ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 135

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
24 ta' Mejju 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/880 tat-23 ta' Mejju 2017 li jistipula regoli dwar l-użu ta' limitu massimu ta' residwi stabbilit għal sustanza farmakoloġikament attiva f'oġġett tal-ikel partikolari għal oġġett tal-ikel ieħor li ġej mill-istess speċi u l-użu ta' limitu massimu ta' residwi stabbilit għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew aktar għal speċijiet oħra, skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/881 tat-23 ta' Mejju 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar, fir-rigward tal-modalitajiet u l-istruttura tar-rapporti ta' kwalità u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1151/2010 ( 1 )

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/882 tat-23 ta' Mejju 2017 dwar id-derogi mir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokoll 1 tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-Istati EPA SADC min-naħa l-oħra, li japplikaw fi kwota għal ċerti prodotti min-Namibja

15

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/883 tal-11 ta' Mejju 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda fil-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (Linja Baġitarja 12 02 01)

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/884 tat-22 ta' Mejju 2017 li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Iżvezja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/885 tat-22 ta' Mejju 2017 li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/886 tat-22 ta' Mejju 2017 li taħtar tliet membri u sitt membri supplenti, proposti mir-Repubblika Ċeka, fil-Kumitat tar-Reġjuni

23

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/887 tat-22 ta' Mejju 2017 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer mit-Tuneżija u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/675 (notifikata bid-dokument C(2017) 3221)  ( 1 )

25

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/888 tat-22 ta' Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tal-istatus ħieles mit-tuberkolożi tar-reġjun tal-Umbria fl-Italja u tal-istatus ħieles mil-lewkożi enzootika bovina tal-Polonja, li temenda d-Deċiżjoni 2004/558/KE fir-rigward tal-istatus ħieles mir-riinotrakeite bovina infettiva tal-Ġermanja, u li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-istatus ħieles mill-marda ta' Aujeszky ta' ċerti reġjuni tal-Polonja u l-approvazzjoni tal-programm ta' eradikazzjoni għall-marda ta' Aujeszky għar-reġjun tal-Veneto fl-Italja (notifikata bid-dokument C(2017) 3239)  ( 1 )

27

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/889 tat-23 ta' Mejju 2017 li tidentifika lill-Unjoni ta' Comoros bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

35

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/507/KE tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tinġis ta' l-Arja Transkonfinali fit-Tul biex Titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta' ma' Wiċċ l-Art ( ĠU L 179, 17.7.2003, p. 1 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Volum 47)

46

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

24.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/880

tat-23 ta' Mejju 2017

li jistipula regoli dwar l-użu ta' limitu massimu ta' residwi stabbilit għal sustanza farmakoloġikament attiva f'oġġett tal-ikel partikolari għal oġġett tal-ikel ieħor li ġej mill-istess speċi u l-użu ta' limitu massimu ta' residwi stabbilit għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew aktar għal speċijiet oħra, skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi huma kklassifikati fuq il-bażi ta' opinjonijiet dwar il-limiti massimi ta' residwi (MRLs) maħruġa mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (l-EMA). Dawk l-opinjonijiet jikkonsistu f'valutazzjoni xjentifika tar-riskju u f'kunsiderazzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskju.

(2)

Meta tkun qed twettaq il-valutazzjonijiet xjentifiċi tar-riskju u tkun qed tfassal ir-rakkomandazzjonijiet għall-ġestjoni tar-riskju, l-EMA għandha tikkunsidra li jew tuża l-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva f'oġġett tal-ikel partikolari għal oġġett tal-ikel ieħor li jkun ġej mill-istess speċi jew li tuża l-MRLs stabbiliti fi speċi waħda jew aktar għal speċijiet oħra permezz tal-estrapolazzjoni, sabiex iżżid id-disponibbiltà tal-prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati għall-kondizzjonijiet li jaffettwaw lill-annimali li jipproduċu l-ikel.

(3)

L-estrapolazzjoni tal-MRLs tinvolvi l-proċess li bih il-livelli ta' residwi fit-tessuti jew fil-prodotti tal-ikel ta' speċi li tipproduċi l-ikel li għaliha jeżistu l-MRLs jintużaw biex issir stima tal-livelli tar-residwi u biex jiġu stabbiliti l-MRLs f'tessut jew fi prodott tal-ikel ta' speċi oħra jew f'tessut jew fi prodott tal-ikel ieħor tal-istess speċi li għalih ma tkun disponibbli l-ebda dejta dwar ir-residwi konvenzjonali jew li għalih ma tkunx disponibbli dejta kompluta dwar dan. Għall-applikazzjoni x-xierqa tar-Regolament (UE) Nru 470/2009 għandhom jiġi stabbiliti l-prinċipji u l-kriterji minimi għall-estrapolazzjoni.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji u l-kriterji minimi għall-użu tal-MRLs stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva f'oġġett tal-ikel partikolari għal oġġett tal-ikel ieħor li jkun ġej mill-istess speċi u għall-użu tal-MRLs stabbiliti fi speċi waħda jew aktar għal speċijiet oħra (“l-estrapolazzjoni”).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(1)

“tessut/prodott tal-ikel/speċi ta' referenza” tfisser tessut/prodott tal-ikel/speċi li fihom ġew stabbiliti MRLs ibbażati fuq dejta xierqa u kompluta;

(2)

“tessut/prodott tal-ikel/speċi kkonċernata” tfisser tessut/prodott tal-ikel/speċi li għalihom qed titqies l-estrapolazzjoni;

(3)

“speċijiet maġġuri” tfisser il-bhejjem tal-ifrat, in-nagħaġ għal-laħam, il-ħnieżer, it-tiġieġ, inkluż il-bajd, u s-salmonidi;

(4)

“speċijiet minuri” tfisser kull speċi oħra minbarra l-ispeċijiet maġġuri;

(5)

“speċijiet relatati” tfisser speċijiet li jappartjenu għall-istess kategorija ta' speċijiet li jipproduċu l-ikel tar-ruminanti, tal-monogastriċi, tal-mammiferi, tal-għasafar jew tal-ħut;

(6)

“speċijiet mhux relatati” tfisser speċijiet li jappartjenu għal kategoriji differenti ta' speċijiet li jipproduċu l-ikel.

Artikolu 3

Prinċipji għall-estrapolazzjoni

L-EMA għandha tikkunsidra l-estrapolazzjoni tal-MRLs fejn ikun hemm MRL stabbilit jew status ta' “MRL mhux neċessarju” stabbilit għas-sustanza farmakoloġikament attiva u tkun tapplika waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin għall-ispeċi kkonċernata:

(1)

din l-ispeċi tkun relatata ma' speċi maġġuri ta' referenza li għaliha jkunu ġew stabbiliti l-MRLs jew ikun jeżisti status ta' “MRL mhux neċessarju” għat-tessut/għall-prodott tal-ikel ikkonċernat;

(2)

din l-ispeċi tkun relatata ma' speċi minuri ta' referenza li għaliha jkunu ġew stabbiliti l-MRLs jew ikun jeżisti status ta' “MRL mhux neċessarju” għat-tessut/għall-prodott tal-ikel ikkonċernat;

(3)

din l-ispeċi ma tkunx relatata mal-ispeċi ta' referenza li għaliha jkunu ġew stabbiliti l-MRLs jew ikun jeżisti status ta' “MRL mhux neċessarju” għat-tessut/għall-prodott tal-ikel ikkonċernat;

(4)

ġie stabbilit MRL għall-ispeċi kkonċernata iżda mhux għat-tessut/għall-prodott tal-ikel ikkonċernat.

Artikolu 4

Kriterji minimi għall-estrapolazzjoni

L-EMA tista' twettaq estrapolazzjoni biss meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-EMA ikollha għad-dispożizzjoni tagħha sett sħiħ ta' dejta dwar ir-residwi għall-ispeċi ta' referenza;

(b)

il-grad sa fejn hija metabolizzata s-sustanza farmakoloġikament attiva fl-ispeċi ta' referenza huwa stabbilit;

(c)

hemm metodu analitiku vvalidat kif xieraq għall-ispeċi ta' referenza;

(d)

meta tkun qed titqies l-estrapolazzjoni bejn speċijiet mhux relatati, ix-xebh tal-profili metaboliċi tal-ispeċi kkonċernata u tal-ispeċi ta' referenza huwa stabbilit;

(e)

l-MRLs estrapolati jwasslu biex id-Doża Massima Teoretika ta' Kuljum (it-TMDI) ma taqbiżx id-Doża Aċċettabbli ta' Kuljum (l-ADI);

(f)

għal sustanzi fejn ir-residwu markatur ma jinkludix il-kompost oriġinarju, huwa kkonfermat li r-residwu markatur jinsab fl-ispeċi kkonċernata/fil-prodott tal-ikel ikkonċernat;

(g)

fil-każ tal-estrapolazzjonijiet bejn prodotti differenti tal-ikel, porzjon mhux użat tal-ADI huwa disponibbli biex jakkomoda l-oġġett tal-ikel addizzjonali.

Artikolu 5

Estrapolazzjoni minn speċi maġġuri għal speċi minuri relatata

Meta tikkunsidra l-estrapolazzjoni tal-MRLs minn speċi maġġuri ta' referenza għal speċi minuri kkonċernata f'kategorija ta' speċijiet relatati, l-EMA għandha tapplika l-kriterji li ġejjin:

(a)

l-estrapolazzjoni tal-MRLs tal-ispeċi ta' referenza għall-ispeċi kkonċernata fuq bażi individwali tista' ssir f'każijiet fejn is-sustanza oriġinarja tkun ir-residwu markatur fl-ispeċi ta' referenza;

(b)

fejn is-sustanza oriġinarja ma tkunx ir-residwu markatur fl-ispeċi ta' referenza, l-applikant jista' jintalab jikkonferma li r-residwu markatur jinsab fil-prodotti tal-ikel/fit-tessuti kkonċernati;

(c)

l-MRLs stabbiliti għandhom jiġu estrapolati skont il-mudell stabbilit fl-Anness;

(d)

il-prodott tal-ikel/it-tessut tal-ispeċijiet maġġuri u minuri għandhom ikunu l-istess;

(e)

status ta' “MRL mhux neċessarju” jista' jiġi direttament estrapolat għall-ispeċi kkonċernata.

Artikolu 6

Estrapolazzjoni bejn speċijiet mhux relatati u minn speċi minuri ta' referenza għal speċi maġġuri kkonċernata

Meta tikkunsidra l-estrapolazzjoni tal-MRLs bejn speċijiet mhux relatati u minn speċi minuri ta' referenza għal speċi maġġuri kkonċernata, l-EMA għandha tapplika l-kriterji li ġejjin:

(a)

l-estrapolazzjoni fuq bażi individwali minn speċi minuri għal speċi maġġuri tista' tiġi ġġustifikata biss f'każijiet fejn ikun ċar li l-metaboliżmu fl-ispeċi ta' referenza u fl-ispeċi kkonċernata huwa simili;

(b)

fejn titqies l-estrapolazzjoni bejn speċijiet mhux relatati (inklużi speċijiet minuri), l-applikant jista' jintalab jipprovdi informazzjoni ta' appoġġ speċifiku għas-sustanza dwar ix-xebh fil-metaboliżmu bejn l-ispeċi ta' referenza u l-ispeċi kkonċernata;

(c)

fejn ikunu ġew stabbiliti l-MRLs għal aktar minn speċi waħda mhux relatata, is-sett ta' MRLs li jwassal għall-inqas doża għall-konsumaturi għandu jiġi estrapolat għall-ispeċi kkonċernata fuq bażi individwali;

(d)

l-EMA tista' tqis l-użu ta' fatturi tas-sigurtà speċifiċi oħra fuq il-bażi ta' każ b'każ biex jitqiesu inċertezzi speċifiċi fid-dejta;

(e)

status ta' “MRL mhux neċessarju” jista' jiġi estrapolat għall-ispeċi kkonċernata jekk il-metaboliżmu jkun simili;

(f)

l-estrapolazzjoni tal-MRLs mill-ispeċijiet terrestri għall-ħut bil-muskolu u bil-ġilda fi proporzjonijiet naturali hija possibbli direttament meta l-kompost oriġinarju jkun ir-residwu markatur u jkun ġie stabbilit MRL fil-muskolu tal-ispeċi ta' referenza;

(g)

ma għandhiex issir estrapolazzjoni tal-MRL mill-ħut għall-ispeċijiet mammiferi/tat-tjur.

Artikolu 7

Estrapolazzjoni minn prodott tal-ikel għall-ieħor

Meta tikkunsidra l-estrapolazzjoni minn prodott tal-ikel għall-ieħor, l-EMA għandha tapplika l-kriterji li ġejjin:

(a)

għall-estrapolazzjoni minn prodott tal-ikel għall-ieħor, għandu jintgħażel bħala punt tat-tluq l-iktar MRL baxx stabbilit għall-ispeċi biex minnu jinħareġ l-MRL għall-prodott tal-ikel ikkonċernat;

(b)

jista' wkoll ikun possibbli li jintuża l-porzjoni tal-ADI li jkun għad baqa' bħala l-punt tat-tluq u li jsir kalkolu dirett tal-MRL;

(c)

barra minn hekk, għall-istima tal-esponiment, għandha tintuża stima konservattiva tal-proporzjon tal-markatur meta mqabbel mar-residwi totali għall-kalkolu tat-TMDI;

(d)

l-estrapolazzjoni bejn il-prodotti tista' tkun teħtieġ aġġustament tal-valuri tal-MRL biex jitqiesu d-differenzi fiċ-ċifri tal-konsum;

(e)

meta jkun qed jiġi estrapolat MRL minn tessuti oħra għall-ħalib fl-istess speċi, għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi fiżikokimiċi tas-sustanza attiva u kif dawn il-karatteristiċi jistgħu jinfluwenzaw l-akkumulazzjoni fil-ħalib. L-użu tal-iktar proporzjon baxx tal-markatur meta mqabbel mar-residwi totali fit-tessuti jista' jkun aċċettabbli bħala punt tat-tluq li minnu jiġi ddeterminat il-proporzjon li għandu jintuża għall-ħalib;

(f)

ma għandhiex issir estrapolazzjoni tal-MRLs mit-tessuti tat-tjur għall-bajd tat-tjur;

(g)

fil-każ ta' estrapolazzjoni tal-MRLs għall-għasel għandhom jitqiesu l-punti li ġejjin:

(i)

l-applikant jista' jintalab jipprovdi dejta fiżikokimika u bijoloġika dwar l-istabbilità tar-residwu markatur u dwar il-prodotti ta' degradazzjoni probabbli (maġġuri) u l-formazzjoni possibbli tagħhom;

(ii)

fid-dawl tal-fatt li huwa mixtieq perjodu ta' rtirar ta' “l-ebda jum” għall-għasel, għandu jkun meħtieġ li d-dejta dwar ir-residwi turi li l-użu maħsub tas-sustanza fin-naħal iwassal għal livelli siguri tar-residwi fl-għasel, mingħajr ma jiġi applikat perjodu ta' rtirar. Dejta bħal din tista' tintuża wkoll biex jinħareġ l-MRL;

(iii)

l-MRLs jistgħu jiġu estrapolati għall-għasel biss meta tkun disponibbli informazzjoni li tikkonferma r-rilevanza tossikoloġika tar-residwi ewlenin (inklużi l-prodotti ta' degradazzjoni) fl-għasel u meta jkun ċar li l-għasel min-naħal ittrattat ikun fih residwi f'livell li jkun inqas mill-MRL anke mingħajr l-applikazzjoni ta' perjodu ta' rtirar.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.


ANNESS

Estrapolazzjoni minn speċi maġġuri għal speċi minuri:

Kategorija

MRLs eżistenti

Estrapolazzjoni għal

Ruminanti

Il-bhejjem tal-ifrat (il-laħam)

Ir-ruminanti l-oħra kollha (il-laħam) għajr in-nagħaġ

In-nagħaġ (il-laħam)

Ir-ruminanti l-oħra kollha (il-laħam) għajr il-bhejjem tal-ifrat

Il-bhejjem tal-ifrat u n-nagħaġ (il-laħam)

Ir-ruminanti kollha (il-laħam)

Il-ħalib tal-bhejjem tal-ifrat

Il-ħalib kollu tar-ruminanti

Monogastriċi

Il-ħnieżer

Il-mammiferi kollha monogastriċi

Għasafar

It-tiġieġ u l-bajd

It-tjur u l-bajd tat-tjur

Ħut

Is-salmonidi

Il-ħut kollu bil-ġewnaħ

Oħrajn

Jew bhejjem tal-ifrat, jew nagħaġ jew ħnieżer

Żwiemel u fniek

Jekk ikun hemm MRLs identiċi għar-ruminanti u l-monogastriċi

Il-mammiferi kollha

Jekk ikun hemm MRLs identiċi għall-bhejjem tal-ifrat (jew għan-nagħaġ), għall-ħnieżer u għat-tiġieġ

L-annimali kollha li jipproduċu l-ikel (għajr il-ħut)


24.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/881

tat-23 ta' Mejju 2017

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar, fir-rigward tal-modalitajiet u l-istruttura tar-rapporti ta' kwalità u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1151/2010

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) u 6(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 763/2008 jistabbilixxi regoli komuni għall-provvista deċennali tad-dejta komprensiva dwar il-popolazzjoni u d-djar.

(2)

Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/712 (2), iċ-ċensiment li jmiss tal-popolazzjoni u tad-djar għandu jirrigwarda s-sena ta' referenza 2021.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1151/2010 (3) stabbilixxa l-modalitajiet u l-istruttura tar-rapporti tal-kwalità u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar għas-sena ta' referenza 2011.

(4)

Għall-finijiet taċ-ċensiment li jmiss tal-popolazzjoni u tad-djar tal-2021, u sabiex tiġi vvalutata l-kwalità tad-dejta trażmessa lill-Kummissjoni (il-Eurostat), huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti modalitajiet ġodda u struttura ġdida għar-rapporti tal-kwalità u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta.

(5)

Skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 763/2008, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-dejta u l-metadejta vvalidati b'mod elettroniku, b'format tekniku xieraq li għandha tadotta l-Kummissjoni. L-inizjattiva tal-Iskambju tad-Dejta u l-Metadejta Statistiċi (SDMX) dwar l-istandards statistiċi u tekniċi għall-iskambju u l-kondiviżjoni tad-dejta u l-metadejta, li fuqha hija bbażata l-pjattaforma taċ-ċensiment (“Census Hub”), tnediet mill-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kummissjoni (Eurostat), il-Fond Monetarju Internazzjonali, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), in-Nazzjonijiet Uniti u l-Bank Dinji. Għall-iskambju tal-istatistiki uffiċjali, l-inizjattiva SDMX u l-pjattaforma taċ-ċensiment (“Census Hub”) jipprovdu standards statistiċi, tekniċi u tat-trażmissjoni. Għaldaqstant għandu jiddaħħal format tekniku b'konformità ma' dawk l-istandards.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2010 jeżiġi li l-Istati Membri jaħżnu d-dejta taċ-ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar għas-sena ta' referenza 2011 sal-1 ta' Jannar 2025. Sabiex l-utenti jkunu jistgħu jagħmlu paraguni bejn iż-żewġ ċensimenti, id-dejta taċ-ċensiment tal-2011 għandha tkun disponibbli sal-1 ta' Jannar 2035 b'mod parallel mad-dejta tal-2021.

(7)

Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 1151/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistipula l-modalitajiet u l-istruttura tar-rapporti tal-Istati Membri dwar il-kwalità tad-dejta li huma jittrażmettu lill-Kummissjoni (il-Eurostat) miċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar tagħhom għas-sena ta' referenza 2021, u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Id-definizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 763/2008, fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/543 (4) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/712 għandhom japplikaw għall-fini ta' dan ir-Regolament.

Għandhom japplikaw ukoll dawn id-definizzjonijiet:

1.

“unità statistika” tfisser l-unità ta' osservazzjoni bażika, jiġifieri persuna fiżika, unità domestika, familja, post tal-għajxien, jew akkomodazzjoni konvenzjonali;

2.

“enumerazzjoni individwali” tfisser il-ġbir tal-informazzjoni fuq kull unità statistika sabiex il-karatteristiċi tagħha jkunu jistgħu jiġu rreġistrati separatament kif ukoll ikunu soġġetti għal klassifikazzjoni inkroċjata ma' karatteristiċi oħra;

3.

“simultanjetà” tfisser li l-informazzjoni miksuba f'ċensiment jirreferi għall-istess waqt (data ta' referenza);

4.

“universalità fi ħdan territorju definit” tfisser li d-dejta tkun provduta għall-unitajiet statistiċi kollha fi ħdan territorju definit b'mod preċiż. Meta l-unitajiet statistiċi jkunu persuni, “universalità fi ħdan territorju definit” tfisser li d-dejta tkun provduta abbażi ta' informazzjoni għall-persuni kollha li għandhom r-residenza abitwali tagħhom fit-territorju definit (popolazzjoni totali);

5.

“disponibbiltà tad-dejta għal żona żgħira” tfisser id-disponibbiltà tad-dejta għal żoni ġeografiċi żgħar u għal gruppi żgħar ta' unitajiet statistiċi;

6.

“perjodiċità definita” tfisser it-twettiq regolari ta' ċensimenti fil-bidu ta' kull deċennju, inkluża l-kontinwità tar-reġistri;

7.

“sors tad-dejta” tfisser is-sett ta' rekords tad-dejta għall-unitajiet statistiċi u/jew avvenimenti relatati mal-unitajiet statistiċi li jifforma bażi għall-produzzjoni tad-dejta taċ-ċensiment dwar suġġett speċifiku jew iktar għal popolazzjoni fil-mira speċifikata;

8.

“popolazzjoni fil-mira” tfisser is-sett ta' unitajiet statistiċi f'żona ġeografika definita fid-data ta' referenza li jikkwalifikaw għar-rappurtar ta' suġġett speċifiku jew iktar. Tinkludi għal darba biss kull unità statistika valida;

9.

“stima tal-popolazzjoni fil-mira” tfisser l-aqwa approssimazzjoni disponibbli tal-popolazzjoni fil-mira. Tikkonsisti mill-popolazzjoni fiċ-ċensiment biż-żieda tas-sottokopertura u bis-soprakopertura mnaqqsa;

10.

“popolazzjoni fiċ-ċensiment” tfisser is-sett ta' unitajiet statistiċi li jkun rappreżentat fattwalment mir-riżultati taċ-ċensiment dwar wieħed mis-suġġetti speċifikati jew iktar għal popolazzjoni fil-mira speċifikata. Ir-rekords tad-dejta għall-popolazzjoni fiċ-ċensiment huma dwak fis-sors tad-dejta għall-popolazzjoni fil-mira speċifikata, inklużi r-rekords imputati kollha u esklużi r-rekords imħassra kollha. Jekk sors tad-dejta jinkludi, bħala kwistjoni ta' prinċipju metodoloġiku, rekords tad-dejta għal kampjun biss tal-unitajiet statistiċi fl-istima tal-popolazzjoni fil-mira, il-popolazzjoni taċ-ċensiment tinkludi s-sett komplementari ta' unitajiet statistiċi, flimkien mal-unitajiet statistiċi fil-kampjun;

11.

“sett komplementari ta' unitajiet statistiċi” tfisser is-sett ta' dawk l-unitajiet statistiċi li jappartjenu għal stima ta' popolazzjoni fil-mira, imma li fir-rigward tagħhom, bħala riżultat tal-metodoloġija applikata tal-kampjunar, is-sors tad-dejta ma fih l-ebda rekord tad-dejta;

12.

“valutazzjoni tal-kopertura” tfisser studju tad-differenza bejn popolazzjoni fil-mira speċifikata u l-popolazzjoni tagħha fiċ-ċensiment;

13.

“stħarriġ ta' wara l-enumerazzjoni” tfisser stħarriġ li sar ftit wara l-enumerazzjoni għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-kopertura u tal-kontenut;

14.

“sottokopertura” tfisser is-sett tal-unitajiet statistiċi kollha li jappartjenu għal popolazzjoni fil-mira speċifikata, imma li mhumiex inklużi fil-popolazzjoni korrispondenti taċ-ċensiment;

15.

“soprakopertura” tfisser is-sett tal-unitajiet statistiċi kollha li jkunu inklużi f'popolazzjoni f'ċensiment użat biex jirrapporta dwar popolazzjoni fil-mira speċifikata, mingħajr ma jkun jappartjeni għal dik il-popolazzjoni fil-mira;

16.

“imputazzjoni tar-rekord” tfisser l-assenjazzjoni ta' rekord tad-dejta artifiċjali imma plawżibbli għal eżattament żona ġeografika waħda fl-iktar livell ġeografiku dettaljat li għalih ġiet prodotta dejta għaċ-ċensiment, u l-imputazzjoni ta' dak ir-rekord tad-dejta f'sors tad-dejta;

17.

“tħassir ta' rekord” tfisser l-att ta' tħassir jew li jiġi injorat/ma jitqiesx rekord tad-dejta li jkun inkluż f'sors tad-dejta użat biex jirrapporta dwar popolazzjoni fil-mira speċifikata, imma ma jirrapporta l-ebda informazzjoni valida dwar xi unità statistika fi ħdan il-popolazzjoni fil-mira;

18.

“imputazzjoni ta' partita” tfisser l-inseriment ta' valur artifiċjali imma plawżibbli dwar suġġett speċifiku f'rekord tad-dejta li jkun jeżisti diġà f'sors tad-dejta imma ma jkunx fih dan il-valur jew fih valur li huwa kkunsidrat bħala implawżibbli;

19.

“dejta bbażata fuq il-kwestjonarji” tfisser dejta li tkun inkisbet oriġinalment minn min iwieġeb kwestjonarju fil-kuntest ta' ġbir ta' dejta statistika li tirreferi għal waqt speċifiku;

20.

“tagħqid ta' rekords” tfisser il-proċess ta' fużjoni ta' informazzjoni minn sorsi tad-dejta differenti permezz tat-tqabbil tar-rekords għall-unitajiet statistiċi individwali u l-fużjoni ta' informazzjoni li tirreferi għall-istess unità statistika;

21.

“identifikatur uniku” tfisser element varjabbli jew sett ta' elementi varjabbli fir-rekords tad-dejta f'sors tad-dejta jew kwalunkwe lista ta' unitajiet statistiċi li tintuża

biex jiġi vverifikat li s-sors tad-dejta (jew lista ta' unitajiet statistiċi) jinkludi mhux iktar minn rekord tad-dejta wieħed għal kull unità statistika, u/jew

għal tagħqid ta' rekords;

22.

“reġistru” tfisser repożitorju tal-informazzjoni dwar l-unitajiet statistiċi li jkun aġġornat direttament tul l-avvenimenti li jaffettwaw l-unitajiet statistiċi;

23.

“dejta bbażata fuq ir-reġistri” tfisser dejta li tkun ġor-reġistri jew meħuda minnhom;

24.

“tqabbil ta' reġistri” tfisser tagħqid ta' rekords fejn is-sorsi tad-dejta mqabbla kollha jinżammu f'reġistri;

25.

“estrazzjoni tad-dejta” tfisser il-proċess biex tinkiseb informazzjoni għaċ-ċensiment minn informazzjoni miżmuma f'reġistru u relatata ma' unitajiet statistiċi individwali;

26.

“kodifikazzjoni” tfisser il-proċess biex l-informazzjoni tinqaleb f'kodiċijiet li jirrappreżentaw il-klassijiet fi ħdan skema ta' klassifikazzjoni;

27.

“qbid” tfisser il-proċess li bih id-dejta miġbura tiġi importata f'forma xierqa għal proċessar ulterjuri;

28.

“editjar tar-rekord” tfisser il-proċess ta' kontroll u modifika tar-rekords tad-dejta biex isiru plawżibbli filwaqt li jiġu ppreservati partijiet ewlenin tagħhom;

29.

“ġenerazzjoni ta' unità domestika” tfisser l-identifikazzjoni ta' unità domestika privata skont il-kunċett ta' min ikun resident fl-unità domestika kif definit fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/543 taħt is-suġġett “Stat ta' unità domestika”;

30.

“ġenerazzjoni ta' familja” tfisser l-identifikazzjoni ta' familja bbażata fuq informazzjoni dwar jekk il-persuni jgħixux fl-istess unità domestika, imma mingħajr informazzjoni jew informazzjoni mhux kompluta dwar ir-relazzjonijiet familjari bejniethom. It-terminu “familja” huwa speċifikat bħala n-“nukleu ta' familja” fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/543 taħt is-suġġett “Stat ta' familja”;

31.

“unità bla informazzjoni” tfisser in-nuqqas ta' ġbir tad-dejta mingħand unità statistika li qiegħda fil-popolazzjoni taċ-ċensiment;

32.

“kontroll ta' żvelar statistiku” tfisser il-metodi u l-proċessi applikati sabiex jiġi minimizzat ir-riskju li tinkixef informazzjoni dwar unitajiet statistiċi individwali meta tiġi rilaxxata informazzjoni statistika;

33.

“stima” tfisser il-kalkolu ta' stimi statistiċi li jużaw formula matematika u/jew algoritmu applikat għad-dejta disponibbli;

34.

“definizzjoni tal-istruttura tad-dejta” tfisser sett ta' metadejta strutturali assoċjat ma' sett ta' dejta, li jinkludi informazzjoni dwar kif is-suġġetti jkunu assoċjati mal-miżuri, id-dimensjonijiet, u l-attributi ta' iperkubu, flimkien ma' kategorizzazzjonijiet u informazzjoni dwar ir-rappreżentanza tad-dejta u tal-metadejta deskrittiva relatata.

Artikolu 3

Il-metadejta u r-rappurtar tal-kwalità

Sal-31 ta' Marzu 2024 l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni (il-Eurostat) l-informazzjoni ġenerali u d-dejta relatata mal-kwalità u l-metadejta speċifikata fl-Anness ta' dan ir-Regolament b'referenza għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar għas-sena ta' referenza 2021 u għad-dejta u l-metadejta trażmessi lill-Kummissjoni (il-Eurostat) skont ir-Regolament (UE) 2017/712.

Artikolu 4

Is-sorsi tad-dejta

Kull Stat Membru għandu jirrapporta dwar kull sors tad-dejta użat għall-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 763/2008, b'mod partikolari sabiex:

(a)

jiġu ssodisfati l-karatteristiċi essenzjali elenkati fil-punt (i) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 763/2008;

(b)

tiġi rappreżentata l-popolazzjoni fil-mira;

(c)

issir konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/543; u

(d)

isir kontribut għall-forniment ta' dejta għall-programm tad-dejta statistika stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/712.

Artikolu 5

Aċċess għall-informazzjoni rilevanti

1.   Meta titlobhom, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (il-Eurostat) aċċess għal kull informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tal-kwalità tad-dejta u tal-metadejta trażmessi skont ir-Regolament (UE) 2017/712.

2.   B'konformità mal-paragrafu 1, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati li jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) mikrodejta u dejta kunfidenzjali.

Artikolu 6

Il-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta

Il-format tekniku li għandu jintuża għat-trażmissjoni tad-dejta u l-metadejta għas-sena ta' referenza 2021 għandu jkun il-format tal-Iskambju ta' Dejta u Metadejta Statistiċi (SDMX) kif implimentat mill-pjattaforma taċ-ċensiment (“Census Hub”). L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-dejta meħtieġa b'konformità mad-definizzjonijiet tal-istruttura tad-dejta u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relatati pprovduti mill-Kummissjoni (Eurostat). L-Istati Membri għandhom jaħżnu d-dejta u l-metadejta meħtieġa sal-1 ta' Jannar 2035, għal kull trażmissjoni futura mitluba mill-Kummissjoni (il-Eurostat).

Artikolu 7

Emenda fir-Regolament(UE) Nru 1151/2010

Fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2010, it-tielet sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jaħżnu d-dejta u l-metadejta għas-sena ta' referenza 2011 sal-1 ta' Jannar 2035. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati li jagħmlu bidliet jew reviżjonijiet f'din id-dejta wara l-1 ta' Jannar 2025. L-Istati Membri li jagħżlu jagħmlu dan għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (il-Eurostat) dwar il-bidliet jew ir-reviżjonijiet qabel ma jiġu implimentati.”

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 218, 13.8.2008, p. 14.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/712 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi s-sena ta' referenza u l-programm tad-data statistika u tal-metadata għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar previst bir-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 105, 21.4.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1151/2010 tat-8 ta' Diċembru 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar, fir-rigward tal-modalitajiet u l-istruttura tar-rapporti ta' kwalità u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta (ĠU L 324, 9.12.2010, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/543 tat-22 ta' Marzu 2017 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 763/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-suġġetti u tal-kategorizzazzjonijiet tagħhom (ĠU L 78, 23.3.2017, p. 13).


ANNESS

Il-kontenut u l-istruttura tar-rapporti tal-kwalità għat-trażmissjoni tad-dejta

L-informazzjoni testwali u kwantitattiva tal-metadejta fir-rigward taċ-ċensimenti tal-popolazzjoni u tad-djar li saru fl-Istati Membri għas-sena ta' referenza 2021 tinkludi t-taqsimiet li ġejjin:

1.   ĦARSA ĠENERALI

1.1.   Il-kuntest ġuridiku

1.2.   Il-korpi responsabbli

2.   IS-SORSI TAD-DEJTA

2.1.   Klassifika tas-sorsi tad-dejta skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 763/2008

2.2.   Lista tas-sorsi tad-dejta użati għaċ-ċensiment tal-2021

2.3.   Matriċi “Sorsi tad-dejta Suġġetti x”

2.4.   L-adegwatezza tas-sorsi tad-dejta sa liema punt dawn jissodisfaw il-fatturi essenzjali (l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 763/2008).

2.4.1.    In-numerazzjoni individwali;

2.4.2.    Is-simultanjetà;

2.4.3.    L-universalità fi ħdan territorju definit;

2.4.4.    Id-disponibbiltà tad-dejta dwar żoni żgħar;

2.4.5.    Perjodiċità definita.

3.   IĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA TAĊ-ĊENSIMENT

3.1.   Id-data ta' referenza

L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-data ta' referenza lill-Kummissjoni (il-Eurostat) skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/712.

3.2.   It-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-ġbir tad-dejta

3.2.1.   Id-dejta bbażata fuq il-kwestjonarji

it-tfassil u l-ittestjar tal-kwestjonarji (inklużi l-kopji tal-kwestjonarji finali kollha);

it-tħejjija ta' kull lista tal-indirizzi, it-tħejjija tal-ħidma fuq il-post, il-kartografija, il-pubbliċità;

il-ġbir tad-dejta (inkluż il-ħidma fuq il-post);

l-obbligu legali biex tinġabar l-informazzjoni, l-inċentivi biex tiġi pprovduta informazzjoni li tkun veritiera jew ir-raġunijiet possibbli biex tingħata informazzjoni falza.

3.2.2.   Id-dejta bbażata fuq ir-reġistri

il-ħolqien ta' reġistri ġodda mill-2011 'il quddiem (meta jkun applikabbli);

it-tfassil mill-ġdid tar-reġistri eżistenti mill-2011 'il quddiem (inkluż il-bidliet fil-kontenuti tar-reġistri, l-adattament tal-popolazzjoni taċ-ċensiment, l-adattament tad-definizzjonijiet u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi) (meta jkun applikabbli);

iż-żamma tar-reġistri (għal kull reġistru użat għaċ-ċensiment tal-2021), inkluż

il-kontenut tar-reġistru (l-unitajiet statistiċi u informazzjoni dwarhom, kull editjar tar-rekords u/jew imputazzjoni ta' partita u ta' rekord fir-reġistru),

ir-responsabbiltajiet amministrattivi,

l-obbligu legali biex tiġi rreġistrata l-informazzjoni, l-inċentivi biex tiġi pprovduta informazzjoni li tkun veritiera u r-raġunijiet possibbli biex tingħata informazzjoni falza,

id-dewmien fir-rappurtar, b'mod partikolari d-dewmien legali/uffiċjali, id-dewmien għar-reġistrazzjoni tad-dejta, ir-rappurtar tardiv,

il-valutazzjoni ta' u r-regolazzjoni għall-każijiet ta' nuqqas ta' reġistrazzjoni, nuqqas ta' direġistrazzjoni u ta' reġistrazzjoni multipla,

kull reviżjoni ewlenija tar-reġistri jew aġġornament ta' rekords li jaffettwaw id-dejta taċ-ċensiment tal-2021, il-perjodiċità tar-reviżjonijiet tar-reġistri,

l-użu, inkluż l-“użu statistiku tar-reġistru mhux għall-finijiet taċ-ċensiment” u l-“użu tar-reġistru mhux għal finijiet statistiċi (eż. għal finijiet amministrattivi)”;

it-tqabbil u t-tagħqid tar-reġistri (inkluż l-identifikatur(i) użat(i) għat-tagħqid tar-rekords);

l-estrazzjoni tad-dejta.

3.2.3.   Id-dejta miġbura b'kampjun

Għas-suġġetti li l-informazzjoni dwarhom inġabret b'kampjun, il-metadejta għandu jkun fiha wkoll deskrizzjonijiet:

tat-tfassil tat-teħid tal-kampjuni,

tal-metodoloġiji użati għal xi stimi, mudelli jew imputazzjonijiet,

tad-distorsjonijiet possibbli fl-istima minħabba l-metodoloġiji applikati,

tal-formuli u l-algoritmi użati biex jiġi kkalkulat l-iżball standard.

3.2.4.   Id-dejta miġbura b'metodi kkumbinati (id-dejta bbażata fuq aktar minn tip wieħed ta' sors tad-dejta)

Għas-suġġetti li l-informazzjoni dwarhom inġabret b'metodi kkumbinati, il-metadejta għandu jkun fiha wkoll:

deskrizzjoni tal-metodi (it-tipi tas-sorsi tad-dejta użati u kif l-informazzjoni mingħand sorsi differenti ġiet ikkumbinata, kif id-diversi sorsi u metodi użati jikkumplimentaw u jappoġġaw lil xulxin u, jekk applikabbli, liema partijiet tal-popolazzjoni kienu koperti minn liema sors),

kull kwistjoni oħra tal-kwalità marbuta mal-proċess tal-użu ta' metodi kkumbinati.

3.3.   L-ipproċessar u l-evalwazzjoni

3.3.1.   L-ipproċessar tad-dejta (inkluż il-qbid, il-kodifikazzjoni, l-identifikazzjoni tal-varjabbli, l-editjar tar-rekords, l-imputazzjoni tar-rekords, it-tħassir tar-rekords, l-istima, it-tagħqid tar-rekords inkluż l-identifikazzjoni tal-varjabbli użat(i) għat-tagħqid tar-rekords, il-ġenerazzjoni tal-unitajiet domestiċi u tal-familji, il-miżuri biex tiġi identifikata u limitata unità bla informazzjoni);

3.3.2.   L-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-kopertura, il-metodoloġija biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' rispons, l-istħarriġ(iet) postenumerazzjoni (meta jkun applikabbli), il-validazzjoni tad-dejta finali: il-metodu tal-valutazzjoni tas-sottokopertura u tas-soprakopertura, inkluż l-informazzjoni dwar il-kwalità tal-istimi tas-sottokopertura u tas-soprakopertura.

3.4.    It-tixrid (il-kanali tat-tixrid, l-iżgurar tal-kunfidenzjalità statistika inkluż il-kontroll tal-iżvelar statistiku)

3.5.   Miżuri li jiżguraw il-kosteffettività

4.   VALUTAZZJONI TAL-KWALITÀ TAD-DEJTA

4.1.   Il-komparabbiltà

Għal kull suġġett, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar kull devjazzjoni mill-kunċetti u d-definizzjonijiet meħtieġa jew kull prassi fl-Istat Membru li tista' xxekkel il-komparabbiltà tad-dejta fil-livell tal-UE.

Għas-suġġett “Stat ta' attività attwali”, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar kull metodu tal-istima li ntuża biex id-dejta tiġi aġġustata bil-għan li tiġi rispettata aktar id-definizzjoni stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/543. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar kemm is-sorsi tad-dejta u kull metodu tl-istima li jintuża jwassal għal devjazzjoni mid-definizzjoni ta' “Stat ta' attività attwali” stabbilita f'dak ir-Regolament.

4.2.   It-tempestività u l-puntwalità

Fil-livell nazzjonali għandha tingħata din l-informazzjoni li ġejja:

id-data/i kalendarja/i tat-trażmissjoni tad-dejta lill-Kummissjoni (il-Eurostat), imqassma permezz ta' iperkubi;

id-data/i tar-reviżjoni(jiet) ewlenin tad-dejta trażmessa, imqassma permezz ta' iperkubi;

id-data/i kalendarja/i tat-trażmissjoni tal-metadejta.

Fil-każ ta' reviżjonijiet ewlenin mill-1 ta' April 2024, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data(i) rispettiva/i separatament lill-Kummissjoni (il-Eurostat) fi żmien ġimgħa.

4.3.   Il-koerenza

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar kull inkonsistenza sinifikanti bejn id-dejta trażmessa fis-settijiet differenti tad-dejta kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/712.

4.4.   Il-kopertura u l-preċiżjoni

Biex tindika l-kopertura, għandhom jiġu pprovduti dawn il-valuri assoluti li ġejjin għall-għadd tal-persuni fil-livell nazzjonali u għandhom jiġu diżaggregati skont is-sess u l-gruppi ġenerali tal-etajiet kif definit fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/543:

(a)

il-popolazzjoni taċ-ċensiment;

(b)

in-numru totali ta' imputazzjonijiet tar-rekords;

(c)

in-numru totali ta' tħassir tar-rekords;

(d)

is-sottokopertura (stima);

(e)

is-soprakopertura (stima);

(f)

l-istima tal-popolazzjoni fil-mira.

Għall-valutazzjoni tal-preċiżjoni għandhom jiġu pprovduti dawn il-valuri assoluti li ġejjin għall-għadd tal-persuni fil-livell nazzjonali u għandhom jiġu diżaggregati skont is-sess u l-gruppi ġenerali tal-etajiet kif definit fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/543:

(a)

il-popolazzjoni taċ-ċensiment:

(b)

l-għadd ta' rekords tad-dejta osservati fuq is-suġġett, derivati miċ-ċensiment tradizzjonali;

(c)

l-għadd ta' rekords tad-dejta osservati fuq is-suġġett, derivati mir-reġistri amministrattivi;

(d)

l-għadd ta' rekords tad-dejta osservati fuq is-suġġett, derivati minn stħarriġiet kumpjunarji;

(e)

l-għadd ta' rekords tad-dejta osservati dwar is-suġġett, derivati minn sorsi tad-dejta multipli;

(f)

is-sett komplementari ta' unitajiet statistiċi dwar is-suġġett (għall-kampjuni);

(g)

in-numru ta' osservazzjonijiet imputati dwar is-suġġett;

(h)

in-numru ta' rekords b'informazzjoni nieqsa dwar is-suġġett.

Il-valuri assoluti ta' hawn fuq għall-valutazzjoni tal-preċiżjoni għandhom jiġu pprovduti għas-suġġetti taċ-ċensiment li ġejjin:

(a)

Stat Ċivili De Iure (LMS);

(b)

Stat ta' familja (FST);

(c)

Stat ta' unità domestika (HST);

(d)

Stat ta' attività attwali;

(e)

Professjoni (OCC);

(f)

Industrija (IND);

(g)

Status fl-impjieg (SIE);

(h)

Lok tal-post tax-xogħol (LPW);

(i)

Livell edukattiv milħuq (EDU);

(j)

Pajjiż/Post tat-twelid (POB);

(k)

Pajjiż taċ-ċittadinanza (COC);

(l)

Sena tal-wasla fil-pajjiż mill-2010 'l quddiem (YAT);

(m)

Sena tal-wasla fil-pajjiż mill-1980 'il quddiem (YAE);

(n)

Residenza abitwali sena qabel iċ-ċensiment (ROY);

(o)

Arranġamenti ta' akkomodazzjoni (HAR).

4.5.   Il-kompletezza

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar il-livell ta' kompletezza tad-dejta f'termini tar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 763/2008. Dawn għandhom jagħtu dettalji fuq is-suġġetti taċ-ċensiment u t-tqassim assoċjat li għalihom ma hemmx dejta pprovduta.

4.6.   Ir-rilevanza

Fil-livell tal-Unjoni għandha tingħata din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-azzjonijiet li ttieħdu biex jiġu identifikati u ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utenti;

(b)

il-monitoraġġ tal-livell tal-estrazzjonijiet tad-dejta.


24.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/882

tat-23 ta' Mejju 2017

dwar id-derogi mir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokoll 1 tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-Istati EPA SADC min-naħa l-oħra, li japplikaw fi kwota għal ċerti prodotti min-Namibja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2016/1623 (2), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-Istati EPA SADC min-naħa l-oħra (3) (“il-Ftehim”). L-Istati EPA SADC huma l-Botswana, il-Lesoto, il-Mozambique, in-Namibja, is-Swaziland u l-Afrika t'Isfel. Skont id-Deċiżjoni (UE) 2016/1623, il-Protokoll irid jiġi applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu. Il-Ftehim jibda japplika fuq bażi provviżorja mill-10 ta' Ottubru 2016.

(2)

Il-Protokoll 1 tal-Ftehim jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti tal-oriġini” u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva. Għal prodott speċifiku, jiġifieri t-tonn Albacore ppreparat jew ippreservat (Thunnus alalunga) tal-Intestatura SA 1604, manifatturat minn tonn Albacore mhux tal-oriġini tal-Intestaturi SA 0302 jew 0303, l-Artikolu 43 ta' dak il-Protokoll jipprovdi għal deroga awtomatika mir-regoli tal-oriġini stabbiliti f'dak il-Protokoll fil-qafas tal-kwota annwali mogħtija lin-Namibja. Għaldaqstant jeħtieġ jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk id-derogi għall-importazzjonijiet min-Namibja.

(3)

Il-kwota stabbilita fl-Artikolu 43(10) għall-Protokoll 1 tal-Ftehim jenħtieġ tiġi ġestita mill-Kummissjoni abbażi tal-ordni kronoloġika tad-dati ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera b'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (4).

(4)

L-intitolament li wieħed jibbenefika mill-konċessjonijiet tariffarji jenħtieġ ikun soġġett għall-preżentazzjoni tal-prova rilevanti tal-oriġini lill-awtoritajiet doganali.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni mingħajr intoppi tas-sistema tal-kwoti stabbilita mill-Protokoll, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess data bħal dik tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-derogi mir-regoli tal-oriġini favur in-Namibja stabbiliti fl-Artikolu 43(10) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-Istati EPA SADC min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), għandhom japplikaw fi ħdan il-kwota stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Sabiex jibbenifikaw mid-derogi stabbiliti fl-Artikolu 1, il-prodotti elenkati fl-Anness għandu jkollhom magħhom prova tal-oriġini kif stabbilit fl-Anness III tal-Protokoll 1 tal-Ftehim.

Dan li ġej għandu jitniżżel fil-kaxxa 7 taċ-ċertifikat taċ-ċaqliq EUR.1 maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tan-Namibja skont dan ir-Regolament: “Deroga — Regolament (UE) 2017/882”.

Artikolu 3

Il-kwota stabbilita fl-Anness għandha tiġi ġestita b'konformità mal-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-10 ta' Ottubru 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1623 tal-1 ta' Ġunju 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja ta' Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (ĠU L 250, 16.9.2016, p. 1).

(3)   ĠU L 250, 16.9.2016, p. 3.

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-lingwaġġ tad-deskrizzjoni tal-prodotti fil-ħames kolonna ta' din it-tabella għandu jiġi kkunsidrat li għandu biss valur indikattiv. L-iskema preferenzjali hija determinata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kodiċijiet NM applikabbli fil-mument tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

Nru tal-Ordni

Kodiċi NM

Subdiviżjoni TARIC

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-kwota

Volum tal-kwota (f'tunnellati ta' piż nett jekk mhux speċifikat mod ieħor)

09.1600

ex 1604 14 41

ex 1604 14 46

ex 1604 14 48

ex 1604 20 70

30

92 , 97

30

92 , 97

Tonn Albacore ppreparat jew ippreservat (Thunnus alalunga) tal-Intestatura SA 1604 , manifatturat minn tonn Albacore mhux tal-oriġini tal-Intestaturi SA 0302 jew 0303

Mill-10.10 sal-31.12.2016

178

Mill-1.1 sal-31.12.2017 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.1 sal-31.12.

800


DEĊIŻJONIJIET

24.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/883

tal-11 ta' Mejju 2017

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda fil-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (Linja Baġitarja 12 02 01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE.

(3)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet.

(4)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE f'azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tas-servizzi finanzjarji.

(5)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2017.

(6)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

R. GALDES


(1)   ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)   ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2017

ta' …

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE rigward kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE f'azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq uniku għal servizzi finanzjarji.

(2)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2017,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 7(11) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, il-kliem “is-sena finanzjarja 2016” huma sostitwiti bil-kliem “is-snin finanzjarji 2016 u 2017”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(*1)  [M'hemm ebda rekwiżit kostituzzjonali indikat.] [Hemm rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]


24.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/884

tat-22 ta' Mejju 2017

li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Iżvezja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Żvediż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fl-20 ta' Lulju 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1203 (4), is-Sinjura Lotta HÅKANSSON HARJU ġiet sostitwita mis-Sinjura Anna LJUNGDELL bħala membru.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Anna LJUNGDELL, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Hija b'dan maħtura membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sinjura Camilla JANSON, Ledamot i kommunfullmäktige, Upplands-Bro kommun.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

E. BARTOLO


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1203 tal-20 ta' Lulju 2015 li taħtar tliet membri Żvediżi u sitt membri supplenti Żvediżi fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 195, 23.7.2015, p. 44).


24.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/885

tat-22 ta' Mejju 2017

li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Nils WIECHMANN, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Hija b'dan maħtura membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sinjura Heike SCHARFENBERGER, Mitglied des Landtags Rheinland-Pfalz.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

E. BARTOLO


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


24.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/886

tat-22 ta' Mejju 2017

li taħtar tliet membri u sitt membri supplenti, proposti mir-Repubblika Ċeka, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ċek,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur Josef NOVOTNÝ u tas-Sinjura Jana VAŇHOVÁ saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta' dan is-Sur Ondřej BENEŠÍK (Councillor of Strání municipality) ġie propost.

(4)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur Jiří BĚHOUNEK, is-Sur Jan BIRKE, is-Sur Stanislav MIŠÁK, is-Sur Martin NETOLICKÝ u s-SUR Jiří ROZBOŘIL saru vakanti s-siġġijiet ta' ħames membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(5)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Pavel BRANDA bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

(a)

Bħala membri:

Is-Sinjura Jaroslava POKORNÁ JERMANOVÁ, Zastupitelka Středočeského kraje,

Is-Sur Ondřej BENEŠÍK, Zastupitel Zlínského kraje (change of mandate),

Is-Sur Pavel BRANDA, Zastupitel obce Rádlo,

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sur Zdeněk KARÁSEK, Zastupitel Moravskoslezského kraje,

Is-Sur Pavel PACAL, Zastupitel Kraje Vysočina,

Is-Sur Miroslav KUBÁSEK, Zastupitel Jihomoravského kraje,

Radim SRŠEŇ, Zastupitel Olomouckého kraje,

Is-Sur Věslav MICHALIK, Zastupitel Středočeského kraje,

Is-Sur František JOHN, Zastupitel města Zábřeh.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

E. BARTOLO


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


24.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/25


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/887

tat-22 ta' Mejju 2017

dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer mit-Tuneżija u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/675

(notifikata bid-dokument C(2017) 3221)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/496/KEE tistabbilixxi l-prinċipji tal-verifiki veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. Din tistabbilixxi l-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni jekk marda li tista' tkun ta' theddida serja għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika timmanifesta ruħha jew tinfirex fit-territorju ta' pajjiż terz.

(2)

Id-Direttiva 97/78/KE tistabbilixxi l-prinċipji tal-verifiki veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. Din tistabbilixxi l-miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni jekk marda li tista' tkun ta' theddida serja għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika timmanifesta ruħha jew tinfirex fit-territorju ta' pajjiż terz.

(3)

Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer hija waħda mill-aktar mard li jittieħed malajr fl-annimali tal-ifrat, fin-nagħaġ, fil-mogħoż u fil-ħnieżer. Il-vajrus li jikkawża din il-marda għandu l-potenzjal li jinfirex malajr, l-iktar permezz ta' prodotti li jinkisbu minn annimali infettati u oġġetti mhux ħajjin kontaminati, inklużi l-mezzi tat-trasport bħall-vetturi għall-ġarr tal-bhejjem. Skont it-temperatura li tkun, il-vajrus jista' jippersisti wkoll għal diversi ġimgħat f'ambjent kontaminat 'il barra minn ġisem l-annimal li jkollu l-marda.

(4)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/675 (3) ġiet adottata wara tifqigħat tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Alġerija u stabbiliet miżuri ta' protezzjoni fil-livell tal-Unjoni li jqisu s-sopravivenza tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-ambjent u r-rotot ta' trażmissjoni potenzjali ta' dak il-vajrus.

(5)

Dawk il-miżuri jipprevedu t-tindif u d-diżinfezzjoni xierqa tal-vetturi u tal-bastimenti għall-ġarr tal-bhejjem mill-Alġerija li jidħlu fit-territorju tal-Unjoni kemm b'mod dirett kif ukoll bi tranżitu mill-Marokk jew mit-Tuneżija, peress li dan huwa l-aħjar mod biex jitnaqqas ir-riskju ta' trażmissjoni rapida tal-vajrus fuq distanzi kbar.

(6)

Fit-28 ta' April 2017, it-Tuneżija nnotifikat il-konferma ta' tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer tas-serotip A fit-territorju tagħha. Għalhekk għat-Tuneżija jenħtieġ li jiġu applikati l-istess miżuri ta' protezzjoni bħal dawk li ġew applikati għall-Alġerija.

(7)

Kwalunkwe vettura għall-ġarr tal-bhejjem mill-Alġerija u mit-Tuneżija jenħtieġ li tkun koperta bil-mizuri anke jekk din tasal fit-territorju tal-Unjoni bi tranżitu minn pajjiż terz.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/675 tiġi emendata skont dan.

(9)

Jenħtieġ li l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni japplikaw għal perjodu ta' żmien li jippermetti li ssir evalwazzjoni sħiħa tal-evoluzzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fiż-żoni affettwati.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/675 għandha tiġi emendata kif ġej:

1.

it-titolu jinbidel b'dan li ġej:

“dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer mill-Alġerija u mit-Tuneżija”;

2.

fl-Artikolu 2(1) u fl-Artikolu 3(1), il-kliem:

“mill-Alġerija, jew direttament jew inkella wara tranżitu mill-Marokk jew mit-Tuneżija”;

jinbidel bil-kliem:

“mill-Alġerija u mit-Tuneżija kemm b'mod dirett kif ukoll bi tranżitu minn kwalunkwe pajjiż terz ieħor”;

3.

fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 4, il-kelma “Alġerija” tinbidel bil-kliem “Alġerija u t-Tuneżija”;

4.

fit-titolu tal-Anness I u t-titolu tal-Anness II, il-kliem:

“mill-Alġerija u dawk ġejjin mill-Alġerija bi tranżitu mill-Marokk jew mit-Tuneżija”

jinbidel bil-kliem:

“mill-Alġerija u mit-Tuneżija kemm b'mod dirett kif ukoll bi tranżitu minn kwalunkwe pajjiż terz ieħor”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)   ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/675 tas-7 ta' April 2017 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer mill-Alġerija (ĠU L 97, 8.4.2017, p. 31).


24.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/27


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/888

tat-22 ta' Mejju 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tal-istatus ħieles mit-tuberkolożi tar-reġjun tal-Umbria fl-Italja u tal-istatus ħieles mil-lewkożi enzootika bovina tal-Polonja, li temenda d-Deċiżjoni 2004/558/KE fir-rigward tal-istatus ħieles mir-riinotrakeite bovina infettiva tal-Ġermanja, u li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-istatus ħieles mill-marda ta' Aujeszky ta' ċerti reġjuni tal-Polonja u l-approvazzjoni tal-programm ta' eradikazzjoni għall-marda ta' Aujeszky għar-reġjun tal-Veneto fl-Italja

(notifikata bid-dokument C(2017) 3239)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964, dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) u 10(2), u l-paragrafu 4 tal-Anness A.I u t-Taqsima E tal-Kapitolu I tal-Anness D tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula regoli għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta' annimali bovini u porċini, u l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom Stat Membru jew reġjun tiegħu jista' jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi jew uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enzootika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (2) tistipula li r-reġjuni tal-Istati Membri elenkati fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tagħha jiġu ddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet bovini. L-Italja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi li r-reġjun tal-Umbria jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE biex ikun rikonoxxut bħala reġjun uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet bovini. Konsegwentement, ir-reġjun tal-Umbria għandu jiġi elenkat fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE. L-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(3)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2003/467/KE tipprevedi li l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom elenkati fil-Kapitoli 1 u 2 tal-Anness III tagħha jiġu ddikjarati uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina fir-rigward ta' merħliet bovini. Ir-reġjuni kollha tal-Polonja, bl-eċċezzjoni ta' disa' povjati tal-provinċja ta' Zachodniopomorskie, bħalissa huma elenkati f'dik id-Deċiżjoni bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina. Il-Polonja issa ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li turi li dawn id-disa' povjati li baqa' jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE biex b'hekk titqies bħala uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina fir-rigward tal-merħliet bovini. Għaldaqstant, il-Polonja applikat biex it-territorju kollu tagħha jiġi rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enzootika bovina.

(4)

Għalhekk, il-Polonja għandha tiġi elenkata bħala Stat Membru ħieles mil-lewkożi bovina enzootika fil-Kapitolu 1 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, u l-entrata għal dak l-Istat Membru fil-Kapitolu 2 ta' dak l-Anness għandha titħassar. L-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandu għalhekk, jiġi emendat skont dan.

(5)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li Stat Membru li għandu programm nazzjonali obbligatorju ta' kontroll għar-rinotrakeite bovina infettiva jew għall-marda ta' Aujeszky jista' jippreżenta l-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Jipprevedi wkoll li jistgħu jkunu meħtieġa garanziji addizzjonali għall-kummerċ intra-Unjoni ta' annimali bovini u porċini.

(6)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li meta Stat Membru jqis li t-territorju tiegħu, jew parti minnu, ikun ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva jew mill-marda ta' Aujeszky, dan għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni ta' sostenn xierqa lill-Kummissjoni. Jipprevedi wkoll li jistgħu jkunu meħtieġa garanziji addizzjonali għall-kummerċ intra-Unjoni ta' annimali bovini u porċini.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE (3) tapprova l-programmi għall-kontroll u l-qerda tar-rinotrakeite bovina infettiva kkawżata mill-herpesvirus bovin tat-tip 1 (BHV1) ippreżentati mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I tagħha għar-reġjuni ta' dawk l-Istati Membri elenkati f'dak l-Anness u li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE. Barra minn hekk, l-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma meqjusa bħala ħielsa mill-BHV1 u li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(8)

Bħalissa r-Regierungsbezirke ta' Cologne u Düsseldorf tal-Istat Federali tat-Tramuntana tar-Renu-Westfalja huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE. Dawn iż-żewġ reġjuni huma l-aħħar reġjuni tal-Ġermanja li fadal li għadhom ma ġewx rikonoxxuti bħala li huma ħielsa mill-BHV1.

(9)

Il-Ġermanja issa ppreżentat id-dokumentazzjoni ta' sostenn lill-Kummissjoni sabiex ir-Regierungsbezirke ta' Cologne u Düsseldorf jiġu kkunsidrati bħala ħielsa mill-BHV1. Konsegwentement, il-Ġermanja applikat biex it-territorju sħiħ tagħha jiġi kkunsidrat bħala ħieles mill-BHV1, u biex il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva japplikaw għalih f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(10)

Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta' sostenn imressqa mill-Ġermanja, ir-Regierungsbezirke ta' Cologne u Düsseldorf ma għandhiex tibqa' elenkata fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE, u l-entrata għall-Ġermanja fl-Anness II tagħha għandha tiġi emendata sabiex ikopri r-reġjuni kollha ta' dak l-Istat Membru. L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(11)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE (4) tistabbilixxi garanziji addizzjonali għall-movimenti tal-annimali porċini bejn Stat Membru u ieħor. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri skont l-istatus tagħhom tal-mard għall-marda ta' Aujeszky. L-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta' Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit, u l-Anness II tagħha jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom fejn il-programmi ta' kontroll nazzjonali approvati għall-eradikazzjoni tal-marda Aujeszky huma fis-seħħ.

(12)

L-Italja ssottomettiet lill-Kummissjoni dokumentazzjoni ta' sostenn għall-approvazzjoni tal-programm ta' kontroll tagħha għall-eradikazzjoni tal-marda ta' Aujeszky għar-reġjun tal-Veneto, u biex dak ir-reġjun jiġi elenkat b'mod dovut fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE. Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta' sostenn ippreżentata mill-Italja, ir-reġjun tal-Veneto għandu jiġi elenkat fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE. L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(13)

Bħalissa t-territorju kollu tal-Polonja huwa elenkat fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE. Il-Polonja issa ressqet lill-Kummissjoni d-dokumentazzjoni ta' sostenn biex ir-reġjuni ta' augustowski, białostocki, Białystok, bielski, hajnowski, moniecki, sejneński, siemiatycki, sokólski, suwalski u Suwałki jiġu kkunsidrati bħala ħielsa mill-marda ta' Aujeszky, u biex dawk ir-reġjuni jkunu debitament elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE. B'segwitu għall-evalwazzjoni ta' dik id-dokumentazzjoni ta' sostenn, dawn ir-reġjuni m'għandhomx jibqgħu elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE, iżda minflok għandhom jiġu elenkati fl-Anness I tagħha. L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(14)

Id-Deċiżjonijiet 2003/467/KE, 2004/558/KE u 2008/185/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(15)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE huma emendati skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE huma emendati skont l-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi, bruċellożi u lewkożi bovina enzootika ta' xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta' Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta' annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta' Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f'kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta' Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19).


ANNESS I

L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, il-Kapitolu 2, l-entrata tal-Italja tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Fl-Italja:

Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta' Pescara,

Il-Provinċja ta' Bolzano,

Ir-Reġjun tal-Emilja-Romanja,

Ir-Reġjun ta' Friuli-Venezia Giulia,

Ir-Reġjun tal-Lazio: Il-Provinċji ta' Rieti, Viterbo,

Ir-Reġjun tal-Liguria,

Ir-Reġjun tal-Lombardija,

Ir-Reġjun tal-Marche: Il-Provinċji ta' Ancona, Ascoli Piceno, Fermo, Pesaro-Urbino,

Ir-Reġjun tal-Pjemonte,

Ir-Reġjun ta' Sardenja: Il-Provinċji ta' Cagliari, Medio-Campidano, Ogliastra, Olbia-Tempio, Oristano,

Ir-Reġjun tat-Toskana,

Il-Provinċja ta' Trento,

Ir-Reġjun tal-Umbrija,

Ir-Reġjun tal-Veneto.”

(2)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Kapitolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“KAPITOLU 1

Stati Membri uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

EE

L-Estonja

IE

L-Irlanda

ES

Spanja

CY

Ċipru

LV

Il-Latvja

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

NL

In-Netherlands

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Iżvezja

UK

Ir-Renju Unit”

(b)

fil-Kapitolu 2, l-entrata għall-Polonja titħassar bis-sħiħ.


ANNESS II

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jinbidlu b'dan li ġej:

“ANNESS I

L-Istati Membri

Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

L-Italja

Ir-Reġjun ta' Friuli-Venezia Giulia

Il-Provinċja Awtonoma ta' Trento

Il-Lussemburgu

Ir-reġjuni kollha

“ANNESS II

L-Istati Membri

Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha

L-Italja

Ir-Reġjun ta' Valle d'Aosta

Il-Provinċja Awtonoma ta' Bolzano

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

L-Iżvezja

Ir-reġjuni kollha

Ir-Renju Unit

Il-Jersey


ANNESS III

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jinbidlu b'dan li ġej:

“ANNESS I

L-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta' Aujeszky u fejn huwa pprojbit it-tilqim

Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

BE

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

DK

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

DE

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha

IE

L-Irlanda

Ir-reġjuni kollha

FR

Franza

Id-dipartimenti ta' Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d'Or, Côtes-d'Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Indre, Ille-et-Vilaine, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Paris, Pas-de-Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d'Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines

IT

L-Italja

Il-Provinċja Awtonoma ta' Bolzano

CY

Ċipru

Ir-reġjuni kollha

LU

Il-Lussemburgu

Ir-reġjuni kollha

HU

L-Ungerija

Ir-reġjuni kollha

NL

In-Netherlands

Ir-reġjuni kollha

AT

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

PL

Il-Polonja

Ir-reġjuni amministrattivi (powiaty) li ġejjin fil-provinċja ta' poslaskie: augustowski, białostocki, Białystok, bielski, hajnowski, moniecki, sejneński, siemiatycki, sokólski, suwalski, Suwałki

SI

Is-Slovenja

Ir-reġjuni kollha

SK

Is-Slovakkja

Ir-reġjuni kollha

FI

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

SE

L-Iżvezja

Ir-reġjuni kollha

UK

Ir-Renju Unit

Ir-reġjuni kollha

“ANNESS II

L-Istati Membri jew reġjuni tagħhom fejn hemm fis-seħħ programmi nazzjonali ta' kontroll approvati għall-qerda tal-marda ta' Aujeszky

Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

ES

Spanja

Ir-reġjuni kollha

IT

L-Italja

Ir-Reġjun ta' Friuli-Venezia Giulia

Ir-Reġjun tal-Veneto

LT

Il-Litwanja

Ir-reġjuni kollha

PL

Il-Polonja

Il-provinċja ta' dolnośląskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' kujawsko-pomorskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' lubelskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' lubuskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' łódzkie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' małopolskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' mazowieckie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' opolskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' podkarpackie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Ir-reġjuni amministrattivi (powiaty) li ġejjin fil-provinċja ta' podlaskie: grajewski, kolneński, łomżyński, Łomża, wysokomazowiecki, zambrowski.

Il-provinċja ta' pomorskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' śląskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' świętokrzyskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' warmińsko-mazurskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' wielkopolskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha;

Il-provinċja ta' zachodniopomorskie: ir-reġjuni amministrattivi kollha.


24.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/35


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/889

tat-23 ta' Mejju 2017

li tidentifika lill-Unjoni ta' Comoros bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Billi:

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 (ir-Regolament IUU) jistabbilixxi sistema tal-Unjoni li tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU).

(2)

Il-Kapitolu VI tar-Regolament IUU jistabbilixxi l-proċedura fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, id-démarches fir-rigward ta' pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, l-istabbiliment ta' lista ta' pajjiżi li ma jikkooperawx, it-tneħħija mil-lista ta' pajjiżi li ma jikkooperawx, il-pubbliċità tal-lista ta' pajjiżi li ma jikkooperawx u kull miżura ta' emerġenza.

(3)

Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni għandha tidentifika lill-pajjiżi terzi li hija tqis bħala pajjiżi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU. Pajjiż terz jista' jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax jekk jonqos milli jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq u jonqos milli jieħu azzjoni biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi jew jelimina l-attivitajiet ta' sajd IUU.

(4)

L-identifikazzjoni ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx għandha tkun ibbażata fuq ir-rieżami tal-informazzjoni kollha kif stabbilit fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament IUU.

(5)

Skont l-Artikolu 33 tar-Regolament IUU, il-Kunsill għandu jistabbilixxi lista ta' pajjiżi li ma jikkooperawx. Il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 38 tar-Regolament IUU japplikaw għal dawk il-pajjiżi.

(6)

Skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament IUU, il-prodotti tas-sajd jistgħu jiġu importati biss fl-Unjoni meta jkunu akkumpanjati b'ċertifikat tal-qabda f'konformità ma' dan ir-Regolament.

(7)

Skont l-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament IUU, ċertifikati tal-qabda vvalidati minn Stat tal-bandiera partikolari jistgħu jiġu aċċettati biss jekk dak l-Istat jinnotifika lill-Kummissjoni bl-arranġamenti tiegħu għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar tal-liġijiet, ir-regolamentazzjonijiet u l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni li jridu jiġu osservati mill-bastimenti tas-sajd tiegħu.

(8)

L-Unjoni ta' Comoros (minn hawn 'il quddiem il-“Comoros”) ma ppreżentatx lill-Kummissjoni n-notifika tagħha bħala Stat tal-bandiera skont l-Artikolu 20 tar-Regolament IUU.

(9)

Skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni tikkoopera fuq livell amministrattiv ma' pajjiżi terzi f'oqsma relatati mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-qabda ta' dak ir-Regolament.

(10)

Abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni qieset li kien hemm indikazzjonijiet b'saħħithom li l-Unjoni ta' Comoros naqset milli taqdi dmirijietha skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi jew telimina l-attivitajiet ta' sajd IUU.

(11)

Skont l-Artikolu 32 tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet, permezz tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 (2), li tinnotifika lil Comoros bil-possibbiltà li tiġi identifikata bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament IUU.

(12)

Id-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 kienet tinkludi informazzjoni rigward il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom tkun ibbażata identifikazzjoni possibbli bħal din.

(13)

Id-Deċiżjoni ġiet innotifikata lil Comoros flimkien ma' ittra li tistieden lil Comoros sabiex timplimenta, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, pjan ta' azzjoni sabiex tirrettifika n-nuqqasijiet identifikati.

(14)

B'mod partikolari l-Kummissjoni stiednet lil Comoros: (i) biex tieħu l-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet inklużi fil-pjan ta' azzjoni ssuġġerit mill-Kummissjoni; (ii) biex tivvaluta l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet inklużi fil-pjan ta' azzjoni ssuġġerit mill-Kummissjoni; u (iii) biex kull sitt xhur tibgħat rapport dettaljat lill-Kummissjoni li jivvaluta l-implimentazzjoni ta' kull azzjoni fir-rigward, fost l-oħrajn, tal-effettività individwali u/jew ġenerali tagħha li tassigura sistema ta' kontroll tas-sajd konformi mad-dmirijiet tal-pajjiż skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi jew telimina l-attivitajiet ta' sajd IUU.

(15)

Comoros ingħatat l-opportunità li tirrispondi bil-miktub u bil-fomm għall-kwistjonijiet indikati b'mod espliċitu fid-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 kif ukoll għal kwistjonijiet oħra rilevanti kkomunikati mill-Kummissjoni, biex tkun tista' tissottometti evidenza li tikkontradixxi jew tikkompleta l-fatti indikati fid-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015. Comoros ġiet aċċertata dwar id-dritt tagħha li titlob, jew tipprovdi informazzjoni addizzjonali.

(16)

Permezz tad-Deċiżjoni tagħha u l-ittra tagħha tal-1 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni fetħet proċess ta' djalogu ma' Comoros u indikat li fil-prinċipju hija tqis li perjodu ta' sitt xhur għandu jkun biżżejjed sabiex jintlaħqu r-riżultati mistennija.

(17)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li hija qieset neċessarja. Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub ippreżentati minn Comoros wara d-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 ġew analizzati u meqjusa. Comoros inżammet infurmata, bil-fomm jew bil-miktub, dwar il-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni.

(18)

Fid-dawl tal-elementi miġbura, kif jidher fil-premessi 37 sa 93, il-Kummissjoni temmen li Comoros ma indirizzatx b'mod suffiċjenti l-oqsma ta' tħassib u n-nuqqasijiet deskritti fid-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015. Barra minn hekk, Comoros ma implimentax b'mod sħiħ il-miżuri proposti fil-pjan ta' azzjoni mehmuż.

2.   PROĊEDURA FIR-RIGWARD TA' COMOROS

(19)

Fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni nnotifikat lil Comoros, skont l-Artikolu 32 tar-Regolament IUU, li kienet qed tikkunsidra l-possibbiltà li tidentifika lil Comoros bħala pajjiż terz li ma jikkooperax (3).

(20)

Il-Kummissjoni ssuġġeriet lil Comoros, sabiex b'kooperazzjoni mill-qrib mas-servizzi tagħha, timplimenta pjan ta' azzjoni biex jiġu rettifikati n-nuqqasijiet identifikati fid-Deċiżjoni tagħha tal-1 ta' Ottubru 2015.

(21)

In-nuqqasijiet ewlenin identifikati mill-Kummissjoni kienu relatati ma' diversi nuqqasijiet sabiex jiġu implimentati l-obbligi tad-dritt internazzjonali, marbuta b'mod partikolari mal-adozzjoni ta' qafas legali adegwat u l-proċeduri tar-reġistrazzjoni u l-liċenzjar, il-ġestjoni tar-reġistru ta' Comoros, in-nuqqas ta' kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni fi ħdan l-amministrazzjoni ta' Comoros u ma' pajjiżi terzi li fihom joperaw il-bastimenti ta' Comoros, in-nuqqas ta' monitoraġġ adegwat u effiċjenti u n-nuqqas ta' sistema ta' sanzjonijiet ta' deterrent. Nuqqasijiet oħra li ġew identifikati jirrigwardaw, b'mod aktar ġenerali, l-osservanza tal-obbligi internazzjonali inklużi r-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs). Ġie identifikat ukoll nuqqas ta' konsistenza mar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet minn korpi rilevanti bħall-Pjan ta' Azzjoni Internazzjonali kontra s-Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat tan-Nazzjonijiet Uniti (IPOA IUU) u l-Linji Gwida Volontarji tal-FAO dwar il-Prestazzjoni tal-Istat tal-Bandiera. Madankollu, in-nuqqas ta' konsistenza mar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet mhux vinkolanti tqies biss bħala evidenza ta' sostenn u mhux bħala bażi għall-identifikazzjoni.

(22)

Fil-5 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni organizzat konferenza telefonika mal-awtoritajiet ta' Comoros sabiex tenfasizza l-importanza li Comoros tirreaġixxi għad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015.

(23)

Permezz tal-ittra tagħha datata s-6 ta' Jannar 2016 trażmessa lill-Kummissjoni fid-29 ta' Jannar 2016, Comoros infurmat lill-Kummissjoni dwar l-arranġamenti istituzzjonali stabbiliti sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati fid-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015. Din l-ittra kienet akkumpanjata minn dokumentazzjoni ta' sostenn.

(24)

Fis-16 ta' Marzu 2016 saru konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u Comoros fi Brussell. Matul dik il-laqgħa, Comoros esprimiet b'mod partikolari l-impenn tagħha li ssolvi l-kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tar-reġistru ta' Comoros. Waqt din il-laqgħa, Comoros ipprovdiet lista ta' bastimenti tas-sajd u ta' bastimenti relatati mas-sajd li allegatament itajru l-bandiera ta' Comoros.

(25)

Fil-31 ta' Marzu 2016 l-awtoritajiet ta' Comoros ipprovdew ordni ministerjali li tistabbilixxi kumitat konġunt bejn l-awtoritajiet responsabbli mir-reġistrazzjoni tal-bastimenti u dawk responsabbli mis-sajd. Fit-2 ta' April 2016 Comoros ipprovdiet abbozz ta' nota ċirkulari dwar il-ġestjoni tar-reġistru ta' Comoros li l-Kummissjoni rrispondiet għalih permezz tal-ittra tat-13 ta' April 2016.

(26)

Fit-30 ta' April 2016 u fit-2 ta' Mejju 2016, Comoros ippreżentat permezz ta' mezzi elettroniċi d-dokumenti li ġejjin: (i) ittra li tippreżenta l-miżuri preliminari meħuda fir-rigward tal-ġestjoni tar-reġistru ta' Comoros u l-flotta tas-sajd u relatata mas-sajd ta' Comoros; (ii) nota ċirkolari emendata ffirmata fil-25 ta' April 2016 li tissospendi b'mod partikolari r-reġistrazzjoni ta' bastimenti tas-sajd u ta' bastimenti relatati mas-sajd taħt il-bandiera ta' Comoros; (iii) lista ta' bastimenti tas-sajd u ta' bastimenti relatati mas-sajd li allegatament itajru l-bandiera ta' Comoros, differenti minn dik ipprovduta fis-16 ta' Marzu 2016; (iv) kopji tal-ittri mibgħuta lil tliet korpi reġjonali tas-sajd li jkopru ż-żoni li fihom kienu qed joperaw il-bastimenti tas-sajd u l-bastimenti relatati mas-sajd ta' Comoros; u (v) kopja ta' ittra ta' assistenza legali mibgħuta lil pajjiż terz. Din it-trażmissjoni kienet segwita mill-wasla, fit-18 ta' Mejju 2016, ta' verżjonijiet stampati ta' xi wħud mid-dokumenti. Din it-trażmissjoni kienet tinkludi wkoll id-dokumenti li ġejjin: (i) ittra ta' akkumpanjament u ta' spjegazzjoni; (ii) lista ġdida ta' bastimenti tas-sajd u ta' bastimenti relatati mas-sajd li allegatament itajru l-bandiera ta' Comoros, differenti minn dawk imsemmija aktar 'il fuq; u (iii) ċertifikat ta' reġistrazzjoni provviżorja mhux iffirmat. Il-Kummissjoni rreaġixxiet għal dawn is-sottomissjonijiet permezz ta' mezzi elettroniċi fil-31 ta' Mejju 2016 u permezz tal-ittra tat-13 ta' Ġunju 2016. F'dawn il-komunikazzjonijiet, il-Kummissjoni enfasizzat b'mod partikolari l-ħtieġa li Comoros tieħu miżuri addizzjonali xierqa fir-rigward tal-flotta tas-sajd u tal-flotta relatata mas-sajd ta' Comoros, b'mod partikolari f'termini tal-miżuri ta' infurzar u tal-kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti kostali u portwali ta' pajjiżi terzi kif ukoll il-korpi reġjonali tas-sajd. Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll li għadd ta' bastimenti tas-sajd u ta' bastimenti relatati mas-sajd setgħu kienu intitolati li jtajru l-bandiera ta' Comoros wara s-sospensjoni tar-reġistrazzjoni approvata permezz tan-nota ċirkolari ffirmata fil-25 ta' April 2016.

(27)

Fil-31 ta' Mejju 2016 Comoros ipprovdiet id-dokumenti li ġejjin: (i) pjan ta' azzjoni bbażat fuq dak issuġġerit mill-Kummissjoni; (ii) abbozz ta' emendi għall-qafas legali li jirregola s-sajd, inkluż għas-sistema tas-sanzjonijiet; u (iii) sommarju tad-dmirijiet ta' Comoros skont id-dritt internazzjonali, bħala Stat tal-bandiera.

(28)

F'aktar minn okkażjoni waħda, b'mod partikolari fit-8 ta' Ġunju 2016, fil-21 ta' Ġunju 2016, fit-28 ta' Ġunju 2016 u fid-29 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni spjegat lil Comoros, kemm bil-fomm kif ukoll bil-miktub, dwar l-importanza li hija tirreaġixxi għall-komunikazzjonijiet tagħha tal-31 ta' Mejju 2016 u tat-13 ta' Ġunju 2016.

(29)

Fis-7 ta' Lulju 2016 u fil-11 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni ġiet mgħarrfa wkoll minn Comoros dwar skambji ulterjuri bejn l-awtoritajiet ta' Comoros u korp reġjonali tas-sajd rigward l-istatus tal-flotta tas-sajd u tal-flotta relatata mas-sajd ta' Comoros. F'din l-okkażjoni, Comoros ipprovdiet lista ġdida ta' bastimenti tas-sajd u ta' bastimenti relatati mas-sajd li allegatament itajru l-bandiera ta' Comoros, li kienet differenti minn dik imsemmija aktar 'il fuq.

(30)

Bl-ittra tal-20 ta' Lulju 2016 il-Kummissjoni pproponiet lill-awtoritajiet ta' Comoros li tagħmel żjara f'Comoros.

(31)

L-awtoritajiet ta' Comoros irreaġixxew għall-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-31 ta' Mejju 2016 u tat-13 ta' Ġunju 2016 permezz tal-ittra tal-20 ta' Lulju 2016 fejn fakkru li, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit bl-Att Nru 07-011/AU tad-29 ta' Awwissu 2007 u tad-Digriet Nru 15-050/PR tal-15 ta' April 2015, l-ebda bastiment ta' Comoros ma għandu jopera barra miż-Żona Ekonomika Esklussiva (EEZ) ta' Comoros mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet ta' Comoros u l-ebda bastiment tas-sajd jew bastiment relatat mas-sajd ta' Comoros ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd jew relatati mas-sajd barra miż-żona ta' kompetenza tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC). Comoros talbet ukoll l-assistenza tal-Kummissjoni sabiex, fost oħrajn, tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar l-istatus tal-flotta tas-sajd u tal-flotta relatata mas-sajd ta' Comoros u titlobhom jibagħtu lill-awtoritajiet ta' Comoros kwalunkwe informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom dwar l-attivitajiet ta' dawn il-bastimenti. Il-Kummissjoni wieġbet lil Comoros fis-27 ta' Lulju 2016 u fit-28 ta' Lulju 2016 fejn ipprovdiet l-informazzjoni mitluba kif ukoll talbet xi kjarifiki. Il-Kummissjoni bagħtet ukoll l-informazzjoni li Comoros tat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bil-miktub fil-5 ta' Awwissu 2016.

(32)

Fil-11 ta' Awwissu 2016 Comoros issottomettiet il-minuti tal-ewwel laqgħa tal-kumitat konġunt li saret fit-2 ta' Awwissu 2016 bejn l-awtoritajiet responsabbli mir-reġistrazzjoni tal-bastimenti u dawk responsabbli mis-sajd. Ir-rakkomandazzjoni prinċipali ta' din il-laqgħa kienet li jingħata perjodu ta' konċessjoni ta' sitt xhur lill-bastimenti tas-sajd u lill-bastimenti relatati mas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Comoros li joperaw barra mill-EEZ ta' Comoros mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet ta' Comoros kif ukoll barra miż-żona ta' kompetenza tal-IOTC. L-għan tal-perjodu ta' konċessjoni kien li l-operaturi ta' dawn il-bastimenti jiġu infurmati dwar l-obbligi tagħhom skont il-qafas legali ta' Comoros li jirregola s-sajd.

(33)

Fit-18 ta' Awwissu 2016 il-Kummissjoni ġiet infurmata wkoll mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru dwar l-eżistenza ta' nota ċirkolari ffirmata fit-8 ta' Awwissu 2016 mill-amministrazzjoni ta' Comoros responsabbli mir-reġistrazzjoni tal-bastimenti. Din in-nota ċirkolari, fost oħrajn, ħassret is-sospensjoni tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti tas-sajd u tal-bastimenti relatati mas-sajd taħt il-bandiera ta' Comoros.

(34)

Minn Mejju 2016, il-Kummissjoni ġiet infurmata bis-sħiħ ukoll bit-talbiet għall-assistenza reċiproka mibgħuta, fil-qafas tal-Artikolu 51 tar-Regolament IUU, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lill-awtoritajiet ta' Comoros u ta' pajjiżi terzi oħra rigward l-istatus u l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd u tal-bastimenti relatati mas-sajd ta' Comoros kif ukoll dwar it-tweġibiet mingħand dawn l-awtoritajiet. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll informazzjoni dwar l-istatus u l-attivitajiet ta' din il-flotta minn sorsi oħra, inklużi pajjiżi terzi. Din l-informazzjoni tqieset bħala evidenza ta' sostenn.

(35)

Il-Kummissjoni żaret lill-awtoritajiet ikkonċernati ta' Comoros mit-23 sas-26 ta' Awwissu 2016. Matul iż-żjara tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet ta' Comoros kellhom l-opportunità li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-aħħar żviluppi. Fit-30 ta' Awwissu 2016 u fit-2 ta' Settembru 2016, il-Kummissjoni bagħtet lil Comoros informazzjoni ta' segwitu u talbiet addizzjonali għal informazzjoni u dokumenti. L-awtoritajiet ta' Comoros ikkonfermaw il-wasla ta' dawn il-komunikazzjonijiet fit-2 ta' Settembru 2016 u fl-4 ta' Settembru 2016 rispettivament.

(36)

Bl-ittra tat-28 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni bagħtet lill-awtoritajiet ta' Comoros informazzjoni dwar 21 trażbord fuq il-baħar li kienu jinvolvu bastimenti tas-sajd u bastimenti relatati mas-sajd ta' Comoros, li seħħew bejn April u Ġunju 2016 lil hinn mill-kosta tal-Afrika tal-Punent. Fil-komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni fakkret fit-tħassib tagħha rigward il-kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tar-reġistru ta' Comoros.

3.   IDENTIFIKAZZJONI TA' COMOROS BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX

(37)

Skont l-Artikolu 31(3) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni rrevediet il-konformità ta' Comoros mal-obbligi internazzjonali tagħha bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, b'konformità mas-sejbiet tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 u mal-informazzjoni rilevanti pprovduta minn Comoros, mal-pjan ta' azzjoni propost kif ukoll mal-miżuri li ttieħdu sabiex is-sitwazzjoni tiġi rettifikata. Għall-finijiet ta' din ir-reviżjoni, il-Kummissjoni qieset il-parametri elenkati fl-Artikolu 31(4) sa (7) tar-Regolament IUU.

3.1.   Miżuri meħuda fir-rigward tar-rikorrenza ta' Bastimenti IUU u tal-flussi tal-kummerċ (l-Artikolu 31(4) tar-Regolament IUU)

(38)

Kif enfasizzat fil-premessa 36 tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni stabbiliet li Comoros naqset milli taqdi dmirijietha skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali u tas-suq fir-rigward tal-bastimenti IUU u tas-sajd IUU mwettaq jew appoġġat minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħha jew miċ-ċittadini tagħha u naqset milli tipprevjeni l-aċċess ta' prodotti tas-sajd li joriġinaw minn sajd IUU għas-suq tagħha.

(39)

Il-premessi 20 sa 23 tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 stabbilixxew li madwar 20 bastiment tas-sajd u bastiment relatati mas-sajd ta' Comoros kienu involuti f'attivitajiet tas-sajd IUU matul il-perjodu 2010 sa 2015. Il-Kummissjoni b'mod partikolari stabbiliet li dawn il-bastimenti kienu qegħdin joperaw barra mill-EEZ ta' Comoros mingħajr l-awtorizzazzjoni u l-kontroll tal-awtoritajiet ta' Comoros kif ukoll barra miż-żona ta' kompetenza tal-IOTC, b'mod partikolari fil-Lvant tal-Atlantiku. Din is-sitwazzjoni tmur kontra r-rakkomandazzjonijiet kif stabbiliti fil-punt 45 tal-IPOA IUU u l-paragrafu 8(2)(2) tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-FAO għal Sajd Responsabbli (Kodiċi ta' Kondotta tal-FAO) li permezz tiegħu l-Istati tal-bandiera għandhom jiżguraw li kull bastiment intitolat biex itajjar il-bandiera tagħhom, li jopera barra mill-ilmijiet tagħhom, ikollu awtorizzazzjoni valida. Dan jikkostitwixxi wkoll nuqqas ta' osservanza tar-rakkomandazzjonijiet tal-punti 29 u 30 tal-Linji Gwida Volontarji tal-FAO dwar il-Prestazzjoni tal-Istat tal-Bandiera. Kif spjegat fil-premessa 31, l-awtoritajiet ta' Comoros irrikonoxxew li l-ebda bastiment ta' Comoros ma għandu jopera barra mill-EEZ ta' Comoros mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet ta' Comoros u l-ebda bastiment tas-sajd jew bastiment relatat mas-sajd ta' Comoros ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd jew relatati mas-sajd barra miż-żona ta' kompetenza tal-IOTC.

(40)

L-evidenza miġbura mill-Kummissjoni mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 ma tindika l-ebda bidla fis-sitwazzjoni deskritta fil-premessa 39.

(41)

Mill-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni, b'mod partikolari mill-Istati Membri kif ukoll mill-awtoritajiet kompetenti kostali u portwali ta' pajjiżi terzi, il-Kummissjoni sabet diversi każijiet ta' trażbordi fuq il-baħar li kienu jinvolvu l-bastimenti msemmija fil-premessa 39 filwaqt li, kif deskritt fil-premessa 60 Comoros ipprovdiet dikjarazzjonijiet bil-miktub li kienu jiċċertifikaw li t-trażbordi fuq il-baħar huma pprojbiti mill-awtoritajiet ta' Comoros. Għalhekk, dawn l-operazzjonijiet saru mingħajr l-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet ta' Comoros. Dan imur kontra l-punt 49 tal-IPOA IUU li jistipula li l-Istati tal-bandiera għandhom jiżguraw li l-bastimenti tagħhom kollha involuti fit-trażbord ikollhom awtorizzazzjoni minn qabel maħruġa mill-Istat tal-bandiera, u jirrapportaw lill-awtoritajiet nazzjonali.

(42)

Skont l-Artikolu 31(4)(b) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni eżaminat ukoll il-miżuri meħuda minn Comoros fir-rigward tal-aċċess ta' prodotti tas-sajd li ġejjin minn sajd IUU għas-suq tagħha. L-IPOA IUU jipprovdi gwida dwar miżuri relatati mas-suq maqbula fuq livell internazzjonali li jappoġġaw it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tal-kummerċ ta' ħut u ta' prodotti tal-ħut li jkunu ġejjin minn sajd IUU. Fil-punt 71 l-IPOA IUU jissuġġerixxi wkoll li l-Istati għandhom jieħdu passi biex itejbu t-trasparenza tas-swieq tagħhom sabiex jippermettu t-traċċabbiltà tal-ħut jew tal-prodotti tal-ħut. Bl-istess mod, il-Kodiċi ta' Kondotta tal-FAO jiddeskrivi, b'mod partikolari fl-Artikolu 11 tiegħu, prattiċi tajba għall-attivitajiet ta' wara l-qbid u għal kummerċ internazzjonali responsabbli. L-Artikolu 11.1.11 ta' dak il-Kodiċi ta' Kondotta jitlob lill-Istati biex jiżguraw li l-ħut u l-prodotti tas-sajd jiġu nnegozjati fuq livell internazzjonali u domestiku skont prattiċi tajba ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni permezz ta' titjib fl-identifikazzjoni tal-oriġini tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd.

(43)

Kif stabbilit fil-premessa 23 tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015, Comoros mhijiex f'pożizzjoni li tipprovdi informazzjoni dwar l-ispeċijiet maqbuda mill-flotta tas-sajd ta' Comoros u l-flussi tal-kummerċ tal-prodotti maqbuda. Abbażi tal-informazzjoni miġbura mingħand l-awtoritajiet ta' Comoros, il-Kummissjoni qieset li ma sar l-ebda progress fir-rigward tal-fatti deskritti fil-premessi 23 u 33 tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015, dwar in-nuqqas ta' kontroll mill-awtoritajiet ta' Comoros fuq il-bastimenti ta' Comoros li joperaw barra mill-EEZ ta' Comoros fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd, il-ħatt u t-trażbordi tagħhom. Għalhekk, Comoros ma kinitx f'pożizzjoni li tiggarantixxi t-trasparenza tas-swieq tagħha sabiex tippermetti t-traċċabilità tal-ħut jew tal-prodotti tal-ħut kif stabbilit fil-punt 71 tal-IPOA IUU.

(44)

F'dak ir-rigward huwa nnotat li t-traċċabilità tal-prodotti hija mxekkla wkoll min-nuqqas ta' trasparenza fil-proċeduri tar-reġistrazzjoni u l-liċenzjar ta' Comoros u n-nuqqas ta' kooperazzjoni interna u ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni kif deskritt fil-premessa 24 tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015.

(45)

Minħabba dak in-nuqqas ta' dejta Comoros ma tistax tiżgura b'mod xieraq it-traċċabilità tal-prodotti tal-ħut u għaldaqstant ma tistax tipprevjeni l-kummerċ ta' prodotti tas-sajd IUU. Minħabba n-nuqqas stabbilit ta' traċċabilità u n-nuqqas ta' informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet ta' Comoros dwar il-ħut li jkun inħatt jew ġie trażbordat mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħha, Comoros naqset milli tipprevjeni l-prodotti tas-sajd li joriġinaw minn sajd IUU milli jitniżżlu fil-portijiet tagħha, bir-riskju konsegwenti li dawk il-prodotti jingħataw aċċess għas-suq. Il-Kummissjoni għalhekk ma tistax tassigura li l-kummerċ ta' prodotti tas-sajd li jsir f'dan il-pajjiż ma joriġinax minn sajd IUU. F'dan ir-rigward, Comoros naqset ukoll milli tqis ir-rakkomandazzjonijiet fil-punt 24 tal-IPOA IUU li jagħtu parir lill-Istati tal-bandiera biex jiżguraw il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza komprensivi u effettivi tas-sajd mill-bidu tiegħu sal-punt tal-ħatt l-art u sad-destinazzjoni finali.

(46)

Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015, Comoros ma introduċiet l-ebda miżura korrettiva xierqa sabiex tirrettifika s-sitwazzjoni deskritta hawn fuq. Għalhekk, Comoros mhijiex f'pożizzjoni li tiggarantixxi t-trasparenza tas-swieq tagħha b'mod li jippermetti t-traċċabilità tal-ħut jew tal-prodotti tal-ħut kif mitlub fil-Punt 71 tal-IPOA IUU u l-Artikolu 11.1.11 tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-FAO.

(47)

Fid-dawl tal-premessi 20 sa 35 tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 u tal-iżviluppi wara l-1 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni tqis, skont l-Artikolu 31(3), (4)(a) u (4)(b) tar-Regolament IUU, li Comoros naqset milli taqdi dmirijietha skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali u tas-suq fir-rigward tal-bastimenti IUU u tas-sajd IUU li jsir jew li jiġi appoġġat minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħha jew minn ċittadini tagħha u ma ħadet l-ebda azzjoni xierqa biex tipprevjeni l-aċċess ta' prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin minn sajd IUU għas-suq tagħha.

3.2.   Nuqqas ta' kooperazzjoni u infurzar (l-Artikolu 31(5) tar-Regolament IUU)

(48)

Kif deskritt fil-premessi 37 sa 41 tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni analizzat jekk Comoros ikkooperax b'mod effettiv mal-Kummissjoni dwar l-investigazzjonijiet u l-attivitajiet relatati.

(49)

Wara d-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni sabet diffikultajiet sabiex tistabbilixxi l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' Comoros. L-affidabbiltà tat-tweġibiet tagħhom kienet kompromessa wkoll mit-trażmissjoni ta' tweġibiet parzjali li kienu jinkludu informazzjoni kontradittorja u li kienu juru wkoll livell baxx ta' rispons.

(50)

Barra minn hekk, f'Awwissu 2016 il-Kummissjoni ħadet l-opportunità taż-żjara tagħha f'Comoros sabiex tistieden lill-awtoritajiet ta' Comoros jipprovdu għadd ta' dokumenti. Sa din id-Deċiżjoni u minkejja t-talba ta' segwitu għal informazzjoni mibgħuta lill-awtoritajiet ta' Comoros fit-2 ta' Settembru 2016, il-Kummissjoni ma rċevietx dawn id-dokumenti.

(51)

Barra minn hekk, id-dokumenti ppreżentati lill-Kummissjoni fir-rigward tal-pjan ta' azzjoni wara d-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 ma wasslu għal ebda azzjoni konkreta.

(52)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni deskritta fil-premessi 33, 34 u 50, il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li ma ġiet kondiviża l-ebda informazzjoni kruċjali mal-Kummissjoni.

(53)

Dan in-nuqqas ta' kooperazzjoni huwa aggravat min-nuqqas ta' koordinazzjoni interna fi ħdan l-amministrazzjoni ta' Comoros, bejn l-awtorità responsabbli mir-reġistrazzjoni tal-bastimenti u dik responsabbli mis-sajd, li ġie rikonoxxut mill-awtoritajiet ta' Comoros matul iż-żjara tal-Kummissjoni f'Awwissu 2016. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni stabbiliet li wara d-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 kien sar biss ftit jew l-ebda progress dwar dan in-nuqqas serju u li ma ġiet kondiviża l-ebda informazzjoni kruċjali fi ħdan l-amministrazzjoni ta' Comoros.

(54)

Barra minn hekk, fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-qadi tad-dmirijiet ta' Comoros bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali u tas-suq, il-Kummissjoni, kif indikat fil-premessa 42 tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015, analizzat ukoll jekk Comoros ikkooperatx ma' Stati oħra fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

(55)

Kif enfasizzat fil-premessi 39 sa 41, il-Kummissjoni stabbiliet li l-bastimenti tas-sajd u l-bastimenti relatati mas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Comoros qed joperaw barra mill-EEZ ta' Comoros u miż-żona ta' kompetenza tal-IOTC, b'mod partikolari fil-Lvant tal-Atlantiku. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi t-tentattivi ta' Comoros sabiex tistabbilixxi mezzi ta' kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-Lvant tal-Atlantiku permezz ta' korpi reġjonali tas-sajd li jkopru ż-żoni fejn joperaw il-bastimenti ta' Comoros. Comoros spjegat li saru inizjattivi biex tidħol f'kuntatt dirett mal-pajjiżi terzi li fihom qed joperaw il-bastimenti ta' Comoros u l-Kummissjoni offriet soluzzjonijiet sabiex tiffaċilita dawn il-kuntatti. Madankollu, il-Kummissjoni għadha ma ngħatat l-ebda informazzjoni dwar skambji possibbli.

(56)

Ta' min ifakkar li l-premessa 34 tispjega li ntbagħtu talbiet għall-assistenza reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lill-awtoritajiet ta' Comoros rigward l-istatus u l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd u tal-bastimenti relatati mas-sajd ta' Comoros. Il-Kummissjoni ġiet infurmata wkoll li anki pajjiżi terzi ħadu inizjattivi simili. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li l-livell inadegwat ta' kooperazzjoni mill-awtoritajiet ta' Comoros fl-iskambji tagħhom mal-Kummissjoni wkoll affettwa dawn it-talbiet għall-assistenza reċiproka. Din is-sitwazzjoni kkompromettiet l-azzjonijiet mibdija mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi kkonċernati lejn għadd ta' bastimenti ta' Comoros abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet ta' Comoros.

(57)

Is-sitwazzjoni deskritta fil-premessi 54 sa 56 tindika li Comoros naqset milli tikkoopera u tikkoordina b'mod effettiv attivitajiet mal-Istati li fihom joperaw il-bastimenti ta' Comoros, sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU f'konformità mal-punt 28 tal-IPOA IUU. B'mod partikolari, kif stabbilit fil-punt 31 tal-IPOA IUU, Comoros bħala Stat tal-bandiera għandha tikkonkludi ftehimiet jew arranġamenti ma' Stati oħra u tikkoopera għall-infurzar tal-liġijiet applikabbli u l-miżuri jew id-dispożizzjonijiet ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati fuq livell nazzjonali, reġjonali jew internazzjonali.

(58)

Kif enfasizzat fil-premessa 44 tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk Comoros ħaditx miżuri effettivi ta' infurzar fir-rigward tal-operaturi responsabbli għas-sajd IUU u jekk ġewx applikati sanzjonijiet severi biżżejjed li jċaħħdu lil dawk li jiksru l-liġi mill-benefiċċji li jirriżultaw mis-sajd IUU.

(59)

L-evidenza disponibbli tikkonferma li Comoros ma ssodisfatx l-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tal-miżuri effettivi ta' infurzar.

(60)

Kif spjegat fil-premessa 31, l-awtoritajiet ta' Comoros irrikonoxxew li l-ebda bastiment ta' Comoros ma għandu jopera barra mill-EEZ ta' Comoros mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet ta' Comoros u l-ebda bastiment tas-sajd jew bastiment relatat mas-sajd ta' Comoros ma għandu jwettaq attivitajiet tas-sajd jew relatati mas-sajd barra miż-żona ta' kompetenza tal-IOTC. Ta' min jinnota wkoll li waqt l-iskambji li saru fil-kuntest tat-talbiet għall-assistenza li kienu jirrigwardaw sa 12-il bastiment ta' Comoros attivi fi trażbordi fuq il-baħar u operazzjonijiet konġunti, l-awtoritajiet ta' Comoros ipprovdew lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dikjarazzjonijiet bil-miktub fejn iċċertifikaw li t-trażbordi fuq il-baħar huma pprojbiti mill-awtoritajiet ta' Comoros, u li għalhekk, dawn il-bastimenti qed iwettqu attivitajiet ta' sajd IUU.

(61)

Madankollu, il-Kummissjoni stabbiliet li, wara d-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 l-awtoritajiet ta' Comoros ma rrappurtawx li ħadu xi miżura ta' infurzar kontra l-bastimenti li joperaw barra mill-EEZ ta' Comoros, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet ta' Comoros, kif ukoll barra miż-żona ta' kompetenza tal-IOTC.

(62)

Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessa 32, huwa nnotat li effettivament kien ingħata perjodu ta' konċessjoni ta' sitt xhur li beda minn Awwissu 2016 lill-bastimenti tas-sajd u lill-bastimenti relatati mas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Comoros li joperaw bi ksur tal-liġi u tar-rekwiżiti ta' Comoros. Din id-deċiżjoni, flimkien mas-sitwazzjoni deskritta fil-premessa 56, ikkompromettiet l-azzjonijiet mibdija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lejn għadd ta' bastimenti ta' Comoros abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet ta' Comoros. Il-Kummissjoni ġiet infurmata mill-awtoritajiet ta' Comoros dwar it-tneħħija possibbli tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti li ma jirregolarizzawx is-sitwazzjoni tagħhom sa tmiem il-perjodu ta' konċessjoni ta' sitt xhur. Madankollu, ta' min jinnota li t-tneħħija possibbli tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti ma tassigurax li dawk li jwettqu ksur jiġu sanzjonati b'mod xieraq fis-severità u mċaħħda mill-benefiċċji li jirriżultaw mill-attivitajiet illegali tagħhom.

(63)

Barra minn hekk, matul iż-żjara tagħha f'Awwissu 2016, il-Kummissjoni sabet ukoll li l-awtoritajiet ma kienu adottaw l-ebda deċiżjoni konkreta dwar it-tneħħija tar-reġistrazzjoni. Fi kwalunkwe każ, tali tneħħija teoretika tar-reġistrazzjoni ma tinvolvix it-twettiq ta' investigazzjonijiet tal-attivitajiet tas-sajd IUU mwettqa mill-bastimenti jew l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet għall-każijiet stabbiliti ta' ksur.

(64)

Abbażi tal-informazzjoni miġbura waqt iż-żjara tagħha f'Awwissu 2016, il-Kummissjoni sabet li l-awtoritajiet responsabbli mis-sajd ta' Comoros kienu elaboraw lista ta' kontroll li telenka l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd b'appoġġ għar-regolarizzazzjoni matul il-perjodu ta' konċessjoni ta' sitt xhur imsemmi taħt il-premessa 62. Dan id-dokument ġie trażmess lill-awtoritajiet ta' Comoros responsabbli mir-reġistrazzjoni tal-bastimenti. L-għan kien li d-dokument jiġi trażmess lill-persuni ġuridiċi privati barra minn Comoros li lilhom ġiet parzjalment delegata l-ġestjoni tar-reġistru tal-flotta tas-sajd u tal-flotta relatata mas-sajd ta' Comoros. Dawn il-persuni ġuridiċi privati kienu inkarigati sabiex jittrażmettu l-imsemmi dokument lill-operaturi ekonomiċi. Il-Kummissjoni stabbiliet li dan id-dokument huwa ta' natura teoretika ħafna u ma jirriflettix l-elementi tekniċi neċessarji li jippermettu lill-operaturi ekonomiċi biex jikkonformaw mal-liġi ta' Comoros u lill-awtoritajiet ta' Comoros biex jimmonitorjaw l-attivitajiet tal-bastimenti kkonċernati ta' Comoros.

(65)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni msemmija fil-premessi 62 sa 64, il-Kummissjoni stabbiliet li l-awtoritajiet ta' Comoros ma ħadu l-ebda miżura ta' prekawzjoni xierqa fir-rigward tal-bastimenti tas-sajd u tal-bastimenti relatati mas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Comoros li qed joperaw bi ksur tal-liġi u tar-rekwiżiti ta' Comoros.

(66)

Barra minn hekk, ta' min ifakkar li, kif indikat fil-premessa 46 tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015, l-awtoritajiet ta' Comoros, qabel din id-Deċiżjoni, kienu diġà jafu li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom kienu, bi ksur tal-liġi u tar-rekwiżiti ta' Comoros, qed joperaw barra mill-EEZ ta' Comoros u ma kinux ħadu miżuri ta' infurzar fir-rigward ta' dawk il-bastimenti.

(67)

Is-sitwazzjoni msemmija fil-premessi 58 sa 66 tmur kontra l-Artikolu 94 tal-UNCLOS rigward l-obbligi tal-Istat tal-bandiera li jeżerċita b'mod effettiv il-ġurisdizzjoni u l-kontroll tiegħu fuq il-vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu u l-kaptani, l-uffiċjali u l-ekwipaġġi tiegħu. Din tmur ukoll kontra r-rakkomandazzjonijiet biex jittieħdu miżuri ta' infurzar fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd IUU u biex dawn l-attivitajiet jiġu ssanzjonati b'severità suffiċjenti biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw b'mod effettiv is-sajd IUU u biex dawk li jiksru l-liġi jiġu mċaħħda mill-benefiċċji li jirriżultaw minn dak is-sajd, kif stabbilit fil-paragrafu 8(2)(7) tal-Kodiċi ta' Kondotta tal-FAO, il-punt 21 tal-IPOA IUU u l-punti 31 sa 33, 35 u 38 tal-Linji Gwida Volontarji tal-FAO għall-Prestazzjoni tal-Istati tal-Bandiera.

(68)

Huwa nnotat li l-qafas legali tas-sajd ta' Comoros għadu msejjes fuq il-Kodiċi tas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit bl-Att Nru 07-011/AU tad-29 ta' Awwissu 2007 u d-Digriet Nru 15-050/PR tal-15 ta' April 2015 fis-seħħ fiż-żmien tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015. Ta' min ifakkar ukoll li l-premessi 49 u 50 ta' dik id-Deċiżjoni jistabbilixxu li: (i) l-awtoritajiet ta' Comoros irrikonoxxew il-ħtieġa li jiġu elaborati aktar testi ta' implimentazzjoni tal-Kodiċi tas-Sajd u tal-Akkwakultura sabiex tiġi assigurata l-konsistenza bejn il-liġi nazzjonali u r-regoli internazzjonali u reġjonali applikabbli; (ii) il-Kodiċi tas-Sajd u tal-Akkwakultura ta' Comoros ma jinkludix bastimenti li jwettqu attivitajiet relatati mas-sajd fid-definizzjoni ta' bastimenti tas-sajd; u (iii) filwaqt li l-qafas legali ta' Comoros ikopri ksur serju kif definit skont id-dritt internazzjonali, huwa ma jiddefinix b'mod espliċitu s-sajd IUU u ma jipprevedix b'mod ċar miżuri ta' infurzar u sanzjonijiet għal ċittadini li jappoġġaw jew ikunu involuti f'sajd IUU kif deskritt fil-punti 18 u 21 tal-IPOA IUU.

(69)

Ta' min ifakkar ukoll li l-premessa 50 tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 stabbiliet li, rigward is-sistema tas-sanzjonijiet, il-multi previsti fil-kuntest ta' attivitajiet tas-sajd industrijali huma bbażati fuq il-valur tat-tariffi tal-liċenzji. Madankollu, il-kategoriji ta' liċenzji tas-sajd definiti skont il-leġiżlazzjoni ta' Comoros huma limitati biss għal speċijiet ta' tonn. Għaldaqstant, f'każijiet ta' ksur ta' flotta industrijali li timmira speċijiet oħra, ma hemm l-ebda multa korrispondenti, minħabba n-nuqqas ta' tariffi korrispondenti tal-liċenzji. Din is-sitwazzjoni tnaqqas il-livell ta' deterrenza tas-sistema tas-sanzjonijiet ta' Comoros u ma tippermettix lill-awtoritajiet ta' Comoros li jissanzjonaw attivitajiet tas-sajd IUU b'severità biżżejjed sabiex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw b'mod effettiv dawn l-attivitajiet u sabiex iċaħħdu lil dawk li jiksru l-liġi mill-benefiċċji li jirriżultaw mill-attivitajiet illegali tagħhom.

(70)

Ta' min jinnota li l-awtoritajiet ta' Comoros responsabbli mis-sajd ippreżentaw lill-Kummissjoni abbozz ta' emendi għad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit bl-Att Nru 07-011/AU tad-29 ta' Awwissu 2007 u tad-Digriet Nru 15-050/PR tal-15 ta' April 2015. Matul iż-żjara tagħha f'Awwissu 2016, il-Kummissjoni madankollu stabbiliet li l-proċess ta' reviżjoni huwa affettwat mill-ambjent amministrattiv inadegwat. Il-Kummissjoni sabet ukoll li parti mill-amministrazzjoni ta' Comoros kienet tqis il-proċess ta' reviżjoni bħala opportunità sabiex issaħħaħ il-politika dwar il-bandiera ta' konvenjenza ta' Comoros. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-qafas legali għadu inadegwat f'termini tal-konformità mar-regoli internazzjonali u reġjonali applikabbli.

(71)

Abbażi tal-informazzjoni miġbura mingħand l-awtoritajiet ta' Comoros kif ukoll matul iż-żjara tagħha f'Awwissu 2016, il-Kummissjoni sabet li ħafna mill-obbligi previsti skont il-liġi ta' Comoros għadhom mhumiex implimentati u infurzati minn Comoros (eż. l-obbligu ta' trażmissjoni ta' informazzjoni tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti u r-rappurtar tad-dejta dwar il-qabda, ir-restrizzjonijiet fuq iż-żona fejn joperaw il-bastimenti ta' Comoros, eċċ.). Kif intqal fil-premessa 47 tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015, din is-sitwazzjoni tenfasizza n-nuqqas ta' kapaċità tal-awtoritajiet li jimmonitorjaw l-operazzjonijiet tal-bastimenti ta' Comoros u timmina l-kapaċità tal-awtoritajiet li jinfurzaw b'mod effettiv ir-regoli applikabbli għaż-żoni differenti kkonċernati.

(72)

Barra minn hekk, ma sar l-ebda progress fir-rigward tal-fatti deskritti fil-premessa 51 tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015, rigward in-nuqqas ta' pjan ta' spezzjoni nazzjonali sabiex tiġi assigurata politika koerenti dwar il-kontroll tal-operazzjonijiet tal-flotta ta' Comoros, u l-għadd insuffiċjenti ta' osservaturi.

(73)

Matul iż-żjara tagħha f'Awwissu 2016, il-Kummissjoni sabet li, minkejja ammissjoni mill-awtoritajiet ta' Comoros rigward in-nuqqas ta' kapaċità tagħhom sabiex jimmonitorjaw u jikkontrollaw l-attivitajiet tas-sajd u dawk relatati mas-sajd tal-flotta ta' Comoros kull fejn din topera u l-flotta barranija li topera fi ħdan l-EEZ ta' Comoros, xorta kien hemm il-ħsieb li ssir espansjoni tal-istrateġija dwar il-flotta.

(74)

Kif enfasizzat fil-premessi 67 sa 72 tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015, il-livell ta' żvilupp ta' Comoros ma jistax jitqies bħala fattur li jimmina l-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jikkooperaw ma' pajjiżi oħra u jieħdu azzjonijiet ta' infurzar. L-evalwazzjoni tar-restrizzjonijiet speċifiċi li jirriżultaw mil-livell ta' żvilupp ta' Comoros hija deskritta aktar fil-premessi 88 sa 93 ta' din id-Deċiżjoni.

(75)

Fid-dawl tal-premessi 37 sa 54 tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 u tal-iżviluppi li seħħew wara l-1 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni tqis li, skont l-Artikolu 31(3) u 31(5)(a)(b), (c) u (d) tar-Regolament IUU, Comoros naqset milli taqdi dmirijietha skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, kostali, tal-port u tas-suq fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-isforzi ta' infurzar.

3.3.   Nuqqas ta' implimentazzjoni tar-regoli internazzjonali (l-Artikolu 31(6) tar-Regolament IUU).

(76)

Kif deskritt fil-premessi 57 sa 60 tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni meqjusa rilevanti mid-dejta disponibbli ppubblikata mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs), b'mod partikolari l-IOTC u l-Kummissjoni għas-Sajd fil-Lbiċ tal-Oċean Indjan (SWIOFC). Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet analiżi tal-informazzjoni meqjusa rilevanti fir-rigward tal-istatus ta' Comoros bħala parti kontraenti tal-IOTC u l-SWIOFC wara d-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015.

(77)

Ta' min ifakkar li l-premessi 57 u 58 tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 iddeskrivew il-kwistjonijiet ripetuti u mhux ripetuti ta' konformità ta' Comoros mar-Riżoluzzjonijiet tal-IOTC identifikati għall-2014 fir-Rapport ta' Konformità tal-IOTC għal Comoros ippreżentat fil-25 ta' Marzu 2015 (4).

(78)

Skont l-informazzjoni miksuba mir-Rapport ta' Konformità tal-IOTC għal Comoros ippubblikat fis-16 ta' April 2016 (5), fl-2015 ġew identifikati diversi kwistjonijiet ripetuti ta' konformità. B'mod partikolari, Comoros ikkonformat biss parzjalment mar-rekwiżiti li: (i) tipprovdi statistika aggregata dwar il-qabda nominali għall-klieb il-baħar, kif mitlub mir-Riżoluzzjoni 05/05; (ii) tipprovdi statistika aggregata dwar il-qabda u l-isforz għall-klieb il-baħar, kif mitlub mir-Riżoluzzjoni 05/05; u (iii) tipprovdi statistika aggregata dwar il-frekwenza tad-daqs għall-klieb il-baħar, kif mitlub mir-Riżoluzzjoni 05/05. Barra minn hekk, Comoros ma pprovdiet l-ebda informazzjoni dwar il-kopertura skont l-irkaptu għall-ħatt artiġjanali, kif mitlub mir-Riżoluzzjoni 11/04.

(79)

Fl-istess rapport ġew identifikati wkoll kwistjonijiet mhux ripetuti ta' konformità. Comoros ma pprovdiet l-ebda informazzjoni dwar il-projbizzjoni fuq il-klieb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniċi, kif mitlub mir-Riżoluzzjoni 13/06 u ma pprovdiet l-ebda informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida tal-FAO dwar il-fkieren tal-baħar, kif mitlub mir-Riżoluzzjoni 12/04.

(80)

Il-kwistjonijiet ta' konformità ta' Comoros mar-Riżoluzzjonijiet tal-IOTC juru n-nuqqas ta' Comoros li tissodisfa l-obbligi tagħha bħala Stat tal-bandiera kif stabbiliti fl-Artikolu 94 tal-UNCLOS. Juru wkoll li Comoros mhux qed issegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-punti 31 sa 33, 35 u 38 tal-Linji Gwida Volontarji tal-FAO dwar il-Prestazzjoni tal-Istati tal-Bandiera u tal-punt 24 tal-IPOA IUU.

(81)

Bl-eċċezzjoni tal-IOTC u tal-SWIOFC, Comoros mhix parti kontraenti ta' RFMOs oħra. Meta wieħed iqis l-istruttura tal-flotta ta' Comoros, li ma toperax biss fir-reġjun tal-Oċean Indjan, din is-sejba timmina l-isforzi ta' Comoros biex tissodisfa l-obbligi skont il-UNCLOS, b'mod partikolari l-Artikoli 117 u 118.

(82)

Barra minn hekk, bl-eċċezzjoni tal-UNCLOS, Comoros ma rratifikatx strumenti legali internazzjonali oħra marbuta mal-ġestjoni tas-sajd. Meta wieħed iqis l-importanza tal-istokkijiet ta' ħut transżonali u li jpassi ħafna għal Comoros, din is-sejba timmina l-isforzi ta' Comoros biex taqdi dmirijietha bħala Stat tal-bandiera, kostali, tal-port u tas-suq skont il-UNCLOS, b'mod partikolari l-Artikoli 63 u 64.

(83)

Il-prestazzjoni ta' Comoros fl-implimentazzjoni ta' strumenti internazzjonali mhijiex ukoll skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-punt 11 tal-IPOA IUU li jħeġġeġ lill-Istati, bħala kwistjoni ta' prijorità, biex jirratifikaw, jaċċettaw jew jaderixxu mal-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-UNCLOS dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Stokkijiet ta' Ħut Transżonali u Stokkijiet ta' Ħut li Jpassi Ħafna (UNFSA) u l-Ftehim ta' Osservanza tal-FAO. Hija tonqos ukoll milli ssegwi l-punt 14 li jistipula li l-Istati għandhom jimplimentaw b'mod sħiħ u effettiv il-Kodiċi ta' Kondotta u l-Pjanijiet ta' Azzjoni Internazzjonali assoċjati miegħu.

(84)

Barra minn hekk, Comoros ma rratifikatx il-Ftehim tal-FAO tal-2009 dwar Miżuri tal-Istat tal-Port.

(85)

Kuntrarju għar-rakkomandazzjonijiet tal-punti 25 sa 27 tal-IPOA IUU, sal-lum Comoros għadha ma żviluppatx pjan ta' azzjoni nazzjonali kontra s-sajd IUU.

(86)

Mill-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet ta' Comoros, il-Kummissjoni sabet li l-ġestjoni tar-reġistru tal-flotta tas-sajd u tal-flotta relatata mas-sajd ta' Comoros għadha parzjalment delegata lil persuni ġuridiċi privati li jinsabu barra Comoros. Abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet magħmula minn Comoros, ġie stabbilit li Comoros naqset milli tassigura li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħha jkollhom rabta ġenwina mal-pajjiż. Dan imur kontra l-Artikolu 91 tal-UNCLOS li jistipula li għandha teżisti rabta ġenwina bejn l-Istat tal-bandiera u l-vapuri tiegħu.

(87)

Fid-dawl tal-premessi 55 sa 65 tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 u l-iżviluppi wara l-1 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni tqis li, skont l-Artikolu 31(3) u (6) tar-Regolament IUU, Comoros naqset milli taqdi dmirijietha skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tar-regoli, ir-regolamentazzjonijiet kif ukoll il-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni internazzjonali.

3.4.   Restrizzjonijiet speċifiċi ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw (l-Artikolu 31(7) tar-Regolament IUU)

(88)

Ta' min ifakkar li Comoros għandha indiċi tal-iżvilupp tal-bniedem baxx u fl-2014 ġiet ikklassifikata fil-159 post minn 188 pajjiż (6) skont l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHDI). Ta' min ifakkar ukoll li fir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) Comoros tinsab elenkata fil-kategorija tal-pajjiżi l-anqas żviluppati (8).

(89)

Ma nstabet l-ebda evidenza korroborattiva li tissuġġerixxi li n-nuqqas ta' Comoros li taqdi dmirijietha skont id-dritt internazzjonali huwa r-riżultat ta' limitazzjonijiet tal-iżvilupp. Għalkemm jista' jkun hemm limitazzjonijiet speċifiċi ta' kapaċità b'mod ġenerali fir-rigward tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza, il-limitazzjonijiet speċifiċi ta' Comoros li ġejjin mil-livell ta' żvilupp tagħha ma jistgħux jiġġustifikaw in-nuqqasijiet identifikati fit-taqsimiet preċedenti. Dan jirrigwarda b'mod partikolari l-istatus tar-reġistru ta' Comoros u n-nuqqas totali ta' kontroll ta' parti mill-flotta ta' Comoros.

(90)

Kif intqal fil-premessa 69 tad-Deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015, jidher li n-nuqqasijiet identifikati jirriżultaw primarjament mill-ambjent amministrattiv inadegwat u n-nuqqas ta' kooperazzjoni u kondiviżjoni tal-informazzjoni fi ħdan l-amministrazzjoni ta' Comoros sabiex jiġi assigurat il-qadi effiċjenti u effettiv tad-dmirijiet ta' Comoros bħala Stat tal-bandiera, kostali, tal-port u tas-suq. Din is-sitwazzjoni hija aggravata mid-daqs żbilanċjat tal-flotta tas-sajd u tal-flotta relatata mas-sajd ta' Comoros u taż-żona ta' operazzjoni tagħha.

(91)

Ta' min ifakkar ukoll li l-Unjoni Ewropea u Comoros iffirmaw Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd (9). L-aħħar protokoll (10) ta' dan il-ftehim kien jinkludi appoġġ finanzjarju settorjali fil-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa lil Comoros. L-appoġġ finanzjarju settorjali kellu l-għan li jippromwovi l-iżvilupp tas-sajd sostenibbli billi jsaħħaħ il-kapaċità amministrattiva u xjentifika permezz ta' enfasi fuq il-ġestjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd sostenibbli. Dan kellu jikkontribwixxi biex jgħin lil Comoros taqdi dmirijietha skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali u tas-suq u biex tiġġieled is-sajd IUU.

(92)

Barra minn hekk, Comoros tikseb ukoll appoġġ minn inizjattivi reġjonali bħall-proġett SmartFish li huwa ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea u li huwa implimentat mill-Kummissjoni tal-Oċean Indjan (IOC) u li għandu l-għan, fost oħrajn, li jiġġieled kontra s-sajd IUU permezz ta' riżorsi kondiviżi; l-iskambju ta' informazzjoni; it-taħriġ u l-iżvilupp ta' skemi operattivi għall-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza; u l-Ewwel Proġett dwar il-Governanza u t-Tkabbir Kondiviż tas-Sajd fil-Lbiċ tal-Oċean Indjan tal-Bank Dinji, li għandu l-għan li jtejjeb l-effettività tal-ġestjoni ta' ċerti tipi magħżula ta' sajd ta' prijorità fil-livell reġjonali, nazzjonali u komunitarju.

(93)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ippreżentati f'din it-Taqsima, magħmula abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni kif ukoll tal-informazzjoni ppreżentata minn Comoros, il-Kummissjoni stabbiliet li, skont l-Artikolu 31(7) tar-Regolament IUU, jidher xieraq li jiġu kkunsidrati l-limitazzjonijiet speċifiċi ta' Comoros fid-dawl tal-istatus ta' żvilupp tagħha, li jistgħu jdgħajfu l-prestazzjoni ġenerali ta' Comoros fil-ġestjoni tas-sajd. Madankollu, wara li tqieset in-natura tan-nuqqasijiet stabbiliti ta' Comoros, ġie stabbilit li l-livell ta' żvilupp ta' Comoros ma jistax jiskuża għalkollox jew inkella jiġġustifika l-prestazzjoni ġenerali tagħha bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq fir-rigward tas-sajd u l-insuffiċjenza tal-azzjonijiet tagħha biex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU.

4.   KONKLUŻJONI DWAR L-IDENTIFIKAZZJONI TA' PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX

(94)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tan-nuqqas ta' Comoros fil-qadi ta' dmirijietha skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali u tas-suq, u biex tieħu azzjoni sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU, dak il-pajjiż għandu jiġi identifikat, skont l-Artikolu 31 tar-Regolament IUU, bħala pajjiż li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

(95)

B'kunsiderazzjoni għall-Artikolu 18(1)(g) tar-Regolament IUU, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom l-obbligu li jirrifjutaw l-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tas-sajd mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbu xi evidenza addizzjonali jew jagħmlu talba għall-assistenza lill-Istat tal-bandiera meta jkunu konxji li ċ-ċertifikat tal-qabda ġie vvalidat mill-awtoritajiet ta' Stat tal-bandiera identifikat bħala Stat li ma jikkooperax skont l-Artikolu 31 ta' dak ir-Regolament.

(96)

Għandu jiġi ddikjarat li l-identifikazzjoni ta' Comoros bħala pajjiż li l-Kummissjoni tqis li ma jikkooperax ma tipprekludi l-ebda pass sussegwenti li jista' jittieħed mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill għall-finijiet tal-istabbiliment ta' lista ta' pajjiżi li ma jikkooperawx.

5.   KUMITAT TA' PROĊEDURA

(97)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Comoros hija identifikata bħala pajjiż terz li l-Kummissjoni tqis bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar notifika lil pajjiż terz dwar il-possibbiltà li dan jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU C 324, 2.10.2015, p. 6).

(3)  L-ittra lill-Ministru tal-Produzzjoni, l-Ambjent, l-Enerġija, l-Industrija u l-Artiġjanat ta' Comoros tal-1 ta' Ottubru 2015.

(4)  Informazzjoni miġjuba minn: http://www.iotc.org/sites/default/files/documents/2015/04/IOTC-2015-CoC12-CR04E-Comoros.pdf

(5)  Informazzjoni miġjuba minn: http://www.iotc.org/compliance/monitoring

(6)  Informazzjoni miġjuba minn: http://hdr.undp.org/en/composite/HDI

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41).

(8)  Informazzjoni miġjuba minn: http://www.oecd.org/dac/stats/documentupload/DAC%20List%20of%20ODA%20Recipients%202014%20final.pdf

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1563/2006 tal-5 ta' Ottubru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros (ĠU L 290, 20.10.2006, p. 6).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/786/UE tas-16 ta' Diċembru 2013 dwar il-firma, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (ĠU L 349, 21.12.2013, p. 4) u l-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (ĠU L 349, 21.12.2013, p. 5).


Rettifika

24.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/46


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/507/KE tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tinġis ta' l-Arja Transkonfinali fit-Tul biex Titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta' ma' Wiċċ l-Art

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 179, tas-17 ta' Lulju 2003, p. 1 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Volum 47)

1.

Fil-paġna 172, it-titolu tad-Deċiżjoni:

minflok:

“Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tinġis ta' l-Arja Transkonfinali fit-Tul biex Titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta' ma' Wiċċ l-Art”,

aqra:

“Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini ta' l-Arja Fuq Distanza Twila Sabiex Jitnaqqsu l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku”;

2.

Fil-paġna 172, il-premessa (2):

minflok:

“(2)

Fit-30 ta' Novembru 1999 il-Korp Esekuttiv għall-Konvenzjoni dwar it-Tinġis ta' l-Arja Transkonfinali fit-Tul biex Tonqos l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta' Wiċċ l-Art (il-Protokoll ta' Gothenburg) il-Protokoll ta' Gothenburg stabbilixxa livelli massimi permessibbli ta' emissjonijiet (livelli ta' emissjoni) għal kull Parti nazzjonali għall-erba' pollutanti prinċipali responsabbli għall-aċidifikazzjoni, l-etrofikazzjoni u l-Ozonu ta' Wiċċ l-Art: il-limiti dwar id-diosside tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu, il-kompost volatili organiku u l-ammonja għandhom jintlaħqu sa l-2010.”,

aqra:

“(2)

Fit-30 ta' Novembru 1999 il-Korp Esekuttiv għall-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis Transkonfini ta' l-Arja Fuq Distanza Twila adotta l-Protokoll Sabiex Jitnaqqsu l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku (il-Protokoll ta' Gothenburg); il-Protokoll ta' Gothenburg jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta' emissjonijiet (livelli ta' emissjoni) għal kull Parti nazzjonali għall-erba' pollutanti prinċipali responsabbli għall-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku: id-diosside tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu, il-kompost volatili organiku u l-ammonja; dawn il-limiti għandhom jintlaħqu sa l-2010.”;

3.

Fil-paġna 172, l-Artikolu 1:

minflok:

“L-adeżjoni tal-Komunità għall-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tinġis ta' l-Arja fit-Tul Transkonfinali biex Tonqos l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta' Wiċċ l-Art b' dan hu approvat għan-nom tal-Komunità.”,

aqra:

“L-adeżjoni tal-Komunità mal-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini ta' l-Arja Fuq Distanza Twila Sabiex Jitnaqqsu l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku b'dan hija approvata f'isem il-Komunità.”;

4.

Fil-paġna 174, l-Anness, it-titolu tal-Protokoll:

minflok:

“Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 Dwar Tniġġis Ta' Arja Ghal Distanzi Twal Transkonfinanti Sabiex Titnaqqas l-Aċidizzazzjoni, Etrofikazzjoni u Ożonu Terranju”,

aqra:

“Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini ta' l-Arja Fuq Distanza Twila Sabiex Jitnaqqsu l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku”;

5.

fil-paġna 176, l-Artikolu 2 tal-Protokoll:

minflok:

“L-għan ta' dan il-Protokoll huwa l-kontroll u t-tnaqqis ta' emissjonijiet tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu, ammonja u taħlit organiku volatili li huma kawżati minn attivitajiet antropoġeniċi u li x'aktarx jikkawżaw effetti mhux mixtieqa fuq is-saħħa umana, ekosistemi naturali, materjali u wċuħ tar-raba, dovut għall-aċidifikazzjoni, ewtrofikazzjoni jew ożonu tal-pjan terran bħala riżultat ta' …”,

aqra:

“L-għan ta' dan il-Protokoll huwa l-kontroll u t-tnaqqis ta' emissjonijiet tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu, ammonja u taħlit organiku volatili li huma kawżati minn attivitajiet antropoġeniċi u li x'aktarx jikkawżaw effetti mhux mixtieqa fuq is-saħħa umana, ekosistemi naturali, materjali u wċuħ tar-raba, dovut għall-aċidifikazzjoni, ewtrofikazzjoni jew ożonu troposferiku bħala riżultat ta' …”.