ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 122 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
13.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 122/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/815
tat-12 ta' Mejju 2017
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 fir-rigward ta' kjarifika u simplifikazzjoni ta' ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 (2) uriet il-ħtieġa ta' emendi fil-modalitajiet ta' implimentazzjoni ta' ċerti standards bażiċi komuni. Il-bidliet proposti fit-testi mehmużin ma joħolqu l-ebda rekwiżiti ġodda sostanzjali iżda jiffaċilitaw l-implimentazzjoni prattika ta' miżuri tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u huma bbażati fuq kontribuzzjonijiet mibgħuta minn Stati Membri u partijiet ikkonċernati involuti fis-sigurtà tal-avjazzjoni. |
(2) |
Ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni jenħtieġ li jiġu kkjarifikati, armonizzati jew issimplifikati sabiex titjieb iċ-ċarezza legali, ikun hemm standardizzazzjoni tal-interpretazzjoni komuni tal-leġiżlazzjoni u sabiex tkompli tiġi żgurata l-aħjar implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni għas-sigurtà tal-avjazzjoni. |
(3) |
L-emendi jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' għadd limitat ta' miżuri fir-rigward tas-sigurtà tal-ajruport, is-sigurtà tal-inġenji tal-ajru, l-iskrinjar tal-likwidi aerosols u l-ġellijiet, il-bagalji tal-istiva, il-merkanzija u l-posta, il-provvisti għal matul it-titjira, ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-istaff, u t-tagħmir ta' sigurtà. |
(4) |
Wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament l-aġenti regolati jenħtieg li jkunu pprojbiti milli jinnominaw aktar kunsinnatarju in konto kif rakkomandat mill-ittra tal-Istat 16/85 tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO). Qabel ma jitilfu l-istatus tagħhom u sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2021, il-kunsinnatarji in konto innominati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandu jkollhom l-għażla li jsiru aġenti regolati jew kunsinnatarji magħrufa. |
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta' Ġunju 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta' Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1).
ANNESS
L-Anness mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 qed jiġi emendat kif ġej:
(1) |
il-punt 1.0.3 jinbidel b'dan li ġej: 1.0.3 Mingħajr preġudizzju għall-kriterji għad-derogi stabbiliti fil-Parti K tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 (*1), l-awtorità xierqa tista' tippermetti proċeduri ta' sigurtà speċjali jew eżenzjonijiet għall-protezzjoni u s-sigurtà tan-naħiet tal-ajru fl-ajruporti fi ġranet meta ma jkunx hemm aktar minn inġenju tal-ajru wieħed li se jitgħabba, li se jinħatt, li se jimbarkaw in-nies fuqu jew se jiżbarkaw minnu fi kwalunkwe ħin wieħed jew fil-parti kritika taż-żona ristretta ta' sigurtà jew f'ajruport li ma jkunx fl-ambitu tal-punt 1.1.3. (*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta' April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008 (ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7).”;" |
(2) |
il-punt 1.1.3.1 jinbidel b'dan li ġej: 1.1.3.1 Il-partijiet kritiċi għandhom jiġu stabbiliti fl-ajruporti fejn aktar minn 60 persuna jkollhom karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport li tagħti aċċess għaż-żoni ristretti ta' sigurtà.”; |
(3) |
fil-punt 1.2.6.2, jitħassar it-tieni paragrafu; |
(4) |
il-punt 1.2.6.3 jinbidel b'dan li ġej: 1.2.6.3 Pass elettroniku ta' vettura għandu, jew:
Il-passes elettroniċi ta' vetturi mhumiex meħtieġa juru ż-żoni li l-vettura għandha aċċess għalihom u lanqas id-data ta' skadenza, sakemm dan it-tagħrif ikun jista' jinqara b'mod elettroniku u jiġi ċċekkjat qabel ma jingħata l-aċċess għaż-żoni ristretti ta' sigurtà. Il-passes elettroniċi tal-vetturi għandhom ikunu jistgħu jinqraw ukoll b'mod elettroniku f'żoni ta' sigurtà ristretta.”; |
(5) |
il-punt 1.3.1.8 jinbidel b'dan li ġej: 1.3.1.8 Annimali użati għal ħtiġijiet operattivi u ġestiti minn persuna li jkollha karta valida tal-identifikazzjoni tal-ajruport, għandhom jiġu soġġetti għal verifika viżiva qabel ma jingħatalhom aċċess f'żoni ristretti ta' sigurtà.”; |
(6) |
jiżdied il-punt 1.3.1.9 li ġej: 1.3.1.9 L-iskrinjar ta' persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.”; |
(7) |
il-punt 1.6.4 jinbidel b'dan li ġej: 1.6.4 It-tqabbil għandu jitwettaq qabel ma l-persuna tingħata l-permess iġġorr l-oġġett(i) ikkonċernat(i) fiż-żoni ristretti ta' sigurtà u jekk tintalab tagħmel dan minn persuni li jwettqu sorveljanza jew għassa skont il-punt (c) tal-punt 1.5.1.”; |
(8) |
il-punt 3.0.6 jinbidel b'dan li ġej: 3.0.6 Il-lista ta' oġġetti projbiti għat-tfittxijiet ta' sigurtà tal-inġenju tal-ajru ġewwa l-inġenju hija l-istess bħal dik stipulata fid-Dokument Mehmuż 1-A. Splussiv assemblat u tagħmir inċendjarju għandhom jitqiesu bħala oġġetti projbiti għat-tfittxijiet ta' sigurtà fuq il-parti esterna tal-inġenji tal-ajru.”; |
(9) |
jiżdiedu l-punti 3.0.7 u 3.0.8 li ġejjin: 3.0.7 Għall-fini ta' dan il-Kapitolu, “pannelli tas-servizz tal-inġenju tal-ajru u l-bokkaporti,” tfisser punti ta' aċċess esterni tal-inġenju tal-ajru u kompartimenti li jkollhom manek jew panewijiet esterni li jagħlqu bi klipp u jintużaw bħala rutina biex jipprovdu servizzi ta' groundhandling lill-inġenju tal-ajru. 3.0.8 Ir-referenzi għal pajjiżi terzi f'dan il-Kapitolu u fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015)8005 jinkludu pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI tal-Parti Tlieta ta' dan it-Trattat.”; |
(10) |
il-punt 4.1.3.1 jinbidel b'dan li ġej: 4.1.3.1 L-LAGs li jinġarru mill-passiġġieri jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar b'tagħmir tal-LEDS hekk kif jiddaħħlu fl-SRA fil-każijiet li ġejjin:
|
(11) |
il-punt 4.1.3.2 jinbidel b'dan li ġej: 4.1.3.2 L-STEBs apposta msemmija taħt il-punt (b) tal-punt 4.1.3.1 għandhom:
|
(12) |
il-punt 4.1.3.3 jinbidel b'dan li ġej: 4.1.3.3 L-awtorità xierqa tista' toħloq kategoriji ta' passiġġieri li, għal raġunijiet oġġettivi, għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri speċjali ta' skrinjar jew jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa dwar il-kategoriji maħluqa.”; |
(13) |
jiżdied il-punt 4.1.3.4 li ġej: 4.1.3.4 L-iskrinjar tal-LAGs għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005.”; |
(14) |
il-punt 5.4.3 jinbidel b'dan li ġej: 5.4.3 It-trasportatur tal-ajru għandu jiżgura li l-passiġġieri jiġu mgħarrfa dwar l-oġġetti pprojbiti elenkati fid-Dokument Mehmuż 5-B f'xi ħin qabel ma jsir iċ-check-in.”; |
(15) |
fil-punt 6.2.1.5, jitħassar it-tieni paragrafu; |
(16) |
il-punt 6.3.2.2 jinbidel b'dan li ġej: 6.3.2.2 L-aġent regolati jew it-trasportatur tal-ajru għandu jitlob lill-persuna li jwassal xi kunsinni biex tippreżenta karta tal-identità, passaport, liċenzja tas-sewqan jew dokument ieħor, li jkun jinkludi ritratt tagħha u li jkun inħareġ jew li huwa rikonoxxut mill-awtorità nazzjonali. Il-karta jew id-dokument għandu jintuża biex tkun stabbilita l-identità tal-persuna li twassal il-kunsinni.”; |
(17) |
il-punt 6.3.2.4 jinbidel b'dan li ġej: 6.3.2.4 Wara li jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà msemmija fil-punti 6.3.2.1 sa 6.3.2.3 ta' dan l-Anness u fil-punt 6.3 tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005, l-aġent regolat għandu jiżgura l-protezzjoni tal-merkanzija u tal-posta f'konformità mal-punt 6.6”; |
(18) |
jinbidel il-punt 6.3.2.6 (e) b'dan li ġej:
|
(19) |
fil-punt 6.4.1.2, il-punti (a) u (b) jinbidlu b'dan li ġej:
|
(20) |
fil-punt 6.4.1.6, jitħassar it-tieni paragrafu; |
(21) |
il-punti 6.5.1 sa 6.5.4 jinbidlu b'dan li ġej: 6.5.1 L-aġent regolat għandu jżomm bażi tad-dejta li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja dwar kull kunsinnatarju in konto li jkun ħatar qabel l-1 ta' Ġunju 2017:
Meta l-kunsinnatarju in konto jkun id-detentur ta' ċertifikat tal-AEO msemmi fil-punt (b) jew (c) tal-punt (1) tal-Artikolu 14a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, in-numru taċ-ċertifikat tal-AEO għandu jinżamm fil-bażi tad-dejta msemmija fl-ewwel paragrafu. Il-bażi tad-dejta għandha tkun disponibbli għal spezzjoni mill-awtorità xierqa. 6.5.2 Jekk ma jkun hemm l-ebda attività fiċ-ċaqliq tal-merkanzija jew tal-posta bl-ajru fil-kont tal-kunsinnatarju in konto fi żmien sentejn (2), l-istatus ta' kunsinnatarju in konto għandu jiskadi. 6.5.3 Jekk l-awtorità xierqa jew l-aġent regolat ma jibqgħux sodisfatti fir-rigward tal-konformità tal-kunsinnatarju in konto mal-istruzzjonijiet kif jinsabu fid-Dokument Mehmuż 6-D, l-aġent regolat għandu jirtira minnufih l-istatus ta' kunsinnatarju in konto. L-istatus ta' kwalunkwe kunsinnatarju in konto nominat minn aġent regolat ser jintemm fit-30 ta' Ġunju 2021. 6.5.4 Meta, għal kwalunkwe raġuni, il-kontrolli tas-sigurtà speċifikati fl-“Istruzzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni għall-kunsinnatarju in konto” ma jkunux ġew applikati għall-kunsinna, jew meta l-kunsinna ma tkunx oriġinat mingħand il-kunsinnatarju in konto għall-kont tiegħu stess, il-kunsinnatarju in konto għandu jindika dan b'mod ċar lill-aġent regolat sabiex ikun jista' jiġi applikat il-punt 6.3.2.3.”; |
(22) |
jitħassru l-punti 6.5.5 u 6.5.6; |
(23) |
fil-punt 6.6.2, it-titolu jinbidel b'dan li ġej: “Protezzjoni għall-merkanzija u l-posta waqt it-tqandil, il-ħżin u t-tagħbija fuq inġenju tal-ajru”; |
(24) |
il-punt 6.6.2.2 jinbidel b'dan li ġej: 6.6.2.2 Għal kunsinni tal-merkanzija u tal-posta f'parti għajr parti kritika ta' żona ristretta ta' sigurtà għandhom ikunu protetti minn interferenza mhux awtorizzata sakemm jgħaddu f'idejn aġent regolat jew trasportatur tal-ajru ieħor. Il-kunsinni għandhom ikunu lokalizzati fil-partijiet tal-post tal-aġent regolat fejn l-aċċess huwa kkontrollat, jew kull meta l-bini jinsab barra dawk il-partijiet, għandhom jitqiesu bħala protetti minn interferenza mhux awtorizzata jekk:
|
(25) |
il-punti 6.8.2.3. u 6.8.2.4. jinbidlu b'dan li ġej: 6.8.2.3 L-awtorità xierqa tista' taċċetta r-rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ta' entità ta' pajjiż terz, jew ta' ACC3 ieħor, għal deżinjazzjoni tal-ACC3 f'każijiet fejn dik l-entità jew ACC 3 twettaq operazzjoni ta' merkanzija sħiħa, inkluż it-tagħbien fl-istiva tal-inġenju tal-ajru, f'isem l-ACC3 applikant u r-rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ikopri dawn l-attivitajiet kollha.; 6.8.2.4 Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandha tiġi rreġistrata f'rapport ta' validazzjoni li jkun jikkonsisti mill-inqas fid-dikjarazzjoni tal-impenji stipulati fid-Dokument Mehmuż 6-H1, il-lista ta' kontroll stipulata fid-Dokument Mehmuż 6-C3 u dikjarazzjoni mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE kif stipulata fid-Dokument Mehmuż 11-A. Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jissottometti r-rapport ta' validazzjoni lill-awtorità xierqa u għandu jipprovdi kopja tagħha lit-trasportatur tal-ajru vvalidat.”; |
(26) |
jitħassar il-punt 6.8.2.5; |
(27) |
il-punt 6.8.3.1 jinbidel b'dan li ġej: 6.8.3.1 L-ACC3 għandu jiżgura li l-merkanzija u l-posta kollha li jinġarru għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt f'ajruport tal-Unjoni jiġu skrinjati, sakemm:
Il-punt (c) għandu japplika sat-30 ta' Ġunju 2021.”; |
(28) |
il-punti 6.8.3.4. u 6.8.3.5. jinbidlu b'dan li ġej: 6.8.3.4 Meta joħorġu l-offerti għall-kunsinni li għalihom ikun applika l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa għal ieħor ACC3 jew RA3, l-ACC3, l-RA3, jew il-KC3, għandu jindika fid-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament l-identifikatur alfanumeriku uniku li wasal mingħand l-awtorità xierqa li tinnomina. 6.8.3.5 Meta jaċċetta kwalunkwe kunsinna, ACC3 jew RA3 għandu jistabbilixxi jekk it-trasportatur tal-ajru jew l-entità li mingħandha jkun irċieva l-kunsinna hijiex ACC3, RA3, jew KC3 ieħor bil-mezzi li ġejjin:
Jekk ma jkunx hemm indikazzjoni fuq id-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament tal-identifikatur, jew jekk tat-trasportatur tal-ajru jew l-entità li qed twassal il-kunsinni mhix elenkata bħala attiva fil-bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista, għandu jitqies li qabel ma ġew applikati l-ebda kontrolli tas-sigurtà, u l-kunsinni għandhom jiġu skrinjati mill-ACC3 jew minn RA3 ivvalidat tas-sigurtà ieħor tal-avjazzjoni tal-UE qabel ma jitgħabbew fuq l-inġenju tal-ajru.”; |
(29) |
Jiżdiedu l-punti 6.8.3.6 u 6.8.3.7 li ġejjin: 6.8.3.6 Wara li jkunu ġew applikati l-kontrolli kollha tas-sigurtà msemmija fil-punti minn 6.8.3.1 sa 6.8.3.5 ta' dan ir-Regolament, l-ACC3 jew l-aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (RA3) li jopera f'ismu għandu jiżgura li d-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament, jew fil-forma ta' polza tal-vjaġġ bl-ajru jew f'dikjarazzjoni separata u jew f'forma elettronika jew bil-miktub, tindika ta' mill-anqas:
6.8.3.7 Fin-nuqqas ta' aġent regolat minn pajjiż terz imsemmi fil-punt (b) tal-punt 6.8.3.6, id-dikjarazzjoni tal-istatus tas-sigurtà tista' tinħareġ mill-ACC3 jew mit-trasportatur tal-ajru li jasal minn pajjiż terz elenkat fid-Dokumenti Mehmużin 6-Fi jew 6-Fii.”; |
(30) |
Il-punti 6.8.4 u 6.8.5 jinbidlu b'dan li ġej: “6.8.4. Id-deżinjazzjoni tal-aġenti regolati u tal-kunsinnatarji magħrufa 6.8.4.1. Entitajiet ta' pajjiżi terzi li huma, jew għandhom l-intenzjoni li jkunu, parti mill-katina tal-provvista tal-ikel ta' trasportatur tal-ajru li għandu l-istatus ta' ACC3, jistgħu jiġu nnominati jew bħala “aġent regolat ta' pajjiż terz (RA3)” jew “kunsinnatarju magħruf ta' pajjiż terz” (KC3). 6.8.4.2. Sabiex tikseb id-deżinjazzjoni, l-entità għandha tindirizza t-talba lil:
L-awtorità xierqa li tirċievi t-talba għandha tibda l-proċess ta' deżinjazzjoni jew taqbel mal-awtorità xierqa ta' Stat Membru ieħor dwar id-delegazzjoni tagħha filwaqt li titqies il-kooperazzjoni politika jew tal-avjazzjoni, jew it-tnejn li huma. 6.8.4.3. Qabel id-deżinjazzjoni, għandha tiġi kkonfermata l-eliġibilità biex jinkiseb l-istatus ta' RA3 jew KC3 skont il-punt 6.8.4.1. 6.8.4.4. Id-deżinjazzjoni ta' entità bħala RA3 jew KC3 fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-merkanzija u tal-posta tagħha (iktar 'il quddiem, “l-operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija”) għandha tkun abbażi ta':
6.8.4.5. Lir-RA3 jew lill-KC3 innominati, l-awtorità xierqa għandha talloka identifikatur alfanumeriku uniku fil-format standard li jidentifika l-entità u l-pajjiż terz li għalih ġie nnominat biex jimplimenta d-dispożizzjonijiet ta' sigurtà fir-rispett tal-merkanzija jew il-posta li tkun sejra lejn l-Unjoni. 6.8.4.6. Id-deżinjazzjoni għandha tkun valida minn dakinhar li l-awtorità xierqa tkun daħħlet id-dettalji tal-entità fil-bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista, għal perjodu massimu ta' tliet snin. 6.8.4.7. Entità elenkata bħala RA3 jew KC3 fil-bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista għandha tkun rikonoxxuta fl-Istati Membri kollha għall-operazzjonijiet kollha mwettqin fir-rigward tal-merkanzija jew il-posta li tkun sejra lejn l-Unjoni minn ajruport ta' pajjiż terz minn ACC3. 6.8.4.8. Id-deżinjazzjonijiet tal-RA3 u KC3 maħruġa qabel l-1 ta' Ġunju 2017 għandhom jiskadu ħames snin wara n-nomina tagħhom jew fl-31 ta' Marzu 2020, skont liema data tiġi l-ewwel. 6.8.4.9. Fuq talba mill-awtorità xierqa tal-approvazzjoni tagħhom, validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandhom jagħmlu disponibbli d-dettalji li hemm fil-Parti 1 tal-lista ta' kontroll stipulata fid-Dokument Mehmuż 6-C2 jew fid-Dokument Mehmuż 6-C4, kif inhu xieraq, għal kull entità li jinnominaw, sabiex tiġi stabbilita lista konsolidata ta' entitajiet indikati mill-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE. 6.8.5. Il-validazzjoni tal-aġenti regolati u tal-kunsinnatarji magħrufa 6.8.5.1. Sabiex jiġu nnominati bħala aġenti regolati u vvalidati tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew kunsinnatarji magħrufa, l-entitajiet minn pajjiżi terzi għandhom jiġu vvalidati skont waħda miż-żewġ għażliet li ġejjin:
Għal aġenti regolati ta' pajjiż terz, ir-rapport tal-validazzjoni għandu jikkonsisti mid-dikjarazzjoni tal-impenji kif stipulat fid-Dokument Mehmuż 6-H2, il-lista ta' kontroll stipulata fid-Dokument Mehmuż 6-C2, u għal kunsinnatarji magħrufa ta' pajjiż terz, ir-rapport għandu jkun magħmul mid-dikjarazzjoni tal-impenji kif stipulat fid-Dokument Mehmuż 6-H3 u l-lista ta' kontroll stipulata fid-Dokument Mehmuż 6-C4. Ir-rapport ta' validazzjoni għandu jinkludi wkoll dikjarazzjoni mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE kif stipulata fid-Dokument Mehmuż 11-A. 6.8.5.2. Ladarba l-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE skont il-punt (b) tal-punt 6.8.5.1 tkun tlestiet, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jissottometti r-rapport ta' validazzjoni lill-awtorità xierqa u għandu jipprovdi kopja lill-entità vvalidata. 6.8.5.3. L-attività ta' monitoraġġ tal-konformità mwettqa mill-awtorità xierqa ta' Stat Membru jew mill-Kummissjoni tista' titqies bħala validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, sakemm din tkun tkopri l-oqsma kollha speċifikati fil-lista ta' kontroll stipulata fid-Dokument Mehmuż 6-C2 jew 6-C4, kif xieraq. 6.8.5.4. L-ACC3 għandu jżomm bażi tad-dejta li tagħti mill-inqas l-informazzjoni li ġejja għal kull aġent regolat jew kunsinnatarju magħruf li jkun soġġett għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE skont il-punt 6.8.5.1, minn fejn huwa jaċċetta l-merkanzija jew il-posta direttament sabiex jinġarru lejn l-Unjoni:
Fejn applikabbli, fil-bażi tad-dejta għandu jkun hemm l-informazzjoni ta' hawn fuq għal kull kunsinnatarju in konto taħt ir-responsabbiltà tiegħu skont il-punt (c) tal-punt 6.8.3.1, li minnhom l-ACC3 jaċċetta direttament il-merkanzija jew il-posta biex tinġarr lejn l-Unjoni. Il-bażi tad-dejta għandha tkun disponibbli għal-ispezzjoni tal-ACC3. Entitajiet oħrajn ivvalidati tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jistgħu jżommu bażi tad-dejta bħal din. 6.8.5.5. Entità tal-merkanzija jew tal-posta ttrasportata bl-ajru li taħdem f'netwerk b'siti differenti tista' tikseb deżinjazzjoni unika bħala aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE li tkopri s-siti kollha tan-netwerk sakemm:
Sabiex tinżamm id-deżinjazzjoni ta' aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għas-siti kollha tan-netwerk li jkunu għadhom mhux ivvalidati sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2018, kull sena wara s-sena tad-deżinjazzjoni, minn tal-inqas żewġ siti oħra, jew 20 % minnhom, skont liema minnhom huwa l-ogħla, li minnhom il-merkanzija jew il-posta tintbagħat lis-sit(i) imsemmi(ja) fil-punt (i) għandhom ikunu suġġetti għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, sakemm is-siti kollha jiġu vvalidati. Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jistabbilixxi pjan direzzjonali li jelenka l-ordni tal-postijiet li jridu jiġu vvalidati kull sena magħżula fuq bażi aleatorju. Il-pjan direzzjonali għandu jiġi stabbilit b'mod indipendenti mill-entità li topera n-netwerk u ma jistax jinbidel minn dik l-entità. Dan il-pjan direzzjonali għandu jkun parti integrali mir-rapport tal-validazzjoni li fuqu n-netwerk jiġi nominat bħala aġent regolat u vvalidat tal-UE minn pajjiżi terzi. Ladarba tiġi soġġetta għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, sit tan-netwerk għandu jitqies bħala aġent regolat ta' pajjiż terz skont il-punt 6.8.4.2. 6.8.5.6. Jekk il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ta' sit tan-netwerk imsemmi fil-punt (ii) tal-punt (c) tal-punt 6.8.5.5 tikkonkludi li s-sit naqas milli jikkonforma mal-objettivi msemmija f'din il-lista ta' kontroll fid-Dokument Mehmuż 6-C2, merkanzija u posta minn dak is-sit għandhom jiġu skrinjati f'sit nominat bħala aġent regolat ta' pajjiż terz skont il-punt 6.8.4.2 sakemm il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tikkonferma l-konformità mal-objettivi tal-lista ta' kontroll. 6.8.5.7. Il-punti 6.8.5.5 sa 6.8.5.6 għandhom jiskadu fit-30 ta' Ġunju 2018.”; |
(31) |
jiżdied il-punt 6.8.6 li ġej: “6.8.6 In-nuqqas ta' konformità u d-diskontinwità tad-deżinjazzjoni tal-ACC3 u tal-RA3 u tal-KC3 6.8.6.1. In-nuqqas ta' konformità
6.8.6.2. Id-diskontinwità
|
(32) |
Id-dokumenti mehmużin 6-C2, 6-C3 u 6-C4 jinbidlu b'dan li ġej: “ID-DOKUMENT MEHMUŻ 6-C2 LISTA TA' KONTROLL TAL-VALIDAZZJONI GĦAL AĠENTI REGOLATI U VVALIDATI TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE MINN PAJJIŻ TERZ Entitajiet minn pajjiżi terzi jistgħu jagħżlu li jsiru parti minn katina ta' provvista sikura ta' ACC3 (Merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru li joperaw fl-Unjoni minn ajruport ta' pajjiż terz) billi jitolbu deżinjazzjoni bħala aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE minn pajjiż terz (RA3). RA3 huwa entità tal-immaniġġar tal-merkanzija li tinsab f'pajjiż terz li hija vvalidata u approvata bħala tali abbażi tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE. RA3 għandu jiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà, inkluż l-iskrinjar fejn applikabbli, ikunu saru fuq il-kunsinni li jkunu sejrin lejn l-Unjoni Ewropea u li l-kunsinni jkunu ġew imħarsa minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati dawk il-kontrolli tas-sigurtà u sakemm il-kunsinni tgħabbew fuq inġenju tal-ajru jew inkella ngħataw lil ACC3 jew RA3 ieħor. Il-prerekwiżiti għall-ġarr tal-merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru lejn l-Unjoni (1) jew l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera huma meħtieġa mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998. Il-lista ta' kontroll hija l-istrument li għandu jintuża mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-valutazzjoni tal-livell ta' sigurtà applikat għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru li tkun sejra l-UE jew iż-ŻEE (2) mill-entità li qed titlob deżinjazzjoni bħala RA3 jew taħt ir-responsabbiltà tagħha. Il-lista ta' kontroll għandha tintuża biss fil-każijiet speċifikati fil-punt (b) tal-punt 6.8.5.1 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998. Fil-każijiet speċifikati fil-punt (a) tal-punt 6.8.5.1 ta' dak l-Anness, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu juża l-lista ta' kontroll tal-ACC3. Għandu jintbagħat rapport ta' validazzjoni lill-awtorità xierqa li tinnomina u lill-entità vvalidata fi żmien massimu ta' xahar wara l-verifika fuq il-post. Partijiet integrali tar-rapport ta' validazzjoni għandhom ikunu mill-inqas:
In-numerazzjoni tal-paġni, id-data tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-inizjalar fuq kull paġna mill-validatur u mill-entità vvalidata għandhom ikunu l-prova tal-integrità tar-rapport tal-validazzjoni. L-RA3 għandu jkun jista' juża r-rapport fir-relazzjonijiet tan-negozju tiegħu ma' kwalunkwe ACC3 u fejn applikabbli, u ma' kwalunkwe RA3. F'kull każ, ir-rapport tal-validazzjoni għandu jkun bl-Ingliż. Il-Parti 5 — L-iskrinjar u l-Parti 6 — Merkanzija jew posta b'riskju għoli (HRCM) għandhom jiġu vvalutati skont ir-rekwiżiti tal-Kapitoli 6.7 u 6.8 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998. Għall-partijiet l-oħrajn li ma jistgħux jiġu vvalutati skont ir-rekwiżiti tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998, l-istandards bażi huma l-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs) tal-Anness 17 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-materjal ta' gwida li jinsab fil-Manwal tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni tal-ICAO (id-Dokument 8973-Ristrett). Noti dwar il-mili:
IL-PARTI 1 L-identifikazzjoni tal-entità vvalidata u tal-validatur
IL-PARTI 2 L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tal-aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE minn pajjiż terz L-objettiv: L-ebda merkanzija jew posta bl-ajru ma tista' tinġarr lejn l-UE jew iż-ŻEE mingħajr ma tkun soġġetta għal kontrolli tas-sigurtà. Il-merkanzija u l-posta li jintbagħtu minn RA3 lil ACC3 jew lil RA3 ieħor jistgħu jiġu aċċettati biss bħala merkanzija jew posta sikura jekk jiġu applikati kontrolli tas-sigurtà bħal dawn mill-RA3. Id-dettalji ta' tali kontrolli huma pprovduti fil-Partijiet li ġejjin ta' din il-lista ta' kontroll. L-RA3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li jiġu applikati l-kontrolli tas-sigurtà xierqa lill-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru kollha li tkun sejra l-UE jew iż-ŻEE u l-merkanzija jew il-posta sikura tiġi protetta sakemm tkun trasferita għand ACC3 jew RA3 ieħor. Il-kontrolli tas-sigurtà għandhom jinkludu wieħed minn dawn li ġejjin:
Ir-referenza: il-punt 6.8.3 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.
IL-PARTI 3 Ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-istaff L-objettiv: Biex jiġi żgurat li l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jiġu implimentati, l-RA3 għandu jassenja staff kompetenti u responsabbli biex jaħdem fil-qasam tas-sikurezza tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru. L-istaff b'aċċess għall-merkanzija bl-ajru taħt sigurtà għandu jkollu l-kompetenzi kollha meħtieġa sabiex iwettaq id-doveri tiegħu u għandu jingħatalu taħriġ adegwat. Sabiex jissodisfa dan l-objettiv, l-RA3 għandu jkollu proċeduri sabiex jiżgura li l-istaff kollu (bħalma huwa dak permanenti, temporanju, l-istaff tal-aġenzija u x-xufiera) b'aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru għal liema jkunu qegħdin jiġu jew kienu ġew applikati kontrolli tas-sigurtà:
Nota:
Ir-referenza: il-punt 6.8.3.1 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.
IL-PARTI 4 Il-proċeduri ta' aċċettazzjoni L-objettiv: L-RA3 jista' jirċievi merkanzija jew posta minn RA3 ieħor, KC3, AC3 jew minn kunsinnatarju mhux magħruf. L-RA3 għandu jkollu proċeduri ta' aċċettazzjoni adegwati għall-merkanzija u għall-posta sabiex ikun jista' jistabbilixxi jekk kunsinna tiġix minn katina ta' provvista sikura jew le u sussegwentament liema miżura ta' sigurtà għandha tiġi applikata għaliha. Meta jaċċetta kwalunkwe kunsinna, l-RA3 għandu jistabbilixxi l-istatus tal-entità li mingħandha jkun irċieva l-kunsinna filwaqt li jivverifika jekk l-identifikatur alfanumeriku uniku (UAI) tal-entità li tkun qed twassal il-kunsinni hux indikat fuq id-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament, u jikkonferma li t-trasportatur tal-ajru jew l-entità li qed twassal il-kunsinna humiex elenkati bħala attivi fil-bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista għall-ajruport jew il-post speċifikat, kif inhu xieraq. Jekk ma jkunx hemm indikazzjoni tal-UAI fuq id-dokumentazzjoni jew jekk l-istatus tat-trasportatur tal-ajru jew l-entità fil-bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista ma jkunx attiv, l-RA3 għandu jittratta l-kunsinni li jaslu daqs li kieku minn sors mhux magħruf. Barra minn hekk, RA3 għandu jżomm bażi tad-dejta li tagħti mill-inqas l-informazzjoni li ġejja għal kull aġent regolat jew kunsinnatarju magħruf li jkun soġġett għall-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE skont il-punt 6.8.5.1, minn fejn huwa jaċċetta direttament il-merkanzija jew il-posta li għandha tintbagħat lil ACC3 għall-ġarr fl-Unjoni:
Ir-referenza: il-punti 6.8.3.1, 6.8.3.5, u 6.8.5.4 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998. Nota: RA3 jista' jaċċetta biss merkanzija minn AC3 bħala merkanzija sikura, jekk dan l-RA3 ikun innomina lil dan il-kunsinnatarju bħala AC3 hu nnifsu, skont il-punt (c) tal-punt 6.8.3.1 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 u jagħmel tajjeb għall-merkanzija mibgħuta minn dan l-ikunsinnatarju.
IL-PARTI 5 L-iskrinjar L-objettiv: Meta l-RA3 jaċċetta merkanzija u posta li ma jiġux minn katina ta' provvista sikura, jeħtieġ li l-RA3 jgħaddi lil dawn il-kunsinni minn skrinjar adegwat qabel ma jkunu jistgħu jintbagħtu lil ACC3 bħala merkanzija sikura. L-RA3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru li sejra l-UE jew iż-ŻEE għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt f'ajruport tal-Unjoni jiġu skrinjati bil-mezzi jew bil-metodi msemmija fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b'mod raġonevoli li dawn ma jkun fihom l-ebda oġġett ipprojbit. Meta l-iskrinjar tal-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru jitwettaq mill-awtorità xierqa fil-pajjiż terz jew f'isimha, l-RA3 għandu jiddikjara dan il-fatt u jispeċifika kif l-iskrinjar xieraq huwa żgurat. Ir-referenza: il-punt 6.8.3 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.
IL-PARTI 6 Il-Merkanzija jew posta b'riskju għoli (HRCM) L-objettiv: Il-kunsinni li joriġinaw minn jew li jkunu involuti fi trasferiment f'postijiet identifikati bħala ta' riskju għoli mill-Unjoni jew li jidhru li ġew imbagħbsa b'mod sinifikanti għandhom jiġu kkunsidrati bħala merkanzija u posta b'riskju għoli (HRCM). Kunsinni bħal dawn għandhom jiġu skrinjati skont struzzjonijiet speċifiċi. L-RA3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri li permezz tagħhom jiżgura li tiġi identifikata l-HRCM li tkun sejra l-UE jew iż-ŻEE u li din tkun soġġetta għal kontrolli xierqa kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-ACC3 fejn l-RA3 jibgħat merkanzija jew posta bl-ajru għat-trasportazzjoni għandu jiġi awtorizzat li jinforma lill-RA3 dwar l-aktar stat riċenti tal-informazzjoni rilevanti dwar l-oriġini ta' riskju għoli. L-RA3 għandu japplika l-istess miżuri, irrispettivament minn jekk huwa jirċevix merkanzija u posta ta' riskju għoli minn trasportatur tal-ajru jew permezz ta' mezzi oħrajn ta' trasportazzjoni. Ir-referenza: il-punt 6.7 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni(UE) 2015/1998. Nota: L-HRCM li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni sabiex tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE għandha tingħata l-istatus ta' “SHR”, jiġifieri li hija sikura għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha f'konformità mar-rekwiżiti tar-riskju għoli.
IL-PARTI 7 Il-protezzjoni tal-merkanzija u l-posta bl-ajru taħt sigurtà L-objettiv: L-RA3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru li tkun sejra l-UE jew iż-ŻEE tkun protetta minn interferenza mhux awtorizzata u/jew xi tbagħbis mill-punt li jiġu applikati l-iskrinjar tas-sigurtà jew kontrolli oħrajn tas-sigurtà jew mill-punt ta' aċċettazzjoni wara li jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà jew l-iskrinjar, sakemm titgħabba jew tiġi trasferita għand ACC3 jew RA3 ieħor. Jekk merkanzija u posta bl-ajru li qabel kienu taħt sigurtà ma jibqgħux protetti, ma jkunux jistgħu jitgħabbew jew jiġu trasferiti għand ACC3 jew RA3 ieħor bħala merkanzija jew posta sikura. Il-protezzjoni tista' tiġi pprovduta b'mezzi differenti bħal mezzi fiżiċi (pereżempju, barrikati, kmamar imsakkrin,), umani (pereżempju, patrols, staff imħarreġ) u teknoloġiċi (pereżempju, CCTV, allarm ta' dħul). Il-merkanzija jew il-posta bl-ajru li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE li tkun taħt sigurtà għandha tiġi separata mill-merkanzija jew mill-posta bl-ajru li ma tkunx taħt sigurtà. Ir-referenza: il-punt 6.8.3.1 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.
IL-PARTI 8 Dokumentazzjoni L-objettiv: L-RA3 għandu jiżgura li d-dokumentazzjoni li takkumpanja kunsinna li fuqha l-RA3 ikun applika l-kontrolli tas-sigurtà (bħal skrinjar, protezzjoni), ikun fiha mill-inqas:
Jekk l-istatus ta' sigurtà jinħareġ mill-RA3, l-entità għandha tindika wkoll ir-raġunijiet għall-ħruġ tiegħu, bħalma hu l-mezz jew il-metodu li ntuża għall-iskrinjar jew ir-raġunijiet li għalihom il-kunsinna ġiet eżentata mill-iskrinjar filwaqt li jintużaw l-istandards adottati fl-iskema tal-Kunsinna Dikjarazzjoni ta' Sigurtà. Id-dokumentazzjoni li takkumpanja tista' tkun jew fil-forma ta' polza tal-vjaġġ bl-ajru, ta' dokumentazzjoni postali ekwivalenti jew f'dikjarazzjoni separata u jew fil-format elettroniku jew bil-miktub; Ir-referenza: il-punti (d) tal-punt 6.3.2.6, il-punti 6.8.3.4, 6.8.3.5 u 6.8.3.6 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.
IL-PARTI 9 It-trasport L-objettiv: Il-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru għandhom jiġu protetti minn interferenza mhux awtorizzata jew tbagħbis minn meta jitpoġġew taħt sigurtà sakemm jitgħabbew jew sakemm jiġu trasferiti għand ACC3 jew RA3 ieħor. Dan jinkludi protezzjoni waqt it-trasportazzjoni sal-inġenju tal-ajru, għand l-ACC3 jew għand RA3 ieħor. Jekk merkanzija u posta bl-ajru li qabel kienu taħt sigurtà ma jkunux protetti waqt it-trasportazzjoni, ma jkunux jistgħu jitgħabbew jew jiġu trasferiti għand ACC3 jew RA3 ieħor bħala merkanzija sikura. Waqt it-trasportazzjoni sal-inġenju tal-ajru, ACC3 jew RA3 ieħor, l-RA3 huwa responsabbli għall-protezzjoni tal-kunsinni sikuri. Dan jinkludi każijiet fejn it-trasportazzjoni ssir minn entità oħra, bħal persuna li tgħaddi l-merkanzija, f'isimha. Dan ma jinkludix każijiet fejn il-kunsinni huma ttrasportati taħt ir-responsabbiltà ta' ACC3 jew RA3 ieħor. Ir-referenza: il-punt 6.8.3 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.
IL-PARTI 10 Il-konformità L-objettiv: Wara li jivvaluta l-Partijiet 1 sa 9 ta' din il-lista ta' kontroll, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk il-verifika fuq is-sit tiegħu tikkonfermax l-implimentazzjoni tal-kontroll tas-sigurtà f'konformità mal-objettivi elenkati f'din il-lista ta' kontroll għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE. Huma possibbli żewġ xenarji differenti. Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jikkonkludi li l-entità:
Isem il-validatur: Id-data: Il-firma: ANNESS Il-lista ta' persuni u entitajiet li saritilhom żjara jew li ġew intervistati Għandhom jingħataw isem l-entità, l-isem u l-kariga tal-persuna ta' kuntatt u d-data taż-żjara jew tal-intervista.
ID-DOKUMENT MEHMUŻ 6-C3 LISTA TA' KONTROLL TAL-VALIDAZZJONI GĦALL-ACC3 Id-deżinjazzjoni ACC3 (Trasportatur tal-merkanzija jew tal-posta bl-ajru li jopera lejn l-Unjoni minn ajruport ta' pajjiż terz) hija l-prerekwiżit għall-ġarr tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru lejn l-Unjoni Ewropea (3) (UE) jew l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera u hija meħtieġa mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998. Id-deżinjazzjoni ACC3 hija fil-prinċipju meħtieġa għat-titjiriet kollha li jġorru merkanzija jew posta għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt fl-ajruporti tal-UE jew taż-ŻEE (4). L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-Iżlanda, tan-Norveġja u tal-Iżvizzera huma lkoll responsabbli għad-deżinjazzjoni ta' trasportaturi tal-ajru speċifiċi bħala ACC3. Id-deżinjazzjoni hija bbażata fuq il-programm tas-sigurtà ta' trasportatur tal-ajru u fuq verifika fuq il-post tal-implimentazzjoni skont l-objettivi msemmija f'din il-lista ta' kontroll tal-validazzjoni. Il-lista ta' kontroll hija l-istrument li għandu jintuża mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-valutazzjoni tal-livell ta' sigurtà applikata għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-ACC3 jew trasportatur tal-ajru li japplika għal deżinjazzjoni bħala ACC3. Għandu jintbagħat rapport ta' validazzjoni lill-awtorità xierqa li tinnomina u lill-entità vvalidata fi żmien massimu ta' xahar wara l-verifika fuq il-post. Partijiet integrali tar-rapport ta' validazzjoni għandhom ikunu mill-inqas:
In-numerazzjoni tal-paġni, id-data tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-inizjalar fuq kull paġna mill-validatur u mill-entità vvalidata għandhom ikunu l-prova tal-integrità tar-rapport tal-validazzjoni. F'kull każ, l-abbozz tar-rapport tal-validazzjoni għandu jkun bl-Ingliż. Il-Parti 3 — Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru, il-Parti 6 — Il-bażi tad-dejta, il-Parti 7 — L-iskrinjar u l-Parti 8 — Merkanzija jew posta b'riskju għoli (HRCM) għandhom jiġu vvalidati fl-isfond tar-rekwiżiti tal-Kapitoli 6.7 u 6.8 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998. Għall-partijiet l-oħrajn, l-istandards bażi huma l-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs) tal-Anness 17 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-materjal ta' gwida li jinsab fil-Manwal tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni tal-ICAO (id-Dokument 8973-Ristrett). Noti dwar il-mili:
IL-PARTI 1 L-identifikazzjoni tal-entità vvalidata u tal-validatur
IL-PARTI 2 L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tal-ACC3 fl-ajruport L-objettiv: Ebda merkanzija jew posta bl-ajru ma tista' tinġarr lejn l-UE jew iż-ŻEE mingħajr ma tkun soġġetta għal kontrolli tas-sigurtà. Id-dettalji ta' tali kontrolli huma pprovduti mill-Partijiet li ġejjin ta' din il-lista ta' kontroll. L-ACC3 ma għandux jaċċetta merkanzija jew posta biex tinġarr fuq inġenju tal-ajru li jkun sejjer lejn l-UE sakemm l-applikazzjoni tal-iskrinjar jew ta' kontrolli tas-sigurtà oħrajn ma tkunx ikkonfermata u ġġustifikata minn aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, minn kunsinnatarju magħruf ivvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew minn kunsinnatarju in konto maħtur minnu stess jew aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, jew sakemm tali kunsinni ma jkunux soġġetti għall-iskrinjar skont ir-regoli tal-Unjoni. L-ACC3 għandu jkollu proċess sabiex jiżgura li jiġu applikati kontrolli xierqa tas-sigurtà għall-merkanzija u l-posta bl-ajru kollha li jkunu sejrin lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE sakemm dawn ma jkunux eżentati mill-iskrinjar skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u bil-kundizzjoni li l-merkanzija jew il-posta jkunu protetti minn hemm 'il quddiem sakemm jitgħabbew fuq l-inġenju tal-ajru. Il-kontrolli tas-sigurtà għandhom jikkonsistu minn:
Ir-referenza: il-punt 6.8.3 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.
IL-PARTI 3 Il-Programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru L-objettiv: L-ACC3 għandu jiżgura li l-programm tas-sigurtà tiegħu jkun jinkludi l-miżuri kollha tas-sigurtà tal-avjazzjoni li huma rilevanti u suffiċjenti biex il-merkanzija u l-posta bl-ajru jinġarru lejn l-Unjoni. Il-programm tas-sigurtà u d-dokumentazzjoni assoċjata tat-trasportatur tal-ajru għandhom ikunu l-bażi tal-kontrolli tas-sigurtà applikati skont l-objettiv ta' din il-lista ta' kontroll. It-trasportatur tal-ajru jista' jikkunsidra li jgħaddi d-dokumentazzjoni tiegħu lill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE qabel ma ssir iż-żjara fuq il-post, biex tgħinu jiffamiljarizza ruħu mad-dettalji tal-postijiet li jrid iżur. Ir-referenza: il-punt 6.8.2.1 tal-Anness u d-Dokument Mehmuż tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998. Nota: Il-punti li ġejjin elenkati fid-Dokument Mehmuż 6-G tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 għandhom ikunu koperti b'mod xieraq:
IL-PARTI 4 Ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-istaff L-objettiv: L-ACC3 għandu jassenja staff kompetenti u responsabbli biex jaħdem fil-qasam tas-sikurezza u l-ġestjoni tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru. L-istaff b'aċċess għall-merkanzija bl-ajru taħt sigurtà jippossjedi l-kompetenzi kollha meħtieġa sabiex iwettaq id-doveri tiegħu u ngħatalu taħriġ adegwat. Sabiex jissodisfa dan l-objettiv, l-ACC3 għandu jkollu proċedura sabiex jiżgura li l-istaff kollu (bħalma dak permanenti u udak temporanj, l-istaff tal-aġenzija u x-xufiera) b'aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru għal liema jkunu qegħdin jiġu jew kienu ġew applikati kontrolli tas-sigurtà:
Ir-referenza: il-punt 6.8.3.1 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998. Nota:
IL-PARTI 5 Il-proċeduri ta' aċċettazzjoni L-objettiv: L-ACC3 għandu jkollu proċedura fis-seħħ sabiex mal-aċċettazzjoni jivvaluta u jivverifika l-istatus tas-sigurtà ta' kunsinna fir-rigward tal-verifiki preċedenti. Il-proċedura għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
Ir-referenza: il-punti 6.8.3.5, 6.8.3.6, 6.8.3.7, u 6.8.5.4 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.
IL-PARTI 6 Il-bażi tad-dejta L-objettiv: Meta l-ACC3 ma jkunx obbligat li japplika skrinjar ta' 100 % għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru li tkun sejra lejn l-UE/iż-ŻEE, l-ACC3 għandu jiżgura li l-merkanzija jew il-posta tkun ġejja minn entità vvalidata tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE nominata minn awtorità xierqa ta' Stat Membru tal-UE bħala aġent regolat ta' pajjiż terz (RA3) jew kunsinnatarju magħruf ta' pajjiż terz (KC3) jew minn kunsinnatarju in konto (AC3) nominat minnu stess jew minn aġent regolat ta' pajjiż terz. Għall-monitoraġġ tar-rekord għall-verifika rilevanti għas-sigurtà, l-ACC3 għandu jivverifika l-istatus attiv tal-RA3 u tal-KC3 fil-bażi tad-dejta tas-sigurtà tal-Unjoni tal-katina ta' provvista filwaqt li jagħti l-informazzjoni li ġejja għal kull entità jew persuna li mingħandha jkun aċċetta l-merkanzija jew il-posta direttament:
Meta jirċievi merkanzija jew posta bl-ajru minn RA3 jew KC3, l-ACC3 għandu jiċċekkja fil-bażi tad-dejta tal-Unjoni jekk l-entità hix elenkata bħala attiva, u għall-AC3 fil-bażi ta' dejta tat-trasportatur tal-ajru. Jekk l-istatus ta' RA3 jew KC3 mhux attiv jew l-AC3 ma jkunx inkluż fil-bażi tad-dejta, il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru mwassla minnha tkun trid tiġi skrinjata qabel titgħabba. Ir-referenza: il-punti (a) tal-punt 6.8.3.5 u l-punti 6.8.5.4 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.
IL-PARTI 7 L-iskrinjar L-objettiv: Meta l-ACC3 jaċċetta merkanzija u posta mingħand entità li mhijiex ivvalidata għas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew il-merkanzija kkunsinjata ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn dak iż-żmien li jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà, l-ACC3 għandu jiżgura li l-merkanzija jew il-posta bl-ajru tiġi skrinjata qabel titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru. L-ACC3 għandu jkollu proċess sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt f'ajruport tal-Unjoni jiġu skrinjati bil-mezzi jew bil-metodi msemmija fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b'mod raġonevoli li dawn ma jkun fihom l-ebda oġġett ipprojbit. Meta l-ACC3 ma jiskrinjax il-merkanzija jew il-posta bl-ajru huwa nnifsu, huwa għandu jiżgura li l-iskrinjar xieraq jitwettaq skont ir-rekwiżiti tal-Unjoni. Il-proċeduri tal-iskrinjar għandhom jinkludu, fejn ikun xieraq, it-trattament tat-trasferiment u t-tranżitu tal-merkanzija u l-posta. Meta l-iskrinjar tal-merkanzija jew tal-posta bl-ajru jitwettaq minn jew f'isem l-awtorità xierqa fil-pajjiż terz, l-ACC3 li jirċievi tali merkanzija jew posta bl-ajru mingħand l-entità għandu jiddikjara dan il-fatt fil-programm tas-sigurtà tiegħu, u jispeċifika l-mod li bih jista' jiġi żgurat skrinjar adegwat. Ir-referenza: il-punti 6.8.3.1, 6.8.3.2, 6.8.3.3 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.
IL-PARTI 8 Il-merkanzija jew posta b'riskju għoli L-objettiv: Kunsinni li joriġinaw minn jew li jkunu involuti fi trasferiment f'postijiet identifikati bħala ta' riskju għoli mill-UE jew li jidhru li ġew imbagħbsa b'mod sinifikanti għandhom jiġu kkunsidrati bħala merkanzija u posta b'riskju għoli (HRCM). Kunsinni bħal dawn għandhom jiġu skrinjati skont struzzjonijiet speċifiċi. L-oriġini ta' riskju għoli u l-istruzzjonijiet tal-iskrinjar jiġu pprovduti mill-awtorità xierqa tal-UE/taż-ŻEE li tkun innominat l-ACC3. L-ACC3 għandu jkollu proċedura li permezz tagħha jiżgura li tiġi identifikata l-HRCM li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE u li din tkun soġġetta għal kontrolli xierqa kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-ACC3 għandu jibqa' f'kuntatt mal-awtorità xierqa responsabbli għall-ajruporti tal-UE/taż-ŻEE li jġorr il-merkanzija lejhom sabiex ikollu disponibbli l-aħħar stat ta' informazzjoni dwar l-oriġini ta' riskju għoli. L-ACC3 għandu japplika l-istess miżuri, irrispettivament minn jekk huwa jirċevix merkanzija u posta ta' riskju għoli minn trasportatur tal-ajru ieħor jew permezz ta' mezzi oħrajn ta' trasportazzjoni. Ir-referenza: il-punti 6.7 u 6.8.3.6 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998. Nota: L-HRCM li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni sabiex tinġarr lejn l-UE jew iż-ŻEE għandha tingħata l-istatus ta' “SHR”, li tfisser li hija sikura għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha f'konformità mar-rekwiżiti tar-riskju għoli.
IL-PARTI 9 Protezzjoni L-objettiv: L-ACC3 għandu jkollu proċessi fis-seħħ sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE tkun protetta minn interferenza mhux awtorizzata mill-punt li jiġu applikati l-iskrinjar tas-sigurtà jew kontrolli oħrajn tas-sigurtà jew mill-punt ta' aċċettazzjoni wara li jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà jew l-iskrining, sakemm titgħabba. Il-protezzjoni tista' tiġi pprovduta b'mezzi differenti bħal mezzi fiżiċi (pereżempju, barrikati, kmamar imsakkrin,), umani (pereżempju, patrols, staff imħarreġ) u teknoloġiċi (pereżempju, CCTV, allarm ta' dħul). Il-merkanzija jew il-posta bl-ajru li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE li tkun taħt sigurtà għandha tiġi separata mill-merkanzija jew mill-posta bl-ajru li ma tkunx taħt sigurtà. Ir-referenza: il-punt 6.8.3 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.
IL-PARTI 10 Id-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament L-objettiv: L-ACC3 għandu jiżgura li d-dokumentazzjoni li takkumpanja kunsinna li fuqha l-ACC3 ikun applika l-kontrolli tas-sigurtà (bħal skrinjar, protezzjoni), ikun fiha mill-inqas:
Fin-nuqqas ta' aġent regolat ta' pajjiż terz, id-dikjarazzjoni tal-istatus tas-sigurtà tista' tinħareġ mill-ACC3 jew mit-trasportatur tal-ajru li jasal minn pajjiż terz eżentat mir-reġim tal-ACC3. Jekk l-istatus ta' sigurtà jinħareġ mill-ACC3, it-trasportatur tal-ajru għandu jindika wkoll ir-raġunijiet għall-ħruġ tiegħu, bħalma hu l-mezz jew il-metodu li ntuża għall-iskrinjar jew ir-raġunijiet li għalihom il-kunsinna ġiet eżentata mill-iskrinjar filwaqt li jintużaw l-istandards adottati fl-iskema tad-Dikjarazzjoni ta' Sigurtà tal-kunsinna. Fil-każ li l-istatus tas-sigurtà u d-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament ġew stabbiliti minn RA3 upstream jew minn ACC3 ieħor, l-ACC3 għandu jivverifika, matul il-proċess ta' aċċettazzjoni, li l-informazzjoni ta' hawn fuq qiegħda fid-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament. Id-dokumentazzjoni li takkumpanja tista' tkun jew fil-forma ta' polza tal-vjaġġ bl-ajru, ta' dokumentazzjoni postali ekwivalenti jew f'dikjarazzjoni separata u jew fil-format elettroniku jew bil-miktub; Ir-referenza: il-punti (d) tal-punt 6.3.2.6, il-punti 6.8.3.4, u 6.8.3.5, 6.8.3.6, 6.8.3.7 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.
IL-PARTI 11 Il-konformità L-objettiv: Wara li jivvaluta l-għaxar Partijiet preċedenti ta' din il-lista ta' kontroll, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk il-verifika tiegħu fuq il-post tikkorrispondix mal-kontenut tal-parti tal-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru li tiddeskrivi l-miżuri għall-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE u jekk il-kontrolli tas-sigurtà jimplimentawx biżżejjed l-objettivi elenkati f'din il-lista ta' kontroll. Il-konklużjonijiet jistgħu jikkonsistu minn wieħed minn dawn l-erba' każijiet prinċipali possibbli:
Isem il-validatur: Id-data: Il-firma: ANNESS Il-lista ta' persuni u entitajiet li saritilhom żjara jew li ġew intervistati Għandhom jingħataw isem l-entità, l-isem u l-kariga tal-persuna ta' kuntatt u d-data taż-żjara jew tal-intervista.
ID-DOKUMENT MEHMUŻ 6-C4 LISTA TA' KONTROLL TAL-VALIDAZZJONI GĦALL-KUNSINNATARJU MAGĦRUF IVVALIDAT TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE TA' PAJJIŻ TERZ Entitatjiet minn pajjiżi terzi jistgħu jagħżlu li jsiru parti mill-katina ta' provvista sikura ta' ACC3 (Trasportatur tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru li jopera fl-Unjoni minn ajruport ta' pajjiż terz) billi jitolbu nomina bħala kunsinnatarju magħruf ivvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (KC3) minn pajjiż terz. KC3 huwa entità tal-maniġġar tal-merkanzija minn pajjiż terz li hija vvalidata u approvata bħala tali abbażi tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE. KC3 għandu jiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew applikati lill-kunsinni li jkunu sejrin lejn l-Unjoni (5) u li l-kunsinni jkunu ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata minn meta jiġu applikati dawk il-kontrolli tas-sigurtà u sakemm jiġu trasferiti għand ACC3 jew aġent regolat minn pajjiż terz li hu vvalidat skont l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (RA3). Il-prerekwiżiti għall-ġarr tal-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru lejn l-Unjoni (UE) jew l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera huma meħtieġa mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998. Il-lista ta' kontroll hija l-istrument li għandu jintuża mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-valutazzjoni tal-livell ta' sigurtà applikat għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru li tkun sejra l-UE jew iż-ŻEE (6) mill-entità li qed titlob deżinjazzjoni bħala KC3 jew taħt ir-responsabbiltà tagħha. Il-lista ta' kontroll għandha tintuża biss fil-każijiet speċifikati fil-punt (b) tal-punt 6.8.5.1 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998. Fil-każijiet speċifikati fil-punt (a) tal-punt 6.8.5.1 ta' dak l-Anness, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu juża l-lista ta' kontroll tal-ACC3. Għandu jintbagħat rapport ta' validazzjoni lill-awtorità xierqa li tinnomina u lill-entità vvalidata fi żmien massimu ta' xahar wara l-verifika fuq il-post. Partijiet integrali tar-rapport ta' validazzjoni għandhom jinkludu minn tal-inqas dawn li ġejjin:
In-numerazzjoni tal-paġni, id-data tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-inizjalar fuq kull paġna mill-validatur u mill-entità vvalidata għandhom ikunu l-prova tal-integrità tar-rapport tal-validazzjoni. Il-KC3 għandu jkun jista' juża r-rapport fir-relazzjonijiet tan-negozju tiegħu ma' kwalunkwe ACC3 u RA3. F'kull każ, ir-rapport tal-validazzjoni għandu jkun bl-Ingliż. Għall-partijiet l-oħrajn li ma jistgħux jiġu vvalutati skont ir-rekwiżiti tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998, l-istandards bażi huma l-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs) tal-Anness 17 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-materjal ta' gwida li jinsab fil-Manwal tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni tal-ICAO (id-Dokument 8973-Ristrett). Noti dwar il-mili:
IL-PARTI 1 L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet
IL-PARTI 2 L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tal-kunsinnatarju magħruf ivvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE minn pajjiż terz L-objettiv: L-ebda merkanzija jew posta bl-ajru ma tista' tinġarr lejn l-UE jew iż-ŻEE mingħajr ma tkun soġġetta għal kontrolli tas-sigurtà. Il-merkanzija u l-posta li jintbagħtu minn KC3 għand ACC3 jew RA3 jistgħu jiġu aċċettati biss bħala merkanzija jew posta sikura jekk jiġu applikati kontrolli tas-sigurtà bħal dawn mill-KC3. Id-dettalji ta' tali kontrolli huma pprovduti mill-Partijiet li ġejjin ta' din il-lista ta' kontroll. Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li jiġu applikati l-kontrolli tas-sigurtà xierqa lill-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru kollha fil-limiti tal-UE jew taż-ŻEE u l-merkanzija jew il-posta sikura titħares sakemm tkun trasferita għand ACC3 jew RA3. Il-kontrolli tas-sigurtà jiżguraw b'mod raġonevoli li ma nħeba ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna. Ir-referenza: il-punt 6.8.3 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.
IL-PARTI 3 Il-merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru identifikabbli L-objettiv: Li jiġi stabbilit il-punt jew il-post fejn il-merkanzija jew il-posta ssir identifikabbli bħala merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru.
Jekk jogħġbok innota li għandu jingħata tagħrif dettaljat dwar il-protezzjoni ta' merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru identifikabbli minn interferenza mhux awtorizzata jew tbagħbis fil-Partijiet 6 sa 9. IL-PARTI 4 Ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-istaff L-objettiv: Biex jiġi żgurat li l-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jiġu implimentati, il-KC3 għandu jassenja staff kompetenti u responsabbli biex jaħdem fil-qasam tas-sikurezza tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru. Staff b'aċċess għall-merkanzija bl-ajru identifikabbli għandu jippossjedi l-kompetenzi kollha meħtieġa sabiex iwettaq id-doveri tiegħu u jingħata taħriġ adegwat. Sabiex jissodisfa dan l-objettiv, il-KC3 għandu jkollu proċedura sabiex jiżgura li l-istaff kollu (bħal permanenti, temporanji, staff tal-aġenzija, xufiera) b'aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru għal liema jkunu qegħdin jiġu jew kienu ġew applikati kontrolli tas-sigurtà:
Nota:
Ir-referenza: il-punt 6.8.3.1 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.
IL-PARTI 5 Sigurtà fiżika L-objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru identifikabbli li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE tkun protetta minn kull interferenza mhux awtorizzata u/jew tbagħbis. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura. L-entità għandha turi kif is-sit tagħha jew il-bini tagħha huwa protett u li hemm fis-seħħ proċeduri ta' kontroll rilevanti għall-aċċess. Huwa essenzjali li l-aċċess għaż-żona fejn il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru identifikabbli tiġi pproċessata jew maħżuna, ikun ikkontrollat. Jeħtieġ li l-bibien, it-twieqi u l-punti l-oħra kollha ta' aċċess għall-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru sikuri li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE ikunu taħt sigurtà jew soġġetti għall-kontroll tal-aċċess. Is-sigurtà fiżika tista' tkun, imma mhix limitata għal:
Ir-referenza: il-punt 6.8.3.1 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.
IL-PARTI 6 Produzzjoni L-objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru identifikabbli li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE tkun protetta minn kull interferenza mhux awtorizzata u/jew tbagħbis matul il-proċess ta' produzzjoni. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura. L-entità għandha bżonn turi li l-aċċess għaż-żona tal-produzzjoni huwa kkontrollat u l-proċess tal-produzzjoni huwa taħt sorveljanza. Jekk il-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE matul il-proċess tal-produzzjoni, l-entità jkollha bżonn turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza mhux awtorizzata jew tbagħbis f'dan l-istadju. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE matul il-proċess tal-produzzjoni.
IL-PARTI 7 L-ippakkjar L-objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru identifikabbli sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE tkun protetta minn kull interferenza jew kwalunkwe tbagħbis mhux awtorizzat matul il-proċess tal-ippakkjar. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura. L-entità għandha bżonn turi li l-aċċess għaż-żona tal-ippakkjar huwa kkontrollat u l-proċess tal-ippakkjar huwa taħt sorveljanza. Jekk il-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE matul il-proċess tal-ippakkjar, l-entità għandha bżonn turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat f'dan l-istadju. Hemm bżonn li l-prodotti lesti kollha jiġu vverifikati qabel ma jiġu ppakkjati. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE matul il-proċess tal-ippakkjar.
IL-PARTI 8 Il-ħżin L-objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru identifikabbli li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE tkun protetta minn kull interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat matul il-ħażna. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura. L-entità għandha bżonn turi li l-aċċess għaż-żona tal-ħażna huwa kkontrollat. Jekk il-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE waqt li jkun qiegħed jinħażen, l-entità għandha bżonn turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat minn dan l-istadju. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru sejra lejn għall-UE jew lejn iż-ŻEE matul il-proċess tal-ħażna.
IL-PARTI 9 Il-bgħit L-objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru identifikabbli li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE tkun protetta minn kull interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat matul il-proċess tal-bgħit. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tintbagħat għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura. L-entità għandha bżonn turi li l-aċċess għaż-żona tal-bgħit huwa kkontrollat. Jekk il-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE matul il-proċess tal-bgħit, l-entità jkollha bżonn turi li qegħdin jittieħdu miżuri sabiex il-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru tiġi protetta minn interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat f'dan l-istadju. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru li tkun sejra lejn l-UE/iż-ŻEE matul il-proċess tal-bgħit.
IL-PARTI 10 Il-kunsinni minn sorsi oħra L-objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri li jiżguraw li l-merkanzija jew il-posta li ma jkunx oriġina hu, ma tintbagħatx għand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura. jista' jgħaddi kunsinni li ma jkunx oriġina hu stess lil RA3 jew lil ACC3, sakemm dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfati:
Il-kunsinni kollha għandhom jiġu skrinjati minn RA3 jew ACC3 qabel ma jitgħabbew fuq inġenju tal-ajru.
IL-PARTI 11 Dokumentazzjoni L-objettiv: Il-KC3 għandu jiżgura li d-dokumentazzjoni li takkumpanja kunsinna li fuqha l-KC3 ikun applika l-kontrolli tas-sigurtà (bħal skrinjar, protezzjoni), ikun fiha mill-inqas:
Id-dokumentazzjoni li takkumpanja l-kunsinna tista' tkun jew f'format elettroniku jew bil-miktub. Ir-referenza: il-punt 6.8.3.4 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1998.
IL-PARTI 12 It-trasport L-objettiv: Il-KC3 għandu jkollu fis-seħħ proċeduri biex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru identifikabbli li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE tkun protetta minn kull interferenza jew tbagħbis mhux awtorizzat matul it-trasportazzjoni. Jekk merkanzija jew posta bħal din ma tkunx protetta, ma tistax tiġi aċċettata mingħand ACC3 jew RA3 bħala merkanzija jew posta sikura. Matul it-trasportazzjoni, il-KC3 huwa responsabbli għall-protezzjoni tal-kunsinni sikuri. Dan jinkludi każijiet fejn it-trasportazzjoni ssir minn entità oħra, bħal persuna li tgħaddi l-merkanzija, f'isimha. Dan ma jinkludix każijiet fejn il-kunsinni jkunu ttrasportati taħt ir-responsabbiltà ta' ACC3 jew RA3. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet meta l-prodott jista' jiġi identifikat bħala merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru li tkun sejra lejn l-UE jew iż-ŻEE meta ttrasportat.
IL-PARTI 13 Il-konformità L-objettiv: Wara li jivvaluta l-ħdax-il parti preċedenti ta' din il-lista ta' kontroll, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk il-verifika fuq is-sit tiegħu tikkonfermax l-implimentazzjoni tal-kontroll tas-sigurtà f'konformità mal-objettivi elenkati f'din il-lista ta' kontroll għall-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE. Huma possibbli żewġ xenarji differenti. Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jikkonkludi li l-entità:
Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jżomm f'moħħu li l-valutazzjoni hija bbażata fuq metodoloġija ta' konformità globali abbażi tal-objettivi.
Isem il-validatur: Id-data: Il-firma: ANNESS Il-lista ta' persuni u entitajiet li saritilhom żjara jew li ġew intervistati Għandhom jingħataw isem l-entità, l-isem u l-kariga tal-persuna ta' kuntatt u d-data taż-żjara jew tal-intervista.
|
(33) |
Id-dokumenti mehmużin 6-H1, 6-H2 u 6-H3 jinbidlu b'dan li ġej: “ID-DOKUMENT MEHMUŻ 6-H1 DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI — ACC3 IVVALIDAT GĦAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE F'isem [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] jien nieħu nota ta' dan li ġej: Dan ir-rapport jistabbilixxi l-livell ta' sigurtà applikata għall-operazzjonijiet ta' merkanzija bl-ajru li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE fir-rigward tal-istandards tas-sigurtà elenkati fil-lista ta' kontroll jew imsemmija fih. [L-isem tat-trasportatur tal-ajru] jista' jiġi nnominat biss bħala “trasportatur tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru li jopera fl-Unjoni minn ajruport ta' pajjiż terz” (ACC3) ladarba rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jkun ġie sottomess u aċċettat mill-awtorità xierqa ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżlanda, tan-Norveġja jew tal-Iżvizzera għal dak l-iskop, u d-dettalji tal-ACC3 ikunu ddaħħlu fil-bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista. Jekk ir-rapport jistabbilixxi nuqqas ta' konformità fil-miżuri tas-sigurtà li jirreferi għalihom, dan jista' jwassal għall-irtirar tad-deżinjazzjoni ta' [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] bħala ACC3 diġà miksuba għal dan l-ajruport mill-awtorità xierqa ta' Stat Membru tal-UE jew mill-Kummissjoni Ewropea, liema rtirar jispiċċa jipprevjeni lil [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] milli jittrasporta merkanzija jew posta bl-ajru lejn iż-żona tal-UE jew iż-ŻEE minn dan l-ajruport. Ir-rapport huwa validu għal ħames snin u għaldaqstant għandu jiskadi mhux aktar tard minn …. F'isem [it-trasportatur tal-ajru] jien niddikjara li:
F'isem [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] jien naċċetta r-responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni. L-isem: Il-kariga fil-kumpanija: Id-data: Il-firma: ID-DOKUMENT MEHMUŻ 6-H2 DIKJARAZZJONI TA' IMPENJI — AĠENTI REGOLATI U VVALIDATI TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE MINN PAJJIŻ TERZ (RA3) F'isem [l-isem tal-entità] jien nieħu nota ta' dan li ġej: Dan ir-rapport jistabbilixxi l-livell ta' sigurtà applikata għall-operazzjonijiet ta' merkanzija bl-ajru li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE fir-rigward tal-istandards tas-sigurtà elenkati fil-lista ta' kontroll jew imsemmija fih. [L-isem tal-entità] jista' jiġi nnominat biss bħala “aġent regolat ivvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ta' pajjiż terz (RA3)” ladarba rapport tal-validazzjoni tal-UE jkun ġie sottomess u aċċettat mill-awtorità xierqa ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżlanda, tan-Norveġja jew tal-Iżvizzera għal dak il-għan, u d-dettalji tal-KC3 ikunu ddaħħlu fil-bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista. Jekk l-awtorità xierqa ta' Stat Membru tal-Unjoni jew il-Kummissjoni Ewropea tidentifika nuqqas ta' konformità fil-miżuri tas-sigurtà li r-rapport jirreferi għalihom, dan jista' jwassal għall-irtirar tad-deżinjazzjoni ta' [l-isem tal-entità] bħala RA3 li diġà nkisbet għal dan il-bini. Dan l-irtirar se jipprevjeni lil [l-isem tal-entità] milli jwassal merkanzija jew posta bl-ajru taħt sigurtà fid-destinazzjoni tal-UE jew taż-ŻEE għand ACC3 jew RA3 ieħor. Ir-rapport huwa validu għal tliet snin u għaldaqstant għandu jiskadi mhux aktar tard minn …. F'isem [l-isem tal-entità] jien niddikjara li:
F'isem [l-isem tal-entità] jien naċċetta r-responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni. L-isem: Il-kariga fil-kumpanija: Id-data: Il-firma: ID-DOKUMENT MEHMUŻ 6-H3 DIKJARAZZJONI TA' IMPENJI — KUNSINNATARJU MAGĦRUF MINN PAJJIŻ TERZ LI HU VVALIDAT SKONT L-ISTANDARDS TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE (KC3) F'isem [l-isem tal-entità] jien nieħu nota ta' dan li ġej: Dan ir-rapport jistabbilixxi l-livell ta' sigurtà applikata għall-operazzjonijiet ta' merkanzija bl-ajru li tkun sejra lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE fir-rigward tal-istandards tas-sigurtà elenkati fil-lista ta' kontroll jew imsemmija fih. [L-isem tal-entità] jista' jiġi nnominat biss bħala “kunsinnatarju magħruf ivvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ta' pajjiż terz (KC3)” ladarba rapport tal-validazzjoni tal-UE jkun ġie sottomess u aċċettat mill-awtorità xierqa ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Iżlanda, tan-Norveġja jew tal-Iżvizzera għal dak il-għan, u d-dettalji tal-KC3 ikunu ddaħħlu fil-bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista. Jekk jiġi identifikat mill-awtorità xierqa ta' Stat membru tal-Unjoni nuqqas ta' konformità fil-miżuri tas-sigurtà li r-rapport jirreferi għalih, dan jista' jwassal għall-irtirar tan-deżinjazzjoni ta' [l-isem tal-entità] bħala KC3 li diġà nkisbet minn dan il-bini mill-awtorità xierqa ta' Stat Membru tal-Unjoni jew mill-Kummissjoni Ewropea, liema rtirar se jipprevjeni lil [l-isem tal-entità] milli jwassal merkanzija jew posta bl-ajru taħt sigurtà fid-destinazzjoni tal-UE jew taż-ŻEE għand ACC3 jew RA3. Ir-rapport huwa validu għal tliet snin u għaldaqstant għandu jiskadi mhux aktar tard minn …. F'isem [l-isem tal-entità] jien niddikjara li:
F'isem [l-isem tal-entità] jien naċċetta r-responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni. L-isem: Il-kariga fil-kumpanija: Id-data: Il-firma:”; |
(34) |
il-punt 8.1.3.2 huwa emendat kif ġej:
|
(35) |
il-punt 11.2.2(e) jinbidel b'dan li ġej:
|
(36) |
jiżdied il-paragrafu li ġej fil-punt 11.2.3.8: “Barra minn hekk, fejn din il-persuna jkollha karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport, it-taħriġ għandu jirriżulta wkoll fil-kompetenzi kollha li ġejjin:
|
(37) |
jiżdied il-paragrafu li ġej fil-punt 11.2.3.9: “Barra minn hekk, fejn din il-persuna jkollha karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport, it-taħriġ għandu jirriżulta wkoll fil-kompetenzi kollha li ġejjin:
|
(38) |
jiżdied il-paragrafu li ġej fil-punt 11.2.3.10: “Barra minn hekk, fejn din il-persuna jkollha karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport, it-taħriġ għandu jirriżulta wkoll fil-kompetenzi kollha li ġejjin:
|
(39) |
fil-punt 11.5.1 jiżdied il-paragrafu li ġej: “Instructors għandhom ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-anqas kull 5 snin.”; |
(40) |
il-punt 11.6.4.3 jinbidel b'dan li ġej: 11.6.4.3 Meta Stat Membru ma jibqax sodisfat li validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jilħaq ir-rekwiżiti msemmija fil-punti 11.6.3.1 jew 11.6.3.5, dan għandu jirtira l-approvazzjoni u jneħħi lill-validatur mill-bażi tad-dejta tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-katina tal-provvista, jew jinforma lill-awtorità xierqa li tkun approvatu filwaqt li jaqsam ir-raġuni vera tat-tħassib tiegħu”; |
(41) |
id-Dokument Mehmuż 11-A jinbidel b'dan li ġej: “ID-DOKUMENT MEHMUŻ 11-A DIKJARAZZJONI TAL-INDIPENDENZA — VALIDATUR TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE
Jien naċċetta r-responsabbiltà sħiħa għar-rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE. L-isem tal-entità vvalidata: L-isem tal-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE: Id-data: Il-firma:”; |
(42) |
il-punti 12.7.1.2. u 12.7.1.3. jinbidlu b'dan li ġej: 12.7.1.2 It-tagħmir għandu jintuża b'tali manjiera li jiżgura li l-kontenitur jitqiegħed f'pożizzjoni u jiġi orjentat biex jiġi żgurat li l-kapaċitajiet ta' individwazzjoni jintużaw b'mod sħiħ. 12.7.1.3 It-tagħmir għandu jiskatta l-allarm f'kull waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:
|
(43) |
jitħassar il-punt 12.7.1.4; |
(44) |
il-punt 12.7.2.2 jinbidel b'dan li ġej: 12.7.2.2 It-tagħmir kollu tal-LEDS għandu jissodisfa l-istandard 2.”; |
(45) |
jitħassar il-punt 12.7.2.3; |
(46) |
il-punt 12.9.2.5 jinbidel b'dan li ġej: 12.9.2.5 EDD użat għall-individwazzjoni tal-materjali splussivi għandu jiġi armat b'mezzi xierqa li jippermettu l-identifikazzjoni unika tal-EDD.”. |
(1) L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, u r-Renju Unit.
(2) Merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru jew inġenji tal-ajru li jkunu sejrin lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE fil-lista ta' kontroll ta' din il-validazzjoni hija ekwivalenti għal merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru jew inġenji tal-ajru li jkunu sejrin lejn l-Unjoni u l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera.
(3) L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, u r-Renju Unit.
(4) Merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru jew inġenji tal-ajru li jkunu sejrin lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE fil-lista ta' kontroll ta' din il-validazzjoni hija ekwivalenti għal merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru jew inġenji tal-ajru li jkunu sejrin lejn l-Unjoni u l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera.
(5) L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, u r-Renju Unit.
(6) Merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru jew inġenji tal-ajru li jkunu sejrin lejn l-UE jew lejn iż-ŻEE fil-lista ta' kontroll ta' din il-validazzjoni hija ekwivalenti għal merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru jew inġenji tal-ajru li jkunu sejrin lejn l-Unjoni u l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera.
13.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 122/69 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/816
tat-12 ta' Mejju 2017
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
97,0 |
TN |
158,2 |
|
TR |
93,0 |
|
ZZ |
116,1 |
|
0707 00 05 |
TR |
126,8 |
ZZ |
126,8 |
|
0709 93 10 |
TR |
143,5 |
ZZ |
143,5 |
|
0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28 |
EG |
56,6 |
MA |
68,4 |
|
ZZ |
62,5 |
|
0805 50 10 |
TR |
65,0 |
ZA |
147,3 |
|
ZZ |
106,2 |
|
0808 10 80 |
AR |
106,2 |
BR |
106,5 |
|
CL |
118,7 |
|
NZ |
145,9 |
|
US |
111,3 |
|
ZA |
96,1 |
|
ZZ |
114,1 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
13.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 122/71 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/817
tal-11 ta' Mejju 2017
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar il-modifika tal-paragrafu C(ii) tal-Anness 3 għall-Ftehim tad-WTO fir-rigward tal-frekwenza tar-Reviżjonijiet tal-Politika Kummerċjali tad-WTO u tar-regoli ta' proċedura tal-Korp ta' Reviżjoni tal-Politika Kummerċjali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-paragrafu C(ii) tal-Anness 3 tal-Ftehim ta' Marrakexx li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“Ftehim tad-WTO”) jiffissal-frekwenza għar-reviżjoni tal-politiki u l-prattiki kummerċjali ta' kull Membru tad-WTO. Il-frekwenza tar-reviżjonijiet tal-politika kummerċjali ta' kull Membru tiddependi fuq is-sehem tiegħu fil-kummerċ dinji. L-akbar erba' Membri f'termini ta' skambji kummerċjali attwalment jiġu eżaminati kull sentejn. Is-16-il Membru wara dawn f'termini tas-sehem tagħhom fil-kummerċ dinji jiġu riveduti kull erba' snin, filwaqt li l-Membri l-oħra kollha attwalment jiġu riveduti kull sitt snin. |
(2) |
Iż-żieda fis-sħubija tad-WTO mill-1995 żiedet ukoll l-għadd ta' reviżjonijiet neċessarji għall-konformità mal-Anness 3 tal-Ftehim għad-WTO, u dan qed iżid il-piż fuq il-Membri u s-Segretarjat tad-WTO. Sabiex tiġi salvagwardjata l-effikaċja tas-sistema ta' reviżjoni, il-Korp ta' Reviżjoni tal-Politika Kummerċjali (TPRB) tad-WTO jissuġġerixxi l-estensjoni b'sena taċ-ċikli attwalment fis-seħħ. B'riżultat ta' dan, il-Membri tad-WTO jiġu riveduti kull tliet, ħames jew seba' snin, skont is-sehem tagħhom fil-kummerċ dinji. |
(3) |
F'konformità mal-Artikolu X.8 tal-Ftehim tad-WTO, id-deċiżjonijiet li japprovaw emendi għall-Anness 3 għall-Ftehim tad-WTO għandhom jittieħdu b'kunsens mill-Konferenza Ministerjali jew, bis-saħħa atl-Artikolu IV:2 tal-Ftehim tad-WTO, mill-Kunsill Ġenerali fl-intervalli bejn il-laqgħat tal-Konferenza Ministerjali, u għandhom isiru effettivi għall-Membri kollha tad-WTO mal-approvazzjoni. |
(4) |
Sabiex tiġi salvagwardjata l-effikaċja tas-sistema ta' reviżjoni, it-TRPB rrakkomandawkoll li jiġu emendati r-regoli ta' proċedura tiegħu sabiex jiġu introdotti modifiki żgħar li jistgħu jiffaċilitaw it-twettiq tar-reviżjonijiet, bħall-għoti ta' erba' ġimgħat, minflok it-tlieta attwali, lill-Membru soġġett għar-reviżjoni sabiex ikun jista' jwieġeb għal mistoqsijiet mibgħuta minn qabel meta juża l-iskeda ta' żmien alternattiva. Bidliet oħra fir-regoli ta' proċedura jinvolvu, pereżempju, l-possibilità li Membru tad-WTO jkun jista' jippreżenta bidliet sinifikanti fil-politika kummerċjali tiegħu f'laqgħa tat-TPRB matul il-perijodu bejn żewġ Reviżjonijiet tal-Politika Kummerċjali jew il-possibilità, fuq it-talba ta' Membru, li jagħmel it-tieni jum tar-reviżjoni aktar interattiv, bl-użu ta' panels jew bil-ħruġ mis-Segretarjat tad-WTO ta' lista ta' kelliema għall-interventi tal-Membri tad-WTO fl-ewwel jum tar-reviżjoni. It-TPRB jista' jieħu d-deċiżjoni li jemenda r-regoli ta' proċedura tiegħu stess bis-saħħa tal-Artikolu IV:4 tal-Ftehim tad-WTO. |
(5) |
Huwa fl-interess tal-Unjoni li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-Mekkaniżmu ta' Reviżjoni tal-Politika Kummerċjali b'mod li l-Membri kollha tad-WTO jibqgħu jiġu riveduti regolarment u li l-laqgħat tat-TPRB ikunu kemm jista' jkun effiċjenti u mħejjija tajjeb. |
(6) |
Ikun xieraq, għalhekk, li liġi stabbilit li l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fid-WTO hi li ċ-ċikli tar-Reviżjonijiet tal-Politika Kummerċjali tal-Membri tad-WTO jiġu estiżi b'sena u r-regoli ta' proċedura tat-TPRB jiġu modifikati biex jiġi ffaċilitat it-twettiq tar-reviżjonijiet, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għandha tkun li tissieħeb fil-kunsens biex jiġi emendat il-paragrafu C(ii) tal-Anness 3 għall-Ftehim tad-WTO sabiex iċ-ċikli tar-Reviżjonijiet tal-Politika Kummerċjali tal-Membri tad-WTO jiġu estiżi b'sena. Iċ-ċikli ta' reviżjoni fil-paragrafu C(ii) tal-Anness 3 għall-Ftehim tad-WTO jiddependu fuq is-sehem fil-kummerċ dinji u attwalment huma ta' sentejn, erba' snin jew sitt snin. Huma ser jiġu sostitwiti, rispettivament, b'ċikli ta' tliet snin, ħames snin jew seba' snin.
Din il-pożizzjoni għandha tiġi espressa mill-Kummissjoni fil-laqgħa li ġejja tal-Kunsill Ġenerali.
Artikolu 2
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Korp ta' Reviżjoni tal-Politika Kummerċjali għandha tkun li tissieħeb fil-kunsens biex jiġu emendati r-regoli ta' proċedura tat-TPRB, — kif previst fid-Dokument WT/RD/TPR/745.
Din il-pożizzjoni għandha tiġi espressa mill-Kummissjoni f'laqgħa li jmiss tat-TPRB.
Artikolu 3
Wara l-adozzjoni tagħha, l-emenda tal-paragrafu C(ii) tal-Anness 3 għall-Ftehim tad-WTO, kif notifikata mid-WTO, għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
C. CARDONA
13.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 122/73 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/818
tal-11 ta' Mejju 2017
li tikkostitwixxi Rakkomandazzjoni għall-estensjoni ta' kontroll temporanju fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali li jqiegħdu l-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen f'riskju
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 29 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, fit-12 ta' Mejju 2016 il-Kunsill adotta, fuq proposta tal-Kummissjoni, Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni li tikkostitwixxi Rakkomandazzjoni għal kontroll temporanju fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali li jqiegħdu l-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen f'riskju. |
(2) |
Il-Kunsill irrakkomanda li ħames Stati Schengen (l-Awstrija, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Iżvezja u n-Norveġja) iżommu kontroll proporzjonat temporanju fuq il-fruntieri f'numru limitat ta' taqsimiet tal-fruntieri interni tagħhom għal perjodu inizjali ta' sitt xhur, biex jindirizzaw it-theddida serja għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà interna f'dawn l-Istati minħabba nuqqasijiet fil-kontroll tal-fruntiera esterna fil-Greċja u l-movimenti sekondarji sussegwenti ta' immigranti irregolari li deħlin mill-Greċja li jiċċaqilqu lejn Stati ta' Schengen oħra. Dan il-perjodu ġie estiż mill-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni darbtejn, fil-11 ta' Novembru 2016 u fis-7 ta' Frar 2017 rispettivament, għal perjodi ulterjuri ta' tliet xhur kull darba. |
(3) |
Skont l-Artikoli 25 u 29 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, il-perjodu inizjali taż-żmien irrakkomandat mill-Kunsill jista' jkompli jiġi estiż jekk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jippersistu. |
(4) |
Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-11 ta' Novembru 2016 u tas-7 ta' Frar 2017 kienu jirrikjedu li l-Istati ta' Schengen konċernati għandhom jirrapportaw kull xahar lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-kontrolli mwettqa u dwar il-valutazzjoni fir-rigward tal-ħtieġa kontinwa ta' tali kontrolli, fejn applikabbli. Il-Kummissjoni rċeviet rapporti bħal dawn mill-Istati ta' Schengen kollha konċernati. L-informazzjoni li tinsab f'dawn ir-rapporti turi li l-kontrolli baqgħu skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mir-Rakkomandazzjoni. Hija tikkonferma wkoll stabbilizzazzjoni tas-sitwazzjoni f'dawn l-Istati, f'termini tan-numru ta' rifjuti ta' dħul u applikazzjonijiet għal asil riċevuti matul il-kontrolli. |
(5) |
Madankollu, minkejja dan il-progress, il-kondizzjonijiet identifikati fil-Pjan Direzzjonali “Lura lejn Schengen” li jippermettu t-tneħħija tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni kollha sabiex il-funzjonament taż-żona Schengen jerġa' lura għan-normal għadhom mhux kompletament sodisfatti. Barra minn hekk, minkejja l-progress li għaddej u t-titjib sinifikanti li l-Greċja għamlet fl-2016 b'rabta mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, kif ukoll fit-twettiq, mill-Greċja, tar-rakkomandazzjonijiet li saru wara ż-żjara ta' evalwazzjoni mhux mistennija tal-2015, għad hemm għadd sinifikanti ta' migranti irregolari fil-Greċja u tul ir-rotta tal-Balkani tal-Punent. Ir-riskju ta' movimenti sekondarji irregolari fiż-żona Schengen ta' dawn il-migranti għadu hemm. |
(6) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha “Lura lejn Schengen — Pjan Direzzjonali”, il-Kummissjoni identifikat id-diversi politiki li għandhom jiġu implimentati għal żona Schengen li tiffunzjona bis-sħiħ. Il-proċess ta' implimentazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għadu għaddej. Madankollu, jenħtieġu aktar kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri biex ikollha riżorsi sħaħ u biex tkun tista' taqdi r-rwol tagħha fl-iżgurar tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. Ir-Rakkomandazzjonijiet wara l-ewwel valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà għadhom ma nħarġux. Il-ftehimiet dwar l-istatus mas-Serbja qiegħdin jiġu nnegozjati. |
(7) |
Wara aktar minn sena, l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016 tkompli tagħti riżultati tanġibbli, kif kien ikkonfermat fil-ħames rapport ta' progress (2). Madankollu, il-wasliet għadhom qed jissuperaw in-numru ta' ritorni mill-Greċja lejn it-Turkija u dan wassal għal pressjoni addizzjonali fuq il-gżejjer Griegi. Il-progress fuq l-elementi l-oħra tad-Dikjarazzjoni irid ikompli. L-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni għalhekk trid tibqa' tiġi mmonitorjata. L-istess japplika għas-sitwazzjoni tul ir-Rotta tal-Balkani tal-Punent u l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni tal-laqgħa tal-Mexxejja tar-Rotta tal-Balkani tal-Punent. |
(8) |
Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jikkostitwixxu theddida serja għall-ordni pubbliku u s-sigurtà interna u li jpoġġu f'riskju l-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen għalhekk għadhom jippersistu. |
(9) |
Fid-dawl tal-fatti ta' hawn fuq, jidher għaldaqstant iġġustifikat, bħala miżura aħħarija, li jingħata permess għal estensjoni oħra tal-kontrolli temporanji fil-fruntieri interni konċernati mill-Istati Schengen li bħalissa qed iwettqu dawn il-kontrolli, jiġifieri l-Awstrija, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Iżvezja u l-pajjiż assoċjat tan-Norveġja, f'konformità mal-Artikolu 29 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen. |
(10) |
Il-Kunsill jieħu nota tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar verifiki proporzjonali tal-pulizija u l-kooperazzjoni tal-pulizija fiż-żona Schengen li tikkontribwixxi wkoll għat-tneħħija gradwali tal-kontrolli tal-fruntieri interni bl-għan li tneħħi l-kontrolli fil-fruntieri interni kollha u ż-żona Schengen terġa' tibda taħdem b'mod normali malajr kemm jista' jkun billi tingħata preċedenza lill-użu tal-verifiki tal-pulizija biex jiġu indirizzati b'mod xieraq it-theddidiet serji lill-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna. Il-Kunsill jieħu nota li l-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Schengen kollha jimplimentaw il-miżuri rakkomandati malajr kemm jista' jkun u l-aktar tard fi żmien sitt xhur. |
(11) |
Skont l-istima taż-żmien neċessarju li għad fadal biex jiġu implimentati l-miżuri pendenti bl-għan li jiżguraw protezzjoni xierqa tal-fruntieri esterni tal-UE u sigurtà adegwata fiż-żona Schengen, din l-estensjoni ma għandhiex taqbeż sitt xhur mid-data ta' adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. |
(12) |
L-Istati Membri li jiddeċiedu li jibqgħu jwettqu kontroll fil-fruntieri interni skont din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni kif xieraq. |
(13) |
Qabel ma jagħżlu li jkomplu b'dawn il-kontrolli mal-fruntiera, l-Istati Membri konċernati jenħtieġ li jaraw jekk jistgħux jintużaw miżuri oħra alternattivi għall-kontroll tal-fruntieri li jostakolaw inqas il-moviment liberu tal-persuni u tal-oġġetti bħala rimedju effettiv għat-theddida identifikata. Fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar verifiki proporzjonali tal-pulizija u kooperazzjoni tal-pulizija fiż-żona Schengen, il-Kummissjoni ssejjaħ lill-Istati Schengen biex jużaw is-setgħat tal-pulizija tagħhom mat-territorju kollu, inkluż fiż-żona tal-fruntiera u fir-rotot ewlenin b'mod aktar effettiv u jagħtu preċedenza lill-verifiki tal-pulizija. Madankollu, sakemm issir l-implimentazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, l-Istati Schengen konċernati għandhom jagħtu informazzjoni dwar l-eżitu tar-riflessjoni dwar l-aktar għodod xierqa u r-raġunijiet għall-għażla tal-kontrolli mal-fruntieri bħala miżura aħħarija fin-notifiki tagħhom. |
(14) |
Jenħtieġ li l-kontrolli skont din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jibqgħu jitwettqu biss sal-limitu meħtieġ, fejn l-intensità tagħhom tkun ristretta għal-livell minimu assolut meħtieġ u aġġustata għaċ-ċirkostanzi. F'dawn iċ-ċirkostanzi, jista' jiġi previst li kwalunkwe tnaqqis ulterjuri ta' fluss għandu jwassal għas-sospensjoni tal-kontrolli f'taqsimiet tal-fruntiera partikolari. Għandhom jitwettqu biss kontrolli mmirati, abbażi tal-analiżi tar-riskju u tal-intelligence aġġornati b'mod kostanti, sabiex jiġu ottimizzati l-benefiċċji tagħhom u jiġu limitati l-effetti negattivi tagħhom fuq il-moviment liberu. L-Istati ta' Schengen li ġew milquta minn dawn il-kontrolli fit-taqsimiet rilevanti tal-fruntiera għandhom jitħallew jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-ħtieġa tagħhom; l-Istat ta' Schengen li ddeċieda li jintroduċi mill-ġdid kontrolli bħal dawn għandu jikkunsidra dawn il-fehmiet meta jeżamina u jirrieżamina l-ħtieġa ta' verifiki bħal dawn, bl-għan li jnaqqashom progressivament. |
(15) |
Fl-aħħar ta' kull xahar ta' implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni, jenħtieġ li jintbagħat minnufih lill-Kummissjoni u lill-Kunsill rapport komplut dwar ir-riżultati tal-verifiki mwettqa, flimkien ma' valutazzjoni tal-bżonn kontinwu tagħhom fejn applikabbli. Jenħtieġ li dan ir-rapport jinkludi n-numru totali ta' persuni vverifikati, in-numru totali ta' rifjuti ta' dħul wara l-verifiki, in-numru totali ta' deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa wara l-verifiki u n-numru totali ta' applikazzjonijiet għall-asil riċevuti fuq il-fruntieri interni fejn ikunu saru l-verifiki. |
(16) |
Il-Kunsill jieħu nota wkoll li l-Kummissjoni ddikjarat li ser timmonitorja mill-qrib l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni, |
B'DAN JIRRAKKOMANDA LI:
1. |
L-Awstrija, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Iżvezja u n-Norveġja jestendu l-kontrolli proporzjonali u temporanji fil-fruntieri għal perjodu massimu ta' sitt xhur, li jibda mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni, fil-fruntieri interni li ġejjin:
|
2. |
Qabel ma wieħed jiddeċiedi fuq estensjoni ulterjuri ta' tali kontrolli bbażati fuq din ir-Rakkomandazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri konċernati jagħmlu skambju ta' fehmiet mal-Istat(i) Membru/i rilevanti bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-kontrolli fil-fruntieri interni jsiru biss fejn huwa meqjus neċessarju u proporzjonat. Barra minn dan, jenħtieġ li l-Istati Membri konċernati jiżguraw li l-kontrolli fil-fruntieri interni huma mwettqa biss bħala miżura aħħarija meta miżuri alternattivi oħra ma jistgħux jiksbu l-istess effett, u biss f'dawk il-partijiet tal-fruntiera interna fejn huwa meqjus neċessarju u proporzjonat, f'konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen. Meta jipprovdi l-istess riżultati ta' sigurtà, l-użu tas-setgħat tal-pulizija bħala miżuri kompensatorji għandhom jiġu preferuti bħala miżura b'inqas impatt fuq il-moviment liberu tal-persuni u tal-oġġetti. L-Istati Membri konċernati għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni kif xieraq. |
3. |
Il-kontroll fil-fruntiera jenħtieġ li jibqa' mmirat, ibbażat fuq analiżi tar-riskju u intelligence aġġornati kontinwament u jkun limitat fil-kamp ta' applikazzjoni, fil-frekwenza, fil-post u fil-ħin, għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-indirizzar tat-theddid serju u s-salvagwardja tal-ordni pubbliku u s-sigurtà interna. L-Istat Membru li jwettaq kontrolli fuq il-fruntieri interni skont din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għandu jirrieżamina kull ġimgħa l-ħtieġa, il-frekwenza, il-post u l-ħin tal-kontrolli, jaġġusta l-intensità tal-kontrolli għal-livell tat-theddida indirizzata, filwaqt li jneħħihom b'mod progressiv kull fejn xieraq, u jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill kull xahar. |
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
C. CARDONA
(2) Il-Ħames Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija, COM(2017) 204 final tat-2 ta' Marzu 2017.
13.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 122/76 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/819
tat-12 ta' Mejju 2017
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2017) 3331)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”) u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4). |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE jridu jinkludu minn tal-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu tal-inqas sad-dati għal dawk iż-żoni stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. |
(3) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat sussegwentement bid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/417 (5), (UE) 2017/554 (6), (UE) 2017/696 (7) u (UE) 2017/780 (8), sabiex jitqiesu l-bidliet fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara li seħħew aktar tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 fl-Unjoni. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/696 sabiex jiġu stipulati regoli rigward kif jintbagħtu l-konsenji ta' flieles ta' ġurnata miż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 wara ċertu titjib fil-qagħda epidemjoloġika fir-rigward ta' dak il-virus fl-Unjoni. |
(4) |
Filwaqt li mid-data li fiha saru l-aħħar emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/780 kien hemm titjib sinifikanti fil-qagħda epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ulterjuri tal-influwenza avjarja tas-sottotip H5 f'azjendi li jinsabu 'l barra miż-żoni attwalment elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 għal dak l-Istat Membru. Ir-Renju Unit innotifika wkoll li ħa l-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar dawk it-tifqigħat il-ġodda. |
(5) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri meħuda mir-Renju Unit skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara l-aħħar tifqigħat tal-influwenza avjarja tas-sottotip H5 f'dak l-Istat Membru, u ħarġet sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru, jinsabu 'l bogħod biżżejjed minn kwalunkwe azjenda li fiha ġiet ikkonfermata tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5. |
(6) |
Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġi evitat li pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li jiġu deskritti malajr fil-livell tal-Unjoni, b'kollaborazzjoni mar-Renju Unit, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza ġodda stabbiliti f'dak l-Istat Membru skont id-Direttiva 2005/94/KE. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu emendati ż-żoni elenkati għal dak l-Istat Membru fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247. |
(7) |
Bl-istess mod, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 biex jaġġorna r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex tinkludi ż-żoni l-ġodda ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti skont id-Direttiva 2005/94/KE u t-tul ta' żmien tar-restrizzjonijiet li japplikaw fihom. |
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/417 tas-7 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 63, 9.3.2017, p. 177).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/554 tat-23 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 79, 24.3.2017, p. 15).
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).
(8) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/780 tat-3 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 30).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti A hija emendata kif ġej: L-entrata tar-Renju Unit hi sostitwita b'dan li ġej: “Stat Membru: Ir-Renju Unit
|
(2) |
Il-Parti B hija emendata kif ġej: L-entrata tar-Renju Unit hi sostitwita b'dan li ġej: “Stat Membru: Ir-Renju Unit
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET
13.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 122/79 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/820
tat-12 ta' Mejju 2017
dwar verifiki proporzjonati tal-pulizija u kooperazzjoni tal-pulizija fiż-żona Schengen
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
F'żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, huwa neċessarju li jkun hemm rispons komuni għal tħeddidiet transfruntiera li jaffettwaw l-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna ta' dik iż-żona. It-tħaddim tajjeb ta' żona bħal din tiddependi mhux biss fuq l-applikazzjoni uniformi tal-acquis tal-Unjoni, iżda wkoll fuq l-użu tal-kompetenzi nazzjonali fir-rigward taż-żamma tal-liġi u tal-ordni u s-salvagwardja tas-sigurtà interna f'konformità mal-għanijiet tal-acquis ta' Schengen. Għall-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen, huwa importanti li wieħed jikkunsidra mhux biss kif l-Istati Membri jimmaniġġjaw il-fruntieri esterni tagħhom, iżda wkoll kif jeżerċitaw il-poteri tal-pulizija tagħhom, fuq it-territorju sħiħ tagħhom kif ukoll f'żoni ta' fruntiera. |
(2) |
Fl-2012, il-Kummissjoni ħarġet linji gwida għall-Istati Membri li jikkonċernaw miżuri tal-pulizija f'żoni interni tal-fruntiera mehmuż mal-Ewwel rapport bi-annwali dwar il-funzjonament taż-żona Schengen (1). Abbażi tal-esperjenza ta' dawn l-aħħar tliet, dawk il-linji gwida għandhom jiġu riveduti. Din ir-Rakkomandazzjoni sservi dak l-iskop. Din ir-Rakkomandazzjoni tibni fuq “it-tagħlimiet li nkisbu” tul dawn l-aħħar tliet snin fl-indirizzar ta' theddid għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna u l-prattika tajba fit-tħaddim tas-setgħat tal-pulizija u l-kooperazzjoni transkonfinali tal-pulizija, każistika relevanti dwar il-verifiki tal-pulizija, valutazzjonijiet Schengen li saru s'issa fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u possibbiltajiet ġodda li jirriżultaw minn żviluppi teknoloġiċi. |
(3) |
F'konformità mar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), in-nuqqas ta' kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni ma jaffettwax l-eżerċizzju tas-setgħat tal-pulizija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri taħt il-liġi nazzjonali, safejn l-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat ma jkollux effett ekwivalenti għal verifiki fil-fruntieri. L-eżerċizzju tas-setgħat tal-pulizija m'għandhom, b'mod partikolari, ikunu meqjusa ekwivalenti għall-eżerċizzju ta' verifiki fil-fruntiera meta l-miżuri li jittieħdu mill-pulizija ma jkollhomx bħala objettiv il-verifiki fuq il-fruntiera, ikunu bbażati fuq informazzjoni u esperjenza ġenerali tal-pulizija dwar theddid possibbli għas-sigurtà pubblika u li jkunu mmirati, b'mod partikolari, biex jiġġieldu l-kriminalità transfruntiera, ikunu maħsuba u mwettqa b'mod li jkun differenti b'mod ċar minn verifiki sistematiċi fuq il-persuni fil-fruntieri esterni u jkunu mwettqa bħala verifiki każwali. Fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Adil (3), din la hija lista kumulattiva u lanqas lista eżawrjenti ta' kriterji, li jfisser li dawn il-kriterji ma għandhomx jitqiesu bħala li qed jippreskrivu l-uniku grupp possibbli ta' miżuri tal-pulizija fiż-żoni tal-fruntiera (4). |
(4) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/399 u l-kliem tal-Artikolu 72 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jikkonfermaw li t-tneħħija tal-kontrolli fuq il-fruntiera ma affettwax il-prerogattivi tal-Istati Membri fir-rigward taż-żamma tal-liġi u l-ordni u s-salvagwardja tas-sigurtà interna. |
(5) |
Is-setgħat tal-pulizija applikabbli fit-territorju ta' Stat Membru huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, Stati Membri jistgħu jwettqu verifiki tal-pulizija fiż-żoni tal-fruntiera wkoll, inklużi żoni tal-fruntieri interni, fil-kuntest tas-setgħat tal-pulizija li jeżistu taħt il-liġi nazzjonali applikabbli għat-territorju kollu. |
(6) |
Fiċ-ċirkostanzi attwali ta' theddid marbuta mal-ordni pubbliku jew mas-sigurtà interna mit-terroriżmu u kriminalità transfruntiera serja oħra u r-riskji ta' movimenti sekondarji ta' persuni li qasmu b'mod irregolari l-fruntieri esterni, l-intensifikazzjoni tal-verifiki tal-pulizija fit-territorju kollu tal-Istati Membri, inkluż fiż-żoni tal-fruntieri u t-twettiq ta' spezzjonijiet mill-pulizija tul rotot ta' trasport ewlenin bħal ma huma l-awtostradi u l-ferroviji, jista' jkun meħtieġ u ġustifikat. Id-deċiżjoni dwar tali verifiki, il-post fejn isiru kif ukoll l-intensità tagħhom tibqa' kompletament f'idejn l-Istati Membri u għandhom dejjem ikunu proporzjonati għat-theddidiet identifikati. Tali verifiki jistgħu jkunu iktar effikaċi minn kontrolli fil-fruntieri interni, b'mod partikolari peress li huma iktar flessibbli minn kontrolli fil-fruntieri statiċi f'punt ta' qsim tal-fruntieri u jistgħu jiġu adattati b'mod iktar faċli għar-riskji li qed jevolvu. |
(7) |
Żoni tal-fruntieri jista' jkollhom riskji speċifiċi f'dak li għandu x'jaqsam mal-kriminalità transfruntiera u jistgħu jkunu wkoll iktar esposti għal ċerti reati kommessi fit-territorju kollu bħal serq, serq ta' vetturi, traffikar ta' droga, moviment sekondarju mhux awtorizzat ta' ċittadin ta' pajjiżi terzi, traffikar ta' migranti jew traffikar ta' bnedmin. Ir-riskji ta' ksur tar-regoli dwar il-legalità tar-residenza fi ħdan it-territorju jista' wkoll ikun ogħla f'żoni ta' fruntiera. Meta jittieħed kont ta' dawn ir-riskji, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwettqu u jintensifikaw il-verifiki tal-pulizija fiż-żoni tal-fruntiera, li huma adattati għar-riskji speċifiċi ta' żoni tal-fruntiera, sakemm dawn il-miżuri ma jkollhomx effett ekwivalenti għall-verifika fil-fruntieri. |
(8) |
Teknoloġiji moderni biex jimmonitorjaw il-flussi tat-traffiku, b'mod partikolari fuq l-awtostradi u toroq importanti oħra determinati mill-Istati Membri, jistgħu jkunu strumentali fl-indirizzar ta' theddid għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna. Minn din il-perspettiva, l-użu ta' sistemi ta' monitoraġġ u ta' sorveljanza li jippermettu rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċi għal finijiet ta' infurzar tal-liġi għandhom għalhekk ikunu mħeġġa, suġġett għar-regoli applikabbli dwar is-sorveljanza bil-kamera, inklużi s-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data. Dan jista' jgħin biex is-sorveljanza tal-kurituri ewlenin tal-Ewropa, użati minn numru konsiderevoli ta' vjaġġaturi u vetturi li jiċċaqalqu fl-Unjoni, mingħajr impatt sproporzjonat fuq il-fluss tat-traffiku. |
(9) |
Huwa biss f'każijiet ta' setgħat tal-pulizija taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali li huma speċifikament limitati għal żoni tal-fruntiera u jimplikaw verifiki tal-identità anki mingħajr suspett konkret, li Stati Membri jkollhom jipprovdu għal qafas speċifiku biex jiżguraw li dawk il-verifiki tal-pulizija ma jammontawx għal miżuri ekwivalenti għal kontrolli fil-fruntieri. Filwaqt li fis-sentenza Melki (5) il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu tali setgħat speċifiċi tal-pulizija fiż-żoni tal-fruntieri interni li jippermettu kontrolli tal-identità msaħħa biss f'dawk il-partijiet tat-territorju, iddeċidiet li f'dawk is-sitwazzjonijiet, Stati Membri għandhom jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward l-intensità u l-frekwenza ta' dawn il-kontrolli. Barra minn hekk, jekk verifika ma tkunx tiddependi fuq l-imġiba ta' persuna vverifikata jew fuq ċirkustanzi speċifiċi jew informazzjoni li tista' toħloq riskju għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna, Stati Membri għandhom jipprovdu qafas meħtieġ bħala gwida għall-applikazzjoni prattika tiegħu biex jiġi evitat li dawn il-miżuri tal-pulizija jkollhom effett ekwivalenti għal kontrolli mal-fruntieri. |
(10) |
Matul l-aħħar tliet snin għadd ta' Stati Membri intensifikaw il-verifiki tal-pulizija fiż-żoni ta' fruntieri fil-kuntest taż-żieda fit-theddid għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna (fosthom l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, id-Danimarka, in-Netherlands, Franza, l-Italja, is-Slovenja u l-Iżvizzera). Dawk il-verifiki kultant iffukaw fuq mezzi speċifiċi ta' trasport, pereżempju ferroviji, jew żoni speċifiċi fuq il-fruntiera. L-użu ta' mezzi teknoloġiċi qed tiżdied ukoll f'dan il-kuntest. Il-Kummissjoni ma kkontestat ebda wieħed minn dawn il-każijiet. Uħud minn dawn il-każijiet stabilixxew eżempji ta' prattiki tajba fl-indirizzar ta' theddidiet persistenti, li żdiedu, għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna. |
(11) |
Skont ir-Regolament (UE) 2016/399, l-introduzzjoni temporanja mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri jistgħu jintużaw biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali, bħala l-aħħar miżura. F'dan il-kuntest id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/246 (6) espliċitament ħeġġet lill-Istati Membri biex jevalwaw jekk il-verifiki tal-pulizija ma jiksbux l-istess riżultati bħall-kontrolli temporanji fil-fruntieri interni, qabel l-introduzzjoni jew l-estensjoni ta' tali kontrolli. |
(12) |
Filwaqt li f'xi ċirkustanzi jista' jkun ċar mill-bidu li verifiki tal-pulizija waħedhom mhumiex biżżejjed biex jiġu identifikati t-theddidiet għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna (pereżempju, it-tiftix għal suspetti speċifiċi wara attakk terroristiku), f'każijiet oħra, għanijiet simili għal dawk tal-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontroll fil-fruntieri jistgħu jiġu segwiti permezz ta' iktar verifiki fiż-żoni tal-fruntiera. Għalhekk, minn naħa waħda. Id-deċiżjoni dwar l-introduzzjoni temporanja mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni fil-prinċipju għandha tkun preċeduta minn valutazzjoni ta' miżuri alternattivi oħra. B'mod partikolari f'każ ta' deċiżjonijiet dwar l-introduzzjoni temporanja mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni minħabba avvenimenti prevedibbli l-Istati Membri għandhom juru li tali valutazzjoni tkun twettqet. Min-naħa l-oħra, f'każijiet speċifiċi u urġenti ta' theddid serju għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna fil-livell taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni jew fil-livell nazzjonali, l-introduzzjoni temporanja mill-ġdid ta' kontrolli fil-fruntieri interni tista' tkun meħtieġa immedjatament. |
(13) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu użu aħjar mis-setgħat tal-pulizija tagħhom u li jagħtu preċedenza għall-kontrolli tal-pulizija qabel ma jiddeċiedu dwar l-introduzzjoni temporanja mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri interni. |
(14) |
Ikunu liema jkunu l-miżuri li Stat Membru jieħu biex jindirizza theddida speċifika għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna tiegħu, għandu jiżgura li l-implimentazzjoni tal-miżura ma twassalx għal ostakli għall-moviment ħieles ta' persuni u oġġetti bla bżonn, mhux ġustifikati u proporzjonati għal dawk it-theddid għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna u li jirrispetta bi sħiħ id-drittijiet fundamentali u b'mod partikolari il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni. |
(15) |
Żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni tiddependi wkoll fuq l-applikazzjoni effettiva u effiċjenti tal-miżuri akkumpanjanti mill-Istati Membri fl-oqsma ta' kooperazzjoni transkonfinali tal-pulizija. Il-valutazzjonijiet ta' Schengen li saru s'issa fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija enfasizzaw li għalkemm l-Istati Membri huma ġeneralment legalment konformi mal-acquis ta' Schengen, għadd ta' ostakli jxekklu l-użu prattiku ta' wħud mill-għodod tal-kooperazzjoni tal-pulizija transkonfinali disponibbli għall-Istati Membri. Għalhekk Stati Membri għandhom ikunu mħeġġa biex jindirizzaw dawn l-ostakoli biex jindirizzaw aħjar it-theddid transfruntier. |
(16) |
Pattulji konġunti tal-pulizija u għodod oħra eżistenti ta' kooperazzjoni operattiva tal-pulizija jikkontribwixxu għal sigurtà interna fiż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri. Pattulji konġunti fuq ferroviji transfruntiera eż isaħħu b'mod ċar is-sigurtà, billi jipprevjenu sitwazzjonijiet fejn in-nuqqas ta' simetrija fil-kontrolli jdgħajjef l-isforzi meħuda fuq naħa waħda tal-fruntiera biss. Numru ta' Stati Membri stabbilixxew prattiki li jiffaċilitaw jew li jippermettu li jsiru operazzjonijiet ta' kooperazzjoni konġunta tal-pulizija (pereżempju, l-għases tal-pulizija konġunti li l-Ġermanja u l-Polonja stabbilixxew fil-fruntiera li jiffukaw fuq pattulji konġunti u operazzjonijiet oħra, jew it-timijiet iż-żgħar stbbiliti għal investigazzjonijiet konġunti fuq il-fruntiera Awstrija-Repubblika Ċeka, pattulji konġunti fuq il-ferroviji fl-Awstrija, il-Ġermanja, Franza, l-Italja u l-Ungerija, jew ir-reklutaġġ mill-pulizija Ġermaniża ta' ċittadini minn Stati Membri oħra, b'mod partikolari għal pattulji f'żoni fuq il-fruntiera) Stati Membri għandhom ikunu mħeġġa jsegwu dawn l-aħjar prattiki. |
(17) |
Analiżi konġunta tat-theddid u l-iskambju transfruntier ta' informazzjoni bejn Stati Membri li jikkondividu reġjun tal-fruntiera jistgħu jgħinu fit-tfassil ta' verifiki tal-pulizija effiċjenti biex jiġu indirizzati t-theddidiet identifikati. Tali kooperazzjoni tista' tkopri r-riskji fuq rotot tat-traffiku transfruntiera speċifiċi, kif ukoll mezzi tat-trasport speċifiċi li jintużaw spiss użati f'attivitajiet kriminali, sabiex ikunu jistgħu jsiru verifiki mmirati tal-pulizija qabel żona tal-fruntiera. Tali verifiki tal-pulizija jistgħu jipprovdu għodda konġunta biex jiġu indirizzati t-theddidiet għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna ffaċati mill-Istati Membri kkonċernati. Għal din ir-raġuni huwa importanti li l-Istati Membri jiġu nkoraġġuti biex ikomplu jiżviluppaw il-kooperazzjoni transfruntiera. |
(18) |
Sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni transfruntiera tal-pulizija, l-Istati Membri jistgħu jitolbu appoġġ mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni. Appoġġ ta' dan it-tip jista' jikkontribwixxi pereżempju għall-faċilitazzjoni ta' skambju tal-aħjar prattiki bejn il-prattikanti u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet mill-Istati Membri u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-aġenziji relevanti (Europol u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta). Tista' tikkontribwixxi wkoll biex jissaħħi iktar l-istrutturi ta' kooperazzjoni transfruntiera għaċ-Ċentri ta' Kooperazzjoni Doganali tal-Pulizija. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tappoġġa l-aġġornament, abbażi ta' kontribut mill-Istati Membri, tal-“katalogu ta' Schengen” 2011 (7), li jidentifika, fost oħrajn, l-aħjar prattiki fil-qasam ta' kooperazzjoni operattiva transfruntiera tal-pulizija, u l-Iskedi informattivi Nazzjonali tal-“Manwal dwar l-operazzjonijiet transfruntiera” (8). |
(19) |
Kif intwera mill-kriżi migratorja reċenti, movimenti sekondarji mhux ikkontrollati ta' migrant irregolari jistgħu jkunu ta' theddida serja għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna. L-applikazzjoni xierqa tal-ftehimiet bilaterali ta' riammissjoni f'konformità mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), tista' tkun instrumentali fl-indirizzar ta' movimenti sekondarji ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'residenza illegali. Il-ftehimiet bilaterali jistgħu wkoll jgħinu fil-kisba ta' riżultati simili bħala kontrolli mmirati fuq il-fruntieri interni f'dak li għandu x'jaqsam mal-indirizzar tat-theddid għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, filwaqt li jillimitaw l-impatt fuq il-moviment ta' vjaġġaturi bona fide. Għalhekk huwa importanti li l-Istati Membri japplikaw il-ftehimiet bilaterali ta' riammissjoni b'mod effiċjenti filwaqt li tiġi rrispettata r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/432 (10). |
(20) |
Il-Kummissjoni tqis li din ir-Rakkomandazzjoni teħtieġ żmien raġonevoli biex tiġi implimentata; għalhekk il-Kummissjoni tirrakkomanda li din għandha tiġi implimentat malajr kemm jista' jkun u l-iktar tard fi żmien sitt xhur. |
(21) |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tkun implimentata bir-rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali. |
(22) |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tkun indirizzata lill-Istati ta' Schengen kollha marbuta mit-Titolu III tar-Regolament (UE) 2016/399. |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Użu iktar effettiv ta' verifiki tal-pulizija
(1) |
Sabiex jiġi rimedjat b'mod adegwat it-theddid għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna fi ħdan iż-żona Schengen, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun meħtieġ u ġustifikat skont il-liġi nazzjonali:
|
L-għoti ta' preċedenza għall-verifiki tal-pulizija f'każ ta' theddida serja għas-sigurtà interna jew għall-ordni pubbliku
(2) |
Fejn f'sitwazzjoni ta' theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, Stati Membri jikkunsidraw l-applikazzjoni tal-Kapitolu II tat-Titolu III tar-Regolament (UE) 2016/399, l-ewwel għandhom jivvalutaw jekk is-sitwazzjoni tistax tiġi indirizzata b'mod adegwat permezz ta' tisħiħ tal-verifiki tal-pulizija fit-territorju, inkluż fiż-żoni tal-fruntieri. |
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni transfruntiera tal-pulizija
(3) |
Sabiex tiġi msaħħa l-kooperazzjoni transfruntiera tal-pulizija fl-indirizzar ta' theddid għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, l-Istati Membri għandhom:
|
Użu effettiv ta' ftehimiet jew arranġamenti bilaterali ta' riammissjoni bejn l-Istati Membri
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-verifiki tal-pulizija u l-kooperazzjoni tal-pulizija jistgħu jwasslu għall-ġlieda effikaċi kontra movimenti sekondarji mhux awtorizzati fejn dawn il-movimenti joħolqu theddida speċifika għall-ordni pubblika jew għas-sigurtà interna, l-Istati Membri għandhom:
|
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Dimitris AVRAMOPOULOS
Membru tal-Kummissjoni
(1) COM(2012)230, Rapport li jkopri l-perjodu bejn l-1 ta' Novembru 2011– 30 ta' April 2012.
http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2012:0230:FIN:MT:PDF
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(3) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Lulju 2012, Adil, ECLI:EU:C:2012:508, C-278/12 PPU.
(4) Sentenza Adil, ECLI:EU:C:2012:508, il-punt 65.
(5) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Ġunju 2010, Melki u Abdeli, kawżi konġunti C-188/10 u C-189/10, ECLI:EU:C:2010:363, il-punti 73 u 74.
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/246 tas-7 ta' Frar 2017 li tistabilixxi Rakkomandazzjoni għall-estensjoni ta' kontroll temporanju fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali li jqiegħdu l-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen f'riskju (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 59).
(7) Dokument tal-Kunsill 15785/3/10 Rev 3.
(8) Dokument tal-Kunsill 10505/4/09 Rev 4.
(9) Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(10) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/432 tas-7 ta' Marzu 2017 dwar ir-ritorni aktar effettivi fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 66, 11.3.2017, p. 15).