ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 113

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
29 ta' April 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Perù, tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/747 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji dwar il-kalkolu relatat ta' kontribuzzjonijiet ex-ante, u dwar iċ-ċirkostanzi u l-kondizzjonijiet li taħthom il-pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkun parzjalment jew kompletament differit ( 1 )

2

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/748 tal-14 ta' Diċembru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-evoluzzjoni tal-massa tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-2013, fl-2014 u fl-2015 ( 1 )

9

 

*

Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/749 tal-24 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tal-Każakistan mil-lista ta' pajjiżi fl-Anness I tagħha

11

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/750 tal-24 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi dazji doganali fuq l-importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka

12

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/751 tas-16 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 fir-rigward tal-iskadenza għall-konformità mal-obbligi tal-ikklerjar għal ċerti kontropartijiet li jittrattaw id-derivati OTC ( 1 )

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/752 tat-28 ta' April 2017 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel ( 1 )

18

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/753 tat-28 ta' April 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċjalofop-butil skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

24

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/754 tat-28 ta' April 2017 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw fl-Ekwador

28

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/755 tat-28 ta' April 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva meżosulfuron skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 ( 1 )

35

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/756 tat-28 ta' April 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

40

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/757 tat-28 ta' April 2017 dwar il-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' April 2017 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

42

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/758 tal-25 ta' April 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fit-tmien laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes, fir-rigward tal-proposti għall-emendar tal-Annessi A, B u C

45

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/759 tat-28 ta' April 2017 dwar protokolli komuni u formati tad-data biex jintużaw minn trasportaturi tal-ajru meta tiġi trasferita data tal-PNR lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri

48

 

*

Deċiżjoni (UE) 2017/760 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' April 2017 fuq l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2017 (BĊE/2017/11)

52

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/761 tas-26 ta' April 2017 dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

56

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r- rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali ( ĠU L 183, 8.7.2016 )

62

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1104 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r- rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati ( ĠU L 183, 8.7.2016 )

62

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

29.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Perù, tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (1), iffirmat fi Brussell fit-30 ta' Ġunju 2015, għandu, f'konformità mal-Artikolu 12.3 tiegħu, jidħol fis-seħħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Perù mill-1 ta' Mejju 2017.


(1)  ĠU L 204, 31.7.2015, p. 3.


REGOLAMENTI

29.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/2


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/747

tas-17 ta' Diċembru 2015

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji dwar il-kalkolu relatat ta' kontribuzzjonijiet ex-ante, u dwar iċ-ċirkostanzi u l-kondizzjonijiet li taħthom il-pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkun parzjalment jew kompletament differit

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 69(5) u 71(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni (“il-Fond”) ġie stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 bħala arranġament ta' finanzjament uniku għall-Istati Membri kollha parteċipanti fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (2) u fil-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni (“l-Istati Membri parteċipanti”).

(2)

L-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jistabbilixxi l-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni (“il-Fond”) u l-iskopijiet li għalihom il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (“il-Bord”) jista' juża l-Fond.

(3)

Skont l-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Fond għandu jintuża fi proċeduri ta' riżoluzzjoni meta l-Bord iqis li huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-għodod ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-missjoni tal-Fond. Għaldaqstant il-Fond għandu jkollu riżorsi finanzjarji adegwati biex jippermetti għal funzjonament effettiv tal-qafas ta' riżoluzzjoni billi jkun jista' jintervjeni, fejn meħtieġ, għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod ta' riżoluzzjoni u biex tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja mingħajr rikors għal flus tal-kontribwenti.

(4)

L-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprovdi li l-Bord jingħata s-setgħa li jikkalkula l-kontribuzzjonijiet individwali ex-ante dovuti mill-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti kollha, skont l-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, u li dawn il-kontribuzzjonijiet annwali għandhom jiġu kkalkulati abbażi ta' livell fil-mira uniku stabbilit bħala perċentwali tal-ammont tad-depożiti koperti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha awtorizzati fl-Istati Membri parteċipanti kollha

(5)

F'konformità mal-Artikolu 67(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Bord għandu għalhekk jiżgura li l-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Fond jilħqu mill-inqas il-livell fil-mira msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 sal-aħħar ta' perjodu inizjali ta' tmien snin mill-1 ta' Jannar 2016, jew, inkella, mid-data li fiha l-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 ikun applikabbli bis-saħħa tal-Artikolu 99(6) ta' dak ir-Regolament.

(6)

F'konformità mal-Artikoli 67 u 69 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Bord għandu jiżgura li, matul il-perjodu inizjali msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, li l-kontribuzzjonijiet lill-Fond jinfirxu tul iż-żmien bl-aktar mod ekwu possibbli sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira u għandu jestendi l-perjodu inizjali b'massimu ta' erba' snin fil-każ li l-Fond ikun għamel żborzi kumulattivi ta' aktar minn 50 % tal-livell fil-mira u fejn il-kriterji ta' dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. B'hekk, il-kontribuzzjonijiet annwali li saru skont l-Artikoli 69(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jistgħu jkunu iktar minn 12,5 % tal-livell fil-mira. Jekk, wara l-perjodu inizjali, il-mezzi finanzjarji disponibbli jonqsu taħt il-livell fil-mira, il-Bord għandu jiżgura li l-kontribuzzjonijiet ex-ante jinġabru sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira. Wara li jkun intlaħaq il-livell fil-mira għall-ewwel darba u fejn il-mezzi finanzjarji disponibbli jkunu sussegwentement tnaqqsu għal anqas minn żewġ terzi tal-livell fil-mira, il-Bord għandu jiżgura li dawn il-kontribuzzjonijiet jiġu stabbiliti f'livell li jippermetti li jintlaħaq il-livell immirat fi żmien sitt snin. Għalhekk, il-kontribuzzjonijiet annwali msemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 69(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jistgħu jaqbżu t-12,5 % tal-livell ta' mira biex jintlaħaq il-livell immirat fi żmien sitt snin

(7)

F'konformità mal-Artikolu 69(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-fażi taċ-ċiklu tan-negozju u l-impatt li l-kontribuzzjonijiet proċikliċi jista' jkollhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet kontributuri għandu jitqies fil-kalkolu ta' kontribuzzjonijiet ex-ante.

(8)

Kwalunkwe varjazzjoni li tirriżulta f'inqas kontribuzzjonijiet ex-ante għandha tiġi kkalkulata billi jitqies il-fatt li din tista' eventwalment twassal għal żieda sabiex jiġi żgurat li jintlaħaq il-livell fil-mira fi żmien l-iskadenzi stabbiliti.

(9)

Kwalunkwe varjazzjoni għal-livell ta' kontribuzzjonijiet ex-ante jew estensjonijiet tal-perjodu inizjali għandhom jiġu applikati b'mod ugwali għall-istituzzjonijiet kollha fl-Istati Membri parteċipanti sabiex ma jirriżultawx f'allokazzjoni mill-ġdid tal-kontribuzzjonijiet fost dawk l-istituzzjonijiet.

(10)

Skont l-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Bord għandu jiddiferixxi, b'mod sħiħ jew parzjali, pagament minn istituzzjoni ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post meta dan ikun neċessarju biex tiġi pprotetta l-pożizzjoni finanzjarja tiegħu. Meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk differiment ikunx meħtieġ biex tiġi pprotetta l-pożizzjoni finanzjarja ta' istituzzjoni, il-Bord għandu jivvaluta l-impatt li pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkollu fuq il-pożizzjoni ta' solvenza jew likwidità ta' dik l-istituzzjoni.

(11)

Id-differiment ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post għandu jingħata mill-Bord fuq talba ta' istituzzjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni mill-Bord li dik l-istituzzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet għal differiment kif stipulat fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014. L-istituzzjoni kkonċernata għandha tipprovdi kull informazzjoni meqjusa meħtieġa mill-Bord biex twettaq din il-valutazzjoni. Il-Bord għandu jqis l-informazzjoni kollha disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali biex tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni ta' rekwiżiti ta' notifika.

(12)

Meta jiġi vvalutat l-impatt tal-pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post dwar is-solvenza jew il-likwidità tal-istituzzjoni, il-Bord għandu janalizza l-impatt tal-pagament fuq il-pożizzjoni tal-kapital u tal-likwidità tal-istituzzjoni. L-analiżi għandha tassumi telf fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni li jkun daqs l-ammont pagabbli fil-mument meta dan ikun dovut u tagħmel projezzjoni tal-l-proporzjonijiet kapitali tal-istituzzjoni wara dan it-telf għal perjodu xieraq ta' żmien. Barra minn hekk, hija għandha tassumi ħruġ ta' fondi daqs l-ammont pagabbli fil-mument meta jkun dovut u għandha tivvaluta r-riskju tal-likwidità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li jispeċifikaw:

(1)

il-kriterji biex jitqassmu matul iż-żmien il-kontribuzzjonijiet għall-Fond skont l-Artikolu 69(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

(2)

il-kriterji għad-determinazzjoni tal-għadd ta' snin li bihom il-perjodu inizjali msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jista' jiġi estiż f'konformità mal-Artikolu 69(3) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

(3)

il-kriterji għall-istabbiliment tal-kontribuzzjonijiet annwali pprovdut għalihom fl-Artikolu 69(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

(4)

iċ-ċirkostanzi u l-kondizzjonijiet li taħthom il-pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkun parzjalment jew kompletament differit skont l-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tapplika ukoll id-definizzjoni li ġejja:

(1)

“perjodu inizjali” tfisser perjodu msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

(2)

“perjodu ta' differiment” tfisser perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur.

KAPITOLU II

IL-KRITERJI RELATATI MA' KONTRIBUZZJONIJIET EX-ANTE

Artikolu 3

Il-Kriterji għat-tifrix matul iż-żmien ta' kontribuzzjonijiet ex-ante matul il-perjodu inizjali

1.   Meta tiġi vvalutata l-fażi taċ-ċiklu tan-negozju u l-impatt li l-kontribuzzjonijiet proċikliċi jista' jkollhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet kontributuri f'konformità mal-Artikolu 69(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Bord iqis mill-inqas l-indikaturi li ġejjin:

(a)

l-indikaturi makroekonomiċi stabbiliti fl-Anness, biex jidentifikaw il-fażi taċ-ċiklu tan-negozju;

(b)

l-indikaturi stabbiliti fl-Anness, biex jidentifikaw il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet kontributuri.

2.   L-indikaturi kkunsidrati mill-Bord jiġu stabbiliti fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha flimkien.

3.   Kwalunkwe deċiżjoni li jieħu l-Bord għat-tifrix ta' kontribuzzjonijiet matul iż-żmien tiġi applikata b'mod ugwali għall-istituzzjonijiet kollha li jikkontribwixxu għall-Fond.

4.   F'kull perjodu kontributorju, il-livell ta' kontribuzzjonijiet annwali jista' jkun relattivament aktar baxx mill-medja tal-kontribuzzjonijiet annwali kkalkolati skont l-Artikoli 69(1) u 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, ħlief fejn il-Bord jivverifika li bbażat fuq projezzjonijiet konservattivi, il-livell fil-mira jista' jintlaħaq fi tmiem il-perjodu inizjali.

Artikolu 4

Il-kriterji għad-determinazzjoni tal-għadd ta' snin li bihom il-perjodu inizjali jista' jiġi estiż

1.   Meta jiġi determinat l-għadd ta' snin li bihom il-perjodu inizjali msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jista' jiġi estiż f'konformità mal-Artikolu 69(3) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Bord iqis mill-inqas il-kriterji li ġejjin:

(a)

l-għadd minimu ta' snin meħtieġa biex jintlaħaq il-livell fil-mira msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, soġġett għal kontribuzzjonijiet annwali ta' mhux aktar minn darbtejn il-kontribuzzjonijiet annwali medji matul il-perjodu inizjali);

(b)

il-fażi taċ-ċiklu tan-negozju u l-impatt li l-kontribuzzjonijiet proċikliċi jista' jkollhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet kontributuri, kif speċifikat mill-indikaturi msemmija fl-Artikolu 3(1);

(c)

kwalunkwe pagamenti addizzjonali tal-Fond mistennija mill-Bord, wara konsultazzjoni mal-BERS, fil-perjodu sussegwenti ta' erba' snin.

2.   Il-Bord, fl-ebda ċirkostanza, ma jestendi l-perjodu inizjali għal aktar minn erba' snin.

Artikolu 5

Il-kriterji għall-istabbiliment tal-kontribuzzjonijiet annwali wara l-perjodu inizjali

Meta jiġu kkalkulati l-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 69(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Bord għandu jqis il-fażi taċ-ċiklu tan-negozju u l-impatt li l-kontribuzzjonijiet proċikliċi jista' jkollhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet kontributuri, kif speċifikat mill-indikaturi msemmija fl-Artikolu 3(1).

KAPITOLU III

ID-DIFFERIMENT TA' KONTRIBUZZJONIJIET EX-POST

Artikolu 6

Id-differiment ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post

1.   Il-Bord, fuq inizjattiva tiegħu stess wara li jikkonsulta mal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni jew fuq proposta mill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni, ivarja, b'mod sħiħ jew parzjali, pagament minn istituzzjoni ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post f'konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, jekk dan ikun neċessarju biex tiġi pprotetta l-pożizzjoni finanzjarja tiegħu.

2.   Id-differiment ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jingħata mill-Bord fuq talba ta' istituzzjoni. Dik l-istituzzjoni tipprovdi kull informazzjoni meqjusa meħtieġa mill-Bord biex twettaq il-valutazzjoni tal-impatt tal-pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post fuq il-pożizzjoni finanzjarja tagħha. Il-Bord iqis l-informazzjoni kollha disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jistabbilixxi jekk dik l-istituzzjoni tissodisfax il-kondizzjonijiet għal differiment imsemmija fil-paragrafu 4.

3.   Meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk dik l-istituzzjoni tissodisfax il-kondizzjonijiet għal differiment, il-Bord jivvaluta l-impatt li pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkollu fuq il-pożizzjoni ta' solvenza jew likwidità ta' dik l-istituzzjoni. Fejn dik l-istituzzjoni tkun parti minn grupp, il-valutazzjoni tinkludi wkoll l-impatt fuq is-solvenza u l-likwidità tal-grupp kollu kemm hu.

4.   Il-Bord jista' jiddiferixxi l-pagement ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post fejn jikkonkludi li l-pagament jirriżulta fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

ksur probabbli, fi żmien sitt xhur, tar-rekwiżiti minimi tal-fondi proprji tal-istituzzjoni stipulati fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

(b)

ksur probabbli, fi żmien sitt xhur, tar-rekwiżit minimu ta' kopertura tal-likwidità tal-istituzzjoni stipulat fl-Artikolu 412(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u speċifikat fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (4).

(c)

ksur probabbli, fi żmien sitt xhur, tar-rekwiżit speċifiku tal-likwidità tal-istituzzjoni stipulat fl-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

5.   Il-Bord jillimita l-perjodu ta' differiment sa fejn huwa meħtieġ biex jiġu evitati riskji rigward il-pożizzjoni finanzjarja ta' dik l-istituzzjoni jew il-grupp tagħha. Il-Bord jissorvelja regolarment jekk il-kondizzjonijiet għal differiment msemmija fil-paragrafu 4 ikomplux japplikaw matul il-perjodu tad-differiment.

6.   Fuq talba ta' dik l-istituzzjoni, il-Bord jista' jġedded il-perjodu tad-differiment, fejn jiddetermina li jkomplu japplikaw il-kondizzjonijiet għal differiment msemmija fil-paragrafu 4. Dan it-tiġdid ma jaqbiżx is-sitt (6) xhur.

Artikolu 7

Il-Valutazzjoni tal-impatt tad-differiment fuq is-solvenza

1.   Il-Bord, jew l-awtorità nazzjonali ta'riżoluzzjoni, jivvalutaw l-impatt tal-pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post fuq il-pożizzjoni tal-kapital regolatorju tal-istituzzjoni. Dik il-valutazzjoni tinkludi analiżi tal-impatt li l-pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkollu fuq il-konformità tal-istituzzjoni mar-rekwiżiti minimi tal-fondi proprji stipulati fl-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.   Għall-iskop ta' din il-valutazzjoni, l-ammont ta' kontribuzzjonijiet ex-post jitnaqqas mill-pożizzjoni tal-fondi proprji tal-istituzzjoni.

3.   L-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 tkopri tal-inqas il-perjodu sad-data ta' remittenza li jmiss tar-rappurtar tar-rekwiżiti tal-fondi proprji stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (6).

Artikolu 8

Il-Valutazzjoni tal-impatt ta' differiment fuq il-likwidità

1.   Il-Bord, jew l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni, tivvaluta l-impatt ta' pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post fuq il-pożizzjoni tal-likwidità tal-istituzzjoni. Dik il-valutazzjoni tinkludi analiżi tal-impatt li pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkollu fuq il-kapaċità tal-istituzzjoni li tissodisfa r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità previst fl-Artikolu 412(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u speċifikat fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.

2.   Għall-finijiet tal-analiżi deskritta fil-paragrafu 1, il-Bord iżid fluss ta' ħruġ tal-likwidità, ugwali għal 100 % tal-ammont pagabbli fil-mument meta l-pagament ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post hu dovut, għall-kalkolu ta' flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità kif stabbilit fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.

3.   Il-Bord jivvaluta wkoll l-impatt ta' tali ħruġ stabbilit skont il-paragrafu 2 dwar ir-rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità stabbiliti fl-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE.

4.   L-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 tkopri tal-inqas il-perjodu li jmiss tad-data ta' remittenza tar-rappurtar għar-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità stipulat fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1.).


ANNESS

Indikaturi makroekonomiċi li jidentifikaw il-fażi taċ-ċiklu tan-negozju

L-Indikatur tas-Sentiment Ekonomiku u tat-Tbassir tat-Tkabbir tal-PDG mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Projezzjonijiet Makroekonomiċi tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-Tkabbir tal-PDG għaż-Żona tal-Euro.

Indikaturi biex tiġi identifikata l-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet kontributuri

(1)

Fluss ta' Kreditu fis-Settur Privat fuq il-PDG u Bidla fit-Total tal-Obbligazzjonijiet tas-Settur Finanzjarju mit-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Iżbilanċi Makroekonomiċi.

(2)

Indikatur Kompost ta' Kriżi Sistemika u l-Probabbiltà ta' inadempjenza simultanja minn tnejn jew aktar gruppi bankarji kbar u kumplessi tal-Istati Membri parteċipanti mit-Tabella Opeattiva tar-Riskji tal-BERS.

(3)

Bidliet fl-istandards tal-kreditu għal self lil unitajiet domestiċi (għal xiri ta' djar) u bidliet fl-istandards tal-kreditu għal self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji mit-Tabella Opeattiva tal-BERS.

(4)

Indikaturi fuq il-profittabiltà ta' gruppi bankarji kbar tal-Istati Membri parteċipanti li jinsabu fit-Tabella Operattiva tar-Riskji tal-Awtorità Bankarja Ewropea, bħar-Redditu fuq l-Ekwità u Introjtu mill-imgħax nett għall-introjtu operatorju kollu.

(5)

Indikaturi dwar is-solvenza ta' gruppi bankarji kbar tal-Istati Membri parteċipanti li jinsabu fit-Tabella Operattiva tar-Riskji tal-Awtorità Bankarja Ewropea, bħal kapital tal-Grad 1 għall-assi totali minbarra assi intanġibbli u Self danneġġat u self skadut għal self totali.


29.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/9


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/748

tal-14 ta' Diċembru 2016

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-evoluzzjoni tal-massa tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-2013, fl-2014 u fl-2015

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-valur tal-massa medja użat għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida, irid jiġi aġġustat kull tliet snin biex tittieħed inkunsiderazzjoni kull bidla fil-massa medja tal-vetturi l-ġodda rreġistrati fl-Unjoni.

(2)

Mill-monitoraġġ tal-massa fi stat operattiv tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fis-snin kalendarji 2013, 2014 u 2015 huwa evidenti li l-massa medja żdiedet u li ċ-ċifra M0 imsemmija fil-punt 1(b) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għandha għalhekk tiġi aġġustata.

(3)

Il-valur il-ġdid għandu jiġi ddeterminat billi jitiqiesu biss dawk il-valuri li l-manifatturi tal-vetturi kkonċernati setgħu jivverifikaw, filwaqt li jiġu esklużi mill-kalkolu l-valuri li kienu manifestament żbaljati, jiġifieri valuri ta' anqas minn 500 kg, kif ukoll il-valuri li jirrelataw mal-vetturi li kienu jaqgħu 'l barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, inklużi vetturi b'massa ta' referenza li ma taqbiżx l-2 840 kg. Barra minn hekk, il-valur il-ġdid huwa bbażat fuq il-medja ponderata billi jitqies l-għadd ta' reġistrazzjonijiet ġodda f'kull sena ta' referenza.

(4)

F'dan l-isfond, il-valur ta' M0 li jrid jiġi applikat mill-2018 għandu jiżdied b'60,4 kg minn 1 706,0 sa 1 766,4,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Punt 1(b) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Mill-2018:

L-emissjoni speċifika ta' CO2 = 175 + a × (M – M0)

Fejn:

M

=

il-massa tal-vettura f'kilogrammi (kg)

M0

=

1 766,4

a

=

0,093;”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.


29.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/11


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/749

tal-24 ta' Frar 2017

li jemenda r-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tal-Każakistan mil-lista ta' pajjiżi fl-Anness I tagħha

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Waqt li titqies l-adeżjoni tal-Każakistan mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet li l-Każakistan jitneħħa mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/755.

(2)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2015/755 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755, jitħassar l-isem “il-Każakistan”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33.


29.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/12


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/750

tal-24 ta' Frar 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi dazji doganali fuq l-importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 tal-25 ta' April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta' importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba n-nuqqas tal-Istati Uniti biex iġibu l-Att dwar il-Kumpens għall-Persistenza tad-Dumping u għaż-Żamma tas-Sussidji (CDSOA) konformi mal-obbligi skont il-ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), ir-Regolament (KE) Nru 673/2005 impona dazju doganali addizzjonali ad valorem ta' 15 % fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika mill-1 ta' Mejju 2005. B'konformità mal-awtorizzazzjoni tad-WTO biex tiġi sospiża l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet lill-Istati Uniti, il-Kummissjoni għandha taġġusta l-livell tas-sospensjoni kull sena għal-livell ta' nullifikazzjoni jew indebolment, ikkawżat mis-CDSOA lill-Unjoni Ewropea f'dak iż-żmien.

(2)

L-iżborżi tas-CDSOA għall-aktar sena riċenti li għaliha hemm data disponibbli għandhom x'jaqsmu mad-distribuzzjoni ta' dazji antidumping u kompensatorji miġbura matul is-Sena Fiskali 2016 (mill-1 ta' Ottubru 2015 sat-30 ta' Settembru 2016) kif ukoll mad-distribuzzjoni addizzjonali ta' dazji antidumping u kompensatorji miġbura matul is-Snin Fiskali 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015. Abbażi tad-data ppublikata mill-Ħarsien tad-Dwana u tal-Fruntieri tal-Istati Uniti, il-livell ta' nullifikazzjoni jew indebolment kkawżat lill-Unjoni huwa kkalkulat li jammonta għal USD 8 165 179.

(3)

Il-livell ta' nullifikazzjoni jew indebolment, u konsegwentement ta' sospensjoni, naqas. Madankollu, il-livell ta' sospensjoni ma jistax jiġi aġġustat għal-livell ta' nullifikazzjoni jew indebolment billi jiżdiedu jew jitneħħew prodotti mil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 673/2005. Minħabba f'hekk, skont l-Artikolu 3(1)(e) ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm il-lista ta' prodotti fl-Anness I bla tibdil u temenda r-rata tad-dazju addizzjonali sabiex taġġusta l-livell ta' sospensjoni għal-livell ta' nullifikazzjoni jew indebolment. Jenħtieġ għalhekk li l-erba' prodotti elenkati fl-Anness I jinżammu fil-lista u jinħtieġ li r-rata tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali tiġi emendata u ffissata għal 4,3 %.

(4)

L-effett ta' dazju tal-importazzjoni addizzjonali ad valorem ta' 4,3 % fuq importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-prodotti fl-Anness I jirrappreżenta, fuq tul ta' sena, valur ta' kummerċ li ma jaqbiżx USD 8 165 179.

(5)

Biex ikun żgurat li ma jkun hemm ebda dewmien fl-applikazzjoni tar-rata emendata tad-dazju ta' importazzjoni addizzjonali, jinħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 673/2005 jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Dazju ad valorem ta' 4,3 % addizzjonali għad-dazju doganali applikabbli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (*1) għandu jiġi impost fuq il-prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 110, 30.4.2005, p. 1; kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 52).


ANNESS

ANNESS I

Il-prodotti li fuqhom għandhom japplikaw dazji addizzjonali huma identifikati mill-kodiċijiet NM tagħhom bi tmien ċifri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti klassifikati skont dawn il-kodiċijiet tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1) kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004 (2).

 

0710 40 00

 

9003 19 30

 

8705 10 00

 

6204 62 31



29.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/15


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/751

tas-16 ta' Marzu 2017

li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 fir-rigward tal-iskadenza għall-konformità mal-obbligi tal-ikklerjar għal ċerti kontropartijiet li jittrattaw id-derivati OTC

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205 (2), (UE) 2016/592 (3) u (UE) 2016/1178 (4) jiddeterminaw erba' kategoriji ta' kontropartijiet għall-finijiet ta' stabbiliment tad-dati li fihom isiru effettivi l-obbligi tal-ikklerjar rispettivi. Il-kontropartijiet huma kategorizzati skont il-livelli ta' kapaċità ġuridika u operazzjonali tagħhom u skont l-attività ta' negozjar tagħhom fir-rigward tad-derivati OTC.

(2)

Sabiex jippermettu l-applikazzjoni bla xkiel u ordnata tal-obbligu tal-ikklerjar, ġew applikati perjodi ta' introduzzjoni gradwali għal dawk il-kategoriji differenti ta' kontropartijiet.

(3)

Id-data li fiha l-obbligu tal-ikklerjar issir effettiva għall-kontropartijiet tal-Kategorija 3 tqis il-fatt li l-biċċa l-kbira ta' dawk il-kontropartijiet jista' jkollhom aċċess biss għal kontroparti ċentrali (CCP — central counterparty) billi jsiru klijent jew klijent indirett ta' membru tal-ikklerjar.

(4)

Il-kontropartijiet bl-aktar livell baxx ta' attività f'derivati OTC huma inklużi fil-Kategorija 3. Evidenza riċenti tissuġġerixxi li l-kontropartijiet jiffaċċjaw diffikultajiet sinifikanti fit-tħejjija ta' arranġamenti meħtieġa biex tikklerja dawk il-kuntratti tad-derivati. Dan minħabba kumplessitajiet li jaffettwaw iż-żewġ tipi ta' aċċess għal arranġamenti ta' kklerjar, jiġifieri kklerjar tal-klijenti u kklerjar indirett tal-klijenti.

(5)

L-ewwel nett, fir-rigward tal-arranġamenti tal-ikklerjar tal-klijenti, jidher li hemm ftit inċentivi biex il-membri tal-ikklerjar jiżviluppaw b'mod estensiv l-offerta tal-ikklerjar tal-klijenti, minħabba kwistjonijiet ta' kostijiet. Dan huwa minnu speċjalment għall-kontropartijiet b'volum limitat ta' attivitajiet fid-derivati OTC. Barra minn hekk, il-qafas regolatorju dwar ir-rekwiżiti kapitali applikabbli għall-attivitajiet tal-ikklerjar tal-klijenti qed jiġi mmodifikat, u dan joħloq inċertezzi li jaġixxu bħala impedimenti għall-iżvilupp ta' firxa ta' offerti tal-ikklerjar tal-klijenti minn membri tal-ikklerjar.

(6)

It-tieni nett, fir-rigward tal-arranġamenti tal-ikklerjar, bħala riżultat tan-nuqqas tal-offerta, il-kontropartijiet attwalment ma jistgħux jaċċessaw is-CCPs billi jsiru klijent indirett ta' membru tal-ikklerjar.

(7)

Abbażi ta' dawn id-diffikultajiet u sabiex dawn il-kontropartijiet jingħataw perjodu addizzjonali ta' żmien biex jiffinalizzaw l-arranġamenti tal-ikklerjar meħtieġa, jeħtieġ li d-dati li fihom l-obbligu tal-ikklerjar isir effettiv għall-kontropartijiet tal-Kategorija 3 jiġu posposti. Madankollu, diġà tqiesu l-inċentivi biex tiġi ċentralizzata l-ġestjoni tar-riskju fil-grupp fir-rigward tat-tranżazzjonijiet intragrupp u l-posponiment tad-dati ma għandu l-ebda impatt fuq dawn id-dati u dawn id-dati li jikkonċernaw ċerti derivati OTC konklużi bejn il-kontropartijiet li jappartjenu għall-istess grupp.

(8)

Fid-dawl tal-konsegwenzi pożittivi li jirriżultaw mill-istabbiliment tal-arranġamenti tal-ikklerjar biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi rigward il-preparamenti biex jiġu kklerjati klassijiet differenti ta' assi soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar, huwa xieraq li d-dati l-ġodda li fihom l-obbligu tal-ikklerjar isir effettiv għall-kontropartijiet tal-Kategorija 3 jiġu allinjati.

(9)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 jiġu emendati skont dan.

(10)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) lill-Kummissjoni.

(11)

L-AETS wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa msejjes dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali, talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u kkonsultat lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2205

Fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2205, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

fil-21 ta' Ġunju 2019 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 3;”.

Artikolu 2

Emendi fir-Regolament Delegat (UE) 2016/592

Fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/592, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

fil-21 ta' Ġunju 2019 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 3;”.

Artikolu 3

Emendi fir-Regolament Delegat (UE) 2016/1178

Fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1178, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

il-21 ta' Ġunju 2019 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 3;”.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropa.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 314, 1.12.2015, p. 13).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 tal-1 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 5).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 tal-10 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 195, 20.7.2016, p. 3).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84)


29.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/752

tat-28 ta' April 2017

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a), (c), (d), (e), (h), (i) u (j), u l-Artikolu 11(3),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (2) (“ir-Regolament”) jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel.

(2)

Mill-aħħar darba li ġie emendat ir-Regolament, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat rapporti oħra dwar sustanzi partikolari li jistgħu jintużaw f'materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel kif ukoll dwar l-użu permess ta' sustanzi li diġà tkun inħarġet awtorizzazzjoni għalihom. Barra minn hekk, ġew identifikati xi żbalji u ambigwitajiet fit-test. Sabiex jiġi żgurat li r-Regolament jirrifletti l-iktar sejbiet reċenti tal-Awtorità u sabiex jitneħħa kwalunkwe dubju fir-rigward tal-applikazzjoni korretta tiegħu, jenħtieġ li r-Regolament jiġi emendat u kkoreġut.

(3)

L-awtorizzazzjoni ta' diversi sustanzi fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament tirreferi għan-nota (1) fit-Tabella 3 ta' dak l-Anness. Għalhekk, il-konformità tiġi vverifikata permezz tal-kontenut residwu għall-erja tas-superfiċe ta' kuntatt mal-ikel (QMA), sakemm ma jkunx hemm metodu analitiku biex tiġi stabbilita l-migrazzjoni speċifika. Peress li hemm metodi adegwati ta' ttestjar tal-migrazzjoni, u ġew speċifikati l-limiti ta' migrazzjoni speċifika, jenħtieġ li l-possibbiltà li l-konformità tiġi vverifikata permezz tal-kontenut residwu titneħħa mill-entrati għal sustanzi bin-Nri tal-FCM 142, 168, 202, 387, 462, 467, 481, 502, 662 u 779.

(4)

L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika (3) favorevoli dwar l-użu tas-sustanza dietil[[3,5-bis(1,1-dimetiletil)-4-idrossifenil]metil]fosfonat, bin-numru tas-CAS 976-56-7 u s-sustanza bin-Nru tal-FCM 1007. L-Awtorità kkonkludiet li s-sustanza mhijiex ta' tħassib għas-sikurezza tal-konsumatur jekk tintuża sa 0,2 % tal-piż skont il-piż abbażi tal-piż finali tal-polimeri fil-proċess ta' polimerizzazzjoni għall-manifattura ta' polietilentereftalat (PET) maħsub għall-kuntatt ma' kull tip ta' ikel fi kwalunkwe kundizzjoni ta' kuntatt ta' ħin u ta' temperatura. Għalhekk, jenħtieġ li dik is-sustanza tiżdied mal-lista ta' sustanzi awtorizzati tal-Unjoni bir-restrizzjoni li tintuża biss fil-proċess ta' polimerizzazzjoni fil-proċess ta' polimerizzazzjoni għall-manifattura tal-PET u sa 0,2 % (tal-piż skont il-piż). Peress li l-Awtorità indikat li s-sustanza tintuża fil-proċess ta' polimerizzazzjoni u ssir parti mis-sinsla polimerika tal-polimeru finali, jenħtieġ li tiġi elenkata bħala sustanza inizjali.

(5)

L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika (4) favorevoli dwar l-użu tas-sustanza (aċidu metakriliku, akrilat etiliku, akrilat n-butil, metakrilat tal-metil u butadjen) kopolimerika fin-nanoforma, mas-sustanza bin-Nru tal-FCM 1016. L-Awtorità kkonkludiet li s-sustanza mhijiex ta' tħassib għas-sikurezza tal-konsumatur jekk tintuża bħala addittiv sa 10 % tal-piż skont il-piż fil-klorur tal-polivinil (PVC) mhux plastiċizzat jew sa 15 % tal-piż skont il-piż fil-poliattur (PLA) mhux plastiċizzat, li jintuża f'kuntatt ma' kull tip ta' ikel, f'temperatura ambjentali jew inqas, għal ħżin fit-tul. Għalhekk, jenħtieġ li dan l-addittiv jiġi inkluż fil-lista ta' sustanzi awtorizzati tal-Unjoni bir-restrizzjoni li jenħtieġ li dawk l-ispeċifikazzjonijiet jiġu ssodisfati.

(6)

L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika (5) favorevoli dwar l-użu tal-addittiv tat-tafal montmorillonit immodifikat bil-klorur tad-dimetildialkil(C16-C18)ammonju bin-Nru tal-FCM 1030. L-Awtorità kkonkludiet li l-użu tat-taħlita mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza jekk is-sustanza tintuża sa 12 % tal-piż skont il-piż fil-poljolefini maħsuba għall-ikel niexef li għalih huwa assenjat is-simulant E fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, u jekk tintuża f'temperatura ambjentali jew inqas, u jekk il-migrazzjoni tas-sustanzi 1-kloroeżadekan u 1-kloroottadekan li jistgħu jkunu preżenti bħala impuritajiet jew bħala prodotti ta' degradazzjoni ma taqbiżx iż-0,05 mg/kg ta' ikel. L-Awtorità nnutat li l-partikuli jaf jiffurmaw pjastrini li jistgħu jkunu f'dimensjoni waħda fil-medda nano iżda li l-migrazzjoni ta' dawn il-pjastrini ma tkunx mistennija jekk dawn ikunu orjentati b'mod parallel mas-superfiċe tar-rita u meta jkunu integrati għalkollox fil-polimeri. Għalhekk, jenħtieġ li dak l-addittiv jiġi inkluż fil-lista ta' sustanzi awtorizzati tal-Unjoni bir-restrizzjoni li jenħtieġ li dawk l-ispeċifikazzjonijiet jiġu ssodisfati.

(7)

L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika (6) favorevoli dwar l-użu tal-addittiv aċetat tal-α-tokoferol bin-Nru tal-FCM 1055, u n-Nri tas-CAS 7695-91-2 u 58-95-7. L-Awtorità kkonkludiet li l-użu tas-sustanza bħala antiossidant fil-poljolefini mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza. L-Awtorità nnutat li s-sustanza tidrolizza mat-α-tokoferol u mal-aċidu aċetiku li t-tnejn huma addittivi tal-ikel awtorizzati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). B'hekk, hemm riskju li jinqabżu r-restrizzjonijiet stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u li huma applikabbli għal dawk iż-żewġ prodotti tal-idroliżi. Għaldaqstant, jenħtieġ li dak l-addittiv jiġi inkluż fil-lista ta' sustanzi awtorizzati tal-Unjoni bir-restrizzjoni li jista' jintuża biss bħala antiossidant fil-poljolefini, u jenħtieġ li tiżdied nota li r-restrizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 iridu jiġu ssodisfati.

(8)

L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika (8) favorevoli dwar l-użu tal-addittiv tal-qxur taż-żerriegħa mitħuna tal-ġirasol bin-Nru tal-FCM 1060. L-Awtorità kkonkludiet li l-użu tas-sustanza mhuwiex ta' tħassib għas-sikurezza jekk din tintuża bħala addittiv fl-oġġetti tal-plastik maħsuba għall-kuntatt ma' ikel niexef, jekk dawn jintużaw f'temperatura ambjentali jew inqas. Jenħtieġ li l-qxur taż-żerriegħa jinkisbu minn żrieragħ tal-ġirasol li jkunu tajbin għall-konsum mill-bniedem u jenħtieġ li l-plastik li jitpoġġa fih l-addittiv ikun soġġett għal temperaturi tal-ipproċessar li ma jkunux ogħla minn 240 °C. Għalhekk, jenħtieġ li dak l-addittiv jiġi inkluż fil-lista ta' sustanzi awtorizzati tal-Unjoni bir-restrizzjoni li jista' jintuża biss f'kuntatt ma' ikel li għalih ikun assenjat is-simulant E fit-Tabella 2 tal-Anness III, u jekk jinkiseb minn żrieragħ tal-ġirasol li jkunu tajbin għall-konsum mill-bniedem, u l-plastik li jirriżulta u li jitpoġġa fih l-addittiv ma jkunx soġġett għal temperaturi tal-ipproċessar li jkunu ogħla minn 240 °C.

(9)

L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika (9) favorevoli dwar l-użu tat-taħlita ddefinita bin-Nru tal-FCM 1062, komposta minn 97 % ortosilikat tetraetil (TEOS) bin-Nru tas-CAS 78-10-4 u minn 3 % eżametildisilażan (HMDS) bin-Nru tas-CAS 999-97-3. L-Awtorità kkonkludiet li t-taħlita mhijiex ta' tħassib għas-sikurezza jekk tintuża sa 0,12 % (tal-piż skont il-piż) bħala sustanza inizjali waqt ir-riċiklaġġ tal-PET. Għalhekk, jenħtieġ li t-taħlita tiżdied bħala sustanza inizjali fil-lista ta' sustanzi awtorizzati tal-Unjoni bir-restrizzjoni li tintuża biss waqt ir-riċiklaġġ tal-PET u sa 0,12 % (tal-piż skont il-piż).

(10)

L-Awtorità adottat opinjoni dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika marbuta mal-preżenza ta' nikil fl-ikel u fl-ilma tajjeb għax-xorb (10). L-opinjoni tistabbilixxi doża tollerabbli ta' kuljum (TDI) ta' 2,8 μg ta' nikil għal kull kg ta' piż tal-ġisem għal kull ġurnata, u tindika li l-esponiment kroniku medju fid-dieta għan-nikil huwa 'l fuq mit-TDI, b'mod partikolari meta titqies il-popolazzjoni taż-żgħażagħ. B'hekk, huwa xieraq li jiġi applikat fattur ta' allokazzjoni ta' 10 % għal-limitu ta' migrazzjoni li jkun idderivat b'mod konvenzjonali. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi applikat limitu ta' migrazzjoni ta' 0,02 mg/kg ta' ikel għall-migrazzjoni tan-nikil minn materjali tal-plastik li jiġu f'kuntatt mal-ikel. Għalhekk, jenħtieġ li dak il-limitu jiżdied mal-ispeċifikazzjoni għall-migrazzjoni tal-metall fl-Anness II tar-Regolament.

(11)

Il-punt 4 tal-Anness III tar-Regolament jassenja kombinazzjonijiet ta' simulanti li jkunu rappreżentattivi għal tipi differenti ta' ikel li jenħtieġ li jintużaw għall-ittestjar tal-migrazzjoni globali. It-test tal-punt 4 mhux ċar biżżejjed u għaldaqstant jenħtieġ li jiġi ċċarat.

(12)

Il-punt 8(iii) tal-Anness IV tar-Regolament jistabbilixxi li d-Dikjarazzjoni ta' Konformità maħruġa minn operatur tan-negozju tista' tispeċifika l-proporzjon tal-erja tas-superfiċe ta' kuntatt mal-ikel mal-volum li ntuża biex ġiet stabbilita l-konformità tal-materjal jew tal-oġġett. Madankollu, mhux dejjem ikun ċar għall-operatur li jirċievi l-materjal jew l-oġġett jekk dan il-proporzjon ikunx ukoll l-ogħla proporzjon li bih ikun konformi mal-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament. F'każijiet oħra, jaf li ma jkunx jagħmel sens li jiġi speċifikat il-proporzjon tas-superfiċje mal-volum biex wieħed jifhem jekk il-konformità tistax titqies issodisfata fil-proporzjonijiet tal-materjal jew tal-oġġett finali. F'dawn il-każijiet, ikun hemm bżonn ta' tagħrif ekwivalenti, bħal pereżempju l-volum minimu tal-imballaġġ fil-każ ta' kapep u lukketti. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-punt 8(iii) tal-Anness IV tar-Regolament jiġi ċċarat billi ssir referenza għall-ogħla proporzjon tas-superfiċe mal-volum li bih tkun ġiet stabbilita l-konformità skont l-Artikoli 17 u 18 jew għal tagħrif ekwivalenti.

(13)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 10/2011 jiġi emendat skont dan.

(14)

Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv u biex l-operaturi tan-negozju jingħataw biżżejjed żmien biex jaġġustaw il-prattiki tagħhom biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu pprovduti miżuri tranżizzjonali.

(15)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik li jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 kif applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jistgħu jitqiegħdu fis-suq sad-19 ta' Mejju 2018 u jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt 2 tal-Anness għandu japplika mid-19 ta' Mejju 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta' Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2016;14(7):4536.

(4)  EFSA Journal 2015;13(2):4008.

(5)  EFSA Journal 2015;13(11):4285.

(6)  EFSA Journal 2016;14(3):4412.

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

(8)  EFSA Journal 2016;14(7):4534.

(9)  EFSA Journal 2016;14(1):4337.

(10)  EFSA Journal 2015;13(2):4002.


ANNESS

Ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 1, it-Tabella 1 hija emendata kif ġej:

(i)

fil-kolonna 11 fir-rigward tal-entrati għas-sustanzi bin-Nri tal-FCM 142, 168, 202, 387, 462, 467, 481, 502, 662 u 779, titħassar ir-referenza għan-nota “(1)”;

(ii)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu f'ordni numerika għas-sustanzi bin-Nru tal-FCM:

“1007

 

976-56-7

id-dietil[[3,5-bis(1,1-dimetiletil)-4-idrossifenil]metil]fosfonat

le

iva

le

 

 

Irid jintuża biss sa 0,2 % tal-piż skont il-piż abbażi tal-piż finali tal-polimeri fil-proċess ta' polimerizzazzjoni għall-manifattura tal-polietilentereftalat (PET)”.

 

“1016

 

 

il-kopolimeru fin-nanoforma (aċidu metakriliku, akrilat etiliku, akrilat n-butil, metakrilat tal-metil u butadjen)

iva

le

le

 

 

Irid jintuża biss sa:

(a)

10 % tal-piż skont il-piż fil-PVC mhux plastiċizzat;

(b)

15 % tal-piż skont il-piż fil-PLA mhux plastiċizzat.

Il-materjal finali għandu jintuża f'temperatura ambjentali jew inqas”.

 

“1030

 

 

it-tafal montmorillonit immodifikat bil-klorur tad-dimetildialkil(C16-C18)ammonju

iva

le

le

 

 

Irid jintuża biss sa 12 % (tal-piż skont il-piż) fil-poljolefini f'kuntatt ma' ikel niexef li għalih huwa assenjat is-simulant E fit-Tabella 2 tal-Anness III f'temperatura ambjentali jew inqas.

Is-somma tal-migrazzjoni speċifika ta' 1-kloroeżadekan u ta' 1-kloroottadekan ma għandhiex taqbeż iż-0,05 mg/kg ta' ikel.

Jista' jkun fih pjastrini fin-nanoforma li jkunu ta' dimensjoni waħda rqaq 100 nm. Dawn il-pjastrini għandhom ikunu orjentati b'mod parallel mas-superfiċe tal-polimeru u għandhom ikunu integrati għalkollox fil-polimeru”.

 

“1055

 

7695-91-2

58-95-7

l-aċetat tal-α-tokoferol

iva

le

le

 

 

Irid jintuża biss bħala antiossidant fil-poljolefini.

(24)”

“1060

 

 

il-qxur taż-żerriegħa mitħuna tal-ġirasol

iva

le

le

 

 

Irid jintuża biss f'temperatura ambjentali jew inqas f'kuntatt ma' ikel li għalih it-Tabella 2 tal-Anness III tassenja is-simulant tal-ikel E.

Il-qxur taż-żerriegħa għandhom jinkisbu minn żrieragħ tal-ġirasol li jkunu tajbin għall-konsum mill-bniedem.

It-temperatura tal-ipproċessar tal-plastik li fih jitpoġġa l-addittiv ma għandhiex taqbeż il-240 °C”.

 

“1062

 

 

taħlita komposta minn 97 % ortosilikat tetraetil (TEOS) bin-Nru tas-CAS 78-10-4 u 3 % eżametildisilażan (HMDS) bin-Nru tas-CAS 999-97-3

le

iva

le

 

 

Trid tintuża biss għall-produzzjoni tal-PET irriċiklat u sa 0,12 % (tal-piż skont il-piż)”.

 

(b)

fil-punt 3 tat-Tabella 3 tiżdied l-entrata li ġejja:

“(24)

Is-sustanza jew il-prodotti tal-idroliżi tagħha huma addittivi tal-ikel awtorizzati u għandha tiġi vverifikata l-konformità mal-Artikolu 11(3)”;

(2)

fil-punt 1 tal-Anness II, il-frażi li ġejja tiddaħħal wara Manganiż:

“Nikil = 0,02 mg/kg ta' ikel jew ta' simulant tal-ikel.”;

(3)

Fl-Anness III, il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Assenjazzjoni tas-simulanti tal-ikel għall-ittestjar tal-migrazzjoni ġenerali

Sabiex it-testijiet juru l-konformità mal-limitu ta' migrazzjoni ġenerali, is-simulanti tal-ikel għandhom jintgħażlu kif stabbilit fit-Tabella 3:

Tabella 3

Assenjazzjoni tas-simulanti tal-ikel biex tintwera l-konformità mal-limitu ta' migrazzjoni ġenerali

Ikel kopert

Simulanti tal-ikel li għalihom għandu jsir l-ittestjar

kull tip ta' ikel

1.

l-ilma distillat jew l-ilma ta' kwalità ekwivalenti jew is-simulant tal-ikel A;

2.

is-simulant tal-ikel B; u

3.

is-simulant tal-ikel D2.

kull tip ta' ikel għajr l-ikel aċiduż

1.

l-ilma distillat jew l-ilma ta' kwalità ekwivalenti jew is-simulant tal-ikel A; u

2.

is-simulant tal-ikel D2.

kull tip ta' ikel milwiem jew alkoħoliku u l-prodotti tal-ħalib

is-simulant tal-ikel D1

kull tip ta' ikel milwiem, aċiduż jew alkoħoliku u l-prodotti tal-ħalib

1.

is-simulant tal-ikel D1; u

2.

is-simulant tal-ikel B.

kull tip ta' ikel milwiem u kull tip ta' ikel alkoħoliku sa kontenut tal-alkoħol ta' 20 %

is-simulant tal-ikel C

kull tip ta' ikel milwiem u aċiduż kif ukoll kull tip ta' ikel alkoħoliku sa kontenut tal-alkoħol ta' 20 %

1.

is-simulant tal-ikel C; u

2.

is-simulant tal-ikel B.”

(4)

Fl-Anness IV, il-punt 8(iii) jinbidel b'dan li ġej:

“(iii)

l-ogħla proporzjon tal-erja tas-superfiċe ta' kuntatt mal-ikel mal-volum li għalih tkun ġiet ivverifikata l-konformità skont l-Artikoli 17 u 18 jew it-tagħrif ekwivalenti;”.


29.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/753

tat-28 ta' April 2017

li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċjalofop-butil skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/64/KE (2) inkludiet iċ-ċjalofop-butil bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċjalofop-butil, tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2017.

(4)

Tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-inklużjoni taċ-ċjalofop-butil fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (5) fil-perjodu taż-żmien stipulat f'dak l-Artikolu.

(5)

L-applikant ressaq id-dossiers supplimentari meħtieġa skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem: “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-18 ta' Ottubru 2013.

(7)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. L-Awtorità qiegħdet ukoll is-sommarju tad-dossier supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(8)

Fid-9 ta' Diċembru 2014, l-Awtorità kkomunikat lill-Kummissjoni l-konklużjoni (6) tagħha dwar jekk jistax jiġi mistenni li ċ-ċjalofop-butil tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fit-28 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni għaċ-ċjalofop-butil lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(9)

Dwar l-użu rappreżentattiv, wieħed jew aktar, ta' mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għaldaqstant, qed jitqies li ġew issodisfati dawk il-kriterji għall-approvazzjoni.

(10)

Għalhekk, huwa xieraq li l-approvazzjoni taċ-ċjalofop-butil tiġġedded.

(11)

Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni taċ-ċjalofop-butil hija msejsa fuq għadd limitat ta' użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom iċ-ċjalofop-butil. Għalhekk, huwa xieraq li ma tinżammx ir-restrizzjoni fuq l-użu esklussivament bħala erbiċida.

(12)

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet.

(13)

F'konformità mal-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 13(4) tiegħu, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(14)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċjalofop-butil, kif speċifikata fl-Anness I, hija mġedda soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-istess Anness.

Artikolu 2

Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/64/KE tal-15 ta' Lulju 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex jinkludu cinidon-ethyl, cyhalofop butyl, famoxadone, florasulam, metalaxyl-M u picolinafen bħala sustanzi attivi (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 27).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).

(6)  EFSA Journal 2014;12(1):3943. Disponibbli online fuq: www.efsa.europa.eu


ANNESS I

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Ċjalofop-butil

Numru CAS 122008-85-9

Numru CIPAC 596

butil (R)-2-[4-(4-ċijano-2-fluworofenossi) fenossi]propjonat

950 g/kg

fl-1 ta' Lulju 2017

fit-30 ta' Ġunju 2032

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iċ-ċjalofop-butil, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

il-ħarsien tal-operaturi,

l-ispeċifikazzjoni teknika,

il-ħarsien ta' pjanti terrestri mhux fil-mira.

Meta jkun xieraq, il-kondizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti A, titħassar l-annotazzjoni 34 dwar iċ-Ċjalofop butil;

(2)

fil-Parti B tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

“113

Ċjalofop-butil

Numru CAS 122008-85-9

Numru CIPAC 596

butil (R)-2-[4-(4-ċijano-2-fluworofenossi) fenossi]propjonat

950 g/kg

fl-1 ta' Lulju 2017

fit-30 ta' Ġunju 2032

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iċ-ċjalofop-butil, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:

il-ħarsien tal-operaturi,

l-ispeċifikazzjoni teknika,

il-ħarsien ta' pjanti terrestri mhux fil-mira.

Meta jkun xieraq, il-kondizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju.”


29.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/28


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/754

tat-28 ta' April 2017

li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw fl-Ekwador

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni (UE) 2016/2369 (2) (“id-Deċiżjoni”), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll tal-Adeżjoni (“il-Protokoll”) tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Kolombja u l-Perù (“il-Ftehim”) min-naħa l-oħra, biex iqisu l-adeżjoni tal-Ekwador għall-Ftehim u jipprevedu l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll mill-1 ta' Jannar 2017 (3).

(2)

Il-Ftehim jistipula li d-dazji doganali fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' oġġetti li joriġinaw fl-Ekwador għandhom jitnaqqsu jew jiġu eliminati skont l-iskeda ta' tneħħija tat-tariffi fl-Anness I tal-Ftehim. L-Anness I jipprevedi li għal ċerti oġġetti li joriġinaw fl-Ekwador, it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali huma mogħtija fi ħdan il-kwoti tariffarji.

(3)

Il-kwoti tariffarji stabbiliti fis-subtaqsima 3 tat-Taqsima B tal-Appendiċi 1 tal-Anness I tal-Ftehim jenħtieġ li jiġu ġestiti mill-Kummissjoni abbażi tal-ordni kronoloġika tad-dati ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera f'konformità mar- Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (4).

(4)

Sabiex jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-ġestjoni bla xkiel tas-sistema tal-kwoti mogħtija skont il-Protokoll, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess data bħal dik tal-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni huma miftuħa għall-oġġetti li joriġinaw fl-Ekwador kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2369 tal-11 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll tal-Adeżjoni mal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador (ĠU L 356, 24.12.2016, p. 1).

(3)  ĠU L 358, 29.12.2016, p. 1.

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti fil-ħames kolonna tat-tabella għandu jitqies biss bħala kliem ta' valur indikattiv.

L-iskema preferenzjali hija determinata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-ambitu tal-kodiċijiet tan-NM stabbiliti fit-tielet kolonna tat-tabella kif applikabbli fil-ħin tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta jiġu indikati ex kodiċijiet tan-NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata mill-applikazzjoni tal-kodiċijiet tan-NM u mid-deskrizzjonijiet korrispondenti fil-ħames kolonna tat-tabella meħuda flimkien.

Numru tal-Ordni

 

Kodiċi tan-NM

Sottodiviżjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-kwota

Volum tal-kwota (piż nett f'tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Dazju tal-kwota tariffarja

09.7525

 

0703 20 00

 

Tewm, frisk jew imkessaħ

1.1-31.12

500

0

09.7526

 

0710 40 00

 

Qamħ ħelu, mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-togħlija fl-ilma, iffriżat

1.1-31.12

300

0

2004 90 10

2005 80 00

 

Qamħ ħelu (Zea Mays var. Saccharata), ippreparat jew ippreservat b'mod ieħor milli fil-ħall jew fl-aċidu aċetiku

09.7527

 

0711 51 00

 

Faqqiegħ tal-ġens Agaricus, ippreservat provviżjonalment (pereżempju, bil-gass tad-diossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma bil-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw) iżda mhux tajjeb f'dak l-istat għal konsum immedjat

1.1-31.12

100

0

2003 10 20

2003 10 30

 

Faqqiegħ tal-ġens Agaricus, ippreparat jew ippreservat mof ieħor milli fil-ħall jew fl-aċidu aċetiku

09.7528

 

0711 90 30

 

Qamħ ħelu ppreservat provviżjonalment pereżempju, bil-gass tad-diossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma bil-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw, iżda mhux tajjeb f'dak l-istat għal konsum immedjat

1.1-31.12

400

0

2001 90 30

 

Qamħ ħelu (Zea Mays var. Saccharata), ippreparat jew ippreservat bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku

2008 99 85

 

Qamħirrum (qamħ), ippreparat jew ippreservat mingħajr l-ispirtu miżjud jew zokkor miżjud (ħlief qamħ ħelu (Zea mays var. Saccharata))

09.7529

 

1005 90 00

 

Qamħirrum (ħlief żerriegħa)

1.1-31.12

37 000  (1)

0

1102 20

 

Dqiq tal-qamħirrum

09.7530

 

1006 10 30

1006 10 50

1006 10 71

1006 10 79

1006 20

1006 30

1006 40

 

Ross (ħlief ross bil-ħliefa, għaż-żrigħ)

1.1-31.12

5 000

0

09.7531

 

1108 14 00

 

Lamtu tal-kassava (manioc)

1.1-31.12

3 000

0

09.7532

 

1701 13

1701 14

 

Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat li ma fihx miżjudin ħwawar jew materjal biex jagħti l-kulur

1.1-31.12

15 000  (2)

0

09.7533

 

1701 91

1701 99

 

Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrows kimikament pur, f'forma solida, ħlief zokkor mhux raffinat li ma fihx miżjudin ħwawar jew materjal biex jagħti l-kulur

1.1-31.12

10 000 tunnellata espressa f'ekwivalenti ta' zokkor mhux raffinat (3)

0

 

1702 30

 

Glukows f'forma solida u ġulepp tal-glukows, li ma fihomx fruktows jew fihom fl-istat xott anqas minn 20 % tal-piż fruktows

 

1702 40 90

 

Glukows f'forma solida u ġulepp tal-glukows, li ma fihomx miżjudin ħwawar jew materjal biex jagħti l-kulur, u li fihom fl-istat xott għall-inqas 20 % iżda inqas minn 50 % tal-piż fruktows (ħlief isoglukows u zokkor maqlub (invert))

 

1702 50

 

Fruktows kimikament pur

 

1702 90 30

1702 90 50

1702 90 71

1702 90 75

1702 90 79

1702 90 80

1702 90 95

 

Zokkrijiet oħrajn (ħlief laktows u ġulepp tal-laktows, zokkor tal-aġġru u ġulepp ta l-aġġru, glukows u ġulepp tal-glukows, fruktows u ġulepp tal-fruktows u maltosju kimikament pur) inkluż zokkor maqlub (invert) u zokkor ieħor u taħlit ta' ġulepp taz-zokkor li fihom fl-istat xott 50 % tal-piż fruktows

Ex

1704 90 99

91

99

Ħelu taz-zokkor ieħor, mingħajr kawkaw, li fih 70 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows)

 

1806 10 30

1806 10 90

 

Trab tal-kawkaw li fih 65 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) jew isoglukows imfisser bħala sukrows

Ex

1806 20 95

90

Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw, fi blokki, ċangaturi jew biċċiet jiżnu iktar minn 2 kg jew f'forma likwida, pejst, trab, granulari jew f'xi forma oħra bl-ingrossa ġo kontenituri jew pakki diretti, b'kontenut itqal minn 2 kg, li fihom inqas minn 18 % tal-piż butir tal-kawkaw (ħlief trab tal-kawkaw, kisi b'taħwir taċ-ċikkulata u frak tal-ħalib taċ-ċikkulata), li fihom 70 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows)

Ex

1901 90 99

36

Preparazzjonijiet oħra tal-ikel, li fihom 70 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows)

Ex

2006 00 31

90

Ċirasa, ippreservata biz-zokkor (ixxuttata, glasè jew mgħassla) li fiha 70 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows)

Ex

2006 00 38

19

89

Ħxejjex, frott, ġewż, qoxra tal-frott u partijiet oħrajn ta' pjanti (ħlief ġinġer, ċirasa, frott tropikali u ġewż tropikali), ippreservati biz-zokkor (ixxuttati, glasè jew mgħasslin) li fihom 70 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows)

Ex

Ex

Ex

2007 91 10

2007 99 20

2007 99 31

90

90

95

99

95

99

95

99

02

04

06

17

19

24

27

30

34

37

40

44

47

52

56

75

85

Ġammijiet, ġèli tal-frott, marmellati, puré tal-frott jew tal-ġewż u pejsts tal-frott u tal-ġewż, miksubin bit-tisjir, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud inkella le (ħlief preparazzjonijiet omoġenizzati), li fihom 70 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows)

Ex

2007 99 33

Ex

2007 99 35

Ex

2007 99 39

Ex

2009 11 11

19

99

Meraq tal-frott jew tal-ħxejjex, ta' valur taħt it-EUR 30 kull 100 kg piz nett, b'kontenut ta' zokkor miżjud ogħla minn 30 % tal-piż

Ex

2009 11 91

2009 19 11

29

39

59

79

Ex

2009 19 91

2009 29 11

19

99

 

Ex

2009 29 91

2009 39 11

19

99

 

Ex

2009 39 51

2009 39 91

2009 49 11

19

99

 

Ex

2009 49 91

2009 81 11

2009 81 51

90

 

Ex

2009 89 11

19

99

29

39

59

79

 

Ex

2009 89 35

 

2009 89 61

2009 89 86

 

 

Ex

Ex

2009 90 11

2009 90 21

90

19

99

Taħlit ta' meraq, ta' valur taħt it-30 EUR kull 100 kg piz nett, b'kontenut ta' zokkor miżjud ogħla minn 30 % tal-piż

 

2009 90 31

2009 90 71

2009 90 94

 

Ex

Ex

2101 12 98

2101 20 98

92

85

Preparazzjonijiet b'bażi ta' kafè, te jew matè li fihom 70 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) jew isoglukows imfisser bħala sukrows

Ex

2106 90 98

26

33

34

38

53

55

Preparazzjonijiet tal-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra li fihom 70 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) jew isoglukows imfisser bħala sukrows

Ex

3302 10 29

10

Preparazzjonijiet b'bażi ta' sustanzi li jfuħu, li fihom l-aġenti kollha ta' taħwir li jikkaratterizzaw xarba, ta' tip użat fl-industriji tax-xorb, b'saħħa alkoħolika attwali bil-volum aktar minn 0,5 %, li fihom, bil-piż, 1,5 % jew aktar xaħam tal-ħalib, 5 % jew aktar glukows jew lamtu, li fihom 70 % jew aktra tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) jew isoglukows imfisser bħala sukrow

09.7534

 

2208 40 51

 

Rum b'kontenut ta' sustanzi volatili li mhumiex alkoħol etiliku u metiliku ta' 225 gramma jew aktar kull ettolitru ta' alkoħol pur (b'tolleranza ta' 10 %), f'kontenituri jesgħu aktar minn 2 litri

1.1-31.12

250 ettolitru (4)

0

2208 40 99

 

Rum f'kontenituri jesgħu aktar minn 2 litri, ta' valur inqas minn EUR 2 kull litru ta' alkoħol pur


(1)  Mill-1 ta' Jannar 2018, il-volum se jiżdied b'1 110 tunellati metriċi fis-sena.

(2)  Mill-1 ta' Jannar 2018, il-volum se jiżdied b'450 tunellata metrika fis-sena.

(3)  Mill-1 ta' Jannar 2018, il-volum se jiżdied b'150 tunellata metrika espressa f'ekwivalenti ta' zokkor mhux raffinat fis-sena.

(4)  Mill-1 ta' Jannar 2018, il-volum se jiżdied b'10 ettolitri fis-sena.


29.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/755

tat-28 ta' April 2017

li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva meżosulfuron skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/119/KE (2) inkludiet il-meżosulfuron bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Kif stipulat fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva meżosulfuron tiskadi fil-31 ta' Jannar 2018.

(4)

Tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-meżosulfuron skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) fil-perjodu taż-żmien stipulat fl-istess Artikolu.

(5)

L-applikant ressaq il-fajls addizzjonali meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta.

(6)

L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem: “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fil-5 ta' Ottubru 2015.

(7)

L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. L-Awtorità qiegħdet ukoll is-sommarju tad-dossier supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(8)

Fit-22 ta' Settembru 2016, l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (6) dwar jekk jistax jiġi mistenni li l-meżosulfuron (meqjus bħala varjant tal-meżosulfuron-metil) jissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fis-6 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-rapport tat-tiġdid għall-meżosulfuron lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(9)

Dwar l-użu rappreżentattiv, wieħed jew aktar, ta' mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati.

(10)

Għalhekk, huwa xieraq li l-approvazzjoni tal-meżosulfuron tiġġedded.

(11)

Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-meżosulfuron hija msejsa fuq għadd limitat ta' użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li għalihom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-meżosulfuron. Għalhekk, huwa xieraq li titneħħa r-restrizzjoni fuq l-użu esklussivament bħala erbiċida.

(12)

Madankollu, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kondizzjonijiet u restrizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta' konferma.

(13)

Skont l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 13(4) tiegħu, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(14)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2016 (7) estenda l-perjodu ta' approvazzjoni tal-meżosulfuron sal-31 ta' Jannar 2018 sabiex il-proċess ta' tiġdid ikun jista' jitlesta qabel tiskadi l-approvazzjoni ta' dik is-sustanza. Billi d-deċiżjoni favur it-tiġdid ittieħdet qabel din id-data ta' skadenza estiża, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Lulju 2017.

(15)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva

L-approvazzjoni tas-sustanza attiva meżosulfuron, kif speċifikata fl-Anness I, hija mġedda soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-istess Anness.

Artikolu 2

Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/119/KE tal-5 ta' Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-mesosulfuron, l-propoxycarbazone u l-zoxamide bħala sustanzi attivi (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 41).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(6)  EFSA (European Food Safety Authority), 2016. Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance mesosulfuron (variant evaluated mesosulfuron-methyl). EFSA Journal 2016;14(10):4584, 26 pp. doi:10.2903/j.efsa.2016.4584; Disponibbli online fuq: www.efsa.europa.eu

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2016 tas-17 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi aċetamiprid, l-aċidu benżojku, flażasulfuron, mekoprop-P, mepanipirim, meżosulfuron, propineb, propossikarbażon, propiżammid, propikonażol, ir-razza pseudomonas chlororaphis: MA 342, piraklostrobina, kwinossifen, tijakloprid, tiram, żiram, żossamidu (ĠU L 312, 18.11.2016, p. 21)..


ANNESS I

Isem Komuni,

Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Meżosulfuron (prinċipali)

Meżosulfuron-metil (varjant)

Numru CAS 208465-21-8

(meżosulfuron-metil)

Numru CIPAC 663

(meżosulfuron)

Numru CIPAC 663.201

(meżosulfuron-metil)

Meżosulfuron-metil:

metil-2-[(4,6-dimetossipirimidin-2-ilkarbamojl)sulfamojl]-α-(metansulfonammido)-p-toluwat

Meżosulfuron:

aċidu-2-[(4,6-dimetossipirimidin-2-ilkarbamojl)sulfamojl]-α-metansulfonammidop-tolujku

≥ 930 g/kg

(espress bħala meżosulfuron-metil)

fl-1 ta' Lulju 2017

fit-30 ta' Ġunju 2032

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-meżosulfuron, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti b'mod partikolari għal dan li ġej:

il-ħarsien ta' organiżmi akkwatiċi u pjanti terrestri mhux fil-mira;

il-ħarsien tal-ilma ta' taħt l-art.

Meta jkun xieraq, il-kondizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju.

L-applikant għandu jippreżenta l-informazzjoni ta' konferma dwar l-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi li jkun hemm fl-ilma tax-xorb lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni ta' dokument ta' gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi li jinsabu fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta' taħt l-art.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni.


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-Parti A, titħassar l-entrata 75 dwar il-meżosulfuron;

(2)

fil-Parti B, tiżdied l-entrata li ġejja:

“111

Meżosulfuron (prinċipali)

Meżosulfuron-metil (varjant)

Numru CAS 208465-21-8

(meżosulfuron-metil)

Numru CIPAC 663

(meżosulfuron)

Numru CIPAC 663.201

(meżosulfuron-metil)

Meżosulfuron-metil:

metil-2-[(4,6-dimetossipirimidin-2-ilkarbamojl)sulfamojl]-α-(metansulfonammido)-p-toluwat

Meżosulfuron:

aċidu-2-[(4,6-dimetossipirimidin-2-ilkarbamojl)sulfamojl]-α-metansulfonammidop-tolujku

≥ 930 g/kg

(espress bħala meżosulfuron-metil)

fl-1 ta' Lulju 2017

fit-30 ta' Ġunju 2032

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi, kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-meżosulfuron, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

F'din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti b'mod partikolari għal dan li ġej:

il-ħarsien ta' organiżmi akkwatiċi u pjanti terrestri mhux fil-mira;

il-ħarsien tal-ilma ta' taħt l-art.

Meta jkun xieraq, il-kondizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju.

L-applikant għandu jippreżenta l-informazzjoni ta' konferma dwar l-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi li jkun hemm fl-ilma tax-xorb lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni ta' dokument ta' gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi li jinsabu fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta' taħt l-art.”


29.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/40


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/756

tat-28 ta' April 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

288,4

MA

99,5

TR

115,6

ZZ

167,8

0707 00 05

MA

79,4

TR

147,7

ZZ

113,6

0709 93 10

TR

140,9

ZZ

140,9

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

50,0

IL

141,6

MA

55,7

TR

41,8

ZA

43,6

ZZ

66,5

0805 50 10

EG

56,5

TR

54,0

ZZ

55,3

0808 10 80

AR

227,9

BR

112,9

CL

124,5

NZ

146,7

US

116,7

ZA

81,8

ZZ

135,1

0808 30 90

AR

168,8

CL

142,4

CN

98,4

NZ

206,0

ZA

116,8

ZZ

146,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


29.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/42


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/757

tat-28 ta' April 2017

dwar il-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' April 2017 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 (2) fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur, li jinqasmu skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness I tal-istess Regolament ta' Implimentazzjoni.

(2)

Is-subperjodu tax-xahar ta' April huwa t-tieni subperjodu għall-kwoti previsti fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011.

(3)

In-notifiki mibgħuta skont il-punt (a) tal-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 juru li, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4130, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2017 skont l-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, ikopru kwantità superjuri għal dik disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba skont il-kwota kkonċernata, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(4)

Dawk in-notifiki juru wkoll li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 u 09.4129, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2017, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, ikopru kwantità li hija inferjuri għal dik disponibbli.

(5)

Jeħtieġ ukoll li għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 u 09.4130, tiġi ffissata l-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011.

(6)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni tajba tal-proċedura tal-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li jaqgħu taħt il-kwota bin-numru tal-ordni 09.4130 imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' April 2017, il-liċenzji għandhom jinħarġu għall-kwantità mitluba, immultiplikati bil-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu sussegwenti taħt il-kwoti bin-numri tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 u 09.4130 imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, hija stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta' Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (ĠU L 325, 8.12.2011, p. 6).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Il-kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu ta' April 2017 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

Il-kwota ta' ross mitħun għal kollox jew nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif previst fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu tax-xahar ta' April 2017

Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' Lulju 2017 (f'kg)

L-Istati Uniti

09.4127

 (1)

17 808 482

It-Tajlandja

09.4128

 (1)

8 909 652

L-Awstralja

09.4129

 (1)

911 500

Li joriġina minn xi pajjiż ieħor

09.4130

0,695296 %

0


(1)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.


DEĊIŻJONIJIET

29.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/45


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/758

tal-25 ta' April 2017

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fit-tmien laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes, fir-rigward tal-proposti għall-emendar tal-Annessi A, B u C

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-14 ta' Ottubru 2004, il-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (“il-Konvenzjoni”) ġiet approvata, f'isem il-Komunità Ewropea, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE (1).

(2)

L-Unjoni implimentat l-obbligi stabbiliti fil-Konvenzjoni fid-dritt tal-Unjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(3)

L-Unjoni tagħmel enfasi kbira fuq il-ħtieġa għall-espansjoni gradwali tal-Annessi A, B u/jew Ċ tal-Konvenzjoni b'sustanzi ġodda li jissodisfaw il-kriterji għal materjali organiċi persistenti li jniġġsu (POPs, persistent organic pollutants), b'kont meħud tal-prinċipju prekawzjonarju, bl-għan li jintlaħaq l-objettiv tal-Konvenzjoni u jitwettaq l-impenn li daħlu għalih gvernijiet fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar f'Johannesburg fl-2002 sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-effetti ħżiena ta' sustanzi kimiċi sal-2020.

(4)

Taħt l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni, il-Konferenza tal-Partijiet (COP, Conference of the Parties) tista' tadotta deċiżjonijiet li jemendaw l-Annessi A, B u/jew Ċ tal-Konvenzjoni. Dawk id-deċiżjonijiet jidħlu fis-seħħ sena mid-data tal-komunikazzjoni mid-depożitarju ta' emenda, għajr għal dawk il-Partijiet għall-Konvenzjoni (“il-Partijiet”) li għażlu li ma jipparteċipawx.

(5)

Wara nomina tal-etere tad-dekabromodifenil kummerċjali (c-decaBDE) riċevuta mingħand in-Norveġja fl-2013, il-Kumitat għar-Reviżjoni ta' Materjali Organiċi Persistenti li Jniġġsu (POPRC, Persistent Organic Pollutants Review Committee), stabbilit taħt il-Konvenzjoni, ikkonkluda ħidmietu dwar c-decaBDE. Il-POPRC sab li c-decaBDE jissodisfa l-kriterji tal-Konvenzjoni għall-elenkar fl-Anness A tagħha. Fit-tmien laqgħa tagħha, is-COP hi mistennija tiddeċiedi dwar l-inklużjoni ta' c-decaBDE fl-Anness A tal-Konvenzjoni.

(6)

Il-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew l-użu tal-etere tad-dekabromodifenil bħala sustanza, bħala kostitwent f'sustanzi oħra, f'taħlitiet jew f'oġġetti hi limitata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/227 (3) li jistabbilixxi l-entrata 67 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (REACH) (“l-entrata 67”). Skont l-entrata 67, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew l-użu tal-etere tad-dekabromodifenil għandhom ikunu permessi biss għal żmien limitat għal inġenji tal-ajru ġodda u għal spare parts għal inġenji tal-ajru, għal vetturi bil-mutur, għal vetturi agrikoli u forestali u għal ċertu makkinarju.

(7)

Wara nomina tal-paraffini klorurati b'katina qasira (SCCPs) riċevuta mill-Unjoni fl-2006, il-POPRC sab li l-SCCPs jissodisfaw il-kriterji tal-Konvenzjoni għall-elenkar fl-Anness A tagħha. Fit-tmien laqgħa tagħha, is-COP hija mistennija tiddeċiedi dwar l-inklużjoni tal-SCCPs fl-Anness A tal-Konvenzjoni.

(8)

Il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-SCCPs huma pprojbiti, b'ċerti eżenzjonijiet, skont ir-Regolament (KE) Nru 850/2004, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2030 (5). Dak ir-Regolament emendat jispeċifika wkoll valuri ta' limitu għall-preżenza tal-SCCPs f'taħlitiet oħrajn tal-paraffini klorurati li jirriżultaw mill-proċess tal-manifattura. Peress li l-SCCPs huma kapaċi għat-trasport ambjentali fuq distanza twila, l-eliminazzjoni gradwali globali tal-użu ta' din is-sustanza tkun iktar ta' benefiċċju għaċ-ċittadin tal-Unjoni minn projbizzjoni waħedha taħt ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 fl-Unjoni.

(9)

Wara nomina tal-eżaklorobutadjen (HCBD) riċevuta mill-Unjoni fl-2011, il-POPRC sab li l-HCBD jissodisfa l-kriterji tal-Konvenzjoni għall-elenkar fl-Annessi A u Ċ tagħha. Fis-seba' laqgħa tagħha, is-COP iddeċidiet li telenka l-HCBD fl-Anness A tal-Konvenzjoni. Madankollu, is-COP adottat id-deċiżjoni SC-7/11, li permezz tagħha l-POPRC intalab jevalwa aktar l-HCBD fuq il-bażi ta' informazzjoni disponibbli ġdida relattivament għall-elenkar tiegħu fl-Anness C tal-Konvenzjoni u jagħmel rakkomandazzjoni lis-COP dwar l-elenkar tal-HCBD fl-Anness C għal kunsiderazzjoni ulterjuri fit-tmien laqgħa tagħha.

(10)

Il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-HCBD huma pprojbiti fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 850/2004, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2012 (6), iżda jista' jiġi prodott b'mod mhux intenzjonat f'xi attivitajiet industrijali. Tali attivitajiet huma koperti mid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u jirrikjedu l-applikazzjoni ta' ċerti miżuri għall-ġestjoni tal-emissjonijiet. Peress li l-HCBD hu kapaċi għat-trasport ambjentali fuq distanza twila, azzjoni globali fuq ir-rilaxx ta' din is-sustanza tkun iktar ta' benefiċċju għaċ-ċittadin tal-Unjoni mit-teħid waħdu fl-Unjoni tal-miżuri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 850/2004.

(11)

L-aċidu sulfoniku tal-perfluworoottan (PFOS) u d-derivattivi tiegħu huma elenkati fl-Anness B tal-Konvenzjoni b'għadd ta' “skopijiet aċċettabbli”. Is-COP se tintalab tirrivedi l-ħtieġa kontinwata ta' dawk l-iskopijiet aċċettabbli. Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 jipprojbixxi l-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-PFOS iżda jeżenta ċerti użi li għadhom meħtieġa fl-Unjoni. Konsegwentement, jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġja t-tħassir tal-iskopijiet aċċettabbli għall-PFOS u d-derivattivi tiegħu li m'għadhomx meħtieġa mill-Partijiet, għajr dawk għal kisjiet fotoreżistenti u antiriflettivi għal semikondutturi, bħala aġent tal-inċiżjoni għal semikondutturi komposti u għal filtri taċ-ċeramika u fil-kisi tal-metall iebes f'sistemi ta' ċirkwit magħluq biss,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fit-tmien laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (COP) għall-Konvenzjoni ta' Stokkolma għandha tkun, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kumitat għar-Reviżjoni ta' Materjali Organiċi Persistenti li Jniġġsu, li tappoġġja:

l-elenkar tal-etere tad-dekabromodifenil (BDE-209) preżenti fl-etere tad-dekabromodifenil kummerċjali (c-decaBDE) fl-Anness A tal-Konvenzjoni b'eżenzjonijiet speċifiċi' għall-produzzjoni u għall-użu ta' decaBDE fi spare parts għall-industrija tal-karozzi. L-Unjoni għandha tappoġġja dak l-elenkar b'eżenzjonijiet speċifiċi addizzjonali għal inġenji tal-ajru u għal spare parts għal inġenji tal-ajru f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/227, kif ukoll għal spare parts għal vetturi agrikoli u forestali u għal ċertu makkinarju, jekk Partijiet oħrajn jew partijiet ikkonċernati implikati direttament ikunu jistgħu juru l-ħtieġa tagħhom;

l-elenkar tal-paraffini klorurati b'katina qasira (SCCPs) fl-Anness A tal-Konvenzjoni;

l-elenkar tal-eżaklorobutadjen (HCBD) fl-Anness C tal-Konvenzjoni;

it-tneħħija tal-'iskopijiet aċċettabbli' li ġejjin mill-entrata dwar l-aċidu sulfoniku tal-perfluworoottan (PFOS) u d-derivattivi tiegħu fl-Anness B tal-Konvenzjoni: photo imaging, fluwidi idrawliċi tal-avjazzjoni, ċerti apparati mediċi (bħall-produzzjoni ta' saffi tal-kapolimeru tat-tetrafluworoetilen tal-etilen (ETFE) u ta' ETFE radjuopak, apparati mediċi dijanjostiċi in vitro, u filtri tal-kulur CCD), foam għat-tifi tan-nar, lixki għall-insetti għall-kontroll ta' nemel li jqattal-weraq, mill-ispeċijiet Atta u Acromyrmex.

2.   Jista' jsir qbil għal raffinament ta' din il-pożizzjoni, fid-dawl ta' żviluppi matul it-tmien laqgħa tas-COP, permezz ta' koordinament fuq il-post.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta' April 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

I. BORG


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE tal-14 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/227 tad-9 ta' Frar 2017 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-etere tal-bis(pentabromofenil) (ĠU L 35, 10.2.2017, p. 6).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2030 tat-13 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Anness I (ĠU L 298, 14.11.2015, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2012 tad-19 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Anness I (ĠU L 159, 20.6.2012, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).


29.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/48


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/759

tat-28 ta' April 2017

dwar protokolli komuni u formati tad-data biex jintużaw minn trasportaturi tal-ajru meta tiġi trasferita data tal-PNR lill-Unitajiet tal-Informazzjoni dwar il-Passiġġieri

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar l-użu ta' data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u kriminalità serja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2016/681 tirrikjedi li l-Kummissjoni tfassal lista ta' protokolli komuni u formati tad-data aċċettati biex jintużaw minn trasportaturi tal-ajru meta jittrasferixxu data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) lill-Istati Membri. It-trasportaturi tal-ajru jridu jagħżlu minn dik il-lista u jidentifikaw lill-Istati Membri l-protokoll komuni u l-format tad-data li jippjanaw li jużaw.

(2)

Jenħtieġ li l-lista ta' għażliet tikkunsidra l-istat attwali tal-industrija, sabiex tippermetti implimentazzjoni rapida tad-Direttiva (UE) 2016/681 u tnaqqas l-impatt ekonomiku negattiv fuq it-trasportaturi tal-ajru. Fl-istess ħin, l-għażliet provduti jenħtieġ li jiżguraw is-sigurtà u l-affidabbiltà tat-trasferiment tad-data tal-PNR.

(3)

It-trasportaturi tal-ajru ż-żgħar li ma joperawx titjiriet skont skeda speċifika u pubblika u li ma għandhomx l-infrastruttura teknika meħtieġa li tippermettilhom jużaw il-formati tad-data u l-protokolli tat-trażmissjoni msemmija fl-Anness jenħtieġ li jiġu eżentati mill-obbligu li jużaw dawn il-formati u l-protokolli. L-Istati Membri jenħtieġ li jaqblu bilateralment ma' dawn it-trasportaturi tal-ajru dwar il-mezzi elettroniċi li għandhom jintużaw sabiex jipprovdu livell xieraq ta' sigurtà għat-trażmissjoni ta' data tal-PNR minn dawn it-trasportaturi.

(4)

Skont il-premessa (17) tad-Direttiva (UE) 2016/681, il-linji gwida tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) dwar il-PNR jenħtieġ li jkunu l-bażi għall-adozzjoni tal-formati tad-data aċċettati għal trasferimenti ta' data tal-PNR minn trasportaturi tal-ajru lill-Istati Membri.

(5)

Il-format tad-data PNRGOV huwa rikonoxxut bħala standard internazzjonali għat-trażmissjoni ta' data tal-PNR u ġie żviluppat b'mod konġunt minn gvernijiet, trasportaturi tal-ajru u fornituri tas-servizzi taħt l-awspiċji tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA), l-ICAO u l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO). Il-format tad-data PNRGOV jenħtieġ li jkun konformi mal-Implementation Guide EDIFACT tal-PADIS (Passenger and Airport Data Interchange Standards) u mal PADIS XML Implementation Guide għal messaġġi PNRGOV, approvati u ppubblikati mill-Kumitat ta' Kuntatt WCO /IATA/ICAO API PNR.

(6)

UN/EDIFACT PAXLST huwa l-format tad-data għat-trażmissjoni ta' data antiċipata dwar il-passiġġieri (API). Dan il-format jenħtieġ li jintuża għat-trażmissjoni, skont l-artikolu 8(2) tad-Direttiva (UE) 2016/681, tad-data tal-API li t-trasportaturi tal-ajru jiġbru fl-andament normali tal-operat tagħhom iżda ma jżommux bl-istess mezzi tekniċi bħal data oħra tal-PNR.

(7)

Attwalment, żewġ protokolli ta' trażmissjoni, IBM MQ u IATA Type B, huma dawk użati mill-maġġoranza tat-trasportaturi tal-ajru għat-trasferiment ta' data tal-passiġġieri lill-awtoritajiet nazzjonali.

(8)

IBM MQ, prodott li jappartjeni lil IBM Corporation, jipprovdi twassil tal-messaġġi sigur u affidabbli li jippreserva l-integrità tal-messaġġi u jnaqqas ir-riskju tat-telf ta' informazzjoni, billi juża kjus tal-messaġġi biex jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-applikazzjonijiet, is-sistemi, is-servizzi u l-fajls.

(9)

Il-messaġġi Type B huwa l-isem mogħti minn IATA lill-messaġġi użati bejn it-trasport tal-ajru u l-industrija relatata mal-ivvjaġġar. Fl-industrija tat-trasport tal-ajru huma meqjusa bħala affidabbli u siguri ferm u għalhekk jappoġġaw l-applikazzjonijiet kritiċi tan-negozju.

(10)

Mhux it-trasportaturi tal-ajru kollha jinsabu f'pożizzjoni li jadottaw u jimplimentaw protokolli tat-trażmissjoni oħrajn apparti dawk li attwalment qegħdin jużaw bi żmien ta' inqas minn 4-5 snin.

(11)

Skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva (UE) 2016/681, it-trasportaturi tal-ajru jenħtieġ li jkunu kapaċi jużaw tal-inqas wieħed mill-formati tad-data u l-protokolli tat-trażmissjoni permezz ta' din id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni minn sena wara d-data tal-adozzjoni tagħha.

(12)

B'konsegwenza ta' dan, id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni jenħtieġ li tirrikonoxxi l-istat attwali tal-industrija u tipprovdi għall-possibbiltà li t-trasportaturi tal-ajru jibqgħu jużaw, anki għall-għanijiet tad-Direttiva (UE) 2016/681, l-istess formati tad-data u protokolli tat-trażmissjoni li attwalment jirrappreżentaw standard fl-industrija.

(13)

Min-naħa l-oħra, l-użu ta' formati tad-data u protokolli tat-trażmissjoni standard miftuħa, inkluż l-użu ta' standards Ewropej, jenħtieġ li jiġu mħeġġa kemm jista' jkun.

(14)

Il-Kummissjoni bħalissa tippromwovi l-użu tal-protokoll “AS4”, b'mod notevoli fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF). Dan il-protokoll jenħtieġ li għalhekk jiġi elenkat bħala alternattiva għall-protokolli IBM MQ u IATA Type B.

(15)

L-industrija u l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jieħdu l-miżuri meħtieġa, flimkien mas-sħab internazzjonali, mal-ICAO u mad-WCO bil-ħsieb li jinkludu protokolli standard miftuħa xierqa bħala parti mill-protokolli ta' referenza aċċettati b'mod internazzjonali għat-trażmissjoni ta' data tal-PNR minn trasportaturi tal-ajru lill-unitajiet ta' informazzjoni dwar il-passiġġieri tal-Istati Membri.

(16)

Id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni attwali jenħtieġ li għalhekk tiġi rieżaminata fi żmien erba' snin wara d-data tal-adozzjoni tagħha biex titqies il-possibbiltà li l-prodotti jiġu sostitwiti minn protokolli tat-trażmissjoni standard miftuħa. Trid tqis ukoll iż-żieda ta' kwalunkwe reviżjoni tal-verżjonijiet eżistenti tal-EDIFACT u XML tal-PNRGOV u EDIFACT PAXLST kif ukoll l-iżvilupp potenzjali ta' standards XML għal messaġġi tal-API.

(17)

L-Istati Membri jistgħu wkoll iqisu li jipprovdu lit-trasportaturi tal-ajru b'konferma tar-riċevuta tat-trasferiment tal-PNR (billi jużaw messaġġ ACKRES). Deċiżjoni bħal din jenħtieġ li tkun ibbażata fuq arranġament bilaterali bejn it-trasportatur tal-ajru u l-Istat Membru kif rakkomandat mill-IATA.

(18)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmija fl-Artikolu 17(1) tad-Direttiva (UE) 2016/681,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Protokolli komuni u formati aċċettati tad-data

1.   Meta d-data tal-PNR tiġi trasferita lill-unitajiet tal-informazzjoni dwar il-passiġġieri tal-Istati Membri skont id-Direttiva (UE) 2016/681, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jużaw wieħed mill-formati tad-data u l-protokolli tat-trażmissjoni elenkati fil-punti 1 u 2 tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

2.   F'każ li t-trasportaturi tal-ajru jittrasferixxu data antiċipata dwar il-passiġġieri (API) imsemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva (UE) 2016/681 b'mod distint mid-data tal-PNR trasferita għall-istess titjira, għandhom jużaw il-format tad-data msemmi fil-punt 3 tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 u 2 hawn fuq, it-trasportaturi tal-ajru li ma joperawx titjiriet barra mill-UE u ġewwa l-UE skont skeda speċifika u pubblika u li ma għandhomx l-infrastruttura meħtieġa biex jappoġġaw il-formati tad-data u l-protokolli tat-trażmissjoni elenkati fl-Anness għandhom jittrasferixxu d-data tal-PNR b'mezzi elettroniċi li jipprovdu salvagwardji suffiċjenti fir-rigward tal-miżuri ta' sigurtà tekniċi, li għandhom jiġu miftiehma bilateralment bejn it-trasportatur tal-ajru u l-Istat Membru rilevanti.

Artikolu 2

Rieżami

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta' din id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni sat-28 ta' April 2021. Ir-rieżami għandu jindirizza b'mod partikolari l-possibbiltà li jipprovdi għal protokolli tat-trażmissjoni standard miftuħa b'mod esklussiv jew flimkien ma' protokolli eżistenti, filwaqt li jiżgura li huma allinjati ma' standards internazzjonali u l-aħjar prattiki.

2.   Fid-dawl ta' dan ir-rieżami, il-Kummissjoni tista' tadotta emenda għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 132.


ANNESS

1.   Formati tad-data għat-trasferiment ta' data tal-PNR

EDIFACT PNRGOV, kif deskritt fl-EDIFACT implementation guide; data tal-PNR mibgħuta lil Stati jew awtoritajiet oħrajn; messaġġ PNRGOV verżjoni 11.1 jew iktar riċenti;

XML PNRGOV, kif deskritt fl-XML implementation guide; data tal-PNR mibgħuta lil Stati jew awtoritajiet oħrajn; messaġġ PNRGOV verżjoni 13.1 jew iktar riċenti.

2.   Protokolli tat-trażmissjoni tad-data għat-trasferiment ta' data tal-PNR

IBM MQ;

IATA Type B;

Profil AS4 ta' ebMS 3.0 Verżjoni 1.0, standard OASIS, ippubblikat fit-23 ta' Jannar 2013. Implimentazzjoni ta' AS4 skont il-Profil AS4 e-SENS żviluppat mill-Proġett Pilota ta' Skala Kbira e-SENS, identifikatur attwali u verżjoni: “PR — AS4 — 1.10”. Mill-2017, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se tkompli tmexxi u ttejjeb dawn il-linji gwida ta' implimentazzjoni.

3.   Formati tad-data għat-trasferiment tad-data tal-API meta tiġi trasferita b'mod separat mill-messaġġ PNR

EDIFACT PAXLST, kif deskritt fid-WCO/IATA/ICAO Passenger List message (PAXLST) implementation guide, verżjoni tal-2003 jew iktar riċenti.


29.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/52


DEĊIŻJONI (UE) 2017/760 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-24 ta' April 2017

fuq l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2017 (BĊE/2017/11)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropea tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jinġabru skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) għandhom ikopru, imma mhux jaqbżu, in-nefqa magħmula mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fir-rigward tal-kompiti superviżorji tiegħu fil-perijodu tariffarju rilevanti. Din in-nefqa tikkonsisti primarjament fi spejjeż relatati direttament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, bħal pereżempju s-superviżjoni ta' entitajiet sinifikanti, is-superviżjoni ta' entitajiet inqas sinifikanti u t-twettiq ta' kompiti orizzontali u servizzi speċjalizzati. Tinkludi wkoll spejjeż relatati indirettament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, bħal pereżempju servizzi pprovduti mill-oqsma ta' appoġġ tan-negozju tal-BĊE, inklużi postijiet ta' negozju, ġestjoni tar-riżorsi umani, servizzi amministrattivi, servizzi tal-ibbaġitjar u l-kontroll, tal-kontabilità, legali, tal-komunikazzjoni u tat-traduzzjoni, awditu intern, u servizzi tal-istatistika u tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

(2)

Sabiex jiġu kkalkulati t-tariffi superviżorji annwali pagabbli fir-rigward ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni, kif ukoll entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni, l-ispejjeż totali għandhom jinqasmu fuq il-bażi tan-nefqa allokata lill-funzjonijiet rilevanti li jwettqu s-superviżjoni diretta tal-entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u ta' gruppi sinifikanti taħt superviżjoni kif ukoll is-superviżjoni indiretta ta' entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u ta' gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni.

(3)

L-ammont totali tat-tariffa superviżorja annwali għall-2017 għandha tiġi kkalkulata bħala s-somma ta': (a) l-ispejjeż annwali stmati ta' kompiti superviżorji għall-2017, ibbażati fuq il-baġit tal-BĊE approvat għall-2017, wara li jittieħed inkunsiderazzjoni kull żvilupp fl-ispejjeż annwali stmati li jsiru mill-BĊE li kienu magħrufa fiż-żmien meta din id-Deċiżjoni ġiet adottata; u (b) il-bilanċ pożittiv jew tal-iżbilanċ mill-2016.

(4)

Il-bilanċ pożittiv jew l-iżbilanċ għandu jiġi ddeterminat billi jitnaqqsu l-ispejjeż annwali attwali tal-kompiti superviżorji li saru fl-2016, kif rifless fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE għall-2016 (3), mill-ispejjeż annwali stmati miġburin għall-2016, kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni (UE) 2016/661 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/7) (4).

(5)

Skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), l-ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma kinux għall-ġbir, ħlasijiet ta' imgħax irċevuti u ċerti ammonti oħrajn irċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament, jekk hemm, għandhom jittieħdu inkunsidrazzjoni wkoll fl-ispejjeż annwali stmati tal-kompiti superviżorji għall-2017,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (5) u r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41).

Artikolu 2

L-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2017

1.   L-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2017 għandu jkun ta' EUR 424 957 652, ikkalkulat kif jidher fl-Anness I.

2.   Kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni għandha tħallas l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali li ġejjin:

(a)

entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 391 279 654;

(b)

entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni: EUR 33 677 998.

Il-mod kif huwa maqsum l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2017 li għandhom jitħallsu fir-rigward ta' kull kategorija huwa muri fl-Anness II.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-24 ta' April 2017.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23.

(3)  Ippubblikati fis-sit elettroniku tal-BĊE li jinsab fuq www.ecb.europa.eu fi Frar 2017.

(4)  Deċiżjoni (UE) 2016/661 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta' April 2016 dwar l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2016 (BĊE/2016/7) (ĠU L 114, 28.4.2016, p. 14).

(5)  Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma' awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).


ANNESS I

Kalkolu tal-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2017

(EUR)

Spejjeż annwali stmati għall-2017

464 676 594

Salarji u benefiċċji

208 621 881

Kera u manutenzjoni

54 990 329

Infiq ieħor operattiv

201 064 384

Bilanċ pożittiv/Żbilanċ mill-2016

– 41 089 798

Ammonti meħudin inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41)

1 370 856

Ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru;

0

Ħlasijiet ta' imgħax irċevuti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq

– 23 761

Ammonti rċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq

1 394 617

TOTAL

424 957 652


ANNESS II

Kif huwa maqsum l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-2017

(EUR)

 

Entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi sinifikanti taħt superviżjoni

Entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u gruppi inqas sinifikanti taħt superviżjoni

Total

Spejjeż annwali stmati għall-2017

427 700 563

36 976 031

464 676 594

Bilanċ pożittiv/Żbilanċ mill-2016

– 37 593 510

– 3 496 288

– 41 089 798

Ammonti meħudin inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41)

1 172 601

198 255

1 370 856

Ammonti tariffarji relatati mal-perijodi tariffarji preċedenti li ma setgħux jinġabru;

0

0

0

Ħlasijiet ta' imgħax irċevuti skont l-Artikolu 14 tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq

– 8 696

– 15 065

– 23 761

Ammonti rċevuti jew rifużi skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi iktar 'il fuq

1 181 297

213 320

1 394 617

TOTAL

391 279 654

33 677 998

424 957 652


RAKKOMANDAZZJONIJIET

29.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/56


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/761

tas-26 ta' April 2017

dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-għanijiet tal-Unjoni huma, fost oħrajn, li tippromwovi l-benesseri tal-popli tagħha u li taħdem għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa msejjes fuq ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna li timmira għal-livell massimu ta' impjiegi u progress soċjali. L-Unjoni għandha tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal.

(2)

Skont l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tqis il-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma' livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

(3)

L-Artikolu 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Unjoni u l-Istati Membri, waqt li jżommu f'moħħhom id-drittijiet soċjali fundamentali bħal dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea li ġiet iffirmata f'Turin fit-18 ta' Ottubru 1961 u l-Karta tal-Komunità dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema tal-1989, bħala l-objettivi tagħhom għandu jkollhom il-promozzjoni tal-impjieg, it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla t-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bl-għan ta' livell għoli ta' impjieg li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni.

(4)

L-Artikolu 152 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Unjoni tirrikonoxxi u tippromwovi r-rwol tas-sħab soċjali fil-livell tagħha, meta titqies id-diversità tas-sistemi nazzjonali. Għandha tiffaċilita d-djalogu bejniethom u għandha tirrispetta l-awtonomija tagħhom.

(5)

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ipproklamata għall-ewwel darba fil-Kunsill Ewropew ta' Nizza fis-7 ta' Diċembru 2000, tissalvagwardja u tippromwovi numru ta' prinċipji fundamentali li huma essenzjali għall-mudell soċjali Ewropew. Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Karta huma indirizzati għall-istituzzjonijiet, għall-korpi, għall-uffiċċji, u għall-aġenziji tal-Unjoni bir-rispett dovut għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u għall-Istati Membri biss meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni.

(6)

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fih dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-poteri tal-Unjoni relatati fost oħrajn mal-moviment liberu tal-ħaddiema (l-Artikoli 45 sa 48), mad-dritt ta' stabbiliment (l-Artikoli 49 sa 55), mal-politika soċjali (l-Artikoli 151 sa 161), mal-promozzjoni tad-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema (l-Artikolu 154), inklużi ftehimiet konklużi u implimentati fil-livell tal-Unjoni (l-Artikolu 155), mal-paga ugwali għall-ħaddiema maskili u femminili għal xogħol ugwali (l-Artikolu 157), mal-kontribuzzjoni għall-iżvilupp tal-kwalità tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali (l-Artikoli 165 u 166), mal-azzjoni tal-Unjoni li tikkomplementa politiki nazzjonali u li trawwem il-kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa (l-Artikolu 168), mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (l-Artikoli 174 sa 178), mal-formulazzjoni, u mas-sorveljanza tal-implimentazzjoni, tal-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi (l-Artikolu 121), mal-formulazzjoni, u mal-eżaminazzjoni tal-implimentazzjoni tal-linji gwida dwar l-impjiegi (l-Artikolu 148) u b'mod aktar ġenerali, mal-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni (l-Artikoli 114 sa 117).

(7)

Il-Parlament Ewropew talab għal Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali solidu biex isaħħaħ id-drittijiet soċjali u jkollu impatt pożittiv fuq il-ħajja tan-nies fiż-żmien qasir u medju u jippermetti l-appoġġ għall-kostruzzjoni Ewropea fis-seklu 21 (1). Il-Kunsill Ewropew enfasizza li jeħtieġ li tiġi indirizzata n-nuqqas ta' sigurtà ekonomika u soċjali bħala kwistjoni ta' prijorità u talab għall-ħolqien ta' futur promettenti għal kulħadd, li jissalvagwardja l-mod tal-għajxien tagħna u li jipprovdi opportunitajiet aħjar liż-żgħażagħ. (2) Il-mexxejja ta' 27 Stat Membru u tal-Kunsill Ewropew, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea, fl-aġenda ta' Ruma impenjaw ruħhom li jaħdmu lejn Ewropa soċjali. Dak l-impenn huwa msejjes fuq il-prinċipji tat-tkabbir sostenibbli u l-promozzjoni tal-progress ekonomiku u soċjali, kif ukoll il-koeżjoni u l-konverġenza, filwaqt li jħares l-integrità tas-suq intern (3). Is-sħab soċjali impenjaw ruħhom li jkomplu jikkontribwixxu għal Ewropa li tipprovdi għall-ħaddiema u għall-intrapriżi tagħha (4).

(8)

It-tlestija tas-suq uniku Ewropew fl-aħħar deċennji kienet akkompanjata mill-iżvilupp ta' acquis soċjali solidu li rriżulta fi progress fil-moviment liberu, fil-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, fis-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fil-protezzjoni soċjali u fl-edukazzjoni u t-taħriġ. L-introduzzjoni tal-euro pprovdiet l-Unjoni b'munita komuni stabbli maqsuma bejn 340 miljun ċittadin f'19-il Stat Membru, li ffaċilitat il-ħajja ta' kuljum tagħhom u tipproteġihom kontra l-instabbiltà finanzjarja. L-Unjoni wkoll kibret b'mod konsiderevoli, żiedet l-opportunitajiet ekonomiċi u l-promozzjoni tal-progress soċjali madwar il-kontinent.

(9)

Is-swieq tax-xogħol u s-soċjetajiet qed jevolvu b'rata mgħaġġla, b'opportunitajiet ġodda u bi sfidi ġodda li jirriżultaw mill-globalizzazzjoni, mir-rivoluzzjoni diġitali, mill-mudelli tax-xogħol li qed jinbidlu u mill-iżviluppi soċjetali u demografiċi. L-isfidi, bħall-inugwaljanza sinifikanti, il-qgħad fit-tul u fost iż-żgħażagħ jew is-solidarjetà interġenerazzjonali, ħafna drabi huma simili fost l-Istati Membri minkejja li fi gradi differenti.

(10)

L-Ewropa wriet ir-rieda tagħha li tegħleb il-kriżi finanzjarja u ekonomika, u bħala riżultat ta' azzjoni determinata, l-ekonomija tal-Unjoni issa hija aktar stabbli, b'livelli ta' impjieg għoljin bla preċedent u bi tnaqqis gradwali fil-qgħad. Madankollu, il-konsegwenzi soċjali tal-kriżi kienu estensivi — minn qgħad fost iż-żgħażagħ u fit-tul għal riskju tal-faqar — u l-indirizzar ta' dawk il-konsegwenzi jibqa' prijorità urġenti.

(11)

Fil-biċċa l-kbira tagħhom, l-isfidi soċjali u tal-impjiegi li qed tiffaċċja l-Ewropa huma riżultat tat-tkabbir relattivament modest, li huwa msejjes fuq il-potenzjal mhux sfruttat f'termini tal-parteċipazzjoni fl-impjiegi u fil-produttività. Il-progress ekonomiku u soċjali huma marbutin flimkien, u l-istabbiliment ta' Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għandu jkun parti mill-isforzi usa' biex jinbena mudell ta' tkabbir aktar inklussiv u sostenibbli billi tittejjeb il-kompetittività tal-Ewropa u ssir post aħjar biex fiha jsiru investimenti, jinħolqu l-impjiegi u titrawwem il-koeżjoni soċjali.

(12)

L-għan tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali hu li jservi bħala gwida lejn riżultati tal-impjieg u soċjali effiċjenti meta jiġu indirizzati l-isfidi kurrenti u futuri li huma direttament immirati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali tan-nies, u jiżguraw l-approvazzjoni u l-implimentazzjoni tad-drittijiet soċjali.

(13)

Aktar enfasi fuq il-prestazzjoni tal-impjieg u soċjali hi partikolarment importanti biex tiżdied ir-reżiljenza u biex l-Unjoni Ekonomika u Monetarja ssir aktar profonda. Għal din ir-raġuni, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali hu primarjament maħsub għaż-żona tal-euro iżda hu applikabbli għall-Istati Membri kollha li jixtiequ jkunu parti minnu.

(14)

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jesprimi l-prinċipji u d-drittijiet essenzjali għal swieq tax-xogħol u sistemi ta' protezzjoni soċjali ġusti u li jaħdmu tajjeb fl-Ewropa tas-seklu 21. Jafferma mill-ġdid xi wħud mid-drittijiet li huma diġà preżenti fl-acquis tal-Unjoni, u jżid prinċipji ġodda li jindirizzaw l-isfidi li jirriżultaw minn żviluppi soċjetali, teknoloġiċi u ekonomiċi.

(15)

Il-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jikkonċernaw liċ-ċittadini tal-Unjoni u liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi b'residenza legali. Meta prinċipju jirreferi għall-ħaddiema, dan jikkonċerna lill-persuni kollha fl-impjieg, indipendentement mill-istatus, mill-modalità u mid-durata tal-impjieg.

(16)

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ma għandux iżomm lill-Istati Membri jew lis-sħab soċjali tagħhom milli jistabbilixxu standards soċjali aktar ambizzjużi. B'mod partikolari, xejn fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ma għandu jiġi interpretat bħala li jirrestrinġi jew li jaffettwa ħażin id-drittijiet u l-prinċipji kif rikonoxxuti, fl-oqsma ta' applikazzjoni rispettivi tagħhom, mid-dritt tal-Unjoni jew mid-dritt internazzjonali u mill-ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni jew l-Istati Membri kollha huma parti minnhom, inkluża l-Karta Soċjali Ewropea ffirmata f'Turin fit-18 ta' Ottubru 1961, u l-Konvenzjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol.

(17)

It-twettiq tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali hu impenn u responsabbiltà kondiviża bejn l-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u s-sħab soċjali. Il-prinċipji u d-drittijiet stabbiliti mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għandhom ikunu implimentati kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak tal-Istati Membri fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom u skont il-principju tas-sussidjarjetà.

(18)

Fil-livell tal-Unjoni, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ma jimplikax estensjoni tal-poteri tal-Unjoni kif definit mit-Trattati. Għandu jkun implimentat fi ħdan il-limiti ta' dawk il-poteri.

(19)

Fil-livell tal-Istati Membri, il-Pilastru jirrispetta d-diversità tal-kulturi u tat-tradizzjonijiet tan-nies tal-Ewropa, kif ukoll l-identitajiet nazzjonali tal-Istati Membri u l-organizzazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi tagħhom fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. B'mod partikolari, l-istabbiliment tal-Pilastru ma jaffettwax id-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistema tas-sigurtà soċjali tagħhom u ma għandux jaffettwa l-ekwilibriju finanzjarju tiegħu.

(20)

Id-djalogu soċjali għandu rwol importanti fit-tisħiħ tad-drittijiet soċjali u fit-titjib tat-tkabbir sostenibbli u inklussiv. Is-sħab soċjali fil-livelli kollha għandhom rwol kruċjali fis-segwitu u fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, skont l-awtonomija tagħhom u d-dritt għal azzjoni kollettiva.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

PILASTRU EWROPEW TAD-DRITTIJIET SOĊJALI

KAPITOLU I

Opportunitajiet u aċċess indaqs għas-suq tax-xogħol

1.   Edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja

Kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità u inklussivi sabiex iżomm u jakkwista ħiliet li jippermettulu jipparteċipa b'mod sħiħ fis-soċjetà u jimmaniġġja b'suċċess tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol.

2.   Ugwaljanza bejn is-sessi

(a)

Jeħtieġ li tiġi żgurata u titrawwem l-ugwaljanza fit-trattament u fl-opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, fit-termini u fil-kundizzjonijiet tal-impjieg u fil-progressjoni fil-karriera.

(b)

In-nisa u l-irġiel għandhom id-dritt għal paga indaqs għal xogħol ta' valur ugwali.

3.   Opportunitajiet indaqs

Irrispettivament mis-sess, mill-oriġini razzjali jew etnika, mir-reliġjon jew mit-twemmin, minn diżabbiltà, mill-età jew mill-orjentament sesswali, kulħadd għandu d-dritt għal trattament u opportunitajiet indaqs fir-rigward tal-impjiegi, tal-protezzjoni soċjali, tal-edukazzjoni, u tal-aċċess għal prodotti u servizzi disponibbli għall-pubbliku. Għandhom jitrawmu opportunitajiet indaqs ta' gruppi li mhumiex irrappreżentati biżżejjed.

4.   Appoġġ attiv għall-impjiegi

(a)

Kulħadd għandu d-dritt għal assistenza f'waqtha u mfassla apposta biex jittejbu l-opportunitajiet ta' impjieg jew il-prospetti ta' impjieg indipendenti. Dan jinkludi d-dritt li wieħed jirċievi appoġġ għal tfittxija, taħriġ u kwalifikazzjoni mill-ġdid ta' xogħol. Kulħadd għandu d-dritt li jittrasferixxi l-protezzjoni soċjali u l-intitolamenti ta' taħriġ matul tranżizzjonijiet professjonali.

(b)

Iż-żgħażagħ għandhom id-dritt għal edukazzjoni kontinwa, apprendistat, traineeships jew offerta ta' xogħol ta' reputazzjoni tajba sa erba' (4) xhur minn meta jiġu qiegħda jew iħallu l-edukazzjoni.

(c)

In-nies qiegħda għandhom id-dritt għal appoġġ personalizzat, kontinwu u konsistenti. Dawk qiegħda fit-tul għandhom id-dritt għal valutazzjoni individwali fil-fond mhux aktar tard minn 18-il xahar ta' qgħad.

KAPITOLU II

Kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti

5.   Impjieg sigur u adattabbli

(a)

Irrispettivament mit-tip u d-durata tar-relazzjoni tax-xogħol, il-ħaddiema għandhom id-dritt għal trattament ġust u ugwali fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-aċċess għall-protezzjoni soċjali u t-taħriġ. Għandha titrawwem it-tranżizzjoni lejn forom ta' impjieg miftuħa.

(b)

Skont il-leġiżlazzjoni u l-ftehimiet kollettivi, għandha tiġi żgurata l-flessibbiltà neċessarja biex l-impjegaturi jadattaw malajr għal bidliet fil-kuntest ekonomiku.

(c)

Għandhom jitrawmu forom innovattivi ta' xogħol li jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol ta' kwalità. Għandhom jitħeġġu l-intraprenditorija u l-impjieg indipendenti. Għandha tiġi ffaċilitata l-mobbiltà okkupazzjonali.

(d)

Għandhom jiġu evitati relazzjonijiet tax-xogħol li jwasslu għal kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, inkluż bil-projbizzjoni ta' abbuż ta' kuntratti atipiċi. Kwalunkwe perjodu ta' probazzjoni għandu jkun ta' durata raġonevoli.

6.   Pagi

(a)

Il-ħaddiema għandhom id-dritt għal pagi ġusti li jipprovdu għal standard ta' għajxien diċenti.

(b)

Għandhom jiġu żgurati pagi minimi adegwati, b'mod li jipprovdi għas-sodisfazzjon tal-bżonnijiet tal-ħaddiem u tal-familja tiegħu/tagħha fid-dawl tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali nazzjonali, filwaqt li jiġi ssalvagwardjat l-aċċess għall-impjieg u l-inċentivi biex ifittex xogħol. Għandu jiġi evitat il-faqar fost dawk li jaħdmu.

(c)

Il-pagi kollha għandhom ikunu stabbiliti b'mod trasparenti u prevedibbli skont il-politiki nazzjonali u jirrispettaw l-awtonomija tas-sħab soċjali.

7.   Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg u l-protezzjoni f'każ ta' sensja

(a)

Il-ħaddiema għandhom id-dritt li jiġu infurmati bil-miktub fil-bidu tal-impjieg dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mir-relazzjoni tax-xogħol, inkluż dwar il-perjodu ta' probazzjoni.

(b)

Qabel kwalunkwe sensja, il-ħaddiema għandhom id-dritt li jiġu infurmati bir-raġunijiet u li jingħataw perjodu ta'avviż raġonevoli. Huma għandhom id-dritt għall-aċċess għal riżoluzzjoni ta' tilwim effettiva u imparzjali u, f'każ ta' sensja mhux ġustifikata, dritt għal rimedju, inkluż kumpens adegwat.

8.   Id-djalogu soċjali u l-involviment tal-ħaddiema

(a)

Is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki ekonomiċi, tal-impjiegi u soċjali skont il-prattiki nazzjonali. Dawn għandhom ikunu mħeġġa jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fi kwistjonijiet rilevanti għalihom, filwaqt li jirrispettaw l-awtonomija u d-dritt tagħhom għal azzjoni kollettiva. Fejn xieraq, il-ftehimiet konklużi bejn is-sħab soċjali għandhom jiġu implimentati fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

(b)

Il-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom id-dritt li jiġu infurmati u kkonsultati fi żmien xieraq dwar kwistjonijiet rilevanti għalihom, b'mod partikolari dwar it-trasferiment, ir-ristrutturar u l-fużjoni ta' impriżi u dwar sensji kollettivi.

(c)

Għandu jiġi mħeġġeġ l-appoġġ għal żieda fil-kapaċità tas-sħab soċjali biex jippromwovu d-djalogu soċjali.

9.   Bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol

Ġenituri u nies b'responsabbiltajiet ta' kura għandhom id-dritt għal liv xieraq, arranġamenti tax-xogħol flessibbli u aċċess għal servizzi ta' kura. In-nisa u l-irġiel għandu jkollhom aċċess ugwali għal liv speċjali sabiex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet ta' kura tagħhom u għandhom jiġu mħeġġa jużawhom b'mod bilanċjat.

10.   Ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa, sigur u adattat u protezzjoni tad-data personali

(a)

Il-ħaddiema għandhom id-dritt għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom fuq ix-xogħol.

(b)

Il-ħaddiema għandhom id-dritt għal ambjent tax-xogħol adattat għall-bżonnijiet professjonali tagħhom u li jippermettilhom itawlu l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(c)

Il-ħaddiema għandhom id-dritt li d-dejta personali tagħhom tkun protetta fil-kuntest tax-xogħol.

KAPITOLU III

Protezzjoni u inklużjoni soċjali

11.   Kura tat-tfal u appoġġ għat-tfal

(a)

It-tfal għandhom id-dritt għal edukazzjoni bikrija tat-tfal affordabbli u kura ta' kwalità tajba.

(b)

It-tfal għandhom id-dritt għall-protezzjoni mill-faqar. It-tfal li ġejjin minn sfondi żvantaġġati għandhom id-dritt għal miżuri speċifiċi biex jissaħħu l-opportunitajiet indaqs.

12.   Protezzjoni soċjali

Irrispettivament mit-tip u mid-durata tar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom, il-ħaddiema, u f'ċerti kundizzjonijiet simili, il-ħaddiema għal rashom, għandhom id-dritt għal protezzjoni soċjali adegwata.

13.   Benefiċċji tal-qgħad

Dawk qiegħda għandhom id-dritt għal appoġġ ta'attivazzjoni adegwat mis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi sabiex jintegraw (mill-ġdid) fis-suq tax-xogħol u għal benefiċċji adegwati tal-qgħad ta' durata raġonevoli, f'konformità mal-kontribuzzjonijiet u mar-regoli ta' eliġibbiltà nazzjonali tagħhom. Dawn il-benefiċċji m'għandhomx jikkostitwixxu diżinċentiv għal ritorn lura ta' malajr għax-xogħol.

14.   L-introjtu minimu

Kull min m'għandux riżorsi suffiċjenti għandu d-dritt għal benefiċċji ta' introjtu minimu adegwati li jiżguraw ħajja f'dinjità fl-istadji kollha tal-ħajja, u għal aċċess effettiv li jippermetti prodotti u servizzi. Għal dawk li jistgħu jaħdmu, il-benefiċċji ta' introjtu minimu għandhom jitħalltu ma' inċentivi għall-integrazzjoni (mill-ġdid) fis-suq tax-xogħol.

15.   L-introjtu u l-pensjoni tal-irtirar

(a)

Il-ħaddiema u l-ħaddiema għal rashom li ritraw għandhom id-dritt għal pensjoni proporzjonali għall-kontribuzzjonijiet tagħhom u li tiżgura introjtu adegwat. In-nisa u l-irġiel għandu jkollhom opportunitajiet indaqs biex jakkwistaw id-drittijiet għall-pensjoni.

(b)

Kull min irtira għandu d-dritt għal riżorsi li jiżguraw l-għajxien b'dinjità.

16.   Kura tas-saħħa

Kulħadd għandu d-dritt għal aċċess f'waqtu għal kura tas-saħħa affordabbli, preventiva u kurattiva ta' kwalità tajba.

17.   L-inklużjoni ta' persuni b'diżabbiltà

Il-persuni b'diżabbiltà għandhom id-dritt għal appoġġ għall-introjtu li jiżgura l-għajxien b'dinjità, servizzi li jippermettulhom jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà, u ambjent tax-xogħol adattat għall-bżonnijiet tagħhom.

18.   Kura fit-tul

Kulħadd għandu d-dritt għal servizzi ta' kura fit-tul affordabbli ta' kwalità tajba, b'mod partikolari għal servizzi ta' kura fid-djar u bbażati fil-komunità.

19.   Akkomodazzjoni u għajnuna għall-persuni mingħajr dar

(a)

Għandu jiġi provdut aċċess għal akkomodazzjoni soċjali jew għajnuna għall-akkomodazzjoni ta' kwalità tajba għal dawk fil-bżonn.

(b)

Persuni vulnerabbli għandhom id-dritt għal għajnuna u protezzjoni xierqa kontra t-tkeċċija sfurzata.

(c)

Għandhom jiġu provduti kenn u servizzi adegwati lill-persuni mingħajr dar sabiex tiġi promossal-inklużjoni soċjali tagħhom.

20.   Aċċess għas-servizzi essenzjali

Kulħadd għandu d-dritt li jkollu aċċess għal servizzi essenzjali ta' kwalità tajba, inkluż l-ilma, is-sanitazzjoni, l-enerġija, it-trasport, is-servizzi finanzjarji u l-komunikazzjonijiet diġitali. Għandu jkun disponibbli appoġġ għall-aċċess għal dawn is-servizzi għal dawk fil-bżonn.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Marianne THYSSEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (2016/2095(INI)).

(2)  Id-Dikjarazzjoni ta' Bratislava tas-16 ta' Settembru 2016.

(3)  Id-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 2017.

(4)  L-istqarrija konġunta tas-sħab soċjali tal-24 ta' Marzu 2017.


Rettifika

29.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/62


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r- rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 183 tat-8 ta' Lulju 2016 )

Fil-paġna 28, l-Artikolu 69(2) u (3),

minflok:

“2.   Jekk il-proċedimenti fl-Istat Membru ta' oriġini kienu ġew istitwiti qabel id-29 ta' Jannar 2019, id-deċiżjonijiet mogħtija wara dik id-data għandhom ikunu rikonoxxuti u eżegwiti f'konformità mal-Kapitolu IV sakemm ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni li jkunu applikati jkunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Kapitolu II.

3.   Il-Kapitolu III huwa biss applikabbli għall-koppji li jiżżewġu jew li jispeċifikaw il-liġi applikabbli għar-reġim tal- proprjetà matrimonjali wara d-29 ta' Jannar 2019.”,

aqra:

“2.   Jekk il-proċedimenti fl-Istat Membru ta' oriġini kienu ġew istitwiti qabel id-29 ta' Jannar 2019, id-deċiżjonijiet mogħtija f'dik id-data jew warajha għandhom ikunu rikonoxxuti u eżegwiti f'konformità mal-Kapitolu IV sakemm ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni li jkunu applikati jkunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Kapitolu II.

3.   Il-Kapitolu III huwa biss applikabbli għall-koppji li jiżżewġu jew li jispeċifikaw il-liġi applikabbli għar-reġim tal- proprjetà matrimonjali fid-29 ta' Jannar 2019 jew wara.”.


29.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/62


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1104 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r- rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji tal-konsegwenzi patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 183 tat-8 ta' Lulju 2016 )

Fil-paġna 56, l-Artikolu 69(2) u (3),

minflok:

“2.   Jekk il-proċedimenti fl-Istat Membru ta' oriġini kienu ġew istitwiti qabel id-29 ta' Jannar 2019, id-deċiżjonijiet mogħtija wara dik id-data għandhom ikunu rikonoxxuti u eżegwiti f'konformità mal-Kapitolu IV sakemm ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni li jkunu applikati jkunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Kapitolu II.

3.   Il-Kapitolu III huwa biss applikabbli biss għas-sħab li jirreġistraw is-sħubija tagħhom jew li jispeċifikaw il-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata tagħhom wara d-29 ta' Jannar 2019.”,

aqra:

“2.   Jekk il-proċedimenti fl-Istat Membru ta' oriġini kienu ġew istitwiti qabel id-29 ta' Jannar 2019, id-deċiżjonijiet mogħtija f'dik id-data jew warajha għandhom ikunu rikonoxxuti u eżegwiti f'konformità mal-Kapitolu IV sakemm ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni li jkunu applikati jkunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Kapitolu II.

3.   Il-Kapitolu III huwa biss applikabbli biss għas-sħab li jirreġistraw is-sħubija tagħhom jew li jispeċifikaw il-liġi applikabbli għall-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija reġistrata tagħhom fid-29 ta' Jannar 2019 jew wara.”.