ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 108

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
26 ta' April 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/730 tal-25 ta' April 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

1

 

 

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/731 tal-25 ta' April 2017 li jemenda l-mudell taċ-ċertifikati veterinarji BOV-X, BOV-Y, BOV u OVI stabbiliti fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, il-mudelli taċ-ċertifikati GEL, COL, RCG u TCG stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 u ċ-ċertifikat mudell għal prodotti komposti stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli ( 1 )

7

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/732 tal-25 ta' April 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

29

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/733 tal-25 ta' April 2017 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Kroazja

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/734 tal-25 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

35

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

26.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/730

tal-25 ta' April 2017

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Lulju 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati ma' ċerti Membri oħrajn tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skont l-Artikolu XXIV:6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ GATT 1994, fil-kuntest tal-adeżjoni mal-Unjoni tar-Repubblika tal-Kroazja.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni skont id-direttivi ta' negozjar adottati mill-Kunsill.

(3)

Dawk in-negozjati ġew konklużi u Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”) ġie inizjalat fit-12 ta' Lulju 2016.

(4)

Il-Ftehim ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fil-25 ta' Novembru 2016, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar tard, b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1995 (2).

(5)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-Iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jipproċedu, f'isem l-Unjoni, għan-notifika prevista fil-Ftehim, sabiex jesprimu l-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta b'dan il-Ftehim. (3)

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta' April 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

I. BORG


(1)  Il-Parlament Ewropew ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim fil-15 ta' Marzu 2017.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1995 tal-11 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 308, 16.11.2016, p. 1)..

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


26.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/3


FTEHIM

fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

A.   Ittra mill-Unjoni

Sinjur,

Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika fl-Iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea, għandi l-unur nipproponi dan li ġej:

L-Unjoni Ewropea għandha tinkludi fl-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-UE 28, il-konċessjonijiet li jinsabu fl-iskeda tal-UE 27 bil-modifiki li ġejjin:

 

Jiżdiedu 4 766 tunnellata għall-pajjiż li għalih hija allokata (il-Brażil) il-kwota tariffarja tal-UE “Qatgħat ta' tjur tal-ispeċi gallus domesticus, iffriżati”, numri tal-linji tariffarji 0207.14.10, 0207.14.50 u 0207.14.70, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta' 0 %;

 

Jiżdiedu 610 tunnellati għall-pajjiż li għalih hija allokata (il-Brażil) il-kwota tariffarja tal-UE “Qatgħat tad-dundjan, iffriżati”, numri tal-linji tariffarji 0207.27.10, 0207.27.20 u 0207.27.80, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta' 0 %;

 

Jiżdiedu 36 000 tunnellata taħt il-parti erga omnes mill-kwota tariffarja tal-UE “Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, linji tariffarji 1701.13.10 u 1701.14.10, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta' EUR 98 għal kull tunnellata;

 

Jiżdiedu 78 000 tunnellata tal-allokazzjoni għall-Brażil tal-kwota tariffarja tal-UE “Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, numri tal-linji tariffarji 1701.13.10 u 1701.14.10, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta' EUR 98 għal kull tunnellata.

Fir-rigward tal-volum ta' 78 000 tunnellata allokati għall-Brażil skont il-kwota tariffarja tal-UE għal-“Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, numri tal-linji tariffarji 1701.13.10 u 1701.14.10, minkejja r-rabta fir-rata fil-kwota ta' EUR 98 għal kull tunnellata, l- Unjoni Ewropea għandha tapplika b'mod awtonomu:

matul l-ewwel sitt snin li matulhom dan il-volum ikun disponibbli, rata fil-kwota ta' mhux aktar minn EUR 11 għal kull tunnellata, u

fis-seba' sena li matulha dan il-volum ikun disponibbli, rata fil-kwota ta' mhux aktar minn EUR 54 għal kull tunnellata.

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim. Il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.

Inkun obbligat lejk jekk tikkonfermali li l-Gvern tiegħek jaqbel ma' dan kollu. Għandi l-unur nipproponilek li jekk dan ta' hawn fuq ikun aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra flimkien mal-konferma tiegħek ikunu jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil.

Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Sastavljeno u Bruxellesu

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje,

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli, dnia

Feito em Bruxelas,

Întocmit la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou Unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku Uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

B.   Ittra mir-Repubblika Federattiva tal-Brażil

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tgħid hekk:

“Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (GATT) fir-rigward tal-modifika fl-Iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea, għandi l-unur nipproponi dan li ġej:

L-Unjoni Ewropea għandha tinkludi fl-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-UE 28, il-konċessjonijiet li jinsabu fl-iskeda tal-UE 27 bil-modifiki li ġejjin:

 

Jiżdiedu 4 766 tunnellata għall-pajjiż li għalih hija allokata (il-Brażil) il-kwota tariffarja tal-UE ‘Qatgħat ta' tjur tal-ispeċi gallus domesticus, iffriżati’, numri tal-linji tariffarji 0207.14.10, 0207.14.50 u 0207.14.70, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta' 0 %;

 

Jiżdiedu 610 tunnellati għall-pajjiż li għalih hija allokata (il-Brażil) il-kwota tariffarja tal-UE “Qatgħat tad-dundjan, iffriżati”, numri tal-linji tariffarji 0207.27.10, 0207.27.20 u 0207.27.80, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta' 0 %;

 

Jiżdiedu 36 000 tunnellata taħt il-parti erga omnes mill-kwota tariffarja tal-UE “Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, linji tariffarji 1701.13.10 u 1701.14.10, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta' EUR 98 għal kull tunnellata;

 

Jiżdiedu 78 000 tunnellata tal-allokazzjoni għall-Brażil tal-kwota tariffarja tal-UE “Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, numri tal-linji tariffarji 1701.13.10 u 1701.14.10, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta' EUR 98 għal kull tunnellata;

Fir-rigward tal-volum ta' 78 000 tunnellata allokati għall-Brażil skont il-kwota tariffarja tal-UE għal “Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, numri tal-linji tariffarji 1701.13.10 u 1701.14.10, minkejja r-rabta fir-rata fil-kwota ta' EUR 98 għal kull tunnellata, l- Unjoni Ewropea għandha tapplika b'mod awtonomu:

matul l-ewwel sitt snin li matulhom dan il-volum ikun disponibbli, rata fil-kwota ta' mhux aktar minn EUR 11 għal kull tunnellata, u

fis-seba' sena li matulha dan il-volum ikun disponibbli, rata fil-kwota ta' mhux aktar minn EUR 54 għal kull tunnellata.

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim. Il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.

Inkun obbligat lejk jekk tikkonfermali li l-Gvern tiegħek jaqbel ma' dan kollu. Għandi l-unur nipproponilek li jekk ta' hawn fuq ikun aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra flimkien mal-konferma tiegħek ikunu jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil.”.

Jiena ninsab f'pożizzjoni li ninformak illi l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontentut tal-ittra tiegħek.

Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Fait à Bruxelles, le

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Sastavljeno u Bruxellesu

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje,

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli, dnia

Feito em Bruxelas,

Întocmit la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image

Pela República Federativa do Brasil

За Федеративна република Бразилия

Por la República Federativa de Brasil

Za Brazilskou Federativní republiku

For den Føderative Republik Brasilien

Für die Föderative Republik Brasilien

Brasiilia Liitvabariigi nimel

Για την Ομοσπονδιακή Δημοκρατία της Βραζιλίας

For the Federative Republic of Brazil

Pour la République fédérative du Brésil

Za Saveznu Republiku Brazil

Per la Repubblica federativa del Brasile

Brazīlijas Federatīvās Republikas vārdā –

Brazilijos Federacinės Respublikos vardu

A Brazil Szövetségi Köztársaság részéről

Għar-Repubblika Federattiva tal-Brażil

Voor de Federale Republiek Brazilië

W imieniu Federacyjnej Republiki Brazylii

Pentru Republica Federativă a Braziliei

Za Brazílsku federatívnu republiku

Za Federativno republiko Brazilijo

Brasilian liittotasavallan puolesta

För Förbundsrepubliken Brasilien

Image


REGOLAMENTI

26.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/731

tal-25 ta' April 2017

li jemenda l-mudell taċ-ċertifikati veterinarji BOV-X, BOV-Y, BOV u OVI stabbiliti fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, il-mudelli taċ-ċertifikati GEL, COL, RCG u TCG stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 u ċ-ċertifikat mudell għal prodotti komposti stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(2)(b) u 9(4)(b) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(e) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (4) li jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti kunsinni ta' annimali ħajjin inklużi annimali bovini domestiċi u kunsinni ta' laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem, inkluż laħam frisk ta' annimali bovini, ovini u kaprini domestiċi.

(2)

Il-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 tistabbilixxi mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċijiet Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsubin għat-tgħammir u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni (BOV-X) u mudell ta' ċertifikat veterinarju għal annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċijiet Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsubin sabiex jitbiċċru immedjatament wara l-importazzjoni tagħhom (BOV-Y). Il-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament tistabbilixxi mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk, inkluż laħam ikkapuljat, ta' annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċijiet Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) (BOV) u mudell ta' ċertifikat veterinarju għal laħam frisk, inkluż il-laħam kapuljat, ta' annimali ovini domestiċi (Ovis aries) u annimali kaprini domestiċi (Capra hircus) (OVI). Dawn il-mudelli ta' ċertifikati veterinarji jinkludu garanziji għall-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE, bovine spongiform encephalopathy).

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 (5) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem.

(4)

L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 jistabbilixxi mudell taċ-ċertifikat għal importazzjonijiet tal-ġelatina maħsuba għall-konsum uman (GEL) fil-Parti III tiegħu, mudell taċ-ċertifikat għal importazzjonijiet tal-kollaġen maħsub għall-konsum uman (COL) fil-Parti IV tiegħu, mudell għal importazzjonijiet ta' materja prima għall-produzzjoni ta' ġelatina u l-kollaġen maħsuba għall-konsum uman (RCG) fil-Parti V tiegħu, u mudell taċ-ċertifikat għal importazzjonijiet ta' materja prima trattata għall-produzzjoni ta' ġelatina u kollaġen maħsuba għall-konsum uman (TCG) fil-Parti VI. Dawk il-mudelli ta' ċertifikati veterinarji jinkludu garanziji għall-BSE għal prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 (6) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni jew li jgħaddu minn ġol-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti prodotti komposti maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

(6)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta' prodotti komposti maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Dak il-mudell ta' ċertifikat tas-saħħa jinkludi garanziji għall-BSE għal prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs) f'annimali bovini, ovini u kaprini. Il-Kapitolu B tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' annimali bovini fir-rigward tal-BSE u l-Kapitolu C ta' dak l-Anness jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum mill-bniedem minn annimali bovini, ovini u kaprini fir-rigward tal-BSE.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1396 (8). Dawk l-emendi jipprovdi, fost l-oħrajn, għal kjarifika tar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu B u l-Kapitolu Ċ tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. Dawn jipprovdu wkoll għall-emenda tar-rekwiżit li tiġi indikata strixxa blu fuq it-tikketta tal-karkassi jew tal-qatgħat li jkunu ser jinbiegħu bl-ingrossa tal-karkassi tal-annimali bovini, meta t-tneħħija tal-kolonna vertebrali ma tkunx meħtieġa kif stabbilit fil-Kapitolu Ċ tal-Anness IX ta' dak ir-Regolament. Din l-emenda tirrikjedi li minflok, jenħtieġ tiġi indikata strixxa ħamra fuq it-tikketta meta t-tali tneħħija tkun meħtieġa għal prodotti li joriġinaw minn annimali bovini importati lejn l-Unjoni.

(9)

B'mod partikolari, ir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat mir-Regolament (UE) 2016/1396, jippermetti l-importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum mill-bniedem li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini minn pajjiżi terzi b'riskju negliġibbli ta' BSE kif stabbilit fit-Taqsima B tal-Kapitolu Ċ tal-Anness IX, anke meta dawk il-prodotti jkunu miksubin minn materja prima li tkun ġejja minn pajjiżi b'riskju ta' BSE kkontrollat jew mhux determinat, diment li dak il-materjal ta' riskju speċifikat ikun tneħħa mit-tali materja prima.

(10)

Il-mudelli ta' ċertifikati veterinarji BOV-X u BOV-Y stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I u BOV u OVI stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, il-mudelli ta' ċertifikati veterinarji GEL, COL, RCG u TCG stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/759 u l-mudell ta' ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti komposti stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati biex jirriflettu r-rekwiżiti relatati mal-importazzjonijiet ta' annimali bovini u ta' laħam frisk tal-annimali bovini, ovini u kaprini u ta' prodotti mill-annimali għall-konsum mill-bniedem li joriġina minn annimali bovini, ovini u kaprini, stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat bir-Regolament (UE) 2016/1396.

(11)

Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 u r-Regolament (UE) Nru 28/2012 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(12)

Ir-Regolament (UE) 2016/1396 jipprevedi li l-emendi li għamel fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2017.

(13)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil tal-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-kunsinni ta' annimali bovini, ovini u kaprini ħajjin, ta' laħam frisk ta' annimali bovini, ovini u kaprini domestiċi, ta' ġelatina, kolleġen, materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen u materja prima trattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen maħsuba għall-konsum mill-bniedem u ta' ċertu prodotti komposti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, l-użu ta' ċertifikati maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 206/2010, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 u r-Regolament (UE) Nru 28/2012 kif applikabbli qabel ma ġew introdotti l-emendi permezz ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkompli jiġi awtorizzat matul il-perjodu tranżizzjonali soġġett għal ċertu kundizzjonijiet.

(14)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 huwa emendat b'konformità mal-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

1.   Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2017, il-kunsinni ta' annimali bovini, ovini u kaprini ħajjin akkumpanjati minn mudell ta' ċertifikat maħruġ skont il-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u l-kunsinni ta' laħam frisk ta' annimali bovini, ovini u kaprini domestiċi, akkumpanjati minn mudell ta' ċertifikat maħruġ skont il-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, kif applikabbli qabel l-emendi magħmula minn dan ir-Regolament, għandhom ikomplu jiġu awtorizzati għall-importazzjoni lejn l-Unjoni sakemm iċ-ċertifikat ma jkunx inħareġ aktar tard mit-30 ta' Novembru 2017.

2.   Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2017, il-kunsinni ta' ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem, il-kollaġen maħsub għall-konsum mill-bniedem, il-materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen maħsubin għall-konsum mill-bniedem u l-materja prima trattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen maħsubin għall-konsum mill-bniedem, akkumpanjati minn mudell ta' ċertifikat maħruġ skont il-mudell stabbilit rispettivament fil-Partijiet III, IV, V u VI tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759, kif applikabbli qabel l-emendi magħmula minn dan ir-Regolament, għandhom ikomplu jiġu awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni sakemm iċ-ċertifikat ma jkunx inħareġ aktar tard mit-30 ta' Novembru 2017.

3.   Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2017, il-kunsinni ta' ċerti prodotti komposti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, akkumpanjati minn mudell ta' ċertifikat maħruġ skont il-mudell stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012, kif applikabbli qabel l-emendi magħmula minn dan ir-Regolament, għandhom ikomplu jiġu awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni sakemm iċ-ċertifikat ma jkunx inħareġ aktar tard mit-30 ta' Novembru 2017.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 320.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 tat-28 ta' April 2016 li jfassal listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, li jistabbilixxi ċertifikati, rekwiżiti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u li jħassar id-Deċiżjoni 2003/812/KE (ĠU L 126, 14.5.2016, p. 13).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 tal-11 ta' Jannar 2012, li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta' ċerti prodotti komposti u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE u r-Regolament (KE) Nru 1162/2009 (ĠU L 12, 14.1.2012, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1396 tat-18 ta' Awwissu 2016 li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 225, 19.8.2016, p. 76).


ANNESS I

L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a)

Il-mudell ta' ċertifikat veterinarju BOX-X huwa emendat kif ġej:

(i)

Fil-Parti II.1 Ċertifikazzjoni tas-Saħħa Pubblika, il-punt II.1.3. huwa sostitwit b'dan li ġej:

“II.1.3.

fejn jikkonċerna l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):

(a)

l-annimali huma identifikati permezz ta' sistema ta' identifikazzjoni permanenti li tgħin l-intraċċar tagħhom lura lejn l-omm u l-merħla tal-oriġini, u ma jkunux ġew esposti għall-annimali li ġejjin:

(i)

kwalunkwe każ ta' BSE,

(ii)

annimali bovini li, matul l-ewwel sena ta' ħajjithom, trabbew mal-każijiet ta' BSE matul l-ewwel sena ta' ħajjithom, u li l-investigazzjoni wriet li dawn potenzjalment ikkonsmaw l-istess għalf ikkontaminat matul dak il-perjodu, jew

(iii)

jekk ir-riżultati tal-investigazzjoni msemmija fl-inċiż (ii) mhumiex konklussivi, annimali bovini li twieldu fl-istess merħla, u fi żmien 12-il xahar mit-twelid, tal-każijiet ta' BSE;

(1) (2) jew [(b)

jekk kien hemm każijiet indiġeni ta' BSE fil-pajjiż ikkonċernat, l-annimali twieldu wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' ruminanti bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u qrieqeċ li ġejjin mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, kienet infurzata effettivament jew wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ indiġenu ta' BSE jekk dan twieled wara d-data tal-projbizzjoni tal-għalf.]

(1) (3) jew [(b)

l-annimali twieldu wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' ruminanti bi dqiq mill-laħam u l-għadam mitħun u qrieqeċ li ġejjin mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, kienet infurzata effettivament jew wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ indiġenu ta' BSE jekk dan twieled wara d-data tal-projbizzjoni tal-għalf.]

(1) (4) jew [(b)

l-annimali twieldu mill-anqas sentejn wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' ruminanti bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u qrieqeċ li ġejjin mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, kienet infurzata effettivament jew wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ indiġenu ta' BSE jekk dan twieled wara d-data tal-projbizzjoni tal-għalf.]”

(ii)

Fil-Parti II tan-Noti, in-noti ta' qiegħ il-paġna (2), (3) u (4) jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“(2)

Jgħodd biss jekk l-annimali twieldu u dejjem trabbew f'pajjiż jew f'reġjun jew f'pajjiżi jew f'reġjuni klassifikati skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiżi jew reġjuni li huma ta' riskju negliġibbli tal-BSE.

(3)

Jgħodd biss jekk il-pajjiż jew ir-reġjun huwa klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE.

(4)

Jgħodd biss jekk il-pajjiż jew ir-reġjun ta' oriġini ġie klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE.”

(b)

Il-mudell ta' ċertifikat veterinarju BOX-Y huwa emendat kif ġej:

(i)

Fil-Parti II.1. Ċertifikazzjoni tas-Saħħa Pubblika, il-punt II.1.3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“II.1.3.

fejn jikkonċerna l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):

(a)

l-annimali huma identifikati permezz ta' sistema ta' identifikazzjoni permanenti li tgħin l-intraċċar tagħhom lura lejn l-omm u l-merħla tal-oriġini, u ma jkunux ġew esposti għall-annimali li ġejjin:

(i)

kwalunkwe każ ta' BSE,

(ii)

annimali bovini li, matul l-ewwel sena ta' ħajjithom, trabbew mal-każijiet ta' BSE matul l-ewwel sena ta' ħajjithom, u li l-investigazzjoni wriet li dawn potenzjalment ikkonsmaw l-istess għalf ikkontaminat matul dak il-perjodu, jew

(iii)

jekk ir-riżultati tal-investigazzjoni msemmija fl-inċiż (ii) mhumiex konklussivi, annimali bovini li twieldu fl-istess merħla, u fi żmien 12-il xahar mit-twelid, tal-każijiet ta' BSE;

(1) (2) jew [(b)

jekk kien hemm każijiet indiġeni ta' BSE fil-pajjiż ikkonċernat, l-annimali twieldu wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' ruminanti bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u l-qrieqeċ li ġejjin mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, kienet infurzata effettivament jew wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ indiġenu ta' BSE jekk dan twieled wara d-data tal-projbizzjoni tal-għalf.]

(1) (3) jew [(b)

l-annimali twieldu wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' ruminanti bi dqiq mill-laħam u l-għadam mitħun u qrieqeċ li ġejjin mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, kienet infurzata effettivament jew wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ indiġenu ta' BSE jekk dan twieled wara d-data tal-projbizzjoni tal-għalf.]

(1) (4) jew [(b)

l-annimali twieldu mill-anqas sentejn wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' ruminanti bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u qrieqeċ li ġejjin mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, kienet infurzata effettivament jew wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ indiġenu ta' BSE jekk dan twieled wara d-data tal-projbizzjoni tal-għalf.]”

(ii)

Fil-Parti II tan-Noti, in-noti ta' qiegħ il-paġna (2), (3) u (4) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(2)

Jgħodd biss jekk l-annimali twieldu u dejjem trabbew f'pajjiż jew f'reġjun jew f'pajjiżi jew f'reġjuni klassifikati skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiżi jew reġjuni li huma ta' riskju negliġibbli tal-BSE.

(3)

Jgħodd biss jekk il-pajjiż jew ir-reġjun huwa klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE.

(4)

Jgħodd biss jekk il-pajjiż jew ir-reġjun ta' oriġini ġie klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE.”

(2)

L-Anness II, il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a)

il-mudell ta' ċertifikat veterinarju BOV huwa emendat kif ġej:

(i)

Fil-Parti II.1. Ċertifikazzjoni tas-Saħħa Pubblika, il-punt II.1.9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(1) jew

[II.1.9

fejn jikkonċerna l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):

(a)

il-pajjiż jew ir-reġjun tad-dispaċċ huwa klassifkat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

(1) jew [(b)

l-annimali, li minnhom ġie l-laħam jew l-ikkapuljat:

(i)

twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikati skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

(ii)

nqatlu wara sturdament permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew inqatlu bl-istess mod jew inqatlu b'laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]

(1) jew [(b)

l-annimali, li minnhom ittieħed il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma nqatlux wara sturdament permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew inqatlu bl-istess metodu jew inqatlu b'laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]

(1) jew [(c)

il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhux derivat minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001(*);

(1) jew [(c)

(i)

il-laħam jew il-laħam ikkapuljat huwa derivat minn annimali li joriġinaw minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE jew mhux determinat;

(ii)

il-karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħin f'mhux iktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u r-robbi ma fihomx materjal ta' riskju speċifikat minbarra l-kolonna vertebrali, inkluż il-ganglija tal-għerq dorsali;

(iii)

il-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa tal-karkassi tal-annimali li għandhom iktar minn 30 xahar u li fihom il-kolonna vertebrali għandhom jiġu identifikati permezz ta' strixxa ħamra viżibbli b'mod ċar fuq it-tikketta kif jissemma fl-Artikolu 13 jew 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 (3);]

(1) jew [(d)

il-laħam jew il-laħam ikkapuljat huwa derivat minn laħam separat mekkanikament, miksub minn għadam ta' annimali bovini li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE u li fih ma kienx hemm każijiet indiġeni ta' BSE;]

(1) jew [(d)

il-laħam jew il-laħam ikkapuljat mhuwiex derivat minn laħam separat mekkanikament, miksub mill-għadam ta' annimali bovini;]

(1) [(e)

(i)

l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, joriġinaw minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE;

(ii)

l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;

(iii)

il-laħam jew il-laħam ikkapuljat kien prodott u trattat b'tali mod li jiżgura li ma jkunx fih u ma ġiex kontaminat b'tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar.]]

(1) jew

[II.1.9.

fejn jikkonċerna l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):

(a)

il-pajjiż jew ir-reġjun tad-dispaċċ huwa klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE;

(b)

l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat bovin, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

(1) jew [(c)

il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhuwiex derivat minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali bovini.]

(1) jew [(c)

il-karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħin f'mhux iktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u r-robbi ma fihomx materjal ta' riskju speċifikat minbarra l-kolonna vertebrali, inkluż il-ganglija tal-għerq dorsali. Il-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa tal-karkassi tal-annimali li għandhom iktar minn 30 xahar u li fihom il-kolonna vertebrali għandhom jiġu identifikati permezz ta' strixxa ħamra viżibbli b'mod ċar fuq it-tikketta kif jissemma fl-Artikolu 13 jew 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 (3).]]

(1) jew

[II.1.9.

fejn jikkonċerna l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):

(a)

il-pajjiż jew ir-reġjun tad-dispaċċ ma ġiex klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE jew ġie klassifikat bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE;

(b)

l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;

(c)

l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

(1) jew [(d)

il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhuwiex derivat minn:

(i)

materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(ii)

tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;

(iii)

laħam separat mekkanikament miksub mill-għadam ta' annimali bovini.]

(1) jew [(d)

il-karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħin f'mhux iktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u r-robbi ma fihomx materjal ta' riskju speċifikat minbarra l-kolonna vertebrali, inkluż il-ganglija tal-għerq dorsali. Il-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa tal-karkassi tal-annimali li għandhom iktar minn 30 xahar li fihom il-kolonna vertebrali għandhom jiġu identifikati permezz ta' strixxa ħamra viżibbli b'mod ċar fuq it-tikketta kif jissemma fl-Artikolu 13 jew 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 (3).]]”

(ii)

Fil-Parti II tan-Noti, in-nota (3) ta' qiegħ il-paġna tinbidel b'dan li ġej:

“(3)

L-għadd ta' karkassi bovini jew ta' qatgħat bl-ingrossa ta' karkassi, li minnhom hija meħtieġa t-tneħħija tal-kolonna vertebrali, għandhom jiżdiedu mad-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul (CVED) imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004.”

(iii)

Fil-Parti II tan-Noti, tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna (*) li ġejja:

“(*)

It-tneħħija ta' materjal ta' riskju speċifikat mhijiex meħtieġa jekk il-laħam jew il-laħam ikkapuljat huwa derivat minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż terz jew reġjun ta' pajjiż terz klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE.”

(b)

Il-mudell ta' ċertifikat veterinarju OVI huwa emendat kif ġej:

(i)

Fil-Parti II.1. Ċertifikazzjoni tas-Saħħa Pubblika, il-punt II.1.9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(1) jew

[II.1.9

fejn jikkonċerna l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):

(a)

il-pajjiż jew ir-reġjun tad-dispaċċ huwa klassifkat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

(1) jew [(b)

l-annimali li minnhom jittieħed il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma nqatlux wara sturdament, permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew inqatlu bl-istess metodu jew inqatlu b'laċerazzjoni wara l-isturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]

(1) jew [(b)

l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat:

(i)

twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikati skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

(ii)

nqatlu wara sturdament permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew inqatlu bl-istess mod jew inqatlu b'laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]

(c)

il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhux derivat minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 (*);

(1) jew [(d)

il-laħam jew il-laħam ikkapuljat mhuwiex derivat minn laħam separat mekkanikament, miksub mill-għadam ta' annimali ovini jew kaprini;]

(1) jew [(d)

il-laħam jew il-laħam ikkapuljat huwa derivat minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali ovini jew kaprini li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE u li fih ma kienx hemm każijiet indiġeni ta' BSE;]

(1) [(e)

(i)

l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, joriġinaw minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE;

(ii)

l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;

(iii)

il-laħam jew il-laħam ikkapuljat kien prodott u trattat b'tali mod li jiżgura li ma jkunx fih u ma ġiex kontaminat b'tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar.]]

(1) jew

[II.1.9.

fejn jikkonċerna l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):

(a)

il-pajjiż jew ir-reġjun huwa klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE;

(b)

l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

(c)

il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhuwiex derivat minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali ovini jew kaprini.]

(1) jew

[II.1.9.

fejn jikkonċerna l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):

(a)

il-pajjiż jew ir-reġjun ma ġiex klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE jew ġie klassifikat bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE;

(b)

l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;

(c)

l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument intawwal forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

(d)

il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhuwiex derivat minn:

(i)

materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(ii)

tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;

(iii)

laħam separat mekkanikament li ġej minn għadam ta' annimali ovini jew kaprini.]”

(ii)

Fil-Parti II tan-Noti, tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna (*) li ġejja:

“(*)

It-tneħħija ta' materjal ta' riskju speċifikat mhijiex meħtieġa jekk il-laħam jew il-laħam ikkapuljat huwa derivat minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż terz jew reġjun ta' pajjiż terz klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE.”


ANNESS II

L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti III, il-mudell ta' ċertifikat għall-importazzjonijiet tal-ġelatina maħsuba għall-konsum uman, il-Mudell GEL, huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti II.1 Attestazzjoni tas-Saħħa Pubblika hija sostitwita b'dan li ġej:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niddikjara li jien konxju tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1), ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1) u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55) u niċċertifika li l-ġelatina deskritta hawn fuq ġiet prodotta skont dawk ir-rekwiżiti, b'mod partikolari li:

ġiet minn stabbiliment(i) li jimplimenta(w) programm imsejjes fuq il-prinċipji tal-Analiżi tal-perikli u punti kritiċi ta' kontroll (HACCP) skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004;

ġiet prodotta minn materja prima li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Kapitoli I u II tat-Taqsima XIV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

ġiet prodotta b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III tat-Taqsima XIV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

tissodisfa l-kriterji tal-Kapitolu IV tat-Taqsima XIV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1);

u, jekk toriġina minn annimali bovini, ovini u kaprini,

hija derivata minn annimali li għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u wara l-qatla;

(1) u, minbarra għall-ġelatina derivata minn ġlud ħoxnin u ġlud oħra,

(1) jew

[ġiet minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li jimponi riskju negliġibbli tal-BSE;

il-ġelatina ma fihiex u mhijiex derivata minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1) (2);

il-ġelatina ma fihiex u mhijiex derivata minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini, ħlief għal ġelatina derivata minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE, li fih ma kienx hemm każijiet indiġeni ta' BSE;

l-annimali, li minnhom hija derivata l-ġelatina ma nqatlux wara l-isturdament permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew inqatlu bl-istess metodu jew inqatlu permezz ta' laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, ħlief jekk l-annimali twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

(1) [l-annimali, li minnhom hija derivata l-ġelatina, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE, u l-annimali ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali];

(1) [l-annimali, li minnhom hija derivata l-ġelatina, joriġinaw minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE, u l-ġelatina ġiet prodotta u ġestita b'tali mod li jiżgura li ma kienx fihom u ma kinux kontaminati b'tessut nervuż u limfatiku espost matul il-proċess ta' dissussar.]]

jew

[ġiet minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE;

l-annimali, li minnhom hija derivata l-ġelatina, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

il-ġelatina ma fihiex u mhijiex derivata minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini.]

jew

[din ġiet minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

il-ġelatina hija derivata kemm minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE, kif ukoll minn annimali li twieldu f'pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE, u li ma nqatlux wara l-isturdament permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

il-ġelatina ma fihiex u mhijiex derivata minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini.]

jew

[tkun ġiet minn pajjż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE;

l-annimali, li minnhom hija derivata l-ġelatina, ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;

l-annimali, li minnhom hija derivata l-ġelatina, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

il-ġelatina mhijiex derivata minn:

(i)

materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(ii)

tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;

(iii)

laħam separat mekkanikament li ġej minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini.]”

(b)

Fil-Parti II tan-Noti, tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna (2) li ġejja:

“(2)

It-tneħħija ta' materjal ta' riskju speċifikat mhijiex meħtieġa jekk il-ġelatina hija derivata minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż terz jew reġjun ta' pajjiż terz klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE.”

(2)

Fil-Parti IV, il-mudell ta' ċertifikat għall-importazzjonijiet tal-kollaġen maħsub għall-konsum uman, il-Mudell COL, huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti II.1 Attestazzjoni tas-Saħħa Pubblika hija sostitwita b'dan li ġej:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niddikjara li jien konxju tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1), ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1) u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55) u niċċertifika li l-kollaġen deskritt hawn fuq kien prodott skont dawk ir-rekwiżiti, b'mod partikolari li:

ġie minn stabbiliment(i) li jimplimenta(w) programm imsejjes fuq il-prinċipji tal-Analiżi tal-perikli u punti kritiċi ta' kontroll (HACCP) skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004;

ġie prodott minn materja prima li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Kapitoli I u II tat-Taqsima XV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

ġie prodott b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III tat-Taqsima XV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

jissodisfa l-kriterji tal-Kapitolu IV tat-Taqsima XV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1);

(1) u, jekk joriġina minn annimali bovini, ovini u kaprini,

huwa derivat minn annimali li għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u wara l-qatla;

(1) u, minbarra għall-kollaġen derivat minn ġlud ħoxnin u ġlud oħra,

(1) jew

[ġiet minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li jimponi riskju negliġibbli tal-BSE;

il-kollaġen ma fihx u mhuwiex derivat minn, materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1) (2);

il-kollaġen ma fihx u mhuwiex derivat minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini, ħlief jekk il-kollaġen huwa derivat minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE, li fih ma kienx hemm każijiet indiġeni ta' BSE;

l-annimali li minnhom huwa derivat il-kollaġen ma nqatlux wara l-isturdament permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew inqatlu bl-istess metodu jew inqatlu permezz ta' laċerazzjoni wara l-isturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, ħlief jekk l-annimali twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

(1) [l-annimali, li minnhom huwa derivat il-kollaġen, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE, u l-annimali ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE];

(1) [l-annimali, li minnhom huwa derivat il-kollaġen, joriġinaw minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE, u l-kollaġen ġie prodott u ġestit b'tali mod li jiżgura li ma kienx fih u ma kienx kontaminat b'tessut nervuż u limfatiku espost matul il-proċess ta' dissussar.]]

(1) jew

[ġiet minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE;

l-annimali, li minnhom huwa derivat il-kollaġen, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

il-kollaġen ma fihx u mhuwiex derivat minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini.]

(1) jew

[tkun ġiet minn pajjż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE;

l-annimali, li minnhom huwa derivat il-kollaġen, ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;

l-annimali, li minnhom huwa derivat il-kollaġen, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

il-kollaġen mhuwiex derivat minn:

(i)

materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(ii)

tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;

(iii)

laħam separat mekkanikament li ġej minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini.]”

(b)

Fil-Parti II tan-Noti, tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna (2) li ġejja:

“(2)

It-tneħħija ta' materjal ta' riskju speċifikat mhijiex meħtieġa jekk il-kollaġen huwa derivat minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż terz jew reġjun ta' pajjiż terz klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE.”

(3)

Fil-Parti V, il-mudell ta' ċertifikat għall-importazzjonijiet ta' materja prima għall-produzzjoni ta' ġelatina/kollaġen maħsub għall-konsum uman, il-Mudell RCG, huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti II.1 Attestazzjoni tas-Saħħa Pubblika hija sostitwita b'dan li ġej:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niddikjara li jien konxju tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1), ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1), ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55) u r-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206) u niċċertifika li l-materja prima deskritta hawn fuq tikkonforma ma' dawk ir-rekwiżiti, b'mod partikolari li:

(1) [l-għadam, il-ġlud ħoxnin u l-ġlud ta' annimali domestiċi u ruminanti u mrobbija f'azjenda agrikola, tal-ħnieżer u tat-tjur u l-għeruq u l-ligamenti deskritti hawn fuq huwa derivati minn annimali li nqatlu f'biċċerija u li l-karkassi tagħhom instabu tajba għall-konsum uman wara spezzjoni ta' qabel u wara l-qatla,]

u/jew

(1) [il-ġlud ħoxnin, il-ġlud u l-għadam tal-kaċċa selvaġġa deskritti hawn fuq huma derivati minn annimali li nqatlu f'biċċerija u li l-karkassi tagħhom instabu tajba għall-konsum uman wara spezzjoni ta' qabel u wara l-qatla,]

u/jew

(1) [il-ġlud u l-għadam tal-ħut deskritti hawn fuq huma derivati minn impjanti li jimmanifatturaw il-prodotti tal-ħut għall-konsum uman awtorizzati għall-esportazzjoni,]

(1) u, jekk jorġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini,

dawn kienu derivati minn annimali li għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u wara l-qatla;

(1) u, għajr għall-ġlud ħoxnin u l-ġlud tar-ruminanti,

(1) jew

[dawn ġew minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta'riskju negliġibbli tal-BSE;

ma fihomx u mhumiex derivati minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1) (6);

ma fihomx u mhumiex derivati minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam tal-annimali bovini, ovini jew kaprini, ħlief jekk l-animali, li minnhom hija derivata l-materja prima twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE li fih ma kienx hemm każijiet indiġeni ta' BSE;

l-annimali li minnhom hija derivata l-materja prima, ma nqatlux wara l-isturdament permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew inqatlu bl-istess metodu jew inqatlu permezz ta' laċerazzjoni wara l-isturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, ħlief jekk l-annimali twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

(1) [l-annimali, li minnhom hija derivata l-materja prima, joriġinaw minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE, u l-annimali ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali];

(1) [l-annimali, li minnhom hija derivata l-materja prima, joriġinaw minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE, u l-materji primi ġew prodotti u trattati b'tali mod li jiġi żgurat li ma kienx fihom u ma kinux kontaminati b'tessut nervuż u limfatiku espost matul il-proċess ta' dissussar.]]

(1) jew

[dawn ġew minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE;

l-annimali, li minnhom hija derivata l-materja prima li toriġina mill-annimali bovini, ovini u kaprini maħsuba għall-esportazzjoni, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħla fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

il-materja prima li toriġina minn annimali bovini, ovini u kaprini ma fihiex u mhijiex derivata minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat mekkanikament li ġej minn għadam tal-annimali bovini, ovini jew kaprini.]

(1) jew

[din ġejja minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE;

l-annimali, li minnhom hija derivata l-materja prima, ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;

l-annimali li minnhom hija derivata l-materja prima li toriġina minn annimali bovini, ovini u kaprini, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

il-materja prima mhijiex derivata minn:

(i)

materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(ii)

tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;

(iii)

laħam separat mekkanikament li ġej minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini.]”

(b)

Fil-Parti II tan-Noti, tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna (6) li ġejja:

“(6)

It-tneħħija ta' materjal ta' riskju speċifikat mhijiex meħtieġa jekk il-materja prima hija derivata minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż terz jew reġjun ta' pajjiż terz klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE.”

(4)

Fil-Parti VI, il-mudell ta' ċertifikat għall-importazzjonijiet tal-materja prima trattata għall-produzzjoni ta' ġelatina/kollaġen maħsub għall-konsum uman, il-Mudell TCG, huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti II.1 Attestazzjoni tas-Saħħa Pubblika hija sostitwita b'dan li ġej:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-materja prima trattata deskritta hawn fuq tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

ġejja minn stabbilimenti taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti u elenkati minnha

u

(1) [l-għadam, il-ġlud ħoxnin u l-ġlud ta' annimali domestiċi u ruminanti u mrobbija f'azjenda agrikola, tal-ħnieżer u tat-tjur deskritti hawn fuq ġejjin minn annimali li nqatlu f'biċċerija u li l-karkassi tagħhom instabu tajba għall-konsum uman wara spezzjoni ta' qabel u wara l-qatla,]

(1) u/jew

[il-ġlud ħoxnin, il-ġlud u l-għadam tal-kaċċa selvaġġa deskritti hawn fuq ġejjin minn annimali li nqatlu f'biċċerija u li l-karkassi tagħhom instabu tajba għall-konsum uman wara spezzjoni ta' qabel u wara l-qatla,]

(1) u/jew

[il-ġlud u l-għadam tal-ħut deskritti hawn fuq huma derivati minn impjanti li jimmanifatturaw il-prodotti tal-ħut għall-konsum uman awtorizzati għall-esportazzjoni,]

u

(1) jew

[huma għadam imnixxef tal-ispeċijiet tal-annimali bovini, ovini, kaprini, porċini u ekwini, inklużi annimali mrobbija f'azjenda agrikola u annimali selvaġġi, tjur inklużi l-għasafar li ma jtirux u tal-kaċċa bir-rix għall-produzzjoni ta' kollaġen jew ġelatina, huma derivati minn annimali b'saħħithom imbiċċra f'biċċerija, u dawn ġew trattati kif ġej:

(1) jew

[ġew imfarrka f'biċċiet ta' madwar 15-il mm u x-xaħam tagħhom imneħħi permezz ta' ilma jaħraq f'temperatura minima ta' 70 °C għal mill-anqas 30 minuta, temperatura minima ta' 80 °C għal mill-anqas 15-il minuta, jew temperatura minima ta' 90 °C għal mill-anqas 10 minuti, u mbagħad separati u sussegwentement maħsula u mnixxfa għal mill-anqas 20 minuta f'kurrent ta' arja sħuna, b'temperatura minima inizjali ta' 350 °C, jew għal 15-il minuta f'kurrent ta' arja sħuna b'temperatura inizjali ta' iktar minn 700 °C.]

(1) jew

[imnixxfa fix-xemx għal perjodu minimu ta' 42 jum f'temperatura medja ta' mill-anqas 20 °C.]

(1) jew

[ġew trattati bl-aċidu b'tali mod li l-pH jinżamm anqas minn 6 sal-qalba għal mill-anqas siegħa qabel it-tnixxif.]]

(1) jew

[huma ġlud ħoxnin u ġlud oħra ta' annimali ruminanti mrobbija f'azjenda agrikola, ġlud tal-majjal, ġlud tat-tjur, jew ġlud ħoxnin u ġlud tal-kaċċa selvaġġa, huma derivati minn annimali b'saħħithom u huma:

(1) jew

[għaddew minn trattament tal-alkali biex jiżgura pH> 12 sal-qalba segwit minn tmelliħ għal mill-anqas sebat ijiem]

(1) jew

[tnixxfu għal ta' mill-anqas 42 jum f'temperatura ta' mill-anqas 20 °C.]

(1) jew

[għaddew minn trattament ta' aċidu li jipprovdi mill-anqas pH ta' anqas minn 5 sal-qalba għal mill-anqas siegħa.]

(1) jew

[għaddew minn trattament tal-alkali li jiżgura pH> 12 fil-qalba għal mill-anqas 8 sigħat.]]

(1) jew

[dawn huma għadam, ġlud ħoxnin u ġlud ta' annimali ruminanti mrobbija f'azjenda agrikola, ġlud tal-ħnieżer, ġlud tat-tjur, ġlud tal-ħut u ġlud ħoxnin u ġlud ta' bhejjem tal-kaċċa slavaġġ minn pajjiżi terzi, partijiet ta' pajjiżi terzi u territorji msemmija fil-Parti IV tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 tat-28 ta' April 2016 li jfassal listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, li jistabbilixxi ċertifikati, rekwiżiti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u li jħassar id-Deċiżjoni 2003/812/KE (ĠU L 126, 14.5.2016, p. 13) li jkunu ġew trattati bi kwalunkwe mod differenti minn dawk elenkati hawn fuq, u li ġew minn stabbilimenti reġistrati jew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jew skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004

(1) u, jekk joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini,

dawn huma derivati minn annimali li għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u wara l-qatla;

(1) u, għajr għall-ġlud ħoxnin u l-ġlud tar-ruminanti,

(1) jew

[dawn ġew minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta'riskju negliġibbli tal-BSE;

ma fihomx u mhumiex derivati minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1) (4);

ma fihomx u mhumiex derivati minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam tal-annimali bovini, ovini jew kaprini, ħlief jekk l-animali, li minnhom hija derivata l-materja prima ttrattata twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE li fih ma kienx hemm każijiet indiġeni ta' BSE;

l-annimali li minnhom hija derivati l-materja prima trattata, ma nqatlux wara l-isturdament permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew inqatlu bl-istess metodu jew inqatlu permezz ta' laċerazzjoni wara l-isturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, ħlief jekk l-annimali twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

(1) [l-annimali, li minnhom hija derivata l-materja prima trattata, joriġinaw f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE, u l-annimali ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali];

(1) [l-annimali, li minnhom hija derivata l-materja prima trattata, joriġinaw f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE, il-prodotti ġew prodotti u trattati b'tali mod li jiżgura li ma kienx fihom u ma kinux kontaminati b'tessut nervuż u limfatiku espost matul il-proċess ta' dissussar.]]

(1) jew

[dawn ġew minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE;

l-annimali, li minnhom hija derivata l-materja prima trattata li toriġina minn annimali bovini, ovini u kaprini maħsuba għall-esportazzjoni, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

il-materja prima trattata li toriġina minn annimali bovini, ovini u kaprini ma fihiex u mhijiex ġejja minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat mekkanikament li ġej minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini;]

(1) jew

[din ġejja minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84) bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE;

l-annimali li minnhom hija derivata l-materja prima ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ derivati mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;

l-annimali, li minnhom hija derivata l-materja prima trattata li toriġina minn annimali bovini, ovini u kaprini, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

il-materja prima trattata mhijiex derivata minn:

(i)

materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(ii)

tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;

(iii)

laħam separat mekkanikament li ġej minn għadam tal-annimali bovini, ovini jew kaprini.]]”

(b)

Fil-Parti II tan-Noti, tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna (4) li ġejja:

“(4)

It-tneħħija ta' materjal ta' riskju speċifikat mhijiex meħtieġa jekk il-materja prima trattata hija derivata minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż terz jew reġjun ta' pajjiż terz klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE.”


ANNESS III

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012, il-mudell ta' ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' prodotti komposti maħsuba għall-konsum mill-bniedem huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Punt II.2. A tal-Parti II Informazzjoni tas-Saħħa, il-punt (E) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(E)

Jekk fih materjal mill-annimali bovini, ovini jew kaprini, il-laħam frisk u/jew l-imsaren użati fit-tħejjija tal-prodotti tal-laħam u/jew l-imsaren trattati għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin skont il-kategorija tar-riskju tal-BSE tal-pajjiż tal-oriġini:

(1) [(E.1)

il-pajjiż jew ir-reġjun huwa kklassifkat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

1.

l-annimali, li minnhom huma derivati l-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini, għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u wara l-qatla;

2.

il-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex derivati minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11);

3.

il-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex derivati minn laħam separat mekkanikament miksub mill-għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini, ħlief għal prodotti mill-annimali bovini, ovini u kaprini li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE li fih ma kienx hemm każijiet indiġeni ta' BSE;

4.

l-annimali, li minnhom huma derivati l-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini, ma nqatlux wara l-isturdament permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew inqatlu bl-istess metodu jew inqatlu permezz ta' laċerazzjoni wara l-isturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, ħlief jekk l-annimali twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE;

5.

jekk l-annimali, li minnhom huma derivati l-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini, joriġinaw f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE, dawn l-annimali ma ġewx mitmugħa bi dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun jew qrieqeċ, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, u l-prodotti ġew prodotti u trattati b'tali mod li jiżgura li ma kienx fiha u ma kinitx kontaminata b'tessut nervuż u limfatiku espost matul il-proċess ta' dissussar.]

(1) jew [(E2)

għall-importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE;

1.

l-annimali, li minnhom huma derivati l-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini, għaddew mill-ispezzjoni ta' qabel u ta' wara l-qtil u ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

2.

il-prodotti li jorġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex derivati minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat mekkanikament li ġej mill-għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini.

(1) (4) 3.

Fil-każ tal-imsaren li s-sors oriġinali tagħhom kien pajjiż jew reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE, l-importazzjonijiet tal-imsaren trattati għandhom ikunu soġġetti għal dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

il-pajjiż jew ir-reġjun huwa klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju kkontrollat tal-BSE;

(b)

l-annimali, li minnhom huma derivati l-prodotti li jorġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini, twieldu, dejjem trabbew u nqatlu fil-pajjiż jew fir-reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE u għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u ta' wara l-qtil;

(1) (c)

jekk l-intestini ġejjin minn pajjiż jew reġjun fejn kien hemm każijiet indiġeni ta' BSE:

(i)

l-annimali twieldu wara d-data li minnha ġiet infurzata l-projbizzjoni fuq l-alimentazzjoni tar-ruminanti bid-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u bil-qrieqeċ derivati mir-ruminanti; jew inkella

(ii)

il-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex derivati minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.]

(1) jew [(E.3)

għall-importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE:

1.

l-annimali, li minnhom huma derivati l-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini, ma ġewx mitmugħa dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u qrieqeċ derivati mir-ruminanti, kif definiti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, u għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u ta' wara l-qtil;

2.

l-annimali, li minnhom huma derivati l-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument twil fil-forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali;

3.

il-prodotti li ġejjin minn annimali bovini, ovini u kaprini mhumiex derivati minn:

(a)

materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(b)

tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;

(c)

laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini.

(1) (4) 4.

Fil-każ tal-imsaren li s-sors oriġinali tagħhom kien pajjiż jew reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE, l-importazzjonijiet tal-imsaren trattati għandhom ikunu soġġetti għal dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

il-pajjiż jew ir-reġjun huwa klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju indeterminati tal-BSE;

(b)

l-annimali, li minnhom huma derivati l-prodotti li jorġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini, twieldu, dejjem trabbew u nqatlu fil-pajjiż jew fir-reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE u għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u ta' wara l-qtil;

(1) (c)

jekk l-intestini ġejjin minn pajjiż jew reġjun fejn kien hemm każijiet indiġeni ta' BSE:

(i)

l-annimali twieldu wara d-data li minnha ġiet infurzata l-projbizzjoni fuq l-alimentazzjoni tar-ruminanti bid-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u bil-qrieqeċ derivati mir-ruminanti; jew inkella

(ii)

il-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex derivati minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.]”

(2)

Fil-Parti II tan-Noti, tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna (11) li ġejja:

“(11)

It-tneħħija ta' materjal ta' riskju speċifikat mhux meħtieġ jekk il-prodotti li joriġinaw mill-annimali bovini, ovini u kaprini huma derivati minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u nqatlu f'pajjiż terz jew reġjun ta' pajjiż terz klassifikat skont id-Deċiżjoni 2007/453/KE li huwa ta' riskju negliġibbli tal-BSE.”


26.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/732

tal-25 ta' April 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

288,4

MA

98,4

TR

122,6

ZZ

169,8

0707 00 05

MA

79,4

TR

152,9

ZZ

116,2

0709 93 10

MA

78,6

TR

141,3

ZZ

110,0

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

51,7

IL

80,7

MA

50,0

TR

71,4

ZZ

63,5

0805 50 10

AR

68,9

TR

67,0

ZZ

68,0

0808 10 80

AR

89,5

BR

108,0

CL

131,3

CN

147,6

NZ

152,0

US

116,7

ZA

80,7

ZZ

118,0

0808 30 90

AR

155,6

CL

132,6

CN

81,4

ZA

123,6

ZZ

123,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

26.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/733

tal-25 ta' April 2017

dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Kroazja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja jipprevedi li d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen mhux imsemmija fl-Artikolu 4(1) ta' dak l-Att għandhom japplikaw biss fil-Kroazja wara deċiżjoni tal-Kunsill għal dak l-għan, wara verifika, skont il-proċeduri ta' evalwazzjoni ta' Schengen applikabbli, li l-Kroazja ssodisfat il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-partijiet kollha tal-acquis rilevanti, inkluż l-applikazzjoni effettiva tar-regoli kollha ta' Schengen skont l-istandards komuni maqbula u l-prinċipji fundamentali.

(2)

Il-proċeduri ta' evalwazzjoni ta' Schengen applikabbli huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (2).

(3)

L-evalwazzjoni ta' Schengen dwar il-protezzjoni tad-data twettqet fil-Kroazja fi Frar 2016. Il-Kummissjoni adottat, permezz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni, rapport ta' evalwazzjoni li jikkonferma li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen dwar il-protezzjoni tad-data ġew issodisfati fil-Kroazja.

(4)

Skont l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/450 (3) ġie vverifikat li, mil-lat tekniku, is-sistema Kroata nazzjonali (N.SIS) hija lesta biex tiġi integrata fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (“SIS”).

(5)

Għaldaqstant billi l-Kroazja għamlet l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa biex tiġi proċessata d-data tas-SIS u tiġi skambjata informazzjoni supplimentari, issa huwa possibbli li l-Kunsill jiffissa data li minnha għandu japplika l-acquis ta' Schengen dwar is-SIS fil-Kroazja.

(6)

Jenħtieġ li d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni jippermetti li d-data tas-SIS tiġi ttrasferita lejn il-Kroazja. Jenħtieġ li l-użu konkret ta' din id-data jippermetti li l-Kummissjoni tivverifika l-applikazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-SIS fil-Kroazja. Ladarba jiġi vverifikat li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-partijiet kollha tal-acquis ta' Schengen fil-Kroazja, jenħtieġ li l-Kroazja tiddeċiedi dwar it-tneħħija tal-kontrolli mal-fruntieri interni.

(7)

Jenħtieġ li tiġi adottata Deċiżjoni tal-Kunsill separata li tistabbilixxi data għat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni. Sad-data stabbilita f'dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li jiġu imposti ċerti restrizzjonijiet fuq l-użu tas-SIS fil-Kroazja.

(8)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (4), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt G tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (5).

(9)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (6) li taqa' fil-qasam imsemmi fil-punt G tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (7) u mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI (8).

(10)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fit-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (9) li jaqa' fil-qasam imsemmi fil-punt G tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE (10) u l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (11),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċifikati f'dan l-Artikolu, mis-27 ta' Ġunju 2017, id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (“SIS”), stipulati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw fir-Repubblika tal-Kroazja fir-relazzjonijiet tagħha ma':

(a)

ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Iżvezja;

(b)

ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq fir-rigward tad-dispożizzjonijiet imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI (12); u

(c)

ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein.

2.   Mit-2 ta' Mejju 2017, l-allerti koperti bid-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI u r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) ta' dik id-Deċiżjoni u fil-punt (a) tal-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, kif ukoll informazzjoni supplimentari u data addizzjonali, kif definit fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) ta' dik id-Deċiżjoni u l-punti (b) u (c) tal-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament, li huma relatati ma' dawk l-allerti, jistgħu jsiru disponibbli għall-Kroazja f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Deċiżjoni u dak ir-Regolament.

3.   Mis-27 ta' Ġunju 2017, il-Kroazja għandha tkun tista' ddaħħal allerti u data addizzjonali fis-SIS, tuża data tas-SIS u tiskambja informazzjoni supplimentari, soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4.

4.   Sakemm jitneħħew il-kontrolli mal-fruntieri interni, il-Kroazja għandha:

(a)

ma tkunx obbligata tirrifjuta d-dħul jew is-soġġorn lil ċittadini ta' pajjiż terz fit-territorju tagħha jekk ikun inħareġ allert għalihom mingħand Stat Membru ieħor għall-finijiet li jiġu rrifjutati d-dħul jew is-soġġorn skont ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006;

(b)

toqgħod lura milli ddaħħal fis-SIS allerti u data addizjonali, kif ukoll milli tiskambja informazzjoni supplimentari dwar ċittadini ta' pajjiż terz, għall-finijiet li jiġu rrifjutati d-dħul jew is-soġġorn skont ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' April 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

I. BORG


(1)  Opinjoni tal-5 ta' April 2017 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/450 tas-16 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tat-testijiet għall-Istati Membri li qed jintegraw ruħhom fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) jew li qegħdin jibdlu sostanzjalment is-sistemi nazzjonali direttament relatati tagħhom (ĠU L 74, 18.3.2015, p. 31).

(4)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(6)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-żvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).

(9)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat b'mod partikolari mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 1).

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen Tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).


ANNESS

Lista tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen skont l-Artikolu 4(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja

1.

Ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' reġistrazzjoni tal-vetturi (1);

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (2);

3.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (3).


(1)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.

(3)  ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63.


26.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/734

tal-25 ta' April 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/184/PESK (1) dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma.

(2)

Fil-21 ta' April 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/627 (2) li ġġedded il-miżuri restrittivi sat-30 ta' April 2017.

(3)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sat-30 ta' April 2018.

(4)

Għalhekk, jeħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/184/PESK tiġi emendata kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta' April 2018. Għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta' April 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

I. BORG


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/627 tal-21 ta' April 2016 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma (ĠU L 106, 22.4.2016, p. 23).