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, ikkalkolat abbażi tal-kwantitajiet tal-prodotti rtirati li ma jkunux konformi; jew inkella

(c)

meta dawk il-kwantitajiet jaqbżu l-25 % tal-kwantità effettivament irtirata, il-penali għandu jkun ugwali għall-ammont tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-kwantità kollha nnotifikata skont l-Artikolu 44 ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe penali applikat skont l-Artikolu 61.

Artikolu 63

Penali amministrattiv applikabbli għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' rtirar

L-infiq għall-operazzjonijiet ta' rtirar ma għandux ikun eliġibbli jekk il-prodotti li ma tqegħdux għall-bejgħ ma jkunux tneħħew kif previst mill-Istat Membru skont l-Artikolu 46(1) jew jekk l-operazzjoni kellha impatt negattiv fuq l-ambjent jew kwalunkwe konsegwenza fitosanitarja negattiva, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe penali applikat skont l-Artikolu 61.

Artikolu 64

Penali amministrattivi applikabbli għall-benefiċjarji ta' prodotti rtirati mis-suq

Meta jiġu identifikati irregolaritajiet li jistgħu jkunu attribwiti lill-benefiċjarji ta' prodotti rtirati mis-suq waqt il-kontrolli magħmula skont l-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892, dawk il-benefiċjarji:

(a)

għandhom jiġu esklużi mid-dritt li jirċievu prodotti rtirati mis-suq; u

(b)

għandhom ikunu obbligati jħallsu l-valur tal-prodotti li jkunu rċevew kif ukoll l-ispejjeż tal-issortjar, tal-imballaġġ u tat-trasport relatati skont ir-regoli stipulati mill-Istati Membri.

L-esklużjoni prevista fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu għandha tidħol fis-seħħ minnufih u ddum tgħodd għal mill-inqas sena b'possibbiltà ta' estensjoni.

Artikolu 65

Penali amministrattivi fir-rigward tal-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad

1.   Jekk l-organizzazzjoni tal-produtturi ma tkunx wettqet l-obbligi tagħha fir-rigward tal-ħsad bikri, hija għandha tħallas, permezz ta' penali, l-ammont tal-kumpens li jirrigwardja ż-żoni li għalihom l-obbligu ma kienx irrispettat. Nuqqas ta' twettiq tal-obbligi għandu jinkludi każijiet fejn:

(a)

iż-żona nnotifikata għall-ħsad bikri ma tkunx eliġibbli għal dan;

(b)

ma kienx hemm ħsad totali fiż-żona jew il-produzzjoni ma nbidlitilhiex in-natura tagħha.

(c)

kien hemm impatt negattiv fuq l-ambjent jew konsegwenza fitosanitarja negattiva li għalihom hija responsabbli l-organizzazzjoni tal-produtturi.

2.   Jekk l-organizzazzjoni tal-produtturi ma tkunx wettqet l-obbligi tagħha fir-rigward tan-nuqqas ta' ħlas, hija għandha tħallas, permezz ta' penali, l-ammont tal-kumpens li jirrigwardja ż-żoni li għalihom l-obbligu ma kienx irrispettat. Nuqqas ta' twettiq tal-obbligi għandu jinkludi każijiet fejn:

(a)

iż-żona nnotifikata għan-nuqqas ta' ħsad ma tkunx eliġibbli għal dan;

(b)

xorta waħda sar ħsad jew ħsad parzjali;

(c)

kien hemm impatt negattiv fuq l-ambjent jew konsegwenza fitosanitarja negattiva li għalihom hija responsabbli l-organizzazzjoni tal-produtturi.

Il-Punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika fejn japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48(3).

3.   Il-penali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw flimkien ma' kwalunkwe penali impost skont l-Artikolu 61.

Artikolu 66

Meta ma jitħalliex isir kontroll fuq il-post

Talba għal rikonoxximent, approvazzjoni ta' programm operattiv jew applikazzjoni għall-għajnuna għandha tiġi miċħuda għall-entrata jew il-parti tan-nefqa kkonċernata jekk organizzazzjoni tal-produtturi, inklużi l-membri tagħha jew ir-rappreżentanti rilevanti, ma tippermettix li jsir kontroll fuq il-post.

Artikolu 67

Ħlas tal-għajnuna rkuprata u tal-penali

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew operaturi oħrajn ikkonċernati għandhom iħallsu lura, bl-imgħax, l-għajnuna mħallsa b'mod mhux dovut u għandhom iħallsu l-penali previsti f'din it-Taqsima.

L-imgħax għandu jiġi kkalkolat:

(a)

fuq il-bażi tal-perjodu li jgħaddi bejn l-irċevuta tal-ħlas mhux dovut u r-rimborż tiegħu mill-benefiċjarju;

(b)

bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin, ippubblikata fis-serje “C” ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u li tkun fis-seħħ fil-jum li fih ikun sar il-ħlas mhux dovut, biż-żieda ta' tliet punti perċentwali.

2.   L-għajnuna rkuprata, l-imgħax u l-penali imposti għandhom jitħallsu lill-FAEG.

KAPITOLU VI

Estensjoni tar-regoli

Artikolu 68

Il-kundizzjonijiet għall-estensjoni tar-regoli

1.   L-Artikolu 164 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu japplika għall-prodotti tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati, sakemm ir-regoli msemmija fil-paragrafu 4 ta' dak l-Artikolu:

(a)

ikunu ilhom fis-seħħ għal mill-inqas sena;

(b)

isiru vinkolanti għal mhux aktar minn tliet snin.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-kundizzjoni stipulata fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu meta l-għan tar-regoli li jridu jiġu estiżi jkun wieħed minn dawk imsemmija fil-punti (a), (e), (f), (h), (i), (j), (m) u (n) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 164(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   Ir-regoli li jsiru vinkolanti fuq il-produtturi kollha f'żona ekonomika speċifika ma għandhomx japplikaw għall-prodotti li jiġu kkonsenjati għall-finijiet ta' pproċessar skont kuntratt iffirmat qabel il-bidu tal-ħsad, sakemm l-estensjoni tar-regoli ma tkunx tkopri espliċitament dawn il-prodotti, bl-eċċezzjoni tar-regoli dwar ir-rapportar fis-suq imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 164(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

3.   Ir-regoli tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi ma jistgħux isiru vinkolanti fuq il-produtturi ta' prodotti organiċi koperti mir-Regolament (KE) Nru 834/2007, sakemm ma jkunx intlaħaq qbil dwarhom minn mill-inqas 50 % tal-produtturi koperti minn dak ir-Regolament fiż-żona ekonomika fejn topera l-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u sakemm dik l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni ma tkunx tkopri mill-inqas 60 % ta' tali produzzjoni ta' dik iż-żona.

4.   Ir-regoli msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 164(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandhomx japplikaw għall-prodotti li ġew prodotti barra miż-żona ekonomika speċifika msemmija fl-Artikolu 164(2) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 69

Regoli nazzjonali

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 164(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ż-żona ekonomika li tittieħed f'kunsiderazzjoni fil-każ ta' estensjoni tar-regoli ta' organizzazzjoni interprofessjonali hija reġjun jew it-territorju nazzjonali kollu fejn il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni huma omoġenji.

2.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rappreżentattività tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi skont it-tifsira tal-Artikolu 164(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jeskludu:

(a)

lill-produtturi li l-produzzjoni tagħhom hija essenzjalment maħsuba għal bejgħ dirett lill-konsumaturi minn fuq l-impriża jew miż-żona tal-produzzjoni;

(b)

il-bejgħ dirett kif imsemmi fil-punt (a);

(c)

il-prodotti kkonsenjati għall-ipproċessar skont kuntratt iffirmat qabel il-bidu tal-ħsad, sakemm ir-regoli estiżi ma jkunux ikopru espliċitament dawn il-prodotti;

(d)

il-produtturi jew il-produzzjoni ta' prodotti organiċi koperti mir-Regolament (KE) Nru 834/2007.

Artikolu 70

Notifika tal-estensjoni tar-regoli u taż-żoni ekonomiċi

1.   Meta Stat Membru jinnotifika regoli li jkun għamel vinkolanti għal prodott partikolari u għal żona ekonomika partikolari skont l-Artikolu 164(6) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, huwa għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni dwar:

(a)

iż-żona ekonomika li fiha japplikaw dawk ir-regoli;

(b)

l-organizzazzjoni tal-produtturi, l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-organizzazzjoni interprofessjonali li talbet għall-estensjoni tar-regoli u d-dejta li turi l-konformità mal-Artikolu 164(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(c)

meta l-estensjoni tar-regoli tintalab minn organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-għadd ta' produtturi li jappartjenu għal dik l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni u l-għadd totali ta' produtturi fiż-żona ekonomika kkonċernata; dan it-tagħrif għandu jingħata għas-sitwazzjoni kif tkun fiż-żmien meta ssir it-talba għall-estensjoni;

(d)

meta t-talba għall-estensjoni tar-regoli ssir minn organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-produzzjoni totali taż-żona ekonomika u l-produzzjoni kkummerċjalizzata minn dik l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni matul l-aħħar sena li għaliha jkun hemm figuri disponibbli;

(e)

id-data minn meta r-regoli li għandhom jiġu estiżi bdew japplikaw għall-organizzazzjoni tal-produtturi, għall-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew għall-organizzazzjoni interprofessjonali kkonċernata; u

(f)

id-data minn meta l-estensjoni għandha tidħol fis-seħħ u t-tul ta' żmien tagħha.

2.   Meta Stat Membru jkun stabbilixxa regoli nazzjonali rigward ir-rappreżentattività fil-każ ta' estensjoni tar-regoli tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 164(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, huwa għandu jinnotifika dawk ir-regoli u l-ġustifikazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni, flimkien man-notifika tal-estensjoni tar-regoli nnifisha.

3.   Qabel tagħmel ir-regoli estiżi disponibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri b'dawk ir-regoli bi kwalunkwe mezz li hija tqis li huwa xieraq.

Artikolu 71

Tħassir tal-estensjoni tar-regoli

Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 175(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li titlob lil Stat Membru jħassar estensjoni tar-regoli deċiżi minn dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 164(1) ta' dak ir-Regolament, meta hija ssib li:

(a)

id-deċiżjoni tal-Istat Membru teskludi l-kompetizzjoni f'parti sostanzjali mis-suq intern jew tipperikola l-kummerċ ħieles, jew inkella li l-objettivi tal-Artikolu 39 tat-Trattat ikunu kompromessi;

(b)

l-Artikolu 101(1) tat-Trattat japplika għar-regoli estiżi għal produtturi oħrajn;

(c)

id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu ma jkunux ġew irrispettati.

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta' dawk ir-regoli għandha tapplika mid-data tan-notifika ta' tali sejba lill-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 72

Ix-xerrejja ta' prodotti mibjugħa mis-siġra

1.   F'każijiet fejn produtturi li ma jappartjenux lil organizzazzjoni tal-produtturi jbigħu l-prodott tagħhom mis-siġra, il-bejjiegħ għandu, għall-finijiet ta' konformità mar-regoli li jirrigwardjaw il-kummerċjalizzazzjoni u r-rapportar tal-produzzjoni, jitqies bħala li pproduċa dak il-prodott.

2.   L-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li regoli oħrajn minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu magħmula vinkolanti fuq il-bejjiegħa, meta dawn tal-aħħar ikunu responsabbli għall-ġestjoni tal-produzzjoni kkonċernata.

TITOLU III

KUMMERĊ MA' PAJJIŻI TERZI — SISTEMA TAL-PREZZ TAD-DĦUL

Artikolu 73

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:

(a)

“lott” ifisser l-oġġetti ppreżentati skont dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, li tkopri biss oġġetti tal-istess oriġini li jaqgħu fi ħdan kodiċi NM wieħed; u

(b)

“importatur” ifisser id-dikjarant skont it-tifsira tal-Artikolu 5(15) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

Artikolu 74

Notifika tal-prezzijiet u tal-kwantitajiet tal-prodotti impurtati

1.   Għal kull prodott u għall-perjodi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VII, għal kull jum tas-suq u għal kull oriġini, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, sa nofsinhar (12:00 ħin ta' Brussell) tal-jum tax-xogħol ta' wara, dwar:

(a)

il-prezzijiet rappreżentattivi medji tal-prodotti importati minn pajjiżi terzi u mibjugħa fis-swieq tal-importazzjoni tal-Istati Membri; u

(b)

il-kwantitajiet totali li jirrigwardjaw il-prezzijiet imsemmija fil-punt (a).

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar is-swieq tal-importazzjoni li huma jqisu bħala rappreżentattivi u li għandhom jinkludu lil Londra, Milan, Perpignan u Rungis.

Meta l-kwantitajiet totali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jkunu inqas minn għaxar tunnellati, il-prezzijiet korrispondenti ma għandhomx ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni.

2.   Il-prezzijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati:

(a)

għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness VII;

(b)

għal kull varjetà u daqs disponibbli; u

(c)

fl-istadju tal-importatur/tal-bejjiegħ bl-ingrossa jew fl-istadju tal-bejjiegħ bl-ingrossa/tal-bejjiegħ bl-imnut meta ma jkunu disponibbli ebda prezzijiet fl-istadju tal-importatur/tal-bejjiegħ bl-ingrossa.

Huma għandhom jitnaqqsu bl-ammonti li ġejjin:

(a)

marġini tal-kummerċjalizzazzjoni ta' 15 % għaċ-ċentri tal-kummerċjalizzazzjoni ta' Londra, Milan u Rungis u ta' 8 % għaċ-ċentri tal-kummerċjalizzazzjoni l-oħrajn; u

(b)

l-ispejjeż tat-trasport u tal-assigurazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni.

Għall-ispejjeż tat-trasport u tal-assigurazzjoni li jridu jitnaqqsu skont it-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammonti standard għat-tnaqqis. Dawn l-ammonti standard u l-metodi sabiex jiġu kkalkolati għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni minnufih.

3.   Il-prezzijiet irreġistrati skont il-paragrafu 2 għandhom, meta jkunu stabbiliti fl-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa/imnut, jitnaqqsu:

(a)

b'ammont ugwali għal 9 % sabiex jittieħed f'kunsiderazzjoni l-marġini tal-kummerċ tal-bejjiegħ bl-ingrossa, u

(b)

b'ammont ugwali għal EUR 0,7245 għal kull 100 kilogramma fir-rigward tal-ispejjeż tal-immaniġġjar u t-taxxi u l-ħlasijiet tas-suq.

4.   Għall-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness VII li huma koperti minn standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni, il-prezzijiet li ġejjin għandhom jitqiesu li huma rappreżentattivi:

(a)

il-prezzijiet tal-prodotti tal-Klassi I, meta l-kwantitajiet f'dik il-klassi jkunu jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-kwantitajiet totali kkummerċjalizzati;

(b)

il-prezzijiet tal-prodotti tal-Klassi I u tal-Klassi II, meta l-kwantitajiet f'dawk il-klassijiet ikunu jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-kwantitajiet totali kkummerċjalizzati;

(c)

il-prezzijiet tal-prodotti tal-Klassi II, meta l-prodotti tal-Klassi I ma jkunux disponibbli, sakemm ma jkunx deċiż li għandu jiġi applikat koeffiċjent ta' aġġustament għalihom jekk, bħala riżultat tal-karatteristiċi tal-kwalità tagħhom, dawk il-prodotti ma jkunux normalment ikkummerċjalizzati fil-Klassi I.

Il-koeffiċjent ta' aġġustament imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi applikat wara li jitnaqqsu l-ammonti msemmija fil-paragrafu 2.

Għall-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness VII li mhumiex koperti minn standard speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni, il-prezzijiet tal-prodotti li huma konformi mal-istandard ġenerali tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom jitqiesu li huma rappreżentattivi.

Artikolu 75

Bażi tal-prezz tad-dħul

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 181(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-prodotti tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati msemmija f'dak l-Artikolu għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness VII għal dan ir-Regolament.

2.   Meta l-valur doganali tal-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness VII ikun iddeterminat skont il-valur tat-tranżazzjoni msemmi fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u dak il-valur doganali jkun ogħla b'aktar minn 8 % mir-rata fissa kkalkolata mill-Kummissjoni bħala valur standard tal-importazzjoni fil-mument li ssir id-dikjarazzjoni tar-rilaxx tal-prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-importatur għandu jipprovdi garanzija msemmija fl-Artikolu 148 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (15). Għal dan l-għan, l-ammont ta' dazju tal-importazzjoni li għalih jistgħu jkunu soġġetti l-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness VII għal dan ir-Regolament, għandu jkun l-ammont ta' dazju dovut li kieku l-prodott inkwistjoni kien ikklassifikat fuq il-bażi tal-valur standard tal-importazzjoni kkonċernat.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta l-valur standard tal-importazzjoni jkun ogħla mill-prezzijiet tad-dħul elenkati fl-Anness 2 tat-Taqsima I tal-Parti III tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (16), jew meta d-dikjarant jitlob id-dħul immedjat fil-kontijiet tal-ammonti ta' dazji li għalihom fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jkunu soġġetti l-oġġetti, minflok ma jipprovdi garanzija.

3.   Meta l-valur doganali tal-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness VII jiġi kkalkolat skont l-Artikolu 74(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, id-dazju għandu jitnaqqas kif previst fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892. F'dak il-każ, l-importatur għandu jipprovdi garanzija li tkun daqs l-ammont ta' dazju li kien iħallas kieku l-prodotti kienu kklassifikati fuq il-bażi tal-valur standard tal-importazzjoni applikabbli.

4.   Il-valur doganali tal-oġġetti importati mal-konsenja għandu jiġi ddeterminat direttament skont l-Artikolu 74(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u, għal dan il-għan, il-valur standard tal-importazzjoni kkalkolat skont l-Artikolu 38 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892 għandu jiġi applikat matul il-perjodi fis-seħħ.

5.   L-importatur għandu jkollu xahar mill-bejgħ tal-prodotti inkwistjoni, soġġett għal limitu ta' erba' xhur mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, sabiex juri li l-lott tneħħa skont il-kundizzjonijiet li jikkonfermaw il-korrettezza tal-prezzijiet imsemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, jew sabiex jiddetermina l-valur doganali msemmi fl-Artikolu 74(2)(c) ta' dak ir-Regolament.

In-nuqqas ta' ssodisfar ta' waħda minn dawn l-iskadenzi għandu jinvolvi t-telf tal-garanzija pprovduta, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-paragrafu 6.

Il-garanzija pprovduta għandha tiġi rrilaxxata jekk l-awtoritajiet doganali jingħataw prova tal-kundizzjonijiet tat-tneħħija li tkun tissodisfahom. Inkella, il-garanzija għandha tintilef permezz tal-ħlas tad-dazji tal-importazzjoni.

Sabiex juri li l-lott tneħħa skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, l-importatur għandu jagħmel disponibbli, minbarra l-fattura, id-dokumenti kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli doganali rilevanti fir-rigward tal-bejgħ u t-tneħħija ta' kull prodott tal-lott inkwistjoni, inklużi dokumenti relatati mat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġjar u l-ħażna tal-lott.

Meta l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jitolbu li l-varjetà tal-prodott jew it-tip tal-frott u l-ħxejjex jiġu indikati fuq l-imballaġġ, il-varjetà tal-prodott jew it-tip tal-frott u l-ħxejjex li jifformaw parti mil-lott għandhom jiġu indikati fuq id-dokumenti relatati mat-trasport, il-fatturi u l-ordni tal-kunsinna.

6.   Il-limitu ta' żmien ta' erba' xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 jista' jiġi estiż mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru b'massimu ta' tliet xhur fuq talba tal-importatur, li għandha tkun debitament iġġustifikata.

Jekk meta jivverifikaw, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistabbilixxu li r-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu ma ġewx issodisfati, huma għandhom jirkupraw id-dazju dovut skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. L-ammont tad-dazju li għandu jiġi rkuprat, jew li għad irid jiġi rkuprat, għandu jinkludi l-imgħax mid-data li fiha l-oġġetti kienu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera sad-data tal-irkupru. Ir-rata tal-imgħax applikata għandha tkun dik li tkun fis-seħħ għall-operazzjonijiet ta' rkupru skont il-liġi nazzjonali.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI, TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 76

Penali nazzjonali

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe penali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, f'dan ir-Regolament jew fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892, l-Istati Membri għandhom japplikaw penali fil-livell nazzjonali għall-irregolaritajiet fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti f'dawk ir-regolamenti, inkluż fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li ma jkunux qegħdin jimplimentaw programm operattiv. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi sabiex b'hekk jipprovdu protezzjoni adegwata għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Artikolu 77

Notifiki

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità jew entità kompetenti waħda li tkun responsabbli għat-twettiq tal-obbligi tan-notifiki fir-rigward ta' kull wieħed mis-suġġetti li ġejjin:

(a)

il-gruppi ta' produtturi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, kif previst fl-Artikolu 54;

(b)

il-prezzijiet tal-produtturi għall-frott u l-ħxejjex fis-suq intern, kif previst fl-Artikolu 55;

(c)

il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-prodotti importati minn pajjiżi terzi u mibjugħa fis-swieq rappreżentattivi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 74;

(d)

il-volumi tal-importazzjoni mpoġġija f'ċirkolazzjoni libera, kif previst fl-Artikolu 39 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-ħatra u bid-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità jew tal-entità kkonċernata, kif ukoll b'kull bidla f'dan it-tagħrif.

Il-lista tal-awtoritajiet jew tal-entitajiet maħtura, li jkun fiha l-ismijiet u l-indirizzi tagħhom, għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku b'kull mezz xieraq permezz tas-sistemi ta' tagħrif implimentati mill-Kummissjoni, inkluża l-pubblikazzjoni fuq l-Internet.

3.   In-notifiki previsti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892 għandhom isiru b'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (17).

4.   Jekk Stat Membru jonqos milli jagħmel notifika kif mitlub skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dan ir-Regolament jew ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892, jew jekk jagħmel notifika li tidher li ma tkunx korretta fid-dawl tal-fatti oġġettivi li jkollha f'idejha l-Kummissjoni, din tal-aħħar tista' tissospendi l-ħlasijiet kollha jew parti mill-ħlasijiet li jsiru kull xahar imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex sakemm in-notifika ssir kif suppost.

Artikolu 78

Notifika ta' force majeure

Għall-finijiet tal-Artikoli 59(7) u 64(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, kwalunkwe każ ta' force majeure għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, b'evidenza rilevanti għas-sodisfazzjon ta' dik l-awtorità, fi żmien 30 jum tax-xogħol mid-data li fiha seħħ il-każ ta' force majeure.

Artikolu 79

Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jitħassar;

(2)

L-Artikoli 19 sa 35 jitħassru;

(3)

L-Artikoli 50 sa 148 jitħassru;

(4)

L-Annessi VI sa XVIII jitħassru.

Artikolu 80

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34, fuq talba ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, programm operattiv approvat skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jista':

(a)

ikompli jopera sat-tmiem tiegħu taħt il-kundizzjonijiet applikabbli skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011;

(b)

jiġi mmodifikat sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892; jew inkella

(c)

jiġi sostitwit minn programm operattiv ġdid approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dan ir-Regolament u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.

2.   B'deroga mill-Artikolu 23, il-limitu fuq l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-2017 għandu jiġi kkalkolat skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

3.   Fir-rigward tal-gruppi ta' produtturi msawra skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-dispożizzjonijiet imħassrin tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 imsemmija fl-Artikolu 79 ta' dan ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw sakemm dawk il-gruppi ta' produtturi jkunu ġew rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi jew sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun irkupra l-għajnuna mħallsa skont l-Artikolu 116(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

Artikolu 81

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(6)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 tat-13 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (ara paġna 57 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f'żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).

(11)  Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2003 dwar il-kontabbiltà ekonomika għall-agrikoltura fil-Komunità (ĠU L 33, 5.2.2004, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(15)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(17)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).


ANNESS I

Prodotti pproċessati msemmija fl-artikolu 22(2)

Kategorija

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Meraq tal-frott

ex 2009

Meraq tal-frott, minbarra l-meraq tal-għeneb u l-most tas-subintestaturi 2009 61 u 2009 69 , il-meraq tal-banana tas-subintestatura ex 2009 80 u l-meraq ikkonċentrat, mhux iffermentat u bla spirti miżjuda, kemm jekk ikun fih zokkor jew sustanzi ta' ħlewwa oħra miżjuda kif ukoll jekk le.

Meraq tal-frott ikkonċentrat huwa meraq tal-frott li jaqa' taħt l-intestatura ex 2009 li jitħejja permezz tat-tneħħija fiżika ta' mill-inqas 50 % o tal-kontenut tal-ilma, f'pakketti ta' kontenut nett ta' mhux inqas minn 200 kg.

Kunserva tat-tadam

ex 2002 90 31

ex 2002 90 91

Kunserva tat-tadam b'kontenut ta' piż niexef ta' mhux inqas minn 28 % f'pakketti immedjati ta' kontenut nett ta' mhux inqas minn 200 kg.

Frott u ħxejjex iffriżati

ex 0710

Ħxejjex (mhux imsajrin jew imsajrin bil-fwar jew fl-ilma jagħli) iffriżati, minbarra qamħirrum ħelu tas-subintestatura 0710 40 00 , żebbuġ tas-subintestatura 0710 80 10 u l-frott tal-ġeneru Capsicum jew tal-ġeneru Pimenta tas-subintestatura 0710 80 59 .

ex 0811

Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, iffriżati, mingħajr iż-żieda ta' zokkor jew ta' xi sustanza ta' ħlewwa oħra, minbarra l-banana ffriżata li taqa' fi ħdan is-subintestatura ex 0811 90 95 .

ex 2004

Ħxejjex oħrajn ippreparati jew ippriservati b'mod ieħor għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, iffriżati, minbarra l-prodotti tal-intestatura 2006 , minbarra qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata) tas-subintestatura ex 2004 90 10 , żebbuġ tas-subintestatura ex 2004 90 30 u patata ppreparata jew ippriservata fil-forma ta' dqiq, mitħuna jew f'biċċiet, tas-subintestatura 2004 10 91 .

Frott u ħxejjex tal-bott

ex 2001

Ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta' pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippriservati bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, minbarra:

frott tal-ġeneru Capsicum għajr bżar ħelu jew piment tas-subintestatura 2001 90 20

qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata) tas-subintestatura 2001 90 30

jam, patata ħelwa u partijiet simili li jittieklu ta' pjanti li jkun fihom 5 % jew aktar skont il-piż ta' lamtu tas-subintestatura 2001 90 40

qlub tal-palm tas-subintestatura 2001 90 60

żebbuġ tas-subintestatura 2001 90 65

weraq tad-dielja, rimjiet tal-ħops u partijiet simili oħrajn li jittieklu ta' pjanti li jaqgħu taħt is-subintestatura ex 2001 90 97 .

ex 2002

Tadam ippreparat jew ippriservat għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, minbarra kunserva tat-tadam tas-subintestaturi ex 2002 90 31 u ex 2002 90 91 deskritti hawn fuq.

ex 2005

Ħxejjex oħrajn ippreparati jew ippriservati għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżati, minbarra prodotti tal-intestatura 2006 minbarra żebbuġ tas-subintestatura 2005 70 , qamħirrum ħelu (Zea mays var. saccharata) tas-subintestatura 2005 80 00 u frott tal-ġeneru Capsicum, minbarra bżar ħelu jew piment tas-subintestatura ex 2005 99 10 u patata ppreparata jew ippriservata fil-forma ta' dqiq, mitħuna jew f'biċċiet tas-subintestatura 2005 20 10 .

ex 2008

Frott, ġewż u partijiet oħrajn li jittieklu ta' pjanti, ippreparati jew ippriservati b'mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor xi jew xi sustanza oħra ta' ħlewwa jew spirtu miżjuda kif ukoll jekk le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar, minbarra:

butir tal-karawett tas-subintestatura 2008 11 10

ġewż ieħor, ippreparat jew ippriservat b'mod ieħor, kemm jekk fih zokkor jew xi sustanza oħra ta' ħlewwa miżjuda kif ukoll jekk le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar, tas-subintestatura ex 2008 19

qlub tal-palm tas-subintestatura 2008 91 00

qamħirrum tas-subintestatura 2008 99 85

jam, patata ħelwa u partijiet simili li jittieklu ta' pjanti li jkun fihom 5 % jew aktar skont il-piż ta' lamtu tas-subintestatura 2008 99 91

weraq tad-dielja, rimjiet tal-ħops u partijiet simili oħrajn li jittieklu ta' pjanti li jaqgħu taħt is-subintestatura ex 2008 99 99

taħlitiet tal-banana mħejjija jew ippriservati b'mod ieħor tas-subintestaturi ex 2008 92 59 , ex 2008 92 78 , ex 2008 92 93 u ex 2008 92 98

banana ppreparata jew ippriservata b'mod ieħor tas-subintestaturi ex 2008 99 49 , ex 2008 99 67 u ex 2008 99 99 .

Faqqiegħ tal-bott

2003 10

Faqqiegħ tal-ġeneru Agaricus, ippreparat jew ippriservat b'mod ieħor għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku.

Frott provviżorjament ippriservat fis-salmura

ex 0812

Frott u ġewż, provviżorjament ippriservati fis-salmura, iżda li f'dak l-istat mhumiex tajbin għal konsum immedjat, minbarra l-banana provviżorjament ippriservata li taqa' taħt is-subintestatura ex 0812 90 98 .

Frott imnixxef

ex 0813

0804 20 90

0806 20

ex 2008 19

Frott, imnixxef, għajr dak tal-intestaturi 0801 sa 0806 .

Tin imnixxef.

Għeneb imnixxef.

Ġewż ieħor, ippreparat jew ippriservat b'mod ieħor, kemm jekk ikun fih zokkor xi jew xi sustanza oħra ta' ħlewwa miżjuda kif ukoll jekk le, mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor, minbarra l-ġewż tropikali u t-taħlitiet tiegħu.

Frott u ħxejjex oħrajn ipproċessati

 

Frott u ħxejjex ipproċessati elenkati fil-Parti X tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013, differenti mill-prodotti elenkati fil-kategoriji ta' hawn fuq.

Ħwawar aromatiċi pproċessati

ex 0910

ex 1211

Sagħtar imnixxef.

Ħabaq, melissa, nagħniegħ, l-origanum vulgare (riegnu/merdqux selvaġġ), klin, salvja, kemm jekk maqtugħa, imfarrka jew mitħuna kif ukoll jekk le.

Trab tal-paprika

ex 0904

Bżar tal-ġeneru Piper; frott tal-ġeneru Capsicum jew tal-ġeneru Pimenta, imnixxef jew imfarrak jew mitħun, minbarra l-bżar ħelu li jaqa' fi ħdan is-subintestatura 0904 20 10 .


ANNESS II

Lista ta' azzjonijiet u nfiq mhux eliġibbli taħt il-programmi operattivi msemmija fl-artikolu 31(1)

1.

Spejjeż tal-produzzjoni ġenerali u, b'mod partikolari, spejjeż għal miċelju, żrieragħ u pjanti mhux perennjali (anki ċċertifikati); prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (inkluż materjal ta' kontroll integrat); fertilizzanti u elementi oħra tal-produzzjoni; spejjeż ta' kollezzjoni jew trasport (intern jew estern); spejjeż tal-ħażna; spejjeż tal-ippakkjar (inkluż l-użu u l-immaniġġjar tal-imballaġġ), anki bħala parti minn proċessi ġodda; spejjeż tat-tħaddim (b'mod partikolari l-elettriku, il-fjuwil u l-manutenzjoni).

2.

Spejjeż amministrattivi u tal-persunal bl-eċċezzjoni tal-infiq relatat mal-implimentazzjoni ta' fondi operattivi u programmi operattivi.

3.

Supplimenti ta' dħul jew prezz barra mill-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kriżijiet.

4.

Spejjeż tal-assigurazzjoni li mhumiex marbutin mal-miżuri tal-assigurazzjoni tal-ħsad imsemmija fit-Taqsima 7 tal-Kapitolu III tat-Titolu II.

5.

Rimbors ta' self meħud għal operazzjoni mwettqa qabel il-bidu tal-programm operattiv minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 38.

6.

Xiri ta' proprjetà mhux mibnija li tiswa aktar minn 10 % tan-nefqa kollha eliġibbli fuq l-operazzjoni kkonċernata.

7.

L-ispejjeż tal-laqgħat u tal-programmi ta' taħriġ mhux relatati mal-programm operattiv.

8.

Operazzjonijiet jew spejjeż relatati mal-kwantitajiet prodotti mill-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi barra mill-Unjoni.

9.

Operazzjonijiet li jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni fl-attivitajiet ekonomiċi l-oħrajn tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

10.

Investiment f'mezzi ta' trasport li jintużaw għall-kummerċjalizzazzjoni jew għad-distribuzzjoni mill-organizzazzjoni tal-produtturi.

11.

Spejjeż operattivi tal-prodotti mikrija.

12.

Infiq marbut mal-kuntratti tal-kiri (taxxi, imgħax, spejjeż tal-assigurazzjoni, eċċ.) u spejjeż operattivi.

13.

Kuntratti ta' sottokuntrattar jew esternalizzazzjoni li jirrigwardjaw l-operazzjonijiet jew l-infiq imsemmija bħala mhux eliġibbli f'din il-lista.

14.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) ħlief fejn din ma tkunx tista' tiġi rkuprata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-VAT.

15.

Kwalunkwe taxxa jew imposta fiskali nazzjonali jew reġjonali.

16.

Imgħax fuq id-dejn, ħlief fejn il-kontribuzzjoni ssir f'forma li mhijiex assistenza diretta mhux ripagabbli.

17.

Investimenti f'ishma jew kapital ta' kumpaniji, jekk l-investiment ikun jirrappreżenta investiment finanzjarju.

18.

Spejjeż imġarrba minn partijiet li mhumiex l-organizzazzjoni tal-produtturi jew il-membri tagħha u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew il-membri produtturi tagħhom jew kumpaniji sussidjarji fis-sitwazzjoni msemmija fil-Artikolu 22(8).

19.

Investimenti jew tipi ta' azzjonijiet simili mhux fuq l-azjendi u/jew l-istabbilimenti tal-organizzazzjoni tal-produtturi, l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, jew il-membri produtturi tagħhom jew kumpanija sussidjarja fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(8).

20.

Miżuri esternalizzati mill-organizzazzjoni tal-produtturi barra mill-Unjoni.


ANNESS III

Lista mhux eżawrjenti ta' azzjonijiet u nfiq eliġibbli taħt il-programmi operattivi msemmija fl-artikolu 31(1)

1.

Spejjeż speċifiċi għal:

miżuri għat-titjib tal-kwalità;

materjal bijoloġiku għall-protezzjoni tal-pjanti (bħal feromoni u predaturi), kemm jekk użati fi produzzjoni organika, integrata jew konvenzjonali;

azzjonijiet ambjentali msemmija fl-Artikolu 33(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

produzzjoni organika, integrata jew sperimentali, inklużi spejjeż speċifiċi għal żrieragħ organiċi u nebbieta;

monitoraġġ tal-konformità mal-istandards imsemmija fit-Titolu II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, mar-regoli dwar is-saħħa tal-pjanti u mal-livell massimu ta' residwi.

Spejjeż speċifiċi għandhom ifissru l-ispejjeż addizzjonali, ikkalkolati bħala d-differenza bejn l-ispejjeż konvenzjonali u l-ispejjeż effettivament imġarrba, u d-dħul mitluf, li jirriżultaw minn azzjoni li teskludi d-dħul addizzjonali u l-iffrankar tal-ispejjeż.

Għal kull kategorija ta' spejjeż speċifiċi eliġibbli msemmija fl-ewwel paragrafu, sabiex jiġu kkalkolati l-ispejjeż addizzjonali mqabbla ma' dawk konvenzjonali, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, b'mod ġustifikat sewwa, rati fissi standard jew skali ta' spejjeż għal kull unità.

2.

Spejjeż amministrattivi u tal-persunal li jirrigwardjaw l-implimentazzjoni ta' fondi operattivi u programmi operattivi, li għandhom jinkludu:

(a)

spejjeż ġenerali speċifikament marbuta mal-fond operattiv jew mal-programm operattiv, inklużi spejjeż tal-ġestjoni u tal-persunal, rapporti u studji ta' evalwazzjoni, u l-ispejjeż għaż-żamma tal-kontijiet u l-ġestjoni tal-kontijiet, permezz tal-pagament ta' rata fissa standard sa massimu ta' 2 % tal-fond operattiv kif approvat skont l-Artikolu 33 u sa massimu ta' EUR 180 000, li jinkludu kemm l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

Fil-każ tal-programmi operattivi mressqa minn assoċjazzjonijiet rikonoxxuti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-ispejjeż ġenerali għandhom jiġu kkalkolati bħala ż-żieda mal-ispejjeż ġenerali ta' kull organizzazzjoni tal-produtturi kif previst fl-ewwel paragrafu, iżda għandhom ikunu limitati sa massimu ta' EUR 1 250 000 għal kull assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-finanzjament għall-ispejjeż reali, f'liema każ għandhom jiddefinixxu l-ispejjeż eliġibbli;

(b)

spejjeż tal-persunal, inklużi ħlasijiet legalment obbligatorji marbuta mal-pagi u s-salarji, jekk dawn jitħallsu direttament mill-organizzazzjoni tal-produtturi, mill-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew minn kumpaniji sussidjarji fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(8) soġġetti għall-approvazzjoni tal-Istati Membri, minn kooperattivi li huma membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi, li jirriżultaw minn miżuri maħsuba:

(i)

sabiex itejbu jew iżommu livell għoli ta' kwalità jew protezzjoni ambjentali;

(ii)

sabiex itejbu l-livell tal-kummerċjalizzazzjoni.

L-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri għandha essenzjalment tinvolvi l-użu ta' persunal ikkwalifikat. Jekk, f'dawn il-każijiet, l-organizzazzjoni tal-produtturi tuża l-impjegati tagħha stess jew membri produtturi, iż-żmien maħdum għandu jkun iddokumentat.

Jekk Stat Membru jkun jixtieq jipprovdi alternattiva għar-restrizzjoni tal-finanzjament għall-ispejjeż reali, għall-ispejjeż tal-persunal kollha eliġibbli msemmija f'dan il-punt, huwa għandu jistabbilixxi, ex ante u b'mod debitament ġustifikat, rati fissi standard jew skali ta' spejjeż għal kull unità sa massimu ta' 20 % tal-fond operattiv approvat. Dan il-perċentwal jista' jiżdied f'każijiet li jkunu debitament ġustifikati.

Meta jitolbu dawk ir-rati fissi standard, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jipprovdu prova tal-implimentazzjoni tal-azzjoni għas-sodisfazzjon tal-Istat Membru;

(c)

spejjeż legali u amministrattivi tal-fużjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif ukoll spejjeż legali u amministrattivi relatati mal-ħolqien ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali jew assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi; studji ta' fattibbiltà u proposti kkummissjonati minn organizzazzjonijiet tal-produtturi f'dan ir-rigward.

3.

Spejjeż tal-laqgħat u tal-programmi ta' taħriġ fejn ikunu relatati mal-programm operattiv, inklużi allowances ta' kuljum, spejjeż tat-trasport u tal-akkomodazzjoni, fejn applikabbli, fuq bażi ta' rata fissa standard jew skali ta' spejjeż għal kull unità.

4.

Il-promozzjoni ta':

ditti/marki kummerċjali tal-organizzazzjoni tal-produtturi, assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u kumpaniji sussidjarji fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(8),

promozzjoni ġenerika u promozzjoni ta' tikketti ta' kwalità.

spejjeż għall-istampar promozzjonali fuq l-imballaġġ jew fuq tikketti taħt kwalunkwe wieħed mill-ewwel inċiż jew mit-tieni inċiż bil-kundizzjoni li dan ikun previst fil-programm operattiv.

Ismijiet ġeografiċi huma permessi biss jekk:

(a)

ikunu denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, koperti mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); jew inkella

(b)

fil-każijiet kollha fejn il-punt (a) ma japplikax, dawn l-ismijiet ġeografiċi jkunu sekondarji għall-messaġġ prinċipali.

Kwalunkwe materjal promozzjonali għall-promozzjoni ġenerika u l-promozzjoni ta' tikketti tal-kwalità għandu jkollu fuqu l-emblema tal-Unjoni Ewropea (fil-każ ta' midja viżwali biss) u għandu jinkludi d-dikjarazzjoni li ġejja: “Kampanja ffinanzjata bl-għajnuna tal-Unjoni Ewropea”. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-kumpaniji sussidjarji li jinsabu fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(8) ta' dan ir-Regolament ma għandhomx jużaw l-emblema tal-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-ditti/marki kummerċjali tagħhom.

5.

Spejjeż għat-trasport, l-issortjar u l-imballaġġ relatati mad-distribuzzjoni bla ħlas kif imsemmi fl-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/892.

6.

Ix-xiri ta' art mhux mibnija, fejn ix-xiri jkun meħtieġ għat-twettiq ta' investiment inkluż fil-programm operattiv, diment li dan ikun jiswa inqas minn 10 % tan-nefqa eliġibbli kollha fuq l-operazzjoni kkonċernata; f'każijiet eċċezzjonali u ġustifikati sewwa, jista' jiġi ffissat perċentwal ogħla għal operazzjonijiet li jikkonċernaw il-konservazzjoni ambjentali.

7.

Ix-xiri ta' tagħmir, inkluż tagħmir użat, diment li dan ma jkunx inxtara b'appoġġ nazzjonali jew appoġġ mill-Unjoni f'perjodu ta' seba' snin qabel ix-xiri.

8.

Investimenti fil-mezzi tat-trasport, fejn l-organizzazzjoni tal-produtturi tiġġustifika sewwa lill-Istat Membru kkonċernat għaliex il-mezz ta' trasport għandu jintuża biss għal trasport intern għall-organizzazzjoni tal-produtturi; u investimenti f'faċilitajiet addizzjonali fuq it-trakk għall-ħażna mkessħa jew għat-trasport b'atmosfera kkontrollata.

9.

Il-lokazzjoni, inkluża dik ta' tagħmir użat li ma jkunx irċieva appoġġ mill-Unjoni jew appoġġ nazzjonali f'perjodu ta' seba' snin qabel il-lokazzjoni, fi ħdan il-limiti tal-valur tas-suq nett tal-oġġett.

10.

Kiri ta' tagħmir jew oġġetti oħrajn, fejn dan ikun ekonomikament ġustifikat, bħala alternattiva għax-xiri, bl-approvazzjoni tal-Istat Membru.

11.

Investimenti f'ishma jew kapital ta' kumpaniji li jikkontribwixxu direttament biex jinkisbu l-għanijiet tal-programm operattiv.


(1)  mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità applikabbli għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).


ANNESS IV

Ammonti massimi ta' appoġġ għall-irtirar mis-suq kif imsemmi fl-artikolu 45(1)

Prodott

Appoġġ massimu (EUR/100 kg)

Distribuzzjoni bla ħlas

Destinazzjonijiet oħrajn

Pastard

21,05

15,79

Tadam (mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Ottubru)

7,25

7,25

Tadam (mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Mejju)

33,96

25,48

Tuffieħ

24,16

18,11

Għeneb

53,52

40,14

Berquq

64,18

48,14

Nuċiprisk

37,82

28,37

Ħawħ

37,32

27,99

Lanġas

33,96

25,47

Brunġiel

31,2

23,41

Bettieħ

48,1

36,07

Dulliegħ

9,76

7,31

Larinġ

21,00

21,00

Mandolin

25,82

19,50

Klementini

32,38

24,28

Satsumas

25,56

19,50

Lumi

29,98

22,48


ANNESS V

Tagħrif li għandu jiġi inkluż fir-rapport annwali tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 54(b)

It-tagħrif kollu għandu jirrigwardja s-sena li tkun qed tiġi rrapportata. Għandu jinkludi wkoll tagħrif dwar l-infiq imħallas wara l-aħħar tas-sena li tkun qed tiġi rrapportata. Għandu jkopri tagħrif dwar il-kontrolli mwettqa u l-penali amministrattivi applikati fir-rigward ta' dik is-sena, inklużi dawk imwettqa jew applikati wara dik is-sena. Fir-rigward tat-tagħrif li jvarja matul is-sena, ir-rapport annwali għandu jinkludi ħarsa ġenerali lejn il-varjazzjonijiet ta' dan it-tagħrif li jkunu seħħew matul is-sena rrapportata, kif ukoll is-sitwazzjoni eżistenti fil-31 ta' Diċembru tas-sena rrapportata.

PARTI A — TAGĦRIF GĦALL-ĠESTJONI TAS-SUQ

1.   Tagħrif amministrattiv

(a)

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata sabiex timplimenta l-Artikoli 32 sa 38, 152 sa 160, 164 u 165 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, inkluża l-istrateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli applikabbli għall-programmi operattivi implimentati fis-sena rrapportata.

(b)

Tagħrif dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u gruppi ta' produtturi:

in-numru tal-kodiċi;

l-isem u d-dettalji ta' kuntatt;

id-data tar-rikonoxximent (rikonoxximent preliminari f'każ ta' gruppi ta' produtturi);

l-entitajiet legali kollha jew partijiet definiti b'mod ċar tal-entitajiet legali involuti u l-kumpaniji sussidjarji kollha involuti;

l-għadd ta' membri (maqsum bejn il-produtturi u dawk li mhumiex produtturi), kif ukoll il-bidliet fis-sħubija matul is-sena;

erja tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex (it-total u t-total maqsum skont l-għelejjel ewlenin), il-kopertura tal-prodott u deskrizzjoni tal-prodotti finali mibjugħa (bl-indikazzjoni tal-valur u l-volum tagħhom skont is-sorsi ewlenin) u d-destinazzjonijiet ewlenin tal-prodotti, skont il-valur (bid-dettalji dwar il-prodotti kkummerċjalizzati għas-suq tal-prodotti friski, il-prodotti mibjugħa għall-ipproċessar u l-prodotti li ġew irtirati mis-suq);

bidliet fl-istrutturi matul is-sena, b'mod partikolari: korpi rikonoxxuti jew imsawra riċentament, irtirar u sospensjonijiet ta' rikonoxximenti u fużjonijiet bid-dati ta' dawn l-avvenimenti.

(c)

Tagħrif dwar organizzazzjonijiet interprofessjonali:

l-isem tal-organizzazzjoni u d-dettalji ta' kuntatt;

data ta' rikonoxximent;

il-kopertura tal-prodott;

bidliet matul is-sena.

2.   Tagħrif relatat mal-infiq

(a)

Organizzazzjonijiet tal-produtturi. Dejta finanzjarja għal kull benefiċjarju (organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi):

fond operattiv: l-ammont totali, l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni, mill-Istat Membru (assistenza nazzjonali), kontribuzzjonijiet mill-organizzazzjoni tal-produtturi u l-membri;

deskrizzjoni tal-livell ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

dejta finanzjarja tal-programm operattiv, maqsuma bejn organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi;

valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata: total u total maqsum fl-entitajiet legali differenti li jikkomprendu l-organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

infiq fuq il-programm operattiv, maqsum skont il-miżuri u t-tipi ta' azzjonijiet magħżula bħala eliġibbli għall-appoġġ;

tagħrif dwar il-volum tal-prodotti rtirati maqsuma skont il-prodotti u skont ix-xhur u bejn il-volumi totali rtirati mis-suq u l-volumi li jsir disponiment minnhom permezz ta' distribuzzjoni bla ħlas, espressi f'tunnellati;

lista tal-korpi approvati għall-finijiet tal-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(b)

Għall-gruppi ta' produtturi msawra skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dejta finanzjarja għal kull benefiċjarju:

l-ammont totali, l-għajnuna mill-Unjoni u mill-Istat Membru u l-kontribuzzjonijiet mill-grupp ta' produtturi u l-membri;

għajnuna mill-Istat Membru, li turi s-subtotali għal gruppi ta' produtturi fl-ewwel, fit-tieni, fit-tielet, fir-raba' u fil-ħames sena tal-perjodu ta' tranżizzjoni;

infiq fuq l-investimenti meħtieġa sabiex jinkiseb rikonoxximent skont l-Artikolu 103a(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 bi tqassim fl-għajnuna mill-Unjoni u mill-Istat Membru u l-kontribuzzjoni tal-grupp ta' produtturi;

il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, b'subtotali għal gruppi ta' produtturi fl-ewwel, fit-tieni, fit-tielet, fir-raba' u fil-ħames sena tal-perjodu ta' tranżizzjoni.

(c)

Għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-gruppi ta' produtturi msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013:

il-valur u l-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata u l-għadd ta' membri.

3.   Tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali:

deskrizzjoni sommarja tal-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-programmi operattivi, maqsuma bejn kull tip ta' miżura kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(f). Id-deskrizzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-indikaturi finanzjarji u l-indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati u għandha tiġbor fil-qosor it-tagħrif ipprovdut fir-rapporti ta' progress annwali trażmessi mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi dwar il-programmi operattivi;

sommarju tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-programmi operattivi, kif trażmessi mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, inklużi l-valutazzjonijiet kwalitattivi tar-riżultati u l-impatt tal-azzjonijiet ambjentali;

sommarju tal-problemi ewlenin iffaċċjati fl-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali u l-ġestjoni tagħha u kwalunkwe miżura meħuda, inkluża indikazzjoni ta' jekk l-istrateġija nazzjonali kinitx aġġornata u r-raġuni għall-aġġornament. Kopja tal-istrateġija aġġornata għandha tkun annessa mar-rapport annwali.

PARTI B — TAGĦRIF GĦALL-APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET

Tagħrif dwar il-kontrolli u l-penali amministrattivi:

il-kontrolli mwettqa mill-Istat Membru: id-dettalji ta' korpi li kienu spezzjonati u d-dati taż-żjarat;

ir-rati tal-kontrolli;

ir-riżultati tal-kontrolli;

il-penali amministrattivi applikati.


ANNESS VI

Notifika tal-prezzijiet imsemmija fl-Artikolu 55(1)

Prodott

Tip/varjetà

Preżentazzjoni/daqs

Swieq Rappreżentattivi

Tadam

Tond

Daqs 57-100 mm, fi kwantità kbira f'pakketti ta' madwar 5-6 kg

Il-Belġju

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

L-Ungerija

In-Netherlands

Il-Polonja

Il-Portugall

Ir-Rumanija

Għenieqed

fi kwantità kbira f'pakketti ta' madwar 3-6 kg

Ċirasa

Tilari ta' madwar 250-500 g

Berquq

It-tipi u l-varjetajiet kollha

Daqs 45-50 mm

Tilari jew pakketti ta' madwar 6-10 kg

Il-Bulgarija

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

L-Ungerija

Nuċiprisk

Laħam abjad

Daqs A/B

Tilari jew pakketti ta' madwar 6-10 kg

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

Laħam isfar

Daqs A/B

Tilari jew pakketti ta' madwar 6-10 kg

Ħawħ

Laħam abjad

Daqs A/B

Tilari jew pakketti ta' madwar 6-10 kg

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

L-Ungerija

Il-Portugall

Laħam isfar

Daqs A/B

Tilari jew pakketti ta' madwar 6-10 kg

Għeneb tal-mejda

It-tipi u l-varjetajiet kollha biż-żerriegħa

Tilari jew pakketti ta' 1 kg

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

L-Ungerija

Il-Portugall

Tilari jew pakketti ta' 1 kg

It-tipi u l-varjetajiet kollha mingħajr żerriegħa

Lanġas

Blanquilla

Daqs 55/60, pakketti ta' madwar 5-10 kg

Il-Belġju

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

L-Ungerija

In-Netherlands

Il-Polonja

Il-Portugall

Conference

Daqs 60/65+, pakketti ta' madwar 5-10 kg

Williams

Daqs 65+/75+, pakketti ta' madwar 5-10 kg

Rocha

Abbé Fétel

Daqs 70/75, pakketti ta' madwar 5-10 kg

Kaiser

Doyenné du Comice

Daqs 75/90, pakketti ta' madwar 5-10 kg

Tuffieħ

Golden Delicious

Daqs 70/80, pakketti ta' madwar 5-20 kg

Il-Belġju

Ir-Repubblika Ċeka

Il-Ġermanja

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Awstrija

Braeburn

Jonagold (jew Jonagored)

Idared

Fuji

Shampion

Granny Smith

Red delicious u varjetajiet ħomor oħrajn

Boskoop

Gala

Daqs 70/80, pakketti ta' madwar 5-20 kg

Franza

L-Italja

L-Ungerija

In-Netherlands

Il-Polonja

Il-Portugall

Ir-Rumanija

Elstar

Cox Orange

Satsumas

Il-varjetajiet kollha

Daqsijiet 1-X — 3, pakketti ta' madwar 10-20 kg

Spanja

Lumi

Il-varjetajiet kollha

Daqsijiet 3-4, pakketti ta' madwar 10-20 kg

Il-Greċja

Spanja

L-Italja

Klementini

Il-varjetajiet kollha

Daqsijiet 1-X -3, pakketti ta' madwar 10-20 kg

Il-Greċja

Spanja

L-Italja

Mandolin

Il-varjetajiet kollha

Daqsijiet 1 — 2, pakketti ta' madwar 10-20 kg

Il-Greċja

Spanja

L-Italja

Il-Portugall

Larinġ

Salustiana

Daqs 3-6, pakketti ta' madwar 10-20 kg

Il-Greċja

Spanja

L-Italja

Il-Portugall

Navelinas

Navelate

Lanelate

Valencia late

Tarocco

Navel

Zukkini

Il-varjetajiet kollha

Daqs 14-21, sfużi fil-pakkett

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

In-Netherlands

Ċiras

Il-varjetajiet ħelwin kollha

Daqsijiet 22 u akbar, sfużi fil-pakkett

Il-Bulgarija

Ir-Repubblika Ċeka

Il-Ġermanja

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

L-Ungerija

Il-Polonja

Il-Portugall

Ir-Rumanija

Ħjar

Varjetajiet lixxi

Daqsijiet 350-500 g, irranġati fil-pakkett

Il-Bulgarija

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

L-Ungerija

In-Netherlands

Il-Polonja

Tewm

Abjad

Daqs 50-60 mm, pakketti ta' madwar 2-5 kg

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

L-Ungerija

Vjola

Daqs 45-55 mm, pakketti ta' madwar 2-5 kg

Kaboċċi torja

Daqs 50-60 mm, pakketti ta' madwar 2-5 kg

Għajnbaqar

It-tipi u l-varjetajiet kollha

Daqs 35 mm u aktar

Il-Bulgarija

Il-Ġermanja

Spanja

Franza

L-Italja

L-Ungerija

Il-Polonja

Ir-Rumanija

Daqs 35 mm u aktar

Daqs 40 mm u aktar

Daqs 40 mm u aktar

Bżar ħelu

It-tipi u l-varjetajiet kollha

Daqs 70 mm u aktar

Il-Bulgarija

Il-Greċja

Spanja

L-Italja

L-Ungerija

In-Netherlands

Il-Portugall

Daqs 50 mm u aktar

Daqs 40 mm u aktar

Ħass

It-tipi u l-varjetajiet kollha

Daqs 400 g u aktar, pakketti ta' 8 — 12

Il-Ġermanja

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

In-Netherlands

Il-Portugall

Ir-Renju Unit

Daqs 400 g u aktar, pakketti ta' 8 — 12

Frawli

Il-varjetajiet kollha

Pakketti ta' 250/500 g

Il-Belġju

Il-Ġermanja

Spanja

Franza

L-Italja

In-Netherlands

Il-Polonja

Il-Portugall

Ir-Renju Unit

Faqqiegħ ikkultivat

Magħluq

Daqs medju (30-65 mm)

L-Irlanda

Spanja

Franza

L-Ungerija

In-Netherlands

Il-Polonja

Ir-Renju Unit

Kiwi

Hayward

Daqsijiet 105-125 g, pakketti ta' madwar 3-10 kg

Il-Greċja

Franza

L-Italja

Il-Portugall

Pastard

It-tipi u l-varjetajiet kollha

Daqs 16-20 mm

Il-Ġermanja

Spanja

Franza

L-Italja

Il-Polonja

Spraġ

It-tipi u l-varjetajiet kollha

Daqs 10-16/16+

Il-Ġermanja

Spanja

Franza

In-Netherlands

Il-Polonja

Brunġiel

It-tipi u l-varjetajiet kollha

Daqs 40+/70+

Spanja

L-Italja

Ir-Rumanija

Zunnarija

It-tipi u l-varjetajiet kollha

l-istandards tas-soltu fis-suq rappreżentattiv

Il-Ġermanja

Spanja

Franza

L-Italja

In-Netherlands

Il-Polonja

Ir-Renju Unit

Basal

It-tipi u l-varjetajiet kollha

Daqs 40-80

Il-Ġermanja

Spanja

Franza

L-Italja

In-Netherlands

Il-Polonja

Ir-Renju Unit

Fażola

It-tipi u l-varjetajiet kollha

l-istandards tas-soltu fis-suq rappreżentattiv

Il-Belġju

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

Il-Polonja

Kurrat

It-tipi u l-varjetajiet kollha

l-istandards tas-soltu fis-suq rappreżentattiv

Il-Belġju

Il-Ġermanja

Spanja

Franza

In-Netherlands

Il-Polonja

Dulliegħ

It-tipi u l-varjetajiet kollha

l-istandards tas-soltu fis-suq rappreżentattiv

Il-Greċja

Spanja

L-Italja

L-Ungerija

Ir-Rumanija

Bettieħ

It-tipi u l-varjetajiet kollha

l-istandards tas-soltu fis-suq rappreżentattiv

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

Kaboċċi

It-tipi u l-varjetajiet kollha

l-istandards tas-soltu fis-suq rappreżentattiv

Il-Ġermanja

Il-Greċja

Spanja

Franza

Il-Polonja

Ir-Rumanija

Ir-Renju Unit


ANNESS VII

Lista ta' prodotti għall-finijiet tas-sistema tal-prezz tad-dħul stabbilita fit-Titolu III

Mingħajr preġudizzju għar-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa bħala li hija biss indikattiva. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, il-kamp ta' applikazzjoni tal-arranġamenti previsti fit-Titolu III jiġi ddeterminat mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċijiet NM kif jeżistu fil-mument tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Fejn tidher “ex” quddiem il-kodiċi NM, il-kamp ta' applikazzjoni tad-doveri addizzjonali jiġi ddeterminat kemm mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi NM, kif ukoll mid-deskrizzjoni tal-prodotti, u l-perjodu korrispondenti tal-applikazzjoni

PARTI A

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Perjodu tal-applikazzjoni

ex 0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

ex 0707 00 05

Ħjar (1)

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

ex 0709 90 80

Qaqoċċ

Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Ġunju

0709 90 70

Zukkini

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

ex 0805 10 20

Larinġ ħelu, frisk

Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju

ex 0805 20 10

Klementini

Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar

ex 0805 20 30 ex 0805 20 50 ex 0805 20 70 ex 0805 20 90

Mandolin (inklużi tanġerini u satsumas); wilking u ibridi taċ-ċitru simili

Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar

ex 0805 50 10

Lumi (Citrus limon, Citrus limonum)

Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Mejju

ex 0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mill-21 ta' Lulju sal-20 ta' Novembru

ex 0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju

ex 0808 20 50

Lanġas

Mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' April

ex 0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

ex 0809 20 95

Ċiras, minbarra ċ-ċiras qares

Mill-21 ta' Mejju sal-10 ta' Awwissu

ex 0809 30 10 ex 0809 30 90

Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk

Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

ex 0809 40 05

Għajnbaqar

Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

PARTI B

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Perjodu tal-applikazzjoni

ex 0707 00 05

Ħjar maħsub għall-ipproċessar

Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru

ex 0809 20 05

Ċiras qares (Prunus cerasus)

Mill-21 ta' Mejju sal-10 ta' Awwissu


25.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/57


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/892

tat-13 ta' Marzu 2017

li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 38, l-Artikolu 174(1)(d), l-Artikolu 181(3) u l-Artikolu 182(1) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 58(4)(a), l-Artikolu 62(2)(a) sa (d) u (h) u l-Artikolu 64(7)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 issostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3) u jistabbilixxi regoli ġodda dwar is-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati. Dan jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Dawk l-atti għandhom jissostitwixxu wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (4). Dak ir-Regolament huwa emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 (5).

(2)

Sabiex tittejjeb bl-aħjar mod l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u tittejjeb il-kwalità tal-istrateġija, għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-istruttura u l-kontenut tal-istrateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli u l-qafas nazzjonali għall-azzjonijiet ambjentali. Għandhom jiġu stabbiliti l-azzjonijiet ambjentali li jistgħu jiġu inklużi f'dak il-qafas nazzjonali u r-rekwiżiti li għandhom jiġu rrispettati sabiex ikunu ffaċilitati l-abbozzar u l-implimentazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet.

(3)

Barra minn hekk, għandhom jiġu pprovduti regoli li jirrigwardjaw il-kontenut tal-programmi operattivi, id-dokumenti li jridu jiġu sottomessi, il-limiti ta' żmien għas-sottomissjoni u l-perjodi ta' implimentazzjoni tal-programmi operattivi.

(4)

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tal-iskema ta' għajnuna għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar it-tagħrif li għandu jkun inkluż fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna, kif ukoll il-proċeduri għall-ħlas tal-għajnuna. Sabiex ikunu evitati d-diffikultajiet fil-flussi tal-flus, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom sistema ta' ħlasijiet bil-quddiem li tkun akkumpanjata minn garanziji xierqa. Għal raġunijiet simili, għandha tkun disponibbli sistema alternattiva għar-rimborż tal-infiq li jkun sar diġà.

(5)

Billi l-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex hija imprevedibbli u l-prodotti jistgħu jitħassru, l-ammont żejjed fis-suq, anki jekk ma jkunx kbir wisq, jista' jfixkel is-suq b'mod sinifikanti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ta' implimentazzjoni li jirrigwardjaw il-miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet.

(6)

Għandhom jiġu stipulati regoli dettaljati dwar l-għajnuna finanzjarja nazzjonali li l-Istati Membri jistgħu jagħtu f'reġjuni tal-Unjoni fejn il-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi jkun partikolarment baxx. Għandhom jiġu pprovduti proċeduri kemm għall-approvazzjoni ta' tali assistenza finanzjarja nazzjonali, kif ukoll għall-approvazzjoni u l-ammont tar-rimborż mill-Unjoni. Barra minn hekk, għandu jiġi stabbilit ukoll il-proporzjon tar-rimborż.

(7)

Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet dwar it-tip u l-format ta' ċertu tagħrif li jrid jiġi pprovdut għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 u ta' dan ir-Regolament. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikopru t-tagħrif mill-produtturi u mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi lill-Istati Membri u mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(8)

Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet fir-rigward tal-kontrolli amministrattivi u fuq il-post meħtieġa sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni xierqa tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.

(9)

Għall-finijiet tal-Artikolu 59(6) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għandhom jiġu stipulati regoli dwar il-korrezzjoni ta' żbalji ovvji fi kwalunkwe applikazzjonijiet għall-għajnuna, notifiki, pretensjonijiet jew talbiet

(10)

Għandhom jiġu stipulati regoli dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-produtturi li ma jappartjenux lil organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali li għalihom isiru vinkolanti regoli li jiġu maqbula fi ħdan l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet li huma meqjusa bħala rappreżentattivi f'żona ekonomika speċifika.

(11)

Il-valuri standard tal-importazzjoni għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-medja pponderata tal-prezzijiet rappreżentattivi medji tal-prodotti importati mibjugħa fis-swieq tal-importazzjoni tal-Istat Membru, bl-użu tad-dejta dwar dawn il-prezzijiet u dwar il-kwantitajiet importati tal-prodotti kkonċernati nnotifikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 74 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891. Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet dwar il-każijiet fejn mhumiex disponibbli prezzijiet rappreżentattivi medji għall-prodotti ta' oriġini partikolari.

(12)

Għandhom jiġu stipulati regoli dettaljati dwar id-dazju tal-importazzjoni li jista' jkun impost fuq ċerti prodotti minbarra dak previst fit-Tariffa Doganali Komuni. Għandha ssir dispożizzjoni li tgħid li jista' jiġi impost dazju tal-importazzjoni addizzjonali jekk il-volumi tal-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati jaqbżu l-livelli tal-iskattar iddeterminati għall-prodott u għall-perjodu ta' applikazzjoni. L-oġġetti li jkunu fi triqithom lejn l-Unjoni huma eżentati mid-dazju tal-importazzjoni addizzjonali u, għalhekk, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi għal dawn l-oġġetti.

(13)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ u jibda japplika mis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(14)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI

TAQSIMA 1

Dispożizzjoni introduttorja

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati, bl-eċċezzjoni tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni.

2.   Il-Kapitoli I sa V għandhom japplikaw biss għall-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex imsemmija fl-Artikolu 1(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għal tali prodotti maħsuba biss għall-ipproċessar.

TAQSIMA 2

Programmi operattivi

Artikolu 2

Strateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli

L-istruttura u l-kontenut tal-istrateġija nazzjonali msemmija fl-Artikolu 36(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Qafas nazzjonali għall-azzjonijiet ambjentali u l-investimenti eliġibbli

1.   Taqsima separata tal-qafas nazzjonali msemmi fl-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tindika r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) li jridu jiġu ssodisfati mill-azzjonijiet ambjentali magħżula fil-kuntest ta' programm operattiv.

Il-qafas nazzjonali għandu jistabbilixxi lista mhux eżawrjenti ta' azzjonijiet ambjentali u l-kundizzjonijiet tagħhom li japplikaw fl-Istat Membru għall-finijiet tal-Artikolu 33(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Il-lista msemmija fit-tieni subparagrafu tista' tinkludi t-tipi ta' azzjonijiet ambjentali li ġejjin:

(a)

azzjonijiet li huma identiċi għall-impenn agroambjentali klimatiku jew għall-impenn tal-biedja organika msemmija fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, rispettivament, u li huma previsti fil-kuntest tal-programm tal-iżvilupp rurali tal-Istat Membru kkonċernat;

(b)

investimenti ta' benefiċċju għall-ambjent;

(c)

azzjonijiet oħrajn ta' benefiċċju għall-ambjent, inklużi dawk li mhumiex relatati, direttament jew indirettament, ma' roqgħa art partikolari, iżda li huma marbuta mas-settur tal-frott u l-ħxejjex, sakemm dawn jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħamrija, l-iffrankar tal-ilma jew tal-enerġija, it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-ilma, tal-ħabitats jew tal-protezzjoni tal-bijodiversità, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ġestjoni mtejba tal-iskart jew it-tnaqqis tiegħu.

Għal kull azzjoni ambjentali msemmija fil-punti (b) u (c) tat-tielet subparagrafu, il-qafas nazzjonali għandu jindika:

(a)

il-ġustifikazzjoni tal-azzjoni, abbażi tal-impatt ambjentali tagħha; u

(b)

l-impenn jew impenji speċifiku/speċifiċi involut(i).

Il-qafas nazzjonali għandu jinkludi mill-inqas azzjoni waħda fuq l-applikazzjoni ta' prattiki integrati għall-ġestjoni tal-organiżmi ta' ħsara.

2.   L-azzjonijiet ambjentali li huma identiċi għall-impenn agroambjentali klimatiku jew għall-impenn tal-biedja organika appoġġjati fil-kuntest ta' programm tal-iżvilupp rurali għandu jkollhom l-istess tul ta' żmien daqs dawk l-impenji. Meta t-tul ta' żmien tal-azzjoni jaqbeż it-tul ta' żmien tal-programm operattiv inizjali, l-azzjoni għandha titkompla fi programm operattiv sussegwenti.

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw perjodi ta' żmien iqsar għall-azzjonijiet ambjentali jew saħansitra d-diskontinwità tagħhom f'każijiet debitament ġustifikati u, b'mod partikolari, jieħdu f'kunsiderazzjoni r-riżultati tal-evalwazzjoni fis-sena ta' qabel tal-aħħar tal-implimentazzjoni tal-programm operattiv imsemmi fl-Artikolu 57(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891.

3.   L-investimenti ta' benefiċċju għall-ambjent magħmula fil-bini tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-kumpaniji sussidjarji, li jkunu konformi mar-rekwiżit ta' 90 % imsemmi fl-Artikolu 22(8) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, jew inkella fl-istabbilimenti tal-membri produtturi tagħhom, għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ jekk ikunu:

(a)

jistgħu jiksbu tnaqqis fl-użu attwali tal-inputs tal-produzzjoni, fl-emissjoni ta' inkwinanti jew fl-iskart mill-proċess tal-produzzjoni; jew

(b)

jistgħu jissostitwixxu l-użu tas-sorsi ta' enerġija fossili b'sorsi ta' enerġija rinnovabbli; jew

(c)

jistgħu jiksbu tnaqqis fir-riskji ambjentali marbuta mal-użu ta' ċerti inputs tal-produzzjoni, inklużi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew fertilizzanti; jew

(d)

iwasslu għal titjib tal-ambjent; jew inkella

(e)

ikunu marbuta ma' investimenti mhux produttivi meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' impenn agroambjentali klimatiku jew ta' impenn tal-biedja organika, b'mod partikolari meta dawk l-objettivi jkunu jirrigwardjaw il-ħarsien tal-ħabitats u tal-bijodiversità.

4.   L-investimenti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ jekk huma jipprevedu tnaqqis ta' mill-inqas 15 %, ikkalkolat matul il-perjodu ta' deprezzament fiskali tal-investiment, imqabbel mas-sitwazzjoni pre-eżistenti, ta':

(a)

l-użu tal-inputs tal-produzzjoni li huma riżorsi naturali mhux rinnovabbli, bħall-ilma jew il-fjuwil fossili, jew is-sors possibbli ta' tniġġis ambjentali, bħal fertilizzanti, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew ċerti tipi ta' sorsi tal-enerġija;

(b)

l-emissjoni ta' inkwinanti fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma mill-proċess tal-produzzjoni; jew inkella

(c)

il-produzzjoni tal-iskart, inkluż l-ilma li jintrema, mill-proċess tal-produzzjoni.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw investimenti li jippermettu tnaqqis ta' mill-inqas 7 %, ikkalkolat matul il-perjodu ta' deprezzament fiskali tal-investiment, imqabbel mas-sitwazzjoni pre-eżistenti, diment li dawk l-investimenti jippermettu mill-inqas benefiċċju ambjentali wieħed addizzjonali.

It-tnaqqis mistenni u, fejn applikabbli, il-benefiċċju ambjentali addizzjonali mistenni, għandhom jintwerew ex-ante permezz tal-ispeċifikazzjonijiet tal-proġett jew dokumenti tekniċi oħrajn li għandhom jiġu ppreżentati mill-organizzazzjoni tal-produtturi jew mill-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi fil-mument tas-sottomissjoni tal-programm operattiv propost jew tal-emendar ta' tali programm għall-approvazzjoni, fejn juru r-riżultati li jistgħu jinkisbu permezz tal-implimentazzjoni tal-investiment, kif attestat mid-dokumenti tekniċi jew minn korp ikkwalifikat indipendenti jew espert bi qbil mal-Istat Membru.

L-investimenti maħsuba biex jiksbu tnaqqis fl-użu tal-ilma għandhom:

(a)

jipprevedu tnaqqis ta' mill-inqas 5 % fl-użu tal-ilma f'tisqija bil-qatra jew sistemi simili, imqabbel mal-konsum qabel l-investiment, u

(b)

ma jirriżultawx f'żieda netta taż-żona msaqqija, sakemm il-konsum totali tal-ilma għat-tisqija tar-razzett kollu, inkluża ż-żona miżjuda, ma jaqbiżx il-medja tal-konsum tal-ilma tal-ħames snin ta' qabel l-investiment.

5.   L-investimenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3, li jikkonsistu f'sistemi li jiġġeneraw l-enerġija, għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ jekk l-ammont ta' enerġija ġġenerata ma jaqbiżx l-ammont li jista' jintuża ex-ante fuq bażi annwali għall-azzjonijiet relatati mal-frott u l-ħxejjex mill-organizzazzjoni tal-produtturi, mill-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, minn kumpanija sussidjarja jew mill-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi li jibbenifikaw mill-investiment.

6.   L-investimenti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 3 għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ meta jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħamrija, l-iffrankar tal-ilma jew tal-enerġija, it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-ilma, tal-ħabitats jew tal-protezzjoni tal-bijodiversità, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ġestjoni mtejba tal-iskart jew it-tnaqqis tiegħu, għalkemm il-kontribut tagħhom ma jistax jiġi kkwantifikat.

L-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha tipprovdi evidenza tal-kontribut pożittiv mistenni għal wieħed jew aktar mill-objettivi ambjentali fil-mument tas-sottomissjoni għall-approvazzjoni tal-programm operattiv propost jew għall-emendar ta' tali programm. L-awtorità nazzjonali kompetenti tista' titlob li l-evidenza tiġi pprovduta fil-forma ta' speċifikazzjonijiet tal-proġett attestati minn korp ikkwalifikat indipendenti jew espert fl-oqsma ambjentali kkonċernati.

7.   Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-azzjonijiet ambjentali:

(a)

jistgħu jiġu kkombinati diversi azzjonijiet ambjentali, sakemm ikunu kumplimentari u kompatibbli. Meta l-azzjonijiet ambjentali, għajr l-investimenti f'assi fiżiċi, jiġu kkombinati, il-livell ta' appoġġ għandu jqis id-dħul speċifiku mitluf u l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-kombinazzjoni;

(b)

l-impenji maħsuba biex jillimitaw l-użu ta' fertilizzanti, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew inputs oħrajn għandhom ikunu aċċettati biss jekk tali limitazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu vvalutati b'mod li jipprovdi assigurazzjoni dwar il-konformità ma' dawk l-impenji;

(c)

l-investimenti ta' benefiċċju għall-ambjent imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu eliġibbli kompletament għall-appoġġ.

Artikolu 4

Kontenut tal-programmi operattivi

1.   Il-programmi operattivi għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni tas-sitwazzjoni inizjali, ibbażata, fejn ikun rilevanti, fuq l-indikaturi komuni ta' linja bażi elenkati fil-punt 5 tal-Anness II;

(b)

l-objettivi tal-programm, filwaqt li jitqiesu l-prospetti tal-produzzjoni u tal-postijiet tal-bejgħ, bi spjegazzjoni ta' kif il-programm għandu l-ħsieb li jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija nazzjonali u jkun konsistenti magħhom, inkluż fil-bilanċ bejn l-attivitajiet. Id-deskrizzjoni tal-objettivi għandha tindika miri li jistgħu jitkejlu, sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-progress magħmul gradwalment fl-implimentazzjoni tal-programm;

(c)

il-miżuri proposti, inklużi l-azzjonijiet għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet;

(d)

it-tul tal-programm; u

(e)

l-aspetti finanzjarji, b'mod partikolari:

(i)

il-metodu tal-kalkolu u l-livell tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji;

(ii)

il-proċedura għall-finanzjament tal-fond operattiv;

(iii)

it-tagħrif meħtieġ sabiex ikunu ġustifikati l-livelli differenti ta' kontribuzzjoni; u

(iv)

il-baġit u l-iskeda taż-żmien għall-operazzjonijiet għal kull sena ta' implimentazzjoni tal-programm.

2.   Il-programmi operattivi għandhom jindikaw:

(a)

kemm il-miżuri differenti jikkumplimentaw miżuri oħrajn u kemm huma konsistenti magħhom, inklużi miżuri ffinanzjati jew eliġibbli għall-appoġġ minn fondi oħrajn tal-Unjoni u, b'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-programmi ta' promozzjoni approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Jekk ikun applikabbli, għandha ssir ukoll referenza speċifika għall-miżuri mwettqa fil-kuntest tal-programmi operattivi preċedenti; u

(b)

li ma jinvolvu ebda riskju ta' finanzjament doppju mill-fondi tal-Unjoni.

Artikolu 5

Dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati mal-programm operattiv

Il-programmi operazzjonali għandhom ikunu akkumpanjati minn:

(a)

provi li jkun inħoloq fond operattiv;

(b)

impenn bil-miktub mill-organizzazzjoni tal-produtturi li din ser taġixxi b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, mar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 u ma' dan ir-Regolament; u

(c)

impenn bil-miktub mill-organizzazzjoni tal-produtturi li hija la rċeviet u lanqas ma hija ser tirċievi, direttament jew indirettament, xi finanzjament ieħor tal-Unjoni jew nazzjonali għall-azzjonijiet li jikkwalifikaw għall-għajnuna skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.

Artikolu 6

Limitu ta' żmien għas-sottomissjoni

1.   Programm operattiv għandu jiġi sottomess għall-approvazzjoni minn organizzazzjoni tal-produtturi lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha sal-15 ta' Settembru tas-sena ta' qabel dik li fiha għandu jiġi implimentat il-programm. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data li tkun aktar tard mill-15 ta' Settembru.

2.   Meta entità legali jew parti definita b'mod ċar minn entità legali, inkluż grupp tal-produtturi msawwar skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew grupp tal-produtturi msemmi fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, tissottometti applikazzjoni għar-rikonoxximent bħala organizzazzjoni tal-produtturi, hija tista', fl-istess ħin, tissottometti l-programm operattiv imsemmi fil-paragrafu 1 għall-approvazzjoni. L-approvazzjoni tal-programm operattiv għandha tkun soġġetta għall-għoti tar-rikonoxximent sa mhux aktar tard mid-data finali stipulata fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891.

Artikolu 7

Il-perjodi ta' implimentazzjoni tal-programmi operattivi

1.   Il-programmi operattivi għandhom jiġu implimentati f'perjodi annwali li jibdew mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.

2.   Il-programmi operattivi approvati sal-15 ta' Diċembru għandhom jiġu implimentati mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara.

L-implimentazzjoni ta' programmi approvati wara l-15 ta' Diċembru għandha tkun posposta għal sena.

3.   B'deroga mill-paragrafu 2, meta japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 33(2) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi approvati skont dawk id-dispożizzjonijiet għandha tibda sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar wara l-approvazzjoni tagħhom.

TAQSIMA 3

Għajnuna

Artikolu 8

Ammont tal-għajnuna approvat

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi bl-ammont tal-għajnuna approvat sal-15 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel dik li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna.

B'deroga mill-ewwel paragrafu, meta japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 33(2) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lil dawk l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet bl-ammont tal-għajnuna approvat sal-20 ta' Jannar tas-sena li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna.

Artikolu 9

Applikazzjonijiet għall-għajnuna

1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom iressqu applikazzjoni għall-għajnuna, jew il-bilanċ tagħha, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għal kull programm operattiv li għalih tkun qed tintalab l-għajnuna sal-15 ta' Frar tas-sena ta' wara dik li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna.

2.   L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta' sostenn li juru:

(a)

l-għajnuna mitluba;

(b)

il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata;

(c)

il-kontribuzzjonijiet finanzjarji imposti fuq il-membri tagħha u dawk tal-organizzazzjoni tal-produtturi nnifisha;

(d)

l-infiq imġarrab fir-rigward tal-programm operattiv;

(e)

l-infiq li jikkonċerna l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet, maqsum skont l-azzjonijiet;

(f)

il-proporzjon tal-fond operattiv li ntefaq fuq il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet, maqsum skont l-azzjonijiet;

(g)

il-konformità mal-Artikolu 33(3), mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(5) u mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(h)

impenn bil-miktub li hija ma rċeviet ebda finanzjament nazzjonali jew tal-Unjoni doppju għall-miżuri jew l-operazzjonijiet li jikkwalifikaw għall-għajnuna skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex;

(i)

fil-każ ta' applikazzjoni għal pagament abbażi tar-rati fissi standard jew l-iskali ta' spejjeż għal kull unità msemmija fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, prova tal-implimentazzjoni tal-azzjoni kkonċernata; u

(j)

ir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 21.

3.   L-applikazzjonijiet għall-għajnuna jistgħu jkopru nfiq ipprogrammat iżda li ma jkunx sar jekk ikun hemm provi dwar l-elementi li ġejjin:

(a)

l-operazzjonijiet ikkonċernati ma setgħux jitwettqu sal-31 ta' Diċembru tas-sena li fiha kien implimentat il-programm operattiv, għal raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata;

(b)

dawk l-operazzjonijiet jistgħu jitwettqu sat-30 ta' April tas-sena ta' wara dik li għaliha tkun qed tintalab l-għajnuna; u

(c)

għad hemm kontribuzzjoni ekwivalenti mill-organizzazzjoni tal-produtturi fil-fond operattiv.

L-għajnuna għandha titħallas biss, u l-garanzija mressqa skont l-Artikolu 11(2) għandha tiġi rrilaxxata biss, bil-kundizzjoni li tingħata prova, sat-30 ta' April tas-sena ta' wara dik li fiha l-infiq ikkonċernat kien ipprogrammat, li l-infiq ipprogrammat imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ġie implimentat u abbażi tad-dritt għall-għajnuna stabbilit fil-verità.

4.   F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista' taċċetta applikazzjonijiet wara d-data prevista fil-paragrafu 1, jekk ikunu twettqu l-kontrolli meħtieġa u jekk ikun ġie mħares il-limitu taż-żmien għall-ħlas imsemmi fl-Artikolu 10. F'każ li l-applikazzjonijiet jitressqu wara d-data prevista fil-paragrafu 1, l-għajnuna għandha titnaqqas b'1 % għal kull jum li l-applikazzjoni tkun tard.

5.   L-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jissottomettu applikazzjoni għall-għajnuna kif imsemmi fil-paragrafu 1 f'isem u għan-nom biss ta' dawk il-membri li huma organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fl-istess Stat Membru li rrikonoxxa l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u diment li jiġu sottomessi d-dokumenti ta' sostenn imsemmija fil-paragrafu 2 għal kull membru. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu l-benefiċjarji finali tal-għajnuna.

6.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi li huma membri ta' assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-għajnuna fl-Istat Membru fejn ikunu rikonoxxuti fir-rigward tal-azzjonijiet implimentati fit-territorju ta' dak l-Istat Membru. L-assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha tipprovdi lill-Istat Membru fejn ikollha l-kwartieri ġenerali tagħha b'kopja tal-applikazzjoni.

7.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, l-assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jippreżentaw applikazzjoni għall-għajnuna fl-Istat Membru fejn l-assoċjazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha għall-azzjonijiet implimentati fil-livell tal-assoċjazzjoni, sakemm ma jkun hemm ebda riskju ta' finanzjament doppju.

Artikolu 10

Ħlas tal-għajnuna

L-Istati Membri għandhom iħallsu l-għajnuna sal-15 ta' Ottubru tas-sena ta' wara dik li fiha jiġi implimentat il-programm.

Artikolu 11

Ħlasijiet bil-quddiem

1.   L-applikazzjonijiet għall-ħlasijiet bil-quddiem għandhom jiġu ppreżentati skont kif deċiż mill-Istat Membru, jew fuq il-bażi ta' kull tliet xhur, jiġifieri f'Jannar, April, Lulju u Ottubru, jew inkella fuq il-bażi ta' kull erba' xhur, jiġifieri f'Jannar, Mejju u Settembru.

It-total ta' ħlasijiet bil-quddiem magħmula għal sena partikolari ma jistax jaqbeż it-80 % tal-ammont ta' għajnuna approvat inizjalment għall-programm operattiv.

2.   Il-ħlasijiet bil-quddiem għandhom jitħallsu jekk tingħata garanzija li tkun ekwivalenti għal 110 % tagħhom skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (8).

3.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont minimu u d-dati ta' skadenza għall-ħlasijiet bil-quddiem.

Artikolu 12

Ħlasijiet parzjali

1.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi japplikaw għall-ħlas tal-parti tal-għajnuna li tikkorrispondi mal-ammonti li jkunu diġà ntefqu fil-kuntest tal-programm operattiv.

2.   L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu fi kwalunkwe ħin, iżda mhux aktar minn tliet darbiet fis-sena. Huma għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta' sostenn, bħal fatturi u dokumenti li jagħtu prova li l-ħlas ikun sar.

3.   Il-ħlasijiet għall-applikazzjonijiet għal partijiet mill-għajnuna ma jistgħux jaqbżu t-80 % tal-parti tal-għajnuna li tikkorrispondi għall-ammonti li jkunu diġà ntefqu fil-kuntest tal-programm operattiv għall-perjodu kkonċernat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont minimu għall-ħlasijiet parzjali u d-dati ta' skadenza għall-applikazzjonijiet.

KAPITOLU II

MIŻURI TA' PREVENZJONI U ĠESTJONI TAL-KRIŻIJIET

Artikolu 13

Miżuri ta' taħriġ u skambji ta' prattiki aħjar

L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati permezz tal-miżuri ta' taħriġ u l-iskambji ta' prattiki aħjar, li għandhom jitqiesu bħala miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet.

Artikolu 14

Miżuri ta' promozzjoni u komunikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati permezz tal-miżuri ta' promozzjoni u ta' komunikazzjoni, kemm jekk dawk il-miżuri jkunu jirrigwardjaw il-prevenzjoni tal-kriżijiet kif ukoll jekk ikunu jirrigwardjaw il-ġestjoni tal-kriżijiet. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jippermettu l-applikazzjoni ta' malajr tal-miżuri jekk dan ikun meħtieġ.

2.   L-azzjonijiet fil-kuntest tal-miżuri ta' promozzjoni u ta' komunikazzjoni għandhom jiżdiedu ma' kwalunkwe azzjoni ta' promozzjoni u ta' komunikazzjoni li tkun qed tiġi applikata mill-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernata fil-programm operattiv tagħha u li ma tkunx marbuta mal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet.

Artikolu 15

Standards ta' kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti rtirati

1.   Prodott irtirat mis-suq għandu jkun konformi mal-istandard ta' kummerċjalizzazzjoni għal dak il-prodott kif imsemmi fit-Titolu II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, ħlief għad-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni u l-immarkar tal-prodotti. Meta l-prodotti jiġu rtirati fi kwantitajiet kbar, għandhom jiġu rrispettati r-rekwiżiti minimi għall-klassi II.

Madankollu, il-prodotti żgħar kif definiti fl-istandard rilevanti għandhom ikunu konformi mal-istandard ta' kummerċjalizzazzjoni applikabbli, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni u l-immarkar tal-prodotti.

2.   Jekk ma jkunx stipulat standard ta' kummerċjalizzazzjoni għal prodott partikolari, għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness III. L-Istati Membri jista' jistipulaw regoli addizzjonali li jissupplimentaw dawk ir-rekwiżiti minimi.

Artikolu 16

L-ispejjeż tat-trasport għal distribuzzjoni bla ħlas

1.   L-ispejjeż tat-trasport bl-art għad-distribuzzjoni bla ħlas tal-prodotti kollha rtirati mis-suq għandhom ikunu eliġibbli fil-kuntest tal-programm operattiv fuq il-bażi tal-iskala tal-ispejjeż għal kull unità stabbiliti skont id-distanza bejn il-punt tal-irtirar u l-post tal-kunsinna kif stabbilita fl-Anness IV.

Fil-każ tat-trasport bil-baħar, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw id-distanza bejn il-punt tal-irtirar u l-post tal-kunsinna finali. Il-kumpens ma jistax jaqbeż l-ispiża tat-trasport bl-art fuq l-iqsar rotta bejn il-post tat-tagħbija u l-punt tal-kunsinna finali fejn ikun jista' jintuża t-trasport bl-art. Għandu jiġi applikat koeffiċjent korrettiv ta' 0,6 għall-ammonti stabbiliti fl-Anness IV.

Fil-każ tat-trasport ikkombinat, l-ispiża tat-trasport applikabbli għandha tkun it-total tal-ispiża korrispondenti għad-distanza tat-trasport bl-art flimkien ma' 60 % taż-żieda tal-ispiża jekk id-distanza totali tat-trasport tkun saret bl-art, kif stabbilit fl-Anness IV.

2.   L-ispejjeż tat-trasport għandhom jitħallsu lill-parti li fil-fatt tħallas l-ispiża finanzjarja tal-operazzjoni tat-trasport ikkonċernata.

Il-ħlas għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' dokumenti ta' sostenn li jiċċertifikaw, b'mod partikolari:

(a)

l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet benefiċjarji;

(b)

il-kwantità tal-prodotti kkonċernati;

(c)

l-aċċettazzjoni mill-organizzazzjonijiet benefiċjarji u l-mezzi tat-trasport użati; u

(d)

id-distanza bejn il-post tal-irtirar u l-post tal-kunsinna.

Artikolu 17

L-ispejjeż tal-issortjar u tal-ippakkjar għad-distribuzzjoni bla ħlas

1.   L-ispejjeż tal-issortjar u tal-imballaġġ tal-frott u l-ħxejjex irtirati mis-suq għal distribuzzjoni bla ħlas għandhom ikunu eliġibbli fil-kuntest tal-programmi operattivi. Għal prodotti f'pakketti ta' inqas minn 25 kilogramma ta' piż nett, għandhom japplikaw l-ammonti b'rata fissa stabbiliti fl-Anness V.

2.   Il-pakketti ta' prodotti għal distribuzzjoni bla ħlas għandhom juru l-emblema Ewropea, flimkien ma' waħda jew aktar mid-dikjarazzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI.

3.   L-ispejjeż tal-issortjar u tal-imballaġġ għandhom jitħallsu lill-organizzazzjonijiet tal-produzzjoni li jkunu wettqu dawk l-operazzjonijiet.

Il-ħlas għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' dokumenti ta' sostenn li jiċċertifikaw, b'mod partikolari:

(a)

l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet benefiċjarji;

(b)

il-kwantità tal-prodotti kkonċernati; u

(c)

l-aċċettazzjoni mill-organizzazzjonijiet benefiċjarji, li tispeċifika l-preżentazzjoni.

KAPITOLU III

ASSISTENZA FINANZJARJA NAZZJONALI

Artikolu 18

Awtorizzazzjoni sabiex titħallas l-għajnuna finanzjarja nazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu talba lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni sabiex jagħtu assistenza finanzjarja nazzjonali skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-programmi operattivi li għandhom jiġu implimentati fi kwalunkwe sena kalendarja partikolari sal-31 ta' Jannar ta' dik is-sena.

It-talba għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi:

(a)

li l-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi fir-reġjun ikkonċernat huwa partikolarment baxx, skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891;

(b)

li huma biss il-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex li jiġu prodotti f'dak ir-reġjun li jibbenifikaw mill-assistenza; u

(c)

id-dettalji tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-ammont tal-assistenza kkonċernata u l-proporzjon tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.   Il-Kummissjoni għandha tapprova jew tiċħad it-talba permezz ta' deċiżjoni fi żmien tliet xhur. Dak il-perjodu għandu jibda l-għada tal-jum li fih il-Kummissjoni tkun irċeviet talba kompluta mill-Istat Membru. Jekk il-Kummissjoni ma titlobx tagħrif addizzjonali matul il-perjodu ta' tliet xhur, it-talba għandha titqies bħala kompluta.

Artikolu 19

Applikazzjoni għall-assistenza finanzjarja nazzjonali u l-ħlas tagħha

1.   L-Artikoli 9 u 10 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-applikazzjonijiet għall-assistenza finanzjarja nazzjonali u l-ħlas tagħha.

2.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli addizzjonali dwar il-ħlas tal-assistenza finanzjarja nazzjonali, inkluża l-possibbiltà ta' ħlasijiet bil-quddiem u ta' ħlasijiet parzjali.

Artikolu 20

Rimborż mill-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali

1.   Qabel l-1 ta' Jannar tat-tieni sena wara s-sena li fiha jiġi implimentat il-programm, l-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż mill-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali approvata effettivament imħallsa lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

It-talba għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 kienu ssodisfati fi tlieta mill-erba' snin preċedenti.

Għall-fini tal-kalkolu tal-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni wkoll il-valur tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex mill-gruppi ta' produtturi msawra skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

It-talba għar-rimborż mill-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali għandha tinkludi wkoll:

(a)

id-dettalji tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati;

(b)

l-ammont ta' assistenza mħallsa, limitata għal kull organizzazzjoni tal-produtturi għall-ammont inizjalment awtorizzat; u

(c)

deskrizzjoni tal-fond operattiv li turi l-ammont totali, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, l-assistenza finanzjarja nazzjonali u l-kontribuzzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-membri.

2.   Il-Kummissjoni għandha tapprova jew tiċħad it-talba.

It-talba għandha tiġi miċħuda meta ma jkunux ġew irrispettati r-regoli dwar l-awtorizzazzjoni u r-rimborż tal-assistenza finanzjarja nazzjonali jew meta ma jkunux ġew irrispettati r-regoli dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-fond operattiv u l-programmi operattivi stipulati fi jew skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

3.   Meta r-rimborż tal-assistenza mill-Unjoni jkun ġie approvat, l-infiq eliġibbli għandu jiġi ddikjarat lill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (9).

4.   Il-proporzjon tar-rimborż mill-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali ma għandux jaqbeż is-60 % tal-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjoni tal-produtturi. L-ammont irrimborżat ma għandux jaqbeż it-48 % tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 32(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

KAPITOLU IV

TAGĦRIF, RAPPORTI U KONTROLLI

TAQSIMA 1

Tagħrif u rapporti

Artikolu 21

It-tagħrif u r-rapporti annwali minn gruppi ta' produtturi, organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u r-rapporti annwali mill-Istati Membri

1.   Fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, il-gruppi ta' produtturi msawra skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jipprovdu kwalunkwe tagħrif rilevanti meħtieġ sabiex jitfassal ir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 54(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġbru tagħrif dwar l-għadd ta' membri, il-volum u l-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li ma jkunux issottomettew programmi operattivi. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-gruppi ta' produtturi msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jintalbu jipprovdu tagħrif dwar l-għadd ta' membri, il-volum u l-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata.

2.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jippreżentaw rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi tagħhom mal-applikazzjonijiet tagħhom għall-għajnuna.

Dawk ir-rapporti annwali għandhom jikkonċernaw dawn li ġejjin:

(a)

il-programm operattiv implimentat matul is-sena ta' qabel;

(b)

l-emendi ewlenin għall-programm operattiv; u

(c)

id-differenzi bejn l-ammont stmat ta' għajnuna u l-għajnuna li tkun saret applikazzjoni għaliha.

3.   Ir-rapport annwali mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jindikaw:

(a)

il-kisbiet tal-programm operattiv, abbażi tal-indikaturi stabbiliti fl-Anness II u, fejn applikabbli, l-indikaturi addizzjonali stabbiliti fl-istrateġija nazzjonali kif ġej:

(i)

l-indikaturi komuni ta' linja bażi u l-indikaturi (finanzjarji) tal-input għandhom jintużaw f'kull rapport annwali;

(ii)

l-indikaturi tar-riżultati u tal-output għandhom jintużaw fl-aħħar sentejn tal-programm operattiv; u

(b)

sommarju tal-problemi ewlenin li jkunu nstabu fil-ġestjoni tal-programm u l-miżuri meħuda sabiex jiżguraw il-kwalità u l-effettività tal-implimentazzjoni tal-programm.

Fejn ikun applikabbli, ir-rapport annwali għandu jispeċifika x'salvagwardji ddaħħlu fis-seħħ, b'konformità mal-istrateġija nazzjonali u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 33(6) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, sabiex l-ambjent jitħares minn pressjonijiet miżjuda li possibbilment jistgħu joriġinaw minn investimenti appoġġjati fil-kuntest tal-programm operattiv.

4.   Ir-rapport annwali mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tas-sena ta' qabel tal-aħħar ta' programm operattiv għandu juri kemm tabilħaqq intlaħqu l-objettivi segwiti mill-programmi. Dan ir-rapport għandu jsemmi wkoll fatturi li kkontribwew għas-suċċess jew għall-falliment tal-implimentazzjoni tal-programm u l-mod kif dawk il-fatturi ttieħdu f'kunsiderazzjoni fil-programm li għaddej bħalissa jew ser jittieħdu f'kunsiderazzjoni fil-programm operattiv ta' wara.

Fir-rapport annwali tiegħu msemmi fl-Artikolu 54(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, l-Istat Membru għandu jinkludi d-dettalji tal-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

TAQSIMA 2

Kontrolli

Artikolu 22

Sistema ta' identifikazzjoni unika

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi applikata sistema ta' identifikazzjoni unika għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi, għall-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u għall-gruppi ta' produtturi msawra skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-applikazzjonijiet tagħhom għall-għajnuna. Din l-identifikazzjoni għandha tkun kompatibbli mas-sistema għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 23

Proċeduri tas-sottomissjoni

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 9, 24 u 25, l-Istati Membri għandhom jipprevedu proċeduri għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna, għat-talbiet għar-rikonoxximent jew għall-approvazzjoni ta' programmi operattivi, kif ukoll għat-talbiet għall-ħlas.

Artikolu 24

L-għoti ta' rikonoxximent

1.   Qabel jagħtu rikonoxximent lil organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi skont l-Artikolu 154(4)(a) jew l-Artikolu 156(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi u fuq il-post fl-organizzazzjoni tal-produtturi jew fl-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi sabiex jivverifikaw il-konformità mal-kriterji tar-rikonoxximent.

2.   L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi u fuq il-post fir-rigward tal-kriterji tar-rikonoxximent li japplikaw għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi kollha mill-inqas darba kull ħames snin, anki jekk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi ma jimplimentaw ebda programm operattiv.

Artikolu 25

Approvazzjoni tal-programmi operattivi u l-emendi tagħhom

1.   Qabel ma programm operattiv jiġi approvat skont l-Artikolu 33 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, bil-mezzi kollha xierqa, inkluż permezz ta' kontrolli fuq il-post, il-programm operattiv sottomess għall-approvazzjoni u t-talba għall-emenda, fejn ikun applikabbli. B'mod partikolari, dawk il-kontrolli għandhom jikkonċernaw:

(a)

l-akkuratezza tat-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a), (b) u (e), li għandu jiddaħħal fl-abbozz tal-programm operattiv;

(b)

il-konformità tal-programm mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll mal-istrateġija nazzjonali u mal-qafas nazzjonali;

(c)

l-eliġibbiltà tal-azzjonijiet u l-eliġibbiltà tal-infiq propost; u

(d)

il-konsistenza u l-kwalità teknika tal-programm, il-korrettezza tal-estimi u tal-pjan ta' għajnuna u l-ippjanar tal-implimentazzjoni tiegħu.

2.   Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jivverifikaw jekk:

(a)

il-miri jistgħux jitkejlu u jekk jistgħux jiġu mmonitorjati u milħuqa permezz tal-azzjonijiet proposti; u

(b)

l-operazzjonijiet li għalihom tintalab l-għajnuna humiex konformi mal-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli, b'mod partikolari dawk dwar l-għajnuna mill-Istat, l-iżvilupp rurali u l-programmi ta' promozzjoni, kif ukoll mal-istandards obbligatorji stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew l-istrateġija nazzjonali.

Artikolu 26

Kontrolli amministrattivi

1.   Il-proċeduri li jirrigwardjaw il-kontrolli amministrattivi għandhom jirrikjedu r-reġistrazzjoni tal-operazzjonijiet imwettqa, ir-riżultati tal-verifika u l-miżuri meħuda fir-rigward tad-diskrepanzi.

2.   Qabel jagħtu l-għajnuna, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna.

3.   Il-kontrolli amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jinkludu, fejn ikun applikabbli, verifika:

(a)

tar-rapport annwali dwar it-twettiq tal-programm operattiv trażmess flimkien mal-applikazzjoni għall-għajnuna;

(b)

tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, tal-kontribuzzjonijiet għall-fond operattiv u tal-infiq imġarrab;

(c)

tal-korrelazzjoni preċiża tal-infiq iddikjarat mal-prodotti u s-servizzi kkonsenjati;

(d)

tal-konformità tal-azzjonijiet imwettqa ma' dawk inklużi fil-programm operattiv approvat; u

(e)

tal-ħarsien tal-limiti u tal-limiti massimi imposti, kemm dawk finanzjarji kif ukoll oħrajn.

4.   L-infiq imġarrab fil-kuntest tal-programm operattiv għandu jiġi appoġġjat minn prova tal-ħlas. Il-fatturi użati għandhom jinħarġu f'isem l-organizzazzjoni tal-produtturi, l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew il-kumpanija sussidjarja li jkunu konformi mar-rekwiżit ta' 90 % imsemmi fl-Artikolu 22(8) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 jew, soġġett għall-approvazzjoni tal-Istat Membru, f'isem wieħed jew aktar mill-membri produtturi. Madankollu, il-fatturi fir-rigward tal-ispejjeż tal-persunal imsemmija fil-punt 2 tal-Anness III għar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 għandhom jinħarġu f'isem l-organizzazzjoni tal-produtturi, l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew il-kumpanija sussidjarja li jkunu konformi mar-rekwiżit ta' 90 % imsemmi fl-Artikolu 22(8) ta' dak ir-Regolament jew, soġġett għall-approvazzjoni tal-Istat Membru, f'isem il-kooperattivi li huma membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

Artikolu 27

Kontrolli fuq il-post fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna annwali

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli fuq il-post fil-bini tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-kumpaniji sussidjarji tagħhom, sabiex jiżguraw il-konformità mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent, għall-għoti ta' għajnuna jew għall-bilanċ tagħha għas-sena kkonċernata msemmija fl-Artikolu 9(1), li għandhom jissupplimentaw il-kontrolli amministrattivi.

2.   Il-kontrolli fuq il-post għandhom jirrigwardjaw kampjun li jirrappreżenta mill-inqas 30 % tal-għajnuna totali applikata għal kull sena. Kull organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li timplimenta programm operattiv għandha tiġi miżjura mill-inqas darba kull tliet snin.

3.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jridu jiġu vverifikati fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskji li għandha tieħu f'kunsiderazzjoni l-kriterji li ġejjin:

(a)

l-ammont tal-għajnuna;

(b)

is-sejbiet tal-kontrolli fis-snin preċedenti;

(c)

parametru każwali; u

(d)

parametri oħrajn li jridu jiġu ddeterminati mill-Istati Membri.

4.   Jista' jingħata avviż minn qabel tal-kontrolli fuq il-post, sakemm l-iskop tal-kontroll ma jkunx ipperikolat.

5.   Il-kontrolli fuq il-post għandhom ikopru l-impenji u l-obbligi kollha tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, tal-membri jew tal-kumpaniji sussidjarji tagħha, fejn ikun applikabbli, li jistgħu jiġu vverifikati fil-ħin taż-żjara u li ma setgħux jiġu vverifikati matul il-kontrolli amministrattivi. B'mod partikolari, il-kontrolli fuq il-post għandhom jikkonċernaw:

(a)

il-konformità mal-kriterji tar-rikonoxximent għas-sena kkonċernata;

(b)

l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u l-konsistenza tagħhom mal-programm operattiv approvat;

(c)

fir-rigward ta' għadd ta' azzjonijiet rilevanti: il-konformità tal-infiq mal-liġi tal-Unjoni u r-rispett tad-dati ta' skadenza stabbiliti fiha;

(d)

l-użu tal-fond operattiv, inkluż l-infiq iddikjarat fit-talbiet għall-ħlasijiet bil-quddiem jew għall-ħlasijiet parzjali, il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata, il-kontribuzzjonijiet għall-fond operattiv u l-infiq iddikjarat kif appoġġjat mid-dokumenti tal-kontabbiltà jew minn dokumenti ekwivalenti;

(e)

il-kunsinna sħiħa tal-prodotti mill-membri, il-kunsinna tas-servizzi u l-ġenwinità tal-infiq iddikjarat; u

(f)

il-kontrolli tat-tieni livell imsemmija fl-Artikolu 30 għall-ispejjeż tal-irtirar mis-suq, tal-ħsad bikri u tan-nuqqas ta' ħsad.

6.   Il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandu jiġi vverifikat fuq il-bażi tas-sistema tal-kontabbiltà finanzjarja kif ivverifikata u ċċertifikata skont il-liġi nazzjonali.

Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-dikjarazzjoni tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għandha tiġi ċċertifikata bl-istess mod bħad-dejta tal-kontabbiltà finanzjarja.

Il-kontroll tad-dikjarazzjoni tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jista' jitwettaq qabel ma tintbagħat l-applikazzjoni għall-għajnuna rilevanti, iżda għandu jitwettaq sa mhux aktar tard minn qabel isir il-ħlas tal-għajnuna.

7.   Ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-kontrolli fuq il-post għandhom jinkludu żjara fil-post fejn tiġi implimentata l-azzjoni jew, jekk l-azzjoni ma tkunx tanġibbli, lill-promotur tal-azzjoni. B'mod partikolari, l-azzjonijiet fuq azjendi individwali ta' membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi koperti mill-kampjun imsemmi fil-paragrafu 2 għandha ssirilhom mill-inqas żjara waħda sabiex jiġi vverifikat it-twettiq tagħhom.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jwettqux dawn iż-żjarat għal azzjonijiet żgħar, jew meta jqisu li hemm riskju baxx li l-kundizzjonijiet sabiex jirċievu l-għajnuna ma jiġux issodisfati, jew inkella li l-operazzjoni ma kinitx implimentata. Id-deċiżjoni rispettiva u l-ġustifikazzjoni tagħha għandhom ikunu rreġistrati. Il-kriterji tal-analiżi tar-riskji stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dan il-paragrafu.

8.   Huma biss il-kontrolli li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha ta' dan l-Artikolu li jistgħu jingħaddu lejn l-issodisfar tar-rata ta' kontroll stabbilita fil-paragrafu 2.

9.   Ir-riżultati tal-kontrolli fuq il-post għandhom ikunu vvalutati sabiex jiġi stabbilit jekk kwalunkwe problemi li jkunu nstabu fihom humiex ta' natura sistemika u jekk jinvolvux riskju għal azzjonijiet, benefiċjarji jew korpi simili oħrajn. Din il-valutazzjoni għandha tidentifika wkoll il-kawżi ta' tali sitwazzjonijiet, kwalunkwe eżaminazzjoni ulterjuri li tista' tkun meħtieġa u l-azzjoni korrettiva u preventiva rrakkomandata.

Jekk il-kontrolli jiżvelaw irregolaritajiet sinifikanti f'reġjun jew parti minn reġjun jew għal organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi speċifika, l-Istat Membru għandu jwettaq kontrolli addizzjonali matul is-sena fir-reġjun jew fl-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni kkonċernata u għandu jżid il-perċentwal ta' applikazzjonijiet korrispondenti li jridu jiġu vverifikati fis-sena ta' wara.

Artikolu 28

Rapporti tal-kontrolli fuq il-post

1.   Għandu jsir rapport dettaljat għal kull kontroll fuq il-post, li jindika mill-inqas it-tagħrif li ġej:

(a)

l-iskema tal-għajnuna u l-applikazzjoni vverifikata;

(b)

l-ismijiet u l-funzjonijiet tal-persuni preżenti;

(c)

l-azzjonijiet, il-miżuri u d-dokumenti vverifikati, inklużi r-rekord tal-awditjar u l-evidenza ta' sostenn ivverifikati; u

(d)

ir-riżultati tal-kontroll.

2.   Rappreżentant tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu jingħata l-opportunità li jiffirma r-rapport sabiex jiċċertifika l-preżenza tiegħu fil-kontroll u sabiex jirreġistra l-kummenti tiegħu. Meta jinstabu xi irregolaritajiet, il-benefiċjarju għandu jirċievi kopja tar-rapport.

Artikolu 29

Kontrolli tal-ewwel livell fuq l-operazzjonijiet ta' rtirar

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli tal-ewwel livell fuq l-operazzjonijiet ta' rtirar f'kull organizzazzjoni tal-produtturi, li jkunu jinkludu kontroll tad-dokumenti u tal-identità appoġġjat minn kontroll fiżiku tal-piż tal-prodotti rtirati mis-suq, kif ukoll kontroll fuq il-konformità mal-Artikolu 15, skont il-proċeduri stipulati fil-Kapitolu II tat-Titolu II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Il-kontroll għandu jsir wara li tasal in-notifika msemmija fl-Artikolu 44(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, fil-limiti ta' żmien stabbiliti skont il-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu.

2.   Il-kontrolli tal-ewwel livell għandhom ikopru 100 % tal-kwantità tal-prodotti rtirati mis-suq. Fi tmiem dan il-kontroll, il-prodotti rtirati, minbarra dawk għad-distribuzzjoni bla ħlas, għandha tinbidlilhom in-natura tagħhom jew għandhom jitneħħew billi jingħataw lill-industrija tal-ipproċessar taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 46 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891.

3.   B'deroga mill-paragrafu 2, meta l-prodotti jkunu għad-distribuzzjoni bla ħlas, l-Istati Membri jistgħu jivverifikaw perċentwal iżgħar minn dak stipulat f'dak il-paragrafu, sakemm dan ma jkunx inqas minn 10 % tal-kwantitajiet ikkonċernati matul is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni ta' kwalunkwe organizzazzjoni tal-produtturi partikolari. Il-kontroll jista' jseħħ fil-bini tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew fis-siti tal-benefiċjarji tal-prodotti. F'każ li l-kontrolli jiżvelaw xi irregolaritajiet, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli addizzjonali.

Artikolu 30

Kontrolli tat-tieni livell fuq l-operazzjonijiet ta' rtirar

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli tat-tieni livell fuq l-operazzjonijiet ta' rtirar fil-bini tal-organizzazzjoni tal-produtturi u tal-benefiċjarji tal-prodotti rtirati abbażi ta' analiżi tar-riskji. L-analiżi tar-riskji għandha tinkludi s-sejbiet tal-kontrolli tal-ewwel u tat-tieni livell li jkunu saru qabel u jekk organizzazzjoni tal-produtturi għandhiex xi forma ta' proċedura ta' assigurazzjoni tal-kwalità jew le. Din l-analiżi tar-riskji għandha sservi bħala l-bażi sabiex tiġi stabbilita l-frekwenza minima tal-kontrolli tat-tieni livell għal kull organizzazzjonijiet tal-produtturi.

2.   Il-kontrolli tat-tieni livell imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonċernaw:

(a)

ir-reġistri speċifiċi tal-ħażniet u tal-kontabbiltà li għandhom jinżammu mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi kollha li jwettqu operazzjonijiet ta' rtirar matul is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni kkonċernata;

(b)

il-kwantitajiet ikkummerċjalizzati kif iddikjarati fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna, li jivverifikaw, b'mod partikolari, ir-reġistri tal-ħażniet u tal-kontabbiltà, il-fatturi u l-iżgurar li d-dikjarazzjonijiet ikunu jaqblu mad-dejta tal-kontabbiltà u tat-taxxa tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati;

(c)

il-kontijiet, b'mod partikolari l-veraċità tal-irċevuti netti mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif iddikjarati fl-applikazzjonijiet tagħhom għall-ħlas u l-proporzjonalità ta' kwalunkwe spiża tal-irtirar; u

(d)

id-destinazzjoni tal-prodotti rtirati kif iddikjarata fl-applikazzjoni għall-ħlas u t-tibdil tan-natura tagħhom.

3.   Kull kontroll għandu jinkludi kampjun li jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet irtirati mill-organizzazzjoni tal-produtturi matul is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni.

4.   Ir-reġistri speċifiċi tal-ħażniet u tal-kontabbiltà msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandhom juru, għal kull prodott irtirat, il-kwantitajiet mibdula, espressi f'tunnellati, ta':

(a)

il-produzzjoni kkonsenjata minn membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi u minn membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi oħrajn skont l-Artikolu 12(1)(b) u (c) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891;

(b)

il-bejgħ mill-organizzazzjoni tal-produtturi, li jidentifika l-prodotti maħsuba għas-suq tal-prodotti friski u l-prodotti għall-ipproċessar; u

(c)

il-prodotti rtirati mis-suq.

5.   Il-kontrolli fuq id-destinazzjoni tal-prodotti rtirati mis-suq għandhom jinkludu:

(a)

kontroll ta' kampjun fuq ir-rekords tal-ħażniet li għandhom jinżammu mill-benefiċjarji u fuq il-kontijiet finanzjarji tal-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet karitatevoli kkonċernati meta japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891; u

(b)

kontrolli fuq il-konformità mar-rekwiżiti ambjentali rilevanti.

6.   Jekk il-kontrolli tat-tieni livell jiżvelaw xi irregolaritajiet, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli tat-tieni livell aktar dettaljati għas-sena kkonċernata u għandhom iżidu l-frekwenza tal-kontrolli tat-tieni livell fil-bini tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi matul is-sena ta' wara.

Artikolu 31

Ħsad bikri u nuqqas ta' ħsad

1.   Qabel ma sseħħ operazzjoni ta' ħsad bikri, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, permezz ta' kontroll fuq il-post, li l-prodotti kkonċernati ma jkunux bil-ħsara u li ż-żona kkonċernata kienet miżmuma sewwa. Wara l-ħsad bikri, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li ż-żona kkonċernata nħasdet kompletament u li l-prodott maħsud inbidlitlu n-natura tiegħu.

2.   Qabel ma tittieħed id-deċiżjoni li ma jsirx ħsad, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, permezz ta' kontroll fuq il-post, li ż-żona partikolari kienet miżmuma sewwa, li ma seħħ diġà ebda ħsad parzjali, li l-prodott huwa żviluppat sewwa u li, b'mod ġenerali, tali prodott ser ikun tajjeb, ġust u ta' kwalità li tista' tiġi kkummerċjalizzata.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinbidel in-natura tal-produzzjoni. Jekk dan ma jkunx possibbli, huma għandhom jiżguraw, permezz ta' żjara jew żjarat fuq il-post matul l-istaġun tal-ħsad, li ma jseħħ l-ebda ħsad.

3.   Meta japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 48(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891:

(a)

ir-rekwiżit previst fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jiġifieri li ma jkun seħħ l-ebda ħsad parzjali, ma għandux japplika; u

(b)

l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanti tal-frott u l-ħxejjex, li fir-rigward tagħhom ikunu ttieħdu miżuri ta' ħsad bikri jew nuqqas ta' ħsad, ma jintużawx għal skopijiet ta' produzzjoni ulterjuri fl-istess staġun tal-produzzjoni.

4.   L-Artikolu 30(1), (2), (3) u (6) għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 32

Organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi

1.   L-Istat Membru li fih organizzazzjoni transnazzjonali tal-produtturi għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha għandu jkollu r-responsabbiltà totali għall-organizzazzjoni ta' kontrolli fuq dik l-organizzazzjoni fir-rigward tal-programm operattiv u l-fond operattiv, kif ukoll għall-applikazzjoni ta' penali amministrattivi meta tali kontrolli juru li l-obbligi ma ġewx issodisfati.

2.   L-Istati Membri l-oħrajn mitluba jipprovdu l-kooperazzjoni amministrattiva msemmija fl-Artikolu 14(3)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 għandhom iwettqu tali kontrolli amministrattivi u fuq il-post kif mitlub mill-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u għandhom jirrapportaw ir-riżultati lilu. Huma għandhom jirrispettaw id-dati ta' skadenza stabbiliti mill-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1.

3.   Ir-regoli applikabbli fl-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-organizzazzjoni tal-produtturi u għall-programm operattiv u l-fond operattiv. Madankollu, fir-rigward tal-kwistjonijiet ambjentali u fitosanitarji u l-miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet, għandhom japplikaw ir-regoli tal-Istat Membru fejn iseħħu l-azzjonijiet rispettivi.

Artikolu 33

Assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.   L-Istat Membru li fih organizzazzjoni tal-produtturi li hija membru ta' assoċjazzjoni transnazzjonali għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha għandu jkollu r-responsabbiltà totali għall-organizzazzjoni ta' kontrolli fir-rigward tal-azzjonijiet tal-programm operattiv implimentat fit-territorju tiegħu u għall-applikazzjoni ta' penali amministrattivi meta tali kontrolli juru li l-obbligi ma ġewx issodisfati.

2.   L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkoopera mill-qrib mal-Istat Membru li fih l-assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha u jinnotifika mingħajr dewmien ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa u l-penali amministrattivi possibbli applikati.

3.   L-Istat Membru li fih l-assoċjazzjoni transnazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha għandu jkollu r-responsabbiltà totali għall-organizzazzjoni ta' kontrolli fir-rigward tal-azzjonijiet tal-programm operattiv implimentati fil-livell tal-assoċjazzjoni transnazzjonali u tal-fond operattiv tal-assoċjazzjoni transnazzjonali, kif ukoll għall-applikazzjoni ta' penali amministrattivi meta tali kontrolli juru li l-obbligi ma ġewx issodisfati. Huwa għandu jiżgura wkoll il-koordinazzjoni tal-kontrolli u tal-ħlasijiet fir-rigward tal-azzjonijiet tal-programmi operattivi implimentati fit-territorju tal-Istati Membri l-oħrajn.

4.   L-azzjonijiet tal-programmi operattivi għandhom ikunu konformi mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru fejn ikunu effettivament imwettqa.

Artikolu 34

Kontrolli

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament jew ta' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jintroduċu kontrolli u miżuri sabiex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 u ta' dan ir-Regolament. Dawk il-kontrolli u l-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi sabiex b'hekk jipprovdu protezzjoni adegwata għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

il-kriterji tal-eliġibbiltà kollha stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni jew stabbiliti fl-istrateġija jew il-qafas nazzjonali jkunu jistgħu jiġu vverifikati;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli mit-twettiq tal-kontrolli jkollhom biżżejjed persunal bi kwalifiki u esperjenza xierqa sabiex iwettqu l-kontrolli b'mod effettiv; u

(c)

ikunu previsti kontrolli sabiex jiġi evitat il-finanzjament doppju irregolari tal-miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fil-kuntest ta' skemi nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn.

Artikolu 35

Żbalji ovvji

F'każijiet ta' żbalji ovvji rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, kif imsemmi fl-Artikolu 59(6) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, kwalunkwe notifika, pretensjoni jew talba magħmula lil Stat Membru skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ir-Regolament Delegat (UE) 2017/891 jew dan ir-Regolament u kwalunkwe applikazzjoni għall-għajnuna tista' tiġi kkoreġuta u aġġustata fi kwalunkwe ħin wara s-sottomissjoni tagħha.

KAPITOLU V

ESTENSJONI TAR-REGOLI

Artikolu 36

Kontribuzzjonijiet finanzjarji

Meta Stat Membru jiddeċiedi, skont l-Artikolu 165 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li l-operaturi li ma jappartjenux għal organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali, iżda li fir-rigward tagħhom ir-regoli jsiru vinkolanti, għandhom iħallsu kontribuzzjoni finanzjarja, l-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni t-tagħrif meħtieġ sabiex hija tkun tista' tivvaluta l-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Artikolu. Dan it-tagħrif għandu jinkludi l-bażi li fuqha tiġi kkalkolata l-kontribuzzjoni, l-ammont unitarju tagħha, l-attivitajiet koperti u l-ispejjeż assoċjati magħhom.

Artikolu 37

Estensjonijiet li jdumu għal aktar minn sena waħda

1.   Fejn huwa deċiż li għandha tiġi applikata estensjoni tar-regoli għal perjodu ta' aktar minn sena, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw, fir-rigward ta' kull sena, jekk il-kundizzjonijiet dwar ir-rappreżentattività stipulati fl-Artikolu 164(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 komplewx jiġu ssodisfati matul il-perjodu ta' applikazzjoni tal-estensjoni.

2.   Jekk l-Istati Membri jsibu li l-kundizzjonijiet ma għadhomx qegħdin jiġu mħarsa, huma għandhom iħassru l-estensjoni b'effett mill-bidu tas-sena ta' wara.

3.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe tħassir. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dan it-tagħrif disponibbli għall-pubbliku bil-mezzi xierqa.

KAPITOLU VI

SISTEMA TAL-PREZZ TAD-DĦUL U D-DAZJI TAL-IMPORTAZZJONI

Artikolu 38

Valuri standard tal-importazzjoni

1.   Għal kull prodott u għall-perjodi ta' applikazzjoni stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VII għar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, għal kull jum tax-xogħol u għal kull oriġini, valur standard tal-importazzjoni daqs il-medja pponderata tal-prezzijiet rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 74 ta' dak ir-Regolament, nieqes ammont standard ta' EUR 5 għal kull 100 kg u d-dazji doganali ad valorem.

2.   Meta jkun stabbilit valur standard tal-importazzjoni għall-prodotti u għall-perjodi ta' applikazzjoni stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VII għar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, skont l-Artikoli 74 u 75 ta' dak ir-Regolament u skont dan l-Artikolu, il-prezz għal kull unità msemmi fl-Artikolu 142 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (10) ma għandux japplika. Dan għandu jiġi sostitwit mill-valur standard tal-importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1.

3.   Meta ma jkun hemm ebda valur standard tal-importazzjoni fis-seħħ għal prodott ta' oriġini partikolari, għandha tapplika l-medja pponderata tal-valuri standard tal-importazzjoni li jkunu fis-seħħ għal dak il-prodott.

4.   Matul il-perjodi ta' applikazzjoni stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VII għar-Regolament Delegat (UE) 2017/891, il-valuri standard tal-importazzjoni għandhom jibqgħu applikabbli sakemm jinbidlu. Madankollu, huma ma għandhomx jibqgħu japplikaw meta ma jkun ġie nnotifikat ebda prezz rappreżentattiv medju lill-Kummissjoni għal ġimgħatejn konsekuttivi.

F'każijiet fejn, skont l-ewwel subparagrafu, ma japplika ebda valur standard tal-importazzjoni għal prodott partikolari, il-valur standard tal-importazzjoni applikabbli għal dak il-prodott għandu jkun daqs l-aħħar valur standard medju tal-importazzjoni.

5.   B'deroga mill-paragrafu 1, f'każijiet fejn ma kienx possibbli li jiġi kkalkolat valur standard tal-importazzjoni, ma għandu japplika ebda valur standard tal-importazzjoni mill-ewwel jum tal-perjodi ta' applikazzjoni stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VII għar-Regolament Delegat (UE) 2017/891.

6.   Ir-rata tal-kambju applikabbli għall-valur standard tal-importazzjoni għandha tkun l-aktar rata riċenti ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-aħħar jum tal-perjodu li għalih jiġu trażmessi l-prezzijiet.

7.   Il-valuri standard tal-importazzjoni espressi f'euro għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni permezz ta' TARIC (11).

KAPITOLU VII

DAZJI TAL-IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI

Artikolu 39

Il-ġbir ta' dazju tal-importazzjoni addizzjonali

1.   Jista' jiġi applikat dazju tal-importazzjoni addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 182(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-prodotti u matul il-perjodi elenkati fl-Anness VII għal dan ir-Regolament. Dak id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali għand japplika jekk il-kwantità ta' kwalunkwe wieħed mill-prodotti mpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni libera għal kwalunkwe wieħed mill-perjodi ta' applikazzjoni stabbiliti f'dak l-Anness taqbeż il-volum tal-iskattar għal dak il-prodott.

2.   Għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness VII u matul il-perjodi indikati f'dak l-Anness, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dettalji tal-volumi mpoġġija fiċ-ċirkolazzjoni libera billi jużaw il-metodu għas-sorveljanza tal-importazzjonijiet preferenzjali stabbilit fl-Artikolu 55 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

3.   Id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali għandu jiġi impost fuq il-kwantitajiet impoġġija fiċ-ċirkolazzjoni libera wara d-data tal-applikazzjoni ta' dak id-dazju, sakemm:

(a)

il-valur doganali tagħhom iddeterminat skont l-Artikolu 74 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891 jinvolvi l-applikazzjoni tal-ogħla dazji speċifiċi applikabbli għall-importazzjonijiet tal-oriġini inkwistjoni; u

(b)

l-importazzjoni ssir matul il-perjodu tal-applikazzjoni tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali.

Artikolu 40

Ammont tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali

Id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali applikat skont l-Artikolu 39 għandu jkun ekwivalenti għal terz tad-dazju doganali speċifikat fit-Tariffa Doganali Komuni għall-prodott inkwistjoni.

Madankollu, għall-prodotti li jibbenifikaw minn preferenza tat-tariffi tal-importazzjoni għad-dazju ad valorem, id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali għandu jkun ekwivalenti għal terz tad-dazju doganali speċifiku għall-prodott inkwistjoni fejn japplika l-Artikolu 39(2).

Artikolu 41

Eżenzjonijiet mid-dazju tal-importazzjoni addizzjonali

1.   L-oġġetti li ġejjin huma eżentati mid-dazju tal-importazzjoni addizzjonali:

(a)

oġġetti importati skont kwota tariffarja;

(b)

oġġetti li telqu mill-pajjiż tal-oriġini qabel id-deċiżjoni sabiex jiġi applikat id-dazju tal-importazzjoni addizzjonali u li qegħdin jiġu ttrasportati taħt il-kopertura ta' dokument tat-trasport validu mill-post tat-tagħbija fil-pajjiż tal-oriġini sal-post tal-ħatt fl-Unjoni, li tfasslet qabel l-applikazzjoni tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali.

2.   Il-partijiet interessati għandhom jipprovdu evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali li r-rekwiżiti tal-paragrafu 1(b) ġew issodisfati.

L-awtoritajiet doganali jistgħu jqisu li l-oġġetti telqu mill-pajjiż tal-oriġini qabel id-data tal-applikazzjoni tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali, jekk jiġi pprovdut wieħed mid-dokumenti li ġejjin:

(a)

għat-trasport bil-baħar, il-polza ta' kargu li turi li t-tagħbija seħħet qabel dik id-data;

(b)

għat-trasport bil-ferrovija, il-polza tal-vjeġġ aċċettata mill-awtoritajiet tal-ferrovija tal-pajjiż tal-oriġini qabel dik id-data;

(c)

għat-trasport bit-triq, il-kuntratt tat-trasport bit-triq (CMR) jew dokument ta' tranżitu ieħor maħruġ fil-pajjiż tal-oriġini qabel dik id-data, jekk jiġu osservati l-kundizzjonijiet stipulati f'arranġamenti bilaterali jew multilaterali konklużi fil-kuntest tat-tranżitu tal-Unjoni jew tat-tranżitu komuni;

(d)

għat-trasport bl-ajru, il-polza tal-vjeġġ bl-ajru li turi li l-linja tal-ajru aċċettat l-oġġetti qabel dik id-data.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 42

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta' Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f'dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (ara paġna 4 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f'pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).

(8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas- 6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255 tat-28.8.2014, p. 59).

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(11)  http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/customs_tariff/index_en.htm


ANNESS I

Struttura u kontenut ta' strateġija nazzjonali għall-programmi operattivi sostenibbli msemmija fl-Artikolu 2

1.   Tul taż-żmien tal-istrateġija nazzjonali

Għandu jkun indikat mill-Istat Membru.

2.   Analiżi tas-sitwazzjoni f'termini tal-punti pożittivi u negattivi u l-potenzjal għall-iżvilupp, l-istrateġija magħżula sabiex dawn jintlaħqu u l-ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet magħżula kif imsemmi fl-Artikolu 36(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.1.   Analiżi tas-sitwazzjoni

Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni attwali tas-settur tal-frott u l-ħxejjex bl-użu ta' dejta kwantifikata, filwaqt li tenfasizza l-punti pożittivi u negattivi, id-disparitajiet, il-ħtiġijiet u l-lakuni u l-potenzjal għall-iżvilupp abbażi tal-indikaturi bażiċi komuni rilevanti stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II u ta' indikaturi addizzjonali oħrajn, jekk applikabbli. Din id-deskrizzjoni għandha tikkonċerna tal-inqas:

il-prestazzjonijiet tas-settur tal-frott u l-ħxejjex: il-punti pożittivi u negattivi tas-settur, il-kompetittività u l-potenzjal għall-iżvilupp tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

l-effetti ambjentali (impatti, pressjonijiet u benefiċċji) tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex, inklużi xejriet ewlenin.

2.2.   L-istrateġija magħżula sabiex jintlaħqu l-punti pożittivi u negattivi

Deskrizzjoni tal-oqsma ewlenin fejn l-intervent huwa mistenni li jġib il-valur miżjud massimu:

ir-rilevanza tal-objettivi stabbiliti għall-programmi operattivi, tar-riżultati mistennija u kemm dawn jistgħu jinkisbu b'mod realistiku;

il-koerenza interna tal-istrateġija, l-eżistenza ta' interazzjonijiet li jsaħħu lil xulxin b'mod reċiproku u l-kunflitti jew il-kontradizzjonijiet possibbli bejn l-objettivi operattivi tal-azzjonijiet differenti magħżula;

il-kumplimentarjetà u l-konsistenza tal-azzjonijiet magħżula ma' azzjonijiet nazzjonali jew reġjonali oħrajn, u mal-attivitajiet appoġgjati permezz ta' fondi tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-programmi tal-iżvilupp rurali u l-promozzjoni;

ir-riżultati u impatt mistennija mqabbla mas-sitwazzjoni bażika u l-kontribuzzjoni tagħhom lejn l-objettivi tal-Unjoni.

2.3.   L-impatt mill-istrateġija nazzjonali preċedenti (fejn applikabbli)

Deskrizzjoni tar-riżultati u tal-impatt tal-programmi operattivi implimentati fil-passat riċenti.

3.   L-objettivi tal-programmi operattivi u tal-indikaturi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 36(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013

Deskrizzjoni tat-tipi ta' azzjonijiet magħżula bħala eliġibbli għall-appoġġ (lista mhux eżawrjenti), l-objettivi segwiti, il-miri verifikabbli u l-indikaturi li jippermettu l-progress lejn il-kisba tal-objettivi, l-effiċjenza u l-effettività li jridu jiġu vvalutati.

3.1.   Rekwiżiti li jikkonċernaw it-tipi ta' azzjonijiet kollha jew diversi minnhom

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet kollha inklużi fl-istrateġija nazzjonali u fil-qafas nazzjonali jkunu verifikabbli u kontrollabbli. Meta l-valutazzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi tiżvela li r-rekwiżiti tal-verifikabbiltà u tal-kontrollabbiltà ma jiġux issodisfati, l-azzjonijiet ikkonċernati għandhom jiġu aġġustati kif xieraq jew inkella jitħassru.

Meta l-appoġġ jingħata fuq il-bażi tar-rati fissi standard jew l-iskali ta' spejjeż għal kull unità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli rilevanti jkunu adegwati u preċiżi u stabbiliti minn qabel abbażi ta' kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli. L-azzjonijiet ambjentali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

L-Istati Membri għandhom jadottaw salvagwardji, dispożizzjonijiet u kontrolli sabiex jiżguraw li l-azzjonijiet magħżula bħala eliġibbli għall-appoġġ ma jkunux appoġġjati wkoll minn strumenti rilevanti oħrajn tal-politika agrikola komuni, b'mod partikolari minn programmi tal-iżvilupp rurali u l-promozzjoni jew minn skemi nazzjonali jew reġjonali oħrajn.

Salvagwardji effettivi fis-seħħ skont l-Artikolu 33(6) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, sabiex jipproteġu l-ambjent minn pressjonijiet akbar possibbli li ġejjin minn investimenti appoġġjati taħt il-programmi operattivi u kriterji tal-eliġibbiltà adottati skont l-Artikolu 36(1) ta' dak ir-Regolament, sabiex jiżguraw li l-investimenti fuq azjendi individwali appoġġjati taħt il-programmi operattivi jirrispettaw l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 191 tat-TFUE u fis-seba' programm ta' azzjoni ambjentali tal-Unjoni.

3.2.   Tagħrif speċifiku meħtieġ għat-tipi ta' azzjonijiet immirati lejn il-kisba tal-objettivi stabbiliti jew imsemmija fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (irid jimtela biss għat-tipi ta' azzjonijiet magħżula)

3.2.1.   Akkwist ta' assi fissi

tipi ta' investimenti eliġibbli għall-appoġġ,

forom oħrajn ta' akkwist eliġibbli għall-appoġġ, pereżempju; kera, lokazzjoni,

dettalji dwar il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-appoġġ.

3.2.2.   Azzjonijiet oħrajn

deskrizzjoni tat-tipi ta' azzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ,

dettalji dwar il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-appoġġ.

4.   Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi responsabbli

Ħatra mill-Istat Membru tal-awtorità nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrateġija nazzjonali.

5.   Deskrizzjoni tas-sistemi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni

L-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti mill-istrateġija nazzjonali għandhom jinkludu l-indikaturi komuni tal-prestazzjoni previsti fl-Artikolu 4 u elenkati fl-Anness II. Fejn ikun meqjus bħala xieraq, l-istrateġija nazzjonali għandha tispeċifika indikaturi addizzjonali li jkunu jirriflettu l-ħtiġijiet reġjonali jew nazzjonali, il-kundizzjonijiet u l-objettivi speċifiċi għall-programmi operattivi nazzjonali.

5.1.   Valutazzjoni tal-programmi operattivi u tal-obbligi tar-rapportar għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 36(2)(d) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Deskrizzjoni tar-rekwiżiti u l-proċeduri ta' monitoraġġ u evalwazzjoni fir-rigward tal-programmi operattivi, inklużi l-obbligi tar-rapportar għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

5.2.   Monitoraġġ u evalwazzjoni tal-istrateġija nazzjonali

Deskrizzjoni tar-rekwiżiti u l-proċeduri ta' monitoraġġ u evalwazzjoni fir-rigward tal-istrateġija nazzjonali.


ANNESS II

Lista ta' indikaturi komuni tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikoli 4(1)(a) u 21(3)(a) ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 56(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/891

Is-sistema ta' indikaturi komuni tal-prestazzjoni marbuta ma' azzjonijiet imwettqa minn organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-membri tagħhom taħt programm operattiv mhux bilfors taqbad il-fatturi kollha li jistgħu jintervjenu u jaffettwaw l-outputs, ir-riżultati u l-impatt ta' programm operattiv. F'dan il-kuntest, it-tagħrif ipprovdut mill-indikaturi komuni tal-prestazzjoni għandu jkun interpretat fid-dawl tat-tagħrif kwantitattiv u kwalitattiv li jirrigwardja l-fatturi ewlenin l-oħrajn li jikkontribwixxu għas-suċċess jew għall-falliment tal-implimentazzjoni tal-programm.

1.   INDIKATURI KOMUNI LI JIRRIGWARDJAW L-EŻEKUZZJONI FINANZJARJA (INDIKATURI TAL-INPUT) (ANNWALI)

Miżura

Tip ta' azzjoni

Indikaturi tal-input (annwali)

Azzjonijiet immmirati lejn l-ippjanar tal-produzzjoni

(a)

Investimenti f'assi fiżiċi

(b)

Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

(c)

Azzjonijiet oħrajn

Infiq (EUR)

Azzjonijiet immirati lejn it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-prodott

(a)

Investimenti f'assi fiżiċi

(b)

Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoniForom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

(c)

Azzjonijiet oħrajn

Infiq (EUR)

Azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni

(a)

Investimenti f'assi fiżiċi

(b)

Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

(c)

Attivitajiet ta' promozzjoni u komunikazzjoni (għajr fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet)

(d)

Azzjonijiet oħrajn

Infiq (EUR)

Riċerka u produzzjoni sperimentali

(a)

Investimenti f'assi fiżiċi

(b)

Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

(c)

Azzjonijiet oħrajn

Infiq (EUR)

Azzjonijiet ta' taħriġ u azzjonijiet għall-iskambju ta' tagħrif dwar l-aqwa prassi (għajr fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet) u azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi ta' konsulenza u assistenza teknika

Abbażi tal-kwistjoni ewlenija koperta:

(a)

Produzzjoni organika

(b)

Produzzjoni integrata jew ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara

(c)

Kwistjonijiet ambjentali oħrajn

(d)

Traċċabbiltà

(e)

Kwalità tal-prodott, inkluż residwi ta' pestiċidi

(f)

Kwistjonijiet oħrajn

Infiq (EUR)

Miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet

(a)

Investimenti li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti;

(b)

Miżuri ta' taħriġ u skambju tal-aqwa prassi;

(c)

Promozzjoni u komunikazzjoni, kemm jekk għal prevenzjoni kif ukoll jekk matul perjodu ta' kriżi;

(d)

Appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi sabiex jiġu stabbiliti fondi mutwi;

(e)

Tħawwil mill-ġdid ta' ġonna fejn dan ikun meħtieġ wara l-qlugħ obbligatorju tad-dwieli għal raġunijiet ta' saħħa jew raġunijiet fitosanitarji fuq l-istruzzjoni tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru;

(f)

Irtirar mis-suq

(g)

Ħsad bikri jew nuqqas ta' ħsad ta' frott u ħxejjex;

(h)

Assigurazzjoni tal-ħsad;

Infiq (EUR)

Azzjonijiet ambjentali

(a)

Investimenti f'assi fiżiċi

(b)

Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

(c)

Produzzjoni organika

(d)

Produzzjoni integrata

(e)

Użu jew ġestjoni mtejba tal-ilma, inklużi l-iffrankar u t-tneħħija tal-ilma

(f)

Azzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ħamrija (pereżempju; tekniki tax-xogħol sabiex tiġi evitata jew imnaqqsa l-erożjoni tal-ħamrija, kopertura veġetali, agrikultura ta' konservazzjoni, kisja ta' protezzjoni fuq il-ħamrija)

(g)

Azzjonijiet għall-ħolqien jew għaż-żamma ta' ħabitats favorevoli għall-bijodiversità (pereżempju; artijiet mistagħdra) jew għaż-żamma tal-pajsaġġ f'kundizzjoni tajba, inkluża l-konservazzjoni ta' karatteristiċi storiċi (pereżempju; ħitan tal-ġebel, raba' mtarraġ, masġar żgħir)

(h)

Azzjonijiet li jiffavorixxu l-iffrankar tal-enerġija jew it-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; il-qalba għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli

(i)

Azzjonijiet relatati mat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-iskart u mat-titjib fil-ġestjoni tiegħu

(j)

Azzjonijiet oħrajn

Infiq (EUR)

Azzjonijiet oħrajn

(a)

Investimenti f'assi fiżiċi

(b)

Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

(c)

Azzjonijiet oħrajn

Infiq (EUR)

2.   INDIKATURI KOMUNI TAL-OUTPUT (L-AĦĦAR SENTEJN TAL-PROGRAMM OPERATTIV)

Miżura

Tip ta' azzjoni

Indikaturi tal-output (annwali)

Azzjonijiet immmirati lejn l-ippjanar tal-produzzjoni

(a)

Investimenti f'assi fiżiċi

Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

Valur totali ta' investimenti (EUR)

(b)

Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

(c)

Azzjonijiet oħrajn

Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

Azzjonijiet immirati lejn it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-prodott

(a)

Investimenti f'assi fiżiċi

Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet.

Valur totali ta' investimenti (EUR)

(b)

Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

(c)

Azzjonijiet oħrajn

Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

Azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni

(a)

Investimenti f'assi fiżiċi

Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet.

Valur totali ta' investimenti (EUR)

(b)

Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

(c)

Attivitajiet ta' promozzjoni u komunikazzjoni (għajr fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet)

Għadd ta' azzjonijiet imwettqa (1)

(d)

Azzjonijiet oħrajn

Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

Riċerka u produzzjoni sperimentali

 

Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet.

Għadd ta' proġetti

Azzjonijiet ta' taħriġ u azzjonijiet għall-iskambju ta' tagħrif dwar l-aqwa prassi (għajr fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet) u azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi ta' konsulenza u assistenza teknika

Abbażi tal-kwistjoni ewlenija koperta:

(a)

Produzzjoni organika

(b)

Produzzjoni integrata jew ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara

(c)

Kwistjonijiet ambjentali oħrajn

(d)

Traċċabbiltà

(e)

Kwalità tal-prodott, inklużi residwi ta' pestiċidi

(f)

Kwistjonijiet oħrajn

Għadd ta' jiem ta' taħriġ li jirċievu l-parteċipanti

Miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet

(a)

Investimenti li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti;

Valur totali ta' investimenti (EUR)

(b)

Miżuri ta' taħriġ u skambju tal-aqwa prassi;

Għadd ta' azzjonijiet imwettqa

(c)

Promozzjoni u komunikazzjoni, kemm jekk għall-prevenzjoni kif ukoll jekk matul perjodu ta' kriżi;

Għadd ta' azzjonijiet imwettqa (1)

(d)

Appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi sabiex jiġu stabbiliti fondi mutwi;

Għadd ta' azzjonijiet imwettqa (4)

(e)

Tħawwil mill-ġdid ta' ġonna fejn dan ikun meħtieġ wara l-qlugħ obbligatorju tad-dwieli għal raġunijiet ta' saħħa jew raġunijiet fitosanitarji fuq l-istruzzjoni tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru;

Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

(f)

Irtirar mis-suq

Għadd ta' azzjonijiet imwettqa (2)

(g)

Ħsad bikri u nuqqas ta' ħsad;

Għadd ta' azzjonijiet imwettqa (3)

(h)

Assigurazzjoni tal-ħsad

Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

Azzjonijiet ambjentali

(a)

Investimenti f'assi fiżiċi (5)

Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

Valur totali ta' investimenti (EUR)

(b)

Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni (6)

Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

(c)

Produzzjoni organika

(d)

Produzzjoni integrata

(e)

Użu u/jew ġestjoni mtejba tal-ilma, inklużi l-iffrankar u t-tneħħija tal-ilma

(f)

Azzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ħamrija (pereżempju; tekniki tax-xogħol sabiex tiġi evitata jew imnaqqsa l-erożjoni tal-ħamrija, kopertura veġetali, agrikultura ta' konservazzjoni, kisja ta' protezzjoni fuq il-ħamrija)

(g)

Azzjonijiet għall-ħolqien jew għaż-żamma ta' ħabitats favorevoli għall-bijodiversità (pereżempju; artijiet mistagħdra) jew għaż-żamma tal-pajsaġġ f'kundizzjoni tajba, inkluża l-konservazzjoni ta' karatteristiċi storiċi (pereżempju; ħitan tal-ġebel, raba' mtarraġ, masġar żgħir)

(h)

Azzjonijiet li jiffavorixxu l-iffrankar tal-enerġija u/jew it-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; il-qalba għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli

(i)

Azzjonijiet relatati mat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-iskart u mat-titjib fil-ġestjoni tiegħu

(j)

Azzjonijiet oħrajn

Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet Għadd ta' ettari kkonċernati

Azzjonijiet oħrajn

(a)

Investimenti f'assi fiżiċi

Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

Valur totali ta' investimenti (EUR)

(b)

Forom oħrajn ta' akkwist ta' assi fissi, inklużi l-kera, il-kiri u l-lokazzjoni

Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

(c)

Azzjonijiet oħrajn

Għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet

3.   INDIKATURI KOMUNI TAR-RIŻULTATI (L-AĦĦAR SENTEJN TAL-PROGRAMM OPERATTIV)

Miżura

Indikaturi tar-riżultati (Kejl)

Azzjonijiet immirati lejn l-ippjanar tal-produzzjoni

Bidla fil-volum totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (tunnellati) Bidla fil-valur tal-unità tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (EUR/kg)

Azzjonijiet immirati lejn it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-prodott

Bidla fil-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata li tissodisfa r-rekwiżiti ta' “skema ta' kwalità” speċifika (tunnellati) (7)

Bidla fil-valur tal-unità tal-produzzjoni kummerċjalizzata (EUR/kg)

Azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni

Bidla fil-volum totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (tunnellati) Bidla fil-valur tal-unità tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (EUR/kg)

Azzjonijiet ta' taħriġ u skambju tal-aqwa prassi (għajr fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet) u azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi ta' konsulenza u assistenza teknika

Numru ta' nies li spiċċaw b'suċċess l-attività/programm ta' taħriġ komplut Numru ta' azjendi li għandhom aċċess għal servizzi ta' konsulenza

Mizuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet

 

(a)

Investimenti li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti

Volum totali tal-produzzjoni soġġett għall-ġestjoni tal-volumi (tunnellati)

(b)

Azzjonijiet ta' taħriġ

Għadd ta' nies li temmew l-attività/programm ta' taħriġ sħiħ b'suċċess

(c)

Promozzjoni u komunikazzjoni

Bidla stmata fil-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għal prodotti soġġetti għall-attivitajiet ta' promozzjoni/komunikazzjoni (tunnellati)

(d)

Appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi sabiex jiġu stabbiliti fondi mutwi

Valur totali tal-fond mutwu stabbilit (EUR)

(e)

Tħawwil mill-ġdid ta' ġonna fejn dan ikun meħtieġ wara l-qlugħ obbligatorju tad-dwieli għal raġunijiet ta' saħħa jew raġunijiet fitosanitarji fuq l-istruzzjoni tal-awtorità kompetenti ta' Stat Membru

Erja totali kkonċernata mit-tħawwil mill-ġdid ta' ġonna (ettari)

(f)

Irtirar mis-suq

Volum totali tal-produzzjoni soġġett għall-irtirar (tunnellati)

(g)

Il-ħsad bikri jew in-nuqqas ta' ħsad

Erja totali kkonċernata minn ħsad bikri jew nuqqas ta' ħsad (ettari)

(h)

Assigurazzjoni tal-ħsad

Valur totali tar-riskju assigurat (EUR)

Azzjonijiet ambjentali

Bidla stmata fil-konsum annwali ta' fertilizzant minerali għal kull ettaru, skont it-tip ta' fertilizzant (N u P2O3) (tunnellati/ettaru)

Bidla stmata fl-użu annwali ta' ilma/ettaru (m3/ettaru)

Bidla stmata fl-użu annwali ta' enerġija skont it-tip ta' sors ta' energija jew it-tip ta' fjuwil (Litri/m3/Kwh għal kull tunnellata ta' produzzjoni kkummerċjalizzata)

Bidla stmata fil-volum annwali ta' skart iġġenerat (tunnellati)

Azzjonijiet oħrajn

Bidla fil-volum totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (tunnellati)

Bidla fil-valur ta' unità tal-produzzjoni kummerċjalizzata (EUR/kg)

Noti: ir-referenza għal bidliet hija s-sitwazzjoni eżistenti fil-bidu tal-programm.

4.   INDIKATURI KOMUNI TAL-IMPATT (L-AĦĦAR SENTEJN TAL-PROGRAMM OPERATTIV)

Miżura

Objettivi ġenerali

Indikaturi tal-impatt (Kejl)

Azzjonijiet immirati lejn l-ippjanar tal-produzzjoni

Titjib fil-kompetittività

Titjib fl-attrazzjoni tas-sħubija tal-organizzazzjoni tal-produtturi

Bidla stmata fil-valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (EUR)

Bidla fl-għadd totali ta' produtturi ta' frott u ħxejjex li huma membri attivi (8) tal-organizzazzjoni tal-produtturi (OP)/tal-assoċjazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produtturi (AOP) ikkoncernata (l-għadd)

Bidla fl-erja totali taħt produzzjoni ta' frott u ħxejjex maqtugħin minn membri tal-OP/AOP ikkonċernata (ettari)

Azzjonijiet immirati lejn it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-prodott

Azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni

Riċerka u produzzjoni sperimentali

Azzjonijiet ta' taħriġ u skambju tal-aqwa prassi (għajr fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet) u/jew azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi ta' konsulenza u assistenza teknika

Miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet

Azzjonijiet ambjentali

Iż-żamma u l-ħarsien tal-ambjent:

 

(a)

Il-kwalità tal-ilma

Bidla stmata fil-konsum totali ta' fertilizzant minerali, skont it-tip ta' fertilizzant (N u P2O3) (tunnellati)

(b)

L-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma

Bidla stmata fl-użu totali tal-ilma (m3)

(c)

Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Bidla stmata fl-użu totali ta' enerġija, skont it-tip ta' sors ta' enerġija jew tip ta' fjuwil (Litri/m3/Kwh)

Azzjonijiet oħrajn

Titjib fil-kompetittività

Titjib fl-attrazzjoni tas-sħubija ta' organizzazzjoni tal-produtturi

Bidla stmata fil-valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata(EUR)

Bidla fl-għadd totali ta' produtturi ta' frott u ħxejjex li huma membri attivi (8) tal-OP/AOP ikkoncernata (l-għadd)

Bidla fl-erja totali taħt il-produzzjoni ta' frott u ħxejjex maqtugħin minn membri tal-OP/AOP ikkonċernata (ettari)

Noti: ir-referenza għal bidliet hija s-sitwazzjoni eżistenti fil-bidu tal-programm.

5.   INDIKATURI BAŻIĊI KOMUNI

Nota bene:

L-indikaturi bażiċi huma meħtieġa fl-analiżi tas-sitwazzjoni fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni. Ċerti indikaturi bażiċi komuni huma rilevanti biss għall-programmi operattivi individwali fil-livell tal-organizzazzjoni tal-produtturi (pereżempju; il-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata b'inqas minn 80 % tal-prezz medju rċevut mill-OP/AOP). Indikaturi bażiċi komuni oħrajn huma wkoll rilevanti għall-istrateġiji nazzjonali fil-livell tal-Istati Membri (pereżempju; il-valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata).

Bħala regola ġenerali, l-indikaturi bażiċi għandhom ikunu kkalkolati bħala medji ta' tliet snin. Jekk id-dejta ma tkunx disponibbli, għandhom jiġu kkalkolati tal-inqas bid-dejta relatata ma' sena waħda.

Objettivi

Indikaturi bażiċi relatati ma' objettivi

Objettivi ġenerali

Indikatur

Definizzjoni (u kejl)

Titjib fil-kompetittività

Total tal-valur ta' produzzjoni kkummerċjalizzata

Valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-OP/AOP (EUR)

Titjib fl-attrazzjoni tas-sħubija ta' organizzazzjoni tal-produtturi

Għadd ta' produtturi ta' frott u ħxejjex li huma membri attivi tal-OP/AOP ikkonċernata

Għadd ta' produtturi ta' frott u ħxejjex li huma membri attivi (9) tal-OP/AOP

Total tal-erja tal-produzzjoni ta' frott u ħxejjex maqtugħin minn membri tal-OP/AOP ikkonċernata

Total tal-erja tal-produzzjoni ta' frott u ħxejjex maqtugħin minn membri tal-OP/AOP (ettari)

Objettivi speċifiċi

 

 

Promozzjoni tal-konċentrazzjoni tal-provvista

Volum totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata

Total tal-volum ta' produzzjoni kkummerċjalizzatatal-OP/AOP (tunnellati))

Promozzjoni tat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li huma prodotti mill-membri

L-iżgurar li l-produzzjoni hija aġġustata skont id-domanda f'termini ta' kwalità u kwantità

Volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata li tissodisfa r-rekwiżiti ta' “skema ta' kwalità” speċifika (10) skont it-tipi ewlenin ta' “skemi ta' kwalità”kkonċernati (tunnellati)

Tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti

Valur medju ta' unità tal-produzzjoni kkummerċjalizzata

Valur totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata/Volum totali tal-produzzjoni kkummerċjalizzata (EUR/kg)

Promozzjoni tal-għarfien u titjib tal-potenzjal uman

Għadd ta' persuni li pparteċipaw fl-attivitajiet ta' taħriġ

Għadd ta' persuni li temmew b'suċċess attività/programm ta' taħriġ matul l-aħħar tliet snin (l-għadd)

 

Għadd ta' azjendi li jużaw servizzi ta' konsulenza

Għadd ta' azjendi, membri ta' OP/AOP, li jużaw servizzi ta' konsulenza (l-għadd)

Objettivi

Indikaturi bażiċi relatati ma' objettivi

Indikatur

Definizzjoni (u kejl)

Objettivi speċifiċi fil-qasam ambjentali

Kontribuzzjoni għall-protezzjoni tal-ħamrija

Erja f'riskju ta' erożjoni tal-ħamrija b'miżuri kontra l-erożjoni tal-ħamrija

Erja taħt il-produzzjoni ta' frott u ħxejjex f'riskju ta' erożjoni tal-ħamrija (11) fejn huma implimentati miżuri kontra l-erożjoni tal-ħamrija (ettari)

Kontribuzzjoni għaż-żamma u t-titjib tal-kwalità tal-ilma

Erja bi tnaqqis fl-użu/ġestjoni aħjar tal-fertilizzanti

Erja taħt il-produzzjoni ta' frott u ħxejjex soġġetta għal tnaqqis fl-użu jew ġestjoni aħjar tal-fertilizzanti (ettari)

Kontribuzzjoni għall-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma

Erja b'miżuri għall-iffrankar tal-ilma

Erja taħt il-produzzjoni ta' frott u ħxejjex b'miżuri għall-iffrankar tal-ilma (ettari)

Kontribuzzjoni għall-protezzjoni tal-ħabitat u tal-bijodiversità u għall-konservazzjoni tal-pajsaġġ

Produzzjoni organika

Erja taħt il-produzzjoni organika ta' frott u/jew ħxejjex (ettari)

Produzzjoni integrata

Erja taħt il-produzzjoni integrata ta' frott u/jew ħxejjex (ettari)

Azzjonijiet oħrajn li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħabitat u tal-bijodiversità u għall-konservazzjoni tal-pajsaġġ

Erja kkonċernata minn azzjonijiet oħrajn li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ħabitat, tal-bijodiversità u tal-pajsaġġ (ettari)

Kontribuzzjoni għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Tisħin tas-serer — effiċjenza enerġetika

Konsum annwali stmat tal-enerġija għal finijiet ta' tisħin tas-serer skont it-tip ta' sors ta' enerġija (Tunnellati/Litri/m3/Kwh għal kull tunnellata ta' produzzjoni kkummerċjalizzata)

Tnaqqis tal-volum ta' skart iġġenerat

Kwantità jew volum ta' skart

Tunnellati/Litri/m3


(1)  Kull jum ta' kampanja ta' promozzjoni jgħodd bħala azzjoni waħda.

(2)  L-irtirar mis-suq tal-istess prodott f'perjodi differenti tas-sena u l-irtirar mis-suq ta' prodotti differenti jgħoddu bħala azzjonijiet differenti. Kull operazzjoni ta' rtirar mis-suq għal prodott partikolari tgħodd bħala azzjoni waħda.

(3)  Il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad ta' prodotti differenti jgħoddu bħala azzjonijiet differenti. Il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad tal-istess prodott jgħoddu bħala azzjoni waħda, irrispettivament mill-għadd ta' jiem li jieħdu, l-għadd ta' azjendi li qed jipparteċipaw u l-għadd ta' plottijiet jew ettari kkonċernati.

(4)  L-azzjonijiet relatati mat-twaqqif ta' fondi mutwi differenti jgħoddu bħala azzjonjiet differenti.

(5)  Inklużi investimenti mhux produttivi marbuta mal-kisba tal-impenji meħuda taħt azzjonijiet ambjentali oħrajn.

(6)  Inklużi forom oħrajn ta' akkwisti ta' assi fissi marbuta mal-kisba tal-impenji meħuda taħt azzjonijiet ambjentali oħrajn.

(7)  Rekwiżiti ta' “kwalità” huma intiżi hawnhekk sabiex jikkonsistu f'sett ta' obbligi dettaljati li jikkonċernaw il-metodi ta' produzzjoni (a) li r-rispett tagħhom huwa soġġett għal spezzjoni indipendenti, u (b) dak ir-riżultat fi prodott finali li l-kwalità tiegħu (i) tmur b'mod sinifikanti 'lil hinn mill-istandards kummerċjali normali fir-rigward tas-saħħa pubblika, is-saħħa tal-pjanti jew l-istandards ambjentali u (ii) tirrispondi għall-opportunitajiet attwali u prevedibbli tas-suq. Huwa propost li t-tipi ewelenin ta' “skemi ta' kwalità” jkopru dawn li ġejjin: (a) produzzjoni organika ċċertifikata; (b) indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, (ċ) produzzjoni integrata ċċertifikata, (d) skemi privati ta' ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-prodotti.

(8)  Membri attivi huma membri li jikkonsenjaw prodotti lill-OP/AOP.

(9)  Membri attivi huma membri li jikkonsejnaw prodotti lill-OP/AOP.

(10)  Rekwiżiti ta' “kwalità” huma intiżi hawnhekk sabiex jikkonsistu f'sett ta' obbligi dettaljati li jikkonċernaw il-metodi ta' produzzjoni (a) li r-rispett tagħhom huwa soġġett għal spezzjoni indipendenti, u (b) dak ir-riżultat fi prodott finali li l-kwalità tiegħu (i) tmur b'mod sinifikanti 'lil hinn mill-istandards kummerċjali normali fir-rigward tas-saħħa pubblika, is-saħħa tal-pjanti jew l-istandards ambjentali u (ii) tirrispondi għall-opportunitajiet attwali u prevedibbli tas-suq. It-tipi ewlenin ta' “skemi ta' kwalità” għandhom ikopru dawn li ġejjin: (a) produzzjoni organika ċċertifikata; (b) indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, (c) produzzjoni integrata ċċertifikata, (d) skemi privati ta' ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-prodotti.

(11)  “F'riskju ta' erożjoni tal-ħamrija” għandha tfisser kwalunkwe art imżerżqa b'inklinazzjoni ta' aktar minn 10 %, kemm jekk ikunu ttieħdu miżuri kontra l-erożjoni tal-ħamrija (pereżempju; kopertura tal-ħamrija, rotazzjoni tal-għelejjel, eċċ.) kif ukoll jekk ma jkunux ittieħdu tali miżuri. Fejn it-tagħrif rilevanti jkun disponibbli, Stat Membru jista' minflok juża d-definizzjoni li ġejja: “F'riskju ta' erożjoni tal-ħamrija” għandha tfisser kwalunkwe biċċa art fejn it-telf tal-ħamrija jkun previst b'rata li taqbeż ir-rata tal-formazzjoni naturali tal-ħamrija, kemm jekk ikunu ttieħdu miżuri kontra l-erożjoni tal-ħamrija (pereżempju; kopertura tal-ħamrija, rotazzjoni tal-għelejjel, eċċ.) kif ukoll jekk ma jkunux ittieħdu tali miżuri.


ANNESS III

Rekwiżiti minimi għall-irtirar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 15(2)

1.

Il-prodotti għandhom ikunu:

sħaħ,

f'kundizzjoni tajba; prodotti li qed jitħassru jew jiddeterjoraw b'mod li ma jibqgħux tajbin għall-konsum għandhom jiġu esklużi,

nodfa, prattikament ħielsa minn kwalunkwe materjal barrani viżibbli,

prattikament ħielsa minn organiżmi ta' ħsara u minn ħsara kkawżata minn organiżmi ta' ħsara,

ħielsa minn indewwa esterna mhux normali,

ħielsa minn kwalunkwe togħma u/jew riħa barranija.

2.

Il-prodotti jridu jkunu żviluppati u misjurin biżżejjed, b'kunsiderazzjoni tat-tip tagħhom.

3.

Il-prodotti jridu jkunu karatteristiċi tal-varjetà u tat-tip kummerċjali.


ANNESS IV

Spejjeż tat-trasport skont id-distribuzzjoni bla ħlas imsemmija fl-Artikolu 16(1)

Distanza bejn il-post tal-irtirar u l-post tal-kunsinna

Spejjeż tat-trasport (EUR/t) (1)

Inqas minn jew ugwali għal 25 km

18,20

Aktar minn 25 km iżda inqas minn jew ugwali għal 200 km

41,40

Aktar minn 200 km iżda inqas minn jew ugwali għal 350 km

54,30

Aktar minn 350 km iżda inqas minn jew ugwali għal 500 km

72,60

Aktar minn 500 km iżda inqas minn jew ugwali għal 750 km

95,30

Aktar minn 750 km

108,30


(1)  Suppliment għat-trasport imkessaħ: EUR 8,50/t.


ANNESS V

Spejjeż tal-issortjar u tal-ippakkjar imsemmija fl-Artikolu 17(1)

Prodott

Spejjeż tal-issortjar u tal-ippakkjar (EUR/t)

Tuffieħ

187,70

Lanġas

159,60

Larinġ

240,80

Klementini

296,60

Ħawħ

175,10

Nuċiprisk

205,80

Dulliegħ

167,00

Pastard

169,10

Prodotti oħrajn

201,10


ANNESS VI

Dikjarazzjoni għall-imballaġġ tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 17(2)

Продукт, предназначен за безплатна дистрибуция (Регламент за изпълнение (ЕC) 2017/…)

Producto destinado a su distribución gratuita [Reglamento de ejecución (UE) 2017/…]

Produkt určený k bezplatné distribuci [prováděcí nařízení (EU) 2017/…]

Produkt til gratis uddeling (gennemførelsesforordning (EU) 2017/…)

Zur kostenlosen Verteilung bestimmtes Erzeugnis (Durchführungsverordnung (EU) 2017/…)

Tasuta jagamiseks mõeldud tooted [rakendusmäärus (EL) 2017/…]

Προϊόν προοριζόμενο για δωρεάν διανομή [εκτελεστικός κανονισμός (ΕΕ) 2017/…]

Prodott għal distribuzzjoni bla ħlas (Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/…)

Produit destiné à la distribution gratuite [règlement d'exécution (UE) 2017/…]

Proizvod za slobodnu distribuciju (Provedbena uredba (EU) 2017/… )

Prodotto destinato alla distribuzione gratuita [regolamento di esecuzione (UE) 2017/…]

Produkts paredzēts bezmaksas izplatīšanai [Īstenošanas regula (ES) 2017/…]

Nemokamai platinamas produktas [Įgyvendinimo reglamentas (ES) 2017/…]

Ingyenes szétosztásra szánt termék ((EU) 2017/… végrehajtási rendelet)

Prodott destinat għad-distribuzzjoni bla ħlas [Regolament ta' implimentazzjoni (UE) 2017/…]

Voor gratis uitreiking bestemd product (Uitvoeringsverordening (EU) 2017/…)

Produkt przeznaczony do bezpłatnej dystrybucji [Rozporządzenie wykonawcze (UE) 2017/…]

Produto destinado a distribuição gratuita [Regulamento de execução (UE) 2017/…]

Produs destinat distribuirii gratuite [Regulamentul de punere în aplicare (UE) 2017/…]

Výrobok určený na bezplatnú distribúciu [vykonávacie nariadenie (EÚ) 2017/…]

Proizvod, namenjen za prosto razdelitev [Izvedbena uredba (EU) 2017/…]

Ilmaisjakeluun tarkoitettu tuote (täytäntöönpanoasetus (EU) 2017/…)

Produkt för gratisutdelning (genomförandeförordning (EU) 2017/…)


ANNESS VII

Prodotti u perjodi għall-applikazzjoni ta' dazji tal-importazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 39

Mingħajr ħsara għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa bħala li hija biss indikattiva. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, il-kamp ta' applikazzjoni tad-dazji addizzjonali jiġi ddeterminat mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċijiet NM kif jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

Numru tal-ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-applikazzjoni

78.0015

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju

78.0020

Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru

78.0075

Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April

78.0085

0709 91 00

Qaqoċċ

Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Ġunju

78.0100

0709 93 10

Zukkini

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

78.0110

0805 10 20

Larinġ

Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju

78.0120

0805 20 10

Klementini

Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar

78.0130

0805 20 30 0805 20 50 0805 20 70 0805 20 90

Mandolin (inklużi tanġerini u satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar

78.0155

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru

78.0160

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mis-16 ta' Lulju sas-16 ta' Novembru

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu

78.0180

Mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru

78.0220

0808 30 90

Lanġas

Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April

78.0235

Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

78.0265

0809 29 00

Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa

Mis-16 ta' Mejju sal-15 ta' Awwissu

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk

Mis-16 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru

78.0280

0809 40 05

Għajnbaqar

Mis-16 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru


25.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/92


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/893

tal-24 ta' Mejju 2017

li jemenda l-Annessi I u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi X, XIV u XV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 rigward id-dispożizzjonijiet dwar il-proteina pproċessata tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (2), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(2), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 41(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 42(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs) f'annimali bovini, ovini u kaprini. Dan japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' annimali ħajjin u ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u, f'ċerti każijiet speċifiċi, għall-esportazzjonijiet tagħhom.

(2)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprojbixxi t-tmigħ ta' proteini derivati mill-annimali lir-ruminanti. L-Artikolu 7(2) ta' dak ir-Regolament jestendi dik il-projbizzjoni għal annimali oħrajn li mhumiex ruminanti u jillimita din il-projbizzjoni fir-rigward tat-tmigħ ta' dawk l-annimali bi prodotti li joriġinaw mill-annimali, b'konformità mal-Anness IV ta' dak ir-Regolament.

(3)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jestendi l-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 7(1) għat-tmigħ ta', fosta affarijiet oħra, proteini pproċessati tal-annimali lill-annimali mrobbija mhux ruminanti, minbarra t-tmigħ ta' annimali karnivori mrobbija għall-pil. Madankollu, b'deroga u taħt kundizzjonijiet speċifiċi, il-punt (c) tal-Kapitolu II tal-Anness IV jawtorizza t-tmigħ ta' proteina pproċessata tal-annimali mhux ruminanti lill-annimali tal-akkwakultura biss, diment li l-proteina pproċessata tal-annimali u l-ġwież kompost li jkun fih din il-proteina jkunu ġew prodotti skont it-Taqsima D tal-Kapitolu IV tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. Din it-Taqsima attwalment tirrikjedi li l-prodotti sekondarji mill-annimali użati għall-produzzjoni ta' din il-proteina pproċessata tal-annimali jinkisbu minn biċċeriji jew impjanti tat-tqattigħ. Minħabba l-proċess tal-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti, dan ir-rekwiżit ma jistax jiġi ssodisfat fil-każ tal-insetti. B'riżultat ta' dan, l-użu tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti fil-ġwież għall-annimali tal-akkwakultura, attwalment mhuwiex permess.

(4)

F'bosta Stati Membri, bdiet it-trobbija tal-insetti għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minnhom u minn derivattivi ta' insetti oħrajn maħsuba għall-ikel tal-annimali domestiċi. Din il-produzzjoni ssir taħt skemi ta' kontroll nazzjonali tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-istudji wrew li l-insetti mrobbija jistgħu jirrappreżentaw soluzzjoni alternattiva u sostenibbli għas-sorsi konvenzjonali ta' proteini tal-annimali maħsuba għall-ġwież ta' annimali mrobbija mhux ruminanti.

(5)

Fit-8 ta' Ottubru 2015, l-EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel) ippubblikat opinjoni xjentifika dwar il-profil tar-riskju relatat mal-produzzjoni u l-konsum ta' insetti bħala ikel u ġwież (3). Rigward ir-riskji relatati mal-preżenza ta' prijoni, l-EFSA tikkonkludi li, meta mqabbla mal-okkorrenza ta' perikli fis-sorsi ta' proteina li ġejjin mill-annimali awtorizzati bħalissa, l-okkorrenza ta' perikli f'insetti mhux ipproċessati hija mistennija li tkun l-istess jew inqas, sakemm l-insetti jiġu mitmugħa substrati li ma jkunx fihom materjal li jkun ġej minn ruminanti jew bnedmin (demel). Peress li l-ipproċessar tal-insetti jista' jnaqqas ukoll l-okkorrenza ta' perikli bijoloġiċi, dik id-dikjarazzjoni hija valida wkoll f'dak li jirrigwarda l-proteini pproċessati tal-annimali derivati mill-insetti.

(6)

Skont id-definizzjoni ta' “annimali tat-trobbija” stipulata fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-insetti mrobbija għall-produzzjoni ta' proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti għandhom jitqiesu bħala annimali tat-trobbija, u għaldaqstant huma soġġetti għar-regoli dwar il-projbizzjoni dwar it-tmigħ stipulati fl-Artikolu 7 u fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 kif ukoll għar-regoli dwar it-tmigħ tal-annimali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009. B'hekk, l-użu ta' proteini li ġejjin mir-ruminanti, l-iskart tal-kejtering, id-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u d-demel bħala ġwież għall-insetti huwa pprojbit. Barra minn hekk, skont l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-użu ta' ħmieġ tal-imsaren għal skopijiet ta' nutrizzjoni tal-annimali huwa pprojbit.

(7)

Il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti u l-ġwież kompost li fih din il-proteina pproċessata tal-annimali għandha għalhekk tiġi awtorizzata għall-ġwież tal-annimali tal-akkwakultura. Għalhekk, il-punt (c) tal-Kapitolu II tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu jiġi emendat skont dan u għandha tiżdied Taqsima li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet relatati mat-TSE għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija u l-ġwież kompost li fih din il-proteina fil-Kapitolu IV tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament.

(8)

B'analoġija ma' dak li japplika diġà għall-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti u għall-ġwież kompost li fih proteina bħal din maħsub għat-tmigħ ta' annimali tal-akkwakultura, għandhom jiġu stipulati kundizzjonijiet speċifiċi għall-produzzjoni u l-użu ta' proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti, sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta' kontaminazzjoni kroċjata ma' proteini oħrajn li jistgħu joħolqu riskju ta' TSE għall-annimali ruminanti. B'mod partikolari, b'analoġija mal-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima A tal-Kapitolu IV tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti għandha tiġi prodotta f'impjanti ddedikati esklussivament għall-produzzjoni ta' prodotti derivati minn insetti mrobbija.

(9)

Barra minn hekk, fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt, huwa xieraq li tiddaħħal definizzjoni ta' insetti mrobbija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(10)

L-Annessi I u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(11)

L-Anness X tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (5) jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, inklużi l-parametri għall-produzzjoni ta' għalf sikur li ġej mill-annimali maħsub għat-tagħlif tal-annimali mrobbija. Il-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 biss jistgħu jingħataw bħala għalf lill-annimali mrobbija, minbarra l-annimali tal-pil. Filwaqt li d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness X ta' dak ir-Regolament ma jkoprux l-insetti ħajjin u l-insetti mnixxfin fil-ġwież għall-annimali mrobbija, l-użu ta' insetti mnixxfin fl-ikel għall-annimali domestiċi jew bħala ikel għalihom huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness XIII tar-Regolament imsemmi qabel.

(12)

L-emenda tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bl-għan li tiġi awtorizzata l-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti għat-tmigħ tal-annimali tal-akkwakultura x'aktarx li se toħloq opportunitajiet għal żieda fil-produzzjoni fl-Unjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti. Billi t-trobbija attwali tal-insetti fuq skala żgħira għall-ikel tal-annimali domestiċi tista' tiġi indirizzata b'mod adegwat mill-iskemi ta' kontroll nazzjonali eżistenti, id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni li jindirizzaw is-saħħa tal-annimali, is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-pjanti jew ir-riskji ambjentali huma xierqa biex jiżguraw is-sikurezza tat-trobbija tal-insetti fl-Unjoni fuq skala akbar. Rigward l-ispeċijiet ta' insetti mrobbija fl-Unjoni, dawn ma għandhomx ikunu patoġeniċi jew ikollhom effetti ħżiena oħrajn fuq is-saħħa tal-pjanti, tal-annimali jew tal-bniedem; magħandhomx ikunu rikonoxxuti bħala vetturi ta' patoġeni tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti u ma għandhomx ikunu protetti jew definiti bħala speċijiet aljeni invażivi. B'kont meħud ta' dawn il-valutazzjonijiet tar-riskju nazzjonali, kif ukoll tal-opinjoni tat-8 ta' Ottubru 2015 tal-EFSA, dawn l-ispeċijiet ta' insetti li ġejjin jistgħu jiġu identifikati bħala dawk l-ispeċijiet ta' insetti attwalment imrobbija fl-Unjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' sikurezza msemmija hawn fuq għall-produzzjoni ta' insetti maħsuba għall-użu fil-ġwież: Il-“Black Soldier Fly”(Hermetia illucens), il-“Common Housefly” (Musca domestica), il-“Yellow Mealworm”(Tenebrio molitor), il-“Lesser Mealworm” (Alphitobius diaperinus), il-“House cricket”(Acheta domesticus), il-“Banded cricket”(Gryllodes sigillatus) u l-“Field Cricket”(Gryllus Assimilis).

(13)

Għaldaqstant, l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu jiġi emendat sabiex fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tiegħu tiddaħħal lista ta' speċijiet ta' insetti li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali miksuba mill-insetti mrobbija. Din il-lista għandha tinkludi l-ispeċijiet ta' insetti msemmija hawn fuq u fil-futur tista' tiġi emendata abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji li jinħolqu għas-saħħa tal-annimali, għas-saħħa pubblika, għas-saħħa tal-pjanti u għall-ambjent minħabba l-ispeċijiet ta' insetti kkonċernati.

(14)

L-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-importazzjoni ta' prodotti sekondarji tal-annimali u ta' prodotti derivati minn pajjiżi terzi. Ir-rekwiżiti tas-sikurezza li japplikaw għat-tkabbir tal-insetti maħsuba biex jintużaw fil-ġwież għall-annimali tal-akkwakultura u għat-tqegħid fis-suq ta' proteini pproċessati tal-annimali derivati minn dawk l-insetti, b'mod partikolari rigward l-ispeċijiet ta' insetti li jistgħu jintużaw u l-għalf li jista' jingħata lill-insetti, għandhom japplikaw ukoll fil-każ ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Għaldaqstant it-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu I tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandhom jiġu emendati sabiex jiġu stabbiliti dawk ir-rekwiżiti għall-importazzjonijiet fl-Unjoni.

(15)

L-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti sekondarji tal-annimali. Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fil-Kapitolu 1 tal-Anness XV ta' dak ir-Regolament japplika għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali. Għall-finijiet tal-importazzjonijiet tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija, għandu jiġi stabbilit mudell ġdid taċ-ċertifikat tas-saħħa li għandu jinkludi r-rekwiżiti speċifiċi għat-trobbija ta' insetti mrobbija għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali fl-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, kif ukoll ir-rekwiżiti rilevanti l-oħrajn għall-importazzjonijiet tal-proteina pproċessata tal-annimali. Għaldaqstant il-mudell il-ġdid taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija għandu jiddaħħal fil-Kapitolu 1 tal-Anness XV.

(16)

Barra minn hekk, il-mudell il-ġdid taċ-ċertifikat tas-saħħa mdaħħal fil-Kapitolu 1 tal-Anness XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu wkoll jieħu kont tal-emenda permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1396 (6) tar-rekwiżiti relatati mat-TSE applikabbli għall-importazzjonijiet ta' prodotti sekondarji tal-annimali u ta' prodotti derivati mill-bovini, l-ovini u l-kaprini, kif stipulat fil-Kapitolu D tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(17)

L-Annessi X, XIV u XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(18)

It-Taqsima A tal-Kapitolu III tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta' kontaminazzjoni kroċjata waqt it-trasport bl-ingrossa bejn, fuq naħa waħda, il-ħut mitħun, id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li ġej mill-annimali, il-prodotti tad-demm derivati minn annimali mhux ruminanti kif ukoll il-ġwież kompost li fih dawn il-prodotti, maħsub għat-tmigħ ta' annimali mrobbija mhux ruminanti, u, min-naħa l-oħra, il-ġwież maħsub għar-ruminanti. Meta jitqies li jeżisti riskju simili ta' kontaminazzjoni kroċjata meta dawk il-materjali jinħażnu fi kwantitajiet kbar, ir-rekwiżiti tat-Taqsima A tal-Kapitolu III tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandhom jiġu estiżi sabiex ikopru l-ħażna fi kwantitajiet kbar tal-ħut mitħun, id-dicalcium u t-tricalcium phospate li ġej mill-annimali, il-prodotti tad-demm derivati minn annimali mhux ruminanti u l-ġwież kompost li fih dawn il-prodotti.

(19)

It-Taqsima B tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-prevenzjoni ta' kontaminazzjoni kroċjata waqt it-trasport bejn, minn naħa, il-materjali tal-ġwież bl-ingrossa u l-ġwież kompost bl-ingrossa li jkun fih prodotti derivati minn ruminanti, minbarra l-ħalib u l-prodotti bbażati fuq il-ħalib, id-dicalcium u t-tricalcium phospate li ġej mill-annimali u l-proteini idrolizzati derivati mill-ġlud tar-ruminanti, u, min-naħa l-oħra, il-ġwież maħsub għall-annimali mrobbija minbarra l-annimali tal-pil. Meta jitqies li jeżisti riskju simili ta' kontaminazzjoni kroċjata meta dawk il-materjali jinħażnu fi kwantitajiet kbar, ir-rekwiżiti tat-Taqsima B tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, għandhom jiġu estiżi sabiex ikopru l-ħażna fi kwantitajiet kbar ta' materjali tal-ġwież bl-ingrossa u tal-ġwież kompost li jkun fihom prodotti derivati minn ruminanti, minbarra l-ħalib u l-prodotti bbażati fuq il-ħalib, id-dicalcium u t-tricalcium phospate li ġej mill-annimali u l-proteini idrolizzati derivati mill-ġlud tar-ruminanti.

(20)

Il-punt (a) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jeżiġi li l-prodotti sekondarji tal-annimali użati għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali, minbarra l-ħut mitħun, derivata minn annimali mhux ruminanti u maħsuba sabiex tintuża fil-ġwież tal-annimali tal-akkwakultura, jinkisbu minn biċċeriji li ma joqtlux ruminanti u minn impjanti tat-tqattigħ li fihom ma jsirx dissussar jew tqattigħ ta' laħam tar-ruminanti. Il-punt (a) jipprevedi deroga minn dak ir-rekwiżit għall-biċċeriji li għandhom miżuri effettivi sabiex jipprevjenu l-kontaminazzjoni kroċjata bejn il-prodotti sekondarji ta' annimali ruminanti u mhux ruminanti u li jiġu spezzjonati u awtorizzati abbażi tagħhom mill-awtorità kompetenti.

(21)

Biex ikun hemm aktar possibbiltajiet fit-tipi ta' materja prima użati għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali mhux ruminanti maħsuba biex tintuża fil-ġwież tal-annimali tal-akkwakultura jew biex tiġi esportata, huwa xieraq li jiġi emendat il-punt (a) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 sabiex jippermetti l-użu ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin minn stabbilimenti oħrajn minbarra biċċeriji u impjanti tat-tqattigħ, diment li dawk l-istabbilimenti l-oħrajn ikunu ddedikati esklussivament għall-immaniġġar ta' materjali ta' annimali mhux ruminanti, jew huma awtorizzati mill-awtorità kompetenti, wara spezzjoni fuq il-post, abbażi tal-istess rekwiżiti relatati mal-kanali tad-distribuzzjoni bħal dawk previsti fid-deroga eżistenti għall-biċċeriji, peress li dawk ir-rekwiżiti relatati mal-kanali tad-distribuzzjoni jipprovdu l-garanziji meħtieġa biexil-kontaminazzjoni kroċjata tiġi evitata u kkontrollata. Huwa xieraq ukoll li d-deroga attwali għall-biċċeriji tiġi estiża wkoll għall-impjanti tat-tqattigħ, diment li jiġu applikati l-istess rekwiżiti relatati mal-kanali tad-distribuzzjoni. Għaldaqstant, it-Taqsima D tal-Kapitolu IV tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandha tiġi emendata skont dan.

(22)

Il-punt (b) tat-Taqsima A tal-Kapitolu IV tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jirrikjedi li d-dokument kummerċjali li jakkumpanja ċ-ċertifikat tas-saħħa u kwalunkwe imballaġġ ta' ħut mitħun u ta' ġwież kompost li fih ħut mitħun ikun immarkat bil-kliem “fih il-ħut mitħun — ma għandux jingħata bħala ġwież lill-annimali ruminanti”. Madankollu, id-dokument kummerċjali jew iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 mhuwiex meħtieġ għall-ġwież kompost. Għaldaqstant huwa xieraq li l-punt (b) tat-Taqsima A tal-Kapitolu IV tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jiġi emendat sabiex jiċċara li, għall-ġwież kompost li fih il-ħut mitħun, il-kliem “fih il-ħut mitħun — ma għandux jingħata bħala ġwież lill-annimali ruminanti” għandu jitqiegħed biss fuq it-tikketta tal-ġwież kompost. Fit-Taqsima B, il-punt (d) tat-Taqsima C u l-punt (e) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 ukoll għandhom jiġu emendati f'dan ir-rigward.

(23)

It-Taqsima C tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tipprojbixxi l-produzzjoni ta' ġwież għall-annimali mrobbija, minbarra l-annimali tal-pil, fi stabbilimenti li jipproduċu l-ikel għall-annimali domestiċi jew ġwież għall-annimali tal-pil li jkun fihom prodotti li ġejjin mir-ruminanti li huma pprojbiti għall-użu fil-ġwież għall-annimali mrobbija, minbarra l-annimali tal-pil. Projbizzjoni simili għandha tiġi stipulata għall-istabbilimenti li jipproduċu l-ikel għall-annimali domestiċi jew il-ġwież għall-annimali tal-pil li jkun fihom il-proteina pproċessata tal-annimali mhux ruminanti, minbarra l-ħut mitħun, sabiex tiżgura li ma jkunx hemm kontaminazzjoni kroċjata bejn il-ġwież għall-annimali mrobbija, minbarra l-annimali tal-pil jew l-annimali tal-akkwakultura, ma' prodotti pprojbiti fil-ġwież bħal dan. Għaldaqstant, it-Taqsima C tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandha tiġi emendata skont dan.

(24)

Il-punt 1 tat-Taqsima E tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprojbixxi l-esportazzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-annimali ruminanti. Dak ir-rekwiżit kien oriġinarjament maħsub biex jikkontrolla t-tixrid tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina (BSE) fi żmien meta fl-Unjoni kien hemm epidemija tal-BSE u meta l-Ewropa kienet l-aktar parti tad-dinja affettwata mill-epidemija. Madankollu, is-sitwazzjoni tal-BSE fl-Unjoni tjiebet b'mod sinifikanti. Fl-2015, fl-Unjoni ġew irrapportati ħames każijiet ta' BSE filwaqt li fl-2001 ġew irrapportati 2 166 każ. Dan it-titjib fis-sitwazzjoni tal-BSE fl-Unjoni huwa rifless fil-fatt li 23 Stat Membru issa huma rikonoxxuti bħala li għandhom status ta' riskju negliġibbli tal-BSE skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (7), abbażi tal-istatus ta' riskju tal-BSE rikonoxxut fil-livell internazzjonali mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE).

(25)

Il-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-annimali ruminanti għandha għalhekk titneħħa u tiġi sostitwita minn kundizzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu rispettati, sabiex jitnaqqas il-piż għall-kummerċ u jkun hemm aktar proporzjonalità meta mqabbla mas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tal-BSE. B'mod partikolari, dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu mmirati biex jiżguraw li l-prodotti esportati ma jkunx fihom dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun, li l-esportazzjoni tiegħu mhijiex awtorizzata mill-Artikolu 43(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. Peress li d-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jista' jkun fih materjali speċifiċi ta' riskju jew jista' jkun derivat minn annimali li jkunu mietu jew inqatlu għal raġunijiet oħrajn minbarra l-qatla għall-konsum mill-bniedem, id-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jirrappreżenta riskju ogħla ta' BSE u għaldaqstant m'għandux ikun esportat.

(26)

Biex ikun żgurat li l-proteina pproċessata tal-annimali li ġejja mill-annimali ruminanti ma jkunx fiha dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u ma tintużax għal skopijiet oħrajn minbarra dawk awtorizzati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-proteina pproċessata tal-annimali li tkun derivata mill-annimali ruminanti għandha tiġi trasportata f'kontejners issiġillati direttament mill-impjant tal-ipproċessar sal-punt ta' ħruġ mill-Unjoni, li għandu jkun post ta' spezzjoni fil-fruntiera elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (8), biex ikunu jistgħu jsiru l-kontrolli uffiċjali. Dawn il-kontrolli uffiċjali għandhom isiru skont il-proċeduri ta' kontroll uffiċjali eżistenti, b'mod partikolari d-dokument kummerċjali skont il-mudell stabbilit fil-punt 6 tal-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti permezz tas-sistema kompjuterizzata veterinarja integrata (TRACES) introdotta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE (9).

(27)

Skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-impjant tal-ipproċessar irid jiġi approvat għall-ipproċessar ta' materjal tal-Kategorija 3 u skont l-Artikolu 45 ta' dak ir-Regolament, irid ikun soġġett għal kontrolli uffiċjali regolari, anki meta l-impjant tal-ipproċessar jiġi approvat ukoll għall-ipproċessar ta' materjal tal-Kategorija 1 u/jew 2, fir-rigward tal-immarkar permanenti ta' materjal tal-Kategorija 1 u 2 meħtieġ minn dak ir-Regolament.

(28)

Il-punt 2 tat-Taqsima E tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jirrikjedi li l-ġwież kompost li fih il-proteini pproċessati tal-annimali derivati minn annimali mhux ruminanti u maħsub għall-esportazzjoni jiġi prodott skont ċerti rekwiżiti, u jirreferi fost l-oħrajn għall-punt (e) tat-Taqsima A tal-Kapitolu V tal-Anness IV ta' dak ir-Regolament, li, min-naħa tiegħu, jirreferi għat-Taqsima D tal-Kapitolu IV ta' dak l-Anness. Minħabba li dawk il-kontroreferenzi wasslu għal interpretazzjonijiet differenti, huwa xieraq li l-punt 2 tat-Taqsima E tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jiġi riformulat sabiex jiġu ċċarati r-rekwiżiti applikabbli għall-produzzjoni tal-proteini pproċessati tal-annimali derivati minn annimali mhux ruminanti, jew tal-ġwież kompost li fih proteini bħal dawn, maħsuba għall-esportazzjoni mill-Unjoni.

(29)

B'mod partikolari, ir-referenza fil-punt 2(b) tat-Taqsima E tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, li tirrigwarda l-esportazzjonijiet tal-ġwież kompost li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, għall-punt (d) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV ta' dak l-Anness, li jikkonċerna l-produzzjoni ta' ġwież kompost li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti għat-tmigħ tal-annimali tal-akkwakultura, mhijiex adatta għall-każijiet kollha. Filwaqt li l-punt (d) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jirrikjedi li l-istabbiliment tal-ġwież kompost għandu jkun iddedikat esklussivament għall-produzzjoni tal-ġwież tal-annimali tal-akkwakultura jew ikun awtorizzati abbażi tal-miżuri meħuda sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata bejn il-ġwież maħsub għall-annimali tal-akkwakultura u l-ġwież maħsub għall-annimali mrobbija oħrajn, fil-każ tal-esportazzjonijiet, l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 ma jillimitax l-ispeċijiet li għalihom jista' jingħata l-ġwież kompost fil-pajjiż terz. Il-kontaminazzjoni kroċjata fil-mira f'dan il-każ hija għalhekk dik bejn il-ġwież kompost esportat li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali mhux ruminanti u l-ġwież maħsub għall-annimali mrobbija oħrajn, minbarra l-annimali tal-akkwakultura, li għandhom jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-punt 2 tat-Taqsima E tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu jiġi emendat skont dan.

(30)

L-emendi deskritti fil-premessi preċedenti li jirrigwardaw (1) il-ħażna ta' ċerti materjali tal-ġwież u l-ġwież kompost; (2) il-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija u tal-ġwież kompost li fih din il-proteina; (3) l-esportazzjoni tal-ġwież kompost li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti; u (4) l-użu tal-materja prima minn stabbilimenti oħrajn minbarra l-biċċeriji u l-impjanti tat-tqattigħ għall-manifattura tal-proteina pproċessata tal-annimali mhux ruminanti, jinkludu r-rekwiżiti biex l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri tirreġistra jew tawtorizza ċerti stabbilimenti abbażi tat-twettiq ta' dawk ir-rekwiżiti. Għaldaqstant it-Taqsima A tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandha tiġi emendata sabiex tinkludi l-obbligu għall-Istati Membri li jaġġornaw u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-listi ta' dawk l-istabbilimenti.

(31)

Biex jiġi limitat il-piż għall-awtoritajiet kompetenti, il-pubblikazzjoni tal-listi tal-operaturi għandha tiġi limitata biss għal dawk il-każijiet fejn din il-pubblikazzjoni tkun meħtieġa sabiex l-operaturi jidentifikaw liema fornituri potenzjali jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, u sabiex l-awtoritajiet kompetenti jikkontrollaw li dawk ir-rekwiżiti qed jiġu rispettati tul il-katina kollha tal-produzzjoni. Għaldaqstant it-Taqsima A tal-Kapitolu V tal-Anness IV għandha tiġi emendata sabiex teskludi l-listi ta' dawk li jħalltu l-għalf għall-użu proprju mill-obbligu li jkunu magħmula disponibbli għall-pubbliku.

(32)

Peress li l-Istati Membri u l-operaturi jeħtieġu żmien biżżejjed sabiex jadattaw għall-emendi magħmula minn dan ir-Regolament fit-Taqsima A tal-Kapitolu III, rigward il-ħażna ta' ċerti materjali tal-ġwież u ta' ġwież kompost bl-ingrossa, u fit-Taqsimiet A, B u C tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, rigward il-listi tal-istabbilimenti li jipproduċu skont ċerti rekwiżiti tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, rigward il-ħażna ta' ġwież li fih prodotti derivati mill-annimali ruminanti, u rigward il-produzzjoni ta' ikel għall-annimali domestiċi li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-annimali mhux ruminanti, dawk il-bidliet għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018.

(33)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Annessi X, XIV u XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huma emendati skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2017.

Madankollu, l-emendi li ġejjin magħmulin fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 permezz ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018:

(a)

l-emendi fit-Taqsima A tal-Kapitolu III tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 permezz tal-punt 2(b)(i) tal-Anness I ta' dan ir-Regolament; kif ukoll

(b)

l-emendi fit-Taqsima A, B u C tal-Kapitolu V tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 permezz tal-punt 2(d)(i) tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1

(2)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1

(3)  “Scientific Opinion on a Risk profile related to production and consumption of insects as food and feed”, The EFSA Journal (2015);13(10):4257.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1396 tat-18 ta' Awwissu 2016 li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 225, 19.8.2016, p. 76).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009, Tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet mwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta' Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63).


ANNESS I

L-Annessi I u IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 1(d), jiżdied il-punt (iv) li ġej:

“(iv)

‘tikketta’ fl-Artikolu 3(2)(t);”

(b)

il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 2:

“(m)

‘insetti mrobbija’ tfisser annimali mrobbija, kif definit fl-Artikolu 3(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, ta' dawk l-ispeċijiet ta' insetti li huma awtorizzati għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali skont il-punt 2 tal-Parti A tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.

(n)

‘dawk li jħalltu’ tfisser bdiewa li jrabbu l-bhejjem u jħalltu l-ġwież kompost għall-użu esklussiv fl-azjenda tagħhom stess.”

(2)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Kapitolu II, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

l-annimali tal-akkwakultura tal-materjali tal-ġwież u tal-ġwież kompost li ġejjin:

(i)

il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, minbarra l-ħut mitħun u minbarra l-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija, u l-ġwież kompost li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali, li jiġu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati skont il-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-Kapitolu III u l-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima D tal-Kapitolu IV;

(ii)

il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija, u l-ġwież kompost li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali, li jiġu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati skont il-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-Kapitolu III u l-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima F tal-Kapitolu IV;”

(b)

Il-Kapitolu III huwa emendat kif ġej:

(i)

It-Taqsima A tinbidel b'dan li ġej:

“TAQSIMA A

It-trasport u l-ħażna ta' materjali tal-ġwież u tal-ġwież kompost maħsubin biex jintużaw għat-tmigħ ta' annimali mrobbija mhux ruminanti

1.

Il-prodotti li ġejjin, maħsubin biex jintużaw għat-tmigħ ta' annimali mrobbija mhux ruminanti għandhom jiġu trasportati f'vetturi u f'kontejners u maħżuna f'faċilitajiet ta' ħażna li ma jintużawx, rispettivament, għat-trasport u l-ħażna ta' ġwież li jkun maħsub għar-ruminanti:

(a)

il-proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa derivata minn annimali mhux ruminanti, inkluż il-ħut mitħun u l-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija;

(b)

id-dicalcium u t-tricalcium phosphate bl-ingrossa li joriġinaw mill-annimali;

(c)

il-prodotti tad-demm bl-ingrossa derivati minn annimali mhux ruminanti;

(d)

il-ġwież kompost bl-ingrossa li jkun fih il-materjali tal-ġwież elenkati f'(a), (b) u (c).

Ir-reġistri bid-dettalji dwar it-tip ta' prodotti li ġew trasportati jew maħżuna f'impjant ta' ħażna għandhom jinżammu disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.

2.

B'deroga mill-punt 1, il-vetturi, il-kontejners u l-faċilitajiet ta' ħażna li jkunu ntużaw qabel għat-trasport jew għall-ħażna tal-prodotti elenkati f'dak il-punt, jistgħu wara jintużaw għat-trasport jew għall-ħażna tal-ġwież li jkun maħsub għar-ruminanti, diment li dawn jitnaddfu qabel l-użu sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, skont proċedura dokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti.

Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm reġistru dokumentat ta' dan l-użu li jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.

3.

L-impjanti ta' ħażna li f'konformità mal-punt 2 jaħżnu materjali tal-ġwież u l-ġwież kompost elenkati fil-punt 1 għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti abbażi ta' verifika tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti elenkati fil-punt 2.

4.

Il-proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa derivata minn annimali mhux ruminanti, kif ukoll il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija, iżda bl-esklużjoni tal-ħut mitħun, u l-ġwież kompost bl-ingrossa li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali, għandhom jiġu trasportati f'vetturi u f'kontejners u maħżuna f'faċilitajiet ta' ħażna li ma jintużawx, rispettivament, għat-trasport u l-ħażna ta' ġwież maħsub għall-annimali mrobbija mhux ruminanti, minbarra l-annimali tal-akkwakultura.

5.

B'deroga mill-punt 4, il-vetturi, il-kontejners u l-faċilitajiet ta' ħażna li jkunu ntużaw qabel għat-trasport jew għall-ħażna tal-prodotti msemmija f'dak il-punt, jistgħu wara jintużaw għat-trasport jew għall-ħażna tal-ġwież li jkun maħsub għall-annimali mrobbija mhux ruminanti, minbarra l-annimali tal-akkwakultura, diment li dawn jitnaddfu qabel l-użu sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, skont proċedura dokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti.

Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm reġistru dokumentat ta' dan l-użu li jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.”

(ii)

Fit-Taqsima B, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.

B'deroga mill-punt 1, għal dawk li jħalltu l-ġwież mhix meħtieġa awtorizzazzjoni speċifika għall-produzzjoni ta' ġwież komplet magħmul mill-ġwież kompost li jkun fih il-prodotti elenkati f'dak il-punt, soġġett għall-konformità tagħhom mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

iridu jkunu rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li jipproduċu ġwież komplet magħmul mill-ġwież kompost li jkun fih il-prodotti elenkati fil-punt 1;

(b)

iridu jkunu jrabbu biss annimali mhux ruminanti;

(c)

il-ġwież kompost użat fil-produzzjoni tal-ġwież komplet, li fih il-ħut mitħun irid ikun fih inqas minn 50 % ta' proteina mhux raffinata;

(d)

il-ġwież kompost użat fil-produzzjoni tal-ġwież komplet, li fih id-dicalcium u t-tricalcium phosphate għandu jkun fih inqas minn 10 % ta' fosforu totali;

(e)

il-ġwież kompost użat fil-produzzjoni tal-ġwież komplet, li fih il-prodotti tad-demm derivati minn annimali mhux ruminanti għandu jkun fih inqas minn 50 % ta' proteina mhux raffinata.”

(iii)

il-punt (a) fit-Taqsima C jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, inkluż il-ħut mitħun u l-proteina pproċessata tal-annimali li ġejjin mill-insetti mrobbija;”

(iv)

fit-Taqsima D, fil-punt 1, l-ittra (a) tinbidel b'dan li ġej:

“(a)

il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, inkluż il-ħut mitħun u l-proteina pproċessata tal-annimali li ġejjin mill-insetti mrobbija,”

(c)

Il-Kapitolu IV huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-Taqsima A, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

Il-kliem “ħut mitħun — ma għandux jintuża fil-ġwież għall-annimali ruminanti ħlief għall-annimali ruminanti mhux miftuma” għandu jkun indikat b'mod ċar fuq id-dokument kummerċjali ta' akkumpanjament jew fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, kif xieraq, kif ukoll fuq it-tikketta tal-ħut mitħun;

Il-kliem “fih il-ħut mitħun — ma għandux jingħata lir-ruminanti” għandu jkun indikat b'mod ċar fuq it-tikketta tal-ġwież kompost li jkun fih il-ħut mitħun maħsub għall-annimali mrobbija mhux ruminanti, minbarra l-annimali tal-pil.”

(ii)

It-taqsima B tinbidel b'dan li ġej:

“TAQSIMA B

Il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-użu tad-dicalcium u t-tricalcium phosphate li joriġinaw mill-annimali u tal-ġwież kompost li fih dawn il-fosfati maħsubin għall-ġwież ta' annimali mrobbija mhux ruminanti minbarra l-annimali tal-pil

(a)

Il-kliem “id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li joriġinaw mill-annimali — ma għandhomx jintużaw fl-għalf għall-annimali ruminanti” għandu jkun indikat b'mod ċar fuq id-dokument kummerċjali ta' akkumpanjament jew fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, kif xieraq, kif ukoll fuq it-tikketta tad-dicalcium u t-tricalcium phosphate li joriġinaw mill-annimali;

(b)

Il-kliem “fih id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li ġejjin mill-annimali — ma għandux jingħata lir-ruminanti” għandu jkun indikat b'mod ċar fuq it-tikketta tal-ġwież kompost li fih id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li joriġinaw mill-annimali.”

(iii)

fit-Taqsima C, l-ewwel paragrafu tal-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

Il-prodotti tad-demm għandhom jiġu prodotti f'impjanti tal-ipproċessar li jipproċessaw biss demm ta' annimali mhux ruminanti, u rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li jipproċessaw biss demm ta' annimali mhux ruminanti.”

(iv)

fit-taqsima C, il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

Il-kliem “prodotti tad-demm ta' annimali mhux ruminanti — ma għandhomx jintużaw fil-ġwież għall-annimali ruminanti” għandu jkun indikat b'mod ċar fuq id-dokument kummerċjali ta' akkumpanjament jew fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, kif xieraq, kif ukoll fuq it-tikketta tal-prodotti tad-demm derivati minn annimali mhux ruminanti;

Il-kliem “fih prodotti tad-demm ta' annimali mhux ruminanti — ma għandux jingħata lir-ruminanti” għandu jkun indikat b'mod ċar fuq it-tikketta tal-għalf kompost li fih prodotti tad-demm derivati mill-annimali mhux ruminanti.”

(v)

fit-Taqsima D, it-titolu ta' dik it-Taqsima, il-frażi ta' introduzzjoni tal-ewwel paragrafu u l-punt (a) jinbidlu b'dan li ġej:

“TAQSIMA D

Il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-produzzjoni u l-użu tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, minbarra l-ħut mitħun u minbarra l-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija, u l-ġwież kompost li fih din il-proteina maħsub għall-ġwież ta' annimali tal-akkwakultura

Il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni u għall-użu tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, minbarra l-ħut mitħun, u minbarra l-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija, u l-ġwież kompost li fih din il-proteina, maħsub għat-tmigħ ta' annimali tal-akkwakultura:

(a)

Il-prodotti sekondarji mill-annimali maħsubin biex jintużaw għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima għandhom jiġu minn:

(i)

biċċeriji li ma joqtlux annimali ruminanti u li huma rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li ma joqtlux annimali ruminanti, jew

(ii)

impjanti tat-tqattigħ fejn ma jsirx dissussar jew tqattigħ ta' laħam ta' annimali ruminanti u li huma rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li fihom ma jsirx dissussar jew tqattigħ ta' laħam ta' annimali ruminanti, jew

(iii)

stabbilimenti oħrajn minbarra dawk imsemmijin f'(i) jew (ii) li ma jimmaniġġawx prodotti ta' annimali ruminanti u li huma rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li ma jimmaniġġawx prodotti ta' annimali ruminanti.

B'deroga minn dik il-kundizzjoni speċifika, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-qtil ta' annimali ruminanti f'biċċerija li tipproduċi prodotti sekondarji ta' annimali mhux ruminanti maħsubin għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima, u l-immaniġġar ta' prodotti ta' annimali ruminanti f'impjant tat-tqattigħ jew fi stabbiliment ieħor li jipproduċi prodotti sekondarji ta' annimali mhux ruminanti maħsubin għall-produzzjoni ta' proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima.

Dik l-awtorizzazzjoni tista' tingħata biss jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta, wara spezzjoni fuq il-post, mill-effettività tal-miżuri maħsubin biex jevitaw il-kontaminazzjoni kroċjata bejn il-prodotti sekondarji minn annimali ruminanti u prodotti sekondarji minn annimali li mhumiex ruminanti.

Dawn il-miżuri għandhom jinkludu r-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(i)

it-tbiċċir ta' annimali mhux ruminanti jrid isir f'linji li jkunu fiżikament separati minn dawk użati għat-tbiċċir tar-ruminanti;

(ii)

il-prodotti ta' annimali mhux ruminanti għandhom jiġu mmaniġġati f'linji ta' produzzjoni li jkunu fiżikament separati minn dawk użati għall-immaniġġar ta' prodotti ta' annimali ruminanti;

(iii)

il-faċilitajiet tal-ġbir, tal-ħażna, tal-ġarr u tal-imballaġġ ta' prodotti sekondarji li jkunu ġejjin minn annimali mhux ruminanti għandhom jinżammu separati minn dawk użati għall-prodotti sekondarji li jkunu ġejjin minn annimali ruminanti;

(iv)

għandhom isiru kampjunar u analiżi regolari tal-prodotti sekondarji li ġejjin minn annimali mhux ruminanti biex tiġi identifikata l-preżenza ta' proteini tar-ruminanti. Il-metodu li jintuża għall-analiżi jrid ikun ġie vvalidat xjentifikament għal dak l-għan. Il-frekwenza tal-kampjunar u tal-analiżi għandha tiġi deċiża abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri tiegħu bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP.”

(vi)

fit-Taqsima D, l-ewwel paragrafu tal-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

Il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima għandha tiġi prodotta f'impjanti tal-ipproċessar li jkunu ddedikati esklussivament għall-ipproċessar ta' prodotti sekondarji minn annimali mhux ruminanti li jkunu ġejjin minn biċċeriji, impjanti tat-tqattigħ jew stabbilimenti oħrajn imsemmijin fil-punt (a). Dawn l-impjanti tal-ipproċessar għandhom jiġu rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li jipproċessaw biss prodotti sekondarji minn annimali mhux ruminanti.”

(vii)

fit-Taqsima D, fit-tieni paragrafu tal-punt (d), il-frażi ta' introduzzjoni ta' (i) tinbidel b'dan li ġej:

“(i)

il-produzzjoni tal-ġwież kompost, li jkun fih l-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima, għall-annimali tal-akkwakultura fi stabbilimenti li jipproduċu wkoll ġwież kompost maħsub għall-annimali mrobbijin oħrajn, minbarra l-annimali tal-pil, tista' tiġi awtorizzata mill-awtorità kompetenti wara spezzjoni fil-post, soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:”

(viii)

fit-Taqsima D, il-punt d(ii) u l-punt (e) jinbidlu b'dan li ġej:

“(ii)

mhix meħtieġa awtorizzazzjoni speċifika għall-produzzjoni ta' ġwież komplet mill-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima għal dawk li jħalltu l-ġwież u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

huma rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li jipproduċu ġwież komplet minn ġwież kompost li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, minbarra l-ħut mitħun u l-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija,

jrabbu biss annimali tal-akkwakultura, u

il-ġwież kompost li fih il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima użat fil-produzzjoni tagħhom ikun fih inqas minn 50 % tal-ammont totali ta' proteina mhux raffinata.

(e)

Id-dokument kummerċjali jew iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, kif xieraq, li jakkumpanjaw il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima u t-tikketta tagħha jrid ikollhom dan il-kliem li ġej stampat fuqhom b'mod ċar: ‘il-proteina pproċessata tal-annimali minn annimali mhux ruminanti — ma għandhiex tintuża fil-ġwież għall-annimali mrobbija ħlief għall-annimali tal-akkwakultura u l-annimali tal-pil’.

Il-kliem li ġej għandu jkun indikat b'mod ċar fuq it-tikketta tal-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima:

‘fih il-proteina pproċessata ta' annimali mhux ruminanti — ma għandux jingħata bħala għalf lill-annimali mrobbijin minbarra l-annimali tal-akkwakultura u l-annimali tal-pil’.”

(ix)

fit-Taqsima E, il-punti (b) sa (g) jinbidlu b'dan li ġej:

“(b)

Il-kliem ‘il-ħut mitħun — ma għandux jintuża fil-ġwież għall-annimali ruminanti ħlief għall-annimali ruminanti mhux miftuma’ għandu jkun indikat b'mod ċar fuq id-dokument kummerċjali ta' akkumpanjament jew fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, kif xieraq, kif ukoll fuq it-tikketta tal-ħut mitħun maħsub biex jintuża fis-sostituti tal-ħalib;

(c)

l-użu tal-ħut mitħun għall-annimali ruminanti mrobbija mhux miftuma se jkun awtorizzat biss għall-produzzjoni tas-sostituti tal-ħalib, imqassmin fil-forma mnixxfa u mogħtija wara li jiġu mħallta bi kwantità speċifika ta' likwidu, maħsub għat-tmigħ tar-ruminanti mhux miftuma bħala suppliment, jew bħala sostitut għal ħalib postkolostrali qabel jintemm il-ftim.

(d)

is-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun maħsubin għall-annimali ruminanti mhux miftuma mrobbija għandhom jiġu prodotti fi stabbilimenti li ma jipproduċux ġwież kompost ieħor għar-ruminanti u li huma awtorizzati għal dan l-għan mill-awtorità kompetenti.

B'deroga minn din il-kundizzjoni speċjali, il-produzzjoni ta' ġwież kompost ieħor għar-ruminanti, fi stabbilimenti li jipproduċu wkoll is-sostituti tal-ħalib li jkun fihom il-ħut mitħun maħsubin għall-annimali ruminanti mrobbijin mhux miftuma tista' tiġi awtorizzata mill-awtorità kompetenti, wara spezzjoni fuq il-post, soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

waqt il-ħażna, il-ġarr u l-imballaġġ, il-ġwież kompost ieħor maħsub għar-ruminanti jrid jinżamm f'faċilitajiet li jkunu fiżikament separati minn dawk użati għall-ħut mitħun bl-ingrossa u għas-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun bl-ingrossa;

(ii)

il-ġwież kompost l-ieħor maħsub għar-ruminanti jrid jiġi mmanifatturat f'faċilitajiet li jkunu fiżikament separati minn faċilitajiet fejn jiġu mmanifatturati s-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun;

(iii)

ir-reġistri bid-dettalji dwar ix-xiri u l-użu tal-ħut mitħun u l-bejgħ tas-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin;

(iv)

għandhom isiru kampjunar u analiżi regolari tal-ġwież kompost l-ieħor maħsub għar-ruminanti biex jiġi vverifikat li ma fihx kostitwenti li ġejjin mill-annimali mhux awtorizzati permezz tal-metodi ta' analiżi għad-determinazzjoni ta' kostitwenti li ġejjin mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009; il-frekwenza tal-kampjunar u tal-analiżi għandha tiġi deċiża abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri tiegħu bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP; ir-riżultati għandhom jibqgħu disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin;

(e)

qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, l-importaturi għandhom jiżguraw li kull konsenja impurtata ta' sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun tiġi analizzata skont il-metodi ta' analiżi għall-identifikazzjoni tal-kostitwenti li ġejjin mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 biex jiġi vverifikat in-nuqqas ta' kostitwenti li ġejjin mill-annimali mhux awtorizzati.

(f)

It-tikketta tas-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun maħsubin għall-annimali ruminanti mrobbijin mhux miftuma, irid ikollha mmarkat b'mod ċar il-kliem ‘fih il-ħut mitħun — ma għandux jingħata lir-ruminanti minbarra ruminanti mhux miftuma’.

(g)

is-sostituti tal-ħalib bl-ingrossa li fihom il-ħut mitħun maħsubin għar-ruminanti mrobbijin mhux miftuma għandhom jiġu trasportati f'vetturi u f'kontejners u maħżuna f'faċilitajiet ta' ħażna li ma jintużawx, rispettivament, għat-trasport jew il-ħażna ta' ġwież ieħor maħsub għar-ruminanti.

B'deroga minn dik il-kundizzjoni speċifika, il-vetturi, il-kontejners u l-faċilitajiet ta' ħażna li jintużaw wara għat-trasport jew għall-ħażna ta' ġwież ieħor bl-ingrossa maħsub għar-ruminanti, jistgħu jintużaw għat-trasport jew għall-ħażna ta' sostituti tal-ħalib bl-ingrossa li fihom il-ħut mitħun maħsubin għar-ruminanti mrobbijin mhux miftuma, diment li dawn jitnaddfu qabel l-użu sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, skont proċedura dokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti. Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm reġistru dokumentat ta' dan l-użu li jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.

(h)

f'azjendi agrikoli fejn jinżammu r-ruminanti għandu jkun hemm fis-seħħ miżuri biex is-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun ma jingħatawx lil ruminanti oħrajn minbarra dawk mhux miftuma. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi lista ta' azjendi agrikoli li fihom jintużaw is-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun, permezz ta' sistema ta' notifika minn qabel mill-azjenda agrikola jew permezz ta' sistema oħra li tiżgura l-konformità ma' din il-kundizzjoni speċifika.”

(x)

Tiddaħħal it-Taqsima F li ġejja:

“TAQSIMA F

Il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-produzzjoni u l-użu tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija u ta' ġwież kompost li fih din il-proteina maħsub għat-tmigħ ta' annimali tal-akkwakultura

Dawn il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-użu ta' proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija u ta' ġwież kompost li fih din il-proteina pproċessata tal-annimali maħsub għat-tmigħ ta' annimali tal-akkwakultura:

(a)

Il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija trid:

(i)

tiġi prodotta f'impjanti tal-ipproċessar approvati skont l-Artikolu 24(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u ddedikati esklussivament għall-produzzjoni ta' prodotti derivati mill-insetti mrobbija; kif ukoll

(ii)

tiġi prodotta skont ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011;

(b)

Il-ġwież kompost li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija jrid jiġi prodott fi stabbilimenti li jkunu awtorizzati għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti u li jkunu ddedikati esklussivament għall-produzzjoni tal-ġwież għall-annimali tal-akkwakultura.

B'deroga minn din il-kundizzjoni speċifika:

(i)

il-produzzjoni tal-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija, għall-annimali tal-akkwakultura fi stabbilimenti li jipproduċu wkoll l-ġwież kompost maħsub għal annimali mrobbijin oħrajn, minbarra l-annimali tal-pil, tista' tiġi awtorizzata mill-awtorità kompetenti wara spezzjoni fil-post, soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

il-ġwież kompost maħsub għar-ruminanti jrid jiġi mmanifatturat u jinżamm, waqt il-ħażna, il-ġarr u l-imballaġġ, f'faċilitajiet li jkunu fiżikament separati minn dawk il-faċilitajiet fejn jiġi mmanifatturat u jinżamm il-ġwież kompost għall-annimali mhux ruminanti;

il-ġwież kompost maħsub għall-annimali tal-akkwakultura jrid jiġi mmanifatturat u jinżamm, waqt il-ħażna, il-ġarr u l-imballaġġ, f'faċilitajiet li jkunu fiżikament separati minn dawk il-faċilitajiet fejn jiġi mmanifatturat u jinżamm il-ġwież kompost għall-annimali oħrajn mhux ruminanti;

ir-reġistri bid-dettalji dwar ix-xiri u l-użu tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija u l-bejgħ tal-ġwież kompost li fih din il-proteina għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin;

għandhom isiru kampjunar u analiżi regolari tal-ġwież kompost maħsub għall-annimali mrobbija minbarra l-annimali tal-akkwakultura biex jiġi vverifikat in-nuqqas ta' kostitwenti li joriġinaw mill-annimali mhux awtorizzati, permezz tal-metodi ta' analiżi għad-determinazzjoni ta' kostitwenti li ġejjin mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009; il-frekwenza tal-kampjunar u tal-analiżi għandha tiġi deċiża abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri tiegħu bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP; ir-riżultati jridu jinżammu disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin.

(ii)

Mhix meħtieġa awtorizzazzjoni speċifika għall-produzzjoni ta' ġwież komplet mill-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija għal dawk li jħalltu l-ġwież u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

huma rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li jipproduċu ġwież komplet magħmul mill-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija,

irabbu biss annimali tal-akkwakultura, u

il-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija użati fil-produzzjoni tagħhom ikun fih inqas minn 50 % tal-ammont totali ta' proteina mhux raffinata.

(c)

Id-dokument kummerċjali jew iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, kif xieraq, li jakkumpanjaw il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija u t-tikketta tagħha jrid ikollhom immarkat b'mod ċar dan il-kliem li ġej: “il-proteina pproċessata tal-insetti — ma għandhiex tintuża fil-ġwież għall-annimali mrobbija ħlief għall-annimali tal-akkwakultura u l-annimali tal-pil”.

Il-kliem li ġej għandu jkun indikat b'mod ċar fuq it-tikketta tal-ġwież kompost li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija:

‘fih il-proteina pproċessata ta' annimali mhux ruminanti — ma għandux jingħata bħala għalf lill-annimali mrobbijin minbarra l-annimali tal-akkwakultura u l-annimali tal-pil’.”

(d)

Il-Kapitolu V huwa emendat kif ġej:

(i)

It-Taqsima A, B u C jinbidlu b'dan li ġej:

“TAQSIMA A

Listi

1.

L-Istati Membri għandhom iżommu aġġornati u disponibbli għall-pubbliku l-listi dwar:

(a)

il-biċċeriji rreġistrati bħala biċċeriji tar-ruminanti skont l-ewwel paragrafu tal-punt (a) tat-Taqsima C tal-Kapitolu IV, kif ukoll il-biċċeriji awtorizzati minn fejn jista' jinkiseb id-demm prodott skont it-tieni, it-tielet u r-raba' paragrafi tal-punt (a) tat-Taqsima C tal-Kapitolu IV;

(b)

l-impjanti tal-ipproċessar irreġistrati bħala li jipproċessaw esklussivament demm ta' annimali mhux ruminanti skont l-ewwel paragrafu tal-punt (c) tat-Taqsima C tal-Kapitolu IV, kif ukoll l-impjanti tal-ipproċessar awtorizzati li jipproduċu prodotti tad-demm skont it-tieni, it-tielet u r-raba' paragrafi tal-punt (c) tat-Taqsima C tal-Kapitolu IV;

(c)

il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ u l-istabbilimenti oħrajn irreġistrati bħala, rispettivament, li ma joqtlux ruminanti, ma jagħmlux dissussar jew tqattigħ ta' laħam ta' annimali ruminanti, u ma jimmaniġġawx prodotti tar-ruminanti, minn fejn jistgħu jinkisbu prodotti sekondarji tal-annimali maħsuba biex jintużaw għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti skont l-ewwel paragrafu tal-punt (a) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV, kif ukoll il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ u l-istabbilimenti oħrajn awtorizzati, minn fejn jistgħu jinkisbu prodotti sekondarji tal-annimali maħsuba biex jintużaw għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti skont it-tieni, it-tielet u r-raba' paragrafi tal-punt (a) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV;

(d)

l-impjanti tal-ipproċessar irreġistrati bħala li ma jipproċessawx prodotti sekondarji ta' annimali ruminanti skont l-ewwel paragrafu tal-punt (c) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV, kif ukoll l-impjanti tal-ipproċessar awtorizzati li jipproduċu l-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti li joperaw skont it-tieni, it-tielet u r-raba' paragrafi tal-punt (c) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV;

(e)

l-istabbilimenti awtorizzati tal-ġwież kompost li jipproduċu l-ġwież kompost li fih il-ħut mitħun, id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li ġejjin mill-annimali, jew prodotti tad-demm li ġejjin minn annimali mhux ruminanti, skont it-Taqsima B tal-Kapitolu III;

(f)

l-istabbilimenti awtorizzati tal-ġwież kompost li jipproduċu l-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, skont il-punt (d) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV; kif ukoll l-istabbilimenti awtorizzati tal-ġwież kompost li jipproduċu esklussivament, skont il-punt 3(b)(ii) tat-Taqsima E tal-Kapitolu V, il-ġwież kompost għall-esportazzjoni mill-Unjoni jew il-ġwież kompost għall-esportazzjoni mill-Unjoni u l-ġwież kompost għall-annimali tal-akkwakultura biex jitqiegħdu fis-suq;

(g)

l-istabbilimenti awtorizzati tal-ġwież kompost li jipproduċu sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun maħsub għall-annimali mrobbija mhux miftuma tal-ispeċijiet ruminanti, skont il-punt (d) tat-Taqsima E tal-Kapitolu IV;

(h)

l-istabbilimenti awtorizzati tal-ġwież kompost li jipproduċu l-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija, skont il-punt (b) tat-Taqsima F tal-Kapitolu IV;

(i)

l-impjanti tal-ħażna awtorizzati skont il-punt 3 tat-Taqsima A tal-Kapitolu III jew skont it-tielet paragrafu tal-punt 3(d) tat-Taqsima E tal-Kapitolu V.

2.

L-Istati Membri għandhom iżommu l-listi ta' dawk li jħalltu l-għalf għall-użu proprju u rreġistrati aġġornati skont il-punt 3 tat-Taqsima B tal-Kapitolu III, il-punt (d)(ii) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV, u l-punt (b)(ii) tat-Taqsima F tal-Kapitolu IV.

TAQSIMA B

It-trasport u l-ħażna ta' materjali tal-ġwież u ta' ġwież kompost li fihom il-prodotti derivati mir-ruminanti

1.

Il-materjali tal-ġwież bl-ingrossa u l-ġwież kompost bl-ingrossa li fihom prodotti derivati minn ruminanti barra dawk elenkati fil-punti (a) sa (d) li ġejjin għandhom jiġu trasportati f'vetturi u f'kontejners u jinħażnu f'faċilitajiet ta' ħażna li ma jintużawx, rispettivament, għat-trasport jew il-ħażna ta' ġwież li jkun maħsub għall-annimali mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil:

(a)

il-ħalib, il-prodotti tal-ħalib, il-prodotti derivati mill-ħalib, il-kolostru u l-prodotti tal-kolostru;

(b)

id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li ġejjin mill-annimali;

(c)

il-proteini idrolizzati derivati mill-ġlud tal-annimali ruminati;

(d)

il-grass tal-annimali ruminanti mmaċinat b'livell massimu ta' impuritajiet insolubbli ta' 0,15 % fil-piż u derivattivi magħmula minn dan il-grass.

2.

B'deroga mill-punt 1, il-vetturi, il-kontejners u l-faċilitajiet ta' ħażna li jkunu ntużaw qabel għat-trasport jew għall-ħażna ta' materjali tal-ġwież bl-ingrossa u ta' ġwież kompost bl-ingrossa elenkati f'dan il-punt, jistgħu wara jintużaw għat-trasport jew għall-ħażna tal-ġwież li jkun maħsub għal annimali mrobbijin, minbarra annimali tal-pil, diment li dawn jitnaddfu qabel l-użu sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, skont proċedura dokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti.

Kull meta tintuża din il-proċedura, ir-reġistru dokumentat ta' dan l-użu għandu jinżamm disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.

TAQSIMA C

Il-produzzjoni ta' ġwież kompost maħsub għall-annimali tal-pil jew għall-annimali domestiċi li fih prodotti derivati minn annimali ruminanti jew minn annimali mhux ruminanti

1.

Il-ġwież kompost maħsub għall-annimali tal-pil jew għall-annimali domestiċi li jkun fih prodotti derivati mir-ruminanti, minbarra dawk elenkati fil-punti (a) sa (d) li ġejjin, ma għandux jiġi prodott fi stabbilimenti li jipproduċu l-ġwież għall-annimali mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil:

(a)

il-ħalib, il-prodotti tal-ħalib, il-prodotti derivati mill-ħalib, il-kolostru u l-prodotti tal-kolostru;

(b)

id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li ġejjin mill-annimali;

(c)

il-proteini idrolizzati derivati mill-ġlud tal-annimali ruminati;

(d)

il-grass tal-annimali ruminanti mmaċinat b'livell massimu ta' impuritajiet insolubbli ta' 0,15 % fil-piż u derivattivi magħmula minn dan il-grass.

2.

Il-ġwież kompost maħsub għall-annimali tal-pil jew għall-annimali domestiċi, li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, minbarra l-ħut mitħun, ma għandux jiġi prodott fi stabbilimenti li jipproduċu l-ġwież għall-annimali mrobbija, ħlief għall-annimali tal-pil jew l-annimali tal-akkwakultura.”

(ii)

It-taqsima D tinbidel b'dan li ġej:

“TAQSIMA D

L-użu u l-ħażna fl-azjendi agrikoli ta' materjali tal-ġwież u ta' ġwież kompost għall-annimali mrobbijin li fihom il-prodotti li joriġinaw mir-ruminanti

L-użu u l-ħażna ta' materjali tal-ġwież u tal-ġwież kompost għall-annimali mrobbijin li jkun fih il-prodotti derivati mir-ruminanti minbarra dawk elenkati fil-punti (a) sa (d) għandhom jiġu pprojbiti fl-azjendi agrikoli li fihom jinżammu annimali mrobbijin li mhumiex annimali tal-pil:

(a)

il-ħalib, il-prodotti tal-ħalib, il-prodotti derivati mill-ħalib, il-kolostru u l-prodotti tal-kolostru;

(b)

id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li joriġinaw mill-annimali;

(c)

il-proteini idrolizzati derivati mill-ġlud tal-annimali ruminati;

(d)

il-grass tal-annimali ruminanti mmaċinat b'livell massimu ta' impuritajiet insolubbli ta' 0,15 % fil-piż u derivattivi magħmula minn dan il-grass.”

(iii)

It-taqsima E tinbidel b'dan li ġej:

“TAQSIMA E

L-esportazzjoni ta' proteina pproċessata tal-annimali u ta' prodotti li fihom din il-proteina

1.

L-esportazzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali ruminanti, jew tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata kemm minn annimali ruminanti kif ukoll mhux ruminanti, għandha tkun soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-proteina pproċessata tal-annimali għandha tiġi trasportata f'kontejners issiġillati, direttament mill-impjant tal-ipproċessar tal-produzzjoni sal-punt ta' ħruġ mit-territorju tal-Unjoni, li għandu jkun post ta' spezzjoni fil-fruntiera elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (*1). Qabel iħalli t-territorju tal-Unjoni, l-operatur responsabbli għall-arranġament tat-trasport tal-proteina pproċessata tal-annimali għandu jinforma lill-awtorità kompetenti fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera dwar il-wasla tal-konsenja fil-punt ta' ħruġ.

(b)

Il-konsenja għandha tiġi akkumpanjata minn dokument kummerċjali komplut kif xieraq ippreżentat skont il-mudell stipulat fil-punt 6 tal-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u maħruġ mis-sistema kompjuterizzata veterinarja integrata (TRACES) introdotta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE (*2). Fuq dak id-dokument kummerċjali, il-post ta' ħruġ ta' spezzjoni fil-fruntiera għandu jkun indikat bħala l-punt ta' ħruġ fil-kaxxa I.28.

(c)

Meta l-konsenja tasal fil-punt ta' ħruġ, l-awtorità kompetenti fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għandha tivverifika s-siġill ta' kull kontejner ippreżentat fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera.

B'deroga, abbażi ta' analiżi tar-riskju, l-awtorità kompetenti fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tista' tiddeċiedi li tiċċekkja s-siġill tal-kontejner fuq bażi aleatorja.

Jekk is-siġill iċċekkjat ma jkunx sodisfaċenti, il-konsenja trid jew tinqered jew tintbagħat lura lejn l-istabbiliment tal-oriġini.

L-awtorità kompetenti fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għandha tinforma, permezz ta' TRACES, lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-istabbiliment tal-oriġini dwar il-wasla tal-konsenja fil-punt ta' ħruġ u, fejn japplika, dwar l-eżitu tal-verifika tas-siġill u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva li tkun ittieħdet.

(d)

L-awtorità kompetenti responsabbli għall-istabbiliment tal-oriġini għandha twettaq kontrolli uffiċjali regolari biex tivverifika l-implimentazzjoni korretta tal-punti (a) u (b) u biex tivverifika li, għal kull konsenja ta' proteina pproċessata tal-annimali li ġejja mill-annimali ruminanti maħsuba għall-esportazzjoni, il-konferma tal-kontroll imwettaq fil-punt ta' ħruġ tkun waslet mingħand l-awtorità kompetenti tal-post ta' spezzjoni fil-fruntiera, permezz ta' TRACES.

2.

Mingħajr preġudizzju għall-punt 1, l-esportazzjoni ta' prodotti li fihom il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mir-ruminanti għandha tiġi pprojbita.

B'deroga, dik il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika għall-ikel tal-annimali domestiċi pproċessat li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali ruminanti li:

(a)

ġie pproċessat fi stabbilimenti tal-ikel għall-annimali domestiċi approvati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; kif ukoll

(b)

jiġi ppakkjat u ttikkettat skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

3.

L-esportazzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, jew ta' ġwież kompost li jkun fih din il-proteina, għandha tkun soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti għandha tiġi prodotta f'impjanti tal-ipproċessar li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt (c) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV;

(b)

Il-ġwież kompost li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti għandu jiġi prodott fi stabbilimenti tal-ġwież kompost li:

(i)

jipproduċu skont il-punt (d) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV; jew

(ii)

jiksbu l-proteina pproċessata tal-annimali użata fil-ġwież kompost maħsub għall-esportazzjoni minn impjanti tal-ipproċessar li jikkonformaw mal-punt (a) u, jew:

huma ddedikati esklussivament għall-produzzjoni tal-ġwież kompost għall-esportazzjoni mill-Unjoni u huma awtorizzati għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti, jew

huma ddedikati esklussivament għall-produzzjoni tal-ġwież kompost għall-esportazzjoni mill-Unjoni u għall-produzzjoni ta' ġwież kompost għall-annimali tal-akkwakultura għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni, u awtorizzati għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti.

(c)

Il-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-annimali mhux ruminanti għandu jiġi ppakkjat u ttikkettat skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew skont ir-rekwiżiti legali tal-pajjiż li jimporta. Meta l-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti ma jkunx ittikkettat skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, dan il-kliem li ġej għandu jkun indikat fuq it-tikketta: ‘fih il-proteina pproċessata tal-annimali mhux ruminanti’.

(d)

Il-proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa derivata minn annimali mhux ruminanti u l-ġwież kompost bl-ingrossa li jkun fih din il-proteina, u maħsuba għall-esportazzjoni mill-Unjoni, għandhom jiġu trasportati f'vetturi u f'kontejners u maħżuna f'faċilitajiet ta' ħażna li ma jintużawx, rispettivament, għat-trasport jew il-ħażna ta' ġwież li jkun se jitqiegħed fis-suq u maħsub għat-tmigħ tal-annimali mrobbija ruminanti jew mhux ruminanti, minbarra l-annimali tal-akkwakultura. Ir-reġistri bid-dettalji dwar it-tip ta' prodotti li ġew trasportati jew maħżuna għandhom jinżammu disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.

B'deroga mill-ewwel paragrafu, il-vetturi, il-kontejners u l-faċilitajiet ta' ħażna li jkunu ntużaw qabel għat-trasport jew għall-ħażna ta' proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa derivata minn annimali mhux ruminanti u ta' ġwież kompost bl-ingrossa li jkun fih din il-proteina, u maħsuba għall-esportazzjoni mill-Unjoni, jistgħu wara jintużaw għat-trasport jew għall-ħażna ta' ġwież li jkun se jitqiegħed fis-suq u maħsub għat-tmigħ tal-annimali mrobbija ruminanti jew mhux ruminanti, minbarra l-annimali tal-akkwakultura, diment li dawn jitnaddfu qabel l-użu sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, skont proċedura dokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti. Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm reġistru dokumentat ta' dan l-użu li jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.

L-impjanti ta' ħażna li jaħżnu l-proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa derivata minn annimali mhux ruminanti u l-ġwież kompost bl-ingrossa li fih din il-proteina taħt il-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni paragrafu tal-punt (d) għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti abbażi ta' verifika tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti elenkati f'dak il-paragrafu.

4.

B'deroga mill-punt 3, il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-punt ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

l-ikel tal-annimali domestiċi li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti u li jkun ġie pproċessat fi stabbilimenti tal-ikel għall-annimali domestiċi approvati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u li jkun ippakkjat u ttikkettat skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(b)

il-ħut mitħun, diment li jiġi prodott skont dan l-Anness;

(c)

il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija, diment li tkun ġiet prodotta skont dan l-Anness;

(d)

il-ġwież kompost li ma fih l-ebda proteina pproċessata tal-annimali minbarra l-ħut mitħun u l-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija, diment li jiġi prodott skont dan l-Anness;

(e)

il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti maħsuba għall-manifatturar tal-ikel għall-annimali domestiċi jew ta' fertilizzanti u ta' prodotti orġaniċi li jtejbu l-ħamrija fil-pajjiż terz ta' destinazzjoni, diment li, qabel l-esportazzjoni, l-esportatur jiżgura li kull konsenja ta' proteina pproċessata tal-annimali tkun analizzata skont il-metodu ta' analiżi stipulat fil-punt 2.2 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 sabiex jivverifika n-nuqqas ta' kostitwenti li ġejjin minn annimali ruminanti.

(*1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 Tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1)."

(*2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta' Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63).”"



ANNESS II

L-Annessi X, XIV u XV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness X, il-Kapitolu II, it-Taqsima 1, il-Parti A tinbidel b'dan li ġej:

“A.   Materja prima

1.

Il-prodotti sekondarji mill-annimali li jkunu tal-materjal tal-Kategorija 3 jew prodotti li jkunu ġejjin minn dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali biss, minbarra l-materjali tal-Kategorija 3 msemmijin fl-Artikolu 10(n), (o) u (p) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali.

2.

Il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija, maħsuba għall-produzzjoni tal-ġwież għall-annimali mrobbija, minbarra l-annimali tal-pil, tista' tinkiseb biss minn dawn l-ispeċijiet ta' insetti li ġejjin:

(i)

il-‘Black Soldier Fly’ (Hermetia illucens) u l-‘Common Housefly’ (Musca domestica),

(ii)

il-‘Yellow Mealworm’ (Tenebrio molitor) u l-‘Lesser Mealworm’ (Alphitobius diaperinus),

(iii)

il-‘House cricket’ (Acheta domesticus), il-‘Banded cricket’ (Gryllodes sigillatus) u l-‘Field Cricket’ (Gryllus Assimilis).”

(2)

Fl-Anness XIV, il-Kapitolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-Taqsima 1, it-Tabella 1, l-ewwel ringiela tinbidel b'dan li ġej:

“1

Il-proteina pproċessata tal-annimali, inklużi t-taħlitiet u l-prodotti minbarra l-ikel għall-annimali domestiċi li jkun fih din il-proteina, u l-ġwież kompost li jkun fih din il-proteina kif definit fl-Artikolu 3(2)(h) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009

Materjali tal-Kategorija 3 msemmija fl-Artikolu 10(a), (b), (d), (e), (f), (h), (i), (j), (k), (l) u (m).

(a)

Il-proteina pproċessata tal-annimali trid tiġi prodotta skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness X; kif ukoll

(b)

il-proteina pproċessata tal-annimali għandha tkun konformi mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fit-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitlu.

(a)

Fil-każ ta' proteini pproċessati tal-annimali eskluż il-ħut mitħun:

Il-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

(b)

Fil-każ ta' ħut mitħun:

Il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

(a)

Fil-każ ta' proteina pproċessata tal-annimali minbarra dik derivata mill-insetti mrobbija:

l-Anness XV, il-Kapitolu 1.

(b)

Fil-każ ta' proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija:

l-Anness XV, il-Kapitolu 1a.”

(b)

Fit-Taqsima 2, jiżdied il-punt 5 li ġej:

“5.

Il-proteina pproċessata tal-annimali miksuba minn insetti mrobbija tista' tkun importata fl-Unjoni diment li tkun ġiet prodotta f'konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-insetti jappartjenu għal waħda minn dawn l-ispeċijiet li ġejjin:

il-‘Black Soldier Fly’ (Hermetia illucens) u l-‘Common Housefly’ (Musca domestica),

il-‘Yellow Mealworm’ (Tenebrio molitor) u l-‘Lesser Mealworm’ (Alphitobius diaperinus),

il-‘House cricket’ (Acheta domesticus), il-‘Banded cricket’ (Gryllodes sigillatus) u l-“Field Cricket” (Gryllus Assimilis).

(b)

is-substrat għat-tmigħ tal-insetti jista' biss jinkludi prodotti li mhumiex ġejjin mill-annimali jew dawn il-prodotti li ġejjin mill-annimali tal-materjali tal-Kategorija 3:

il-ħut mitħun;

il-prodotti tad-demm minn annimali mhux ruminanti;

il-fosfat tad-dikalċju u tat-trikalċju li ġej mill-annimali;

il-proteini idrolizzati minn annimali mhux ruminanti;

il-proteini idrolizzati minn ġlud ta' annimali ruminanti;

il-ġelatina u l-kollaġen minn annimali mhux ruminanti;

il-bajd u l-prodotti tal-bajd;

il-ħalib, il-prodotti tal-ħalib, il-prodotti derivati mill-ħalib u l-kolostru;

l-għasel;

il-grass immaċinat;

(c)

Is-substrat għat-tmigħ tal-insetti u l-insetti jew il-larva tagħhom ma ġiex f'kuntatt ma' xi materjali oħra li joriġinaw mill-annimali minbarra dawk imsemmijin fil-punt (b) u ma kienx jinkludi demel, skart mill-kejtering jew skart ieħor.”

(3)

L-Anness XV huwa emendat kif gej:

(a)

fil-Kapitolu 1, it-titolu tal-mudell taċ-Ċertifikat tas-Saħħa jinbidel b'dan li ġej:

“Ċertifikat tas-saħħa

Għall-proteina pproċessata tal-annimali, minbarra dik derivata mill-insetti mrobbija, mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inklużi t-taħlitiet u l-prodotti, minbarra l-ikel għall-annimali domestiċi li jkun fih proteina bħal din, biex tintbagħat lejn l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)”

(b)

jiżdied il-Kapitolu 1a li ġej:

“KAPITOLU 1a

Ċertifikat tas-saħħa

Għall-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem, inklużi t-taħlitiet u l-prodotti minbarra l-ikel għall-annimali domestiċi li jkun fih proteina bħal din, biex tintbagħat lejn l-Unjoni Ewropea jew għal tranżitu minnha (2)

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

25.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/117


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/894

tal-24 ta' Mejju 2017

li jemenda l-Annessi III u VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġenotipar tal-annimali ovini

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikulari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSE) f'annimali bovini, ovini u kaprini. Dan ir-Regolament japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' annimali ħajjin u ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u, f'ċerti każijiet speċifiċi, għall-esportazzjonijiet tagħhom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprevedi li kull Stat Membru għandu jwettaq programm annwali ta' monitoraġġ għat-TSE f'konformità mal-Anness III tiegħu, li jistipula regoli għal sistema ta' monitoraġġ. Il-Parti II tal-Kapitolu A ta' dak l-Anness jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' annimali ovini u kaprini u l-punt 8.2 tal-Parti II ta' dak il-Kapitolu jipprevedi li l-Istati Membri kollha għandhom jiddeterminaw il-ġenotip tal-proteina prijonika għall-kodoni 136, 141, 154 u 171 ta' kampjun minimu ta' annimali ovini, rappreżentattivi tal-popolazzjoni ovina kollha tal-Istat Membru, ta' mill-anqas 600 annimal għal Stati Membri b'popolazzjoni adulta ta' nagħaġ ta' aktar minn 750 000 annimal u ta' mill-anqas 100 annimal għal Stati Membri oħra.

(3)

Sa mill-introduzzjoni ta' rekwiżit ta' ġenotipar alleatorju stipulat fil-punt 8.2 tal-Parti II tal-Kapitolu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, inkisbu l-għanijiet oriġinali tal-immappjar ta' ġenotipi tan-nagħaġ suxxettibbli għall-iscrapie u l-identifikazzjoni ta' ġenotipi tan-nagħaġ reżistenti għal kull pajjiż. Madankollu, il-ġenotipar alleatorju tan-nagħaġ għadu ta' użu fi Stati Membri li, f'konformità mal-Artikolu 6a tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u l-Kapitolu C tal-Anness VII tiegħu, iwettqu programm ta' tnissil biex jagħmlu selezzjoni għar-reżistenza għat-TSE fil-popolazzjoni ovina tagħhom, u li l-programm ta' tnissil tagħhom għandu l-għan li jħalli impatt fuq il-profil ġenetiku tal-popolazzjoni ġenerali ovina tagħhom. Għal dawk l-Istati Membri, il-ġenotipar alleatorju ta' frazzjoni tal-popolazzjoni kollha ovina tagħhom jippermettilhom li jivvalutaw jekk il-programm ta' tnissil fis-seħħ hux iħalli l-impatt mixtieq, li huwa li tiżdied il-frekwenza tal-allel ARR filwaqt li tonqos il-prevalenza ta' dawk l-alleli li ma urewx li jikkontribwixxu għas-suxxettibbiltà għat-TSE.

(4)

Il-Kapitolu C tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-programmi ta' tnissil għar-reżistenza għat-TSE f'annimali ovini fl-Istati Membri, u l-punt 1 tal-Parti 1 ta' dak il-Kapitolu jipprevedi li l-programm ta' tnissil għandu jikkonċentra fuq merħliet b'mertu ġenetiku għoli. It-tieni paragrafu tal-punt 1 jippermetti lil dawk l-Istati Membri fejn hemm fis-seħħ programm tat-tnissil li jiddeċidu li jippermettu it-teħid tal-kampjuni u l-ġenotipar ta' mtaten tat-tagħmir biss, f'merħliet li ma jieħdux sehem fil-programm ta' tnissil. Dik id-dispożizzjoni tintuża meta l-programm ta' tnissil ta' Stat Membru jkollu l-għan li jħalli impatt fuq il-profil ġenetiku tal-popolazzjoni ġenerali ovina. Għaldaqstant, ir-rekwiżit ta' ġenotipar każwali stabbilit fil-punt 8.2 tal-Parti II tal-Kapitolu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu jkun limitat għal dawk l-Istati Membri li jwettqu programm ta' tnissil u li jippermettu t-teħid tal-kampjuni u l-ġenotipar ta' mtaten tat-tagħmir f'merħliet li ma jieħdux sehem fil-programm ta' tnissil.

(5)

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Perikli Bijoloġiċi (BIOHAZ) dwar il-programm ta' tnissil għal nagħaġ reżistenti għat-TSE fit-13 ta' Lulju 2006 (2), tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Opinjoni tal-EFSA”), qieset li r-rekwiżit preżenti stabbilit fil-punt 8.2 tal-Parti II tal-Kapitolu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 biex b'mod alleatorju jkunu ġenotipati 100 jew 600 annimali ovini fis-sena, skont id-daqs tal-popolazzjoni tan-nagħaġ tal-Istat Membru, mhux biżżejjed biex ikun monitorjat l-impatt ta' programm ta' tnissil fuq il-popolazzjoni ġenerali ovina ta' Stat Membru minħabba d-daqs żgħir tal-kampjun meħtieġ. L-Opinjoni tal-EFSA rrakkomandat li jiżdied d-daqs tal-kampjun u nnutat li, jekk wieħed jassumi li l-prevalenza tal-ġenotip mmirat mill-monitoraġġ hija ta' 50 %, ikun meħtieġ li 1 560 annimal jiġu ttestjatji fis-sena biex tinqabad xi bidla ta' 5 % fil-prevalenza tal-ġenotip b'livell ta' fiduċja ta' 95 %. Peress li bidla ta' 5 % fil-prevalenza tal-ġenotip fil-livell tal-popolazzjoni kollha ovina aktarx li ma sseħħx f'sena waħda, jixraq li ġenotipar alleatorju bħal dan jitwettaq darba kull tliet snin.

(6)

L-Opinjoni tal-EFSA tirrikkmanda wkoll il-ġbir tad-dejta epidemjoloġika rilevanti, bħar-reġjun, it-tip tal-merħla u s-sess tal-annimal, għal aġġustament a posteriori u l-monitoraġġ ta' tfassil kif għandu jkun tal-kampjunar. Għaldaqstant jixraq li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jiddeterminaw id-daqs eżatt tal-kampjunar u l-frekwenza tal-kampjunar rappreżentattiv u l-ġenotipar tal-popolazzjoni nazzjonali tan-nagħaġ tagħhom, filwaqt li titqies id-dejta epidemoloġika miġbura matul il-kampanji tal-kampjunar preċedenti, sakemm it-tfassil tal-kampjunar jippermetti, tal-anqas, li tinqabad bidla ta' 5 % fil-prevalenza tal-ġenotip fuq perjodu ta' tliet snin, b'livell ta' fiduċja ta' 95 %.

(7)

Ir-rekwiżit ta' ġenotipar alleatorju stabbilit fil-punt 8.2 tal-Parti II tal-Kapitolu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għaldaqstant għandu jitħassar u jinbidel b'rekwiżit stabbilit fil-Parti 1 tal-Kapitolu C tal-Anness VII ta' dak ir-Regolament li jistabbilixxi li l-Istati Membri li jwettqu programm ta' tnissil għall-annimali ovini, u li jippermettu t-teħid tal-kampjuni u l-ġenotipar ta' mtaten tat-tagħmir f'merħliet li ma jieħdux sehem fil-programm ta' tnissil, għandhom jagħmlu l-ġenotipar ta' kampjun alleatorju ta' annimali ovini, rappreżentattivi tal-popolazzjoni ovina tal-Istat Membru, ta' minn tal-inqas 1 560 annimal darba kull tliet snin, inkella ta' daqs ta' kampjun u fi frekwenza determinata mill-Istat Membru abbażi tal-kriterji definiti fil-premessa preċedenti.

(8)

Għaldaqstant, l-Annessi III u VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandhom jiġu emendati skont dan.

(9)

Peress li l-ġenotipar alleatorju jiġi organizzat skont is-sena kalendarja, din l-emenda għandha ssir applikabbli mill-1 ta' Jannar 2018.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi III u VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  The EFSA Journal (2006) 382, 1-46.


ANNESS

L-Annessi III u VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Kapitolu A, fil-Parti II, il-punt 8 jinbidel b'li ġej:

“8.   Ġenotipar

Il-ġenotip tal-proteina prijonika għall-kodoni 136, 154 u 171 għandu jiġi determinat għal kull każ pożittiv tat-TSE fin-nagħaġ. Il-każijiet kollha tat-TSE misjuba f'nagħaġ ta' ġenotipi li jikkodifikaw l-alanina fiż-żewġ alleli tal-kodon 136, l-arġinina fiż-żewġ alleli tal-kodon 154 u l-arġinina fiż-żewġ alleli tal-kodon 171, għandhom jiġu rrappurtati minnufih lill-Kummissjoni. Meta l-każ pożittiv ta' TSE ikun każ ta' scarpie atipiku għandu jiġi determinat il-ġenotip tal-proteina prijonika għall-kodon 141.”

(b)

fil-Kapitolu B, fil-Parti I(A), il-punt 8 jinbidel b'li ġej:

“8.

Il-ġenotip, u meta possibbli, ir-razza, ta' kull animal ovin li instab pożittiv għat-TSE jew li ttieħed kampjun minnu skont il-Kapitolu A, il-Parti II, il-punt 8.”

(2)

Fl-Anness VII, fil-Kapitolu C, fil-Parti 1, jiżdied il-punt 8 li ġej:

“8.

Meta Stat Membru jippermetti, f'konformità mat-tieni paragrafu tal-punt 1, it-teħid tal-kampjuni u l-ġenotipar ta' mtaten tat-tagħmir f'merħliet li ma jieħdux sehem fil-programm ta' tkabbir, il-ġenotip tal-proteina prijonika għall-kodoni 136, 141, 154 u 171 għandhom jiġu determinati għal kampjun minimu rappreżentattiv tal-popolazzjoni ovina kollha tal-Istat Membru, jew:

(a)

darba kull tliet snin b'kampjun minimu ta' mill-anqas 1 560 annimal ovin; jew

(b)

bi frekwenza u b'daqs ta' kampjun determinat mill-Istat Membru abbażi tal-konformità mal-kriterji li ġejjin:

(i)

it-tfassil tal-kampjunar iqis dejta epidemjoloġika rilevanti miġbura waqt stħarriġ preċedenti, inkluża dejta dwar il-ġenotip tal-proteina prijonika tan-nagħaġ għall-kodoni 136, 141, 154 u 171 skont ir-razza, ir-reġjun, l-età, is-sess u t-tip ta' merħla;

(ii)

it-tfassil tal-kampjunar jippermetti, tal-anqas, li tinqabad bidla ta' 5 % fil-prevalenza ta' ġenotip fuq perjodu ta' tliet snin, b'potenza ta' 80 % u livell ta' fiduċja ta' 95 %.”


25.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/120


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/895

tal-24 ta' Mejju 2017

dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' 3-fitażi prodotta minn Komagataella pastoris (CECT 13094) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u t-tiġieġ li jbidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Fertinagro Nutrientes S.L.)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' 3-fitażi prodotta minn Komagataella pastoris (CECT 13094). Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtu wkoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' 3-fitażi prodotta minn Komagataella pastoris (CECT 13094) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u t-tiġieġ li jbidu biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tad-19 ta' Ottubru 2016 (2) li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, 3-fitażi prodott minn Komagataella pastoris (CECT 13094) ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv għandu potenzjal li jkun effikaċi fit-titjib tad-disponibbiltà tal-fosfru tal-fitat tad-dieti għall-ispeċi fil-mira. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf, fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni ta' 3-fitażi turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' 3-fitażi prodott minn Komagataella pastoris (CECT 13094), kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' dik il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2016;14(11):4622.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà

4a25

Fertinagro Nutrientes S.L.

3-fitażi

EC 3.1.3.8

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' 3-fitażi prodotta minn Komagataella pastoris (CECT 13094) b'attività minima ta': 1 000 FTU (1)/ml

Għamla likwida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

3-fitażi (EC 3.1.3.8) prodotta minn Komagataella pastoris (CECT 13094)

Metodu analitiku  (2)

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività ta' 3-fitażi fl-addittiv tal-għalf:

metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enżimatika tal-fitażi fuq il-fitat

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività ta' 3-fitażi fl-għalf:

metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enzimatika tal-fitażi fuq il-fitat — EN ISO 30024.

Tiġieġ għat-tismin

500 FTU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Doża massima rrakkomandata għat-tiġieġ għat-tismin u t-tiġieġ li jbidu: 1 000 FTU/kg ta' għalf komplet.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u b'miżuri ta' dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inkluż il-protezzjoni tan-nifs.

l-14 ta' Ġunju 2027

Tiġieġ li jbidu

1 000 FTU


(1)  1 FTU huwa l-ammont ta' enżima li jillibera mikromolu wieħed ta' fosfat inorganiku fil-minuta minn substrat ta' fitat tas-sodju b'pH ta' 5,5 u f'37 °C.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-laboratorju ta' referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


25.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/123


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/896

tal-24 ta' Mejju 2017

dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' 6-fitażi, prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) bħala addittiv fl-għalf f'għamla solida għal kull speċi ta' tjur u għal kull speċi ta' ħnieżer (ħlief ħnienes mhux miftuma) (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1),u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

L-użu tal-preparazzjoni ta' 6-fitażi, prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) f'għamla likwida, kien awtorizzat għal għaxar snin għal kull speċi ta' tjur u speċi tal-ħnieżer kollha (ħlief ħnienes mhux miftuma) bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/899 (2).

(3)

B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' 6-fitażi prodott mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) f'għamla solida. Ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu wkoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' 6-fitażi prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi ta' tjur u speċi tal-ħnieżer kollha biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-20 ta' Ottubru 2016 (3) li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni ta' 6-fitażi prodott mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) f'għamla solida ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent, u li ttejjeb id-disponibbiltà tal-fosfru tal-fitat fl-ispeċi fil-mira. L-awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi ta' sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta' 6-fitasi prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' din il-preparazzjoni jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/899 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta' 6-fitażi prodott mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi ta' tjur u speċi tal-ħnieżer kollha (ħlief ħnienes mhux miftuma) (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco (UK) Ltd (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 15).

(3)  EFSA Journal 2016; 14(11):4625.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta' annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà.

4a24

Danisco (UK) Ltd

6-fitażi EC 3.1.3.26

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' 6-fitażi, prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528) b'attività minima ta' 20 000 FTU (1)/g.

Għamla solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mit-Trichoderma reesei (ATCC SD-6528)

Metodu analitiku  (2)

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività ta' 6-fitażi fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enżimatika tal-fitażi fuq il-fitat.

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività ta' 6-fitażi fl-għalf:

metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enzimatika tal-fitażi fuq il-fitat EN ISO 30024.

Kull speċi ta' tjur

Kull speċi ta' ħnieżer (ħlief ħnienes mhux miftuma)

250 FTU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

2.

Id-doża massima rrakkomandata: 2 000 FTU/kg ta' għalf sħiħ.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel f'negozju tal-għalf, għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi xierqa sabiex jindirizzaw il-perikli marbutin mal-inalazzjoni, mal-kuntatt mal-ġilda jew mal-kuntatt mal-għajnejn. Fejn l-espożizzjoni tal-ġilda, tal-inalatur jew tal-għajnejn ma tistax titnaqqas għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali adatt.

l-14 ta' Ġunju 2027


(1)  1 FTU huwa l-ammont ta' enżima li jillibera mikromolu wieħed ta' fosfat inorganiku fil-minuta minn substrat ta' fitat tas-sodju b'pH ta' 5,5 u f'37 °C.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-laboratorju ta' referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.


25.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/126


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/897

tal-24 ta' Mejju 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

99,7

TR

67,0

ZZ

83,4

0707 00 05

TR

84,9

ZZ

84,9

0709 93 10

TR

130,3

ZZ

130,3

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

53,1

MA

54,5

TR

48,9

ZA

91,0

ZZ

61,9

0805 50 10

AR

116,2

TR

153,8

ZA

150,8

ZZ

140,3

0808 10 80

AR

158,4

BR

117,1

CL

132,2

CN

145,5

NZ

153,3

ZA

107,8

ZZ

135,7

0809 29 00

TR

367,5

ZZ

367,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DIRETTIVI

25.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/128


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/898

tal-24 ta' Mejju 2017

li temenda, għall-fini li jiġu adottati valuri limitu speċifiċi għall-kimiċi użati fil-ġugarelli, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-bisfenol A

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/48/KE tistabbilixxi ċertu rekwiżiti għal sustanzi kimiċi li huma kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE jistipula l-valuri limitu speċifiċi għas-sustanzi kimiċi użati f'ġugarelli maħsuba biex jintużaw minn tfal ta' taħt is-36 xahar jew f'ġugarelli oħra maħsuba biex jitqiegħdu fil-ħalq.

(2)

Il-valur limitu speċifiku għall-bisfenol A (numru CAS 80-05-7) huwa 0,1 mg/l (limitu ta' migrazzjoni). L-istandards Ewropej EN 71-10:2005 (tħejjija tal-kampjun) u EN 71-11:2005 (kejl) jipprovdu metodi rilevanti ta' ttestjar.

(3)

EN 71-10:2005 jirrikjedi li 10 cm2 tal-materjal ta' ġugarell jiġi estratt b'100 ml ta' ilma matul siegħa. Għalhekk, il-konformità mal-valur limitu speċifiku ta' 0,1 mg/l tfisser li matul din l-estrazzjoni jista' jkun hemm migrazzjoni ta' massimu ta' 0,01 mg ta' bisfenol A mill-materjal tal-ġugarelli.

(4)

Sabiex jagħtiha pariri fit-tħejjija ta' proposti leġiżlattivi u inizjattivi politiki fil-qasam tas-sikurezza tal-ġugarelli, il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet il-Grupp ta' Esperti dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli. Il-missjoni tas-sottogrupp tiegħu “Sustanzi Kimiċi” hija li jagħti dawn il-pariri fir-rigward tas-sustanzi kimiċi li jistgħu jintużaw fil-ġugarelli. Fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta' Ottubru 2015, is-sottogrupp “Sustanzi Kimiċi” tal-Grupp ta' Esperti dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli qies li l-applikazzjoni tal-valur limitu speċifiku u tal-metodi ta' ttestjar stabbiliti hawn fuq twassal għal esponiment ta' 3 mikrogrammi għal kull kilogramma tal-piż tal-ġisem kuljum fi tfal b'piż tal-ġisem ta' 10 kg li jpoġġu l-ġugarell f'ħalqhom għal 3 sigħat kuljum.

(5)

Dejta ġdida dwar il-bisfenol A u metodoloġiji rfinati wasslu l-Bord dwar il-Materjali li jiġu f'Kuntatt mal-Ikel, l-Enzimi, l-Aromatizzanti u l-Aġenti tal-Ipproċessar (CEF) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) biex jistabbilixxu doża tollerabbli ta' kuljum (TDI) “temporanja” għall-bisfenol A ta' 4 mikrogrammi għal kull kilogramma ta' piż tal-ġisem kuljum (3). Il-Bord tas-CEF iddikjara t-TDI bħala temporanja, sakemm joħroġ ir-riżultat ta' studju fit-tul fuq il-firien li jinvolvi l-esponiment għall-bisfenol A qabel it-twelid kif ukoll wara t-twelid, li bħalissa qed jitwettaq mill-Programm Tossikiloġiku Nazzjonali tal-Food and Drug Administration tal-Istati Uniti.

(6)

Fid-dawl ta' dan kollu, fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta' Ottubru 2015, is-sottogrupp “Sustanzi Kimiċi” tal-Grupp ta' Esperti dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli rrakkomanda li l-bisfenol A jkun limitat fil-ġugarelli għal 0,04 mg/l (limitu ta' migrazzjoni) meta jiġi ttestjat skont EN 71-10:2005 u EN 71-11:2005, b'suppożizzjoni li l-piż tal-ġisem tat-tfal ikun ta' 10 kg, li l-ħin li matulu jpoġġu oġġetti f'ħalqhom ikun ta' tliet sigħat kuljum, li s-superfiċe tal-ġugarell li jitpoġġa fil-ħalq tkun ta' 10cm2 u li l-allokazzjoni tat-TDI temporanja għall-esponiment tat-tfal għall-bisfenol A mill-ġugarelli tkun ta' 10 %. Il-Grupp ta' Esperti dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli appoġġa din ir-rakkomandazzjoni fil-laqgħa tiegħu tal-14 ta' Jannar 2016.

(7)

Filwaqt li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (4) jistipula limitu ta' migrazzjoni speċifiku għall-bisfenol A bħala monomeru meta jintuża f'ċertu materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, kif ukoll projbizzjoni fuq l-użu tal-bisfenol A fil-manifattura tal-fliexken tat-tisqija għat-trabi tal-polikarbonat, is-suppożizzjonijiet bażiċi għad-derivazzjoni ta' dak il-limitu ta' migrazzjoni u għall-istabbiliment tal-projbizzjoni, huma differenti minn dawk li minnhom joħroġ il-limitu tal-migrazzjoni għall-bisfenol A fil-ġugarelli.

(8)

Fid-dawl tal-evidenza xjentifika disponibbli u billi jitqiesu d-differenzi bejn il-ġugarelli u l-materjali li jidħlu f'kuntatt mal-ikel, il-limitu speċifiku applikabbli bħalissa għall-bisfenol A fil-ġugarelli hu għoli wisq u għandu jiġi rieżaminat.

(9)

L-effetti tal-bisfenol A qed jiġu rieżaminati f'fora xjentifiċi. Filwaqt li jista' jkun meħtieġ li jiġi rieżaminat il-limitu ta' migrazzjoni jekk issir disponibbli informazzjoni xjentifika rilevanti ġdida fil-futur, għandu jiġi stabbilit limitu li jirrifletti l-għarfien xjentifiku attwali sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni xierqa tat-tfal.

(10)

Għalhekk, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli stabbilit bl-Artikolu 47 tad-Direttiva 2009/48/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fit-tabella tal-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE l-entrata għall-bisfenol A tinbidel b'dan li ġej:

“Bisfenol A

80-05-7

0,04 mg/l (limitu ta' migrazzjoni) skont il-metodi stabbiliti f'EN 71-10:2005 u EN 71-11:2005.”.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-25 ta' Novembru 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jgħaddu t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis-26 ta' Novembru 2018.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  L-Opinjoni Xjentifika dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika relatati mal-preżenza tal-bisfenol A (BPA) fl-oġġetti tal-ikel tal-Bord tal-EFSA dwar il-Materjali li jiġu f'Kuntatt mal-Ikel, l-Enzimi, l-Aromatizzanti u l-Aġenti tal-Ipproċessar (CEF) (2015): il-Parti II — Valutazzjoni tossikoloġika u karatterizzazzjoni tar-riskju. EFSA Journal 2015;13(1):3978, p. 196.

http://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/scientific_output/files/main_documents/3978part2.pdf.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta' Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).


DEĊIŻJONIJIET

25.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/131


DEĊIŻJONI (UE) 2017/899 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Mejju 2017

dwar l-użu tal-banda ta' frekwenzi 470–790 MHz fl-Unjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Fil-programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (“SPP” — radio spectrum policy programme) stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE (3), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stabbilixxew l-għanijiet li jiġu identifikati tal-inqas 1 200 MHz ta' spettru adatt għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili fl-Unjoni sal-2015, li jingħata appoġġ għall-iżvilupp ulterjuri ta' servizzi tax-xandir innovattivi billi jiġi żgurat spettru suffiċjenti għall-provvista satellitari u terrestri ta' tali servizzijekk il-ħtieġa tkun sostanzjata b'mod ċar, u li jiġi żgurat spettru suffiċjenti għal ħolqien ta' programmi u avvenimenti speċjali (“PMSE” — programme-making and special events).

(2)

Fil-Komunikazzjoni tas-6 ta' Mejju 2015 intitolata “Strateġija għas-suq uniku diġitali għall-Ewropa”, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza tal-banda ta' frekwenzi 694–790 MHz (“700 MHz”) biex tiżgura l-provvista ta' servizzi tal-broadband f'żoni rurali sabiex jiġu żgurati l-aċċess u l-konnettività, u enfasizzat il-ħtieġa għal rilaxx ikkoordinat ta' dik il-banda ta' frekwenzi, filwaqt li takkomoda l-ħtiġijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni tas-servizzi tax-xandir. It-tnaqqis tad-distakk diġitali, f'termini kemm ta' kopertura kif ukoll ta' għarfien, huwa aspett importanti li jrid ikun prijorità, mingħajr ma jinħolqu distakki ġodda meta l-utenti jibdew jużaw teknoloġiji ġodda.

(3)

Il-ġestjoni effettiva tal-ispettru hija kondizzjoni għall-bidla industrijali għall-5G, li kieku tqiegħed lill-Unjoni fiċ-ċentru tal-innovazzjoni u toħloq ambjent favorevoli biex in-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jiżviluppaw, u b'hekk jiġi massimizzat il-potenzjal ta' tkabbir tal-ekonomija diġitali. L-ekonomija tal-Unjoni ser ikollha dejjem iżjed lis-soċjetà diġitali fil-qalba tagħha, u dan jirrikjedi kopertura universali tan-netwerk sabiex jiġu żviluppati servizzi relatati mal-Internet tal-Oġġetti, il-kummerċ elettroniku, u s-servizzi ta' cloud Ewropej, u sabiex jinkisbu l-benefiċċji sħaħ ta' Industrija 4.0 madwar l-Unjoni.

(4)

Il-banda ta' frekwenzi 700 MHz tirrappreżenta opportunità għal spettru armonizzat u kkoordinat globalment għall-broadband mingħajr fili li joffri ekonomiji ta' skala. Jenħtieġ li din tippermetti li jiġu żviluppati servizzi diġitali innovattivi ġodda f'żoni urbani u f'żoni rurali jew remoti, bħas-Saħħa Elettronika u s-Saħħa Mobbli, appoġġati minn telefowns ċellulari, apparati għall-monitoraġġ tal-pazjenti u apparati oħra mingħajr fili, kif ukoll grilji intelliġenti tal-enerġija.

(5)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 intitolata “Lejn Att dwar is-Suq Uniku Diġitali”, il-Parlament Ewropew fakkar lill-Istati Membri dwar l-impenn tagħhom li sal-2020, jilħqu l-introduzzjoni sħiħa ta' mill-inqas il-veloċitajiet minimi fil-mira ta' 30 Mbps, enfasizza li l-ispettru tar-radju huwa riżorsa kritika għas-suq intern għall-komunikazzjonijiet mingħajr fili, broadband mingħajr fili, kif ukoll għax-xandir, u huwa essenzjali għall-kompetittività futura tal-Unjoni u talab, bħala prijorità, għal qafas armonizzat li huwa favur il-kompetizzjoni għall-allokazzjoni tal-ispettru u għall-ġestjoni effettiva tal-ispettru.

(6)

L-ispettru huwa bene pubbliku. Fil-banda ta' frekwenzi 470–790 MHz, huwa vantaġġ siewi għall-introduzzjoni kosteffiċjenti ta' netwerks mingħajr fili b'kopertura universali fuq ġewwa u fuq barra. Dak l-ispettru bħalissa qed jintuża fl-Unjoni kollha għat-televiżjoni diġitali terrestri (“DTT” — digital terrestrial television) u tal-PMSE tal-awdjo mingħajr fili. Għaldaqstant, huwa prerekwiżit għall-aċċess għal kontenut kulturali u ta' informazzjoni u ideat u d-disseminazzjoni tagħom. Huwa jappoġġa, b'mod parallel ma' forom ġodda ta' distribuzzjoni, l-iżvilupp tal-mezzi tal-midja, u tas-setturi kreattivi, kulturali u tar-riċerka, li jiddependu b'mod estensiv fuq din għall-provvista mingħajr fili tal-kontenut lill-utenti aħħarin.

(7)

Jenħtieġ li l-assenjazzjoni tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz tkun strutturata b'tali mod li tiffaċilita l-kompetizzjoni u jenħtieġ li titwettaq b'mod li ma jxekkilx il-kompetizzjoni eżistenti.

(8)

Għar-Reġjun 1, li jinkludi l-Unjoni, ir-Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni adottati mill-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni fl-2015, jipprovdu għall-allokazzjoni tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz għas-servizzi tax-xandir u tal-mowbajls (ħlief il-mowbajl aeronawtiku) fuq bażi koprimarja.,Il-banda ta' frekwenzi 470–694 MHz (“taħt 700 MHz”) tibqa' allokata esklużivament għas-servizzi tax-xandir fuq bażi primarja u għall-użu tal-awdjo mingħajr fili tal-PMSE fuq bażi sekondarja.

(9)

Minħabba t-traffiku tal-broadband mingħajr fili li qed jikber b'mod rapidu u l-importanza ekonomika, industrijali u soċjali dejjem akbar tal-ekonomija diġitali, il-kapaċità msaħħa tan-netwerk mingħajr fili saret neċessità. Spettru fil-banda ta' frekwenzi 700 MHz jipprovdi kemm kapaċità addizzjonali kif ukoll kopertura universali, b'mod partikolari għaż-żoni rurali, muntanjużi, u insulari ekonomikament diffiċli kif ukoll żoni remoti oħra, predeterminati skont żoni li huma prijorità nazzjonali, inkluż matul rotot tat-trasport terrestri kbar, u għall-użu ġewwa u għal komunikazzjonijiet tat-tip mekkanizzat fuq firxa wiesgħa. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-miżuri koerenti u kkoordinati għal kopertura terrestri mingħajr fili ta' kwalità għolja madwar l-Unjoni, msejsa fuq l-aħjar prattiki nazzjonali għall-obbligi ta' liċenzja tal-operaturi, jimmiraw li jilħqu l-objettiv tal-RSPP li ċ-ċittadini kollha madwar l-Unjoni jkollhom aċċess, kemm ġewwa kif ukoll barra, għall-veloċitajiet l-aktar rapidi tal-broadband ta' mhux anqas minn 30 Mbps sal-2020, u jenħtieġ li jimmiraw li jiksbu viżjoni ambizzjuża għal soċjetà gigabit fl-Unjoni. Tali miżuri ser jippromwovu servizzi diġitali innovattivi u jiżguraw benefiċċji soċjoekonomiċi fit-tul.

(10)

Il-5G ser ikollu impatt kbir mhux biss fuq is-settur diġitali, iżda wkoll fuq l-ekonomiji b'mod ġenerali. It-tnedija b'suċċess tal-5G fl-Unjoni ser tkun kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku u għall-kompetittività u l-produttività tal-ekonomija tal-Unjoni, b'mod partikolari fid-dawl tal-introduzzjoni bil-mod tal-4G u s-servizzi korrispondenti,. Għalhekk l-Unjoni teħtieġ tkun fuq quddiem billi tiżgura spettru suffiċjenti għat-tnedija u l-iżvilupp b'suċċess tal-5G. Barra minn hekk, jenħtieġ li meta jawtorizzaw l-użu tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz, l-Istati Membri jikkunsidraw l-opportunità biex jiżguraw li l-operaturi ta' netwerk virtwali mobbli jkunu jistgħu jżidu l-kopertura ġeografika tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, fejn ikun fattibbli, tiffaċilita l-għażla li jsiru rkanti organizzati b'mod konġunt, meta Stat Membru hekk jitolb, biex b'hekk tikkontribwixxi għall-istrutturi pan-Ewropej.

(11)

Il-kondiviżjoni tal-ispettru fi ħdan banda ta' frekwenzi komuni bejn użu tal-broadband mingħajr fili bidirezzjonali għall-użu fuq żona wiesgħa (uplink u downlink), minn naħa, u xandir televiżiv unidirezzjonali jew użu tal-awdjo mingħajr fili tal-PMSE, min-naħa l-oħra, huwa teknikament diffiċli fejn iż-żoni ta' kopertura tagħhom jirkbu fuq xulxin jew huma qrib. Dan ifisser li l-għoti ta' skop ġdid għall-banda ta' frekwenzi 700 MHz għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili bidirezzjonali u terrestri, iċaħħad lill-utenti tad-DTT u tal-awdjo mingħajr fili tal-PMSE minn parti tar-riżorsi tal-ispettru tagħhom. Is-setturi tad-DTT u tal-PMSE għalhekk jeħtieġu prevedibbiltà regolatorja fit-tul fir-rigward tad-disponibbiltà ta' spettru suffiċjenti, sabiex ikunu jistgħu jħarsu l-għoti sostenibbli u l-iżvilupp tas-servizzi tagħhom, b'mod partikolari tat-televiżjoni free-to-view, filwaqt li jiżguraw ambjent xieraq għall-investimenti, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika awdjoviżiva tal-Unjoni u nazzjonali bħall-koeżjoni soċjali, il-pluraliżmu tal-mezzi tal-informazzjoni u d-diversità kulturali. Huwa possibli li jkun hemm bżonn ta' miżuri fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali biex jiġu żgurati riżorsi addizzjonali tal-ispettru għall-użu tal-awdjo mingħajr fili tal-PMSE barra l-banda ta' frekwenzi 470–790 MHz.

(12)

Fir-rapport tiegħu lill-Kummissjoni, Pascal Lamy, il-President tal-grupp ta' livell għoli dwar l-użu tal-banda UHF (470–790 MHz) fil-ġejjieni, irrakkomanda li l-banda ta' frekwenzi 700 MHz issir disponibbli għall-broadband mingħajr fili sal-2020 (+/- sentejn). Tali tnedija tgħin biex jintlaħaq l-għan fit-tul ta' prevedibbiltà regolatorja għad-DTT billi tagħmel disponibbli l-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz sal-2030, għalkemm dan ikun irid jiġi rivedut sal-2025.

(13)

Il-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju irrakkomanda fl-opinjoni tiegħu għal strateġija fit-tul għall-użu tal-banda UHF (470–790 MHz) fil-ġejjieni fl-Unjoni Ewropea tad-19 ta' Frar 2015 li jiġi adottat approċċ koordinat fl-Unjoni kollha biex il-banda ta' frekwenzi 700 MHz issir disponibbli għal użu effettiv għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili sa tmiem l-2020, waqt li nnota li l-Istati Membri, għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu abbażi ta' raġunijiet ġustifikati kif xieraq li jipposponu d-disponibbiltà tal-banda għal mhux aktar minn sentejn. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-disponibbiltà tal-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz għall-għoti ta' servizzi tax-xandir tkun żgurata sal-2030.

(14)

Xi Stati Membri diġà nedew jew lestew proċess nazzjonali biex jawtorizzaw l-użu tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili terrestri u bidirezzjonali. Hemm bżonn ta'approċċ koordinat fir-rigward tal-użu futur tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz, li jipprovdi ukoll prevedibbiltà regolatorja, jibbilanċja d-diversità bejn l-Istati Membri mal-għanijiet ta' suq uniku diġitali u jippromwovi tmexxija Ewropea fir-rigward tal-iżviluppi tat-teknoloġija internazzjonali. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Istati Membri jintalbu li jagħtu skop ġdid lill-banda ta' frekwenzi 700 MHz b'mod f'waqtu skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali.

(15)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipposponu, abbażi ta' raġunijiet debitament ġustifikati, li jippermettu l-użu tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz għal sistemi terrestri kapaċi li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili lil hinn mill-iskadenza komuni tal-Unjoni tal-2020 għal perijodu massimu ta' sentejn. Jenħtieġ li r-raġunijiet għal tali posponiment ikunu limitati għal kwistjonijiet ta' koordinazzjoni transkonfinali mhux solvuti li jirriżultaw f'interferenzi dannużi, il-ħtieġa li tiġi żgurata migrazzjoni teknika ta' parti kbira tal-popolazzjoni għal standards tax-xandir avvanzati u l-kumplessità tal-iżgurar tagħha, l-ispejjeż finanzjarji tat-transizzjoni li jaqbżu d-dħul mistenni ġġenerat minn proċeduri tal-għoti u l-forza maġġuri. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jimminimizzaw l-interferenza dannuża fl-Istati Membri milquta. F'każ li Stati Membri jdewmu l-permess għall-użu tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz, jenħtieġ li huma jinformaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dan u jinkludu r-raġunijiet debitament ġustifikati għal dan fil-pjanijiet direzzjonali nazzjonali tagħhom. Jenħtieġ li tali Stati Membri u kwalunkwe Stati Membri milquta mid-dewmien jikkooperaw bil-ħsieb li jikkoordinaw il-proċess tar-rilaxx tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz u jinkludu informazzjoni dwar din il-koordinazzjoni fil-pjani direzzjonali nazzjonali tagħhom.

(16)

L-użu tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz minn applikazzjonijiet oħra f'pajjiżi terzi, kif permess minn ftehimiet internazzjonali jew f'partijiet tat-territorju nazzjonali barra l-kontroll effettiv tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, jista' jillimita l-użu tal-banda tal-frekwenza 700 MHz għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika terrestri broadband mingħajr fili f'xi Stati Membri. Dan jipprevjeni lil dawk l-Istati Membri milli jikkonformaw mal-iskeda komuni stabbilita fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri konċernati jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jimminimizzaw id-durata u l-firxa ġeografika ta' dawk il-limitazzjonijiet u jfittxu l-għajnuna tal-Unjoni, fejn meħtieġ, taħt l-Artikolu 10(2) tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE. Jenħtieġ li huma jinnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni dwar dawn il-limitazzjonijiet skont l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u li l-informazzjoni tiġi ppubblikata f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

(17)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jittieħdu fil-livell nazzjonali, skont il-liġi tal-Unjoni, li jfittxu li jilħqu għanijiet ta' interess ġenerali, relatati mad-dritt tal-Istati Membri li jorganizzaw u jużaw l-ispettru tagħhom għall-finijiet tal-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika u d-difiża.

(18)

Jenħtieġ li l-użu tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili terrestri jkun soġġett għal sistema ta' awtorizzazzjoni flessibbli mill-aktar fis possibbli. Jenħtieġ li dan jinkludi l-possibbiltà għad-detenturi tad-drittijiet tal-użu tal-ispettru li jittrasferixxu u jwellu d-drittijiet eżistenti tagħhom fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikoli 9, 9a u 9b tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), filwaqt li jitqies l-obbligu li tiġi promossa kompetizzjoni effettiva u mingħajr distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE. Jenħtieġ li matul il-valutazzjonijiet rispettivi tagħhom meta jkunu qegħdin jagħtu liċenzja tal-ispettru, l-Istati Membri iqisu d-durata tal-liċenzji, il-pjan tan-negozju tal-operaturi u l-kontribut tiegħu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenda Diġitali, u l-promozzjoni ta' servizzi diġitali innovattivi u benefiċċji soċjoekonomiċi fuq medda twila ta' żmien.

(19)

Huwa importanti li tinkiseb prevedibbiltà regolatorja fit-tul għad-DTT fir-rigward tal-aċċess għall-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 Mhz, filwaqt li jitqies l-eżitu tal-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni fl-2015. Jenħtieġ li, f'konformità mal-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2002/21/KE, l-Istati Membri japplikaw approċċ flessibbli fejn ikun possibbli u jenħtieġ li jkunu jistgħu jippermettu l-introduzzjoni ta' użi alternattivi bħas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili terrestri fil-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz skont il-ħtiġijiet nazzjonali għad-distribuzzjoni tas-servizzi tax-xandir awdjoviżiv, inkluż għal inizjattivi innovattivi mmexxija mill-utenti. Jenħtieġ li tali użi alternattivi jkun jiggarantixxi aċċess kontinwu għall-ispettru għax-xandir, bħala l-utent primarju, soġġett għad-domanda nazzjonali. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu l-kooperazzjoni bejn ix-xandara, l-operaturi tax-xandir u l-operaturi tas-servizzi mobbli sabiex jiffaċilitaw il-konverġenza tal-pjattaformi awdjoviżivi u tal-internet u l-kondiviżjoni tal-użu tal-ispettru. Jenħtieġ li, meta jippermettu l-użu alternattiv fil-banda ta' frekwenzi ta'taħt 700 Mhz għal servizzi ta' komunikazzjoni elettroniċi broadband mingħajr fili terrestri, l-Istati Membri jiżguraw li dan l-użu ma jikkawżax interferenza dannuża għax- xandir terrestri diġitali fi Stati Membri ġirien, kif previst fil-ftehim milħuq fil-Konferenza Reġjonali dwar it-Radjukomunikazzjoni tal-2006.

(20)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw pjanijiet direzzjonali nazzjonali koerenti biex jiffaċilitaw l-użu tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili terrestri filwaqt li jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi tax-xandir bit-televiżjoni li jiżgombraw il-banda. Jenħtieġ li, ladarba tali pjanijiet direzzjonali nazzjonali jiġu adottati, l-Istati Membri jagħmluhom disponibbli b'mod trasparenti fi ħdan l-Unjoni. Jenħtieġ li l-pjanijiet direzzjonali nazzjonali jkopru attivitajiet u perijodi ta' żmien għall-ippjanar mill-ġdid tal-frekwenzi, l-iżviluppi tekniċi għal tagħmir ta' netwerk u tal-utent aħħari, il-koeżistenza bejn tagħmir tar-radju u tagħmir mhux tar-radju, reġimi eżistenti u ġodda ta' awtorizzazzjoni, mekkaniżmi biex tiġi evitata interferenza dannuża mal-utenti tal-ispettru f'baned adjaċenti u informazzjoni dwar il-possibbiltà ta' kumpens għal spejjeż ta' migrazzjoni, fejn jinqalgħu tali spejjeż, sabiex jiġu evitati, fost l-oħrajn, l-ispejjeż għall-utenti finali jew għax-xandara. Jenħtieġ li meta l-Istati Membri jkollhom l-intenzjoni li jżommu d-DTT, l-pjanijiet direzzjonali nazzjonali jikkunsidraw l-għażla li jiffaċilitaw upgrades ta' tagħmir tax-xandir għal aktar teknoloġiji effiċjenti fl-ispettru bħal formati vidjo avvanzati (eż. HEVC) jew teknoloġiji ta' trażmissjoni tas-sinjal (eż. DVB-T2).

(21)

Jenħtieġ li l-ambitu ta' kumpens possibbli sabiex titlesta t-transizzjoni fl-użu tal-ispettru, b'mod partikolari għall-utenti aħħarin, u l-mekkaniżmu għalih, jiġu analizzati skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti, kif previst mill-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex, pereżempju, jiffaċilitaw it-transizzjoni għal teknoloġiji aktar effiċjenti fl-użu tal-ispettru. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tipprovdi gwida lill-Stat Membru, fuq it-talba tiegħu, biex tiffaċilita t-transizzjoni fl-użu tal-ispettru.

(22)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tirrapporta lill- Parlament u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi fl-użu tal-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz, bil-ħsieb li jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-ispettru, skont il-lliġi tal-Unjoni applikabbli. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis l-aspetti soċjali, ekonomiċi, kulturali u internazzjonali li jaffettwaw l-użu tal-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz, aktar żviluppi teknoloġiċi ulterjuri, tibdil fl-imġiba tal-konsumaturi u l-ħtiġijiet fil-konnettività biex jitrawmu t-tkabbir u l-innovazzjoni fl-Unjoni.

(23)

Minħabba li l-għan ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri l-iżgurar ta' approċċ koordinat fl-użu tal-banda ta' frekwenzi 470–790 MHz fl-Unjoni skont għanijiet komuni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista', minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Sat-30 ta' Ġunju 2020, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu tal-banda ta' frekwenzi 694–790 MHz (“700 MHz”) għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili biss taħt kondizzjonijiet tekniċi armonizzati stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

L-Istati Membri jistgħu, madankollu, idewmu li jippermettu l-użu tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz sa massimu ta' sentejn abbażi ta' raġuni ġustifikata kif xieraq waħda jew aktar stipulati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Fil-każ ta' tali dewmien, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dan u għandu jinkludi dawk ir-raġunijiet debitament ġustifikati fil-pjan direzzjonali nazzjonali tiegħu adottat skont l-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni. Fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-proċess ta' awtorizzazzjoni jew jemendaw id-drittijiet eżistenti rilevanti għall-użu tal-ispettru skont id-Direttiva 2002/20/KE, sabiex jippermettu t-tali l-użu.

Stat Membru li jdewwem li jippermetti l-użu tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz taħt it-tieni subparagrafu u l-Istati Membri affettwati minn dak id-dewmien għandhom jikkooperaw ma' xulxin bil-ħsieb li jikkoordinaw il-proċess tar-rilaxx tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili u għandhom jinkludu informazzjoni dwar tali koordinazzjoni fil-pjanijiet direzzjonali nazzjonali tagħhom adottati skont l-Artikolu 5.

2.   Sabiex jippermettu l-użu tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, sal-31 ta' Diċembru 2017, jikkonkludu l-ftehimiet ta' koordinazzjoni tal-frekwenza transfruntiera kollha meħtieġa fl-Unjoni.

3.   L-Istati Membri ma għandhomx ikunu marbutin mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 f'żoni ġeografiċi fejn il-koordinazzjoni tal-frekwenzi ma' pajjiżi terzi tibqa' mhux solvuta, dment li l-Istati Membri jagħmlu kull sforz possibbli biex jiġu mminimizzati d-durata u l-ambitu ġeografiku ta' tali koordinazzjoni mhux solvuta u jirrapportaw kull sena r-riżultati lill-Kummissjoni sakemm il-kwistjonijiet tal-koordinazzjoni pendenti jkunu ġew solvuti.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-problemi ta' koordinazzjoni tal-ispettru fir-Repubblika ta' Ċipru li jirriżultaw mill-fatt li l-Gvern ta' Ċipru ma jistax jeżerċita kontroll effettiv f'parti mit-territorju tiegħu.

4.   Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jorganizzaw u jużaw l-ispettru tagħhom għall-finijiet tal-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika u d-difiża.

Artikolu 2

Mal-għoti tad-drittijiet tal-użu fil-banda ta' frekwenzi 700 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili, l-Istati Membri għandhom jippermettu t-trasferiment jew it-twellija ta'tali drittijiet skont proċeduri miftuħa u trasparenti f'konformità mal-liġi tal-Unjoni applikabbli.

Artikolu 3

1.   Meta l-Istati Membri jawtorizzaw l-użu tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz jew jemendaw id-drittijiet eżistenti, huma għandhom jieħdu kont xieraq tal-ħtieġa li tinkiseb il-veloċità mixtieqa u l-għanijiet tal-kwalità stipulati fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE, inkluż il-kopertura f'oqsma ta' prijorità nazzjonali ddeterminati minn qabel fejn meħtieġ, bħal tul rotot ewlenin tat-trasport terrestri, għall-fini li jiġu permessi applikazzjonijiet mingħajr fili u biex it-tmexxija Ewropea f'servizzi diġitali ġodda jikkontribwixxu b'mod aktar effettiv għat-tkabbir ekonomiku tal-Unjoni. Tali miżuri jistgħu jinkludu kondizzjonijiet biex jiffaċilitaw jew jinkoraġġixxu l-kondiviżjoni tal-infrastruttura tan-netwerk jew tal-ispettru skont il-liġi tal-Unjoni.

2.   Meta japplikaw il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa li jintehmżu kondizzjonijiet għad-drittijiet ta' użu għal frekwenzi fil-banda ta' frekwenzi 700 MHz u, fejn xieraq, għandhom jikkonsultaw mal-partijiet ikkonċernati rilevanti f'dak ir-rigward.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà tal-anqas sal-2030 tal-banda ta' frekwenzi 470–694 MHz (“taħt 700 MHz”)għall-provvista terrestri ta' servizzi tax-xandir, inkluż it-televiżjoni mingħajr ħlas u għall-użu mill-awdjo mingħajr fili tal-PMSE, abbażi tal-ħtiġijiet nazzjonali, filwaqt li jittieħed kont tal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe użu ieħor tal-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz fit-territorju tagħhom ikun kompattibbli mal-ħtiġijiet tax-xandir nazzjonali fl-Istat Membru rilevanti u la jikkawża interferenza dannuża lill-provvista terrestri tas-servizzi tax-xandir fi Stat Membru ġar u lanqas jitlob protezzjoni minnha. Użu bħal dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali, bħal ftehimiet ta' koordinazzjoni tal-frekwenza transkonfinali.

Artikolu 5

1.   Malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 2018, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-pjan u l-iskeda nazzjonali tagħhom (“pjan direzzjonali nazzjonali”), inklużi passi dettaljati biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 1 u 4. L-Istati Membri għandhom ifasslu l-pjanijiet direzzjonali nazzjonali tagħhom wara li jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

2.   Sabiex jiġi żgurat li l-użu tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz huwa f'konformità mal- Artikolu 1(1), l-Istati Membri għandhom jinkludu fil-pjanijiet direzzjonali nazzjonali tagħhom, fejn xieraq, informazzjoni dwar miżuri, inkluż kull miżura ta' appoġġ, biex jillimitaw l-impatt tal-proċess ta' transizzjoni li jmiss fuq il-pubbliku u fuq l-użu tal-awdjo mingħajr fili tal-PMSE u biex jiffaċilitaw id-disponibbiltà f'waqtha ta' tagħmir u ta' riċevituri interoperabbli tan-netwerk ta' xandir televiżiv fis-suq intern.

Artikolu 6

L-Istati Membri jistgħu, meta jkun xieraq u b'konformità mal-liġi tal-Unjoni, jiżguraw li jiġi pprovdut fil-pront u b'mod trasparenti kumpens adegwat għall-ispejjeż diretti, b'mod partikolari għall-utenti finali, tal-migrazzjoni jew tal-allokazzjoni mill-ġdid tal-użu tal-ispettru sabiex, fost oħrajn, jiffaċilitaw it-transizzjoni lejn teknoloġiji aktar effiċjenti fl-użu tal-ispettru.

Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista' tipprovdi gwida dwar tali kumpens lil Stat Membru sabiex tiffaċilita t-transizzjoni fl-użu tal-ispettru.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi fl-użu tal-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz, bil-ħsieb li jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-ispettru, skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis l-aspetti soċjali, ekonomiċi, kulturali u internazzjonali li jaffettwaw l-użu tal-banda ta' frekwenzi ta' taħt 700 MHz skont l-Artikoli 1 u 4, aktar żviluppi teknoloġiċi, tibdil fl-imġiba tal-konsumaturi iżda wkoll il-ħtiġijiet fil-qasam tal-konnettività biex jitrawmu t-tkabbir u l-innovazzjoni fl-Unjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta' Mejju 2017.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

C. ABELA


(1)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 127.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2017 (għandha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' April 2017.

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).

(4)  Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Id-Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

(6)  Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Id-Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21).


ANNESS

Raġunijiet ġustifikati għal dewmien f'li jiġi permess l-użu tal-banda ta' frekwenzi 700 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili wara t-30 ta' Ġunju 2020 (Artikolu 1(1)):

(1)

kwistjonijiet ta' koordinazzjoni transkonfinali mhux solvuti li jirriżultaw f'interferenzi dannużi;

(2)

il-ħtieġa li tiġi żgurata, u l-kumplessità tal-iżgurar, il-migrazzjoni teknika ta' parti kbira mill-popolazzjoni għal standards tax-xandir avvanzati;

(3)

l-ispejjeż finanzjarji tat-transizzjoni jkunu jaqbżu d-dħul mistenni ġġenerat mill-proċeduri tal-għoti;

(4)

forza maġġuri.


25.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/138


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/900

tat-22 ta' Mejju 2017

dwar l-istabbiliment tal-Grupp ta' Ħidma ad hoc dwar l-Artikolu 50 TUE ippresedut mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/881/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, il-Kunsill Ewropew irċieva notifika mir-Renju Unit tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea, biex b'hekk jitnieda l-proċess skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

(2)

Fid-29 ta' April 2017, il-Kunsill Ewropew adotta linji gwida kif previst fl-Artikolu 50(2) TUE. B'mod partikolari, huwa approva l-arranġamenti proċedurali stipulati fl-Anness għad-Dikjarazzjoni tas-27 Kap ta' Stat jew ta' Gvern kif ukoll il-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta' Diċembru 2016. Skont il-punt 4 ta' dak l-Anness, bejn il-laqgħat tal-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat tar-rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri (Coreper), megħjuna minn Grupp ta' Ħidma apposta bi president permanenti, ser jiżguraw li n-negozjati jitwettqu skont il-linji gwida tal-Kunsill Ewropew u d-direttivi ta' negozjar tal-Kunsill, u tiġi provduta gwida lin-negozjatur tal-Unjoni.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi stabbilit Grupp ta' Ħidma ad hoc dwar l-Artikolu 50 TUE (“Grupp ta' Ħidma ''ad hoc”) bi president permanenti.

(4)

Jenħtieġ li l-Grupp ta' Ħidma ad hoc jassisti lill-Coreper u lill-Kunsill fil-kwistjonijiet kollha marbuta mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Grupp ta' Ħidma ad hoc jassisti lill-Coreper u lill-Kunsill matul in-negozjati skont l-Artikolu 50 TUE, f'konformità mal-linji gwida tal-Kunsill Ewropew u d-direttivi ta' negozjar tal-Kunsill. Minbarra dan, il-Grupp ta' Ħidma ad hoc jista' jipprovdi assistenza dwar kwistjonijiet marbuta mal-proċess skont l-Artikolu 50 TUE li mhumiex ser jiġu nnegozjati mar-Renju Unit.

(5)

Billi l-proċess skont l-Artikolu 50 TUE huwa wieħed temporanju, jenħtieġ li l-Grupp ta' Ħidma ad hoc jieqaf jeżisti wara li jkun wettaq il-mandat tiegħu

(6)

Wara n-notifika skont l-Artikolu 50 TUE, il-membru tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru li jkun ħiereġ ma għandux jipparteċipa fid-diskussjonijiet tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill f'deċiżjonijiet li jkunu jikkonċernawh,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Grupp ta' Ħidma ad hoc dwar l-Artikolu 50 TUE huwa b'dan stabbilit.

Dan għandu jiġi ppresedut mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Artikolu 2

Il-Grupp ta' Ħidma ad hoc dwar l-Artikolu 50 TUE għandu jassisti lill-Coreper u lill-Kunsill fil-kwistjonijiet kollha marbuta mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

Dan għandu jieqaf jeżisti wara li jkun twettaq il-mandat tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

L. GRECH


(1)  ĠU L 315, 2.12.2009, p. 50.


25.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/140


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/901

tal-24 ta' Mejju 2017

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2c tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/798/PESK.

(2)

Fis-17 ta' Mejju 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2127 (2013) żied persuna waħda mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

L. GRECH


(1)  ĠU L 352, 24.12.2013, p. 51.


ANNESS

Il-persuna elenkata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tiżdied mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2013/798/PESK.

A.   Persuni

“12.

Abdoulaye HISSENE (psewdonimu: a) Abdoulaye Issène; b) Abdoulaye Hissein; c) Hissene Abdoulaye; d) Abdoulaye Issène Ramadane; e) Abdoulaye Issene Ramadan; f) Issene Abdoulaye

Data tat-twelid: 1967

Post tat-twelid: Ndele, Bamingui-Bangoran, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Ċittadinanza: Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Nru. tal-passaport: Passaport diplomatiku tar-RĊA bin-numru D00000897, maħruġ fil-5 ta' April 2013, (validu sal-4 ta' April 2018)

Indirizz: a) KM5, Bangui, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana b) Nana-Grebizi, ir-Repubblik Ċentru-Afrikana

Data tal-indikazzjoni min-NU:17 ta' Mejju 2017

Informazzjoni oħra: Hissène kien preċedentement il-Ministru għaż-Żgħażagħ u l-Isport bħala parti mill-Kabinett tal-eks-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana Michel Djotodia. Qabel dan, huwa kien il-kap tal-Konvenzjoni tal-Patrijotti għall-Ġustizzja u l-Paċi, partit politiku. Huwa stabbilixxa wkoll lilu nnifsu bħala l-mexxej tal-milizzji armati f'Bangui, u b'mod partikolari fil-kwartier “PK5” (it-tielet distrett).

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Informazzjoni addizzjonali:

Abdoulaye Hissène u membri oħra tal-eks-Séléka kkollaboraw ma' instigaturi anti-balaka alleati mal-eks-President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) François Bozizé, inkluż Maxime Mokom, biex jinkoraġġixxu protesti vjolenti u ġlied f'Settembru 2015 bħala parti minn attentat ta' kolp ta' stat li falla biex iwaqqa' l-Gvern waqt li l-President Transizzjonali ta' dakinhar Catherine Samba-Panza kienet qed tattendi l-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-2015. Mokom, Hissène, u oħrajn ġew akkużati mill-gvern tar-RĊA b'diversi reati kriminali, inkluż qtil, ħruq, tortura, u sakkeġġi, li rriżultaw mill-kolp ta' stat li falla.

Mill-2015, Hissène kien sar wieħed mill-mexxejja ewlenin tal-milizzji armati li jinsabu fil-kwartier “PK5” ta' Bangui u li kienu jinkludu aktar minn 100 raġel. Huwa xekkel il-libertà ta' moviment u t-treġġigħ lura tal-awtorità tal-istat fiż-żona, inkluż permezz ta' tassazzjoni illegali tat-trasport u attivitajiet kummerċjali. Fit-tieni nofs tal-2015, Hissène aġixxa bħala r-rappreżentant tan-“Nairobisti” tal-eks-Séléka f'Bangui li operaw fil-qafas ta' ravviċinament mal-ġellieda anti-balaka taħt Mokom. Irġiel armati taħt il-kontroll ta' Haroun Gaye u Hissène pparteċipaw fil-ġrajjiet vjolenti li seħħew f'Bangui bejn is-26 ta' Settembru u t-3 ta' Ottubru 2015.

Il-membri tal-grupp ta' Hissène huma ssuspettati li kienu involuti f'attakk fit-13 ta' Diċembru 2015 — il-jum tar-referendum kostituzzjonali — fuq il-vettura ta' Mohamed Moussa Dhaffane, mexxej tal-eks-Séléka. Hissène huwa akkużat li orkestra l-vjolenza fid-distrett KM5 ta' Bangui li biha nqatlu ħames persuni, indarbu għoxrin, u żammet lir-residenti milli jivvutaw fir-referendum kostituzzjonali. Hissène qiegħed l-elezzjonijiet f'riskju billi ħoloq ċiklu ta' attakki ta' ritaljazzjoni bejn gruppi differenti.

Fil-15 ta' Marzu 2016, Hissène nqabad mill-pulizija fl-ajruport M'poko ta' Bangui u ġie ttrasferit lit-taqsima ta' riċerka u investigazzjoni tal-ġendarmerija nazzjonali. Il-milizzja tiegħu sussegwentement ħelsuh, bl-użu tal-forza, u serqet arma li preċedentement kienet mgħoddija minn MINUSCA bħala parti minn talba għal eżenzjoni approvata mill-Kumitat.

Fid-19 ta' Ġunju 2016, wara l-arrest ta' negozjanti Musulmani minn forzi tas-sigurtà interni f'“PK 12”, il-milizzji ta' Gaye u Hissène ħatfu ħames pulizija nazzjonali f'Bangui. Fl-20 ta' Ġunju, il-MINUSCA għamlet tentattiv biex teħles il-pulizija. Irġiel armati taħt il-kontroll ta' Hissène u Gaye kienu involuti fi sparar ma' forzi taż-żamma tal-paċi li ppruvaw jeħilsu l-ostaġġi. B'riżultat ta' dan, inqatlu mill-inqas sitt individwi u indarab membru tal-forzi għaż-żamma tal-paċi.

Fit-12 ta' Awwissu 2016, Hissène mexxa konvoj ta' sitt vetturi b'individwi armati sew. Il-konvoj, li kien qed jaħrab minn Bangui, ġie interċettat minn MINUSCA fin-Nofsinhar ta' Sibut. Fi triqtu lejn it-Tramuntana, il-konvoj kien involut fi sparar ma' forzi tas-sigurtà interna f'diversi punti ta' kontroll. Il-konvoj eventwalment twaqqaf minn MINUSCA 40 km min-Nofsinhar ta' Sibut. Wara bosta ġlidiet b'armi tan-nar, MINUSCA qabdet 11-il raġel, iżda Hissène u diversi oħra ħarbu. Individwi arrestati indikaw lil MINUSCA li Hissène kien il-mexxej tal-konvoj li l-għan tiegħu kien li jasal Bria u jipparteċipa fl-Assemblea tal-gruppi eks-Séléka li ġiet organizzata minn Nourredine Adam.

F'Awwissu u Settembru 2016, il-Bord ta' Esperti żar Sibut darbtejn sabiex jispezzjona l-oġġetti personali tal-konvoj ta' Hissène, Gaye u Hamit Tidjani, li nqabad minn MINUSCA fit-13 ta' Awwissu. Il-Bord spezzjona wkoll il-munizzjon maqbud fid-dar ta' Hissène fis-16 ta' Awwissu. Tagħmir militari letali u mhux letali ġie rkuprat mis-sitt vetturi u mill-individwi maqbuda. Fis-16 ta' Awwissu 2016, il-Ġendarmerija Ċentrali għamlet rejd fid-dar ta' Hissène f'Bangui. Instabu aktar minn 700 arma.

Fl-4 ta' Settembru 2016, grupp ta' elementi eks-Séléka li kienu ġejjin minn Kaga-Bandoro fuq sitt muturi biex jiġbru lil Hissène u l-affiljati tiegħu fetħu n-nar kontra MINUSCA ħdejn Dékoa. Waqt dan l-inċident, inqatel ġellied eks-Séléka, u żewġ membri tal-forzi taż-żamma tal-paċi u ċivili sfaw midruba.”


25.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/143


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/902

tat-23 ta' Mejju 2017

li tistabbilixxi l-lista tal-ispetturi tal-Unjoni li għandhom permess iwettqu spezzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009

(notifikata bid-dokument C(2017) 3252)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 79(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jistabbilixxi sistema ta' kontroll, spezzjoni u infurzar biex tkun żgurata l-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd tal-Unjoni. Dak ir-Regolament jistipula li, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri kostali, l-ispetturi tal-Unjoni għandhom permess iwettqu l-ispezzjonijiet b'konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu fl-ilmijiet tal-Unjoni u fuq bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra mill-ilmijiet tal-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' kontroll tal-Unjoni kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 jistipula li l-lista tal-ispetturi tal-Unjoni trid tiġi adottata mill-Kummissjoni abbażi tan-notifiki tal-Istati Membri u tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (“l-Aġenzija”).

(4)

L-ewwel lista ta' spetturi tal-Unjoni ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/883/UE (3). Dik il-lista ġiet sostitwita erba' darbiet b'listi ġodda ta' spetturi tal-Unjoni stabbiliti l-ewwel bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/174/UE (4), imbagħad bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/120/UE (5), u bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/645 (6), u aktar tard bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/706 (7). Skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011, wara li twaqqfet il-lista oriġinali, l-Istati Membri u l-Aġenzija jridu jinnotifikaw kull emenda li jixtiequ jdaħħlu fil-lista għas-sena kalendarja ta' wara lill-Kummissjoni sa Ottubru ta' kull sena, u l-Kummissjoni għandha temenda l-lista skont dan sal-31 ta' Diċembru.

(5)

Xi Stati Membri u l-Aġenzija bagħtu javżaw li saru xi emendi fil-lista attwali tal-ispetturi. Għalhekk, il-lista stabbilita bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/706 għandha tiġi sostitwita b'lista ġdida tal-ispetturi tal-Unjoni abbażi ta' dawk in-notifiki.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista tal-ispetturi tal-Unjoni hija stabbilita fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/706 titħassar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/883/UE tal-21 ta' Diċembru 2011 li tistabilixxi l-lista tal-ispetturi tal-Unjoni skont l-Artikolu 79(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (ĠU L 343, 23.12.2011, p. 123).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/174/UE tat-8 ta' April 2013 li tistabbilixxi l-lista tal-ispetturi tal-Unjoni skont l-Artikolu 79(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (ĠU L 101, 10.4.2013, p. 31).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/120/UE tal-4 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi l-lista tal-ispetturi tal-Unjoni skont l-Artikolu 79(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (ĠU L 66, 6.3.2014, p. 31).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/645 tal-20 ta' April 2015 li tistabbilixxi l-lista tal-ispetturi tal-Unjoni li jistgħu jwettqu spezzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 31).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/706 tat-3 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi l-lista tal-ispetturi tal-Unjoni li għandhom permess iwettqu spezzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (ĠU L 122, 12.5.2016, p. 26).


ANNESS

IL-LISTA TAL-ISPETTURI TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 79(1) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1224/2009

Pajjiż

Spetturi

il-Belġju

Coens, Philippe

De Vleeschouwer, Guy

Devogel, Geert

Huygh, Gerd

Lieben, Richard

Monteyne, Ian

Noet, Werner

Steenssens, Kurt

Timmerman, Thierry

Vandenbrouck, Frank

Van Rompaey, Tim

Van Torre, Mike

Verhaeghe, Dirk

il-Bulgarija

Angelov, Todor

Bakardzhiev, Stefan

Cholakov, Atanas

Damyanov, Kostantin

Encheva, Kremena

Hristov, Martin

Ivanov, Ivan

Ivanov, Todor

Kerekov, Nikolay

Kostadinov, Ivan

Kyumyurdzhiev, Kiril

Nikolov, Galin

Petkov, Dimitar

Petrova, Miroslava

Raev, Jordan

Valkov, Dimitar

ir-Repubblika Ċeka

ma japplikax

id-Danimarka

Akselsen, Ole

Andersen, Dan Søgård

Andersen, Hanne Skjæmt

Andersen, Lars Ole

Andersen, Martin Burgwaldt

Andersen, Mogens Godsk

Andersen, Niels Jørgen Anton

Andersen, Peter Bunk

Anderson, Jacob Edward

Astrup, Iben

Bache, René

Bang, Mai

Beck, Bjarne Baagø

Bendtsen, Lars Kjærsgaard

Bernholm, Kristian

Bjerre, Casper

Carl, Morten Grand Wiglaur

Christensen, Jesper Just

Christensen, Peter Grim

Christensen, Thomas

Christiansen, Michael Koustrup

Damsgaard, Kresten

Degn, Jesper Leon

Due-Boje, Thomas Zinck

Dølling, Robert

Ebert, Thomas Axel Regaard

Eiersted, Jesper Bech

Elnef, Frank Godt

Fick, Carsten

Frandsen, Renè Brian

Frederiksen, Torben Broe

Gotved, Jesper Hovby

Groth, Niels

Grupe, Poul

Gaarde, Børge

Handrup, Jacob

Hansen, Gunnar Beck

Hansen, Ina Kjærgaard

Hansen, Jan Duval

Hansen, John Daugaard

Hansen, Martin

Hansen, Martin Baldur

Hansen, Ole

Hansen, Thomas

Harrison, Dorthe Kronborg

Hartmann, Christian

Hestbek, Flemming

Høgild, Lars

Højrup, Torben

Jaeger, Michael Wassermann

Jensen, Anker Mark

Jensen, Flemming Bergtorp

Jensen, Hanne Juul

Jensen, Jimmy Langelund

Jensen, Jonas Krøyer

Jensen, Lars Henrik

Jensen, Lone Agathon

Jensen, René Sandholt

Jensen, Søren Palle

Jespersen, René

Johansen, Allan

Juul, Simon

Juul, Torben

Jørgensen, Lasse Elmgren

Jørgensen, Ole Holmberg

Karlsen, Jesper Herning

Knudsen, Malene

Knudsen, Ole Hvid

Kofoed, Kim Windahl

Kokholm, Peder

Kristensen, Henrik

Kristensen, Peter Holmgaard

Kristiansen, Jeanne Marie

Larsen, Michael Søeballe

Larsen, Peter Hjort

Larsen, Tim Bonde

Lundbæk, Tommy Oldenborg

Madsen, Arne

Madsen, Jens-Erik

Madsen, Johnny Gravesen

Melgaard, Bo Kornum

Mortensen, Erik

Mortensen, Jan Lindholdt

Møller, Gert

Nielsen, Christian

Nielsen, Dan Randum

Nielsen, Hans Henrik

Nielsen, Henrik

Nielsen, Henrik Frühstück

Nielsen, Henrik Kruse

Nielsen, Jeppe

Nielsen, Mads Grundvad

Nielsen, Niels Kristian

Nielsen, Steen

Nielsen, Steven Bo

Nielsen, Søren

Nielsen, Søren Egelund

Nielsen, Tage Kim

Nielsen, Trine Fris

Nørgaard, Max Reno Bang

Paulsen, Kim Thor

Pedersen, Claus

Pedersen, Knud Jan

Pedersen, Morten Berg

Petersen, Christina Holmer

Petersen, Henning Juul

Petersen, Jimmy Torben

Porsmose, Tommy

Poulsen, Bue

Poulsen, John

Ramm, Heine

Rømer, Jan

Schjoldager, Tim Rasmussen

Schmidt, Stefan Göttsche

Schou, Kasper

Siegumfeldt, Jeanette

Simonsen, Kjeld

Simonsen, Morten

Skrivergaard, Lennart

Sørensen, Allan Lindgaard

Thomsen, Bjarne Kondrup

Thomsen, Klaus Ringive Solgaard

Thorsen, Michael

Trab, Jens Ole

Vind, Finn

Vistrup, Annette Klarlund

Wallenstrøm, Silas Lindgreen

Wille, Claus

Wind, Bernt Paul

Østergård, Lars

Aasted, Lars Jerne

il-Ġermanja

Abs, Volker

Ahlmeyer, Jens

Angermann, Henry

Baumann, Jörg

Bembenek, Jörg

Bergmann, Udo

Bernhagen, Sven

Bieder, Mathias

Bloch, Ralf

Borchardt, Erwin

Bordolo, Jan-Hendrik

Borowy, Matthias

Bösherz, Andreas

Brunnlieb, Jürgen

Buchholz, Matthias

Büttner, Harald

Cassens, Enno

Christiansen, Dirk

Cramer, Arne

Döhnert, Tilman

Drenkhahn, Michael

Ehlers, Klaus

Fiedler, Sebastian

Fink, Jens

Franke, Hermann

Franz, Martin

Frenz, Sandro

Garbe, Robert

Gätjen, Sebastian

Golz, Ulrich

Gräfe, Roland

Grawe, André

Griemberg, Lars

Haase, Christian

Hannes, Chistoph

Hänse, Dirk

Hansen, Hagen

Heidkamp, Max

Heisler, Lars

Herda, Heinrich

Hickmann, Michael

Homeister, Alfred

Hoyer, Oliver

Jansen- Raabe, Karsten

Käding, Christian

Keidel, Quirin

Kinast, Daniel

Köhn, Thorsten

Kollath, Mark

Kopec, Reinhard

Kraack, Sönke

Krüger, Torsten

Kupfer, Christian

Kutschke, Holger

Lange, Michael

Lehmann, Jan

Lorenzen, Alexander

Lübke, Torsten

Lührs, Carsten

Möhring, Torsten

Mücher, Martin

Mundt, Mario

Nickel, Jörg

Nitze, Andreas

Nöckel, Steffen

Pauls, Werner

Perkuhn, Martin

Pötzsch, Frank

Radzanowski, Sven

Ramm, Jörg

Reimers, Andre

Richter, Thomas

Rutz, Dietmar

Sauerwein, Dirk

Schmiedeberg, Christian

Schröter, Robert

Schuchardt, Karsten

Schuler, Claas

Schulze, Roberto

Sehne, Dirk

Siebrecht, Hannes

Skrey, Erich

Springer, Gunnar

Stüber, Jan

Sween, Gorm

Teetzmann, Julian

Thieme, Stefan

Thomas, Raik

Vetterick, Arno

Wagner, Ralf

Welz, Henning

Welz, Oliver

Wessels, Heinrich

Wichert, Peter

l-Estonja

Grossmann, Meit

Kutsar, Andres

Lasn, Margus

Nigu, Silver

Niinemaa, Endel

Pai, Aare

Parts, Erik

Soll, Simon

Torn, Kerdo

Ulla, Indrek

Varblane, Viljar

Hioväin, Heikki

Aid, Ott

Grigorjev, Mait

Lillema, Tarvo

Melk, Kristi

l-Irlanda

Ahern Christy

Allan, Damien

Amrien, Rudi

Ankers, Brian

Ansbro, Mark

Armstrong, Stuart

Barber, Kevin

Barcoe, Michael

Barr, William

Barret, Brendan

Barrett, Elizabeth

Barrett, Jamie

Beale, Derek

Bones, Anthony

Brannigan, Steve

Breen, Kieran

Brennan, Colm

Brett, Martin

Brophy, James

Brophy, Paul

Browne, Brendan

Brunicardi, Michael

Bryant, William

Buckley, Anthony

Buckley, David

Buckley, John

Bugler, Andrew

Butler, David

Butler, John

Byrne, Kenneth

Byrne, Paul

Cagney, Daniel

Cahalane, Donnchadh

Campbell, Aoife

Campbell, Stephen

Carr, Kieran

Casey, Anthony

Chandler, Frank

Chute, Killian

Chute, Richard

Claffey, Seamus

Clarke, Tadhg

Cleary, James

Clinton, Andrew

Clinton, Finbar

Cloake, Niall

Cogan, Jerry

Collins, Damien

Connaghan, Fintan

Connery, Paul

Connolly, Stephen

Cooper, Thomas

Corish, Cormac

Corrigan, Kieran

Cosgrave, Karl

Cosgrove, Thomas

Cotter, Colm

Cotter, James

Cotter, Jamie

Coughlan, Neville

Craven, Cormac

Croke, Jason

Cronin, Martin

Cronin, Philip

Crowley, Brian

Cummins, Alan

Cummins, Paul

Cummins, William

Cunningham, Diarmiad

Curran, Donal

Curran, Siubhan

Curtin, Brendan

Daly, Brendan

Daly, Joe

Daly, John

Daly, Mick

Darcy, Enna

De Barra, Ruairi

Dempsey, Brian

Devaney, Michael

Dicker, Philip

Dohery, Brian

Doherty, Patrick

Donaldson, Stuart

Donnachie, Martin

Donnchadh, Cahalane

Donovan, Tom

Downes, Eamon

Downing, Erica

Downing, John

Doyle, Billy

Doyle, Cronan

Duane, Paul

Ducker, Nigel

Duggan, Cian

Duignam, Ray

Fanning, Grace

Farrell, Brian

Farrelly, Emmett

Faulkner, Damien

Fealy, Gerard

Fennel, Siobhan

Fenton, Garry

Ferguson, Kevin

Finegan, Ultan

Finnegan, David

Fitzgerald, Brian,

Fitzpatrick, Gerry

Fleming, David

Flynn, Alan

Foley, Brendan

Foley, Connor

Foley, Kevin

Fowler, Patrick

Fox, Colm

Fox, Dennis

Freeman, Harry

Friel, Aidan

Gallagher, Damien

Gallagher, Danny

Gallagher, Neil

Gallagher, Orlaith

Gallagher, Patrick

Galvin, Rory

Gannon, James

Geraghty, Tony

Gernon, Ross

Gleeson, Marie

Goulding, Donal

Grogan, Susanne

Hamilton, Alan

Hamilton, Gillian

Hamilton, Greg

Hamilton, Martin

Hannon, Gary

Hanrahan, Michael

Harding, James

Harkin, Patrick

Harrington, Michael

Harty, Paddy

Hastings, Brian

Healy, Conor

Healy, Jef

Heffernan, Bernard

Hegarthy, Mark

Hegarty, Paul

Hickey, Adrian

Hickey, Andrew

Hickey, Declan

Hickey, Michael

Hobbins, Tom

Holland, Ken

Hollingsworth, Edward

Humphries, Daniel

Irwin, Richard

Ivory, Sean

Kavanagh, Ian

Kavanagh, Paul

Kearney, Brendan

Keating, Debbie

Keeley, David

Keirse, Gavin

Kenneally, Jonathan

Kennedy, Liam

Kennedy, Tom

Keogh, Mark

Kerr, Charlie

Kickham, Jon-Lawrence

Kinsella, Gordan

Kirwan, Conor

Kirwan, Darragh

Lacey-Byrne, Dillon

Laide, Cathal

Landy, Glen

Lane, Brian

Lane, Mary

Lawlor, Collie

Leahy, Brian

Lenihen, Marc

Linehan, Sean

Long Emmett

Lynch, Darren

Lynch, Mark

Lynch, Paul

Mackey, Eoin

Mackey, John

Madden, Brendan

Madine, Stephen

Maguire, Paul

Mallon, Keith

Maloney, Nessa

Manning, Neil

Martin, Jamie

Matthews, Brian

McCarthy, Gavin

McCarthy, Michael

McCarthy, Niall

McCarthy, Paul

McCarthy, Robert

McCoy, Sean

McDermot, Paul

McGarry, John

McGee, Noel

McGee, Paul

McGrath, Owen

McGroarty, John

McGroarty, Mark

McGroary, Peter

McHale, Laura

McKenna, David

McLoughlin, John

McLoughlin, Ronan

McMahon, Dean

McNamara, Ken

McNamara, Paul

McPhilbin, Dwain

McUmfraidh, Caoimhin

Meehan, Robert

Melvin, David

Meredith, Helen

Minehane, John

Molloy, Darragh

Molloy, John Paul

Moloney, Kara

Mooney, Gerry

Mooney, Keith

Moore, Conor

Morrissey, Stephen

Mulcahy, John

Mulcahy, Liam

Mulcahy, Shane

Mullan, Patrick

Mullane, Paul

Mundy, Brendan

Murphy, Adam

Murphy, Aidan

Murphy, Barry

Murphy, Caroline

Murphy, Chris

Murphy, Claire

Murphy, Daniel

Murphy, Enda

Murphy, Honour

Murphy, John

Murran, Sean

Murray, Paul

Newstead, Sean

Nic Dhonnchadha, Stephanie

Ni Cionnach Pic, Dubheasa

Nolan, Brian

Nolan, James

Northover, James

O'Beirnes, Derek

O'Brien, Jason

O'Brien, Ken

O'Brien, Paul

O'Brien, Roberta

O'Callaghan, Maria

O'Connell, Paul

O'Connor, Dermot

O'Connor, Frank

O'Donovan, Diarmuid

O'Donovan, Michael

O'Driscoll, Olan

O'Flynn, Aisling

O'Grady, Vivienne

O'Leary, David

O'Mahoney, Kevin

O'Mahony, David

O'Mahony, Denis

O'Mahony, Karl

O'Meara, Pat

O'Neill Donal

O'Regan, Alan

O'Regan, Cliona

O'Regan, Tony

O'Reilly, Brendan

O'Seaghdha, Ciaran

O'Sullivan, Cormac

O'Sullivan, Patricia

Ó Neachtain, Aonghus

Parke, Declan

Patterson, Adrienne

Patterson, John

Pender, Darragh

Pentony, Declan

Pierce, Paul

Piper, David

Plante, Thomas

Plunkett, Thomas

Power, Cathal

Power, Gillian

Prendergast, Kevin

Pyke, Gavin

Quigg, James

Quinn, Mikey

Raferty, Damien

Reddin, Tony

Reidy, Patrick

Ridge, Patrick

Robinson, Niall

Russell, Mark

Ryan, Fergal

Ryan, Marcus

Scalici, Fabio

Scanlon, Gordon

Shalloo, Jim

Sheridan, Glenn

Sills, Barry

Sinnott, Lee

Smith, Brian

Smith, Dean

Smith, Gareth

Smyth, Eoin

Snowdon, Edward

Stack, Stephen

Stapleton, Alan

Sweeney, Brian

Sweetnam, Vincent

Swords, Graham

Tarrant, Martin

Tigh, Declan

Timon, Eric

Tobin, John

Troy, Ivan

Tubridy, Fergal

Turley, Mark

Turnbull, Michael

Twomey, Tom

Valls Senties, Virginia

Verling, Ronan

Von Raesfeldt, Mark

Wall, Danny

Wallace, Robert

Walsh, Conleth

Walsh, Dave

Walsh, Karen

Walsh, Richard

Weldon, James

Whelan, Mark

White, John

Whoriskey, David

Wickham, Larry

Wilson, Tony

Wise, James

Woodward, Ciaran

il-Greċja

ΑΒΡΑΜΙΔΗΣ, ΠΑΝΑΓΙΩΤΗΣ

ΑΓΑΠΗΤΟΣ, ΕΥΘΥΜΙΟΣ

ΑΔΑΜΙΔΗΣ, ΘΕΜΙΣΤΟΚΛΗΣ

ΑΘΑΝΑΣΙΟΥ, ΑΡΓΥΡΩ

ΑΙΒΑΛΙΩΤΟΥ, ΕΙΡΗΝΗ

ΑΚΡΙΒΟΣ, ΔΗΜΗΤΡΙΟΣ

ΑΛΕΞΙΟΥ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΑΛΥΓΙΖΑΚΗΣ, ΝΕΚΤΑΡΙΟΣ

ΑΛΥΦΑΝΤΑΚΗΣ, ΕΜΜΑΝΟΥΗΛ

ΑΜΒΡΟΣΙΑΤΟΥ, ΑΙΚΑΤΕΡΙΝΗ

ΑΝΑΓΝΩΣΤΟΥ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΑΝΑΣΟΤΣΗΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΑΝΔΡΙΚΟΠΟΥΛΟΣ, ΣΠΥΡΙΔΩΝ

ΑΝΕΜΟΓΙΑΝΝΗΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΑΝΤΩΝΑΚΟΣ, ΒΑΣΙΛΕΙΟΣ

ΑΝΩΜΕΡΙΑΝΑΚΗΣ, ΕΠΑΜΕΙΝΩΝΔΑΣ

ΑΡΑΜΠΑΤΖΗΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΑΡΑΧΩΒΙΤΗΣ, ΑΝΔΡΕΑΣ

ΑΡΓΥΡΟΥ, ΠΑΝΑΓΙΩΤΗΣ

ΑΣΠΡΟΠΟΥΛΟΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΑΣΠΡΟΥΛΗΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΑΥΓΕΡΙΝΟΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΒΑΙΣ, ΠΑΥΛΟΣ

ΒΑΙΤΣΗΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΒΑΙΤΣΗΣ, ΔΗΜΟΣ

ΒΑΚΑΤΑΣΗΣ, ΒΑΣΙΛΕΙΟΣ

ΒΑΡΔΙΔΑΚΗ, ΕΥΡΥΚΛΕΙΑ

ΒΑΡΕΛΟΠΟΥΛΟΣ, ΕΥΑΓΓΕΛΟΣ-ΧΡΗΣΤΟΣ

ΒΑΡΛΑΣ, ΧΡΗΣΤΟΣ

ΒΑΣΙΛΕΙΟΥ, ΒΑΣΩ

ΒΑΣΙΛΟΠΟΥΛΟΣ, ΣΩΤΗΡΙΟΣ

ΒΑΣΙΛΟΠΟΥΛΟΥ, ΚΛΕΑΝΘΗ

ΒΕΛΙΣΣΑΡΟΠΟΥΛΟΣ, ΑΛΕΞΑΝΔΡΟΣ

ΒΕΝΕΤΗΣ, ΔΗΜΟΣΘΕΝΗΣ

ΒΕΡΓΑΚΗΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΒΕΤΤΑΣ, ΑΘΑΝΑΣΙΟΣ

ΒΛΙΩΡΑΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΒΟΓΙΑΤΖΑΚΗΣ, ΕΜΜΑΝΟΥΗΛ

ΒΟΡΤΕΛΙΝΑΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΒΟΤΣΗΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΒΟΥΡΛΕΤΣΗΣ, ΣΩΤΗΡΙΟΣ

ΓΑΒΑΛΑΣ, ΑΝΤΩΝΙΟΣ

ΓΑΚΗΣ, ΑΛΕΞΙΟΣ

ΓΑΛΑΝΑΚΗΣ, ΑΝΔΡΕΑΣ

ΓΑΛΑΤΟΥΛΑ, ΑΝΝΑ

ΓΑΛΗΝΟΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΓΑΛΟΥΖΗΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΓΑΡΕΦΑΛΟΣ, ΑΝΤΩΝΙΟΣ

ΓΕΡΙΚΗ, ΑΙΚΑΤΕΡΙΝΗ

ΓΕΩΡΓΑΝΤΑΣ, ΜΙΧΑΗΛ

ΓΕΩΡΓΙΑΔΗ, ΜΑΡΙΑ

ΓΙΑΝΝΟΥΛΗΣ, ΑΝΑΣΤΑΣΙΟΣ

ΓΙΑΝΝΟΥΣΑΣ, ΠΑΝΑΓΙΩΤΗΣ

ΓΙΑΝΝΟΥΣΗΣ, ΒΑΣΙΛΕΙΟΣ

ΓΚΑΖΑΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΓΚΙΝΗΣ, ΠΑΝΑΓΙΩΤΗΣ

ΓΚΟΥΣΗΣ, ΦΙΛΙΠΠΟΣ

ΓΟΛΕΓΟΣ, ΔΗΜΗΤΡΙΟΣ

ΓΡΗΓΟΡΑΣ, ΑΘΑΝΑΣΙΟΣ

ΓΥΠΑΡΑΚΗΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΔΑΡΔΩΝΗΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΔΕΛΗΜΗΤΗΣ, ΒΑΣΙΛΕΙΟΣ

ΔΕΛΙΕΖΑ, ΑΝΤΩΝΙΑ

ΔΕΛΧΑΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΔΕΣΠΟΥΛΗΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΔΗΜΑΚΗ, ΑΙΚΑΤΕΡΙΝΗ

ΔΗΜΟΠΟΥΛΟΣ, ΑΠΟΣΤΟΛΟΣ

ΔΙΑΜΑΝΤΑΚΗΣ, ΑΘΑΝΑΣΙΟΣ

ΔΙΑΜΑΝΤΟΠΟΥΛΟΣ, ΜΙΧΑΗΛ

ΔΟΚΙΑΝΑΚΗΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΔΟΥΝΑΣ, ΠΡΟΚΟΠΙΟΣ

ΔΡΟΛΑΓΙΑ, ΕΥΘΥΜΙΑ

ΔΡΟΣΑΚΗΣ, ΣΠΥΡΙΔΩΝ

ΔΡΟΣΟΥΝΗΣ, ΣΤΕΦΑΝΟΣ

ΕΚΤΑΡΙΔΗΣ, ΔΗΜΗΤΡΙΟΣ

ΕΜΜΑΝΟΥΗΛ, ΣΠΥΡΙΔΩΝ

ΕΞΗΝΤΑΒΕΛΩΝΗΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΕΡΓΟΛΑΒΟΥ, ΑΝΝΑ

ΕΥΑΓΓΕΛΑΤΟΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΕΥΜΟΡΦΟΠΟΥΛΟΣ, ΧΑΡΙΛΑΟΣ

ΖΑΒΙΤΣΑΝΟΣ, ΒΑΣΙΛΕΙΟΣ

ΖΑΚΥΝΘΙΝΟΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΖΑΜΠΕΤΑΚΗΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΖΑΡΚΑΔΑ, ΑΛΕΞΙΑ

ΖΑΧΑΡΟΠΟΥΛΟΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΖΙΑΝΑΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΖΟΥΡΙΔΑΚΗΣ, ΜΙΛΤΙΑΔΗΣ

ΖΩΓΑΛΗΣ, ΠΑΝΑΓΙΩΤΗΣ

ΖΩΓΑΛΗΣ, ΣΤΑΥΡΟΣ

ΖΩΗΣ, ΠΑΝΤΕΛΗΣ

ΗΛΙΟΥ, ΣΠΥΡΙΔΩΝΑΣ

ΘΕΟΔΩΡΟΥΔΗ, ΑΙΜΙΛΙΑ

ΘΕΟΛΟΓΟΥ, ΑΙΚΑΤΕΡΙΝΗ

ΘΕΟΧΑΡΟΥΛΗΣ, ΑΘΑΝΑΣΙΟΣ

ΙΚΙΟΥΖΗΣ, ΧΡΗΣΤΟΣ

ΚΑΒΟΥΡΑΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΚΑΓΙΑΣ, ΧΑΡΑΛΑΜΠΟΣ

ΚΑΛΑΒΡΕΖΟΣ, ΑΝΤΩΝΙΟΣ

ΚΑΛΛΙΝΙΚΟΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΚΑΛΟΓΡΙΑΣ, ΧΡΗΣΤΟΣ

ΚΑΜΑΚΑΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΚΑΝΕΛΛΟΠΟΥΛΟΥ, ΠΕΛΑΓΙΑ

ΚΑΠΕΛΟΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΚΑΠΟΓΙΑΝΝΗΣ, ΧΡΗΣΤΟΣ

ΚΑΠΟΤΑΣ, ΜΙΛΤΙΑΔΗΣ

ΚΑΡΑΒΟΤΑΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΚΑΡΑΚΑΤΣΑΝΗΣ,ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΚΑΡΑΚΟΝΤΗΣ, ΑΝΤΩΝΙΟΣ

ΚΑΡΑΤΑΓΗΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΚΑΡΟΥΝΤΖΟΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΚΑΡΥΣΤΙΑΝΟΣ, ΣΤΕΦΑΝΟΣ

ΚΑΣΣΗ, ΒΑΣΙΛΙΚΗ

ΚΑΣΤΑΝΗΣ, ΧΡΗΣΤΟΣ

ΚΑΤΣΑΚΟΥΛΗΣ, ΠΑΡΑΣΧΟΣ

ΚΑΤΣΑΜΠΑΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΚΑΤΣΑΡΟΣ, ΛΕΩΝΙΔΑΣ

ΚΑΤΣΗΣ, ΑΝΑΣΤΑΣΙΟΣ

ΚΑΤΣΙΓΙΑΝΝΗΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΚΛΟΥΜΑΣΗΣ, ΔΗΜΗΤΡΙΟΣ

ΚΟΚΚΟΤΟΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΚΟΚΟΛΟΓΙΑΝΝΑΚΗΣ, ΕΥΑΓΓΕΛΟΣ

ΚΟΛΛΙΑΣ, ΑΝΑΣΤΑΣΙΟΣ

ΚΟΛΟΚΟΤΑΣ, ΠΕΤΡΟΣ

ΚΟΛΟΚΟΤΡΩΝΗ, ΑΡΓΥΡΩ

ΚΟΜΗΝΟΣ, ΔΗΜΗΤΡΙΟΣ

ΚΟΝΤΗ, ΜΑΡΙΑ

ΚΟΝΤΟΒΑΣ, ΓΡΗΓΟΡΙΟΣ

ΚΟΝΤΟΓΙΑΝΝΗΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΚΟΝΤΟΣ, ΠΑΝΑΓΙΩΤΗΣ

ΚΟΡΚΙΖΟΓΛΟΥ, ΧΡΗΣΤΟΣ

ΚΟΡΤΕΣΗΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΚΟΡΩΝΑΙΟΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΚΟΡΩΝΑΙΟΣ, ΠΑΡΑΣΚΕΥΑΣ

ΚΟΣΜΑΣ, ΣΤΥΛΙΑΝΟΣ

ΚΟΥΖΙΛΟΥ, ΣΤΑΥΡΟΥΛΑ

ΚΟΥΚΑΡΑΣ, ΕΥΑΓΓΕΛΟΣ

ΚΟΥΚΔΑ, ΕΥΑΓΓΕΛΙΑ

ΚΟΥΛΑΞΙΔΗΣ, ΔΡΑΚΟΥΛΗΣ

ΚΟΥΝΤΟΥΡΑΔΑΚΗ, ΚΑΛΛΙΟΠΗ

ΚΟΥΡΕΛΗ, ΙΩΑΝΝΑ

ΚΟΥΡΕΝΤΖΗΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΚΟΥΡΟΥΛΗΣ, ΣΤΥΛΙΑΝΟΣ

ΚΟΥΤΣΗΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΚΟΥΤΣΟΥΜΑΝΙΩΤΗΣ, ΑΝΑΣΤΑΣΙΟΣ

ΚΥΡΙΑΚΟΥ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΚΥΡΙΤΣΗΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΚΩΝΣΤΑΝΤΑΚΟΣ, ΠΕΡΙΚΛΗΣ

ΚΩΝΣΤΑΝΤΕΛΛΟΣ, ΘΕΟΔΩΡΟΣ

ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΙΔΗΣ, ΣΤΑΥΡΟΣ

ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΙΔΗ, ΜΑΡΙΑ

ΚΩΝΣΤΑΝΤΟΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΚΩΝΣΤΑΣ, ΑΝΤΩΝΙΟΣ

ΚΩΤΤΑΣ,ΣΩΤΗΡΙΟΣ

ΛΑΜΠΕΤΣΟΣ, ΑΛΕΞΑΝΔΡΟΣ

ΛΑΤΤΑΣ, ΠΑΝΑΓΙΩΤΗΣ

ΛΕΚΑΚΟΣ, ΘΕΟΔΩΡΟΣ

ΛΕΜΟΝΙΔΗΣ, ΧΡΗΣΤΟΣ

ΛΕΟΝΤΑΡΑΚΗΣ, ΠΑΝΑΓΙΩΤΗΣ

ΛΙΑΚΟΠΟΥΛΟΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΛΙΑΚΟΠΟΥΛΟΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΛΙΑΛΙΟΣ, ΧΡΗΣΤΟΣ

ΛΙΑΝΤΙΝΙΩΤΗΣ, ΠΑΥΛΟΣ

ΛΙΟΚΑΡΗΣ, ΧΡΗΣΤΟΣ

ΛΟΥΓΙΑΚΗ, ΑΝΝΑ

ΛΟΥΚΑΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΛΥΜΠΕΡΗΣ, ΣΠΥΡΙΔΩΝ

ΜΑΙΛΗΣ, ΣΤΕΦΑΝΟΣ

ΜΑΚΡΗΣ, ΑΝΤΩΝΙΟΣ

ΜΑΚΡΗΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΜΑΛΛΙΟΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΜΑΝΔΑΛΟΣ, ΑΝΑΣΤΑΣΙΟΣ

ΜΑΝΙΑΤΗ, ΑΝΔΡΙΑΝΝΑ

ΜΑΡΑΓΚΟΥ, ΑΝΝΑ

ΜΑΡΑΘΑΚΗΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΜΑΡΓΑΡΙΤΗΣ, ΣΠΥΡΙΔΩΝ

ΜΑΡΓΩΜΕΝΟΣ, ΕΥΣΤΑΘΙΟΣ

ΜΑΥΡΕΛΟΣ, ΕΜΜΑΝΟΥΗΛ

ΜΑΥΡΟΕΙΔΗ, ΝΙΚΗ-ΑΝΔΡΙΑΝΑ

ΜΑΥΡΟΜΜΑΤΗΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΜΑΥΡΟΥΤΣΟΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΜΑΧΑΙΡΙΔΗΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΜΕΡΚΟΒΙΤΗΣ, ΒΑΣΙΛΕΙΟΣ

ΜΗΝΑΣ, ΣΩΚΡΑΤΗΣ

ΜΗΤΣΟΥ, ΣΑΠΦΩ

ΜΙΛΤΣΑΚΑΚΗΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΜΙΝΑΧΕΙΛΗΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΜΙΣΟΓΙΑΝΝΗΣ, ΠΑΝΑΓΙΩΤΗΣ

ΜΙΧΑΗΛΙΔΗΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΜΟΣΧΟΣ, ΔΗΜΗΤΡΙΟΣ

ΜΟΥΣΤΑΚΑΣ, ΓΡΗΓΟΡΙΟΣ

ΜΟΥΣΤΟΣ, ΜΙΧΑΗΛ

ΜΟΥΤΣΙΑΝΑΣ, ΔΗΜΗΤΡΙΟΣ

ΜΠΑΛΑΤΣΟΥΚΑΣ, ΘΕΟΦΑΝΗΣ

ΜΠΑΜΠΑΝΗΣ, ΕΥΑΓΓΕΛΟΣ

ΜΠΑΝΟΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΜΠΑΞΕΒΑΝΑΚΗΣ, ΓΡΗΓΟΡΙΟΣ

ΜΠΑΡΛΑΣ, ΑΘΑΝΑΣΙΟΣ

ΜΠΑΡΟΥΝΗΣ, ΔΗΜΗΤΡΙΟΣ

ΜΠΑΤΖΟΓΙΑΝΝΗΣ, ΣΤΑΜΟΣ

ΜΠΑΤΖΟΛΗΣ, ΣΤΥΛΙΑΝΟΣ

ΜΠΑΧΛΙΤΖΑΝΑΚΗΣ, ΜΙΧΑΛΗΣ

ΜΠΕΖΙΡΓΙΑΝΝΗΣ, ΑΝΤΩΝΙΟΣ

ΜΠΕΘΑΝΗΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΜΠΕΘΑΝΗΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΜΠΕΙΝΤΑΡΗΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΜΠΙΧΑΣ, ΒΑΣΙΛΕΙΟΣ

ΜΠΛΑΤΣΙΟΣ, ΠΕΤΡΟΣ

ΜΠΟΤΗΣ, ΣΠΥΡΙΔΩΝ

ΜΠΟΤΣΗΣ, ΠΑΝΑΓΙΩΤΗΣ

ΜΠΟΥΖΟΥΝΙΕΡΑΚΗΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΜΠΡΑΟΥΔΑΚΗΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΜΠΡΕΖΑΤΗΣ, ΕΥΑΓΓΕΛΟΣ

ΜΥΛΟΥΛΗΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΜΥΤΙΛΗΝΑΙΟΣ ΣΙΔΕΡΗΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΝΑΣΤΟΥΛΗΣ, ΙΩΣΗΦ

ΝΙΚΟΛΑΙΔΗΣ, ΑΛΕΞΑΝΔΡΟΣ

ΝΙΚΟΛΑΟΥ, ΑΛΕΞΑΝΔΡΟΣ

ΝΙΚΟΛΟΠΟΥΛΟΣ, ΑΣΗΜΑΚΗΣ

ΝΙΚΟΛΟΠΟΥΛΟΣ, ΠΑΝΑΓΙΩΤΗΣ

ΝΙΚΟΛΟΠΟΥΛΟΣ, ΕΛΕΥΘΕΡΙΟΣ

ΝΤΑΛΤΑΣ, ΙΚΟΛΑΟΣ

ΝΤΑΦΟΥΛΗΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΝΤΕΚΟΥΡΗΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΝΤΕΛΛΑΣ, ΕΥΑΓΓΕΛΟΣ

ΝΤΕΜΙΡΗ ΔΕΜΙΡΗ, ΝΙΚΗ

ΝΤΕΜΟΣ, ΘΕΟΦΑΝΗΣ

ΞΑΝΘΟΥ, ΑΙΚΑΤΕΡΙΝΗ

ΟΙΚΟΝΟΜΑΚΟΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΟΜΑΛΙΑΝΑΚΗΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΟΥΡΓΑΝΤΖΙΔΟΥ, ΠΑΡΘΕΝΑ

ΠΑΛΑΙΟΛΟΓΟΣ, ΦΡΑΓΚΙΣΚΟΣ

ΠΑΝΑΓΙΩΤΙΔΗΣ, ΧΡΗΣΤΟΣ

ΠΑΝΑΓΙΩΤΟΥ, ΣΤΥΛΙΑΝΟΣ

ΠΑΝΤΑΖΗΣ, ΒΑΣΙΛΕΙΟΣ

ΠΑΠΑΔΗΜΑΣ, ΧΡΗΣΤΟΣ

ΠΑΠΑΔΟΓΙΩΡΓΑΚΗΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΠΑΠΑΔΟΠΟΥΛΟΥ, ΘΕΩΝΗ

ΠΑΠΑΙΩΑΝΝΟΥ, ΣΩΤΗΡΙΟΣ

ΠΑΠΑΚΟΣΜΑΣ, ΣΤΥΛΙΑΝΟΣ

ΠΑΠΑΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΥ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΠΑΠΑΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΥ, ΑΡΧΟΝΤΙΑ

ΠΑΠΑΝΩΤΑΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΠΑΠΟΥΤΣΗ, ΑΝΤΩΝΙΑ

ΠΑΡΑΔΑΛΗΣ, ΑΡΙΣΤΟΤΕΛΗΣ

ΠΑΡΑΣΚΕΥΑ, ΑΝΘΟΥΛΑ

ΠΑΡΑΣΚΕΥΑΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΠΑΡΔΑΛΗΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΠΑΡΙΑΡΟΣ, ΜΑΤΘΑΙΟΣ

ΠΑΡΙΣΗΣ, ΒΑΣΙΛΕΙΟΣ

ΠΑΡΤΣΑΡΟΥΧΑ, ΑΘΑΝΑΣΙΑ

ΠΑΣΧΑΛΑΚΗΣ, ΧΡΗΣΤΟΣ

ΠΑΤΕΡΑΚΗΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΠΑΤΙΛΑΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΠΑΤΡΙΚΗΣ, ΒΑΣΙΛΕΙΟΣ

ΠΑΤΣΑΡΟΥΧΑ, ΑΘΑΝΑΣΙΑ

ΠΑΥΛΑΚΗΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΠΕΓΙΟΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΠΕΤΡΟΓΓΟΝΑΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΠΕΤΤΑΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΠΟΛΙΤΙΔΗΣ,ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΠΟΤΤΑΚΗ, ΠΕΛΑΓΙΑ

ΠΡΟΒΑΤΑΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΡΑΜΙΩΤΗΣ, ΕΥΑΓΓΕΛΟΣ

ΡΟΖΟΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΡΟΥΤΣΗ, ΙΩΑΝΝΑ

ΣΑΜΑΡΑΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΣΑΡΑΝΤΑΚΟΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΣΑΡΔΕΛΗ, ΑΝΑΣΤΑΣΙΑ

ΣΑΤΑΝΤΙΔΗΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΣΗΦΑΚΗΣ, ΜΙΧΑΗΛ

ΣΚΑΡΒΕΛΑΚΗ, ΑΝΝΑ

ΣΚΟΥΡΤΑΣ, ΕΥΣΤΡΑΤΙΟΣ

ΣΚΥΛΟΔΗΜΟΣ, ΒΑΣΙΛΕΙΟΣ

ΣΛΑΝΚΙΔΗΣ, ΒΑΣΙΛΕΙΟΣ

ΣΛΙΑΡΑΣ, ΑΡΓΥΡΙΟΣ

ΣΠΑΝΟΜΗΤΣΙΟΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΣΠΗΛΙΩΤΗ, ΕΙΡΗΝΗ

ΣΠΥΡΙΔΩΝ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΣΠΥΡΤΟΣ, ΧΡΗΣΤΟΣ

ΣΤΑΘΗΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΣΤΑΥΡΙΝΟΥΔΗΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΣΤΕΛΙΑΤΟΣ, ΔΗΜΗΤΡΙΟΣ

ΣΤΕΡΓΙΟΥ, ΧΡΗΣΤΟΣ

ΣΤΕΡΓΙΟΥ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΣΤΟΥΠΑΚΗΣ, ΜΑΡΙΟΣ

ΣΤΟΥΠΑΚΗΣ, ΜΙΧΑΗΛ

ΣΤΟΥΡΝΑΣ, ΔΗΜΗΤΡΙΟΣ

ΣΤΡΑΤΗΓΑΚΗΣ, ΔΙΟΝΥΣΙΟΣ-ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΣΤΡΙΧΑΣ, ΧΡΗΣΤΟΣ

ΣΥΒΙΤΟΥ, ΒΑΣΙΛΙΚΗ

ΣΥΓΚΟΥΝΑΣ, ΒΑΣΙΛΕΙΟΣ

ΣΦΑΚΙΑΝΑΚΗΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΣΦΕΝΔΥΛΑΚΗ, ΜΑΡΙΑ

ΤΑΜΠΑΚΑΚΗ, ΕΛΕΥΘΕΡΙΑ

ΤΑΡΤΑΝΗΣ, ΕΥΑΓΓΕΛΟΣ

ΤΑΤΣΗ, ΙΩΑΝΝΑ

ΤΕΡΖΑΚΗ-ΠΑΠΑΔΟΠΟΥΛΟΥ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΑ

ΤΖΑΝΟΣ, ΑΘΑΝΑΣΙΟΣ

ΤΖΙΜΑΣ, ΕΥΑΓΓΕΛΟΣ

ΤΖΙΟΛΑΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΤΟΥΡΝΗΣ, ΣΤΑΜΑΤΙΟΣ

ΤΡΙΧΑΣ, ΧΡΗΣΤΟΣ

ΤΣΑΒΑΛΙΑΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΤΣΑΜΑΔΙΑΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΤΣΑΜΗΣ, ΧΡΗΣΤΟΣ

ΤΣΑΜΟΥΡΑΣ, ΡΑΦΑΗΛ

ΤΣΑΝΔΗΛΑΣ, ΠΑΝΑΓΙΩΤΗΣ

ΤΣΑΠΑΤΣΑΡΗΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΤΣΑΧΠΑΖΗΣ, ΔΗΜΗΤΡΙΟΣ

ΤΣΕΛΗΣ, ΑΝΔΡΕΑΣ

ΤΣΕΣΟΥΡΗΣ, ΓΕΩΡΓΙΟΣ

ΤΣΙΑΤΣΟΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΤΣΙΜΠΛΙΔΑΚΗ, ΖΑΦΕΙΡΙΑ

ΤΣΙΤΑΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΤΣΟΛΑΚΟΣ, ΠΑΝΑΓΙΩΤΗΣ

ΤΣΟΥΜΑΣ, ΣΠΥΡΙΔΩΝ

ΤΣΟΥΦΛΙΔΗΣ, ΘΕΟΔΩΡΟΣ

ΦΙΛΙΠΠΑ, ΕΥΑΓΓΕΛΙΑ

ΦΛΩΡΑΚΗΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΦΛΩΡΟΥ, ΧΡΥΣΟΥΛΑ

ΦΡΑΓΚΟΥΛΗΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΦΡΑΖΗΣ, ΕΜΜΑΝΟΥΗΛ

ΦΡΥΣΟΥΛΗΣ, ΝΙΚΟΛΑΟΣ

ΦΩΤΕΙΝΟΣ, ΣΤΑΜΑΤΙΟΣ

ΦΩΤΙΑΔΗΣ, ΣΤΕΦΑΝΟΣ

ΧΑΒΑΤΖΟΠΟΥΛΟΣ, ΠΑΡΑΣΚΕΥΑΣ ΜΑΡΙΟΣ

ΧΑΙΔΟΓΙΑΝΝΗΣ, ΣΠΥΡΙΔΩΝ

ΧΑΡΑΛΑΜΠΑΚΗΣ, ΕΥΑΓΓΕΛΟΣ

ΧΑΡΑΛΑΜΠΙΔΗΣ, ΑΝΑΣΤΑΣΙΟΣ

ΧΑΡΙΤΑΚΗΣ, ΙΩΑΝΝΗΣ

ΧΑΤΖΗΠΑΣΧΑΛΗΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΧΡΙΣΤΟΔΟΥΛΟΥ, ΔΗΜΗΤΡΙΟΣ

ΨΑΡΡΑΣ, ΑΓΓΕΛΟΣ

ΨΗΛΟΣ, ΚΩΝΣΤΑΝΤΙΝΟΣ

ΨΥΧΟΓΥΙΟΣ, ΣΤΥΛΙΑΝΟΣ

Spanja

Almagro Carrobles, Jorge

Alonso Sánchez, Beatriz

Álvarez Gómez, Marco Antonio

Al-Ismail Calderon, Samer

Amunárriz Emazabel, Sebastián

Arteaga Sánchez, Ana

Avedillo Contreras, Buenaventura

Barandalla Hernando, Eduardo

Boy Carmona, Esther

Bravo Téllez, Guillermo

Calderón Gómez, José Gabriel

Carmona Mazaira, Manuel

Carro Martínez, Pedro

Ceballos Pérez-Canales, Alba

Cervantes de la Torre, Andrés

Chamizo Catalán, Carlos

Cortés Fernández, Natalia

Couce Prieto, Carlos

Criado Bará, Bernardo

Delgado González, Gonzalo

De la Rosa Cano, Francisco Javier

Del Hierro Suanzes, Javier

Deniz Fleitas, Jose Manuel

Elices López, Juan Manuel

Expósito González, Jonay

Fariña Clavero, Irene

Fernández Costas, Antonio

Fernandez Despiau, Estrella

Ferreño Martínez, José Antonio

Fontán Aldereguía, Manuel

Fontanet Domenech, Felipe

García Antoni, Mónica

Garcia Cantón, Javier

García González, Francisco Javier

Genovés Ferriols, José Carlos

Gómez Cayuelas, Carmen

González Fernández, Manuel A.

González Fernández, Marta

Guerrero Claros, María

Guisado Sancho, María Jesús

Gundín Payero, Laura

Hernández Betzen, Roberto

Iglesias Prada, Juan Antonio

Jimenez Álvarez, Ignacio

Lado Codesido, Beatriz

Lastra Torre, Ruth

Lestón Leal, Juan Manuel

López González, María

Lorenzo Sentis, José Manuel

Lucena Garcia, Antonio Jesús

Marra-López Porta, Julio

Martínez González, Jesús

Martínez Velasco, Carolina

Mayoral Vázquez, Fernando

Mayoral Vázquez, Gonzalo

Medina García, Estebán

Méndez-Villamil Mata, María

Miranda Almón, Fernando

Núñez Casas, Julio

Ochando Ramos, Ana María

Oñorbe Esparraguera, Manuel

Orgueira Pérez Vanessa

Ossorio González, Carlos

Ovejero González, David

Pérez González, Virgilio

Piñón Lourido, Jesús

Ponte Fernández, Gerardo

Ríos Cidrás, Manuel

Ríos Cidrás, Xosé

Rodriguez Bermejo, José

Rodríguez Moreno, Alberto

Rueda Aguirre, Luzdivina

Ruiz Gómez, Sonia

Rull Del Águila, Laura

Sáenz Arteche, Idoia

Sánchez Sánchez, Esmeralda

Santas Barge, Verònica

Sendra Gamero, Ma Esther

Serrano Sánchez, Daniel

Sieira Rodríguez, José

Tenorio Rodríguez, José Luis

Torre González, Miguel A.

Tubío Rodríguez, Xosé

Vicente Castro, José

Yeregui Velasco, Pablo

Zamora de Pedro, Carlos

Franza

Allanic, Gilles

Beyaert, Francis

Beyaert, Frédéric

Bigot, Jean-Paul

Bistour, Stéphane

Bon, Philippe

Bouniol, Anthony

Bourbigot, Jean-Marc

Cacitti, Raymond

Caillat, Marc

Celton Arnaud

Ceres, Michel

Charbonnier, Alexandre

Cluzel, Stéphane

Cras, Renaud

Crochard, Thierry

Croville, Serge

Daden, Nicolas

Dambron, François

Darsu, Philippe

Davies, Philippe

Dechaine, Frédéric

Delattre, Nicolas

Desson, Patrick

Dolou, Claude

Donnart, Christian

Duval, Laurent

Fernandez, Gabriel

Fortier, Eric

Garbe, Steeve

Gauvain, Benoît

Gehanne, Laurent

Gloaguen, Maurice

Goron, Xavier

Guillard, Thimothée

Guillemette, Jean Luc

Guittet-Dupont, Gaëtan

Hitier, Sébastien

Isore, Pascal

Lacombe, Thomas

Lalanne, Anne

Lebosquain, Olivier

Le Berriguaud, Thierry

Le Corre, Joseph

Le Cousin, Jean-Luc

Le Dreau, Gilbert

Le Mentec, Arnaud

Legouedec, Loïg

Lenormand, Daniel

Lelandois, Cyril

Lescroel, Yann

Maingraud, Dominique

Maniette, Yves

Masseaux, Yanick

Menuge, Gilles

Peoch, Philippe

Peron, Olivier

Peron, Pascal

Petit, François

Pochet, Ludovic

Radius, Caroline

Raguet, José

Renault, Alan

Reunavot, Matthieu

Richou, Fabrice

Robin, Yannick

Rousselet, Pascal

Sauvage, Christian

Schneider, Frédéric

Sottiaux, David

Trividic, Bernard

Urvoy, Jonathan

Vesque Arnaud

Vilbois, Pierre

Villenave, Yorrick

Virlogeux, Julian

il-Kroazja

Aćimov, Dejan

Aunedi, Jurica

Barbalić, Boris

Bartulović, Ivica

Bašić, Vicko

Bilobrk, Stipe

Bratičević, Nino

Brlek, Neda

Brnadić, Ivica

Budimir, Miroslav

Dolić, Nedjeljko

Dvoraček, Tomislav

Ercegović, Marin

Franceschi, Jenko

Grljušić, Frano

Hrženjak, Jurica

Hržić, Ivica

Ivković, Hrvoje

Jelić, Božidar

Jeftimijades, Ivor

Jukić, Ivica

Jurčević, Marinko

Kalinić, Andrej

Kerum, Jurica

Krišto, Rino

Kusanović, Gordan

Lešić, Lidija

Marčina, Robert

Matković, Mijo

Miletić, Ivana

Novak, Danijel

Orešković, Lovro

Paparić, Neven

Perković, Kristijan

Perović, Andrea

Petrić, Andrea

Prtenjača, Silvija

Pupić-Bakrač, Marko

Radovčić, Ivica

Rogić, Ante

Rukavina, Dubravko

Rumora, Ivan

Šalaj, Damir

Šestan, Hrvoje

Sikirica, Nenad

Skelin, Stipe

Škorjanec, Mario

Skroza, Nikica

Sobin, Mijo

Strinović, Boris

Verzon, Nikola

Vuletić, Ivo

l-Italja

Abate, Massimiliano

Affinita, Enrico

Albani, Emidio

Ambrosio, Salvatore

Annicchiarico, Dario

Antonioli, Giacomo

Aprile, Giulio

Aquilano, Donato

Arena, Enrico

Astelli, Gabriele

Barraco, Francesco

Basile, Giuseppe

Basile, Marco

Battaglia, Daniele

Battista, Filomena

Bavila, Nicola

Benvenuto, Salvatore Giovanni

Biondo, Fortunato

Bizzarro, Federico

Boccoli, Fabrizio

Bongermino, Onofrio

Bonsignore, Antonino

Borghi, Andrea

Bottiglieri, Vincenzo

Bove, Gian Luigi

Buccioli, Andrea

Caforio, Cosimo

Caiazzo, Luigia

Calandrino, Salvatore

Camicia, Ciro

Cappelli, Salvatore

Carafa, Simone

Carini, Vito

Carta, Sebastiano

Cesareo, Michele

Chionchio, Alessandro

Cianci, Vincenzo

Cignini, Innocenzo

Clemente, Cosimo

Colarossi, Mauro

Colucciello, Roberto

Comuzzi, Alberto

Conte, Fabio

Coppola, Giorgio

Corallo, Domenico

Cormio, Carlo

Costanzo, Antonino

Croce, Aldo

Cuciniello, Luigi

Cuscela, Michele

D'Acunto, Francesco

D'Amato, Fabio

Dammicco, Luigi

D'Arrigo, Antonio

De Crescenzo, Salvatore

De Pinto, Giuseppe

De Quarto, Enrico

D'Erchia, Alessandro

De Santis, Antonio

Di Benedetto, Luigi

Di Domenico, Marco

Di Donato, Eliana

Di Matteo, Michele

Di Santo, Giovanni

Doria, Angelo

D'Orsi, Francesco Paolo

Errante, Domenico

Esibini, Daniele

Esposito, Robertino

Esposito, Salvatore

Fanizzi, Tommaso

Fava, Antonello

Ferioli, Debora

Ferrara, Manfredo

Fiorentino, Giovanni

Fogliano, Pasquale

Folliero, Alessandro

Francolino, Giuseppe

Fuggetta, Pasquale

Fuso, Vittorio

Gagliardi, Raffaele

Gallo, Antonio

Gangemi, Domenico

Gangemi, Roberto Francesco

Genchi, Paolo

Giannone, Giuseppe Claudio

Giovannone, Vittorio

Golizia, Pasquale

Graziani, Walter

Greco, Giuseppe

Guida, Giuseppe

Guido, Alessandro

Guzzi, Davide

Iemma, Oreste

La Porta, Santi Alessandro

Lambertucci, Alessandro

Lanza, Alfredo

Leto, Antonio

Limatola, Daniele

Limetti, Fabio

Lo Pinto, Nicola

Lombardi, Pasquale

Longo, Pierino Paolo

Luperto, Giuseppe

Magnolo, Lorenzo Giovanni

Maio, Giuseppe

Malaponti, Salvatore Francesco

Maresca, Emanuel

Mariotti, Massimiliano

Marrello Luigi

Martina, Francesco

Martire, Antonio

Mastrobattista, Giovanni Eligio

Matera, Riccardo

Messina, Gianluca

Minò, Alessandro

Monaco, Paolo

Morciano, Giuseppe

Morelli, Alessio

Morra, Tommaso

Mostacci, Sergio Massimo

Mugavero, Amalia

Mule, Vincenzo

Musella, Stefano

Nardelli, Giuseppe

Negro, Mirco

Novaro, Giovanni

Pagan, Francesco

Palmerini, Giorgio

Palombella, Fabio Luigi

Pantaleo, Cosimo

Paoletti, Dario

Paolillo, Francesco

Patalano, Andrea

Pellegrino, Roberto

Pepe, Angelo

Pipino, Leonardo

Piroddi, Paola

Pisano, Paolo

Piscopello, Luciano

Pisino, Tommaso

Porru, Massimiliano

Postiglione, Vito

Praticò, Daniele

Puca, Michele

Puddinu, Fabrizio

Puleo, Isidoro

Quinci, Gianbattista

Rallo, Tommaso

Randis, Orazio Roberto

Ravanelli, Marco

Restuccia, Marco

Romanazzi, Valentina

Ronca, Gianluca

Rossano, Michele

Russo, Aniello

Sacco, Giuseppe

Salce, Paolo

Sarpi, Stefano

Scanu, Fabrizio

Scaramuzzino, Paola

Schiattino, Andrea

Scuccimarri, Gianluca

Sebastio, Luciano

Siano, Gianluca

Signanini, Claudio

Silvestri, Nicola

Silvia, Salvatore

Siniscalchi, Francesco

Soccorso, Alessandro

Stramandino, Rosario

Strazzulla, Francesco

Sufrà, Emanuele

Tersigni, Tonino

Tescione, Francesco

Tesone, Luca

Tordoni, Maurizio

Torrisi, Ivano

Triolo, Alessandro

Tumbarello, Davide

Tumminello, Salvatore

Vangelo, Pietro

Varone, Stefano

Vellucci, Alfredo

Verde, Maurizio

Vero, Pietro

Virdis, Antonio

Vitali, Daniele

Zaccaro, Giuseppe Saverio

Ċipru

Apostolou, Antri

Avgousti, Antonis

Christodoulou, Lakis

Christoforou, Christiana

Christou, Nikoletta

Flori, Panayiota

Fylaktou, Anthi

Georgiou, Markella

Heracleous, Andri

Ioannou, Georgios

Ioannou, Theodosis

Karayiannis, Christos

Konnaris, Kostas

Korovesis, Christos

Kyriacou, Kyriacos

Kyriacou, Yiannos

Michael, Michael

Nicolaou Nicolas

Panagopoulos Argyris

Pavlou George

Prodromou, Pantelis

Savvides, Andreas

Shamma, Theodora

il-Latvja

Avdjukeviča, Svetlana

Brants, Jānis

Brente, Elmārs

Griezīte, Frančeska

Gronska, Ieva

Gudovannijs, Vsevolods

Holštroms, Artūrs

Jansons, Kārlis

Jaunzems, Aldis

Junkurs, Andris

Kalējs, Rūdolfs

Kalniņa, Ingūna

Kaptelija, Liene

Naumova, Daina

Priediens, Ainars

Putniņš, Raitis

Raginskis, Jānis

Štraubis, Valērijs

Šuideiķis, Aigars

Tīģeris, Ģirts

Vārsbergs, Jānis

Veide, Andris

Veinbergs, Miks

Ziemelis, Elvijs

il-Litwanja

Balnis, Algirdas

Dambrauskis, Tomas

Giedrius, Vaitkus

Jonaitis, Arūnas

Kairyté, Lina

Kazlauskas, Tomas

Lendzbergas, Erlandas

Vitalij, Zartun

il-Lussemburgu

ma japplikax

l-Ungerija

ma japplikax

Malta

Abela, Claire

Attard, Glen

Attard, Godwin

Attard, Omar

Azzopardi, Joseph

Baldacchino, Duncan

Balzan, Gilbert

Barbara, Anthony

Borg, Benjamin

Borg, Jonathan

Borg, Robert

Briffa, Daniel

Bugeja, Stephanie

Cachia, Pierre

Calleja, Martin

Camilleri, Aldo

Camilleri, Christopher

Carabott, Paul

Caruana, Gary

Cassar, Gaetano

Cassar Jonathan

Cassar, Kenneth

Cassar Lucienne

Cauchi David

Cuschieri, Roderick

Farrugia, Emanuel

Farrugia, Joseph

Farrugia, Omar

Fenech, Melvin

Fenech, Paul

Gatt, Glen

Gatt, Joseph

Gatt, Mervin

Gatt, William

Gauci, Mark

Little, Elaine

Lungaro, Gordon

Mallia, Ramzy

Micallef, Rundolf

Muscat, Christian

Muscat, Simon

Musu, Matthew

Piscopo, Christine

Psaila, Kevin

Psaila, Mark Anthony

Sammut, Adem

Sciberras, Christopher

Sciberras, Norman

Seguna, Marvin

Tabone, Mark

Theuma, Johan

Vassallo, Benjamin

Vella, Anthony

Vella, Charlie

in-Netherlands

Bastinaan, Robert

Beij, Willem

Boone, Jan Cees

de Boer, Meindert

de Mol, Gert

Dieke, Richard

Duinstra, Jacob

Fortuin, Annelies

Freke, Hans

Groeneveld, Daan

Jonk, Jan

Kleczewski-Schoon, Anneke

Kleinen, Tom

Koenen, Gerard

Kraayenoord, Jaap

Kramer, Willem

Meijer, Cor

Meijer, Willem

Miedema, Anco

Parlevliet, Koos

Ros, Michel

Ruijter, Tim

Schneider, Leendert

Starreveld, Nanette

van den Berg, Dirk

van der Laan, Yvonne

van der Veer, Siemen

van Doorn, Joost

van Geenen, Koen

van Westen, Jan

Velt, Ernst

Vervoort, Hans

Wijbenga, Arjan

Wijkhuisen, Eddy

Zevenbergen, Jan

l-Awstrija

ma japplikax

il-Polonja

Augustynowicz, Mariusz

Bartczak, Tomasz

Belej, Konrad

Chrostowski, Paweł

Dębski, Jarosław

Domachowski, Marian

Górski, Marcin

Jeziorny, Przemysław

Jóźwiak, Marek

Kasperek, Stanisław

Kołodziejczak, Michał

Konefał, Szymon

Konkel, Adam

Korthals, Jakub

Kościelny, Jarosław

Kowalska, Justyna

Kozłowski, Piotr

Kucharski, Tadeusz

Kunachowicz, Tomasz

Letki, Paweł

Lisiak, Agnieszka

Litwin, Ireneusz

Łukaszewicz, Paweł

Łuczkiewicz, Tomasz

Maciejewski, Maciej

Mystek, Marcin

Niewiadomski, Piotr

Nowak, Włodzimierz

Pankowski, Piotr

Patyk, Konrad

Prażanowski, Krystian

Sikora, Marek

Simlat,Tomasz

Skibior, Sławomir

Słowiński, Roman

Smolarski, Łukasz

Sokołowski, Paweł

Stankiewicz, Marcin

Szumicki, Tomasz

Tomaszewski, Tomasz

Trzepacz, Michał

Wereszczyński, Leszek

Wiliński, Adam

Zacharzewski, Dawid

Zięba, Marcin

il-Portugall

Albuquerque, José

Brabo, Rui

Cabeçadas, Paula

Carvalho, Ricardo

Diogo, João

Escudeiro, João

Ferreira, Carlos

Fonseca, Álvaro

Moura, Nuno

Pedroso, Rui

Quintans, Miguel

Silva, António Miguel

ir-Rumanija

Balaci, Kety

Bîrsan, Marilena

Conțolencu, Radu

Dima, Richard

Dinu, Lucian

Ianuris, Mihail

Ionaşcu, Neculai

Kazimirovicz, Ancuta

Larie, Gabriel

Panaitescu, Laurenţiu Lorin

Puiu, Gheorghe

Serștiuc, Mihail Dorin

Stroie, Constantin

Țăranu, Sorinel

Vasile, Bocaneala

is-Slovenja

Šiško, Slavko

Smoje, Robert

Smoje, Vinko

is-Slovakkja

ma japplikax

il-Finlandja

Aheristo, Marko

Aho, Jere-Joonas

Arvilommi, Markku

Grönfors, Niko

Heickell, Carl-Arthur

Hiiterä, Timo

Hiltunen, Juha

Hägerström, Matti

Iljina, Ilja

Johansson, Esko

Kaasinen, Harry

Kajosmaa, Jesse

Kontto, Tommi

Koskinen, Aki

Lejonqvist, Mika

Leppikorpi, Markus

Leppäkorpi, Juho

Leskinen, Henri

Luukkonen, Tuomas

Lähde, Jukka

Niemelä, Teemu

Nieminen, Jere

Niittylä, Pekka

Normia, Pertti

Nousiainen, Kyösti

Nousiainen, Markku

Nurminen, Joona

Painilainen, Laura

Purhonen, Jere

Pyykönen, Pekka

Rautavirta, Miikka

Saarilehto, Tuomas

Sahla, Ilkka

Salmela, Janne

Salovaara, Tuomas

Salmi, Veera

Savola, Petri

Sundqvist, Lars

Suominen, Ari

Suominen, Paavo

Suvilaakso, Hannes

Sjöberg, Joni

Taattola, Olli

Tervakangas, Ville

Träskelin, Otto

Uitti, Mika

Ulenius, Niklas

Vanninen, Vesa

Välimäki, Juha

Väänänen, Timo

Yläjääski, Antti

Ääri, Mikko

l-Iżvezja

Åberg, Christian

Ahnlund, Jenny

Almström, Petter

Andersson, Karin

Andersson, Per-Olof

Andersson, Per-Olof Vidar

Antonsson, Jan-Eric

Bäckman, Johan

Baltzer, Martin

Bergman, Daniel

Bjerner, Martin

Borg, Calle

Bryngelsson, Tomas

Brännström, Lennart

Cannehag, Niclas

Cardell, Christina

Carlsson, Christian

Englund, Raymond

Erlandsson, Björn

Falk, David

Frejd, Maud

Fristedt, David

Gynäs, Mattias

Hagberg, Elice

Hartman Bergqvist, Désirée

Havh, Johan

Hedman, Elin

Hellberg, Stefan

Hellqvist, Johan

Holmberg, Hanna

Holmer, Johanna

Jakobsson, Magnus

Jansson, Anders

Jeppsson, Tobias

Johansson, Daniel

Johansson, Isabella

Johansson, Klaes

Johansson, Thomas

Joxelius, Paul

Karlsson, Kent

Kempe, Clas

Koivula, Mikael

Kurtsson, Morgan

Larsson, Mats

Lilja, Filip

Lindström, Jakob

Lindved, Martin

Lundberg, Johan

Lundh, Emelie

Lundin, Stig

Lundkvist, Mats

Lundqvist, Annica

Malmström, John

Martini, Martin

Mattson, Olof

Montan, Anders

Mukkavaara, Henrik

Nihlén, Linus

Nilsson, Pierre

Nilsson, Stefan

Nord, Iza

Nyberg, Linda

Näsman, Lars

Olson, Magnus

Olsson, Kenneth

Olsson, Lars

Penson, Lena

Persson, Göran

Persson, Mats

Peters, Linda

Peterson, Jan

Petterson, Joel

Petterson, Johan

Philipsson, Gunnar

Piltonen, Janne

Podsedkowski, Zenek

Rase, Dennis

Reuterljung, Thomas

Rinaldo, Joakim

Rönnlund, Agneta

Sjödin, Ronny

Skölderud, Svante

Snäckerström, Leif

Stålnacke, Erik

Strandberg, Magnus

Stührenberg, Björn

Sundberg, Andreas

Sundberg, Patrick

Svärd, Lars-Erik

Svensson, Rutger

Svensson, Tony

Thilly, Tomas

Timan, Hans

Toresson, Martin

Turesson, Andreas

Uppman, Kerstin

Werner, Lars

Westerlund, Emma

Wilson, Pierre

Österlund, Erik

ir-Renju Unit

Adamson, Gary

Alexander, Stephen

Alston, Colin

Anderson, Reid

Arris, Martin

Ashby, Peter

Bailey Roberta

Baker, Edward

Barclay, Michael

Barfoot, Lt Cdr Peter

Beasley, Adam

Bedlingham, Sarah

Bell, Stuart

Bhandari, Kiran

Billson, Carol

Bolden, Rachel

Bourne, Adam

Bowers, Claire

Boyce, Sean

Brough, Derek

Brown, Carley

Bruce, John

Bugg, Jennifer

Caldwell, Mark

Campbell, Jonathan

Campbell, Murray

Chittenden, Gordon

Cook, David

Craig, Ian

Craig, Stephen

Critchlow, Amy

Croucher, Tim

Crowe, Michael

Cunningham, George

Davis, Danielle

Dawkins, Matthew

Dawson, Liam

Devine, Warren

Dixon-Lack, Emma

Douglas, Sean

Draper, Peter

Dunkerely, Sabrina

Eccles, David

Ellison, Peter

Errington, Sarah

Evans, David

Evans, Mathilda

Faulds, Mike

Fenwick, Peter

Ferguson, Adam

Ferguson, Simon

Ferrari, Richard

Finnie, Andrew

Fitzpatrick, DeeAnn

Fletcher, Norman

Flint, Toby

Foster, Pam

Fraser, Uilleam

Frew, Clare

Fullerton, Gareth

Gibson, Philip

Gough, Callum

Graham, Chris

Grant, Leigh

Gray, Neil

Gray, Patrick

Gregor, Stuart

Gregory, Sam

Griffin, Stuart

Gwillam, SLt Ben

Hamilton, Ian

Harris, Hugh

Harris, William

Harsent, SLt Paul

Hay, David

Hay, John

Henning, Alan

Hepburn, Ian

Higgins, Frank

Higby, Louisa

Hildreth, Joe

Hill, Julie

Holbrook, Joanna

Howarth, Dan

Hudson, John

Hugues, Gary

Hughes, Greta

Imrie, Peter

Irish, Rachel

Irwin, Gerry

James, Katie

Jasinski, Michael

John, Barrie

Johnston, Heather

Johnson, Matthew

Johnson, Paul

Johnston, Steve

Johnston, Isobel

Johnstone, Ann

Jones, Carl

Karavla, Alexandra

Kelly, Kevin

Kemp, Gareth

Kozlowski, Stephen

Lane, Rory

Lardeur, Beth

Law, Garry

Lethbridge, Wendy

Legge, James

Lindsay, Andrew

Livingston, Andrew

Lockwood, Mark

Lowry, Thomas

Lucas, David

MacEachan, Iain

MacGregor, Duncan

MacIver, Roderick

MacKay, Janice

MacLean, Paula

MacLean, Robin

Magill, SLt Michael

Marshall, Phil

Martin David

Mason, Liam

Mason, Roger

Matheson, Louise

May, Colin

Mayger, Lt Martyn

McBain, Billy

McCaughan, Mark

McComiskey, Stephen

McCowan, Alisdair

McCrindle, John

McCubbin, Stuart

McCusker, Simon

McHardy, Alex

McKay, Andrew

McKenzie, Gregor

McKeown, Nick

McMillan, Robert

McPherson, Katie

McQuillan, David

Merrilees, Kenny

Milligan, David

Mills, John

Mitchell,Hugh

Mitchell, John

Moar, Laurence

Moloughney, Bernie

Morris, Chris

Morrison, Donald

Muir, James

Mustard, Emma

Mynard, Nick

Neat, Simon

Neilson, SLt Robert

Nelson, Paul

Newlands, Andrew

Newlyn, Lindsley

Newman, Chris

Nye, Verity

Overy, Thomas

Owen, Gary

Parr, Jonathan

Pateman, Jason

Paterson, Craig

Perry, Andrew

Phillips, Michael

Pole Mark

Poulding, Daniel

Poulson, Lt Chris

Pringle, Geoff

Proud, Christian

Quinn, Barry

Reeves, Adam

Reid, Ian

Reid, Peter

Rendall, Colin

Rhodes, Glen

Richardson, David

Riley, Joanne

Roberts, Julian

Robertson, Tom

Robinson, Neil

Salt, Isaac

Scarrf, David

Sheperd, Ashley

Shepley, Ben

Skillen, Damien

Smith, David

Smith, Barry

Smith, Don

Smith, Matthew

Smith, Pam

Spencer, James

Steele, Gordon

Stevens, Emma

Storton, George

Strang, Nicol

Stray, Sloyan

Styles, Mario

Sutton, Andrew

Sykes-Gelder, Dan

Taylor, Mark

Templeton, John

Thain, Marc

Thompson, Dan

Thompson, Gerald

Thomson, Dave

Thomson, Dave

Turner, Alun

Turner, Patrick

Tyack, Paul

Venton, Andrew

Ward, Daniel

Ward, Mark

Watson, Stacey

Watt, Barbara

Watt, James

Webb, Simon

Wensley, Phil

Weychan, Paul

Whelton, Karen

Whitby, Phil

Whitford, Annika

Williams, Adam

Wilkinson, Dave

Williams, Carolyn

Wilson, Jane

Wilson, Tom

Windebank, James

Wood, Ben

Wordley, Sara

Worsnop, Mark

Worth, Steven

Young, Ally

Young, James

Yuille, Derek

Zalewski, Alex

il-Kummissjoni Ewropea

Arena, Francesca

Casier, Maarten

Courcy, Nils

Hederman, John

Janakakisz, Marta

Jury, Justine

Kelterbaum, Richard

Libioulle, Jean-Marc

Martins E Amorim, Sergio Luis

Muhrbeck, Lars

Musella, Manuela

Nordstrom Saba

Skountis Vasileios

Spezzani, Aronne

Surace, Michele

Vitiello-Ferrara, Sarah Rosaria

Wolff, Gunnar

Wysocka, Małgorzata

l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd

Allen, Patrick

Chapel, Vincent

Del Hierro, Belén

Del Zompo, Michele

Dias Garçao, José

Fulton, Grant

Mueller, Wolfgang

Papaioannou, Themis

Quelch, Glenn

Roobrouck, Christ

Sokołowski, Paweł

Sorensen, Svend

Stewart, William

Tahon, Sven


25.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 138/189


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/903

tat-23 ta' Mejju 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument C(2017) 3324)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tas-sustanzi u tal-gruppi ta' residwi elenkati fl-Anness I tagħha. L-Artikolu 29 ta' dik id-Direttiva jeħtieġ li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw l-annimali u l-prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva jissottomettu pjan ta' monitoraġġ tar-residwi li jipprovdi l-garanziji meħtieġa (“il-pjan”). Il-pjan jenħtieġ li mill-inqas japplika għall-gruppi ta' residwi u sustanzi elenkati f'dak l-Anness I.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi dwar l-annimali u l-prodotti tal-annimali speċifikati kif elenkati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni (“il-lista”).

(3)

Il-Kolombja ressqet pjan għall-ħalib lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jagħti biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li tiġi inkluża entrata fil-lista għall-Kolombja għall-ħalib.

(4)

Il-Montenegro ressaq pjan għall-ħalib lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jagħti biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li tiġi inkluża entrata fil-lista għall-Montenegro għall-ħalib.

(5)

L-Ukrajna ressqet pjan għall-fniek lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jagħti biżżejjed garanziji u jenħtieġ li jiġi approvat. Għalhekk jenħtieġ li tiġi inkluża entrata fil-lista għall-Ukrajna għall-fniek.

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2011/163/UE għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta' Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).


ANNESS

ANNESS

Kodiċi tal-ISO2

Pajjiż

Bovini

Ovini/kaprini

Porċini

Ekwini

Pollam

Akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Anni-mali tal-kaċċa sla-vaġ

Anni-mali tal-kaċċa mrob-bija fl-irziezet

Għasel

AD

Andorra

X

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

AE

l-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X (3)

X (1)

 

 

 

 

 

AL

l-Albanija

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

AM

l-Armenja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

AR

l-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

l-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

BA

il-Bożnija-Ħerzegovina

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

BD

il-Bangladesh

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BN

il-Brunei

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BR

il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

X

BW

il-Botswana

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

BY

il-Belarussja

 

 

 

X (2)

 

X

X

X

 

 

 

 

BZ

il-Belize

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CA

il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH

l-Iżvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

iċ-Ċilì

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

CM

il-Kamerun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

CN

iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

X

X

 

 

X

CO

il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

CR

il-Costa Rica

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

DO

ir-Repubblika Dominicana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

EC

l-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ET

l-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

FK

il-Gżejjer Falkland

X

X

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

FO

il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GE

il-Georgia

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

GH

il-Ghana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

GL

Greenland

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

GT

il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

HN

il-Honduras

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ID

l-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IL

Iżrael (7)

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

X

X

IN

l-Indja

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

IR

l-Iran

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

JM

il-Ġamajka

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

JP

il-Ġappun

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KE

il-Kenja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KG

il-Kirgiżistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KR

il-Korea t'Isfel

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

LK

is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MA

il-Marokk

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

MD

il-Moldova

 

 

 

 

X

X

 

X

 

 

 

X

ME

il-Montenegro

X

X

X

 

X

X

X

X

 

 

 

X

MG

Madagascar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

MK

l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4)

X

X

X

 

X

X

X

X

 

X

 

X

MM

ir-Repubblika tal-Unjoni tal-Myanmar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MU

Mauritius

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MX

il-Messiku

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

MY

il-Malasja

 

 

 

 

X (3)

X

 

 

 

 

 

 

MZ

il-Mozambique

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

NA

in-Namibja

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NC

New Caledonia

X (3)

 

 

 

 

X

 

 

 

X

X

X

NI

in-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

NZ

New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

PA

il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PE

il-Perù

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PH

il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

PN

il-Gżejjer Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PY

il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RS

is-Serbja (5)

X

X

X

X (2)

X

X

X

X

 

X

 

X

RU

ir-Russja

X

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X (6)

X

RW

ir-Rwanda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SA

l-Arabja Sawdija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SG

Singapore

X (3)

X (3)

X (3)

X (8)

X (3)

X

X (3)

 

 

X (8)

X (8)

 

SM

San Marino

X

 

X (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SR

is-Suriname

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

is-Swaziland

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TH

it-Tajlandja

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

X

TN

it-Tuneżija

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

 

TR

it-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

TW

it-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

TZ

it-Tanzanija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

UA

l-Ukrajna

X

 

X

 

X

X

X

X

X

 

 

X

UG

l-Uganda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

US

l-Istati Uniti

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

l-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

 

X

VE

il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

VN

il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

ZA

l-Afrika t'Isfel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

ZM

iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ZW

iż-Żimbabwe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 


(1)  Il-ħalib tal-iġmla biss.

(2)  L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' ekwidi ħajjin għat-tbiċċir (annimali li jipproduċu l-ikel biss).

(3)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkunu approvati għall-importazzjoni ta' din il-materja prima lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2.

(4)  l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi miftiehma wara n-negozjati attwali fil-livell tan-NU.

(5)  Il-Kosovo mhux inkluż (dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo).

(6)  Għar-renni mir-reġjuni ta' Murmansk u Yamalo-Nenets biss.

(7)  Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat ta' Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li jinsabu taħt l-amministrazzjoni ta' Iżrael minn Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, l-Istrixxa ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

(8)  Għall-prodotti bażiċi ta' laħam frisk li joriġinaw minn New Zealand biss, li jkunu ddestinati għall-Unjoni, u li jitħattu u jitgħabbew mill-ġdid u jgħaddu minn Singapore, kemm jekk jinħażnu hemm, kif ukoll jekk le.