|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
12.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/803
tat-8 ta' Mejju 2017
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 316/91 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti. |
|
(2) |
Il-punt 2 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 316/91 (3) ikklassifika sustanza bajda mgħaġuna magħrufa bħala “krema tal-ġewż tal-Indi” li ġeneralment hija maħsuba għall-użu fil-kċina fit-tħejjija ta' zlazi u oġġetti oħra tal-ikel u mmanifatturata permezz tad-dħin fin tal-polpa tal-ġewż tal-Indi u ppasturizzata, taħt l-intestatura 2008 tan-Nomenklatura Magħquda bħala ġewż ippreparat mod ieħor, mhux speċifikat jew inkluż band'oħra. Il-klassifikazzjoni tal-prodott taħt l-intestatura 0801 tan-Nomenklatura Magħquda kienet eskluża minħabba li l-pasturizzazzjoni ma kinitx permessa fil-Kapitolu 8. |
|
(3) |
In-Nomenklatura Magħquda, stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hija bbażata fuq is-Sistema Armonizzata ta' Oġġetti (“Sistema Armonizzata”) internazzjonali, imfassla mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali (issal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali), u adottata mill-Konvenzjoni Internazzjonali, konkluża fi Brussell, fl-14 ta' Ġunju 1983, u approvata f'isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE (4). |
|
(4) |
In-nota 3 a) tal-Kapitolu 8 ġiet introdotta fis-Sistema Armonizzata fl-1992. Din tippermetti trattament bis-sħana moderata għall-preservazzjoni jew stabilizzazzjoni addizzjonali ta' ġewż imnixxef li ssir referenza għalih f'dak il-Kapitolu. Skont id-dokumenti storiċi mis-Sistema Armonizzata, it-terminu “pasturizzazzjoni”, li oriġinarjament kien propost fit-test ta' dik in-nota fl-aħħar ġie sostitwit bl-espressjoni iktar ġenerali “trattament bis-sħana moderata”. In-noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (5) għall-Kapitolu 8 iċċaraw fil-livell tal-Unjoni li l-pasturizzazzjoni hija, inter alia, ammissibbli għal ġewż u frott imnixxef ta' dan il-Kapitolu. |
|
(5) |
B'konsegwenza ta' dan, huwa xieraq li jitħassar il-punt 2 tat-tabella stipulata fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 316/91, sabiex jiġu evitati diverġenzi potenzjali fil-klassifikazzjoni ta' prodotti mnixxfin tal-ġewż tal-Indi, bħall-krema tal-ġewż tal-Indi li tkun irċeviet trattament jkun ġie trattat bis-sħana moderata u biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda fl-Unjoni. |
|
(6) |
Għalhekk, ir-Regolament (KEE) Nru 316/91 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-ringiela li tikkorrispondi mal-oġġett 2 ġot-tabella li tinstab fl-Anness ta' dan ir-Regolament (KEE) Nru 316/91 hija mħassra.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 316/91 tas-7 ta' Frar 1991 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 37, 9.2.1991, p. 25).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-7 ta' April 1987 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta' Oġġetti u tal-Protokoll li Jemendaha (ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1).
|
12.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/804
tal-11 ta' Mejju 2017
li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta' sezzjoni trasversali tonda, ta' dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Europea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri provviżorji
|
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) fit-13 ta' Frar 2016 bdiet investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2016 mill-Kumitat tad-Difiża tal-industrija tat-tubi tal-azzar mingħajr ġonġituri tal-Unjoni Ewropea (“l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw iktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. L-ilment kien fih evidenza ta' dumping tal-prodott imsemmi u ta' dannu materjali bħala riżultat ta' dan, li tqies biżżejjed biex jiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni. |
|
(2) |
Fit-12 ta' Novembru 2016 hija imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri, tal-ħadid (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta' sezzjoni trasversali tonda, ta' dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”, “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1977 (2) (“ir-Regolament provviżorju”). |
2. Proċedura sussegwenti
|
(3) |
Wara li ġew żvelati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li abbażi tagħhom ġie deċiż li jkun impost dazju provviżorju tal-antidumping (“l-iżvelar provviżorju”), produtturi tal-Unjoni, produtturi esportaturi Ċiniżi, u assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi Ċiniżi ressqu sottomissjonijiet bil-miktub. Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati, u fejn kien xieraq, immodifikat il-konklużjonijiet provviżorji skont dan. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom biħsiebha timponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri (“l-iżvelar definittiv”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu l-kummenti tagħhom dwar l-iżvelar definittiv. Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u fejn xieraq ittieħdu inkunsiderazzjoni. |
3. Kampjunar
|
(6) |
Fil-premessi minn (7) sa (9) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni stiednet kummenti dwar ir-rappreżentattività ta' wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
|
(7) |
Produttur esportatur Ċiniż sostna li l-produttur tal-Unjoni għandu jitneħħa mill-kampjun billi d-dejta tiegħu toħloq distorsjoni fil-konklużjonijiet għall-industrija sħiħa. Produttur esportatur Ċiniż ieħor enfasizza li Vallourec kienet l-ikbar kumpanija il-kampjun, għalhekk ma kienx ċar jekk il-kampjun kienx rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. L-ilmentatur argumenta li l-produtturi Ċiniżi qegħdin dejjem iktar jikkompetu wkoll fi prodotti mfassla apposta u ta' livell għoli. Huwa indika wkoll li l-prodotti taż-żejt u tal-gass huma esportati l-iktar barra mill-Unjoni, għalhekk din id-differenza fil-firxa tal-prodott għandha biss rwol żgħir fis-suq tal-Unjoni. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni talbet dejta addizzjonali u għamlet żjara ta' verifika ulterjuri fil-post tax-xogħol tal-produttur tal-Unjoni. Il-konklużjonijiet urew li l-produttur tal-Unjoni jipproduċi firxa usa' ta' tipi ta' prodotti mill-produtturi tal-Unjoni l-oħra fil-kampjun, imma din il-firxa wiesgħa ta' prodott, inklużi pajpijiet għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, iż-żejt u l-gass u l-kostruzzjoni, kienet fid-definizzjoni tal-prodott. Kemm il-produtturi tal-Unjoni kif ukoll il-produtturi Ċiniżi huma involuti fiż-żewġ prodotti ta' komodità u prodotti ta' livell għoli. Il-produttur tal-Unjoni speċifiku jirrappreżenta parti kbira tal-produzzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-produttur tal-Unjoni huwa parti mill-industrija tal-Unjoni, u ma hemmx raġunijiet biex jiġi eskluż mill-kampjun. Kull impatt bla bżonn tas-sitwazzjoni speċifika ta' din il-kumpanija fl-ambitu tad-dannu ġie ttrattat permezz ta' aġġustamenti tal-ispejjeż u l-ponderazzjoni, kif spjegat fil-premessi (81), (84) u (146). |
|
(9) |
L-assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi Ċiniżi tenniet il-kummenti ta' qabel tagħha kontra l-bidu ta' investigazzjoni, fosthom l-oppożizzjoni tagħha għall-metodu li jiġi stabbilit kampjun preliminari qabel il-bidu. Hija allegat ukoll li l-ilment ma ġiex issostanzjat, kien ta' kwalità baxxa u bbażat fuq suppożizzjonijiet, id-definizzjoni tal-prodott kienet wiesgħa wisq u tiġbor flimkien prodotti differenti wisq, u kien hemm wisq elementi kunfidenzjali. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni fakkret li l-għażla preliminari ta' kumpaniji fil-kampjun kienet miftuħa għal kummenti mill-partijiet interessati. Il-kummenti tal-assoċjazzjoni Ċiniża ġew riċevuti biss wara d-data tal-iskadenza, sa liema stadju l-kampjun kien diġà ġie kkonfermat. Għalhekk ġie miċħud. Fir-rigward tal-oġġezzjonijiet l-oħra, il-Kummissjoni indikat li fl-istadju tal-ilment, ma kienx meħtieġ li jkun hemm diġà l-istess evidenza ta' dumping u dannu li tkun neċessarja għall-impożizzjoni ta' miżuri. L-oġġezzjonijiet dwar l-annessi kunfidenzjali tal-ilment ġew eżaminati u ġiet ikkonfermata l-ġustifikazzjoni għall-kunfidenzjalità. F'kull każ, l-assoċjazzjoni Ċiniża rċeviet risposta ddettaljata għall-oġġezzjonijiet tagħha kontra l-bidu. |
|
(11) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward il-metodu ta' kampjunar, il-konklużjonijiet provviżorji stabbiliti fil-premessi (10) sa (13) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
4. Eżami individwali
|
(12) |
Kif imsemmi fil-premessa (14) tar-Regolament provviżorju tliet produtturi esportaturi li ma kinux inklużi fil-kampjun talbu li jiġi stabbilit marġni individwali ta' dumping skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Madankollu, wara l-pubblikazzjoni tal-miżuri provviżorji, tnejn minnhom iddeċidew li jirtiraw it-talba tagħhom għal eżami individwali. L-uniku produttur esportatur li kkonferma t-talba inizjali tiegħu għal eżami individwali kien Zhejiang Gross Seamless Steel Tube Co., Ltd. |
5. Formoli għal talba għal trattament ta' ekonomija tas-suq
|
(13) |
Ma ġew sottomessi l-ebda formoli għal trattament ta' ekonomija tas-suq minn ebda produtturi esportaturi matul l-investigazzjoni. Għaldaqstant, is-sejbiet tal-premessa (15) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
6. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta' verifika
|
(14) |
Flimkien mal-kwestjonarji u ż-żjarat deskritti fil-premessi (16) u (17) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni bagħtet domandi addizzjonali lill-ilmentatur u lil produttur tal-Unjoni sabiex twettaq il-verifiki dwar id-dannu u l-kawżalità identifikati fir-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, produttur esportatur Ċiniż irċieva kwestjonarju għal eżami individwali. |
|
(15) |
Saru żjarat ta' verifika fl-istabbilimenti tal-partijiet li ġejjin:
|
7. Perjodu tal-investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
|
(16) |
L-assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi Ċiniżi kkritikaw il-punt tal-bidu tal-perjodu kkunsidrat (2012), u sostnew li s-sena 2011 kienet tkun punt ta' bidu iktar xieraq. Ġie sostnut li l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-UE tal-prodott ikkonċernat naqas mill-2011 (46 657 tunnellata) għall-2012 (39 195 tunnellata). Bħala riżultat, l-2012 bħala sena bażi turi żieda ta' importazzjonijiet matul il-perjodu kkunsidrat (għal 42 539 tunnellata), filwaqt li fl-2011 bħala s-sena bażi turi tnaqqis ta' importazzjonijiet miċ-Ċina. Talbet spjegazzjoni ulterjuri dwar l-għażla tal-2012. |
|
(17) |
Il-Kummissjoni osservat li l-perjodu kkunsidrat ġie stabbilit skont il-prassi standard. Kif spjegat fil-premessa (18) tar-Regolament provviżorju, il-perjodu kkunsidrat ikopri tliet snin kalendarji sħaħ ta' qabel il-perjodu ta' investigazzjoni. Ma hemm l-ebda bażi sabiex jingħażel perjodu differenti. Il-kumment għalhekk ma ntlaqax. F'kull każ, id-dejta miġbura mill-partijiet interessati kopriet biss il-perjodu kkunsidrat. Id-determinazzjoni tal-indikaturi tad-dannu kienet possibbli biss mill-perjodu 2012 sal-2015. Għalhekk, id-dejta fuq il-volumi ta' importazzjoni miċ-Ċina mill-2011 ma kinitx tippemetti lill-Kummissjoni li tiġbed konklużjonijiet dwar l-iżvilupp kumplessiv tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Fid-dawl tax-xejra tal-profittabbiltà li qed tonqos mill-2012, kif deskritt fil-premessi minn (91) sa (92), l-inklużjoni tas-sena 2011 fil-perjodu kkunsidrat kieku kienet turi żvilupp negattiv iktar serju fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(18) |
Wara divulgazzjoni definittiva, poduttur esportatur Ċiniż u l-assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi Ċiniżi saħqu li fil-premessa (59) (li tikkorrispondi għall-premessa (47) tad-Dokument ta' Divulgazzjoni Ġenerali) l-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni għad-differenzi fil-volumi tal-esportazzjoni ma kienet ibbażata fuq l-ebda evidenza. |
|
(19) |
Il-Kummissjoni ċċarat li l-premessa (59) ma kenitx tikkonċerna t-talba tal-inklużjoni tas-sena 2011 fil-perjodu tal-investigazzjoni, iżda minflok kienet tirreferi għal kumment differenti mingħand parti interessata oħra, li kienet iddikjarat inkonsistenza fil-konfornt ta' investigazzjoni preċedenti tal-istess prodott. Id-dikjarazzjonijiet tal-assoċjazzjoni Ċiniża tal-produtturi esportaturi li kienu jikkonċernaw il-perjodu ta' investigazzjoni ġew indirizzati fil-premessa (17). |
|
(20) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn dwar il-perjodu tal-investigazzjoni, ġiet ikkonfermata l-premessa (18) tar-Regolament provviżorju. |
B. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
|
(21) |
Produttur esportatur Ċiniż sostna li d-definizzjoni tal-prodott kienet wiesgħa żżejjed billi tinkludi tipi ta' prodott ta' azzar illigat li l-kosti u l-prezzijiet rispettivi tagħhom jiddevjaw b'mod sinifikanti mill-prodott standard ikkonċernat. Huwa talab l-esklużjoni tat-tipi tal-prodott magħmulin mill-azzar illigat u azzar illigat ħafna (3) mid-definizzjoni tal-prodott. |
|
(22) |
L-assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi Ċiniża sostniet li d-definizzjoni tal-prodott iġġib flimkien tliet setturi tas-suq differenti: (a) żejt/gass, (b) impjanti tal-enerġija u (c) kostruzzjoni, u li dak id-dannu kellu jiġi evalwat separatament għal kull segment. Jingħad li l-prodott intiż għal segment tas-suq wieħed huwa meħtieġ għall-konformità ma' standards industrijali speċifiċi u għalhekk ma jistax jintuża f'segment ieħor. Bħala prova ta' dan tal-aħħar, hija rriferiet għall-prattika fil-Kanada u l-Istati Uniti, fejn investigazzjonijiet antidumping kienu sseparaw il-pajpijiet u t-tubi prodotti għas-settur taż-żejt/gass minn pajpijiet u tubi prodotti għal setturi oħrajn. |
|
(23) |
Fir-rigward tal-oġġezzjoni tal-aħħar, parti waħda interessata sostniet li l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni kienu relatati biss mas-settur tal-kostruzzjoni. |
|
(24) |
Fir-rigward tal-ewwel oġġezzjoni dwar l-azzar illigat u l-azzar illigat ħafna, il-Kummissjoni nnutat li d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat tkopri varjetà wiesgħa ta' tipi ta' prodotti li jaqsmu l-istess karatteristiċi bażiċi tekniċi u fiżiċi jew simili għalihom. Il-Kummissjoni qieset id-differenzi fost it-tipi ta' prodotti u żgurat li jkun hemm paragun ġust. Ġie allokat numru tal-kontroll tal-prodotti (product control number — PCN) uniku għal kull tip ta' prodott li jiġi prodott u mibjugħ mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u għal kull wieħed prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni. Il-PCN kien jiddependi fuq il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott, f'dan il-każ, it-tip ta' prodott, id-dijametru estern, il-ħxuna tal-ħajt, it-tberrid u l-ittemprar, it-tul, l-estremità tat-tubu, u l-ittestjar. Għaldaqstant, it-tipi ta' prodott importati miċ-Ċina ġew imqabbla abbażi tal-PCN mal-prodotti li ġew prodotti u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni li għandhom l-istess karatteristiċi jew karatteristiċi simili. B'mod partikolari, l-ewwel karatteristika (tip ta' prodott) isseparat azzar mhux illigat, illigat u illigat ħafna. Għalhekk id-differenzi f'kosti u prezzijiet ġejjin minn azzar illigat u lligat ħafna ttieħdu inkunsiderazzjoni fil-paraguni. Skont il-ġurisprudenza (4), meta jiġi ddeterminat jekk il-prodotti humiex simili biex jiffurmaw parti mill-istess prodott, jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk għandhomx l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi, u għandhomx l-istess użi finali bażiċi u l-istess relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità. F'dak ir-rigward, l-interskambjabbiltà ta', u l-kompetizzjoni bejn, dawk il-prodotti għandhom jiġu vvalutati wkoll. L-investigazzjoni sabet li t-tipi kollha ta' prodott huma magħmula mill-azzar bl-użu ta' proċessi ta' manifattura meħtieġa għall-produzzjoni ta' pajpijiet mingħajr ġonġituri, b'hekk bl-użu ta' magni simili, b'tali mod li l-produtturi jistgħu jaqilbu bejn varjanti differenti tal-prodott, skont id-domanda. Għaldaqstant, għalkemm it-tipi differenti tal-prodott mhumiex direttament interskambjabbli, il-produtturi qed jikkompetu għal ordnijiet li jkopru firxa wiesgħa ta' tipi ta' prodotti. Barra minn hekk, dawn it-tipi ta' prodotti huma prodotti u mibjugħa kemm mill-industrija tal-Unjoni kif ukoll mill-produtturi esportaturi Ċiniżi bl-użu ta' metodu simili ta' produzzjoni. |
|
(25) |
Fir-rigward tat-tieni oġġezzjoni dwar is-segmenti tas-suq, l-oġġezzjoni ma tissostanzjax fuq liema bażi tipi ta' prodotti ta' segment tas-suq wieħed jew ieħor għandhom jiġu esklużi mid-definizzjoni tal-prodott. Lanqas ma huwa spjegat għaliex għandha ssir evalwazzjoni tad-dannu separata skont is-segment. Id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, li tkopri pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri b'dijametru estern li jaqbeż 406, 4 mm, la ġiet ikkontestata wara n-Notifika ta' bidu, u lanqas fir-risposti tal-kwestjonarju u ż-żjarat ta' verifika. Kif spjegat fil- premessa(24), il-PCN hija bbażata fuq karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi, mhux fuq l-użu finali potenzjali jew is-segment tas-suq. F'kull każ, l-investigazzjoni wriet li kemm il-produtturi esportaturi Ċiniżi kif ukoll il-produtturi tal-Unjoni jikkompetu fit-tliet segmenti kollha. Barra minn hekk, ir-rati tad-dazju għal kull produttur esportatur Ċiniż huma kkalkulati fuq il-bażi ta' medja ponderata skont it-tip ta' prodott. Bħala riżultat, id-dazji totali li għandhom jitħallsu jibqgħu identiċi għal taħlita ta' prodott partikolari. Filwaqt li ċerti tipi ta' prodott jiksbu marġni iktar baxxi u oħrajn marġni ogħla, is-somma tal-marġni kollha tkun ugwali għall-ponderazzjoni medja tat-tipi kollha tal-prodott. |
|
(26) |
Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż u l-assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi Ċiniżi komplew jikkontestaw l-ambitu tal-prodott. Huma argumentaw li, minħabba r-rekwiżiti differenti f'termini ta' standards, kontenut ta' liga, u użi finali, il-prodotti għas-segment taż-żejt u tal-gass kienu differenti mill-prodotti għaż-żewġ segmenti l-oħrajn, u mhux interskambjabbli. Allegatament, il-PCN ma setax jippermetti tqabbil xieraq bejn it-tipi ta' prodotti, billi l-ambitu stess tal-prodott ma kienx definit kif xieraq. Fir-rigward tal-produtturi li jdawru l-attenzjoni tagħhom minn segment għal ieħor, huma ddikjaraw li d-diffikultajiet fiż-żewġ segmenti l-oħrajn għaldaqstant kienu r-riżultat tal-forzi tas-suq u mhux relatati mal-importazzjonijiet miċ-Ċina. Barra minn hekk, huma allegaw li t-tidwir fl-attenzjoni tal-produtturi tal-Unjoni lejn segmenti oħrajn kien strateġija kummerċjali li bilfors kienet timplika tnaqqis fid-dħul, minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ fis-segmenti l-oħrajn meta mqabbla mal-prodotti taż-żejt u tal-gass. |
|
(27) |
Il-Kummissjoni rreferiet għall-premessa (24) fejn ikkonkludiet li filwaqt li wħud mit-tipi ta' prodotti differenti ma kinux direttament interskambjabbli, speċjalment minħabba r-rekwiżiti differenti f'termini ta' standards u materji primi, madankollu kellhom l-istess karatteristiċi tekniċi u fiżiċi bażiċi, jew karatteristiċi simili. Fir-rigward tat-tidwir fl-attenzjoni lejn segmenti oħrajn, il-kummenti minn partijiet interessati ma kkontestawx il-kapaċità li l-produtturi jdawru l-attenzjoni tagħhom minn segment għal ieħor. Għaldaqstant, il-kummenti kkonfermaw is-sejbiet fil-premessa (24) li l-prodotti għal segmenti differenti kienu prodotti mill-istess produtturi, b'magni simili, u li l-produtturi jistgħu jibdlu bejn varjanti differenti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ambitu tal-prodott kien korrett, u allura t-tqabbil bejn it-tipi ta' prodotti kien possibbli abbażi tal-PCN. Għaldaqstant, hija kkonkludiet li dawn id-dikjarazzjonijiet ma kkontradixxewx is-sejbiet tal-investigazzjoni. |
|
(28) |
Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tipi kollha ta' prodott ikkonċernat jaqsmu l-istess karatterisitiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi. B'konsegwenza ta' dan, id-dikjarazzjonijiet ta' hawn fuq ġew miċħuda u l-konklużjonijiet tal-premessi minn (19) sa (22) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
C. DUMPING
1. Pajjiż analogu
|
(29) |
Kif imsemmi fil-premessi (24) sa (28) tar-Regolament provviżorju, intgħażel il-Messiku bħala l-pajjiż analogu xieraq sabiex jiġu stabbiliti l-valuri normali għar-RPĊ skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. |
|
(30) |
Wara l-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji, parti interessata waħda sostniet li l-Korea ta' Isfel għandha tiġi kkunsidrata bħala pajjiż analogu aħjar billi l-kosti ta' produzzjoni u l-proċess ta' produzzjoni f'impjanti Koreani jixbah ferm iżjed dak tal-impjanti Ċiniżi. Intqal ukoll li hemm differenzi sinjifikanti f'termini ta' kosti u teknoloġija użati fil-proċess ta' produzzjoni bejn uħud mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-produttur tal-pajjiż analogu jew produtturi tal-Unjoni. Il-proċess ta' produzzjoni taċ-Ċiniżi huwa allegatament iktar avvanzat u għandhom isiru ċerti aġġustament sabiex jiġi ggarantit tqabbil ġust. |
|
(31) |
Ta' min jinnota li l-prodott ikkonċernat jikkostitwixxi suq niċċa u għalhekk numru relattivament żgħir ta' produtturi huma kapaċi jipproduċuh. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni mal-pajjiż analogu hija volontarja. Ghalkemm CISA ssuġġeriet li l-Korea ta' Isfel tkun għażla iktar xierqa għal pajjiż analogu, ma pproponietx produttur Korean speċifiku li kien lest jikkoopera. Qed jitfakkar hawnhekk, li fl-istadju provviżorju l-Kummissjoni talbet il-kooperazzjoni minn 13-il kumpanija fi 8 pajjiżi. Anki għalkemm kumpanija fil-Korea ta' Isfel kienet fost dawn il-kumpaniji, il-kumpanija speċifika qatt ma wieġbet għat-talba. Skont tiftix fuq l-internet u konsultazjoni tas-siti web tal-kumpaniji ta' 41 produttur ta' prodotti tal-azzar fil-Korea ta' Isfel, instab li tlieta minnhom biss ipproduċew pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri. Tnejn minn dawn tal-aħħar ipproduċew pajpijiet u tubi ta' dijametru żgħir li mhuwiex il-prodott ikkonċernat u l-uniku produttur fil-Korea ta' Isfel li pproduċa l-prodott ikkonċernat, għamel użu minn teknoloġija ta' produzzjoni li mhijiex paragunabbli mat-teknoloġiji ta' produzzjoni li kienu użati l-iktar mill-produtturi Ċiniżi. L-evidenza misjuba matul l-investigazzjoni tindika li l-Korea ta' Isfel kienet qed tipproduċi b'mod predominanti pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri ta' dijametru żgħir, li mhux il-prodott li qed jiġi investigat, jew tagħmel użu minn teknoloġija ta' produzzjoni li mhix kumpatibbli ma' dik tal-produtturi Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Korea ta' Isfel ma setgħetx tiġi kkunsidrata bħala pajjiżi analogu adegwat. |
|
(32) |
Barra minn dan, għalkemm teżisti varjetà ta' proċessi ta' produzzjoni fost il-produtturi Ċiniżi, il-proċess ta' produzzjoni tal-produttur Messikan huwa wieħed mill-proċessi użati mill-produtturi Ċiniżi. Ix-xebh tal-proċessi tal-produzzjoni bejn il-Messiku u ċ-Ċina sostna iktar il-konklużjoni li l-Messiku kien pajjiż analogu xieraq għal din l-investigazzjoni. |
|
(33) |
Il-parti interessata ma ssottomettietx evidenza suffiċjenti sabiex tispjega u tikkwantifika f'termini ta' kosti d-differenzi bejn it-teknoloġija ta' produzzjoni allegatament avvanzata tagħha u t-teknoloġija li tintuża fil-Messiku. Ma pprovdiet l-ebda informazzjoni tal-kosti ta' produttur Ċiniż speċifiku, lanqas għas-settur ta' attività fiċ-Ċina, lanqas ma rriferiet għal xi produttur ieħor li juża proċessi ta' produzzjoni simili, li kienu jippermettu lill-Kummissjoni li tivvaluta d-differenzi allegati bejn it-teknoloġija użata fiċ-Ċina u l-produttur Messikan li kkoopera, u l-impatt, jekk kien hemm, f'kemm kien xieraq il-Messiku bħala pajjiż analogu. Barra minn hekk, ma kien hemm l-ebda koperazzjoni mill-Korea ta' Isfel. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonfermat il-Messiku bħala l-uniku pajjiż analogu xieraq disponibbli. |
|
(34) |
Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż iddikjara li l-Kummissjoni aċċettat lill-Messiku bħala l-pajjiż analogu mingħajr kritika minħabba r-raġuni li din l-għażla kienet tissodisfa l-ħtiġijiet tagħha li ssib marġini ta' dumping għoljin. |
|
(35) |
It-talba speċifika kienet sempliċi dikjarazzjoni u l-parti interessata ma ssostanzjatx l-asserzjoni tagħha u lanqas ma pprovdiet evidenza li l-Messiku ma kenitx pajjiż analogu xieraq. Fi kull każ, il-Kummissjoni tfakkar li meta tirċievi biss kooperazzjoni mingħand produttur esportatur wieħed f'pajjiż b'ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni hija obbligata, abbażi tas-sentenza GLS (C-338/10), li tuża dak il-pajjiż. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. |
2. Valur normali
|
(36) |
Id-dettalji għall-kalkolu tal-valur normali huma stabbiliti fil-premessi (29) sa (37) tar-Regolament provviżorju. |
|
(37) |
Produttur esportatur Ċiniż sostna li l-parti l-kbira tad-dejta biex jiġi stabbilit il-marġni tad-dumping inżamm kunfidenzjali b'mod mhux raġonevoli. Il-parti kkummentat b'mod speċjali fuq il-fatt li l-valur normali tal-produttur li kkoopera ma ġiex żvelat. |
|
(38) |
Skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament bażiku, informazzjoni ta' natura kunfidenzjali hija informazzjoni li l-iżvelar tagħha jista' jikkawża: (1) żvantaġġ sinifikanti għal kompetitur, jew (2) effett negattiv sinifikanti fuq persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li l-informazzjoni tkun waslet mingħandha. Billi d-dejta rigward il-bejgħ u l-ispejjeż għandha natura kunfidenzjali, fir-Regolament provviżorju d-dejta rigward profitt, bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi tal-produttur tal-pajjiż analogu ġiet ipprovduta fuq bażi perċentwali f'firxiet, u għalhekk tipprovdi trasparenza sal-ikbar estent possibbli mingħajr ma tikser in-natura kunfidenzjali tagħha. Il-produttur tal-pajjiż analogu talab u ġġustifika trattament ta' kunfidenzjalità tad-dejta tal-bejgħ u l-ispejjeż tiegħu, li l-iżvelar tagħhom jista' jagħmel ħsara lill-pożizzjoni kompetittiva tal-kumpanija. Barra minn hekk, l-iżvelar tal-valur normali jista' jipprovdi l-possibbiltà li kompetitur jibni l-prezzijiet u l-ispejjeż b'lura tal-produttur tal-pajjiż analogu. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. |
|
(39) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kummenti oħra dwar il-valur normali, il-premessi minn (29) sa (37) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
|
(40) |
Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż, Zhejiang Gross Seamless Steel Tube Co., Ltd (“Gross”) iddikjara li l-Kummissjoni użat valur normali maħdum biss għas-27 tip ta' prodotti li Gross esporta matul il-perjodu tal-investigazzjoni, mingħajr ma ddistingwa bejn it-tipi differenti ta' azzar u l-kostijiet għat-tberrid u t-temprar fil-proċess tal-produzzjoni tiegħu. Id-dikjarazzjoni speċifika kienet ibbażata fuq il-qari u l-interpretazzjoni tal-partijiet individwali tad-dokument ta' divulgazzjoni ġenerali billi jiżolaw it-tifsira tagħhom mit-tifsira tad-dokument sħiħ. |
|
(41) |
Il-Kummissjoni tfakkar hawnhekk li d-dettalji sabiex jiġi kkalkolat il-marġni ta' dumping kienu stabbiliti fil-premessi minn (44) sa (47) tar-Regolament provviżorju u msemmija fil-premessa (41) tad-dokument ta' divulgazzjoni ġenerali. Il-premessa (44) tar-Regolament provviżorju semmiet b'mod preċiż li l-Kummissjoni qabblet il-valur normali mal-prezz tal-esportazzjoni għal kull tip ta' prodott waħdu u qatt ma użat valur normali wieħed għat-tipi kollha ta' prodotti. It-tipi ta' prodotti li ntużaw għat-tqabbil kienu definiti fil-kwestjonarji li ntbagħtu lill-produttur ta' pajjiż analogu, lill-produtturi esportaturi Ċiniżi u lill-produtturi tal-Unjoni. Il-grad tal-azzar, it-tberrid u t-temprar u karatteristiċi oħrajn kienu speċifikati u meqjusa biex jiġi kkalkulat il-kost tal-produzzjoni u l-kostruzzjoni tal-valur normali għal kull tip ta' prodott b'mod separat, billi jsir aġġustament għal kull karatteristika kif xieraq. Billi d-dikjarazzjoni kienet ibbażata fuq miżinterpretazzjoni tad-dokument ta' divulgazzjoni ġenerali, din ġiet miċħuda. |
|
(42) |
Gross iddikjara wkoll li l-Kummissjoni jinħtieġ li telimina mill-bejgħ tagħha b'esportazzjoni dawk it-tipi ta' prodotti li TAMSA, il-produttur Messikan tal-pajjiż analogu, ma jipproduċix. |
|
(43) |
Il-prattika tal-Kummissjoni wara s-sentenza tad-WTO dwar il-każ “European Communities — Definitive Anti-Dumping Measures on Certain Iron or Steel Fasteners from China” (5) hi li jinħtieġ li jinstab jew jinbena valur normali għat-tipi kollha esportati mill-produttur esportatur. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tiċħad din id-dikjarazzjoni. |
3. Prezz tal-esportazzjoni
|
(44) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kummenti dwar il-prezz tal-esportazzjoni, il-premessi (38) u (39) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
4. Paragun
|
(45) |
Id-dettalji għall-metodu użat għall-paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun huma stabbiliti fil-premessi (40) sa (43) tar-Regolament provviżorju. |
|
(46) |
Hawnhekk jiġi mfakkar li ċ-Ċina tapplika politika tar-rimborż tal-VAT b'mod parzjali biss fil-mument tal-esportazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-valur normali jiġi espress fl-istess livell ta' tassazzjoni bħal tal-prezz tal-esportazzjoni, il-valur normali fir-Regolament provviżorju ġie ddeterminat bl-inklużjoni tal-VAT impost fuq l-esportazzjonijiet ta' pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri ta' dijametru kbir li ma ġiex rimborżat lill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Il-VAT speċifikat mhux rimborżabbli kien fil-livell ta' 8 % għat-tipi kollha ta' prodotti. |
|
(47) |
F'dan ir-rigward, l-ilmentaturi kkumentaw li l-VAT rimborżabbli fiċ-Ċina ma kienx l-istess għat-tipi kollha ta' prodotti. Speċifikament, għal pajpijiet u tubi użati fit-negozju tal-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass, il-VAT rimborżabbli kien ta 13 % u għat-tipi l-oħra ta' prodotti kien ta' 9 %. L-ilmentatur stqarr li l-marġnijiet ta' dumping għandhom jiġu kkalkolati mill-ġdid skont dan u talab konferma li l-VAT speċifikat effettivament tħallas qabel isir ir-rimborż. |
|
(48) |
Peress li l-VAT fiċ-Ċina kien l-istess għat-tipi kollha ta' prodotti fil-livell ta' 17 %, il-VAT mhux rimborżabbli għall-pajpijiet u t-tubi użati fit-negozju tal-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass għalhekk kien ta' 4 % u għat-tipi l-oħra ta' prodotti kien ta' 8 %. |
|
(49) |
Għalhekk, il-Kummissjoni rrevediet l-aġġustamenti għall-kumpaniji li rrappurtaw il-VAT attwali rimborżat fuq il-bażi ta' tranżazzjoni tranżazzjoni fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju. Il-produtturi esportaturi speċifiċi kienu Yangzhou Lontrin Steel Tube Co., Ltd. u Hengyang Valin MPM Co., Ltd. Il-marġnijiet ta' dumping għal dawk il-kumpaniji ġew ikkalkulati mill-ġdid skont dan. Il-kalkolu mill-ġdid li jqis ir-rati speċifiċi ta' VAT mhux rimborżabbli wassal għal marġnijiet ta' dumping kemxejn iktar baxxi. Il-marġnijiet ta' dumping tal-kumpaniji l-oħrajn fil-kampjun baqgħu fil-livell provviżorju. |
|
(50) |
Matul iż-żjarat ta' verifika ġie kkonfermat li l-VAT effettivament tħallas qabel ġie rimborżat. |
5. Marġnijiet tad-dumping
|
(51) |
Id-dettalji tal-kalkolu tad-dumping ġew stabbiliti fil-premessi (44) sa (47) tar-Regolament provviżorju. |
|
(52) |
Rigward il-produtturi esportaturi fil-kampju, l-aġġustamenti tal-VAT l-iktar preċiżi fuq il-valuri normali wasslu għal marġnijiet tad-dumping definittivi, espressi bћala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kif ġej:
Għall-uniku produttur esportatur li talab eżami individwali, Zhejiang Gross Seamless Steel Tube Co., Ltd, il-marġni tad-dumping definittiv fid-dokumenti ta' divulgazzjoni ġenerali huwa ta' 66,0 %. |
|
(53) |
Wara d-divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż (Zhejiang Gross Seamless Steel Tube Co., Ltd (“Gross”)) iddikjara li l-marġni ta' dumping tiegħu (66,0 %) ma jistax ikun ogħla mill-marġni ta' dumping ta' Yangzhou Chengde Steel Pipe Co., Ltd, (“Chengde”) u Yangzhou Lontrin Steel Tube Co., Ltd (“Lontrin”) li kienu 45,4 % u 39,9 % rispettivament. Id-dikjarazzjoni kienet ibbażata fuq il-konġunzjoni ta' żewġ kunsiderazzjonijiet: (i) is-suppożizzjoni li l-valur normali li ntuża biex jiġu kkalkulati l-marġnijiet tad-dumping kien l-istess għat-tliet esportaturi Ċiniżi, u (ii) il-fatt li, skont l-istatistika kummerċjali Ċiniża fil-livell tal-kodiċijiet doganali, il-prezz medju unitarju tal-esportazzjoni kien ogħla mill-prezzijiet rispettivi ta' Chengde u Lontrin. |
|
(54) |
Fir-rigward tas-suppożizzjoni li għamel Gross, il-Kummissjoni tfakkar li l-kalkolu tal-marġni tad-dumping ma kienx ibbażat fuq valur normali medju għal kull produttur esportatur, iżda fuq il-valur normali ta' kull tip ta' prodott li ġie esportat lejn is-suq tal-Unjoni minn dan il-produttur esportatur. Għaldaqstant, it-taħlit tal-prodotti li ġew esportati iddetermina l-kalkulazzjoni tal-marġni medju peżat ta' dumping. Billi t-tliet produtturi esportaturi ma esportawx l-istess taħlit ta' prodotti matul il-perjodu ta' investigazzjoni, is-suppożizzjoni li għamel Gross mhijiex korretta. Barra minn hekk, il-prezzijiet unitarji tal-esportazzjoni li ntużaw biex jiġi kkalkulat il-marġni ta' dumping kienu bbażati fuq it-tranżazzjonijiet attwali ta' esportazzjoni u mhux fuq dejta statistika. Fl-istess ħin, il-prezzijiet unitarji ta' esportazzjoni ġew determinati fil-livell tat-tipi ta' prodotti li ma kkorrispondewx mal-livell tal-kodiċi doganali li Gross uża fid-dikjarazzjoni tiegħu. Billi d-dikjarazzjoni kienet ibbażata fuq suppożizzjonijiet żbaljati u mhux biżżejjed fatti, din ġiet miċħuda. Madankollu, il-korrezzjoni ta' xi żbalji ta' kopjar li nkixfu matul l-eżami mill-ġdid tal-kalkoli tal-marġni ta' dumping wassal għal tnaqqis fil-marġni ta' dumping definittiv minn 66,0 % għal 52,3 %. |
D. INDUSTRIJA TAL-UNJONI
|
(55) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn rigward l-industrija tal-Unjoni, il-premessi minn (49) sa (51) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
|
(56) |
Il-kummenti għall-premessa (52) tar-Regolament provviżorju rigward it-teħid ta' kampjuni tal-industrija tal-Unjoni ġew ittrattati hawn fuq flimkien mal-kummenti għall-premessi minn (7) sa (9) tar-Regolament provviżorju. |
E. DANNU
1. Konsum tal-Unjoni
|
(57) |
Fin-nuqqas ta' kummenti rigward il-konsum tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (53) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
2. Importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat
Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati
|
(58) |
Wara d-divulgazzjoni proviżorja, produttur esportatur Ċiniż ikkontesta l-volum ta' importazzjoni tal-2012 fil-premessa (54) tar-Regolament provviżorju, fejn stqarr li l-volum kien differenti mid-dejta użata f' investigazzjoni mitmuma qabel li kienet ikkonċernat l-istess prodott. |
|
(59) |
Il-Kummissjoni ċċarat li l-ilment f'dik l-investigazzjoni preċedenti kienet ippreżentata f'Diċembru 2012. Għalhekk, ma kienx fiha l-volumi tal-importazzjoni għas-sena sħiħa 2012, iżda minflok kienet ibbażata fuq it-tieni nofs tal-2011 u l-ewwel nofs tal-2012. Id-dejta użata fil-premessa (54) tar-Regolament provviżorju rriflettiet id-dejta tal-Eurostat għas-snin kollha mill-2012 sal-2015. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(60) |
Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż u l-assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi Ċiniżi ddikjaraw li fil-premessa (59) l-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni ma kenitx tindirizza d-dikjarazzjoni tagħhom li s-sena 2011 kienet tkun aktar xierqa bħala sena ta' bidu tal-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(61) |
Il-Kummissjoni ċċarat li l-premessa (59) tirreferi għal dikjarazzjoni differenti minn parti interessata differenti. Id-dikjarazzjoni rigward il-perjodu ta' investigazzjoni ġiet indirizzata fil-premessa (17). |
|
(62) |
Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor dwar il-volumi tal-importazzjoni, il-premessi (54) u (55) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
Prezzijiet tal-importazzjonijiet u t-twaqqigħ tal-prezzijiet
|
(63) |
Wara divulgazzjoni definittiva, instab żball ta' kopjar rigward l-istatistika ta' importazzjoni fil-premessi minn (56) sa (58) u fil-premessa (105) tar-Regolament provviżorju. |
|
(64) |
B'riżultat ta' dan, il-konklużjonijiet tal-premessa (56) tar-Regolament provviżorju ġw riveduti kif ġej: It-tabella ta' hawn taħt turi l-prezz medju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina:
|
||||||||||||||||||||
|
(65) |
Is-sejbiet tal-premessa (57) tar-Regolament provviżorju ġew riveduti kif ġej: Il-prezzijiet medji ta' importazzjoni ġew stabbiliti abbażi tal-istatistika tal-importazzjoni tal-Eurostat. Il-prezzijiet medji ta' importazzjoni miċ-Ċina baqgħu pjuttost stabbli matul il-perjodu meqjus. Il-prezzijiet ta' importazzjoni kienu kemxejn aktar baxxi fis-sena 2014 mis-snin preċedenti, iżda fl-2015 il-prezzijiet reġgħu żdiedu għal-livelli inizjali tagħhom. |
|
(66) |
Is-sejbiet tal-Premessa (58) tar-Regolament provviżorju ġw riveduti kif ġej: Madankollu, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni jiddependu fuq it-taħlita tal-prodotti, b'mod partikulari l-grad tal-azzar, li mhuwiex viżibbli fl-istatistika kummerċjali. Filwaqt li l-prezz medju tal-bejgħ bl-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha kien ta' 1 099 EUR/tunnellata fil-PI, il-prezz medju tal-bejgħ bl-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun kien ta' 1 102 EUR/tunnellata, b'firxa minn 946 EUR/tunnellata għal 1 444 EUR/tunnellata. |
|
(67) |
Fin-nuqqas ta' xi kumment ieħor dwar il-prezzijiet tal-importazzjoni, il-premessi minn (56) sa (59) tar-Regolament provviżorju ġew riveduti fil-premessi minn (64) sa (66). |
|
(68) |
Wara l-iżvelar provviżorju, produttur esportatur Ċiniż u l-assoċjazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi talbu aktar ġustifikazzjoni għall-eliminazzjoni ta' żewġ karatteristiċi min-numri ta' kontroll tal-prodott (PCN) għall-finijiet tal-istabbiliment ta' marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezz u tad-dannu. Huma allegaw li t-tneħħija ta' dawn iż-żewġ karatteristiċi seta' wassal għal marġnijiet tad-dannu għoljin b'mod mhux raġonevoli. Huma talbu wkoll kjarifiki dwar għaliex il-214NN PCNs u 215NN esportati miċ-Ċina ma jaqblux mal-bejgħ tal-Unjoni tal-produtturi tal-Unjoni. |
|
(69) |
F'konformità mal-informazzjoni mogħtija lill-produtturi esportaturi fl-iżvelar provviżorju, il-Kummissjoni ċċarat li ma seta' jinstab ebda tqabbil suffiċjenti bl-użu tal-PCN sħiħ magħmul mis-seba' karatteristiċi. Il-PCN kien simplifikat bl-eliminazzjoni tal-karatteristiċi tal-prodott “tkessiħ u ttemprar” u “ittestjar”. Bħala riżultat tas-simplifikazzjoni, fl-istadju provviżorju 62 % sa 99 % tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun qablu mat-tipi ta' prodotti mibjugħa fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni. Kuntrarjament għal dak li kien allegat, ir-rata ta' tqabbil iktar għolja żgurat li s-sejbiet tad-danni saru fuq bażi rappreżentattiva milli fuq ftit tranżazzjonijiet. Wara t-talbiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni aġġustat il-metodu ta' paragun. Il-prezzijiet ta' importazzjoni tat-tipi ta' prodotti li jifdal li ma nbigħux mill-industrija tal-Unjoni ġew imqabbla mal-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni maħluq, li kien ibbażat fuq il-prezz tal-bejgħ medju tal-Unjoni tal-eqreb grupp tat-tipi ta' prodotti, jiġifieri dawk bl-istess l-ewwel karatteristika tal-PCN. Bħala riżultat, 100 % tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun tqabblu mal-bejgħ tal-Unjoni. Il-marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezz varjaw minn 15,2 % sa 29,1 %. |
|
(70) |
Fir-rigward tal-PCNs speċifiċi, il-Kummissjoni ċċarat li r-raġuni għan-nuqqas ta' qbil ta' dan il-bejgħ tal-esportazzjoni fl-istadju provviżorju kienet in-nuqqas ta' bejgħ tal-Unjoni ta' dan tip ta' prodott bi ħxuna tal-ħajt ikbar minn 30 mm. Fl-istadju definittiv, dawn it-tipi ta' prodotti ġew inklużi fil-paragun tal-prezzijiet skont il-metodu aġġustat spjegat hawn fuq. |
|
(71) |
Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż talab għal kjarifika ulterjuri dwar il-marġni tad-dannu individwali meta mqabbel mal-produtturi esportaturi Ċiniżi oħrajn, abbażi ta' tqabbil fil-prezzijiet tal-istatistika doganali. It-tieni nett, il-produttur esportatur ikkontesta s-simplifikazzjoni tal-kodiċi PCN billi elimina ż-żewġ karatterisitiċi, u ddikjara li s-simplifikazzjoni ma kenitx ġustifikata u setgħet twassal għal tqabbil f'livelli differenti. Minflok, huwa talab li l-Kummissjoni tagħmel aġġustament għal karatteristiċi fiżiċi għat-tberrid u t-temprar għal uħud mit-tipi ta' prodotti billi telimina l-kost medju tat-tberrid u t-temprar mill-bejgħ taħt il-prezz. It-tielet nett, l-istess produttur enfasizza li l-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni ma kinux isegwu xejriet loġiċi f'termini ta' tul u ħxuna tal-ħajt. Ir-raba' nett, talab ukoll għal kjarifika dwar is-sors tal-prezz tal-bejgħ fl-Unjoni maħdum li ġie stabbilit għat-tipi ta' prodotti li għalihom ma kien instab l-ebda bejgħ fl-Unjoni. |
|
(72) |
Fir-rigward tal-ewwel dikjarazzjoni, il-Kummissjoni spjegat li t-tqabbil fil-prezzijiet isir abbażi ta' kull tip ta' prodott. Minħabba din ir-raġuni, ir-riżultat mhux neċessarjament isegwi x-xejriet tal-prezzijiet medji fil-livell tal-kodiċijiet doganali, billi t-taħlit tal-prodotti fl-istess kodiċi doganali mhumiex identiċi għal żewġ produtturi esportaturi differenti. Fir-rigward tat-tieni dikjarazzjoni, il-Kummissjoni aċċettat it-talba għal aġġustament. Skont dan, il-marġni tad-dannu għal dan il-produttur esportatur kien rikalkulat fir-rigward tat-tipi ta' prodotti kkonċernati mit-talba. Instab li t-tberrid u t-temprar jikkonċerna inqas minn 5 % tal-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni tal-prodotti kkonċernati. Instab li l-ispiża tat-trattament tat-tberrid u tat-temprar kien bejn 30-60 EUR/tunnellata abbażi ta' dejta disponibbli. L-impatt tal-aġġustament dwar il-marġni tad-dannu tal-produttur esportatur Ċiniż kien inqas minn 0,2 %. Fir-rigward tat-tielet dikjarazzjoni rigward ix-xejriet tal-prezzijiet, il-Kummissjoni ċċarat li l-prezzijiet medji tal-bejgħ fl-Unjoni kienu stabbiliti abbażi tat-tranżazzjonijiet verifikati tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-prezzijiet kienu jiddependu fuq il-kundizzjonijiet tas-suq speċifiċi fil-ħin ta' kull tranżazzjoni. Ir-raba' nett, fir-rigward tas-sors tal-prezz maħdum tal-bejgħ, il-Kummissjoni ċċarat, f'konformità mal-informazzjoni pprovduta fid-dokumenti tad-divulgazzjoni, li l-prezz unitarju tal-bejgħ inħadem bħala l-medja tal-prezz tal-bejgħ fl-Unjoni tat-tipi tal-prodotti li għandhom l-istess karatteristika primarja tal-PCN. |
|
(73) |
Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż ieħor ikkontesta l-prezz maħdum tal-bejgħ fl-Unjoni. Huwa ddikjara li minflok ħadem il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni abbażi tal-prezz medju tal-bejgħ fl-Unjoni tal-prodotti kollha fl-istess kategorija, kif spjegat fil-premessa (69), il-prezz tal-bejgħ fl-Unjoni jinħtieġ li jiġi stabbilit bħala l-medja tal-prezz tal-bejgħ fl-Unjoni ta' dwak it-tipi ta' prodotti biss li kienu ġew esportati mill-produttur esportatur Ċiniż individwali. |
|
(74) |
Il-Kummissjoni enfasizzat li dan il-metodu kien iwassal għal prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni differenti għall-istess PCN, skont it-taħlita ta' prodotti ta' kull produttur esportatur individwali. Għaldaqstant, dan il-metodu ma jiggarantix trattament ugwali tal-produtturi esportaturi Ċiniżi. Is-sejbiet ibbażati fuq inqas tipi ta' prodotti kienu jkunu wkoll inqas rappreżentattivi mis-sejbiet ibbażati fuq it-tipi ta' prodotti kollha mibjugħa fl-Unjoni. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(75) |
Il-produttur esportatur Ċiniż ikkontesta l-użu tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet fil-premessa (60) u għall-kalkolu tal-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu fil-premessi minn (138) sa (140) tar-Regolament provviżorju. Huwa sostna li l-metodu huwa żbaljat minħabba li r-riżultat medju tal-industrija tal-Unjoni probabbilment mhuwiex identiku għall-profitt speċifiku ta' kull PCN. Huwa sostna li l-paragun minflok kellu jsir fuq il-bażi tal-ispejjeż. |
|
(76) |
Il-Kummissjoni indikat li l-użu tal-ispejjeż tal-industrija tal-Unjoni minflok il-prezzijiet, kif sostnut mill-produttur esportatur Ċiniż, kien iwassal għal paragun inqas preċiż. Dan huwa minħabba li paragun ibbażat fuq l-ispejjeż ma setax ikun ġie aġġustat għal-livell tal-kummerċ, peress li l-livell tal-kummerċ jista' jittieħed inkunsiderazzjoni biss billi jiġu injorati tranżazzjonijiet speċifiċi ta' bejgħ, jiġifieri l-bejgħ dirett lil utenti finali. Kalkolu bbażat fuq l-ispejjeż, għall-kuntrarju, kien ikun ibbażat fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni, u għalhekk jiġbor flimkien il-prodotti kollha. L-importazzjonijiet miċ-Ċina jsiru permezz ta' operaturi tas-suq. Il-bejgħ dirett lil utenti finali jinvolvi tipikament rekwiżiti addizzjonali speċifiċi, kif spjegat fil-premessa (61) tar-Regolament provviżorju. Kalkolu bbażat fuq l-ispejjeż għalhekk kien jirriżulta fit-tqabbil ta' tipi differenti ta' tranżazzjonijiet u prodotti ma' xulxin. Għalhekk, kuntrarjament għal dak li huwa allegat, il-kunsiderazzjoni tal-livell tal-kummerċ wassal għal marġnijiet ta' dannu iktar baxxi, peress li l-bejgħ ta' prezz għoli li sar direttament lil utenti finali ma kienx inkluż fil-kalkolu. |
|
(77) |
L-ilmentatur ikkontesta l-esklużjoni tal-bejgħ dirett lill-utenti finali fil-premessa (61) tar-Regolament provviżorju. Huwa sostna li anke jekk il-bejgħ tal-prodotti Ċiniżi jsir tassew permezz ta' distributuri, dak il-bejgħ jinkludi wkoll prodotti magħmulin apposta u li huma ta' kwalità għolja. Skont l-ilmentatur, għalhekk, ma hemmx raġuni li jiġi eskluż il-bejgħ dirett lill-utenti finali mill-paragun. |
|
(78) |
Il-Kummissjoni nnutat li kemm l-industrija tal-Unjoni kif ukoll l-esportaturi Ċiniż ibigħu l-iktar permezz ta' operaturi tas-suq. Għalhekk, hija kkunsidrat li paragun tal-prezzijiet fl-istess livell ta' kummerċ, deskritti fil-premessi (60) u (61) tar-Regolament provviżorju, huwa l-aktar metodu preċiż disponibbli sabiex jitqabblu l-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina mal-aktar tranżazzjonijiet simili fil-bejgħ tal-Unjoni. |
|
(79) |
Bħala konsegwenza ta' dan, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (60) sa (62) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
3. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
|
(80) |
Il-premessi (8) u (107) tar-Regolament provviżorju enfasizzaw l-ispejjeż għoljin ta' wieħed mill-prodotturi tal-Unjoni fil-kampjun. Dan ġie investigat iktar wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji. |
|
(81) |
L-ewwel nett, l-effett tat-tħassir straordinarju ta' prodottur tal-Unjoni ma ġiex ikkunsidrat għall-profitabbiltà tal-bejgħ tal-Unjoni. It-tħassir straordinarju fil-kontijiet annwali kien relatat mal-telf tal-valur ta' ċerti assi, wara l-waqgħa fil-bejgħ għas-segment taż-żejt u l-gass barra mill-Unjoni. Dan ammonta għal total ta' madwar EUR 1 400 miljun għall-grupp fil-perjodu 2014-2015. Sehem mit-tħassir kien affettwa l-valur tal-assi tal-produzzjoni għall-prodott ikkonċernat fl-Ewropa u kien irreġistrat bħala spiża tal-produzzjoni. Dan is-sehem tat-tħassir għalhekk għamel il-bejgħ tal-Unjoni jidher li jagħmel aktar telf milli kieku kien jagħmel taħt struttura tal-ispejjeż ordinarji tal-bejgħ tal-Unjoni. Għalhekk dan id-deprezzament ma kienx inkluż fl-ispejjeż tal-bejgħ tal-Unjoni. Bħala riżultat ta' dan, l-ispiża medja tal-bejgħ tal-Unjoni tnaqqas b'60-80 EUR/tunnellata fl-2014 u l-2015. |
|
(82) |
Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż talab għal kjarifika dwar jekk il-Kummissjoni investigatx id-deprezzament tal-erba' produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampjun u kif id-deprezzament ġie allokat għall-prodott ikkonċernat. |
|
(83) |
Il-Kummissjoni ċċarat li tqies id-deprezzament regolari tal-erba' produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampun. F'dawk il-każijiet fejn l-assi ntużaw biex jipproduċu wkoll prodotti oħrajn għajr il-prodott ikkonċernat, tqies biss parti mid-deprezzament totali, li jikkorrispondi għas-sehem tal-volum tal-prodott ikkonċernat, bħala spiża tal-prodott ikkonċernat. L-aġġustament spjegat fil-premessa (81) ma bidilx l-impatt tad-deprezzamenti regolari. Kien jikkonċerna biss it-tħassir straordinarju ta' produttur tal-Unjoni fl-2014 u fl-2015. |
|
(84) |
It-tieni nett, l-ispejjeż fissi relatati mal-kapaċità ta' riserva mhux użata ta' dan il-prodottur tal-Unjoni fil-kampjun ma ġewx ikkunsidrati għall-profitabbiltà tal-bejgħ tal-Unjoni. Mill-2012 sal-2015, hija tilfet parti sinifikanti (20 % – 40 %) tal-bejgħ (l-aktar ddedikati għall-esportazzjoni). Il-kapaċità ma tnaqqsitx biex jirrifletti dan it-telf, iżda minflok baqgħet fis-seħħ, lesta biex tintuża meta d-domanda tkompliet. Għalhekk l-ispejjeż ta' din il-kapaċità ta' riserva ma kinux inklużi fl-ispejjeż tal-bejgħ tal-Unjoni. |
|
(85) |
Il-Kummissjoni vvalutat jekk ikunx ġustifikat li jsir l-istess aġġustament wkoll għall-produtturi l-oħrajn tal-Unjoni fil-kampjun. Hija sabet li l-produtturi l-oħrajn tal-Unjoni kienu wkoll tilfu bejgħ tal-esportazzjoni għalkemm fi grad inqas, filwaqt li żammew il-kapaċità tagħhom stabbli. Għall-finijiet ta' koerenza, il-Kummissjoni għamlet l-istess aġġustament għall-ispejjeż tal-produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampjun, li madankollu kellu biss impatt żgħir (li ma jaqbiżx 0,5 punti perċentwali tal-marġni tad-dannu). |
|
(86) |
Bħala riżultat ta' dan, l-ispiża medja tal-bejgħ tal-Unjoni tnaqqas b'30-100 EUR/tunnellata fl-2014 u l-2015. |
|
(87) |
Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż talab għal aktar informazzjoni dwar l-aġġustament tal-kostijiet, id-diżaggregazzjoni tagħhom, u l-impatt tal-aġġustament. It-tieni nett, huwa ddikjara li r-rapporti finanzjarji ppubblikati ta' produttur tal-Unjoni fil-kampjun urew riżultati finanzjarji li kienu differenti mill-ispejjeż u l-profittabbiltà rrappurtati fid-divulgazzjoni definittiva. |
|
(88) |
Fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-aġġustament tal-ispejjeż, il-Kummissjoni indikat li l-impatt totali tal-aġġustament għall-ispejjeż tal-2014 u tal-2015 ġie divulgat fil-premessa (86). Il-Kummissjoni ċċarat li l-aġġustament tal-ispejjeż qies il-kostijiet fissi kollha, inklużi l-ispejjeż ġenerali, ix-xogħol indirett, id-deprezzament, u l-bejgħ, u l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi. Minħabba n-natura kummerċjalment sensittiva tad-dejta dwar l-ispejjeż tal-produtturi individwali tal-Unjoni, il-Kummissjoni ma setgħetx tiżvela diżaggregazzjoni dettaljata tal-ispejjeż. Minflok, il-Kummissjoni divulgat firxa tal-impatt. Fir-rigward tat-tieni dikjarazzjoni, il-Kummissjoni indikat li r-rapporti finanzjarji ppubblikati rreferew għar-riżultati tal-grupp sħiħ u tal-prodotti kollha. B'kuntrast ma' dan, is-sejbiet tal-investigazzjoni kienu jikkonċernaw b'mod speċifiku l-bejgħ fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, id-dejta dwar l-ispejjeż u dwar il-profittabbiltà miż-żewġ sorsi kienet differenti, għaliex ma kinux jirreferu għall-istess ambitu ta' attività. |
|
(89) |
L-aġġustamenti inaqqsu s-sehem tal-ispejjeż ġenerali allokati għall-bejgħ tal-Unjoni, u għalhekk inaqqsu t-telf tal-bejgħ tal-Unjoni fl-2014 u l-2015. |
|
(90) |
Bħala riżultat tal-aġġustamenti tal-ispejjeż, il-Kummissjoni rrevediet is-sejbiet stabbiliti fil-premessa (79) tar-Regolament provviżorju kif ġej: Matul l-istess perjodu, l-ispejjeż tal-industrija tal-Unjoni baqgħu pjuttost stabbli, filwaqt li l-effetti tal-ispejjeż straordinarji u tal-kapaċità ta' riserva tneħħew. L-ispejjeż stabbli flimkien mat-tnaqqis tal-prezzijiet tal-bejgħ wasslu biex l-industrija tibda tagħmel it-telf mill-2013 'il quddiem.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(91) |
Barra minn jekk, il-Kummissjoni rrevediet is-sejbiet stipulati fil-premessa (80) tar-Regolament provviżorju kif ġej: Matul il-perjodu kkunsidrat, il-fluss tal-flus tal-produtturi tal-Unjoni, l-investiment, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità tagħhom li jiġġeneraw kapital żviluppaw kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(92) |
Finalment, il-Kummissjoni rrevediet is-sejbiet stipulati fil-premessa (88) tar-Regolament provviżorju kif ġej: Kif muri hawn fuq, matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u konsegwentement l-impjiegi naqsu. L-industrija tal-Unjoni tilfet volumi ta' bejgħ u s-sehem mis-suq, filwaqt li l-importazzjonijiet miċ-Ċina waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni, u b'hekk tefgħu pressjoni fuq il-prezzijiet. B'riżultat ta' dan, il-prezzijiet tal-bejgħ naqsu. L-aktar importanti, l-industrija bdiet tagħmel it-telf: il-profittabbiltà ddeterjorat matul il-perjodu kkunsidrat, u laħqet l-agħar riżultat fil-PI. |
|
(93) |
Wara l-iżvelar provviżorju, l-ilmentatur talab kjarifika ulterjuri dwar id-determinazzjoni tal-indikaturi tad-dannu f'sitwazzjonijiet fejn l-istess linja ta' produzzjoni tista' tintuża wkoll sabiex tipproduċi pajpijiet ta' dijametru iżgħar, kif imsemmi fil-premessi (68) sa (70) tar-Regolament provviżorju. |
|
(94) |
Il-Kummissjoni ċċarat li l-użu tal-kapaċità ġie stabbilit fuq il-bażi tal-użu tal-kapaċità totali mill-prodotti kollha fuq l-istess linji ta' produzzjoni. Għall-indikaturi l-oħrajn kollha tad-dannu, il-prodott ikkonċernat biss ġie meqjus. |
|
(95) |
L-ilmentatur ikkummenta li l-impatt tad-dumping ivvalutat fil-premessa (76) tar-Regolament provviżorju għandu jitqies bħala sinifikanti. Huwa talab ukoll kjarifika fuq il-konklużjoni li ma nstab ebda dumping preċedentement fil-premessa (77) tar-Regolament provviżorju. |
|
(96) |
Il-Kummissjoni ċċarat li fid-dawl tal-marġnijiet tad-dumping għoljin u l-volum u sehem tas-suq sinifikanti u prezzijiet aktar baxxi b'mod sinifikanti tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, il-kobor tal-marġni tad-dumping huwa tali li jikkostitwixxi fattur ta' dannu li jkollu impatt fuq l-industrija tal-Unjoni skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ċċarat ukoll li l-premessa (77) tar-Regolament provviżorju tirreferi għall-fatt li l-Kummissjoni preċedentement ma għamlitx sejba ta' dumping għall-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkonċernat. Għalkemm investigazzjoni preċedenti nbdiet fl-2013, din intemmet sussegwentement mingħajr ma ġie konkluż li d-dumping kien sar fil-perjodu ta' investigazzjoni jew qabel. |
|
(97) |
Wara l-iżvelar provviżorju, produttur esportatur Ċiniż ikkontesta s-sejbiet fil-premessa (79) tar-Regolament provviżorju, b'mod partikolari staqsa għaliex l-ispiża medja tal-prodotti mibjugħa kien żdied bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat, u f'każ li din iż-żieda kienet dovuta biss għal produttur tal-Unjoni wieħed, jekk dan kienx jirrifletti d-dannu tal-industrija tal-Unjoni kollha. |
|
(98) |
Il-Kummissjoni nnutat li wara l-aġġustamenti tal-ispejjeż spjegati fil-premessi (81) u (84), l-ispiża medja tal-prodotti mibjugħa baqgħet ġeneralment stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess ħin, il-prezzijiet medji tal-bejgħ fl-Unjoni naqsu b'14 %, kif jidher fil-premessi (78) u (79) tar-Regolament provviżorju. Dan wassal sabiex l-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel it-telf mill-2013 'il quddiem. Għalhekk għandu jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni b'mod ġenerali batiet dannu bħala riżultat tal-prezzijiet tal-bejgħ li qed jonqsu. |
|
(99) |
L-assoċjazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi talbet kjarifika ulterjuri dwar il-kostijiet lavorattivi fil-premessa (87) tar- Regolament provviżorju, u dwar l-impatt tal-ispejjeż ġenerali fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(100) |
Il-Kummissjoni ċċarat li n-numru totali ta' impjegati naqas bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat, kif muri fil-premessa (75) tar-Regolament provviżorju, u l-kost lavorattiv medju għal kull impjegat naqas bi 8 %, kif muri fil-premessa (87) tar-Regolament provviżorju. Dan it-tnaqqis fil-kost lavorattiv għal kull impjegat huwa parzjalment minħabba tnaqqis tas-salarji, u parzjalment minħabba tnaqqis fin-numru ta' sigħat maħduma. It-tnaqqis fis-sigħat maħduma għal kull impjegat huwa rifless ukoll fil-produzzjoni medja minn kull impjegat, li naqset bi 13 %, kif muri fil-premessa (75) tar-Regolament provviżorju. Bħala riżultat, l-impatt globali tal-kostijiet lavorattivi għal kull tunnellata baqa' ġeneralment stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, u għalhekk ma jistax jitqies li kien fattur ewlieni ta' dannu. |
|
(101) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, u wara l-bidliet li saru fil-premessi (79), (80) and (88), il-konklużjonijiet l-oħra stipulati fil-premessi (63) sa (89) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
F. KAWŻALITÀ
1. Effett tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping
|
(102) |
Wara divulgazzjoni proviżorja, l-assoċjazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kkummentat li, skont il-premessa (56) tar-Regolament provviżorju, l-ogħla punt tal-prezzijiet ta' importazzjoni Ċiniżi lejn l-Unjoni kien is-sena 2014, filwaqt li l-iżvilupp tal-indikaturi tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni f'dik l-istess sena ma jkollux relazzjoni diretta max-xejriet ta' importazzjoni miċ-Ċina. |
|
(103) |
L-assoċjazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kkontestat ukoll il-konklużjonijiet fil-premessa (94) tar-Regolament provviżorju. Hija kkontestat l-eżistenza tar-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u t-telf fl-industrija tal-Unjoni. Fl-ewwel lok, hija argumentat li d-diffikultajiet tal-industrija tal-Unjoni bdew ħafna qabel l-2013, kif muri mill-ilment preċedenti antidumping ippreżentat fl-2012. Fit-tieni lok, iż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina ma tistax tiġi deskritta bħala li kienet sinifikanti. Fit-tielet lok, l-impatt tat-tnaqqis tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fl-2013 ma ġiex spjegat. Fir-raba' lok, l-analiżi tad-danni ma għandhiex tiffoka fuq sena partikolari. Fil-ħames lok, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw b'mod pożittiv fl-2014, minkejja ż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina. B'mod ġenerali, hija allegat li t-telf fl-industrija tal-Unjoni varja wisq biex ikun hemm konnessjoni mal-volumi tal-importazzjoni miċ-Ċina. Id-dannu lill-industrija tal-Unjoni għalhekk irid jkun ġie kkawżat minn fatturi oħra li ma humiex l-importazzjonijiet miċ-Ċina. |
|
(104) |
L-assoċjazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi sostnietew ukoll li l-analiżi tal-ħsara kellha ssir separatament għal kull wieħed mit-tliet segmenti fi ħdan l-ambitu tal-prodott (żejt u gass, ġenerazzjoni tal-enerġija u mekkanika/kostruzzjoni). B'mod ieħor id-differenzi bejn il-prodotti u l-prezzijiet allegatament ma ppermettewx paragun xieraq. B'mod partikolari, l-importazzjonijiet miċ-Ċina kkonċernaw b'mod predominanti s-segment tal-mekkanika/kostruzzjoni, filwaqt li l-produtturi tal-Unjoni kienu relattivament aktar involuti fis-segmenti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u taż-żejt u l-gass. |
|
(105) |
Produttur esportatur Ċiniż ikkummenta li skont l-istatistika dwar il-kummerċ, il-prezzijiet medji miċ-Ċina baqgħu stabbli matul il-perjodu kkonċernat. Għalhekk, it-twaqqigħ tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet miċ-Ċina ma setax ikun il-kawża tat-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(106) |
L-istess produttur esportatur ikkontesta wkoll il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina u minn pajjiżi oħra fil-premessa (105) tar-Regolament provviżorju. Huwa indika li l-prezzijiet tal-importazzjoni medji baxxi miċ-Ċina ma jirriflettux il-prezzijiet iktar għoljin tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun. |
|
(107) |
Il-Kummissjoni qablet li l-indikaturi kollha tad-dannu ma jurux korrelazzjoni bejn sena u oħra mal-iżvilupp tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. Madankollu, l-effetti huma mdewma minn sena għall-oħra peress li l-prezzijiet u r-relazzjonijiet kummerċjali jaġġustaw skont iż-żieda fil-kompetizzjoni inġusta. Peress li l-importazzjonijiet miċ-Ċina jseħħu permezz ta' kummerċjanti, l-investigazzjoni tal-importaturi mhux relatati uriet li hemm dewmien sinifikanti fiż-żmien bejn il-mument tal-ordni tal-prodotti miċ-Ċina u l-konsenja tagħhom lill-utent finali, li rriżulta mill-ħin ta' produzzjoni, trasport, ħażna fil-livell tal-kummerċjant u l-konsenja finali. L-impatt b'mod ġenerali tal-importazzjonijiet bi prezz baxx jista' jiġi osservat biss waqt il-perjodu kollu kkunsidrat. Ebda parti ma kkontestat il-konklużjonijiet fil-premessa (62) tar-Regolament provviżorju li l-importazzjonijiet miċ-Ċina daħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li jwaqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-Unjoni. Lanqas ma ġie kkontestat li l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu f'termini assoluti matul il-perjodu kkunsidrat, f'kuntest ta' tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, li wassal għal żieda saħansitra akbar f'termini relattivi. |
|
(108) |
F'dak li jirrigwarda s-segmenti, il-Kummissjoni indikat li d-differenzi rilevanti bejn tipi ta' prodott huma riflessi fin-numru ta' kontroll tal-prodott (PCN), li jiżgura li prodotti paragunabbli biss jiġu pparagunati flimkien. Il-karatteristiċi ewlenin tas-segmenti huma distinti minħabba l-PCN: azzar illigat u azzar illigat ħafna (segment ta' ġenerazzjoni tal-enerġija), azzar mhux illigat (kostruzzjoni) u l-kategoriji ta' prodotti speċifiċi ta' pajpijiet lineari, kejsing, tubi u ajpijiet għat-tħaffir (segment taż-żejt u l-gass). Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (25), anke jekk kienu jkunu stabbiliti marġnijiet tad-dannu separati għal kull segment, id-dazji totali li jridu jitħallsu għal taħlita tal-prodott partikolari kienu jibqgħu identiċi. |
|
(109) |
Fir-rigward tal-istatistika dwar il-kummerċ, il-Kummissjoni osservat li l-istatistika dwar il-kummerċ ma tikkunsidrax it-taħlita tal-prodott, kif spjegat fil-premessa (58) tar-Regolament provviżorju. Il-prezzijiet medji għalhekk jistgħu jirrappreżentaw prodotti differenti fi snin differenti. B'kuntrast, it-twaqqigħ tal-prezzijiet bejn 15,1 % u 30,2 % fil-premessa (62) tar-Regolament provviżorju ġie stabbilit permezz tal-paragun tal-prezzijiet tal-istess tipi ta' prodotti, mhux il-medji globali. Għalhekk, it-taħlit tal-prodotti differenti tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun huma kkunsidrati fl-istabbiliment tal-marġnijiet tad-dannu individwali tagħhom. |
|
(110) |
Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (91) sa (95) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
2. Effett ta' fatturi oħra
|
(111) |
Skont il-premessa (114) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni kompliet tinvestiga r-raġunijiet li wasslu għal tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. |
Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(112) |
Kif mitlub fil-premessa (98) tar-Regolament provviżorju, l-ilmentatur ipprovda dejta li turi li l-konsum fuq livell dinji ta' pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri naqas b'iktar minn 10 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis kien ikkonċentrat fir-reġjuni tal-produzzjoni taż-żejt, minħabba waqfien totali fit-tħaffir għaż-żejt u l-gass ikkawżat minn prezzijiet baxxi taż-żejt. B'kuntrast, is-segmenti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u tal-mekkanika ma ġewx affettwati direttament mid-diffikultajiet fis-segment taż-żejt u l-gass, iżda xorta esperjenzaw effett indirett. Skont l-industrija tal-Unjoni, fin-nuqqas ta' domanda mis-segment taż-żejt u tal-gass il-produtturi ppruvaw ibigħu lil segmenti oħra minflok, li jwassal għal pressjoni aktar kompetittiva fis-segmenti l-oħra wkoll. |
|
(113) |
Wara żvelar provviżorju, il-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-assoċjazzjoni tagħhom talbu, flimkien mal-perċentwali fil-premessa (96) tar-Regolament provviżorju, id-dejta tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Huma argumentaw ukoll li l-prestazzjoni dgħajfa tal-esportazzjoni, b'mod partikolari fis-segment taż-żejt u tal-gass, kienet ir-raġuni għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Huma argumentaw li l-impatt tal-bejgħ mitluf kien iktar importanti miż-żieda relattivament żgħira tal-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni. Huma allegaw li r-raġuni wara t-telf tal-industrija tal-Unjoni huwa t-tnaqqis fil-produttività li jirriżulta minn volumi iktar baxxi ta' produzzjoni. |
|
(114) |
Il-Kummissjoni pprovdiet il-volumi ta' esportazzjoni mitluba hawn taħt:
|
|
(115) |
Kif jidher, l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu b'31 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis tal-esportazzjonijiet għalhekk kien ikbar mit-tnaqqis tal-konsum fil-livell dinji. Kif imsemmi fil-premessa (96) tar-Regolament provviżorju, il-bejgħ tal-Unjoni naqas ukoll matul il-perjodu kkunsidrat, sabiex is-sehem tal-esportazzjonijiet baqa' għoli, b'56 % tal-bejgħ kollu fil-PI. Il-konklużjonijiet l-oħra stipulati fil-premessi (96) u (97) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
|
(116) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tnaqqis fil-bejgħ tal-esportazzjoni kellu impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni u kkontribwixxa għad-dannu. It-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ wassal għal użu tal-kapaċità aktar baxxa u għalhekk żied il-piż tal-ispejjeż ġenerali fuq il-bejgħ kollu, kif ukoll fuq il-bejgħ tal-Unjoni. Il-prestazzjoni dgħajfa tal-esportazzjoni għalhekk kienet fattur li jikkontribwixxi għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni billi żiedet l-ispejjeż tal-bejgħ tal-Unjoni. Minħabba l-aġġustamenti għall-ispejjeż tal-produtturi tal-Unjoni spjegati fil-premessi (81) u (84), l-impatt ta' din il-kawża ġeneralment tneħħa mill-kalkolu tal-marġni tad-dannu. Sal-punt li l-effett ma kienx jitneħħa kompletament mill-aġġustamenti, kwalunkwe impatt li jifdal fuq il-livell tal-marġni tad-dannu kien ikun biss marġinali. |
|
(117) |
Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma tistax tispjega d-dannu li jirriżulta miż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni, u t-tnaqqis konsegewenti tal-prezzijiet tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, il-produtturi tal-Unjoni setgħu jbigħu il-prodotti tagħhom fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet mhux dannużi. Għalhekk il-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma kisritx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
Bejgħ lil partijiet relatati
|
(118) |
Fin-nuqqas ta' kummenti, il-konklużjonijiet stipulati fil-premessi (99) sa (100) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u tnaqqis fil-konsum minħabba l-kriżi fis-settur taż-żejt u tal-gass
|
(119) |
Wara l-iżvelar provviżorju, produttur esportatur Ċiniż ikkummenta li ż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina matul il-perjodu kkunsidrat kienet 3 344 tunnellata. Fl-istess ħin, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 18 212-il tunnellata u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdiedu b'9 711-il tunnellata, li minnhom l-importazzjonijiet mill-Ġappun żdiedu bi 3 535 tunnellata. Huwa rrileva li dawn il-fatturi kollha kellhom impatt ikbar miż-żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina. |
|
(120) |
Il-Kummissjoni qablet li l-konsum iktar baxx u ż-żieda fl-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra setgħu wasslu għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni billi naqqsu l-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(121) |
Madankollu, dawn il-fatturi ma jistgħux jispjegaw iż-żieda fl-importazzjonijet miċ-Ċina bi prezzijiet li jwaqqgħu il-prezzijiet tal-Unjoni. L-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu f'kuntest ta' tnaqqis fil-konsum fl-Unjoni. B'mod partikolari, kif jidher fil-premessi (101) sa (105) tar-Regolament provviżorju, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kienu iktar għoljin mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, il-prezzijiet medji tagħhom żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat, u s-sehem tas-suq tagħhom baqa' żgħir. L-importazzjonijiet minn partijiet terzi għalhekk ma setgħux ikunu l-kawża tat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni. Għalhekk, id-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kemm għall-prezzijiet kif ukoll għall-volumi, jekk applikabbli, kien ikun marġinali. Għalhekk dawn il-fatturi ma kisrux ir-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, sal-punt li dawn il-fatturi kellhom impatt ikbar minn impatt marġinali, dawn huma riflessi fl-aġġustament li jikkonċerna kapaċità mhux użata fil-premessi minn (84) u (85). |
|
(122) |
Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż ikkontesta d-dejta statistika kummerċjali fil-premessa (105) tar-Regolament provviżorju, u ddikjara li l-prezzijiet ta' tunnellata tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi għajr iċ-Ċina u l-Ġappun kienu għolji b'mod mhux normali. Il-produttur esportatur Ċiniż allega li r-raġuni sottostanti kienet sottodikjarazzjoni tal-kwantitajiet ta' importazzjoni, li rriżultat fi prezzijiet medji għoljin. B'riżultat ta' dan, huwa ddikjara li s-sejbiet tar-rabta ta' kawżalità kienu difettużi minħabba li naqsu milli jqisu l-volumi allegatament ogħla u l-prezzijiet aktar baxxi ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. |
|
(123) |
Il-Kummissjoni ċċarat li d-dejta fil-premessa (105) tar-Regolament provviżorju kienet ibbażata fuq dejta tal-Eurostat disponibbli pubblikament. Il-Kummissjoni mliet id-dejta fil-forma ta' tabella aktar komprensiva, li ddettaljat ukoll l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerka u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra kollha għajr iċ-Ċina, il-Ġappun u l-Istati Uniti tal-Amerka. Ikkoreġiet ukoll l-iżbalji ta' kopjar li nkixfu wara divulgazzjoni definittiva. B'riżultat ta' dan, il-konklużjonijiet tal-premessa (105) tar-Regolament provviżorju ġew riveduti kif ġej: Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, ġie konkluż li l-impatt ta' dawn l-importazzjonijiet mhuwiex daqstant li tinkiser ir-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(124) |
L-istatistika dwar l-importazzjoni wriet li l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerka kellhom prezz unitarju partikularment għoli matul il-PI. Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi terzi li jifdal kienu ġeneralment konformi mal-prezzijiet tal-Unjoni u baqgħu pjuttost stabbli matul iż-żmien. Għaldaqstant, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni għolja kienu jirriflettu l-varjazzjonijiet tal-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Istati Uniti tal-Amerka. Il-Kummissjoni nnutat li ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li tappoġġa d-dikjarazzjoni li l-istatistika dwar l-importazzjoni kienet żbaljata. Fi kull każ, rigward il-prezzijiet relattivament għolja mill-Istati Uniti tal-Amerka anke matul is-snin preċedenti, u s-sehem mis-suq żgħir tagħhom, anki li kieku kien hemm żball fl-istatistika rigward l-Istati Uniti tal-Amerka, kif allegat mill-produttur esportatur Ċiniż, dan ma kienx jibdel is-sejbiet fil-premessa (121) li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi ma jiksrux ir-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u d-dannu matejali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(125) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-konklużjonijiet stipulati fil-premessi (101) sa (106) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
Differenzi fl-ispejjeż u fil-marġnijiet ta' profittabbiltà fl-industrija tal-Unjoni
|
(126) |
Skont il-premessi (107) u (110) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni eżaminat f'iktar dettall is-sitwazzjoni ta' wieħed mill-produtturi tal-Unjoni. |
|
(127) |
L-ispejjeż medji ta' dan il-produttur tal-Unjoni kienu fil-fatt iktar għoljin minn dawk tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni. Madankollu, dan huwa spjegat bil-firxa wiesgħa ta' prodotti għajr produtturi oħra tal-Unjoni, inkluż proporzjon akbar tal-prodotti tal-azzar illigat u tal-azzar illigat ħafna li jiswew aktar. Il-produttur tal-Unjoni jbigħ ukoll prodotti magħmulin apposta direttament lil konsumaturi finali, minflok distributuri. Dan il-bejgħ tipikament jattira prezzijiet ogħla. |
|
(128) |
Il-produttur tal-Unjoni wera li wħud mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kisbu ċ-ċertifikati ta' kwalità neċessarji sabiex jipprovdu wkoll l-iktar applikazzjonijiet kritiċi fl-Unjoni, u għalhekk kienu qed jikkompetu wkoll fis-segment ta' kwalità għolja fl-Unjoni għall-istess proġetti bħall-produttur tal-Unjoni, u qed jikkawżaw pressjoni fuq il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni tiegħu. |
|
(129) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produttur tal-Unjoni tilef volumi ta' produzzjoni iktar malajr minn produtturi oħra tal-Unjoni, notevolment fl-esportazzjonijiet, li wassal għal żieda fil-piż tal-ispejjeż fissi. Sar tnaqqis straordinarju sabiex jirrifletti d-diffikultajiet fis-swieq taż-żejt u tal-gass. Finalment, il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-Unjoni ġiet affettwata wkoll mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni. |
|
(130) |
Għalkemm parti mit-telf tal-produttur tal-Unjoni sar minħabba l-volumi tal-bejgħ mitluf u l-użu baxx tal-kapaċità li jirriżulta, il-Kummissjoni sabet ukoll li parti mit-telf finanzjarju tagħha kien dovut għat-tnaqqis tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk hemm rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta' dumping miċ-Ċina, it-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-Unjoni, u d-dannu li ġarrab il-produttur tal-Unjoni. Din ir-rabta ta' kawżalità, li taffettwa l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, mhijiex miksura mill-ispejjeż speċifiċi tal-produttur tal-Unjoni fl-2014 — 2015. |
|
(131) |
Kif spjegat fil-premessi (81), (84), (85), (90) u (91), saru aġġustamenti għall-ispejjeż tal-produttur tal-Unjoni u l-profittabbiltà tal-bejgħ tal-Unjoni ġiet ikkalkulata mill-ġdid. L-aġġustamenti neħħew bil-kbir l-impatt tal-bejgħ tal-esportazzjoni u d-deprezzamenti relatati mas-sitwazzjoni speċifika fis-swieq taż-żejt u tal-gass. Sal-punt li l-effett ma kienx kompletament jitneħħa mill-aġġustamenti tal-ispejjeż, kwalunkwe impatt li jifdal fuq il-livell tal-marġni tad-dannu kien ikun marġinali biss. Anke wara l-aġġustamenti tal-ispejjeż, il-profittabbilità tal-produttur tal-Unjoni baqgħet affettwata b'mod negattiv mit-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-bejgħ tiegħu fl-Unjoni. |
Tidwir tal-attenzjoni tal-industrija tal-Unjoni lejn prodotti bi prezz aktar baxx
|
(132) |
Wara divulgazzjoni definittiva, kif spjegat fil-premessa (26), produttur esportatur Ċiniż u l-assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi Ċiniżi allegaw li d-diffikultajiet li ltaqgħet magħhom l-industrija tal-Unjoni fil-bejgħ fis-segmenti l-oħrajn għajr iż-żejt u l-gass kienu r-riżultat tal-forzi tas-suq, u mhux relatati mal-importazzjonijiet miċ-Ċina. Huma ddikjaraw ukoll li l-produtturi tal-Unjoni kienu għażlu strateġija kummerċjali biex iduru minn prodotti taż-żejt u tal-gass għal segmenti bi prezz aktar baxx, u dan ikkawża x-xejriet negattivi fil-profittabbiltà. |
|
(133) |
Il-Kummissjoni nnutat li l-importazzjonijiet iddampjati miċ-Ċina waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni fl-ambitu tal-prodott kollu kemm hu, mhux fis-segment taż-żejt u tal-gass biss. Għaldaqstant, id-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet miċ-Ċina ma kienx limitat għal segment partikulari. Fin-nuqqas tal-importazzjonijiet iddampjati li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni kienet tkun kapaċi tikseb prezzijiet ogħla fis-segmenti kollha, independentement mill-attenzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Sa fejn dan it-tidwir tal-attenzjoni kien sors ta' dannu, dan kien minħabba l-prestazzjoni tal-esportazzjoni u t-tnaqqis fil-konsum, li t-tnejn li huma ġew ivvalutati hawn fuq bħala fatturi potenzjali oħra li jikkawżaw dannu, bil-konklużjoni li dawn il-fatturi ma jistgħux jiksru r-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet iddampjati miċ-Ċina u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
Valutazzjoni kumulattiva ta' dawk il-fatturi l-oħra li nstabu li jikkontribwixxu għad-dannu
|
(134) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kawżi l-oħra tad-dannu, kemm separatament kif ukoll flimkien, ma kisrux ir-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping miċ-Ċina u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Dan għaliex l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping b'mod ċar ikkawżaw dannu billi waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni u għalhekk naqqsu l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. |
|
(135) |
B'kuntrast ma' dan, il-kawżi l-oħra tad-dannu ma kinux relatati mat-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni u l-impatt kumulattiv tagħhom kien marġinali. Id-dannu kkawżat mit-tnaqqis fil-volumi ta' bejgħ ma kienx relatat mal-prezzijiet tal-Unjoni u l-effett tiegħu kien marġinali, jekk xejn, wara l-aġġustamenti tal-ispejjeż lill-produtturi tal-Unjoni. L-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kienu żgħar, u seħħew bi prezzijiet għoljin u li baqgħu jiżdiedu. Għalhekk, ma kkawżax tnaqqis fil-prezz, u l-effett tagħhom, jekk applikabbli, kien marġinali. L-istruttura speċifika tal-ispejjeż ta' produttur tal-Unjoni kienet indirizzata bl-aġġustamenti tal-ispejjeż, u kwalunkwe effett li jifdal wara l-aġġustamenti tal-ispejjeż, jekk xejn, kien marġinali. |
|
(136) |
Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż argumenta li l-livell ġenerali tal-paga u tal-ispejjeż fiċ-Ċina kien aktar baxx milli fl-Unjoni, u dan jispjega għaliex il-prezzijiet taċ-Ċina kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-Unjoni. Huwa ddikjara li, għaldaqstant, it-twaqqigħ fil-prezzijiet kien fenomenu normali, u li t-tqabbil bejn il-prezzijiet tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-importazzjoni kien inġust. |
|
(137) |
Il-Kummissjoni enfasizzat li d-dazji antidumping kienu imposti biss f'sitwazzjonijiet fejn il-prezzijiet tal-bejgħ mill-esportazzjoni kienu aktar baxxi mill-valur normali. Għaldaqstant, l-argumenti rigward kostijiet aktar baxxi ma kinux pertinenti. |
|
(138) |
Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż ieħor u l-assoċjazzjoni ta' produtturi esportaturi Ċiniżi ikkontestaw is-sejbiet dwar il-kawżalità. Huma argumentaw li l-importazzjonijiet miċ-Ċina ma setgħux jispjegaw il-varjazzjonijiet tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Huma allegaw li kawżi għajr l-importazzjonijiet miċ-Ċina kkawżaw id-dannu lill-industrija tal-Unjoni. Huma argumentaw li l-aġġustamenti fl-ispejjeż ma jistgħux jissostitwixxu l-analiżi tal-kawżalità. |
|
(139) |
Il-Kummissjoni nnutat li l-aġġustamenti fl-ispejjeż iddeterminaw l-ispiża attwali tal-industrija tal-Unjoni, kif spjegat fl-premessi (81), (84), (85) u (86). It-tieni nett, il-Kummissjoni nnutat li l-argumenti li qamu wara d-divulgazzjoni definittiva ma kkontestawx is-sejba li l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat, f'kuntest ta' tnaqqis fil-konsum fl-Unjoni. L-argumenti lanqas ma kkontestaw is-sejba li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjon, u għaldaqstant ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni vvalutat fid-dettall il-fatturi l-oħra li kkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industruha tal-Unjoni fil-premessi minn (111) sa (135). L-analiżi ta' attribwizzjoni kumulattiva ta' fatturi oħrajn fil-premessi minn (134) u (135) uriet li l-fatturi l-oħra, kemm separatament kif ukoll meta meħuda flimkien, ma kisrux ir-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet iddampjati miċ-Ċina li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-UE, u li l-ebda dannu attribwibbli għal fatturi oħrajn ma ġie attribwit għall-importazzjonijiet iddampjati. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(140) |
Għalhekk, anke meta l-effett kumulattiv tal-fatturi l-oħra li possibilment ikkontribwew għad-dannu ġie indirizzat, ir-rabta ta' kawżalità bejn id-dumping u d-dannu ma nkisritx. Fuq din il-bażi, il-konklużjonijiet stipulati fil-premessa (115) tar-Regolament provviżorju ġew konfermati. |
G. INTERESSI TAL-UNJONI
|
(141) |
Wara l-iżvelar provviżorju, produttur esportatur Ċiniż ma qabilx mal-konklużjonijiet stipulati fil-premessa (124) tar-Regolament provviżorju, skont liema hemm diversi sorsi alternattivi tal-provvista. Madankollu, it-talba ma kinitx sostanzjata. Il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni juru li l-biċċa l-kbira tal-importaturi mhux relatati diġà jixtru minn sorsi oħra. |
|
(142) |
Id-dikjarazzjoniġiet miċħuda u l-konklużjonijiet stipulati fil-premessi minn (116) sa (132) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
H. MIŻURI DEFINITTIVI TA' ANTIDUMPING
1. Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu (marġni tad-dannu)
|
(143) |
Wara l-iżvelar provviżorju, produttur esportatur Ċiniż stqarr illi l-profitt fil-mira ta' + 5,7 % użat sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu kif stipulat fil-premessa (137) tar-Regolament provviżorju ma ntlaħaqx fil-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni. Madankollu t-talba ma kinitx sostanzjata u ma speċifikax liema metodu jew rata ta' profitt kellhom jintużaw minflok. It-talba għalhekk ma ntlaqgħetx. |
|
(144) |
L-ilmentatur argumenta li l-livell xieraq tal-profitt fil-mira għandu jkun + 15 %, peress li l-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu diġà preżenti fl-2012. Huwa ssuġġerixxa li tintuża dejta tal-profitt mis-snin ta' qabel l-2012 sabiex jiġi appoġġjat tali livell. |
|
(145) |
Il-Kummissjoni nnutat li l-metodu għad-determinazzjoni provviżorja tal-profitt fil-mira fuq il-bażi tas-sena 2012 kien issuġġerit fl-ilment, u li l-livell kien ibbażat fuq dejta verifikata tal-produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni ma pprovdewx dejta storika tal-profitt mis-snin qabel l-2012 li tista' tiġi vverifikata. It-talba għalhekk ma ntlaqgħetx u l-konklużjonijet stipulati fil-premessi (134) sa (137) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati, f'dak li jirrigwarda l-metodu tad-determinazzjoni tal-profitt fil-mira fuq il-bażi tas-sena 2012. |
|
(146) |
Fl-istadju provviżorju, il-prodotti bi prezz għoli ddeterminaw il-profittabbiltà medja sa livell għoli, minħabba li l-kalkolu kien ibbażat fuq valuri tal-bejgħ. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-bejgħ tal-Unjoni u tal-importazzjonijiet miċ-Ċina jikkonċernaw prodotti bażiċi bi prezz baxx. Il-metodu bbażat fuq valuri ta' bejgħ għalhekk jiddikjara b'mod eċċessiv l-importanza tal-prodotti bi prezz għoli meta paragunati mas-sehem attwali tagħhom tas-suq tal-Unjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, għall-finijiet tal-kalkolu tal-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu, il-piżijiet tal-produtturi tal-Unjoni kienu stabbiliti sabiex jikkorrispondu għas-sehem tagħhom tal-volum tal-bejgħ, għall-kuntrarju tal-valur tal-bejgħ. |
|
(147) |
Il-profitabbiltà medja ponderata hija kif ġej:
|
|
(148) |
Għalhekk, il-profitt tas-sena 2012 inbidel minn + 5,7 % għal + 4,7 %. Il-profitt fil-mira għalhekk kien stabbilit għal + 4,7 %. |
|
(149) |
Il-profitabbiltà ponderata tal-industrija tal-Unjoni fil-PI u l-profitt fil-mira huma użati għall-kalkolu tal-prezzijiet li ma jikkawżawx dannu, b'mod konformi mal-premessi (139) u (140) tar-Regolament provviżorju. |
|
(150) |
Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż qajjem dubju dwar il-kalkolu tal-prezz unitarju fil-mira. Huwa ddikjara li l-prezzijiet unitarji fil-mira jinħtieġ li jkunu 4,7 % ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, filwaqt li fid-divulgazzjoni definittiva id-differenza bejn iż-żewġ prezzijiet kienet ta' 9 %. |
|
(151) |
Il-Kummissjoni ċċarat li d-differenza bejn il-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni u prezz unitarju fil-mira hija magħmula mit-telf medju (– 3,9 %) u mill-profitt fil-mira (+ 4,7 %). Dawn il-presentaġġi huma kkalkulati abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa (139) tar-Regolament provviżorju. Dawn l-istess ammonti jwasslu għal differenza ta' 9 % meta espressi bħala persentaġġ tal-valuri CIF tal-importazzjoni. |
|
(152) |
Wara divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur Ċiniż ieħor irrefera għall-kontijiet annwali ppubblikati ta' produttur tal-Unjoni fil-kampjun, u argumenta li l-produttur tal-Unjoni kien profittabbli fl-2014, u minkejja li għamel telf fl-2015, jista' jitqies profittabbli jekk l-ispejjeż jiġu aġġustati billi jiġi eliminat it-telf tal-valur tal-assi, jitnaqqsu l-ispejjeż tal-oġġetti mibjugħa f'konformità mal-bejgħ, u jitnaqqsu l-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi f'konformità mal-bejgħ. Abbażi ta' dan, il-produttur esportatur Ċiniż iddikjara li l-industrija tal-Unjoni kienet profittabbli fl-2013-2015, u għaldaqstant il-marġni tad-dannu jinħtieġ li ma jinkludi l-ebda profitt fil-mira, u jinħtieġ li lanqas ma jqis it-telf tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(153) |
Il-Kummissjoni nnutat li r-riżultati finanzjarji fil-kontijiet annwali rreferew għar-riżultati tal-grupp kollu u għall-prodotti kollha, filwaqt li s-sejbiet tal-investigazzjoni kkonċernaw speċifikament għall-bejgħ tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, il-profittabbiltà tal-bejgħ tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat ma setgħetx tiġi kkalkulata abbażi tal-kontijiet pubblikati, billi ma rreferewx għall-istess ambitu tal-attività. |
|
(154) |
Il-kummenti li jikkonċernaw il-metodu għall-istabbiliment tal-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu kienu indirizzati fil-premessi minn (75) sa (78). Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-konklużjonijiet stipulati fil-premessi (138) sa (141) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. |
2. Miżuri definittivi
|
(155) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li saru fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, u skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, skont ir-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2). Il-Kummissjoni pparagunat il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping. L-ammont tad-dazji jenħtieġ li jkun stabbilit fil-livell tal-iktar marġni baxx mill-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu. |
|
(156) |
Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, ir-rati tad-dazju antidumping definittiv, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, għandhom ikunu kif ġej:
|
|
(157) |
Ir-rati tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet ta' din l-investigazzjoni. Gћaldaqstant, huma rriflettew il-qagħda li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u magħmul mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b'mod speċifiku fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmijin b'mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Ma għandhom ikunu suġġetti għal ebda rata ta' dazju antidumping individwali. |
|
(158) |
Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju antidumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (6). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, avviż dwar il-bidla tal-isem jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(159) |
Sabiex ir-riskji ta' ċirkomvenzjoni minħabba differenza fir-rati ta' dazju jinżammu kemm jista' jkun baxxi, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tkun żgurata l-applikazzjoni tad-dazji antidumping individwali. Kumpaniji b'dazji antidumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn din il-fattura jkunu soġġetti għad-dazju antidumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(160) |
Biex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji antidumping, id-dazju antidumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jinħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f'din l-investigazzjoni, imma anki għall-produtturi li ma esportawx lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. |
3. Ġbir definittiv tad-dazji proviżorji
|
(161) |
Fid-dawl tal-marġnijiet tad-dumping misjuba u minħabba l-livell tad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, jenħtieġ li l-ammonti garantiti permezz ta' dazju provviżorju antidumping, imposti mir-Regolament provviżorju, jinġabru definittivament sal-estent tal-ammont tad-dazji definittivi. |
|
(162) |
Il-miżuri preveduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ġie impost dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri, tal-ħadid (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta' sezzjoni trasversali tonda, ta' dijametru estern li jaqbeż l-406.4 mm, li attwalment jaqgħu taħt il-Kodiċijiet NM 7304 19 90, ex 7304 29 90, 7304 39 98 u 7304 59 99 (il-kodiċi TARIC 7304299090) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
Kumpanija |
Rata ta' dazju antidumping definittiv (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Yangzhou Chengde Steel Pipe Co., Ltd. |
29,2 |
C171 |
|
Hubei Xinyegang Special Tube Co., Ltd. |
54,9 |
C172 |
|
Yangzhou Lontrin Steel Tube Co., Ltd. |
39,9 |
C173 |
|
Hengyang Valin MPM Co., Ltd. |
48,2 |
C174 |
|
Zhejiang Gross Seamless Steel Tube Co., Ltd. |
41,4 |
C204 |
|
Il-kumpaniji elenkati fl-Anness |
45,6 |
C998 |
|
Il-produtturi l-oћra kollha |
54,9 |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 2 għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b'ismu/isimha u l-kariga, abbozzata kif ġej: “Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (Kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata t-tali fattura, japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għad-dazji garanntiti permezz tad-dazji proviżorji tal-antidumping skont ir-Regolament (UE) 2016/1977.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Fejn produttur esportatur miċ-Ċina jipprovdi provi suffiċjenti lill-Kummissjoni li
|
(i) |
ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw miċ-Ċina matul il-perjodu ta' investigazzjoni (l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015) |
|
(ii) |
ma jiġix mill-esportatur jew il-produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u |
|
(iii) |
jew effettivament esporta l-oġġetti kkonċernati jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lill-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni, |
l-Artikolu 1(2) jista' jiġi emendat biż-żieda tal-produttur esportatur il-ġdid mal-lista fl-Anness.
Artikolu 3
L-ammonti garantiti bħala dazji antidumping proviżorji skont ir-Regolament (UE) 2016/1977 għandhom jinġabru b'mod definittiv. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju tal-antidumping se jiġu rilaxxati.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1977 tal-11 ta' Novembru 2016 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr ġonġituri, tal-ħadid (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta' sezzjoni trasversali tonda, ta' dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 305, 12.11.2016, p. 1).
(3) Kontenut ta' kromju ogħla minn jew daqs 0,5 % u inqas minn 7 %; kontenut ta' kromju ogħla minn jew daqs 7 % u inqas minn 10,5 %; Dawn it-tipi ta' prodotti kienu identifikati fit-tabella PCN bħala kategoriji 4 u 5 taħt l-ewwel ċifra tal-PCN.
(4) Kawża C-595/11; ĠU C 164, 8.6.2013, p. 6.
(5) WTO, ir-rapport tal-Korp tal-Appell, AB-2015-7, WT/DS397/AB/RW, it-18 ta' Jannar 2016.
(6) Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.
ANNESS
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina:
|
Kumpanija |
TARIC kodiċi addizzjonali |
|
Tianjin Pipe Manufacturing Co., Ltd. |
C998 |
|
Shandong Luxing Steel Pipe Co., Ltd. |
C998 |
|
Inner Mongolia Baotou Steel Union Co., Ltd |
C998 |
|
Wuxi SP. Steel Tube Manufacturing Co., Ltd |
C998 |
|
Zhangjiagang Tubes China Co., Ltd. |
C998 |
|
TianJin TianGang Special Petroleum Pipe Manufacture Co., Ltd |
C998 |
|
Shandong Zhongzheng Steel Pipe Manufacturing Co., Ltd. |
C998 |
|
12.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/26 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/805
tal-11 ta' Mejju 2017
li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva flazasulfuron skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/30/KE (2) inkludiet il-flazasulfuron bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3). |
|
(2) |
Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4). |
|
(3) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva flazasulfuron, kif stipulata fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiskadi fil-31 ta' Jannar 2018. |
|
(4) |
Tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-flazasulfuron skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu taż-żmien stipulat fl-istess Artikolu. |
|
(5) |
L-applikant ressaq il-fajls addizzjonali meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta. |
|
(6) |
L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem: “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fl-14 ta' Awwissu 2015. |
|
(7) |
L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. L-Awtorità qiegħdet ukoll is-sommarju tal-fajls addizzjonali għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
|
(8) |
Fl-10 ta' Awwissu 2016 (6) l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha dwar jekk jistax jiġi mistenni li l-flazasulfuron jissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fis-6 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-rapport tat-tiġdid għall-flazasulfuron lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
|
(9) |
Dwar l-użu rappreżentattiv, wieħed jew aktar, ta' mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li fih il-flazasulfuron, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għalhekk, huwa xieraq li l-approvazzjoni tal-flazasulfuron tiġġedded. |
|
(10) |
Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-flazasulfuron hija msejsa fuq għadd limitat ta' użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-flavasulfuron. Għalhekk huwa xieraq li titneħħa r-restrizzjoni fuq l-użu esklussivament bħala erbiċida. |
|
(11) |
Madankollu, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, huwa meħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet u restrizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta' konferma. |
|
(12) |
B'konformità mal-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 13(4) tiegħu, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan. |
|
(13) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2016 (7) estenda l-perjodu ta' approvazzjoni tal-flazasulfuron sal-31 ta' Jannar 2018 sabiex il-proċess ta' tiġdid ikun jista' jitlesta qabel ma tiskadi l-approvazzjoni ta' dik is-sustanza. Madankollu, minħabba li d-deċiżjoni dwar it-tiġdid laħqet ittieħdet qabel din id-data ta' skadenza estiża, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2017. |
|
(14) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva flazasulfuron, kif speċifikata fl-Anness I, hija mġedda soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-istess Anness.
Artikolu 2
Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat b'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/30/KE tal-10 ta' Marzu 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-aċidu benżojku, l-flazasulfuron u l-pyraclostrobin bħala sustanżi radjoattivi (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 50).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).
(6) EFSA Journal 2016; 14(9):4575, p. 24. Disponibbli online: www.efsa.europa.eu
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2016 tas-17 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi aċetamiprid, l-aċidu benżojku, flazasulfuron, mekoprop-P, mepanipirim, meżosulfuron, propineb, propossikarbażon, propiżammid, propikonażol, ir-razza pseudomonas chlororaphis: MA 342, piraklostrobina, kwinossifen, tijakloprid, tiram, żiram, żossamidu (ĠU L 312, 18.11.2016, p. 21).
ANNESS I
|
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||
|
Flazasulfuron Numru CAS 104040-78-0 Numru CIPAC 595 |
1-(4,6-dimetossipirimidin-2-il)-3-(3-trifluworometil-2-piridilsulfonil)urea |
≥ 960 g/kg |
l-1 ta' Awwissu 2017 |
il-31 ta' Lulju 2032 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar il-flazasulfuron, u b'mod partikulari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti b'mod partikulari għal dan li ġej:
Meta jkun xieraq, il-kondizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju. L-applikant għandu jippreżenta l-informazzjoni ta' konferma dwar l-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi li jkun hemm fl-ilma tax-xorb lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sa mhux aktar tard minn sentejn wara li jsir pubbliku dokument ta' gwida dwar l-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi li jinsabu fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta' taħt l-art. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-Parti A, titħassar l-entrata 80 dwar il-flazasulfuron; |
|
(2) |
fil-Parti B qed tiżdied l-entrata 108 li ġejja:
|
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.
|
12.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/31 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/806
tal-11 ta' Mejju 2017
li japprova s-sustanza attiva b'riskju baxx Bacillus amyloliquefaciens tar-razza FZB24, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, Franza rċeviet applikazzjoni, fit-19 ta' Ġunju 2013, mingħand Novozymes Biologicals France għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza FZB24. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 9(3) ta' dak ir-Regolament, Franza, bħala l-Istat Membru relatur, innotifikat lill-applikant, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni fl-4 ta' Settembru 2013. |
|
(3) |
Fit-13 ta' April 2015, l-Istat Membru relatur ippreżenta abbozz tar-rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni, u bagħat kopja tiegħu lill-Awtorità, fejn ivvaluta jekk setgħax jiġi mistenni li dik is-sustanza attiva tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
|
(4) |
L-Awtorità kkonformat mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. F'konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Awtorità talbet li l-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. Il-valutazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru relatur ġiet ippreżentata lill-Awtorità fil-format ta' abbozz aġġornat tar-rapport ta' valutazzjoni fit-22 ta' Frar 2016. |
|
(5) |
Fl-10 ta' Mejju 2016, l-Awtorità kkomunikat lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (2) dwar jekk is-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza FZB24 hijiex mistennija tissodisfa l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. L-Awtorità qiegħdet il-konklużjoni tagħha disponibbli għall-pubbliku. |
|
(6) |
Fis-6 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni ressqet ir-rapport ta' reviżjoni għas-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza FZB24 lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, kif ukoll abbozz ta' Regolament li jipprevedi l-approvazzjoni tas-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza FZB24. |
|
(7) |
L-applikant ingħata l-opportunità li jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar ir-rapport ta' reviżjoni. |
|
(8) |
Ġie stabbilit, fir-rigward ta' użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta' mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, u b'mod partikolari l-użi li ġew eżaminati u spjegati fir-rapport ta' reviżjoni, li l-kriterji tal-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati Għalhekk, qed jitqies li dawk il-kriterji għall-approvazzjoni huma ssodisfati. Għalhekk huwa xieraq li tiġi approvata s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza FZB24. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza FZB24 hija sustanza attiva b'riskju baxx, skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Is-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza FZB24 mhijiex sustanza ta' tħassib u tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Is-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza FZB24 hija razza ta' tip selvaġġ li li tinstab fl-ambjent b'mod naturali. Mhijiex patoġenika għall-bnedmin jew għall-annimali. L-esponiment addizzjonali tal-bnedmin, tal-annimali u tal-ambjent mill-użi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huwa mistenni li jkun negliġibbli meta mqabbel mal-esponiment mistenni f'sitwazzjonijiet naturali realistiċi. |
|
(10) |
Għalhekk huwa xieraq li tiġi approvata s-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza FZB24 għal perjodu ta' ħmistax-il sena. |
|
(11) |
Madankollu, f'konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, huwa meħtieġ li jiġu inklużi ċerti kondizzjonijiet. |
|
(12) |
F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni tas-sustanza attiva
Is-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza FZB24, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata skont il-kondizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat f'konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) L-EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2016. Il-konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens — ir-razza FZB24. Il-Ġurnal tal-EFSA tal-2016;14(6):4494, 18 pp, doi:10.2903/j.efsa.2016.4494.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
ANNESS I
|
Isem Komuni Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||
|
Is-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza FZB24. In-numru tal-adeżjoni fil-ġabra tal-kolturi tad-“Deutsche Sammlung von Mikroorganismen” (DSM), il-Ġermanja: 10271 In-numru tal-adeżjoni mal-“Agricultural Research Service Culture Collection (NRRL)”, l-Istati Uniti tal-Amerka: B-50304 |
Mhux applikabbli |
Il-konċentrazzjoni minima: 2 × 1014 CFU/kg |
l-1 ta' Ġunju 2017 |
l-1 ta' Ġunju 2032 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza FZB24, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għal dan li ġej:
Il-produttur għandu jiżgura li jkun hemm manutenzjoni stretta tal-kondizzjonijiet ambjentali u li ssir analiżi tal-kontroll tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura. Meta jkun xieraq, il-kondizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma previsti fir-rapport ta'reviżjoni.
ANNESS II
Fil-Parti D tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
|
Isem Komuni Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||
|
“10 |
Is-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza FZB24. In-numru tal-adeżjoni fil-ġabra tal-kolturi tad-“Deutsche Sammlung von Mikroorganismen” (DSM), il-Ġermanja: 10271 In-numru tal-adeżjoni mal-“Agricultural Research Service Culture Collection (NRRL)”, l-Istati Uniti tal-Amerka: B-50304 |
Mhux applikabbli |
Il-konċentrazzjoni minima: 2 × 1014 CFU/kg |
l-1 ta' Ġunju 2017 |
l-1 ta' Ġunju 2032 |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-sustanza attiva Bacillus amyloliquefaciens tar-razza FZB24, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għal dan li ġej:
Il-produttur għandu jiżgura li jkun hemm manutenzjoni stretta tal-kondizzjonijiet ambjentali u li ssir analiżi tal-kontroll tal-kwalità matul il-proċess tal-manifattura. Meta jkun xieraq, il-kondizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju.” |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma previsti fir-rapport ta' reviżjoni.
|
12.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/35 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/807
tal-11 ta' Mejju 2017
li jidderoga mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 fejn tidħol id-data finali għat-tressiq tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas, id-data finali għan-notifika tal-emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas u d-data finali għal applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tad-drittijiet għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku għas-sena 2017
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-ewwel paragrafu u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 78 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 (2) jistipula d-data finali għat-tressiq tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas, id-data finali għan-notifika tal-emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas u d-data finali għat-tressiq ta' applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tad-drittijiet għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku. |
|
(2) |
Diversi Stati Membri qegħdin jimplimentaw bidliet fis-sistema amministrattiva tagħhom għall-pagamenti diretti li jinvolvu, inter alia, bidliet strutturali fis-sistema ta' identifikazzjoni tal-irqajja' tal-art tagħhom u riorganizzazzjoni tat-teknoloġija tal-informazzjoni. Dawk il-bidliet jikkoinċidu ma' pass importanti fl-introduzzjoni obbligatorja tal-applikazzjoni għall-għajnuna abbażi ta' strumenti ġeospazjali. B'riżultat ta' dan, kien hemm diffikultajiet amministrattivi f'dawk l-Istati Membri. |
|
(3) |
Għalhekk ġiet affettwata l-possibbiltà li benefiċjarji jressqu l-applikazzjoni unika, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tad-drittijiet għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku fil-limiti taż-żmien stipulati fl-Artikoli 13(1) u 22(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014. |
|
(4) |
Minħabba dak kollu, jixraq li tiġi stipulata deroga mill-Artikoli 13(1) u 22(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 ħalli għall-2017, l-Istati Membri jkunu jistgħu jiffissaw data finali għat-tressiq tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas u data finali għat-tressiq ta' applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tad-drittijiet għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku, u dawn id-dati jkunu aktar tard minn dawk stipulati f'dawk l-Artikoli. Peress li d-dati u l-perjodi msemmija fl-Artikoli 11(4), 15(2) u (2a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 huma marbuta mad-data finali stipulata fl-Artikolu 13(1) ta' dak ir-Regolament, għandha tiġi stipulata deroga simili għan-notifika tar-riżultati tal-kontrolli preliminari u tal-emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas. |
|
(5) |
Billi dawn id-derogi jkopru l-applikazzjoni unika, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u t-talbiet għall-ħlas, l-emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament għas-sena 2017, jixraq li dan ir-Regolament ikun japplika għal applikazzjonijiet u talbiet għall-ħlas li għandhom x'jaqsmu mas-sena 2017. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti u l-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, għas-sena 2017, id-dati finali li għandhom jiffissaw l-Istati Membri għat-tressiq tal-applikazzjoni unika, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-ħlas ma għandhomx ikunu aktar tard mill-15 ta' Ġunju.
Artikolu 2
B'deroga mill-Artikolu 15(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 għas-sena 2017, fl-Istati Membri li jużaw id-deroga stipulata fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, l-emendi fl-applikazzjoni unika jew fit-talba għall-ħlas skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti sal-15 ta' Ġunju.
Artikolu 3
Id-derogi stipulati fl-Artikoli 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll fl-Istati Membri kkonċernati biex jiġu kkalkulati l-perjodi ta' 26 jum, 35 jum u ta' 10 ijiem kalendarji, rispettivament, wara d-data finali għat-tressiq tal-applikazzjoni unika, tal-applikazzjoni għall-għajnuna jew tat-talbiet għall-ħlas u d-data finali għan-notifika tal-emendi kif imsemmija fl-Artikoli 11(4) u 15(2a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014.
Artikolu 4
B'deroga mill-Artikolu 22(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, għas-sena 2017, id-data li jridu jiffissaw l-Istati Membri għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tad-drittijiet għall-pagament permezz tal-iskema ta' pagament bażiku ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta' Ġunju.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan japplika għal applikazzjonijiet u talbiet għall-ħlas li għandhom x'jaqsmu mas-sena 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).
|
12.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/37 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/808
tal-11 ta' Mejju 2017
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
EG |
176,8 |
|
MA |
99,1 |
|
|
TN |
158,2 |
|
|
TR |
93,0 |
|
|
ZZ |
131,8 |
|
|
0707 00 05 |
MA |
79,4 |
|
TR |
126,8 |
|
|
ZZ |
103,1 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
140,7 |
|
ZZ |
140,7 |
|
|
0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28 |
EG |
51,8 |
|
MA |
57,9 |
|
|
ZZ |
54,9 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
65,0 |
|
ZA |
147,3 |
|
|
ZZ |
106,2 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
106,8 |
|
BR |
115,8 |
|
|
CL |
109,0 |
|
|
CN |
145,5 |
|
|
NZ |
146,8 |
|
|
US |
111,3 |
|
|
ZA |
96,5 |
|
|
ZZ |
118,8 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
12.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/809
tal-11 ta' Mejju 2017
b'appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 7dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-mezzi ta' twassil tagħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 26(2) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva, li l-Kapitolu III tagħha fih lista ta' miżuri biex tiġi miġġielda tali proliferazzjoni li jeħtieġ li jittieħdu kemm fl-Unjoni kif ukoll f'pajjiżi terzi. |
|
(2) |
L-Unjoni qiegħda timplimenta dik l-istrateġija attivament u qiegħda tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tagħha, b'mod partikolari billi tagħmel disponibbli riżorsi finanzjarji b'appoġġ għal proġetti speċifiċi mmexxijin minn istituzzjonijiet multilaterali, b'hekk l-Istati fil-bżonn jingħataw assistenza teknika u ħila esperta fir-rigward ta' firxa wiesgħa ta' miżuri ta' nonproliferazzjoni, u ssir promozzjoni tar-rwol tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU). |
|
(3) |
Fit-28 ta' April 2004, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-Riżoluzzjoni 1540 (2004) (“UNSCR 1540 (2004)”), li kienet l-ewwel strument internazzjonali biex jiġu ttrattati b'mod integrat u komprensiv l-armi ta' qerda massiva, il-mezzi ta' twassil tagħhom u l-materjal relatat. L-UNSCR 1540 (2004) stabbilixxiet obbligi vinkolanti għall-Istati kollha li kellhom l-għan li jimpedixxu u jiskoraġġixxu lill-atturi li mhumiex Stati milli jaċċedu għal tali armi u materjal relatat mal-armi. Hija appellat ukoll lill-Istati biex jippreżentaw rapport lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit bir-Riżoluzzjoni 1540 (2004) (il-“Kumitat 1540”) dwar il-passi li ħadu jew li biħsiebhom jieħdu sabiex jimplimentaw il-UNSCR 1540 (2004). |
|
(4) |
Fis-27 ta' April 2006, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-Riżoluzzjoni 1673 (2006) u ddeċieda li l-Kumitat 1540 kellu jintensifika l-isforzi tiegħu sabiex jippromwovi l-implimentazzjoni sħiħa tal-UNSCR 1540 (2004) permezz ta' programmi ta' ħidma, attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, assistenza, djalogu u kooperazzjoni. Huwa stieden ukoll lill-Kumitat 1540 biex jesplora mal-Istati u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u subreġjonali l-possibbiltà ta' kondiviżjoni tal-esperjenzi u l-lezzjonijiet meħuda, u d-disponibbiltà ta' programmi li jistgħu jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004). |
|
(5) |
Fl-20 ta' April 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-Riżoluzzjoni 1977 (2011) u ddeċieda li jestendi l-mandat tal-Kumitat 1540 għal perijodu ta' 10 snin sal-25 ta' April 2021. Huwa ddeċieda wkoll li l-Kumitat 1540 kellu jintensifika l-isforzi tiegħu biex jippromwovi l-implimentazzjoni sħiħa mill-Istati kollha tal-UNSCR 1540 (2004), jimpenja ruħu attivament biex l-offerti ta' assistenza jikkorrispondu għad-domandi għaliha, permezz ta' mezzi bħal żjajjar, fuq stedina tal-Istat ikkonċernat, mudelli ta' assistenza, pjanijiet ta' azzjoni jew informazzjoni oħra ppreżentata lill-Kumitat 1540 u jwettaq rieżami komprensiv dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004) qabel Diċembru 2016. |
|
(6) |
Fil-15 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà adotta b'mod unanimu r-Riżoluzzjoni 2325(2016) u b'hekk approva l-eżitu tal-proċess ta' eżami komprensiv tal-UNSCR 1540(2004) li twettaq matul l-2016. Huwa appella lill-Istati kollha biex isaħħu l-miżuri nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540(2004) u appella għal aktar assistenza għall-bini tal-kapaċitajiet tal-Istati f'dak ir-rigward, inkluż permezz ta' kontribuzzjonijiet volontarji, kif ukoll għal kooperazzjoni akbar fost il-partijiet ikkonċernati, is-soċjetà ċivili u l-qasam akkademiku. |
|
(7) |
L-implimentazzjoni tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/419/PESK (1), l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/368/PESK (2) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/391/PESK (3) ikkontribwixxiet għat-tnaqqis sinifikanti tal-għadd ta' Stati li ma jirrapportawx u l-għadd ta' Stati li ma ppreżentawx l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-Kumitat 1540 b'segwitu għall-preżentazzjoni ta' rapporti mhux kompluti. |
|
(8) |
L-Uffiċċju tan-NU għall-Affarijiet ta' Diżarm (UNODA), li huwa responsabbli għall-għoti ta' appoġġ sostantiv u loġistiku lill-Kumitat 1540 u lill-Grupp ta' Esperti tiegħu, għandu jiġi fdat bl-implimentazzjoni teknika tal-proġetti li għandhom jitwettqu taħt din id-Deċiżjoni. |
|
(9) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi implimentata f'konformità mal-Ftehim Qafas Finanzjarju u Amministrattiv, konkluż mill-Kummissjoni Ewropea man-NU dwar l-amministrazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni għal programmi jew proġetti amministrati min-NU, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. F'konformità mal-istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva (l-“istrateġija tal-UE”), li tistabbilixxi l-objettiv tal-promozzjoni tar-rwol tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u tat-tisħiħ tal-ħila esperta tiegħu sabiex jaffronta l-isfidi tal-proliferazzjoni, l-Unjoni għandha tappoġġa aktar l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) u l-UNSCR 1977 (2011).
2. Il-proġetti b'appoġġ għall-UNSCR 1540 (2004), li jikkorrispondu għal miżuri konformi mal-istrateġija tal-UE, għandhom jikkonsistu f'workshops subreġjonali, żjarat f'pajjiżi, laqgħat, avvenimenti, taħriġ u eżerċizzji ta' relazzjonijiet pubbliċi.
3. L-għanijiet tal-proġetti għandhom jikkonsistu fi:
|
— |
it-tisħiħ tal-isforzi u l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali rilevanti primarjament permezz ta' taħriġ, il-bini ta' kapaċità u l-faċilitazzjoni tal-assistenza, f'koordinazzjoni mill-qrib ma' programmi oħra tal-Unjoni u atturi oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540(2004), sabiex jiġu żgurati sinerġiji u kumplimentarjetà; |
|
— |
kontribut għall-implimentazzjoni prattika ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi kemm tar-rieżami komprensiv tal-2009 tal-istat ta' implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004) kif ukoll tal-eżitu tar-rieżami komprensiv ippjanat biex jitwettaq qabel Diċembru 2016, b'mod partikolari fl-oqsma tal-assistenza teknika, il-kooperazzjoni internazzjonali u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku; |
|
— |
appoġġ għall-iżvilupp ta' pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali volontarji għall-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004) fuq talba tal-Istati; |
|
— |
il-promozzjoni tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti mill-industrija u s-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004). |
4. Deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti tinsab fl-Anness.
Artikolu 2
1. Ir-Rappreżentant Għoli għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
2. L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq mill-UNODA, f'kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), l-Unjoni Afrikana, l-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani u l-Lega tal-Istati Għarab, skont il-każ. L-UNODA għandu jikkonkludi ftehim mal-OSKE rigward it-trasferiment tal-fondi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' proġetti speċifiċi tal-OSKE.
3. L-UNODA għandu jwettaq l-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) taħt ir-responsabbiltà u l-kontroll tar-Rappreżentant Għoli. Għal dak il-għan, ir-Rappreżentant Għoli għandha tidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-UNODA.
Artikolu 3
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implementazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 2 635 170,77. Il-baġit totali stmat tal-proġett globali għandu jkun ta' EUR 2 672 770,77, li għandu jingħata permezz ta' kofinanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
2. L-infiq iffinanzjat mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandu jiġi amministrat f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
3. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni tajba tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 2. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim ta' finanzjament mal-UNODA. Il-ftehim għandu jistipula li l-UNODA għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, skont id-daqs tagħha. Għandu jistipula wkoll li r-responsabbiltà aħħarija rigward l-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) vis-à-vis il-Kummissjoni għandha tkun fuq l-UNODA.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f'dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament.
Artikolu 4
Ir-Rappreżentant Għoli għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari mħejjija mill-UNODA. Dawk ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 5
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 36 xahar wara l-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3), jew sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni tagħha jekk l-ebda ftehim ta' finanzjament ma jkun ġie konkluż f'dak il-perijodu.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
C. CARDONA
(1) L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/419/PESK tat-12 ta' Ġunju 2006 b'appoġġ għall-implementazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 1540 (2004) tan-Nazzjonijiet Uniti u fil-qafas tal-implementazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Distruzzjoni Massiva (ĠU L 165, 17.6.2006, p. 30).
(2) L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/368/PESK tal-14 ta' Mejju 2008 b'appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Distruzzjoni Massiva (ĠU L 127, 15.5.2008, p. 78).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/391/PESK tat-22 ta' Lulju 2013 b'appoġġ għall-implimentazzjoni prattika tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-mezzi ta' kunsinna tagħhom (ĠU L 198, 23.7.2013, p. 40).
ANNESS
1. OBJETTIV
L-objettiv ġenerali ta' din id-Deċiżjoni huwa l-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004) u l-UNSCR 1977 (2011), fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva, permezz ta' miżuri speċifiċi bl-għanijiet li ġejjin: it-tisħiħ tal-isforzi u l-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali rilevanti primarjament permezz tal-bini ta' kapaċità u l-faċilitazzjoni tal-assistenza; il-kontribut għall-implimentazzjoni prattika ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi kemm tar-rieżami komprensiv tal-2009 tal-istat ta' implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004) kif ukoll tal-eżitu tar-rieżami komprensiv ippanat biex jitwettaq qabel Diċembru 2016, b'mod partikolari fl-oqsma tal-assistenza teknika, il-kooperazzjoni internazzjonali u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku.
2. MIŻURI
2.1. Objettivi tal-miżuri
|
— |
L-appoġġ għal attivitajiet ta' implimentazzjoni kemm speċifiċi għal kull pajjiż kif ukoll reġjonali, inkluż l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali volontarji għall-implimentazzjoni jew pjanijiet direzzjonali għall-implimentazzjoni ta' rekwiżiti ewlenin tal-UNSCR 1540 (2004), taħriġ għall-esperti nazzjonali, tisħiħ tal-isforzi ta' koordinazzjoni reġjonali/subreġjonali u attivitajiet oħra mfassla għall-promozzjoni ta' proċess sostnut ta' implimentazzjoni nazzjonali u subreġjonali; |
|
— |
Il-promozzjoni tal-universalità tar-rapportar u l-appoġġ għaliha kif tappella għaliha l-UNSCR 1540 (2004); |
|
— |
It-tisħiħ tar-rwol tal-industrija u tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004); |
|
— |
Is-sensibilizzazzjoni fost dawk li jfasslu l-politika u r-rappreżentanti tal-industrija u s-soċjetà ċivili dwar l-importanza tal-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004); |
|
— |
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali u internazzjonali rigward l-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004) b'kont debitament meħud tar-rwol tal-Kumitat 1540 u l-Grupp ta' Esperti tiegħu, kif ukoll tal-programm ta' ħidma tal-Kumitat; |
|
— |
Kontribut biex jinkisbu sinerġiji akbar fl-isforzi tal-partijiet kkonċernati internazzjonali fl-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004), b'mod partikolari fir-reġjun tal-OSKE. |
2.2. Deskrizzjoni tal-miżuri
|
(a) |
L-UNODA, filwaqt li jaġixxi f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kumitat 1540, ser jirrispondi għal sa seba' talbiet għall-assistenza minn Stati, filwaqt li jagħti prijorità lil Stati mir-reġjun tal-OSKE, ir-reġjun Afrikan kif ukoll ir-reġjun tal-Golf u l-Lvant Nofsani. L-assistenza mogħtija ser tkun imfassla biex l-Istati jkunu jistgħu jieħdu passi prattiċi addizzjonali biex jimplimentaw l-obbligi tal-UNSCR 1540 (2004) fil-livell nazzjonali, sabiex b'hekk jiġu indirizzati talbiet minn Stati lill-Kumitat 1540 għal assistenza. Tali assistenza ser tkun komplementari għall-funzjoni ta' korrelazzjoni tal-Kumitat 1540, iżda mhux ser tinkludi l-għoti jew l-akkwist ta' tagħmir tekniku. |
|
(b) |
L-UNODA ser jappoġġa sforzi biex tinkiseb l-universalità tar-rapportar. Filwaqt li l-UNSCR 1540 (2004) tappella lill-Istati biex jippreżentaw, mhux aktar tard minn sitt xhur mill-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni, l-ewwel rapport lill-Kumitat 1540 dwar il-passi li ħadu jew li biħsiebhom jieħdu biex jimplimentaw dik ir-Riżoluzzjoni, għad hemm numru ta' Stati li ma rrapportawx. F'dak il-kuntest, l-UNODA ser jappoġġa permezz taċ-Ċentru Reġjonali tiegħu fl-Afrika (UNREC) u ċ-Ċentru Reġjonali tiegħu fl-Asja u l-Paċifiku (UNRCPD), u f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Unjoni Afrikana u ċ-Centri ta' Eċċellenza reġjonali rilevanti tal-Unjoni Ewropea għall-Mitigazzjoni ta' Riskji Kimiċi, Bijoloġiċi, Radjoloġiċi u Nukleari (iċ-“Ċentri ta' Eċċellenza UE-CBRN”), sa ħames attivitajiet nazzjonali jew reġjonali mmirati b'mod speċifiku lejn Stati li ma jirrapportawx. |
|
(c) |
Barra minn hekk, l-UNODA ser jappoġġa tliet korsijiet ta' taħriġ reġjonali/subreġjonali għal punti ta' kuntatt nazzjonali nominati minn Stati bl-għan li jikkoordinaw l-implimentazzjoni nazzjonali tal-UNSCR 1540 (2004) u li jgħinu fl-iżvilupp ta' netwerk ta' punti ta' kuntatt kif ukoll li jtejbu l-komunikazzjoni tagħhom mal-Kumitat 1540. |
|
(d) |
Fost attivitajiet oħrajn, l-UNODA ser jagħti subkuntratt lis-Segretarjat tal-OSKE għal studju dwar kif jistgħu jiġu promossi aktar sinerġiji fl-isforzi ta' partijiet ikkonċernati internazzjonali rilevanti involuti fl-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004) fir-reġjun tal-OSKE. |
|
(e) |
L-UNODA ser jappoġġa sa tliet konferenzi reġjonali dwar l-industrija taħt l-UNSCR 1540 (2004). Mill-2012, il-Gvern tal-Ġermanja, bl-appoġġ tal-programm ta' sensibilizzazzjoni tal-UE għal oġġetti b'użu doppju u l-UNODA, ospita erba' konferenzi fil-belt ta' Wiesbaden għall-partijiet kkonċernati mill-industrija u s-soċjetà ċivili sabiex jitħeġġeġ l-involviment tal-industrija u tas-settur privat fl-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004). Wieħed mill-eżiti tar-raba' minn dawn il-konferenzi, li saret f'Novembru 2015 f'kooperazzjoni mal-Kumitat 1540, il-Grupp ta' Esperti tiegħu u l-UNODA, kien ftehim komuni biex jissaħħaħ l-approċċ reġjonali, jiġifieri jsiru konferenzi simili f'postijiet li jinkludu l-Asja, l-Amerika Latina u r-reġjuni tal-OSKE. Konferenzi reġjonali oħra għall-partijiet kkonċernati mill-industrija għandhom ikunu komplementari għall-ħidma taħt il-programmi rilevanti tal-Unjoni, eż. iċ-Ċentri ta' Eċċellenza UE CBRN u/jew il-Programm dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni EU P2P għal oġġetti b'użu doppju. |
|
(f) |
L-UNODA ser jorganizza jew jappoġġa workshops għal rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, il-qasam akkademiku u l-industrija bil-ħsieb tal-implimentazzjoni prattika tar-rieżami komprensiv tal-2016 tal-istat tal-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540(2004). F'dak il-kuntest, l-UNODA ser jappoġġa l-parteċipazzjoni ta' uffiċjali nazzjonali mill-Istati li jitolbu l-assistenza f'korsijiet ta' taħriġ u attivitajiet oħra ta' bini ta' kapaċità. |
Skont kif meħtieġ, l-UNODA ser ifittex sinerġiji mal-attivitajiet ta' atturi oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540(2004), iċ-Ċentri ta' Eċċellenza UE CBRN reġjonali kif ukoll programmi oħra sponsorizzati mill-Unjoni f'dan il-qasam.
2.3. Riżultati tal-miżuri
It-titjib tal-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004) permezz ta' passi addizzjonali li għandhom jittieħdu mill-Istati għall-implimentazzjoni sħiħa tagħha; l-iżvilupp ta' pjani ta' azzjoni jew pjani direzzjonali nazzjonali effettivi u realistiċi għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti prinċipali ta' dik ir-riżoluzzjoni; it-tisħiħ ta' approċċi reġjonali u subreġjonali kkoordinati għall-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004); u l-istabbiliment ta' sħubiji effettivi bejn l-Istati parteċipanti u l-fornituri ta' assistenza.
Numru ogħla tal-ewwel rapport minn Stati li għad iridu jippreżentaw l-ewwel rapport nazzjonali tagħhom dwar l-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004).
Involviment akbar tar-rappreżentanti tal-industrija u s-soċjetà ċivili fl-isforzi internazzjonali, reġjonali u nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004).
Aktar sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa tal-UNSCR 1540 (2004) u r-riżultati tar-rieżamijiet komprensivi tal-2009 u l-2016.
3. SĦAB GĦALL-MIŻURI
L-UNODA, filwaqt li jaġixxi f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kumitat 1540, ser ikompli jiżviluppa sħubiji effettivi mal-organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti, b'mod partikolari l-OSKE, l-Unjoni Afrikana u l-Lega tal-Istati Għarab, kif ukoll maċ-Ċentri ta' Eċċellenza UE-CBRN, li jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju mill-Kummissjoni Ewropea u huma implimentati b'mod konġunt miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) u l-Istitut Interreġjonali ta' Riċerka tan-NU dwar il-Kriminalità u l-Ġustizzja (UNICRI).
Rigward proġetti fir-reġjun tal-OSKE, l-UNODA għandu jikkonkludi ftehim mal-OSKE rigward it-trasferiment ta' fondi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' tali proġetti, biex b'hekk isir użu sħiħ mill-Memorandum ta' Qbil dwar l-implimentazzjoni konġunta ta' proġetti marbuta man-nonproliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva li l-UNODA u s-Segretarjat tal-OSKE kkonkludew fl-2011.
L-UNODA ser ukoll iżomm il-kooperazzjoni tiegħu ma' organizzazzjonijiet u aġenziji internazzjonali oħra, inklużi l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW), l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) u l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), biex jiġu żgurati sinerġiji effettivi u tiġi evitata d-duplikazzjoni.
4. INTERAZZJONI MAL-ISFORZI TAL-UNJONI
Abbażi ta' reazzjonijiet regolari mill-UNODA dwar l-attivitajiet tiegħu, l-Unjoni tista' tiddeċiedi li tikkomplementa dawk l-isforzi permezz ta' azzjoni diplomatika mmirata bil-għan li żżid is-sensibilizzazzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali u l-preżentazzjoni ta' rapporti nazzjonali.
5. BENEFIĊJARJI TAL-MIŻURI
|
— |
Stati, uffiċjali tal-gvern; |
|
— |
Il-Kumitat 1540 u entitajiet oħrajn tan-NU; |
|
— |
Organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u subreġjonali; |
|
— |
Il-gvernijiet u organizzazzjonijiet li jipprovdu u jirċievu assistenza teknika taħt l-UNSCR 1540 (2004); |
|
— |
Is-soċjetà ċivili u l-industrija. |
6. POST
L-UNODA ser jagħżel postijiet potenzjali għal-laqgħat, workshops u avvenimenti oħrajn. Il-kriterji użati għall-għażla tal-postijiet ser jinkludu r-rieda u l-impenn ta' Stat rilevanti f'reġjun partikolari biex jospita l-avveniment. Il-postijiet speċifiċi ta' żjarat f'pajjiżi jew attivitajiet speċifiċi għall-pajjiż ser jiddependu fuq l-istediniet minn Stati interessati u, kif adatt, fuq deċiżjonijiet tal-Kumitat 1540 skont il-programm ta' ħidma tal-Kumitat.
7. DURATA
Id-durata totali ppjanata tal-proġett hija ta' 36 xahar.
|
12.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/45 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/810
tal-10 ta' Mejju 2017
dwar deroga mir-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali li fih l-aċidu boriku mogħtija minn Franza skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2017) 2935)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 37(2)(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kumpanija Rütgers Organics GmbH (“l-applikant”) ressqet applikazzjoni kompluta lil Franza għar-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-Ġermanja fir-rigward ta' preżervattiv tal-injam li fih is-sustanza attiva aċidu boriku (“il-prodott”). Il-Ġermanja awtorizzat il-prodott għat-trattament preventiv minn utenti professjonali kontra fungi, insetti u termiti ta' taħt l-art u tal-injam niexef li jgħerru l-injam. |
|
(2) |
L-aċidu boriku huwa kklassifikat f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) bħala tossiku għall-kategorija tar-riproduzzjoni 1B u għaldaqstant jilħaq il-kriterju ta' esklużjoni msemmi fl-Artikolu 5(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. F'konformità mat-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament, l-użu ta' prodott bijoċidali li fih l-aċidu boriku għandu jkun ristrett għal Stati Membri li fihom jintlaħqu tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-paragrafu. |
|
(3) |
Franza qieset li l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ma kienu sodisfatti u kkomunikat lill-applikant, skont l-Artikolu 37(2) ta' dak ir-Regolament, il-proposta tagħha li tirrifjuta l-għoti tal-awtorizzazzjoni minn Franza. Il-ġustifikazzjoni għal rifjut bħal dan hija l-ħarsien tas-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, partikolarment ta' grupp vulnerabbli, kif imsemmi fl-Artikolu 37(1)(c) ta' dak ir-Regolament. |
|
(4) |
L-applikant ma qabilx mar-rifjut propost u qies li dik il-miżura mhix ġustifikata biżżejjed abbażi tar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. B'riżultat ta' dan, fis-6 ta' Ottubru 2016, Franza għarrfet lill-Kummissjoni b'konformità mat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 37(2) ta' dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Għall-argumenti mressqa minn Franza, isegwi li r-riskju assoċjat mal-użu minn utenti professjonali tal-prodott, filwaqt li aċċettabbli f'konformità mal-mudelli rilevanti ta' valutazzjoni tal-esponiment, mhuwiex negliġibbli; preżervattivi oħra tal-injam li fihom sustanzi attivi li ma jilħqux il-kriterji ta' esklużjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 huma disponibbli fis-suq Franċiż għall-użi maħsubin fil-prodott, u li l-prodott sa issa ma kienx disponibbli fis-suq Franċiż. B'hekk, Franza tqis il-prodott bħala mhux essenzjali biex ikun kontrollat kwalunkwe periklu serju għas-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent u li n-nuqqas ta' awtorizzazzjoni tal-prodott fi Franza ma jħalli l-ebda impatt negattiv sproporzjonat fuq is-soċjetà Franċiża. |
|
(6) |
L-ebda waħda mill-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ma ntlaħqu. L-għan ta' dak ir-Regolament huma li jittejjeb il-moviment ħieles tal-prodotti bijoċidali fl-Unjoni filwaqt li jkun żgurat livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa kemm tal-bniedem kif ukoll tal-annimali u tal-ambjent, b'mod partikolari gruppi vulnerabbli. Utenti professjonali huma soġġetti għal esponiment għoli ta' prodotti bijoċidali fuq terminu twil u jaqgħu fid-definizzjoni ta' “gruppi vulnerabbli” skont l-Artikolu 3(1)(ad) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Għaldaqstant il-Kummissjoni tqis li d-deroga proposta mir-rikonoxximent reċiproku tissodisfa l-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 37(1)(c) ta' dak ir-Regolament. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Id-deroga mir-rikonoxximent reċiproku proposta minn Franza għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 2 hija ġustifikata abbażi tal-ħarsien ta' saħħet u ħajjet il-bniedem, partikolarment ta' gruppi vulnerabbli, kif imsemmi fl-Artikolu 37(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.
2. Il-paragrafu 1 japplika għall-prodott identifikat permezz tan-numri tal-każijiet li ġejjin, kif previst fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali:
|
|
BC-QC011565-51. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Franza..
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
|
12.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/47 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/811
tal-10 ta' Mejju 2017
li tapprova l-pjan ippreżentat mill-Belġju għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti għall-finijiet ta' kummerċ intern fl-Unjoni ta' pullam u bajd għat-tfaqqis skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE
(notifikata bid-dokument C(2017) 2947)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2)(b) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/158/KE jistipula li l-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni pjan li jiddeskrivi l-miżuri nazzjonali li biħsiebhom jimplimentaw biex jiżguraw il-konformità mar-regoli stabbiliti fl-Anness II ta' dik id-Direttiva għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti għall-finijiet ta' kummerċ intern fl-Unjoni ta' pullam u bajd għat-tfaqqis. |
|
(2) |
L-aħħar li ġie approvat il-pjan Belġjan kien mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/835/KE (2). |
|
(3) |
Fl-24 ta' Ottubru 2016, l-awtoritajiet Belġjani ppreżentaw pjan emendat u talbu l-approvazzjoni tal-emendi li jqisu l-progress li sar fil-metodi tad-dijanjożi tal-mard skont il-programmi tas-sorveljanza tal-mard stipulati fil-Kapitolu III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/158/KE. |
|
(4) |
Dak il-pjan emendat ġie studjat mill-Kummissjoni u nsab li jilħaq il-kriterji stipulati fid-Direttiva 2009/158/KE, u li sakemm jiġi implimentat b'mod effettiv u jiġi aġġornat b'mod regolari mill-Belġju, jippermetti li l-għanijiet ta' dik id-Direttiva jintlaħqu. Għalhekk, dan għandu jiġi approvat. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huwa approvat il-pjan emendat li jiddeskrivi l-miżuri nazzjonali li jridu jiġu implimentati biex tkun żgurata l-konformità mar-regoli stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2009/158/KE għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti għall-finijiet ta' kummerċ intern fl-Unjoni ta' pullam u ta' bajd għat-tfaqqis previsti fl-Artikolu 3(1) ta' dik id-Direttiva, ippreżentat mill-Belġju lill-Kummissjoni fl-24 ta' Ottubru 2016.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/835/KE tat-3 ta' Diċembru 2004 li tapprova l-pjanijiet għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti bil-għan tal-kummerċ intra-Komunitarju ta' pullam u ta' bajd għat-tfaqqis [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 360, 7.12.2004, p. 28).
Rettifika
|
12.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/49 |
Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2360 tat-28 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-Akkwisti u l-Iskambju ta' Servizzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 350 tat-22 ta' Diċembru 2016 )
|
1. |
Fil-paġna 1, premessa 2, |
minflok:
|
“(2) |
Tali operazzjonijiet jistgħu jirrikjedu appoġġ loġistiku, u provvisti u servizzi għall-benefiċċju …”, |
aqra:
|
“(2) |
Tali operazzjonijiet jistgħu jirrikjedu appoġġ loġistiku, provvisti u servizzi għall-benefiċċju …”; |
|
2. |
Fil-paġna 1, premessa 3, |
minflok:
|
“(3) |
… u jkunu lesti li jipprovdu appoġġ loġistiku, u provvisti u servizzi lill-unitajiet …”, |
aqra:
|
“(3) |
… u jkunu lesti li jipprovdu appoġġ loġistiku, provvisti u servizzi lill-unitajiet …”. |