ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 104

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
20 ta' April 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/702 tal-4 ta' April 2017 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Marche (IĠP))

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/703 tal-5 ta' April 2017 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Vitelloni Piemontesi della coscia (IĠP))

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/704 tad-19 ta' April 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 891/2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/705 tad-19 ta' April 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/706 tad-19 ta' April 2017 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tas-sensitizzazzjoni tal-ġilda u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1688 ( 1 )

8

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/707 tad-19 ta' April 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

12

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/708 tad-19 ta' April 2017 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti mill-1 sas-7 ta' April 2017 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għat-tewm

14

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/709 tad-19 ta' April 2017 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' April 2017 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

16

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/710 tat-3 ta' April 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda għall-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE (Emissjonijiet ta' CO2)

20

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/711 tat-18 ta' April 2017 dwar talba għal deroga mir-Renju tad-Danimarka u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (notifikata bid-dokument C(2017) 2371)

26

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

20.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/702

tal-4 ta' April 2017

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Marche (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Marche”, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk id-denominazzjoni “Marche” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Marche” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 474, 17.12.2016, p. 6.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


20.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/703

tal-5 ta' April 2017

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Vitelloni Piemontesi della coscia (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Vitelloni Piemontesi della coscia” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li d-denominazzjoni “Vitelloni Piemontesi della coscia” tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Vitelloni Piemontesi della coscia” (IĠP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni) imniżżel fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 481, 23.12.2016, p. 21.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


20.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/704

tad-19 ta' April 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 891/2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (2) (“l-FSA”) ġie ffirmat fis-16 ta' Ġunju 2008 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2015. L-Artikolu 27(3) tal-FSA jipprovdi aċċess bla dazju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw fil-Bożnija-Ħerzegovina tal-intestaturi 1701 u 1702 tan-Nomenklatura Magħquda, fil-limitu ta' kwota tariffarja annwali ta' 12 000 tunnellata.

(2)

Il-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fil-15 ta' Diċembru 2016 sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (3) (“il-Protokoll”). L-iffirmar tiegħu f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-applikazzjoni proviżorja tiegħu kienet awtorizzata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/75 (4).

(3)

L-Artikolu 2(1) tal-Protokoll jipprevedi bidliet fil-kwoti tariffarji eżistenti għaz-zokkor li joriġina fil-Bożnja-Ħerzegovina b'effett mill-1 ta' Frar 2017. Il-kwota tariffarja annwali għaz-zokkor qed tiżdied minn 12 000 tunnellata għal 13 210 tunnellata.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 (5) jipprovdi għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur taz-zokkor, inklużi dawk li joriġinaw fil-Bożnija-Ħerzegovina. Sabiex wieħed jimplimenta l-kwoti tariffarji taz-zokkor preskritti fil-Protokoll, jeħtieġ għalhekk li dan ir-Regolament jiġi emendat skont dan.

(5)

Billi l-Protokoll japplika mill-1 ta' Frar 2017, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

“(f)

L-Artikolu 27(3) tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (*1), kif emendat bil-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (*2),

(*1)  ĠU L 164, 30.6.2015, p. 2"

(*2)  ĠU L 12, 17.1.2017, p. 3.”"

(2)

Fl-Anness I, il-Parti II jinbidel bit-test tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Frar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 164, 30.6.2015, p. 2.

(3)  ĠU L 12, 17.1.2017, p. 3.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/75 tal-21 ta' Novembru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 12, 17.1.2017, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82).


ANNESS

“Parti II: Zokkor Balkani

Pajjiż Terz jew Territorju Doganali

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

Kwantitajiet (tunnellati)

Rata fil-kwota (EUR/tunnellata)

L-Albanija

09.4324

1701 u 1702

1 000

0

Il-Bożnija-Ħerzegovina

09.4325

1701 u 1702

13 210

0

Is-Serbja

09.4326

1701 u 1702

181 000

0

L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

09.4327

1701 u 1702

7 000

0”


20.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/705

tad-19 ta' April 2017

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(b) u (e) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti, (minn hawn 'il quddiem in-“Nomenklatura Magħquda” jew “NM”), li hija stabbilita fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(2)

It-test attwali tal-kodiċi NM 1905 90 60 jirreferi għal sustanza ta' ħlewwa miżjuda li tqajjem dubji dwar il-kopertura ta' dak il-kodiċi NM u mhijiex eżatta biżżejjed biex tippermetti l-klassifikazzjoni abbażi ta' analiżi fil-laboratorju. Il-kliem “ħlewwa miżjuda” għandu jitħassar billi mhux possibbli li jinstab jekk il-kontenut taz-zokkor huwiex naturali, u għalhekk il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 1905 90 90, jew jekk ġie miżjud zokkor il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 1905 90 60. Il-kliem “sustanza ta' ħlewwa” huwa vag wisq peress li jkopri s-sustanzi kollha naturali u artifiċjali li għandhom togħma ħelwa mingħajr ma jindika l-ebda limitu għall-kontenut ta' sustanza ta' ħlewwa fil-prodott. Dan jista' jirriżulta f'applikazzjoni ta' limiti minimi differenti jew f'nuqqas ta' oġġettività fil-prova tal-preżenza tas-sustanza ta' ħlewwa fil-prodott.

(3)

Biex jiġu evalwati l-ammonti tad-dazji doganali miġbura mal-importazzjoni ta' prodotti li fihom anqas minn 5 % bil-piż ta' sukrożju, zokkor invertit jew isoglukożju taħt kull wieħed minn dawn il-kodiċijiet NM, saret analiżi statistika fir-rigward tal-kodiċijiet NM 1905 90 60 u 1905 90 90 attwali. L-analiżi statistika wriet li f'għadd sinifikanti ta' importazzjonijiet, il-prodotti kklassifikati taħt il-kodiċi NM 1905 90 60 kellhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM 1905 90 90 jew viċi versa, fir-rigward tal-kriterju ta' “sustanza ta' ħlewwa”. Għalhekk, it-test tal-kodiċi NM 1905 90 60, jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jintroduċi kriterju ċar għad-distinzjoni bejn iż-żewġ gruppi ta' prodotti. Il-perċentwali, skont il-piż, ta' sukrożju, zokkor invertit jew isoglukożju jipprovdi kriterju aktar oġġettiv u għalhekk jista' jiġi applikat aktar faċilment għall-finijiet ta' analiżi fil-laboratorju.

(4)

Billi n-NM hija wkoll nomenklatura statistika, jeħtieġ li s-seba' u t-tmien ċifra tal-kodiċijiet NM ikkonċernati jinbidlu fl-istess ħin tal-bidla tal-kopertura ta' dawk il-kodiċijiet NM sabiex jista' jsir immaniġġjar xieraq tad-dejta statistika wara l-bidla.

(5)

B'kont meħud tal-fatt li, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-Anness I ta' dak ir-Regolament għandu jiġi mibdul b'effett mill-1 ta' Jannar 2018, dawk il-kodiċijiet NM il-ġodda għandhom japplikaw biss mill-1 ta' Jannar 2018.

(6)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

I-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kapitolu 19 tal-Parti Tnejn tan-Nomenklatura Magħquda stipulata fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 hija emendata kif ġej:

(a)

ir-ringieli għall-kodiċijiet NM 1905 90 60 u 1905 90 90 jitħassru;

(b)

jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin:

“1905 90 70

Li fihom 5 % jew aktar, bil-piż ta' sukrożju, zokkor invertit jew isoglukożju

9 + EA MAX

24,2 + AD S/Z (2)

1905 90 80

Oħrajn

9 + EA MAX

20,7 + AD F/M (2)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ara l-Anness 1.”


20.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/706

tad-19 ta' April 2017

li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tas-sensitizzazzjoni tal-ġilda u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1688

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 131 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistabbilixxi r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tas-sustanzi manifatturati jew importati fl-Unjoni waħedhom, f'taħlitiet jew f'oġġetti. Kif xieraq, ir-reġistranti jridu jipprovdu it-tagħrif meħtieġ bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni.

(2)

L-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistipula li l-metodi ta' ttestjar li jintużaw biex jiġi ġġenerat tagħrif dwar il-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi meħtieġ skont dak ir-Regolament, iridu jiġu eżaminati u mtejba regolarment biex jitnaqqas l-ittestjar fuq l-annimali vertebrati u l-għadd ta' annimali involuti. Hekk kif ikunu disponibbli metodi ta' ttestjar validati u xierqa, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 (2) u l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom jiġu emendati, jekk dan ikun rilevanti, biex jissostitwixxu, inaqqsu jew jirfinaw l-ittestjar fuq l-annimali. Għandhom jitqiesu wkoll il-prinċipji tas-sostituzzjoni, tat-tnaqqis u tal-irfinar, stipulati fid-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, hemm bżonn ta' studji in vivo biex jiġi ġġenerat tagħrif dwar is-sensitizzazzjoni tal-ġilda fil-punt 8.3 tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(4)

F'dawn l-aħħar snin, sar progress xjentifiku sinifikanti fl-iżvilupp ta' metodi ta' ttestjar alternattivi għas-sensitizzazzjoni tal-ġilda. Diversi metodi kimiċi/in vitro ta' ttestjar ġew ivvalidati mil-Laboratorju ta' Referenza għall-Alternattivi għall-Ittestjar fuq l-Annimali tal-Unjoni Ewropea (EURL ECVAM) u/jew maqbula internazzjonalment mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD). B'dawn il-metodi ta' ttestjar jista' jiġi ġġenerat tagħrif adegwat biex jiġi vvalutat jekk sustanza tikkawżax sensitizzazzjoni tal-ġilda mingħajr ma jkun hemm bżonn jintuża l-ittestjar in vivo meta jiġu applikati f'kombinazzjoni xierqa fil-qafas ta' approċċ integrat għall-ittestjar u għall-valutazzjoni (IATA).

(5)

Sabiex jitnaqqas l-ittestjar fuq l-annimali, il-punt 8.3 tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat biex jippermetti l-użu ta' dawn il-metodi alternattivi, meta t-tagħrif adegwat ikun jista' jinkiseb permezz ta' dan l-approċċ u meta l-metodi ta' ttestjar disponibbli jkunu applikabbli għas-sustanza li tkun trid tiġi ttestjata.

(6)

Il-metodi alternattivi ta' ttestjar attwalment disponibbli u maqbula mill-OECD huma bbażati fuq passaġġ tal-eżitu avvers (AOP — adverse outcome pathway) li tiddeskrivi l-għarfien mekkanistiku dwar l-iżvilupp tas-sensitizzazzjoni tal-ġilda. Dawn il-metodi mhumiex maħsuba biex jintużaw waħedhom, iżda biex jiġu applikati flimkien. Għall-valutazzjoni komprensiva tas-sensitizzazzjoni tal-ġilda, tipikament għandhom jintużaw il-metodi li jindirizzaw l-ewwel tliet avvenimenti ewlenin tal-AOP.

(7)

Madankollu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jista' jkun possibbli li wieħed jikseb biżżejjed tagħrif mingħajr ma jindirizza espliċitament it-tliet avvenimenti ewlenin kollha b'metodi ta' ttestjar separati. Għalhekk, ir-reġistranti għandhom jingħataw il-possibbiltà li jiġġustifikaw xjentifikament l-ommissjoni ta' testijiet li jindirizzaw ċerti avvenimenti ewlenin.

(8)

Il-metodu ta' ttestjar indikat bħala l-ewwel għażla għall-ittestjar in vivo, l-assaġġ lokali tal-limfonodi (Local Lymph Node Assay — LLNA), jipprovdi tagħrif dwar il-qawwa tal-potenzjal ta' sensitizzazzjoni ta' sustanza. L-identifikazzjoni ta' sensitizzaturi tal-ġilda qawwijin hija importanti biex tippermetti l-klassifikazzjoni xierqa u l-valutazzjoni tar-riskju ta' sustanzi bħal dawn. Għalhekk, għandu jiġi ċċarat li r-rekwiżit għal tagħrif li jippermetti valutazzjoni dwar jekk sustanza għandhiex titqies bħala sensitizzatur qawwi tapplika għad-dejta kollha, irrispettivament jekk ikunux iġġenerati in vivo jew in vitro.

(9)

Madankollu, sabiex jiġi evitat l-ittestjar fuq l-annimali u r-ripetizzjoni ta' testijiet li diġà jkunu saru, l-istudji eżistenti dwar is-sensitizzazzjoni tal-ġilda in vivo li jkunu twettqu skont linji gwida validi tal-ittestjar tal-OECD jew skont il-metodi ta' ttestjar tal-UE u f'konformità mal-prattika tajba tal-laboratorju (4) għandhom jitqiesu bħala validi biex jissodisfaw ir-rekwiżit standard ta' tagħrif għas-sensitizzazzjoni tal-ġilda, anke jekk it-tagħrif li jkun inkiseb minnhom ma jkunx biżżejjed biex jiġi konkluż jekk sustanza tistax titqies bħala sensitizzatur qawwi.

(10)

Barra minn hekk, ir-rekwiżiti standard ta' tagħrif u r-regoli ta' adattament fil-punt 8.3 tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom jiġu reveduti sabiex jitneħħew xi partijiet żejda li huma diġà stabbiliti fir-regoli tal-Anness VI u tal-Anness XI u fil-partijiet introduttorji tal-Anness VII ta' dak ir-Regolament dwar ir-rieżami tad-dejta disponibbli, ir-rinunzja tal-istudji għal reazzjoni tossikoloġika jekk it-tagħrif disponibbli jindika li s-sustanza tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni għal dik ir-reazzjoni tossikoloġika, jew biex tiġi ċċarata t-tifsira maħsuba dwar ir-rinunzja tal-istudji għas-sustanzi li jieħdu n-nar taħt ċerti kundizzjonijiet. Meta ssir referenza għall-klassifikazzjoni tas-sustanzi, ir-regoli ta' adattament għandhom jiġu aġġornati biex jirriflettu t-terminoloġija li tintuża fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(11)

L-ECHA, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati, għandha tiżviluppa aktar id-dokumenti ta' gwida għall-applikazzjoni tal-metodi ta' ttestjar u tal-possibilitajiet ta' rinunzja għar-rekwiżiti standard ta' tagħrif previsti b'dan ir-Regolament għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. B'hekk, l-ECHA għandha tqis għalkollox ix-xogħol imwettaq fl-OECD, kif ukoll fi gruppi xjentifiċi u ta' esperti rilevanti oħra.

(12)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

(14)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1688 (6) ġie adottat mingħajr sottomissjoni tal-abbozz tal-miżura għall-iskrutinju tal-Kunsill. Sabiex isir rimedju għal din l-ommissjoni, il-Kummissjoni għandha tħassar ir-Regolament (UE) 2016/1688 u tissostitwih bir-Regolament preżenti li ġie sottomess bħala abbozz għall-iskrutinju tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-atti adottati skont ir-Regolament (UE) 2016/1688 jibqgħu validi.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandha japplika mill-11 ta' Ottubru 2016.

Ir-Regolament (UE) 2016/1688 jitħassar b'effett mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi ta' ttestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).

(4)  Id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipji ta' prattika tajba tal-laboratorju u l-verifikazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom għal provi fuq sustanzi kimiċi (verżjoni kodifikata) (ĠU L 50, 20.2.2004, p. 44).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1688 tal-20 ta' Settembru 2016 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tas-sensitizzazzjoni tal-ġilda (ĠU L 255, 21.9.2016, p. 14).


ANNESS

Il-punt 8.3 tal-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“8.3.   Sensitizzazzjoni tal-ġilda

Tagħrif li jippermetti li ssir

konklużjoni dwar jekk is-sustanza hijiex sensitizzatur tal-ġilda u jekk tistax titqies li għandha l-potenzjal li tipproduċi sensitizzazzjoni sinifikati fil-bnedmin (il-Kategorija 1 A), u

valutazzjoni tar-riskju, meta dan ikun meħtieġ.

L-istudju/i fil-punti 8.3.1 u 8.3.2 ma hemmx għalfejn isir/u jekk:

is-sustanza tkun ikklassifikata bħala korrużjoni tal-ġilda (il-Kategorija 1), jew

is-sustanza tkun aċidu qawwi (pH ≤ 2,0) jew bażi (pH ≥ 11,5), jew

is-sustanza tkun tieħu n-nar b'mod spontanju fl-arja jew meta tiġi f'kuntatt mal-ilma jew mal-indewwa f'temperatura ambjentali.

8.3.1.   Sensitizzazzjoni tal-ġilda, in vitro/in chemico

Tagħrif minn metodu/i ta' ttestjar in vitro/in chemico rikonoxxut(i) skont l-Artikolu 13(3), li jindirizza/w kull wieħed minn dawn l-avvenimenti ewlenin ta' sensitizzazzjoni tal-ġilda li ġejjin

(a)

Interazzjoni molekolari ma' proteini tal-ġilda

(b)

Rispons b'infjammazzjoni fil-keratinoċiti

(c)

Attivazzjoni ta' ċelloli tad-dendrite

Dan/Dawn it-test/ijiet ma hemmx għalfejn isir(u) jekk

ikun disponibbli studju in vivo skont il-punt 8.3.2, jew

il-metodi disponibbli ta' ttestjar in vitro/in chemico ma jkunux applikabbli għas-sustanza jew ma jkunux adegwati għall-klassifikazzjoni u għall-valutazzjoni tar-riskju skont il-punt 8.3.

Jekk it-tagħrif mill-metodu/i ta' ttestjar li jindirizzaw avveniment ewlieni jew żewġ avvenimenti ewlenin fil-kolonna 1 diġà jippermetti/u klassifikazzjoni u valutazzjoni tar-riskju skont il-punt 8.3, l-istudji li jindirizzaw avveniment(i) ewlieni/ewlenin ieħor/oħra ma hemmx għalfejn isiru.

8.3.2.   Sensitizzazzjoni tal-ġilda, in vivo.

Studju in vivo għandu jitwettaq biss jekk ma jkunux applikabbli metodi ta' ttestjar in vitro/in chemico deskritti fil-punt 8.3.1. jew jekk ir-riżultati li jinkisbu minn dawk l-istudji ma jkunux adegwati għall-klassifikazzjoni u għall-valutazzjoni tar-riskju skont il-punt 8.3.

L-assaġġ lokali tal-limfonodi (Local Lymph Node Assay — LLNA) huwa l-metodu tal-ewwel għażla għall-ittestjar in vivo. Għandu jintuża test ieħor f'ċirkostanzi eċċezzjonali biss. Għandha tiġi pprovduta ġustifikazzjoni għall-użu ta' test in vivo ieħor.

Studji In vivo dwar is-sensitizzazzjoni tal-ġilda li jkunu twettqu jew li jkunu nbdew qabel l-10 ta' Mejju 2017, u li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(3), u fl-Artikolu 13(4) għandhom jitqiesu li huma xierqa biex jindirizzaw dan ir-rekwiżit standard ta' tagħrif.”


20.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/707

tad-19 ta' April 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

260,5

MA

112,1

TR

133,1

ZZ

168,6

0707 00 05

MA

79,4

TR

156,1

ZZ

117,8

0709 93 10

MA

86,1

TR

146,0

ZZ

116,1

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

52,9

IL

80,6

MA

51,4

TN

61,8

TR

71,1

ZZ

63,6

0805 50 10

AR

68,9

TR

68,5

ZZ

68,7

0808 10 80

AR

95,4

BR

106,9

CL

110,3

CN

117,8

NZ

154,9

US

181,7

ZA

114,4

ZZ

125,9

0808 30 90

AR

138,2

CL

145,2

ZA

114,1

ZZ

132,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


20.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/708

tad-19 ta' April 2017

li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti mill-1 sas-7 ta' April 2017 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għat-tewm

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni tat-tewm.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni “A” mressqin tul l-ewwel sebat ijiem kalendarji tax-xahar ta' April 2017, għas-subperjodu mill-1 ta' Ġunju 2017 sal-31 ta' Awwissu 2017, għal ċerti kwoti, huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni “A”, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni “A” mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Ġunju 2017 sal-31 ta' Awwissu 2017 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta' Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1 ta' Ġunju 2017 sal-31 ta' Awwissu 2017

(f'%)

Iċ-Ċina

Importaturi tradizzjonali

09.4105

Importaturi ġodda

09.4100

0,511358

Pajjiżi terzi oħra

Importaturi tradizzjonali

09.4106

Importaturi ġodda

09.4102


20.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/709

tad-19 ta' April 2017

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' April 2017 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' April 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017 u għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018 huma iktar minn dawk disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' April 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017 u għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018 huma iktar minn dawk disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jiġu allokati d-dazji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantijiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, flimkien mal-Artikolu 7(2) tiegħu.

(4)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' April 2017 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017 u għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni mogħti fil-parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 u li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017 huma mogħtija fil-parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017 u għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni mogħti fil-parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 tal-4 ta' Ġunju 2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

PARTI A

Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017

(%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017

(f'kg)

1

09.4211

0,272108

2

09.4212

0,603066

4A

09.4214

0,294724

 

09.4251

0,328299

 

09.4252

4,176254

6A

09.4216

0,275122

 

09.4260

0,301841

7

09.4217

12 368 400

8

09.4218

3 478 800


Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018

(%)

3

09.4213

0,761614

4B

09.4253

6B

09.4261

 

09.4262

 

09.4263

0,031307

 

09.4264

 

09.4265

PARTI B

Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2017

(%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2017

(f'kg)

5A

09.4215

0,495785

 

09.4254

0,516528

 

09.4255

2,409638

 

09.4256

44,529961


Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018

(%)

5B

09.4257

 

09.4258

 

09.4259


DEĊIŻJONIJIET

20.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/710

tat-3 ta' April 2017

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda għall-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE (Emissjonijiet ta' CO2)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE.

(3)

Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 (4) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 63/2011 (5) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (6) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 429/2012 (7) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 396/2013 (8) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 397/2013 (9) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Jeħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 333/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(11)

Jeħtieġ li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/6 (11) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(12)

Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 iħassar id-Direttiva 1753/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement teħtieġ li titħassar taħt il-Ftehim ŻEE.

(13)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan.

(14)

Għalhekk jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-3 ta' April 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

R. GALDES


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta' Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' data fuq ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15).

(5)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 63/2011 tas-26 ta' Jannar 2011 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet ta' CO2 skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 23, 27.1.2011, p. 16).

(6)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).

(7)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 429/2012 tat-22 ta' Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 bil-għan li jkun hemm mudell komuni għan-notifika ta' żbalji mill-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri (ĠU L 132, 23.5.2012, p. 11).

(8)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 396/2013 tat-30 ta' April 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċerti rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri (ĠU L 120, 1.5.2013, p. 1).

(9)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 397/2013 tat-30 ta' April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri (ĠU L 120, 1.5.2013, p. 4).

(10)  Regolament (UE) Nru 333/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 443/2009 bl-għan li jiġu ddefiniti l-modalitajiet biex tintlaħaq il-mira għall-2020 li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri (ĠU L 103, 5.4.2014, p. 15).

(11)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/6 tal-31 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex iqis l-evoluzzjoni tal-massa tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2011, l-2012 u l-2013 (ĠU L 3, 7.1.2015, p. 1).

(12)  Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1753/2000/KE tat-22 ta' Ġunju 2000 li tistabbilixxi skema biex timmonitorja l-emissjonijiet medji speċifiċi ta' CO2 mill-karrozzi l-ġodda tal-passiġġieri (ĠU L 202, 10.8.2000, p. 1).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2017

ta' …

li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta' Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' data fuq ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 63/2011 tas-26 ta' Jannar 2011 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet ta' CO2 skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 429/2012 tat-22 ta' Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 bil-għan li jkun hemm mudell komuni għan-notifika ta' żbalji mill-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri (5) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 396/2013 tat-30 ta' April 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċerti rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri (6) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 397/2013 tat-30 ta' April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri (7) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Jeħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 333/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 443/2009 bl-għan li jiġu ddefiniti l-modalitajiet biex tintlaħaq il-mira għall-2020 li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri (8) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Jeħtieġ li r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/6 tal-31 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex iqis l-evoluzzjoni tal-massa tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2011, l-2012 u l-2013 (9) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Ir-Regolament (UE) Nru 443/2009 iħassar id-Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2000 li tistabbilixxi skema biex timmonitorja il-medja ta' l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri ġodda (10), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement teħtieġ li titħassar taħt il-Ftehim ŻEE.

(11)

Jenħtieġ li l-Anness XX għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 21ae (id-Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) huwa sostitwit b'dan li ġej:

32009 R 0443: Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1), kif emendat minn:

32013 R 0397: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 397/2013 tat-30 ta' April 2013 (ĠU L 120, 1.5.2013, p. 4),

32014 R 0333: Ir-Regolament (UE) Nru 333/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 (ĠU L 103, 5.4.2014. p. 15),

32015 R 0006: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/6 tal-31 ta' Ottubru 2014 (ĠU L 3, 7.1.2015, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Is-subparagrafu segwenti għandu jinżdied fl-Artikolu 7(2):

“Jekk il-grupp jinkludi biss il-manifatturi stabbiliti fl-Istati tal-EFTA, il-manifatturi għandhom jirreġistraw l-informazzjoni mal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. Jekk il-grupp jinkludi mill-inqas manifattur wieħed stabbilit fl-Unjoni u mill-inqas manifattur wieħed stabbilit fl-Istati tal-EFTA, il-manifatturi għandhom jirreġistraw l-informazzjoni mal-Kummissjoni u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”

(b)

Is-subparagrafu segwenti għandu jinżdied fl-Artikolu 7(3):

“L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tinnotifika lill-manifatturi stabbiliti fl-Istati tal-EFTA.”

(c)

Is-subparagrafu segwenti għandu jinżdied fl-Artikolu 7(4):

“Jekk il-grupp jinkludi biss il-manifatturi stabbiliti fl-Istati tal-EFTA, il-manifatturi għandhom jinformaw b'mod konġunt lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. Jekk il-grupp jinkludi jew huwa estiż biex jinkludi mill-inqas manifattur wieħed stabbilit fl-Unjoni u mill-inqas manifattur wieħed stabbilit fl-Istati tal-EFTA, il-manifatturi għandhom konġuntement jinformaw kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”

(d)

Fl-Artikolu 7(5), il-kelmiet “l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat” għandhom jinqraw “l-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim ŻEE” u l-kelma “Komunità” għandha tinqara “ŻEE”.

(e)

Fl-Artikolu 7(7) u l-Artikolu 10(1), il-kelmiet “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “il-Kummissjoni”.

(f)

Id-data li jirrappurtaw l-Istati tal-EFTA għandha tinżamm ukoll fir-reġistru ċentrali msemmi fl-Artikolu 8(4).

(g)

Is-subparagrafu segwenti għandu jinżdied fl-Artikolu 8(4):

“L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tagħmel il-kalkoli stabbiliti fis-subparagrafu 1 għall-manifatturi stabbiliti fl-Istati tal-EFTA u tinnotifika lil kull manifattur stabbilit fl-Istati tal-EFTA skont it-tieni subparagrafu.”

(h)

Mingħajr preġudizzju għall-Protokoll 1 għall-Ftehim, fl-Artikolu 8(5) u (6), l-Artikolu 11(3), (4), (5) u (6), il-kelmiet “jew mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “il-Kummissjoni”.

(i)

Is-subparagrafi segwenti għandhom jinżdiedu fl-Artikolu 9(1):

“Fejn il-manifattur jew il-maniġer tal-grupp huwa stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha timponi l-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi.

L-ammonti tal-primjum fuq l-emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqassmu bejn il-Kummissjoni u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA proporzjonalment mas-sehem ta' reġistrazzjonijiet ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-UE jew fl-Istati tal-EFTA, rispettivament, meta mqabbel man-numru totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fiż-ŻEE.”

(j)

Is-subparagrafi segwenti għandhom jinżdiedu fl-Artikolu 9(3):

“Il-Kummissjoni Ewropea għandha tuża l-mezzi stabbiliti tagħha għall-ġbir ta' primjums għall-emissjonijiet eċċessivi kif stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/100/UE taħt il-paragrafu 1 ukoll fir-rigward tar-reġistrazzjonijiet fl-Istati tal-EFTA ta' manifatturi stabbiliti fl-UE.

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tiddetermina l-modi għall-ġbir ta' primjums għall-emissjonijiet eċċessivi taħt il-paragrafu 1. Dawn il-mezzi għandhom ikunu bbażati fuq mezzi tal-Kummissjoni.”

(k)

Is-subparagrafu segwenti għandu jinżdied fl-Artikolu 9(4):

“Għall-Istati tal-EFTA, l-Istati tal-EFTA għandhom jiddeterminaw l-allokazzjoni tal-ammonti tal-primjum fuq l-emissjonijiet eċċessivi.”

(l)

Mingħajr preġudizzju għall-Protokoll 1 għall-Ftehim, fl-Artikoli 11(2) u (4) it-tieni subparagrafu, il-kelmiet “, jew fil-każ ta' manifattur stabbilit fl-Istati tal-EFTA, lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA,” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “Kummissjoni”.

(m)

Is-subparagrafu segwenti għandu jinżdied fl-Artikolu 12(2):

“Fornituri jew manifatturi stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom jibagħtu l-applikazzjonijiet skont dan l-Artikolu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-istess prijorità għal tali applikazzjonijiet bħal applikazzjonijiet oħra skont dan l-Artikolu.”

(n)

Is-subparagrafu segwenti għandu jinżdied fl-Artikolu 12(4):

“Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li japprovaw teknoloġiji innovattivi skont dan l-Artikolu huma applikabbli b'mod ġenerali u għandhom jiġu inkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE.”

(o)

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal-Liechtenstein.”.

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21ae (Deċiżjoni Nru 1753/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill:

“21aea.

32011 R 0063: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 63/2011 tas-26 ta' Jannar 2011 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet ta' CO2 skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 23, 27.1.2011, p. 16).

Ir-Regolament għandu, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqara bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Mingħajr preġudizzju għall-Protokoll 1 għall-Ftehim, fl-Artikolu 7(1), il-kelmiet “, jew mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “il-Kummissjoni”;

(b)

L-Artikolu 7(2) u l-email imniżżla fl-Anness I ma għandhomx japplikaw fir-rigward tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

21aeb.

32011 R 0725: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri, skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).

21aec.

32010 R 1014: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta' Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' data fuq ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15), kif emendat b':

32012 R 0429: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 429/2012 tat-22 ta' Mejju 2012 (ĠU L 132, 23.5.2012, p. 11),

32013 R 0396: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 396/2013 tat-30 ta' April 2013 (ĠU L 120, 1.5.2013, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikoli 8 u 9, il-kelmiet “, jew fil-każ ta' manifattur stabbilit fl-Istati tal-EFTA, lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA,” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “Kummissjoni”.

(b)

L-Artikolu 9(5) ma għandux japplika fir-rigward tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009, (UE) Nru 1014/2010, (UE) Nru 63/2011, (UE) Nru 397/2013 u (UE) Nru 333/2014 u r-Regoli ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, (UE) Nru 429/2012 u (UE) Nru 396/2013 u r-Regolament Delegat (UE) 2015/6 fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15.

(3)  ĠU L 23, 27.1.2011, p. 16.

(4)  ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.

(5)  ĠU L 132, 23.5.2012, p. 11.

(6)  ĠU L 120, 1.5.2013, p. 1.

(7)  ĠU L 120, 1.5.2013, p. 4.

(8)  ĠU L 103, 5.4.2014, p. 15.

(9)  ĠU L 3, 7.1.2015, p. 1.

(10)  ĠU L 202, 10.8.2000, p. 1.

(*1)  [Ma hu indikat ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]


20.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/26


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/711

tat-18 ta' April 2017

dwar talba għal deroga mir-Renju tad-Danimarka u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità

(notifikata bid-dokument C(2017) 2371)

(It-testi bid-Daniż u bil-Ġermaniż huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 98/41/KE għandha l-għan li ttejjeb is-sikurezza u l-possibbiltajiet ta' salvataġġ tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġi abbord il-vapuri tal-passiġġieri u li tiżgura li t-tfittix u s-salvataġġ u l-konsegwenzi ta' kull inċident ikunu jistgħu jiġi ttrattati b'mod aktar effettiv.

(2)

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 98/41/KE jeżiġi li trid tiġi reġistrata ċerta informazzjoni dwar kull vapur tal-passiġġieri li jitlaq minn port li jinsab fi Stat Membru biex jagħmel vjaġġ ta' aktar minn għoxrin mil mill-punt tat-tluq.

(3)

Skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 98/41/KE, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni għal deroga minn dan ir-rekwiżit.

(4)

B'ittra tad-29 ta' Settembru 2015, ir-Renju tad-Danimarka u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ttrażmettew lill-Kummissjoni talba għal deroga mir-rekwiżit li jirreġistraw l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 98/41/KE fejn jidħlu persuni li jbaħħru abbord il-vapuri kollha tal-passiġġieri li jivvjaġġaw fuq dawn ir-rotta Rostock — Gedser u vice versa.

(5)

Fil-5 ta' Novembru 2015, il-Kummissjoni talbet informazzjoni supplimentari mingħand ir-Renju tad-Danimarka u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja biex tkun tista' tivvaluta t-talba. Fil-25 ta' Mejju 2016, ir-Renju tad-Danimarka u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ppreżentaw it-tweġiba tagħhom.

(6)

Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EMSA, ivvalutat it-talba għal deroga abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha.

(7)

Ir-Renju tad-Danimarka u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja taw l-informazzjoni li ġejja: (1) il-probabbiltà annwali li l-għoli sinifikattiv tal-mewġ jaqbeż iż-żewġ metri hija inqas minn 10 % fir-rotot identifikati; (2) il-vapuri li d-deroga tapplika għalihom ibaħħru b'servizz regolari; (3) il-vjaġġi ma jaqbżux it-tletin mil mill-punt tat-tluq; (4) iż-żona tal-baħar fejn ibaħħru l-vapuri tal-passiġġieri għandha sistemi ta' gwida tan-navigazzjoni bbażati fuq il-kosta, servizzi affidabbli ta' tbassir tat-temp u faċilitajiet xierqa u suffiċjenti għat-tiftix u s-salvataġġ; (5) il-profil tal-vjaġġ u l-iskeda tal-vjaġġi mhumiex kompatibbli mar-reġistrazzjoni tad-dettalji tal-passiġġier b'mod sinkronizzat mat-trasport fuq l-art; u (6) it-talba għal deroga ma jkollha l-ebda effett negattiv fuq il-kompetizzjoni.

(8)

L-eżitu aħħari tal-valutazzjoni juri li l-kundizzjonijiet kollha għall-approvazzjoni tad-deroga ġew issodisfati.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-talba għal deroga mir-Renju tad-Danimarka u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 98/41/KE fejn tidħol ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 5(1) ta' din id-Direttiva għal persuni abbord il-vapuri kollha tal-passiġġieri li jbaħħru b'servizz regolari fuq ir-rotta Rostock — Gedser u vice versa, b'dan qed tiġi approvata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzati lir-Renju tad-Danimarka u lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' April 2017.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 188, 2.7.1998, p. 35.