|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
|
(*1) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/330
tas-27 ta' Frar 2017
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li jħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, li inter alia, ħassret u ssostitwixxiet id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (3). Fit-30 ta' Novembru 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2321 (2016) li tipprevedi miżuri ġodda kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea. Dawn jinkludu projbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ram, nikil, fidda, żingu, statwi, ħelikopters, bastimenti, l-issikkar tal-projbizzjonijiet fis-settur tat-trasport u restrizzjonijiet ġodda fis-settur bankarju. |
|
(2) |
Fis-27 ta' Frar 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/345 (4), li tagħti effett lil dawn il-miżuri. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 329/2007 jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1, jiżdied il-punt li ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 4c 1. Għandhom ikunu pprojbiti l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferimentmill-Korea ta' Fuq, indirettament jew indirettament, ta' statwi kif elenkati fl-Anness IIIa, kemm jekk joriġinaw mill-Korea ta' Fuq u kemm jekk le; 2. B'deroga mill-projbizzjoni fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti rilevanti ta' Stat Membru, kif identifikata fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment, dment li l-Istat Membru jkun kiseb l-approvazzjoni bil-quddiem mingħand il-Kumitat tas-Sanzjonijiet, kull każ għalih. L-Anness IIIa għandu jinkludi l-istatwi msemmija fil-paragrafu 1. Artikolu 4d 1. Għandhom ikunu pprojbiti l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjon, b'mod dirett jew indirett, ta' ħelikopters u bastimenti ġodda, kif elenkati fl-Anness IIIb; lejn il-Korea ta' Fuq. 2. B'deroga mill-projbizzjoni fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti rilevanti ta' Stat Membru, kif identifikata fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza dan il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, dment li l-Istat Membru jkun kiseb l-approvazzjoni bil-quddiem mingħand il-Kumitat tas-Sanzjonijiet, kull każ għalih. 3. L-Anness IIIb għandu jinkludi l-ħelikopters u l-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1. Artikolu 4e 1. Għandu jiġi pprojbit li:
2. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu ‘proprjetà immobbli’ tfisser art, bini u partijiet minnhom li jinsabu barra mit-territorju tal-Korea ta' Fuq.” |
|
(4) |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-merkanzija, inkluż il-bagalji personali u tal-istiva, li tinsab fl-Unjoni jew li tgħaddi mill-Unjoni, inkluż l-ajruporti, il-portijiet u ż-żoni ħielsa, kif imsemmija fl-Artikoli minn 243 sa 249 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, għandha tkun soġġetta għal spezzjoni biex jiġi żgurat li ma jkunx fiha oġġetti pprojbiti mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016) jew 2321 (2016) jew minn dan ir-Regolament meta:
|
|
(5) |
Fl-Artikolu 5a, (1d), il-punt (a) jiġi sostitwit b'li ġej:
|
|
(6) |
Fl-Artikolu 5a, jitħassar il-paragrafu 1e; |
|
(7) |
Fl-Artikolu 5a, il-paragrafu 1f huwa sostitwit b'dan li ġej: “1f. B'deroga mill-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1d, l-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru, kif identifikata fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza li ċerti uffiċċji ta' rappreżentanza, sussidjarji jew kontijiet bankarji jibqgħu operattivi, dment li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina, kull każ għalih, li dawn l-uffiċċji, is-sussidjarji jew il-kontijiet huma meħtieġa għat-twassil ta' attivitajiet umanitarji jew għall-attivitajiet ta' missjonijiet diplomatiċi fil-Korea ta' Fuq jew għall-attivitajiet tan-NU jew l-aġenziji speċjalizzati tagħha jew l-organizzazzjonijiet relatati, jew għal kwalunkwe skop ieħor konsistenti mal-objettivi tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016) jew 2321 (2016).”. |
|
(8) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 5aa: 1. Għandu jkun ipprojbit għal istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta' appliazzjoni tal-Artikolu 16 li jiftħu kont bankarju għal missjonijiet diplomatiċi jew karigi konsulari tal-Korea ta' Fuq, u l-membri tagħhom mill-Korea ta' Fuq. 2. Istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 16 għandhom, sa mhux aktar tard mill-11 ta' April 2017, jagħlqu kwalunkwe kont bankarju f'idejn jew ikkontrollat minn missjoni diplomatika jew kariga konsulari tal-Korea ta' Fuq, u l-membri tagħhom mill-Korea ta' Fuq. 3. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti rilevanti ta' Stat Membru, kif indikata fuq is-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza, fuq talba minn missjoni diplomatika jew kariga konsulari tal-Korea ta' Fuq, jew wieħed mill-membri tagħhom, il-ftuħ ta' kont bankarju wieħed għal kull missjoni, kariga u membru, sakemm il-missjoni jew kariga tkun ospitata f'dak l-Istat Membru jew il-membru tal-missjoni jew kariga jkun akkreditat għal dak l-Istat Membru. 4. B'deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti rilevanti ta' Stat Membru, kif indikata fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza li jibqa' miftuħ kont bankarju wieħed, fuq talba minn missjoni jew kariga tal-Korea ta' Fuq, jew wieħed mill-membri tagħhom, dment li l-Istat Membru jkun iddetermina li l-missjoni jew kariga tkun ospitata f'dak l-Istat Membru jew il-membru ta' dik il-missjoni jew kariga jkun akkreditat għal dak l-Istat Membru u ma jkollhom ebda kont bankarju ieħor f'dak l-Istat Membru. Fil-każ li missjoni, il-kariga jew membru tal-Korea ta' Fuq ikollhom aktar minn kont bankarju wieħed f'dak l-Istat Membru, il-missjoni, il-kariga, jew il-membru jistgħu jindikaw liema kont bankarju għandu jinżamm. 5. Soġġett għar-regoli applikabbli tal-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1961 dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi u l-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1963 dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-informazzjoni ta' identifikazzjoni ta' kwalunkwe membri tal-missjoni diplomatika jew kariga konsulari mill-Korea ta' Fuq akkreditati għal dak l-Istat Membru, l-aktar tard fit-13 ta' Marzu 2017, u b'aġġornamenti sussegwenti fi żmien ġimgħa minn kwalunkwe bidla f'dik il-lista. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 3 u 4. L-awtorità kompetenti rilevanti ta' Stat Membru, kif indikata fuq is-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tgħarraf lill-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji f'dak l-Istat Membru bl-identità ta' kwalunkwe membru ta' missjoni diplomatika jew kariga konsulari mill-Korea ta' Fuq akkreditat għal dak l-Istat Membru jew għal kwalunkwe Stat Membru ieħor.” |
|
(9) |
Fl-Artikolu 6, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. Il-bastimenti kollha elenkati fl-Anness IVa u l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi miżmuma minnhom, għandhom jiġu ffriżati, jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddeċiedi hekk. L-Anness IVa għandu jinkludi l-bastimenti li ġew indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-paragrafu 12 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2321 (2016).”. |
|
(10) |
L-Artikolu 9b jiġi ssostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9b 1. Għandu jiġi pprojbit li jingħata finanzjament jew assistenza finanzjarja għall-kummerċ mal-Korea ta' Fuq, inkluż l-għoti ta' krediti, garanziji jew assigurazzjoni għall-esportazzjoni lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi involuti f'dan il-kummerċ. 2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru, kif identifikata fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza l-appoġġ finanzjarju għall-kummerċ mal-Korea ta' Fuq, dment li l-Istat Membru jkun kiseb l-approvazzjoni bil-quddiem tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet, kull każ għalih. 3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 2.”. |
|
(11) |
L-Artikolu 11a, huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
L-Artikolu 11b huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 11b 1. Għandu jkun ipprojbit:
2. B'deroga mill-projbizzjoni fil-paragrafu 1(a), l-awtorità kompetenti rilevanti ta' Stat Membru, kif identifikata fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza l-kiri, in-noleġġ jew il-forniment ta' servizzi ta' ekwipaġġ, dment li l-Istat Membru jkun kiseb l-approvazzjoni bil-quddiem mingħand il-Kumitat tas-Sanzjonijiet, kull każ għalih. 3. B'deroga mill-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1(b) u 1(c), l-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru, kif identifikata fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza s-sjieda, il-kiri, l-operat, jew l-għoti ta' servizzi ta' klassifikazzjoni tal-bastimenti jew ta' servizzi assoċjati lil kwalunkwe bastiment li jtajjar il-bandiera tal-Korea ta' Fuq, jew ir-reġistrazzjoni, jew iż-żamma fuq ir-reġistru, ta' kwalunkwe bastiment li huwa ta' proprjetà, operat mill-Korea ta' Fuq jew minn ċittadini tal-Korea ta' Fuq, dment li l-Istat Membru jkun kiseb l-approvazzjoni bil-quddiem mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, kull każ għalih. 4. B'deroga mill-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1(e), l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru, kif identifikata fis-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza l-forniment ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, dment li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun stabbilixxa bil-quddiem, kull każ għalih, li l-bastiment ikun involut f'attivitajiet esklussivament għal skopijiet ta' għajxien li mhux ser jintuża minn individwi jew entitajiet tal-Korea ta' Fuq biex jiġġeneraw dħul jew esklussivament għal finijiet umanitarji. 5. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b'kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 2, 3 u 4.” |
|
(13) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Article 11c B'deroga mill-projbizzjonijiet li jirriżultaw mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2070 (2016) jew 2321 (2016), l-awtorità kompetenti rilevanti ta' Stat Membru, kif identifikata fuq is-siti web elenkati fl-Anness II, tista' tawtorizza kwalunkwe attività jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun stabbilixxa, kull każ għalih, li hija meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi li jwettqu attivitajiet ta' assistenza u għajnuna fil-Korea ta' Fuq li jkunu ta' benefiċċju għall-popolazzjoni ċivili tal-Korea ta' Fuq, skont il-paragrafu 46 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2321 (2016).”. |
|
(14) |
Fl-Artikolu 13(1), il-punti (c), (d) u (g) huma sostitwiti b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
L-Annessi I, II, III u IV għal dan ir-Regolament jiżdiedu mar-Regolament (KE) Nru 329/2007 bħala l-Annessi Ih, IIIa, IIIb u IVa rispettivament.
Artikolu 3
Fl-Anness Ig, it-test li ġej:
“Oġġetti marbuta ma' armi tal-qerda tal-massa, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija kif identifikati u ddeżinjati bħala oġġetti sensittivi, skont il-paragrafu 25 ta' Riżoluzzjoni 2270 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.”
huwa sostitwit bi:
“Oġġetti marbuta ma' armi tal-qerda tal-massa, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija kif deżinjati skont il-paragrafu 25 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2270 (2016) u l-paragrafi 4 u 7 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2321 (2016).”.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
K. MIZZI
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 52).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/345 tas-27 ta' Frar 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (Ara paġna 59 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS I
“ANNESS Ih
Ir-ram, in-nikil, il-fidda u ż-żingu msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(4)”
ANNESS II
“ANNESS IIIa
L-istatwi msemmija fl-Artikolu 4c(1)”
ANNESS III
“ANNESS IIIb
Il-ħelikopters u l-bastimenti msemmija fl-Artikolu 4d(1)”
ANNESS IV
“ANNESS IVa
Il-bastimenti li ġew deżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-paragrafu 12 tal-UNSCR 2321 (2016).”
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/9 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/331
tas-27 ta' Frar 2017
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (2), jipprevedi projbizzjoni fuq l-esportazzjoni lil kwalunkwe persuna, entità jew korp, ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna fil-Belarussja kif ukoll il-provvediment ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/350 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK teżenta t-tagħmir tal-biathlon mill-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni. |
|
(4) |
Xejn f'dan ir-Regolament m'għandu jaffetwa r-rekwiżiti tal-liċenzja skont ir-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(5) |
Jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1a, il-paragrafu li ġej huwa miżjud: “4. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għall-azzarini u l-munizzjon tagħhom u viżwali ta' mira li huma elenkati fl-Anness IV u li wkoll jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet għal tagħmir tal-biathlon kif definit fir-regoli tal-avvenimenti u l-kompetizzjonijiet tal-Unjoni Internazzjonali tal-Biathlon (IBU) u huma maħsuba esklussivament għall-użu f'avvenimenti u taħriġ tal-biathlon.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 1b, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għall-azzarini u l-munizzjon tagħhom u viżwali ta' mira li huma elenkati fl-Anness IV u li wkoll jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet għal tagħmir tal-biathlon kif definit fir-regoli tal-avvenimenti u l-kompetizzjonijiet tal-IBU u huma maħsuba esklussivament għall-użu f'avvenimenti u taħriġ tal-biathlon.”. |
2. It-test fl-Anness għal dan ir-Regolament jiżdied mar-Regolament (KE) Nru 765/2006 bħala l-Anness IV.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
K. MIZZI
(1) ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/350 tas-27 ta' Frar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (ĠU L 50, 28.2.2017, p. 81).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabrikar illeċitu ta' u l-ittraffikar fl-armi tan-nar, il-partijiet, komponenti u ammunizzjoni tagħhom, li tissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali (il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar) u li jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, u miżuri rigward l-importazzjoni u t-transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-ammunizzjoni (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 1).
ANNESS
“ANNESS IV
Azzarini, munizzjon u viżwali ta' mira msemmija fl-Artikolu 1a u 1b li wkoll jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet għal tagħmir tal-biathlon kif definit fir-regoli tal-avvenimenti u l-kompetizzjonijiet tal-Unjoni Internazzjonali tal-Biathlon
Azzarini tal-biathlon:
|
ex 9303 30 |
Azzarini oħrajn tal-isports, għal kaċċa jew sparar għal targits |
Munizzjon għal azzarini tal-biathlon:
|
ex 9306 21 |
Skrataċ tas-snieter |
|
ex 9306 29 |
Partijiet tal-iskrataċ tas-snieter |
|
ex 9306 30 90 |
Skrataċ u patijiet tagħhom, għal armi li mhumiex snieter, armi militari, rivolvers u pistoli tal-intestatura 9302, maxinganns ħfief tal-intestatura 9301 |
Viżwali ta' mira għal azzarini tal-biathlon:
|
ex 9305 20 |
Partijiet u aċċessorji ta' snieter jew azzarini tal-intestatura 9303” |
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/332
tal-14 ta' Frar 2017
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Pistacchio Verde di Bronte (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
B'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Pistacchio Verde di Bronte”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 21/2010 (2). |
|
(2) |
Minħabba li l-emenda konċernata mhijiex minuri fit-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), skont l-Artikolu 50(2)(a) ta' dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-ispeċifikazzjoni tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Pistacchio Verde di Bronte” (DOP), hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 21/2010 tat-12 ta' Jannar 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pistacchio Verde di Bronte (DOP)] (ĠU L 8, 13.1.2010, p. 3).
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/333
tal-14 ta' Frar 2017
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Schwäbische Spätzle/Schwäbische Knöpfle (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Ġermanja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 186/2012 (2). |
|
(2) |
Minħabba li l-emenda konċernata mhijiex minuri fit-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), skont l-Artikolu 50(2)(a) ta' dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-ispeċifikazzjoni tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni“Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” (IĠP) hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 186/2012 tas-7 ta' Marzu 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Schwäbische Spätzle/Schwäbische Knöpfle (IĠP)] (ĠU L 69, 8.3.2012, p. 3).
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/334
tas-27 ta' Frar 2017
li jirrettifika l-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, l-Estonjan, il-Ġermaniż u l-Olandiż tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Hemm żball fil-verżjoni bil-lingwa Olandiża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (2) kif emendat mir-Regolament (UE) 2015/1088 (3), b'mod aktar partikolari fil-punt 145.A.55(c)(3) tal-Anness II (Parti 145), fir-rigward tal-għadd ta' snin koperti mid-dokumentazzjoni tal-manutenzjoni miżmuma li għandha titqassam. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Olandiża tiġi rettifikata. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra ma jintlaqtux. |
|
(2) |
Jidher żball fil-verżjonijiet bil-lingwa Bulgara, Estonjana u dik Ġermaniża tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 kif emendat mir-Regolament (UE) 2015/1088, b'mod iktar partikolari fil-punt 145.A.70(a)(6) tal-Anness II (Parti 145) fir-rigward tal-ommissjoni tat-terminu “staff ta' appoġġ”. Għaldaqstant, jeħtieġ li ssir korrezzjoni tal-verżjonijiet bil-lingwa Bulgara, Estonjana u dik Ġermaniża. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra ma jintlaqtux |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008; |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Jikkonċerna biss il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, l-Estonjan, il-Ġermaniż u l-Olandiż.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1088 tat-3 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward ta' tnaqqis għall-proċeduri tal-manutenzjoni għall-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali (ĠU L 176, 7.7.2015, p. 4).
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/335
tas-27 ta' Frar 2017
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) bħala dolċifikant f'ċerti prodotti tal-ħelu b'valuri enerġetiċi mnaqqsa
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jew bl-inizjattiva tal-Kummissjoni jew inkella wara applikazzjoni. |
|
(3) |
Fis-27 ta' Mejju 2015 ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) bħala dolċifikant f'ċerti prodotti tal-ħelu b'valuri enerġetiċi mnaqqsa. Sussegwentement l-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
|
(4) |
Il-glikosidi tal-istevjol huma kostitwenti b'togħma ħelwa mingħajr kaloriji u jistgħu jintużaw biex jieħdu post iz-zokkor kalorifiku f'ċerti prodotti tal-ħelu, u b'hekk inaqqsu l-kontenut tal-kaloriji tagħhom u joffru lill-konsumaturi prodotti b'enerġija mnaqqsa, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. L-użu kkumbinat tal-glikosidi tal-istevjol u taz-zokkor jipprovdi ħlewwa u profil ta' togħma aħjar meta mqabbel ma' prodotti li jużaw biss il-glikosidi tal-istevjol għal skopijiet ta' żieda ta' ħlewwa hekk kif iz-zokkor jaħbi t-togħma li jħallu l-glikosidi tal-istevjol. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-“Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel imniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
|
(6) |
Fl-2010, l-Awtorità adottat opinjoni xjentifika (3) dwar is-sikurezza tal-glikosidi tal-istevjol għall-użi proposti bħala addittiv tal-ikel (E 960) u stabbiliet Doża Aċċettabbli ta' Kuljum (ADI) ta' 4 mg/kg ta' piż tal-ġisem/jum, espressa bħala ekwivalenti tal-istevjol. |
|
(7) |
Fl-2015 l-Awtorità rrevediet il-valutazzjoni tal-esponiment għall-glikosidi tal-istevjol u kkonkludiet li f'pajjiż wieħed (4), l-istimi għall-esponiment huma inqas mill-ADI għall-gruppi tal-età kollha, ħlief għal trabi li telqu jimxu fil-firxa ta' fuq tal-istimi ta' livell għoli (il-95 perċentil). Il-kalkoli tal-espożizzjoni li sar mir- Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu fl-2015 wera li l-estensjoni proposta tal-użu, jekk wieħed jassumi sehem mis-suq ta' 25 % għall-prodotti li fihom il-glikosidi tal-istevjol u bil-preżunzjoni ta' lealtà lejn il-marka ta' 100 %, ma kellhiex effett fuq il-95 perċentil ta' espożizzjoni fit-tfal żgħar ta' bejn sentejn u sitt snin fin-Netherlands. |
|
(8) |
Fl-opinjoni tagħha tal-2015, l-Awtorità indikat li ma kienx possibbli li s-sistema ta' klassifikazzjoni FoodEx tirrifletti r-restrizzjonijiet/l-eċċezzjonijiet kollha li japplikaw għall-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) fl-ikel taħt is-subkategorija tal-ikel 05.2. Għalhekk, l-ogħla livell massimu ta' 2 000 mg/kg kien assenjat għall-kategorija kollha tal-ikel li jirriżulta fi stima eċċessiva ta' esponiment. Barra minn hekk, l-ikel tal-kategorija 05.2. “Ħelu ieħor inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs” ma kinux identifikati bħala waħda mill-kategoriji tal-ikel ewlenin li jikkontribwixxu għall-esponiment tal-glikosidi tal-istevjol (E 960). |
|
(9) |
Meta wieħed iqis li l-istimi tal-esponiment huma inqas mill-ADI għall-gruppi tal-età kollha, l-użijiet proposti u l-livelli tal-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) bħala sustanza li tagħti l-ħlewwa mhumiex ta' periklu għas-saħħa. |
|
(10) |
Għalhekk, huwa xieraq li l-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) jiġi awtorizzat bħala dolċifikant f'ċertu prodotti tal-ħelu b'valur enerġetiku mnaqqas fis-subkategorija tal-ikel 05.2 “Ħelu ieħor inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs”: Ħelu iebes (ħelu u lollies), ħelu artab (ħelu li tomogħdu, gums tal-frott, u prodotti taz-zokkor tar-ragħwa/marshmallows), għud is-sus, qubbajt, u marżipan (f'livell massimu ta' 350 mg/kg); mustardini b'togħma qawwija li jiffriskaw (f'livell massimu ta' 670 mg/kg) u ħelu żgħir li jiffriska n-nifs (f'livell massimu ta' 2 000 mg/kg). |
|
(11) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) EFSA Journal 2010; 8(4):1537.
(4) EFSA Journal 2015;13(6):4146.
ANNESS
Is-subkategorija tal-ikel 05.2 “Ħelu ieħor inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs” tal-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 hija emendata kif ġej:
|
(a) |
l-entrata għall-glikosidi tal-Istevjol E 960, li tirreferi għal “ħelu mingħajr zokkor miżjud biss” tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(b) |
l-entrata għall-glikosidi tal-Istevjol E 960, li tirreferi għal “mustardini li jiffriskaw il-griżmejn mingħajr zokkor miżjud biss” tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(c) |
l-entrata għall-glikosidi tal-Istevjol E 960, li tirreferi għal “ħelu żgħir biss, mingħajr zokkor miżjud” tinbidel b'dan li ġej:
|
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/18 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/336
tas-27 ta' Frar 2017
li jimponi dazju antidumping definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Miżuri proviżorji
|
(1) |
Fis-7 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju proviżorju antidumping fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' prodotti ċatti ta' azzar illigat jew mhux illigat (bl-esklużjoni tal-azzar inossidabbli, azzar tas-siliċju-elettriku, azzar tal-għodda u azzar għal veloċità għolja), b'laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin, mhux f'kolji, bi ħxuna ta' aktar minn 10 mm u wisa' ta' 600 mm jew aktar jew bi ħxuna ta' 4,75 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 10 mm u wisa' ta' 2 050 mm jew aktar (“pjanċa tqila”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1777 (2).(“ir-Regolament proviżorju”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni fit-13 ta' Frar 2016 billi ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“in-Notifika ta' Bidu”) wara lment ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2016 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar, (“il-Eurofer”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' pjanċa tqila. |
|
(3) |
Kif imsemmi fil-premessi (28) u (29) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni ta' dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015 (“il-perjodu ta' investigazzjoni” jew “PI”) u l-analiżi tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(4) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet ta' pjanċi tqal li joriġinaw mir-RPĊ soġġetti għar-reġistrazzjoni mill-11 ta' Awwissu 2016 bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1357 (3) (“ir-Regolament ta' reġistrazzjoni”). Ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet waqfet mal-impożizzjoni ta' miżuri proviżorji fit-8 ta' Ottubru 2016. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati kellhom 20 jum wara l-bidu tar-reġistrazzjoni biex jibgħatu l-kummenti. Ma wasal l-ebda kumment. |
1.3. Proċedura sussegwenti
|
(6) |
Wara d-divulgazzjoni tal-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ġie impost dazju antidumping proviżorju (“id-divulgazzjoni proviżorja”), Eurofer, assoċjazzjoni ta' produtturi tal-azzar mir-RPĊ (“CISA”), produttur esportatur fir-RPĊ, importatur ta' pjanċa tqila fl-Unjoni msemmi fil-premessa (34) tar-Regolament proviżorju (importatur wieħed) u assoċjazzjoni ad-hoc tal-utenti tal-industrija downstream (torrijiet tat-turbini tar-riħ) għamlu preżentazzjonijiet bil-miktub biex juru l-fehmiet tagħhom dwar il-konklużjonijiet proviżorji. |
|
(7) |
Il-partijiet li talbu li jinstemgħu ngħataw din l-opportunità. Saru seduti ma' produttur esportatur wieħed mir-RPĊ, is-CISA u importatur wieħed. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti verbali u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati u, fejn xieraq, indirizzathom hawn taħt. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għall-konklużjonijiet definittivi tagħha. Sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-importaturi mhux relatati, saru żjarat ta' verifika fl-istabbilimenti tal-partijiet li ġejjin:
|
|
(10) |
Il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet kollha bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li abbażi tagħhom kien biħsiebha timponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet fl-Unjoni ta' pjanċi tqal li joriġinaw mir-RPĊ u tiġbor b'mod definittiv l-ammonti garantiti permezz ta' dazju proviżorju (“id-divulgazzjoni finali”). |
|
(11) |
Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu l-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali. Eurofer, CISA u importatur wieħed għamlu l-kummenti tagħhom fi preżentazzjonijiet bil-miktub b'segwitu għad-divulgazzjoni finali u waqt seduta ta' smigħ. Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u fejn xieraq tqiesu. |
1.4. Kampjunar
|
(12) |
Is-CISA sostniet li kampjun ta' produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 28,5 % tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni kien żgħir wisq u ma jkoprix biżżejjed bejgħ. |
|
(13) |
Kif iddikjarat fil-premessa (12) tar-Regolament proviżorju il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni kien magħmul fuq il-bażi tal-akbar volum ta' bejgħ fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni li seta' b'mod raġonevoli jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. |
|
(14) |
Diġà għal dik ir-raġuni, l-argument irid jinċaħad. Kif indikat fil-premessa (197) hawn taħt, hemm kważi qbil komplet ta' aktar minn 90 % (f'volum) u madwar 70 % (bin-Numru ta' kontroll tal-Prodott (PCN) użat biex jiddifferenzja t-tipi ta' prodotti għal raġunijiet ta' investigazzjoni) bejn it-tipi ta' prodotti esportati mill-produtturi esportaturi fil-kampjun mir-RPĊ u t-tipi ta' prodotti mibjugħin mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni. |
|
(15) |
Wara d-divulgazzjoni finali is-CISA rritornat għal din il-kwistjoni fil-kummenti tagħha u waqt is-seduta ta' smigħ, u ddikjarat li huwa diffiċli ħafna biex wieħed jemmen li hemm tqabbil kważi totali tal-PCNs jekk il-maġġoranza tal-PCNs mhumiex mibjugħa mit-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-Kummissjoni tinnota li t-tqabbil tal-PCNs sussegwentement ġie vverifikat mill-ġdid, u l-perċentwali mogħtija fil-premessa (14) hawn fuq instab li huma korretti. |
|
(16) |
Il-Kummisjoni tosserva f'dan il-kunterst li “tqabbil” tfisser li għal tip ta' prodott esportat mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ fil-kampjun, hemm mill-inqas tranżazzjoni waħda għat-tip ta' prodott taħt l-istess PCN għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Tqabbil ta' 90 % bil-volum ifisser li 90 % tat-tranżazzjonijiet tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi mir-RPĊ fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni jaqgħu taħt PCN li għalih hemm mill-inqas tranżazzjoni waħda għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Tqabbil ta' 70 % bil-PCN ifisser li għal 70 % tat-tipi ta' prodott huma importati taħt PCN partikolari, hemm mill-inqas tranżazzjoni waħda li taqbel tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
|
(17) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk li l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni huwa rappreżentattiv, anke jekk il-fatt biss li huwa bbażat fuq l-akbar volum li jista' raġonevolment ikun investigat ma kienx suffiċjenti. |
|
(18) |
Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri rigward il-metodu ta' kampjunar, il-konklużjonijiet proviżorji stabbiliti fil-premessi (11) sa (24) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
1.5. Eżami individwali
|
(19) |
Il-premessa (25) tar-Regolament proviżorju nnutat li seba' produtturi esportaturi fir-RPĊ indikaw li xtaqu jitolbu eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. |
|
(20) |
Filwaqt li l-ebda wieħed minn dawn il-produtturi esportaturi ma wieġeb għall-kwestjonarju u għalhekk ġie meqjus li ma waslet l-ebda talba, wieħed minn dawn is-seba' produtturi esportaturi bagħat lura l-formola ta' talba tat-Trattament ta' Ekonomija tas-Suq (“TES”) u wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, talab li l-Kummissjoni tivvaluta t-talba tiegħu għal TES. |
|
(21) |
Minħabba li l-produttur esportatur ma rritornax il-kwestjonarju, it-talba tal-kumpanija għal trattament individwali ġiet miċħuda, peress li l-produttur esportatur ma weriex li din tissodisfa l-kundizzjonijiet biex tingħata eżami individwali. F'dan il-kuntest ġiet infurmata li l-preżentazzjoni ta' formola ta' talba għal TES waħedha ma kinitx biżżejjed biex issostni t-talba tagħha. Il-Kummissjoni ma vvalutatx it-talba tagħha għal TES, skont l-Artikolu 2(7)(d) tar-Regolament bażiku, peress li ma kinitx fil-kampjun, u lanqas ma kien irnexxielha tikseb trattament individwali. |
|
(22) |
Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri rigward eżami individwali, il-konklużjonijiet proviżorji stipulati fil-premessa (25) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Dikjarazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott
|
(23) |
Il-premessi (30) u (31) tar-Regolament proviżorju jistabbilixxu d-definizzjoni proviżorja tal-prodott ikkonċernat. |
|
(24) |
Il-premessi (34) u (41) tar-Regolament proviżorju jistabbilixxu l-pretensjonijiet ta' importatur ta' pjanċa tqila fl-Unjoni u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward l-ambitu tal-prodott. |
|
(25) |
Wara l-impożizzjoni ta' miżuri proviżorji importatur wieħed u s-CISA ippreżentaw talbiet ulterjuri fuq l-istess linji ta' argument li ċerti tipi ta' prodotti, jiġifieri:
imsemmija minnhom bħala “pjanċa tqila speċjali” għandha tiġi eskluża mill-ambitu tal-prodott. |
|
(26) |
Il-Kummissjoni tinnota li kemm “il-pjanċa tqila speċjali” kif ukoll pjanċa tqila oħra jistgħu jsiru għall-qies, għalhekk dan mhuwiex kriterju relevanti biex issir differenza bejniethom. |
|
(27) |
Ġew ippreżentati għadd ta' argumenti li appoġġaw din it-talba għal esklużjoni, u huma analizzati fuq bażi individwali hawn taħt. |
|
(28) |
Sa mill-bidu, il-Kummissjoni tfakkar li skont il-każistika, la r-Regolament bażiku u lanqas il-Ftehim Antidumping tad-WTO ma jispeċifikaw l-ambitu tal-kunċett tal-“prodott ikkunsidrat”. Il-Qorti għalhekk tqis li l-Kummissjoni għandha diskrezjoni wiesgħa biex tiddefinixxi l-prodott ikkunsidrat. B'mod partikolari, ma hekk l-ebda rekwiżit għall-omoġeneità jew similarità bejn il-prodotti fil-kwistjoni. Pjuttost, il-Qrati tal-Unjoni kkunsidrawha relevanti jekk il-prodotti kollha fil-kwistjoni jikkondividux l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi. Il-Qorti Ġenerali qieset ukoll li l-użu finali u l-interkambjabbiltà jistgħu jikkostitwixxu kriterji rilevanti. |
|
(29) |
Il-Kummissjoni l-ewwel se tistipula l-analiżi ta' dawk il-kriterji fil-każ preżenti u mbagħad se tispjega kif iddeċidiet li tħaddem id-duskrezzjoni wiesgħa tagħha fuq dik il-bażi. |
2.1.1. Differenza fil-proprjetajiet fiżiċi, kimiċi u tekniċi
|
(30) |
Importatur wieħed iddikjara li “pjanċa tqila speċjali” tista' faċilment tingħaraf minn “pjanċa tqila tal-komoditajiet” permezz tal-proprjetajiet kimiċi bħall-kontenut tal-karbonju, il-proprjetajiet fiżiċi bħalma hi s-saħħa b'rendiment jew l-indiċi tal-ebusija Brinell, il-proprjetajiet tekniċi bħalma huma d-deżinjazzjonijiet tal-grad jew il-ħxuna. |
|
(31) |
Is-CISA, iddikjarat li l-aktar kriterju importanti (bil-volum tal-esportazzjoni) biex jiddistingwi l-“pjanċa tqila speċjali” huwa l-ħxuna tal-pjanċa, li tjopri aktar minn nofs il-prodotti li jridu jiġu esklużi. Is-CISA ibbażat dan l-argument għal esklużjoni mill-ambitu tal-prodott fuq l-istruttura tal-PCN użat biex jiġu aggruppati t-tipi differenti ta' prodotti għall-iskop tal-investigazzjoni. |
|
(32) |
L-istruttura tal-PCN tintuża biex jiġi żgurat li l-prodotti b'kosti u prezzijiet komparabbli jiġu pparagunati — hija ma tgħid xejn dwar l-użu tal-prodott jew dwar l-interkambjabbiltà tal-prodott. Fil-każ tal-ħxuna, ukoll hija ma tgħid xejn dwar il-proprjetajiet fiżiċi, kimiċi jew tekniċi tal-prodott. B'mod partikolari, l-ebda wieħed mill-partijiet interessati ma seta' juri li pjanċa tqila bi ħxuna ta' 155 mm ma jkollhiex l-istess użu finali u ma tkunx interkambjabbli ma' pjanċa tqila bi ħxuna ta' 145 mm, meta l-parametri l-oħra kollha jkunu l-istess. |
|
(33) |
Barra minn hekk, filwaqt li tabilħaqq jista' jkun hemm dawn id-differenzi speċifiċi fil-proprjetajiet speċifiċi msemmija fil-premessa (30) hawn fuq, dan ma jurix li “pjanċa tqila speċjali” ma għandhiex l-istess karatteristiċi bħall-“pjanċa tqila tal-komoditajiet”. |
|
(34) |
L-Eurofer talbet li d-definizzjoni tal-prodott ma tinbidilx u appoġġat l-argumenti tal-Kummissjoni stabbiliti fil-premessi (36) u (41) tar-Regolament proviżorju. |
|
(35) |
Hija ssottomettiet ukoll li l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ jinkludu firxa wiesgħa ta' gradi u dimensjonijiet tal-azzar, u jkopru pjanċi tqal tal-azzar kemm illigat kif ukoll tal-azzar mhux illigat. Hija fl-aħħar nett tinnota li ma hemm l-ebda “rekwiżit speċifiku ta' omoġenejità jew xebh bejn il-prodotti” koperti mill-ambitu tal-prodott ikkonċernat. |
|
(36) |
Tabilħaqq, il-Kummissjoni tinnota li hija ħaġa komuni f'investigazzjonijiet antidumping li ambitu tal-prodott ikopri mijiet jew anke eluf ta' tipi ta' prodotti li mhumiex identiċi jew omoġenji, iżda xorta waħda għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi, kif inhu l-każ f'din l-investigazzjoni. |
|
(37) |
B'segwitu għad-divulgazzjoni finali is-CISA, l-Eurofer u importatur wieħed irritornaw għal din il-kwistjoni fil-kummenti tagħhom u waqt is-seduta ta' smigħ.
|
|
(38) |
Fir-rigward tal-kummenti msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tinnota li kif inhu l-każ fil-biċċa l-kbira tal-investigazzjonijiet, id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat tkopri varjetà wiesgħa ta' tipi ta' prodott li għandhom karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi li huma simili. Il-fatt li dawn il-karatteristiċi jistgħu jvarjaw minn tip ta' prodott għal tip ta' prodott ieħor jista' tabilħaqq iwassal biex tiġi koperta medda wiesgħa ta' tipi. |
|
(39) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li anki jekk tipi differenti ta' pjanċa tqila jkollhom ħxuna differenti, il-gradi tal-azzar differenti, eċċ., is-CISA u importatur wieħed naqsu milli juru u milli jippreżentaw xi evidenza jew argument sostanzjali li l-ħxuna ta' 150 mm tkun distinzjoni xierqa bejn “pjanċa tqila speċjali” u “pjanċa tqila tal-komoditajiet” għal raġunijiet ta' karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi jew l-użu finali u l-interkambjabbiltà (ara t-taqsima 2.1.2 hawn taħt). |
|
(40) |
Abbażi ta' dak ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-“pjanċa tqila speċjali” u l-“pjanċa tqila tal-komoditajiet” għandhom l-istess proprjetajiet fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi. |
2.1.2. Użu finali differenti u l-interkambjabbiltà
|
(41) |
Is-CISA u importatur wieħd allegaw ukoll li l-importazzjonijiet ta' “pjanċa tqila speċjali” għandha użu finali kompletament differenti, u li mhumiex interkambjabbli ma' “pjanċa tqila tal-komoditajiet”. Is-CISA argumentat li l-importazzjonijiet ta' “pjanċa tqila speċjali” huma essenzjalment għall-industrija tal-Unjoni tal-iffurmar tal-metall, li tiddependi minn dawn l-importazzjonijiet. |
|
(42) |
Fl-istess ħin importatur wieħed issottometta li l-“pjanċa tqila speċjali” tintuża minn firxa wiesgħa ta' industriji, inklużi l-magni għat-tħaffir u ċ-ċaqliq tal-art (yellow goods), it-tagħmir għall-krejnijiet u għall-irfigħ, il-kostruzzjonijiet ta' pontijiet, it-torrijiet tat-turbini tar-riħ, is-settur tal-enerġija, eċċ. |
|
(43) |
L-ebda utent fl-Unjoni jew l-industriji msemmijin fil-premessi (41) u (42) hawn fuq ma appoġġaw l-argument stipulat fil-premessa (40) hawn fuq. Għall-kuntrarju, b'mod partikolari rigward it-torrijiet tat-turbini tar-riħ, l-evidenza li pprovda dan l-importatur u partijiet oħra interessati turi li l-produtturi tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ fil-fatt jixtru pjanċa tqila, li ma taqax fid-definizzjoni ta' “pjanċa tqila speċjali” kif propost minn importatur wieħed jew mis-CISA, iżda pjuttost fid-definizzjoni tagħhom ta' “pjanċa tqila tal-komoditajiet”. |
|
(44) |
Il-Kummissjoni tinnota li hemm fil-fatt għadd kbir ta' użi finali differenti ta' “pjanċa tqila speċjali”. Madankollu, il-partijiet interessati ma pprovdewx evidenza ddettaljata (bħal pereżempju fatturi lill-utenti f'dawn l-industriji li juru li dawn l-industriji attwalment qed jużaw dawn il-prodotti) li kienet tippermetti lill-Kummissjoni biex tagħmel valutazzjoni dwar jekk dawk l-utenti finali tal-“pjanċa tqila speċjali” u l-“pjanċa tqila tal-komoditajiet” humiex differenti, jew jekk fir-realtà l-biċċa l-kbira tal-utenti finali jew kollha kemm huma jistgħux jissostitwixxu waħda bl-oħra. Barra minn hekk, ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li l-“pjanċa tqila speċjali” mhijiex interkambjabbli ma' pjanċa tqila oħra. |
|
(45) |
B'segwitu għad-divulgazzjoni finali is-CISA, l-Eurofer u importatur wieħed irritornaw għal din il-kwistjoni fil-kummenti tagħhom u waqt is-seduta ta' smigħ. Is-CISA ma ppreżentat l-ebda argument sostanzjali ġdid. Importatur wieħed sostna li l-użu ta' pjanċa tqila jiddependi fuq valuri strutturali kkalkulati u fuq impatti mekkaniċi (relatati ma' proprjetajiet fiżiċi u kimiċi) u fuq aspetti kummerċjali (relatati mal-prezzijiet u l-kosti tal-proċessi ta' produzzjoni). |
|
(46) |
Sabiex isostnu l-argumenti tagħhom semmew:
|
|
(47) |
Il-Kummissjoni tinnota li kemm is-CISA kif ukoll l-importatur naqsu milli jippreżentaw xi evidenza biex tikkonferma li d-distinzjoni oġġettiva bejn il-“pjanċa tqila speċjali” u l-“pjanċa tqila tal-komoditajiet” hija jekk il-pjanċa jkollhiex ħxuna ta' aktar jew anqas minn 150 mm. |
|
(48) |
Barra minn hekk, ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li ma ma hemmx trikkib u kompetizzjoni bejn is-segmenti li jmissu ma' xulxin ta' pjanċi tqal, pereżempju bejn dawk ta' ħxuna ta' 155 mm u 145 mm. Għall-kuntrarju, diversi fatturi ppreżentati minn importatur wieħed urew li l-“pjanċa tqila tal-komoditajiet” u l-“pjanċa tqila speċjali” nbiegħu fuq l-istess fattura lill-istess klijent. |
|
(49) |
Wara d-divulgazzjoni finali importatur wieħed issottometta wkoll li l-Kummissjoni tista' toħloq kodiċi TARIC separat ġdid biex tagħmel distinzjoni bejn il-“pjanċa tqila tal-komoditajiet” u l-“pjanċa tqila speċjali” billi tirreferi għall-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi kif ukoll għall-ħxuna. Din il-parti ssuġġeriet ukoll li jkun hemm rekwiżit formali ta' rapport ta' spezzjoni ta' stħarriġ indipendenti tal-kumpanija sabiex jiċċertifika d-distinzjoni msemmija hawn fuq fl-ikklerjar doganali. |
|
(50) |
Peress li l-parametru ta' ħxuna ta' 150 mm bħala punt ta' qtugħ bejn il-“pjanċa tqila speċjali” u l-“pjanċa tqila tal-komoditajiet” mhijiex iġġustifikata kif jixraq, l-argument dwar id-definizzjoni tal-kodiċi doganali u tal-ispezzjoni formali, kif issuġġerit mill-importatur, ma hemmx għalfejn jiġi indirizzat. Il-Kummissjoni taqbel, madankollu, li, bħala prinċipju, huwa possibbli li jiġu esklużi ċerti prodotti mill-ambitu tal-prodott mill-aspett tekniku. Il-kwistjoni deċiżiva hija, madankollu, jekk abbażi ta' kunsiderazzjonijiet legali, ekonomiċi u politiċi, din l-esklużjoni hijiex ġustifikata (ara fuq dan il-punt fit-taqsima li ġejja). |
|
(51) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, importatur wieħed kompla jippreżenta għadd ta' fatturi anonimizzati u ddeskrivihom bħala bejgħ tiegħu ta' “pjanċa tqila speċjali” lill-utenti tal-magni għat-tħaffir u ċ-ċaqliq tal-art (yellow goods), it-tagħmir għall-krejnijiet u għall-irfigħ, il-kostruzzjonijiet ta' pontijiet, it-torrijiet tat-turbini tar-riħ, is-settur tal-enerġija eċċ. Dan l-importatur offra wkoll li jaqbel mal-arranġamenti tal-Kummissjoni għall-verifika ta' din id-data. |
|
(52) |
Il-Kummissjoni tqis li tali verifika mhix meħtieġa f'dan il-każ. Minħabba li l-offerta ġiet tard ħafna, kien ikun prattikament diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli li tiġi implimentata. |
|
(53) |
Madankollu, kif indikat fil-premessa (47) hawn fuq, ħafna mill-fatturi ppreżentati minn dan l-importatur urew li l-“pjanċa tqila tal-komoditajiet” u l-“pjanċa tqila speċjali” inbiegħet fuq l-istess fattura lill-istess klijent. Dan juri b'mod ċar li l-istess klijenti jistgħu u qegħdin jużaw iż-żewġ tipi ta' pjanċa tqila. |
|
(54) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali importatur wieħed irrefera wkoll għall-pubblikazzjoni Stahl-Informations-Zentrum li turi l-użi differenti tal-pjanċa tqila. Il-Kummissjoni tiegħu nota ta' dan ir-rapport u hija konxju mill-użi differenti tal-pjanċa tqila. Madankollu kif imsemmi fil-premessa (44) hawn fuq l-ebda evidenza ma ġiet ippreżentata li turi li l-“pjanċa tqila speċjali” mhijiex interkambjabbli ma' pjanċa tqila oħra. |
|
(55) |
Fl-aħħar nett, fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, importatur wieħed irrefera għal miżuri antidumping fuq pjanċa tqila fl-Awstralja u fl-Istati Uniti tal-Amerika, fejn ġew introdotti esklużjonijiet fuq ċertu tip ta' prodott abbażi tal-gradi u l-ħxuna. |
|
(56) |
Il-Kummissjoni tinnota madankollu li dawn l-esklużjonijiet seħħew fl-istadju tal-bidu ta' dawn il-proċeduri, u ma ngħata l-ebda raġunament dwar għalfejn din l-esklużjoni ġiet deċiża. Fi kwalunkwe każ, id-deċiżjonijiet minn membri oħra tad-WTO ma jippreġudikawx is-sitwazzjoni fl-Unjoni. |
|
(57) |
Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni finali l-Eurofer qalet li l-gradi ddeżinjati minn importatur wieħed u s-CISA bħala “pjanċa tqila speċjali” hija bbażata biss fuq il-klassifikazzjoni arbitrarja tagħhom stess. Biex turi dan l-Eurofer irreferiet għal żewġ eżempji li jikkonfermaw il-konklużjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (47) hawn fuq:
|
|
(58) |
Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tiċħad l-argument li l-“pjanċa tqila speċjali” għandha użu finali differenti u mhijiex interkambjabbli ma' prodotti oħra suġġetti għall-investigazzjoni. |
2.1.3. L-apprezzament tal-opportunità li jiġu esklużi ċerti prodotti mill-ambitu tal-prodott
|
(59) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-fatt li fl-ambitu tal-prodott li huwa pjanċa tqila jistgħu jsiru diversi distinzjonijiet bejn tipi, gradi u kwalitajiet, eċċ. ta' pjanċa tqila u li jista' jkun hemm differenzi fil-metodi tal-produzzjoni u fl-ispejjeż, ma jeskludix li dawn jistgħu jiġu kkunsidrati bħala prodott wieħed, sakemm dawn ikollhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi, tekniċi u/jew kimiċi. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi għall-każistika kkwotata fil-premessa (28) hawn fuq. |
|
(60) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll likieku qieset xieraq tali kors ta' azzjoni, hija setgħet teskludi ċerti prodotti mill-ambitu tal-investigazzjoni, bħalma għamlu awtoritajiet investigattivi fi Stati Membri oħra tad-WTO. |
|
(61) |
Madankollu, il-Kummissjoni tqis li, abbażi tal-valutazzjoni tal-fatti kollha stabbiliti matul l-investigazzjoni, din l-esklużjoni ma hijiex iġġustifikata. |
|
(62) |
Is-CISA ssottomettiet kalkolu li juri li l-esklużjoni ta' “pjanċa tqila speċjali” tkun tammonta għal 9,2 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ. Abbażi ta' dan, hija allegat li l-esklużjoni ta' “pjanċa tqila speċjali” mill-ambitu tal-prodott “se jkollha impatt limitat ħafna fuq id-determinazzjoni globali tal-investigazzjoni” u li “ma tipperikolax l-effett ġenerali ta' miżuri antidumping fuq importazzjonijiet ta' pjanċa tqila oġġett ta' dumping”, peress li “l-pjanċi tqal tal-komoditajiet” ser jibqgħu jkunu soġġetti għall-miżuri. |
|
(63) |
Analiżi tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun mir-RPĊ fuq il-bażi tal-PCN turi li l-“pjanċa tqila speċjali” fil-fatt twaqqa' l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u b'hekk jikkontribwixxi għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(64) |
Minħabba li ma jistax jiġi stabbilit li l-“pjanċa tqila speċjali” għandha użu finali differenti mill-“pjanċa tqila tal-komoditajiet” u mhijiex interkambjabbli magħha, il-kwantità limitata attwali ta' dan il-bejgħ ma tistax tintuża' bħala indikazzjoni li l-esklużjoni tagħha ma tipperikolax l-effettività tal-miżuri. Tabilħaqq, kieku l-“pjanċa tqila speċjali” kellha tiġi eskluża mill-ambitu tal-prodott, l-utenti li bħalissa jixtru l-“pjanċa tqila tal-komoditajiet” jistgħu jibdlu għall-“pjanċa tqila speċjali”, biex b'hekk jevitaw id-dazji u jipperikolaw l-effettività tal-miżuri. |
|
(65) |
Barra minn hekk, kuntrarjament għas-sitwazzjoni fi Stati Membri oħra tad-WTO, it-tipi kollha ta' pjanċi tqal huma prodotti fi kwantitajiet sinifikanti mill-produtturi tal-Unjoni, u dawk il-prodotti kollha jbatu minn dumping dannuż. |
|
(66) |
Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tiċħad l-argument li l-esklużjoni tal-“pjanċa tqila speċjali” ma tipperikolax l-effettività tal-miżuri antidumping. |
2.1.4. Konklużjoni
|
(67) |
Abbażi ta' dak ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ebda wieħed mill-argumenti mressqa mis-CISA u minn importatur wieħed ma juri li l-“pjanċa tqila speċjali” għandha tiġi eskluża mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. |
|
(68) |
Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri rigward l-ambitu tal-prodott il-Kummissjoni tikkonferma d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat kif stipulat fil-premessi (30) u (31) tar-Regolament proviżorju. |
3. DUMPING
3.1. Il-valur normali
3.1.1. Trattament ta' ekonomija tas-suq (“TES”)
|
(69) |
Kif stipulat fil-premessa (43) tar-Regolament proviżorju, ħadd mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma talab MET u ma ġew aċċettati l-ebda talbiet għal MET. |
3.1.2. Pajjiż analogu
|
(70) |
Fir-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni għażlet l-Awstralja bħala l-pajjiż analogu b'konformità mal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. |
|
(71) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, is-CISA nnutat li fi preżentazzjoni magħmula fil-bidu tal-investigazzjoni hija kienet ikkummentat dwar l-użu potenzjali tal-Istati Uniti tal-Amerika, fejn esprimiet tħassib kbir minħabba li din l-għażla twassal biex il-Kummissjoni tagħmel użu minn data ta' kumpaniji relatati mal-industrija tal-Unjoni. Is-CISA nnutat li l-Kummissjoni għandha tuża biss data minn pajjiżi oħra u li l-Istati Uniti tal-Amerika tintuża bħala l-aħħar rimedju, fin-nuqqas ta' kooperazzjoni minn pajjiżi oħra. |
|
(72) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, l-Eurofer, produttur esportatur wieħed fir-RPĊ u s-CISA għamlu kummenti dwar l-għażla tal-Awstralja u talbu li l-Kummissjoni tuża lill-Istati Uniti tal-Amerika minflok. |
|
(73) |
L-Eurofer u l-produttur esportatur mir-RPĊ issuġġerew li l-Kummissjoni tuża data mill-Istati Uniti tal-Amerika għaliex kien hemm aktar produtturi domestiċi jikkompetu ma' xulxin, u għalhekk ikun hemm data għal aktar tipi ta' prodotti minn dik li kienet disponibbli mingħand l-uniku produttur Awstraljan. |
|
(74) |
Minħabba li kien hemm biss produttur mill-Istati Uniti kkoopera fl-investigazzjoni, id-data minn produtturi oħra ma kinitx tkun disponibbli kieku l-Istati Uniti kellhom jintagħżlu bħala l-pajjiż analogu. |
|
(75) |
Is-CISA talbet li l-Kummissjoni tikkalkula l-marġni tad-dumping bl-użu ta' data mingħand l-uniku produttur tal-Istati Uniti li kkoopera, u jekk ir-riżultat ikun “kompletament differenti” minn dak misjub fl-istadju proviżorju meta ntużat l-Awstralja, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Awstralja mhijiex “pajjiż analogu validu” u tuża lill-Istati Uniti tal-Amerika minflok. |
|
(76) |
Din it-talba ġiet miċħuda. Kif stipulat fil-premessi (44) sa (52) tar-Regolament proviżorju l-Awstralja ġiet magħżula bħala l-pajjiż analogu, u l-argumenti l-ġodda tagħhom ma urewx li l-Awstralja mhix xierqa. |
|
(77) |
B'segwitu għad-divulgazzjoni finali s-CISA ippreżentat kummenti ulterjuri għall-idoneità tal-Awstralja bħala l-pajjiż analogu. |
|
(78) |
L-ewwel nett, huma nnotaw li l-marġni tad-dumping ikkalkulat għall-produtturi esportaturi mir-RPĊ kienu ogħla mill-marġnijiet ta' ħsara, u għalhekk il-valur normali fl-Awstralja kien ogħla mill-prezz mhux dannuż tal-industrija tal-Unjoni, jekk jittieħed bħala medja. Abbażi ta' dan is-CISA kkonkludiet li l-Awstralja “fl-ebda każ ma tista' titqies bħala pajjiż analogu validu”. |
|
(79) |
Dan l-argument huwa miċħud. Il-livell tal-valur normali, ibbażat fuq il-prezzijiet jew l-ispejjeż fil-pajjiż b'ekonomija tas-suq ikkonċernat, hija l-informazzjoni vverifikata wara li ssir l-għażla tal-pajjiż analogu. Il-valur normali huwa l-prezz domestiku tal-prodott simili fis-suq domestiku ta' pajjiż b'ekonomija tas-suq u mhuwiex ir-raġuni biex jl-Awstralja ma tiġix ikkunsidrata bħala l-pajjiż analogu. |
|
(80) |
It-tieni nett, is-CISA għamlet referenza għal każ riċenti kontra r-RPĊ (high fatigue performance steel concrete reinforcement bars — HFP rebar) (12) fejn sostniet li l-Kummissjoni kienet neħħiet ċerti tipi ta' prodotti mill-valur normali fil-pajjiż analogu wara li “partijiet interessati kkontestaw il-prezzijiet domestiċi u l-kost tal-produzzjoni għoljin ħafna”. |
|
(81) |
L-eżempju kkwotat mis-CISA ma għandu l-ebda rilevanza għal din l-investigazzjoni. Fil-każ dwar l-HFP rebar il-Kummissjoni identifikat ċerti tipi ta' prodotti magħmula fuq l-istandards tal-pajjiż analogu u mhux f'kompetizzjoni mat-tipi ta' prodotti esportati mir-RPĊ. Dawn it-tipi ta' prodotti partikolari ma ġewx ikkunsidrati fit-tqabbil tal-valur normali mal-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi mir-RPĊ. |
|
(82) |
Peress li s-CISA ma għamlet l-ebda dikjarazzjoni li l-produttur fl-Awstralja jimmanifattura tipi ta' prodotti li mhumiex f'kompetizzjoni mat-tipi ta' prodotti esportati mir-RPĊ lejn l-Unjoni, l-eżempju ma għandu l-ebda rilevanza. |
|
(83) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-pajjiż analogu, il-konklużjoni proviżorji tal-Kummissjoni li tuża lill-Awstralja bħala l-pajjiż analogu, kif stabbilit fil-premessa (52) tar-Regolament proviżorju hija għalhekk ikkonfermata. |
3.1.3. Valur normali
|
(84) |
L-Eurofer ikkummentat dwar il-metodoloġija proviżorji tal-Kummissjoni stabbilita fil-premessa (68) tar-Regolament proviżorju fir-rigward ta' tipi ta' prodotti mhux mibjugħa mill-produttur analogu. Hija talbet li l-Kummissjoni għandha “tinkludi aġġustament biex jitqiesu l-ispejjeż ogħla” ta' prodotti mhux mibjugħa fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu. |
|
(85) |
Il-Kummissjoni tiċħad din it-talba peress li l-unika data disponibbli rigward il-kost jew il-prezz tal-pjanċa tqila fl-Awstralja hija d-data vverifikata tal-produttur tal-pajjiż analogu. Fejn il-produttur ma kienx jimmanifattura tip ta' prodott partikolari esportat minn produttur esportatur mir-RPĊ, l-ebda data għaldaqstant ma hija disponibbli biex isir tali aġġustament. |
|
(86) |
Fin-nuqqas ta' xi kummenti ulterjuri rigward il-valur normali, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (53) sa (68) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
3.2. Prezz tal-esportazzjoni
|
(87) |
Fin-nuqqas ta' kummenti rigward il-prezz tal-esportazzjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (69) u (70) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
3.3. Tqabbil
|
(88) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward tqabbil, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (71) sa (73) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
3.4. Marġnijiet tad-dumping
|
(89) |
Fin-nuqqas ta' kummenti rigward il-marġnijiet tad-dumping, il-marġnijiet tad-dumping proviżorji stabbiliti fit-Tabella 2 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
4. ĦSARA
4.1. Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(90) |
Fin-nuqqas ta' xi kummenti fir-rigward tad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-produzzjoni tal-Unjoni il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (82) sa (85) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(91) |
Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (86) sa (89) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
4.3. Volum u ishma mis-suq tal-importazzjonijiet
|
(92) |
Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn 90 sa 94 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
4.4. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-twaqqigħ tal-prezz
|
(93) |
L-Eurofer qalet li “il-Kummissjoni għandha toqgħod attenta li ma tissottovalutax il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet billi tagħmel aġġustamenti għoljin iżżejjed għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni.” |
|
(94) |
Il-Kummissjoni tinnota madankollu li l-ammonti għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni ġew ikkonfermati matul il-verifiki fuq il-post u għalhekk ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala għoljin iżżejjed. |
|
(95) |
L-Eurofer qalet ukoll li “l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ma għandhomx jitnaqqsu għal kummissjonijiet li jirrigwardaw parti imħallsa fi grupp ta' impriżi.” |
|
(96) |
Il-Kummissjoni tinnota li tnaqqis għal kummissjonijiet huwa ġġustifikat meta l-kumpannija li tintervjeni fi tranżazzjoni twettaq il-funzjonijiet ta' aġent, irrispettivament minn jekk il-kumpanija hijiex relatata jew le. Barra minn hekk la l-Eurofer u l-ebda produttur individwali tal-Unjoni ma pprovdew xi argument li dan mhuwiex il-każ. Il-Kummissjoni għalhekk issostni l-pożizzjoni li t-tnaqqis huwa ġġustifikat. |
|
(97) |
L-Eurofer sostniet ukoll li “l-produtturi esportaturi Ċiniżi ħafna drabi jżidu ċerti ammonti ta' boron jew kromju mal-azzar normali strutturali sabiex jikkwalifikaw għal rifużjonijiet tat-taxxa Ċiniża iżda mbagħad ibigħu l-azzar,fis-suq tal-Unjoni bħala azzar strutturali normali mhux liga (eż. gradi S235, S275 u S355)”. Huma talbu li l-Kummissjoni tiżgura li “dawn il-prodotti jiġu kkombinati kif suppost ma' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-gradi S235, S275 u S355 f'din l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet”. |
|
(98) |
L-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet tqabbel il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ mal-prezzijiet tal-Unjoni fuq il-bażi tan-numru ta' kontroll tal-prodott (Product Control Number — PCN) li huwa komuni għall-partijiet kollha tal-investigazzjoni. Il-grad tal-azzar jifforma parti mill-PCN u ġie vverifikat matul iż-żjarat ta' verifika għand il-produtturi esportaturi Mir-RPĊ fil-kampjun u l-produtturi tal-Unjoni. Għalhekk l-istess gradi tal-azzar kienu mqabbla għall-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet. |
|
(99) |
Fin-nuqqas ta' xi kumment ulterjuri fir-rigward tal-prezz tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-twaqqigħ tal-prezzijiet il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (95) sa (99) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
|
(100) |
Fil-premessa (104) tar-Regolament proviżorju l-Kummissjoni tosserva li wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun issospenda l-produzzjoni tal-pjanċa tqila f'Diċembru tal-2015. |
|
(101) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ iddikjara li l-Kummissjoni għandha teskludi lil dan il-produttur tal-Unjoni fil-kampjun mill-analiżi tal-ħsara minħabba “l-potenzjal għal distorsjoni jibqa', b'tali mod li jew issir analiżi riveduta mingħajr l-informazzjoni dwar il-kumpanija li għalqet, jew tinġabar data minn produttur ieħor tal-UE”. |
|
(102) |
Din is-sospensjoni tal-produzzjoni ma għandha l-ebda impatt fuq xi indikatur tal-ħsara peress li seħħet fl-aħħar ġranet tal-perjodu tal-investigazzjoni u għalhekk iż-żewġ settijiet tad-data jiġifieri d-data makroekonomika li tirrigwarda l-produtturi kollha tal-Unjoni u l-indikaturi mikroekonomiċi li jirrigwardaw il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun instabu li huma rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(103) |
Fin-nuqqas ta' xi kummenti rigward il-kummenti ġenerali dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni l-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (100) sa (104) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(104) |
Fin-nuqqas ta' xi kummenti fir-rigward tal-produzzjoni, tal-kapaċità tal-produzzjoni u tal-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (105) sa (110) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
4.5.2.2. Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
(105) |
Is-CISA stqarret li hija ma taqbilx mal-metodoloġija ta' paragun bejn il-““punt ta' bidu” (2012) u l-“punt ta' tmiem” (2015, jiġifieri l-PI)” tal-indikatur tal-ħsara tal-volum tal-bejgħ u l-konklużjoni li tirriżulta li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b' 7 %. Fl-opinjoni tas-CISA data iżjed riċenti hija aktar rilevanti biex tiġi stabbilita l-ħsara. Is-CISA issostni wkoll li l-Kummissjoni kellha “żżid tagħti iżjed piż lix-xejra reċenti fil-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, li ma wera ebda tnaqqis matul l-aħħar tliet snin”, jiġifieri bejn l-2013 u l-2015. |
|
(106) |
Il-Kummissjoni tiċħad dan l-argument għar-raġunijiet li ġejjin: |
|
(107) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tfakkar fil-premessa (3) hawn fuq li tipprovdi li l-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni. |
|
(108) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-indikaturi kollha ta' ħsara billi ppreżentat ix-xejriet tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat kollu, kif ukoll analiżi ta' sena b'sena, fejn rilevanti. |
|
(109) |
It-tieni, il-premessa (112) tar-Regolament proviżorju tiddikjara li “wara tnaqqis ta' 7 % bejn l-2012 u l-2013 u saħansitra tnaqqis ieħor fl-2014 b'2 punti perċentwali l-volum tal-bejgħ żdied bi ftit b'2 punti perċentwali matul il-PI”. Għaldaqstant huwa ċar li l-Kummissjoni ma wettqitx sempliċi paragun tal-““punt ta' bidu” (2012) u l-“punt ta' tmiem” (2015, jiġifieri l-PI)” kif hu allegat, iżda twettqet paragun komprensiv tas-snin kollha fil-perjodu kkunsidrat. |
|
(110) |
It-tielet, wieħed irid jara l-volum stabbli tal-bejgħ bejn l-2013 u l-2015 fil-kuntest ta' żieda qawwija fil-konsum ta' 11-il punt perċentwali, kif iddikjarat fit-Tabella 3 tar-Regolament proviżorju. Għaldaqstant il-bejgħ stabbli tal-volum tal-bejgħ ma pprevjeniex telf sinifikanti fis-sehem mis-suq ta' 9,3 punti perċentwali fl-istess żmien, kif iddikjarat fit-Tabella 7 tar-Regolament proviżorju. Huwa għalhekk ikkunsidrat li l-volum stabbli tal-bejgħ bejn l-2013 u l-2015 huwa sinjal tal-ħsara, peress li l-volum tal-bejgħ jeħtieġ jiġi analizzat fil-kuntest ta' konsum li qed jikber u ta' sehem mis-suq li qed jonqos. |
|
(111) |
Fin-nuqqas ta' xi kummenti ulterjuri fir-rigward tal-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (111) sa (114) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
4.5.2.3. Impjiegi u produttività
|
(112) |
Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-impjiegi u l-produttività tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (115) sa (117) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
4.5.2.4. Prezzijiet lavorattivi
|
(113) |
Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-prezzijiet lavorattivi tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (118) u (119) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
4.5.2.5. Tkabbir
|
(114) |
Fin-nuqqas ta' kumment fir-rigward tat-tkabbir, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (120) u (121) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
4.5.2.6. Il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-imgħoddi
|
(115) |
Fin-nuqqas ta' kummenti dwar il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping tal-imgħoddi, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (122) u (124) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1. Prezzijiet u fatturi li għandhom impatt fuq li-prezzijiet
|
(116) |
Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-prezzijiet u l-fatturi li għandhom impatt fuq il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (125) sa (127) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
4.5.3.2. Inventarji
|
(117) |
Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri fir-rigward tal-inventarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (128) sa (130) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
4.5.3.3. Profittabbiltà, fluss ta' flus, investiment, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(118) |
Is-CISA sostniet li matul il-perjodu kkunsidrat, minkejja l-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun dejjem kienu ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom. |
|
(119) |
It-Tabella 10 tar-Regolament proviżorju tippreżenta x-xejriet kemm tal-prezzijiet tal-bejgħ u l-kost unitarju tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu kkunsidrat. Kif imsemmi fil-premessa (126) tar-Regolament proviżorju il-“prezzijiet tal-bejgħ bdew jonqsu b'rata aktar mgħaġġla u bħala medja, baqgħu dejjem anqas mill-kost unitarju tal-produzzjoni”. |
|
(120) |
Is-CISA sostniet ukoll li huma ma tifhimx għaliex meta fl-2012 il-kost tal-produzzjoni ta' unità kienet ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ ta' unità, il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun għamlu profitt. |
|
(121) |
L-ispiża medja tal-produzzjoni fit-Tabella 10 tar-Regolament proviżorju hija tabilħaqq ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ għall-2012. Dan normalment ikun jindika telf għal din is-sena. Madankollu, il-profitt stabbilit fit-Tabella 12 tar-Regolament proviżorju għall-2012 huwa dovut għal dħul ta' wieħed mill-produtturi tal-Unjoni li huwa relatat mal-produzzjoni ta' pjanċa tqila, iżda mhux rifless fis-sistema kontabilistika tal-kumpanija u għalhekk mhuwiex inkluż fit-Tabella 10 tar-Regolament proviżorju. |
|
(122) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CISA staqsiet għaliex id-dħul ta' wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li huwa rrelatat mal-produzzjoni ta' pjanċa tqila ma kienx rifless fis-sistema ta' kontabbiltà tal-kosti interni (is-sistema tal-prezz tal-kost tal-prodott) tal-kumpanija. |
|
(123) |
Bħalma dan il-produttur tal-Unjoni fil-kampjun iddikjara, u l-Kummissjoni vverifikat, dan huwa minħabba li dan il-profitt jikkonsisti kollu kemm hu minn aġġustament ta' tmiem is-sena skont l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (“IAS”) f'dak li jirrigwarda l-attività ordinarja tal-kumpanija. Bħala tali, mhuwiex inkluż fir-rekords tal-prezz tal-kost tal-prodotti maħduma matul is-sena, iżda jinsab inkluż f'diversi partiti fid-dikjarazzjoni tal-profitt u t-telf (kif definit fl-IAS 1). Jekk wieħed ma jqisx dan il-qligħ, l-industrija tal-Unjoni tkun qed tagħmel it-telf anki fl-2012 (telf ta' inqas minn 1 %). |
|
(124) |
Barra minn hekk, il-prezz medju tal-kost tal-produzzjoni fit-Tabella 10 tar-Regolament proviżorju huwa għall-volum tal-produzzjoni totali tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, filwaqt li l-prezz medju tal-bejgħ huwa biss għall-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni. Dawn iż-żewġ medji mhumiex direttament komparabbli minħabba r-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(125) |
Wara d-divulgazzjoni finali, is-CISA staqsiet jekk il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq fit-Tabella 7 tar-Regolament proviżorju jirreferux għal bejgħ lil klijenti mhux relatati, jew kemm lil klijenti relatati kif ukoll lil klijenti mhux relatati. Il-Kummissjoni tfakkar fil-premessa (102) tar-Regolament proviżorju li jipprevedi li indikaturi makroekonomiċi bħall-produzzjoni jew il-volum tal-bejgħ huma vvalutati fil-livell tal-industrija kollha tal-Unjoni. Bħala tali d-data fit-Tabella 7 tirreferi għall-bejgħ lill-ewwel klijent mhux relatat, kif irrappurtat minn Eurofer. Biex jiġi inkluż il-bejgħ lil partijiet relatati ikun jinvolvi r-riskju tal-għadd doppju. |
|
(126) |
Is-CISA kompliet tallega fil-kummenti tagħha għad-divulgazzjoni finali li d-differenza bejn il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-volum tal-bejgħ lill-ewwel klijent mhux relatat fl-Unjoni huwa dovut għall-bejgħ sinifikanti lill-klijenti relatati. Fuq din il-bażi is-CISA iddeduċiet ulterjormant li l-Kummissjoni naqset milli tiġbor u tippreżenta informazzjoni dwar il-volum tal-bejgħ lill-klijenti relatati u b'hekk iddivulgat biss parti mill-istampa fis-suq tal-Unjoni. |
|
(127) |
Dawn l-allegazzjonijiet huma bbażati fuq suppożizzjoni żbaljata. Il-Kummissjoni tfakkar li d-differenza bejn il-volum ta' produzzjoni u volum ta' bejgħ lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni mhix ġejja biss mill-bejgħ lill-klijenti relatati, iżda wkoll mill-bejgħ lil konsumaturi barra l-Unjoni. Barra minn hekk, għall-produtturi tal-Unjoni mhux fil-kampjun jista' jkun hemm differenza kkawżata mill-bejgħ lill-ewwel klijenti mhux relatati li jista' jkun li ma ġiex irrappurtat minn Eurofer, kif ġie vverifikat mill-Kummissjoni, minħabba l-metodu ta' rappurtar deskritt fil-premessa (125) hawn fuq biex jiġi evitat ir-riskju tal-għadd doppju. It-Tabella 7 tar-Regolament proviżorju tirreferi għall-volum tal-bejgħ u sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni biss. |
|
(128) |
Is-CISA irreferiet ukoll għal żewġ każijiet fejn il-Kummissjoni għamlet analiżi separata għal klijenti relatati u mhux relatati, jiġifieri l-investigazzjoni li tikkonċerna rebars bi prestazzjoni għolja li joriġina mir-RPĊ (13) u l-investigazzjoni dwar prodotti tal-azzar irrumblati ċatt fil-kiesaħ li joriġinaw mir-RPĊ u mir-Russja (14). |
|
(129) |
Il-Kummissjoni tfakkar li f'dawk il-każijiet l-analiżi kienet tikkonċerna l-użu ristrett (fil-każ ta' prodotti tal-azzar irrumblati ċatt fil-kiesaħ) jew bejgħ lil utenti relatati (fil-każ ta' rebars bi prestazzjoni għolja), mhux il-bejgħ lil klijenti relatati bħalma huma kumpaniji tal-bejgħ relatati. Kif imsemmi fil-premessa (89) tar-Regolament proviżorju, l-użu ristrett mill-produtturi tal-Unjoni huwa insinifikanti. |
|
(130) |
Il-Kummissjoni fl-aħħar nett tfakkar li f'dak li jirrigwarda l-prezzijiet u l-profittabbiltà fis-suq tal-Unjoni, dawn huma relevanti biss jekk il-prezzijiet ikunu ta' bejgħ li sar bejn partijiet mhux relatati. |
|
(131) |
Fin-nuqqas ta' kummenti ulterjuri fir-rigward tal-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (131) sa (138) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
4.5.4. Konklużjoni dwar il-ħsara
|
(132) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-konklużjonijiet dwar il-ħsara stabbiliti fil-premessi minn (139) sa (147) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
5. KAWŻALITÀ
5.1. L-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping
|
(133) |
L-Eurofer qalet li l-importazzjonijiet mir-RPĊ li kienu oġġett ta' dumping jirrappreżentaw “l-aktar fattur uniku importanti li għandu impatt fuq l-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat”. Hija nnutat ukoll li l-“volum ta' importazzjonijiet mir-RPĊ irdoppja bejn l-2013 u l-2014, imbagħad reġa' rdoppja bejn l-2014 u l-2015” u li fl-2015 il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ “qabeż il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha flimkien”. |
|
(134) |
L-Eurofer osservat ukoll tendenzi simili għall-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ li kienu l-oġġett ta' dumping filwaqt li nnutat li dawn “żdiedu minn 4,1 % fl-2013 għal 14,4 % fl-2015, filwaqt li fl-istess ħin, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha naqas minn 13,2 % fl-2013 għal 12,2 % fl-2015”. |
|
(135) |
L-Eurofer fl-aħħar nett ikkonkludiet li “kważi l-gwadann kollu tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi li kienu oġġett ta' dumping sar għad-detriment tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni”. Hija kompliet li l-prezz tal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta' dumping naqsu bi kważi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat, u instab li dawn l-importazzjonijiet kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'medja ta' 29 %. |
|
(136) |
Dan jikkonferma li l-konklużjonijiet tal-premessa (151) tar-Regolament proviżjorju li ż-żieda kważi kontinwa tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fi prezzijiet imnaqqsa ħafna kellha impatt negattiv ċar fuq il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni wara l-2013. |
|
(137) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-effetti tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (150) sa (157) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
5.2. Effetti ta' fatturi oħra
5.2.1. Il-kompetizzjoni ħarxa kkaġunata mill-problemi ta' domanda fis-suq tal-Unjoni
|
(138) |
Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-effetti tal-kompetizzjoni ħarxa kkaġunata mill-problemi ta' domanda fis-suq tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (158) sa (163) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
5.2.2. L-użu baxx tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni
|
(139) |
Fin-nuqqas ta' kummenti dwar l-effetti tal-użu baxx tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (164) sa (166) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
5.2.3. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn
|
(140) |
Is-CISA sostniet li “il-Kummissjoni analizzat separatament l-importazzjonijiet mir-Russja u mill-Ukrajna u għalhekk ma sabet l-ebda indikazzjoni li l-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi kienu qed jikkaġunaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni”. |
|
(141) |
Is-CISA kompliet issostni li l-Kummissjoni kellha twettaq “valutazzjoni kumulattiva tal- importazzjonijiet mill-Ukrajna u mir-Russja”u anke “valutazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet mit-tliet pajjiżi (iċ-Ċina, ir-Russja u l-Ukrajna)” bl-argument li “matul il-PI il-volum tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna u mir-Russja mhuwiex negliġibbli jekk imqabbel tas-suq tal-Unjoni” u li “il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi kienu aktar baxxi minn dawk miċ-Ċina”. |
|
(142) |
Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq is-CISA ppreżentat il-konklużjoni li “jekk instab li l-importazzjonijiet miċ-Ċina waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, dawk mill-Ukrajna u mir-Russja għaldaqstant waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-UE b'mod aktar prevalenti. Kieku l-Kummissjoni kellha ssegwi l-istess metodoloġija kif applikat għaċ-Ċina, jiġifieri paragun bejn il-“punt ta' bidu” u l-“punt ta' tmiem”, il-Kummissjoni kienet issib li l-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi żdied b'41 % u 2,2 punti perċentwali rispettivament”. |
|
(143) |
Il-Kummissjoni tirreferi għall-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku li jipprevedi li huma biss l-importazzjonijiet suġġetti għal investigazzjonijiet antidumping li jistgħu jiġu evalwati b'mod kumulattiv. L-importazzjonijiet mill-Ukrajna u mir-Russja mhumiex suġġetti għal investigazzjonijiet antidumping u għalhekk ma jistgħux jiġu kumulati mal-importazzjonijiet mir-RPĊ. |
|
(144) |
Il-prezzijiet medji mill-Ukrajna, mir-Russja u mir-RPĊ wkoll mhumiex neċessarjament direttament komparabbli, peress li l-prezz medju huwa affettwat minn taħlita tal-prodott. Aktar rilevanti minn hekk huma t-tendenzi tal-prezzijiet matul il-perjodu kkunsidrat. It-Tabella 13 tar-Regolament proviżorju turi b'mod ċar li l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna u mir-Russja naqsu b'rata ħafna aktar kajmana mill-prezzijiet ta' importazzjoni mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(145) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa' relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li dak tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied b'aktar mit-triplu. Fil-kuntest tal-konsum tal-Unjoni li żdied b'5 % u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni li naqas b'10 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat dan ifisser li l-importazzjonijiet mir-RPĊ iggwadanjaw sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni biss. |
|
(146) |
Fl-aħħar nett, filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied bi kważi miljun tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet mill-Ukrajna żdied b'madwar 160 000 tunnellata, dak mir-Russja b'madwar 75 000 tunnellata. |
|
(147) |
Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, u minħabba volumi ta' importazzjoni ferm iżgħar mill-Ukrajna u r-Russja meta mqabblin ma' dawk mir-RPĊ, ma hemm ebda indikazzjoni li l-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi kienu qed jiksru r-rabta kawżati bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping għar-RPĊ u l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(148) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħra dwar l-effetti tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (167) sa (178) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
5.2.4. Il-prestazzjoni tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni
|
(149) |
Fin-nuqqas ta' kummenti fir-rigward tal-effetti tal-prestazzjoni tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (179) sa (183) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
5.2.5. Il-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni integrati vertikalment u r-riromblaturi fl-Unjoni
|
(150) |
Fin-nuqqas ta' xi kummenti oħra dwar l-effetti tal-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni integrati vertikalment u r-riromblaturi fl-Unjoni, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (184) sa (189) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
5.2.6. Nuqqas ta' profitt tal-produtturi tal-Unjoni irrispettivament mill-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ
|
(151) |
Is-CISA sostniet ukoll li, bejn l-2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun baqgħu fil-biċċa l-kbira mhux profittabbli u li ġarrbu l-ogħla telf fl-2013, li hija eżattament is-sena meta l-importazzjoni ta' pjanċi tqal mir-RPĊ laħqet l-aktar livell baxx. |
|
(152) |
Dan l-argument huwa indirizzat fil-premessa (134) tar-Regolament proviżorju, fejn huwa spjegat li “filwaqt li t-telf kbir ta' 12,2 % fl-2013 huwa influwenzat mid-domanda partikolarment baxxa f'dik is-sena, il-pressjoni konsiderevoli fuq il-prezzijiet u l-volumi eżerċitata fuq l-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet dejjem aktar mir-RPĊ matul l-2014 u l-perjodu tal-investigazzjoni ma ħallewx lill-industrija tibbenefika mit-tkabbir dinamiku tal-konsum tal-Unjoni bi 11-il punt perċentwali.” Kif indikat fil-premessa (93) tar-Regolament proviżorju dan it-tkabbir kien assorbit kważi għalkollox mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ. |
|
(153) |
Il-Kummissjoni għaldaqstant tikkonkludi li t-telf għoli fl-2013 ma kienx dovut għall-kwalità baxxa tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, iżda għad-domanda partikolarment baxxa fis-suq tal-Unjoni. It-telf imġarrab mill-industrija tal-Unjoni fl-2014 u fl-2015 huwa madankollu kkaġunat minn volum dejjem jiżdied ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ. |
|
(154) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-industrija tal-Unjoni kienet profittabbli fis-snin 2011 u 2012. Fl-2011, l-industrija tal-Unjoni uriet marġni ta' profitt ta' 7,9 %, fi żmien meta l-importazzjonijiet mir-RPĊ ma kinux għadhom isiru fi kwantitajiet sinifikanti kif indikat fil-premessa (221) tar-Regolament proviżorju. Fl-2012, il-marġni tal-profitt kien diġà ħafna aktar baxx fil-livell ta' 1,6 %, minħabba l-preżenza sinifikanti ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ. Huwa nnutat li l-ebda parti interessata ma kkummentat dwar il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fl-2011 u fl-2012. |
5.2.7. Effetti ta' “fatturi importanti oħra”
|
(155) |
Is-CISA tikkunsidra li hemm “fatturi oħra importanti” apparti l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping mir-RPĊ “li qed jikkawżaw il-ħsara allegata lill-industrija tal-Unjoni” u li “dan jista' jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma allegatament l-oġġett ta' dumping” mir-RPĊ u l-ħsara. Is-CISA talbet lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-analiżi tagħha tal-kawżalità u tikkunsidra l-fatturi l-oħrajn kollha. |
|
(156) |
F'dan ir-rigward, wieħed jinnota li s-sitt fatturi l-oħra elenkati hawn fuq ġew indirizzati jew fir-Regolament proviżorju jew f'dan ir-Regolament. Huwa għalhekk ċar li l-Kummissjoni analizzat fid-dettall il-fatturi kollha identifikati mill-partijiet interessati. Is-CISA lanqas biss identifikat liema “fatturi importanti oħra”, apparti s-sitt fatturi analizzati diġà fid-dettall għandhom jiġu analizzati. Is-CISA semmiet biss li dawn huma “ovvji” mingħajr ma tat aktar informazzjoni. Għaldaqstant il-Kummissjoni tiċħad dan l-argument. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(157) |
Abbażi ta' dan ta' hawn fuq u fin-nuqqas ta' kummenti oħra, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (190) sa (194) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
6. INTERESS TAL-UNJONI
|
(158) |
Is-CISA sostniet li matul il-perjodu kkunsidrat, il-produtturi tal-Unjoni kellhom iktar minn 70 % tas-suq tal-Unjoni. Hija allegat li tikkontrolla s-suq tal-Unjoni filwaqt li l-uniċi sorsi serji ta' kompetizzjoni huma l-importazzjonijiet mir-RPĊ. |
|
(159) |
Il-Kummissjoni tinnota li s-CISA ma tirrikonoxxix il-fatt li l-produtturi tal-Unjoni jikkompetu ma' xulxin u mal-importazzjonijiet mir-RPĊ u minn pajjiżi terzi oħra li għandhom sehem mis-suq ta' 12,2 % kif indikat fit-Tabella 13 tar-Regolament proviżorju. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda indikazzjoni li hemm nuqqas ta' kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni. |
|
(160) |
Wara li ttieħdu l-miżuri proviżorji importatur wieħed ukoll issottometta li l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping se tnaqqas b'mod artifiċjali l-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni u se twassal għal suq oligopolistiku fis-swettur tal-“pjanċa tqila speċjali” peress li dan is-settur diġà huwa ddominat minn attur wieħed. |
|
(161) |
Il-Kummissjoni tinnota madankollu li din il-parti naqset milli tippreżenta xi evidenza biex issostni din l-allegazzjoni. Għall-kuntrarju, l-informazzjoni mibgħuta minn Eurofer fil-kummenti tagħha lid-divulgazzjoni finali telenka bosta produtturi tal-Unjoni li joffru tipi differenti ta' “pjanċa tqila speċjali”. |
|
(162) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-impożizzjoni tad-dazji tista' tnaqqas l-għadd ta' kompetituri f'ċerti setturi ta' “pjanċa tqila speċjali” fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, investigazzjoni antidumping ma tagħtix definizzjoni tas-swieq tal-prodotti u dawk ġeografiċi, u ma tivvalutax is-saħħa fis-suq u l-iżvilupp probabbli tagħha. Għalhekk, ma setgħu jsiru u lanqas kellhom isiru konklużjonijiet f'din l-investigazzjoni dwar jekk hemmx riskju li tinħoloq jew li tissaħħaħ pożizzjoni dominanti f'wieħed minn dawn is-swieq fis-sens tad-dritt tal-kompetizzjoni. |
|
(163) |
Il-Kummissjoni hija obbligata, fil-kuntest tal-analiżi tal-interess tal-Unjoni, biex tqis politiki oħra tal-Unjoni, bħalma hija l-politika tal-kompetizzjoni. Madankollu, huwa biss fejn ikun hemm evidenza konkreta ta' pożizzjoni dominanti u l-abbuż possibbli tagħha li dawn il-kunsiderazzjonijiet ikunu jeħtieġu investigazzjoni ulterjuri. Dak il-limitu ma ġietx issodisfat mis-preżentazzjonijiet tal-partijiet interessati. |
|
(164) |
Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tfakkar d-dazji antidumping qed jiġu imposti biex jeliminaw l-effett dannuż tad-dumping li nstab fis-setturi kollha tal-pjanċa tqila, u li pożizzjoni dominanti f'suq ma tfissirx li qed tkun abbużata. Jekk il-partijiet interessati josservaw xi mġiba futura li tista' tikser ir-regoli tal-kompetizzjoni, jistgħu jużaw id-dritt tagħhom li jagħmlu lment lill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni. |
|
(165) |
B'segwitu għall-miżuri proviżorji, importatur wieħed sostna li l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping ma għandhiex twassal għal żieda fil-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. |
|
(166) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-għan tal-miżuri antidumping huwa li jeliminaw l-effetti ta' distorsjoni fil-kummerċ maħluq mid-dumping dannuż. L-effetti ta' dawn il-miżuri fuq il-prezzijiet jiddependi fuq id-deċiżjonijiet ta' pprezzar ta' diversi operaturi tas-suq, u b'hekk huwa impossibbli li jitbassru. Żieda fil-prezzijiet tista' sseħħ meta l-forzi tas-suq iqisu li fuq suq mingħajr distorsjoni tali prezzijiet ogħla għandhom jipprevalu. |
|
(167) |
Is-CISA sostniet ukoll li l-utenti tal-Unjoni jeħtieġu sorsi ta' provvista kompetittiva u stabbli u li l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping “x'aktarx li tirriżulta f'telf kbir u/jew ċaqliq ta' impjiegi 'lil hinn mill-Unjoni Ewropea fl-industrija downstream”. |
|
(168) |
Kien hemm madankollu 30 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni u l-importazzjonijiet minn għadd ta' pajjiżi, inklużi r-Russja u l-Ukrajna, li jiżguraw forniment kontinwu ta' pjanċa tqila lill-utenti tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-ebda utent fl-industriji downstream ma pprovda evidenza li ma kienx se jkun jista' jsib pjanċa tqila minħabba l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping. Rigward ir-riskju ta' telf kbir u/jew ċaqliq ta' impjiegi lil hinn mill-Unjoni, industrija downstream waħda biss għamlet dikjarazzjoni simili, jiġifieri l-produttur tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ. Din it-talba hija indirizzata hawn taħt. |
|
(169) |
L-assoċjazzjoni ad hoc ta' utenti f'industrija downstream (it-torrijiet tat-turbini tar-riħ) sostniet li l-impożizzjoni ta' miżuri fuq il-pjanċa tqila se tirriżulta f'riskju ta' rilokazzjoni tal-produzzjoni tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ lejn ir-RPĊ u problemi fil-futur għas-sigurtà tal-provvisti tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ maħdumin lesti jew nofshom lesti. Dan l-argument tqajjem ukoll minn imporatur fil-kummenti tiegħu għad-divulgazzjoni finali fir-rigward tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ kif ukoll ta' partijiet oħra tas-sistemi ta' enerġija mir-riħ. |
|
(170) |
Il-Kummissjoni tiċħad dawn l-argumenti peress li dawn il-partijiet interessati naqsu milli jissostanzjaw it-talba tagħhom b'xi evidenza jew analiżi, pereżempju billi dawn il-produtturi tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ jippreżentaw rwieħhom fiż-żmien stipulat fin-Notifika ta' bidu u jimlew kwestjonarju fejn jispeċifikaw it-tipi ta' pjanċa tqila użata f'din l-industrija biex jinbnew it-torrijiet tat-turbini tar-riħ, u jipprovdu analiżi ta' jekk dawn it-tipi ta' pjanċa tqila humiex interkambjabbli mat-tipi ta' pjanċa tqila użata f'industriji oħra. |
|
(171) |
il-Kummissjoni tinnota li l-informazzjoni fil-fajl turi li l-produtturi tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ ma setgħux jibbenefikaw mill-esklużjoni tal-“pjanċa tqila speċjali” mill-ambitu tal-prodott, kif deskritt fil-premessa (42) hawn fuq. Għaldaqstant, hija biss esklużjoni tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ għal raġunijiet ta' interess tal-Unjoni li tista' tindirizza t-tħassib tagħhom. Madankollu, f'dan l-istadju, il-produtturi tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ ma pprovdew l-ebda analiżi konkreta u dettaljata, inkluża spjegazzjoni tal-impożizzjoni tad-dazji fuq il-kost ta' produzzjoni tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jgħaddu dawk il-kosti lill-konsumaturi, li tista' tiġġustifika tali esklużjoni. |
|
(172) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll l-produtturi tat-torrijiet tat-turbini tar-riħ jistgħu jitolbu, jekk ikun sostanzjat kif xieraq, għal rieżami interim dwar l-interess tal-Unjoni rigward il-miżuri fuq il-pjanċa tqila. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma żvelat ebda indikazzjoni li l-industrija tal-Unjoni tista' tipperikola l-operazzjonijiet tal-utenti. Tali mġieba mhijiex mistennija fl-andament normali tal-forzi tas-suq. |
|
(173) |
Importatur wieħed qal li l-esklużjoni tal-“pjanċa tqila speċjali” mill-ambitu tal-prodott huwa fl-interess tal-Unjoni minħabba li allegatament “ħafna industriji ewlenin” bħal dik tal-“bini tal-magni u tas-settur tal-enerġija” fl-Unjoni jiddependu fuq l-importazzjoni tal-“pjanċa tqila speċjali” mir-RPĊ. Madankollu, l-ebda wieħed mill-utenti f'dawn l-industriji ma ppreżenta ruħu biex jikkonferma din id-dikjarazzjoni. |
|
(174) |
Dan l-importatur sostna wkoll li “pjanċa tqila speċjali” bi ħxuna ta' aktar minn 150 mm hija maħduma minn tliet produtturi biss fl-Unjoni. Għal pjanċa ta' saħħa b'rendiment għoli, pjanċa mkessħa u ttemprata u pjanċa tqila reżistenti għall-brix il-produzzjoni hija allegatament ikkontrollata minn erba' produtturi tal-Unjoni biss. Fuq din il-bażi, huma jallegaw li l-industrija downstream tal-Unjoni “diġà qed issofri minn nuqqas fil-provvista u minn żieda drammatika fil-prezzijiet tal-bejgħ” u li dan jista' jiġi żbilanċjat biss mill-importazzjonijiet ta' “pjanċa tqila speċjali” mir-RPĊ. |
|
(175) |
Is-CISA argumentat li l-utenti tal-“pjanċa tqila speċjali” fl-industrija tal-iffurmar tal-metall — minħabba l-għadd limitat ta' produtturi Ewropej tal-“pjanċa tqila speċjali” — jistgħu jbatu l-istess minn nuqqas ta' provvista. Madankollu, ħadd mill-utenti f'din l-industrija downstream ma' qajjem il-kwistjoni ta' nuqqas tal-provvista. |
|
(176) |
Il-Kummissjoni tiċħad l-argumenti mseemijin fil-premessi (173) sa (175) hawn fuq peress li anki l-partijiet interessati naqsu milli jissostanzjaw l-allegazzjoni tagħhom b'xi evidenza jew analiżi. Għall-kuntrarju, l-investigazzjoni stabbilixxiet tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tal-pjanċa tqila fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Aktar minn dan, l-investigazzjoni uriet li l-industrija tal-Unjoni kellha kapaċità żejda sinifikanti minħabba tnaqqis kontinwu fil-kapaċità tal-utilizzazzjoni. Barra minn hekk, skont is-CISA il-volum ta' “pjanċa tqila speċjali” esportata mir-RPĊ huwa żgħir. |
|
(177) |
B'segwitu għad-divulgazzjoni finali importatur wieħed irritorna għal din il-kwistjoni fil-kummenti tiegħu għad-divulgazzjoni finali. Madankollu, ma sar l-ebda argument ġdid. |
|
(178) |
Fl-assenza ta' xi evidenza fattwali dwar nuqqas allegat ta' provvista minħabba l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-impożizzjoni ta' tali miżuri se twassal għal nuqqas ta' provvista tal-“pjanċa tqila speċjali”. |
6.1. Konklużjoni fuq l-interess tal-Unjoni
|
(179) |
Fil-qosor, l-ebda argument imressaq mill-partijiet interessati ma juri li hemm raġunijiet konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ. |
|
(180) |
Kwalunkwe effett negattiv fuq l-utenti mhux relatati jittaffa permezz tad-disponibbiltà ta' sorsi alternattivi ta' provvista. L-effetti pożittivi tal-miżuri antidumping fuq is-suq tal-Unjoni, b'mod partikolari fuq l-industrija tal-Unjoni, jegħlbu l-effett potenzjalment negattiv fuq il-gruppi ta' interess l-oħra. |
|
(181) |
Fl-assenza ta' kummenti oħrajn rigward l-interess tal-Unjoni, il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi minn (195) sa (215) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
7. IMPOŻIZZJONI RETROATTIVA TA' DAZJI ANTIDUMPING
|
(182) |
Kif imsemmi fil-premessa (4) hawn fuq, wara talba tal-Eurofer, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet ta' pjanċi tqal li joriġinaw mir-RPĊ soġġetti għar-reġistrazzjoni. Importazzjonijiet li saru bejn il-11 ta' Awwissu 2016 u l-impożizzjoni ta' miżuri proviżorji, jiġifieri s-7 ta' Ottubru 2016, ġew irreġistrati. |
|
(183) |
Skont l-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament bażiku, id-dazji jistgħu jiġu imposti retroattivament jekk ikun hemm “flimkien mal-livell tal-importazzjonijiet li kkawżaw ħsara matul il-perjodu tal-investigazzjoni, żieda oħra sostanzjali fl-importazzjonijiet li, fid-dawl ta' meta sseħħ u l-volum u ċirkustanzi oħra, x'aktarx taħdem b'mod serju kontra l-effett ta' rimedju tad-dazju kontra l-bejgħ taħt il-prezz li għandu jiġi applikat”. |
7.1. Kummenti dwar il-possibbiltà li ssir impożizzjoni retroattiva tad-dazji antidumping
|
(184) |
Is-CISA sostniet li kull miżura retroattiva possibbli jkollha impatt negattiv fuq l-importaturi minħabba li dawn “jaffaċċaw spejjeż addizzjonali bla bżonn” peress li jħallsu d-dazji antidumping. Skont is-CISA l-importaturi “ma' għandhom l-ebda intenzjoni li jaħżnu l-prodott ikkonċernat” mir-RPĊ u li l-importazzjonijiet li ġew irreġistrati kienu l-parti li fadal minn kuntratti antiki li kienu ġew konklużi qabel il-bidu tal-proċediment. Is-CISA fl-aħħar argumentat li “dazju mhux mistenni se joħloq telf” għall-importaturi u għall-utenti fl-Unjoni. |
|
(185) |
Is-CISA fl-aħħar nett sostniet li “r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet u t-theddida ta' impożizzjoni ta' miżuri b'mod retroattiv ma hu xejn għajr il-ħolqien ta' ostaklu ieħor biex jiddefendi l-kummerċ sabiex l-importaturi tal-UE ma jibqgħux jimportaw miċ-Ċina anki qabel ma ġie ppruvat li dawn l-importazzjonijiet jikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni”. |
7.2. Statistika tal-importazzjoni
|
(186) |
L-istatistiċi tal-importazzjoni tal-Eurostat ippreżentati fit-Tabella 1 hawn taħt juru li l-importazzjonijiet ta' pjanċi tqal mir-RPĊ naqsu b'mod sinifikanti wara l-perjodu ta' investigazzjoni. Tabella 1 Żvilupp tal-volum ta' importazzjonijiet medji ta' kull xahar
|
||||||||||||||||
7.3. Konklużjoni dwar ir-retroattività
|
(187) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li minħabba li ma kien hemm l-ebda żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet il-kundizzjoni legali għall-ġbir retroattiv tad-dazji skont l-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament bażiku ma ntlaħqitx. Għaldaqstant id-dazji jeħtieġ li ma jinġabrux b'mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati. |
8. MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI
8.1. Il-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara
|
(188) |
Kif muri fil-premessa (222) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara fuq il-bażi ta' paragun tal-prezz ta' importazzjoni medju ponderat tal-produtturi esportaturi tar-RPĊ fil-kampjun, debitament aġġustat għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni u d-dazji doganali, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. |
|
(189) |
Is-CISA ressqet għadd ta' kummenti dwar il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat il-prezz mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni f'dan il-każ. |
|
(190) |
L-ewwel nett is-CISA talbet għaliex il-Kummissjoni użat il-metodoloġija li mal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tgħodd t-telf imġarrab matul il-perjodu ta' investigazzjoni u sussegwentement tgħodd il-marġni ta' profitt fil-mira ta' 7,9 % minflok ma tgħodd il-profitt fil-mira mal-kost tal-produzzjoni. |
|
(191) |
L-għażla bejn iż-żewġ metodoloġiji użati mill-Kummissjoni biex ikun iddeterminat il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara saret fuq bażi ta' każ b'każ. Fin-nuqqas ta' bejgħ paragunabbli mill-industrija tal-Unjoni, il-prezz mhux dannuż huwa ħafna drabi stabbilit billi jiżdied il-profitt fil-mira mal-kost totali. Fil-każ preżenti, madankollu, il-bejgħ paragunabbli kien disponibbli. |
|
(192) |
Dan huwa minħabba l-fatt li l-prodott simili mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni kien jikkonsisti f'mijiet ta' tipi ta' prodott u l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kellhom netwerk estensiv ta' kumpaniji relatati, inkluż ċentri ta' servizz għall-azzar, li jiġġenera kosti, u li ma humiex irreġistrati fil-kotba tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun f'mod li jistgħu faċilment jiġu allokati lil numri PCN differenti. Għal dawn ir-raġunijiet kien impossibbli li tinġabar l-informazzjoni dwar il-kosti għal kull PCN mhux biss mill-kumpaniji tal-produzzjoni, iżda wkoll mill-kumpaniji tal-bejgħ kollha relatati (b'mod partikolari iċ-ċentri ta' servizz għall-azzar) fl-Unjoni sabiex jintlaħaq kost totali għal kull PCN. |
|
(193) |
Għalhekk, minflok, il-Kummissjoni stabbiliet il-kost totali ta' kull PCN billi għaddet mal-prezz tal-bejgħ medju ponderat it-telf medju ponderat li ġġarrab mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Imbagħad, il-mira tal-marġni ta' profitt ta' 7,9 %, li dwaru ma waslu ebda kummenti wara l-miżuri proviżorji, ġie magħdud mal-kost totali hekk stabbilit. |
|
(194) |
Fl-aħħar nett is-CISA sostniet ukoll li l-metodoloġija użata kienet “żbaljata” u li ż-żewġ metodoloġiji “jwasslu għal riżultati kompletament differenti”. Hija pprovdiet eżempju billi użat kost ipotetiku ta' produzzjoni u prezz tal-bejgħ ipotetiku, li allegatament kien juri li l-kalkolu tal-prezz immirat abbażi tal-prezz tal-bejgħ huwa żbaljat. |
|
(195) |
Il-Kummissjoni tinnota li, peress li ħafna mill-informazzjoni użata fl-eżempju hija ipotetika, u ma tirreferix għal data attwali, ir-riżultat ta' dan l-eżempju ma jistax juri li l-metodoloġija użata f'dan il-każ partikolari hija żbaljata. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tikkunsidra dan l-argument bħala evidenza. Kieku l-istess livell ta' informazzjoni dettaljata kienet disponibbli, iż-żewġ metodoloġiji kienu jwasslu għal riżultati simili. |
|
(196) |
Is-CISA fl-aħħar nett sostniet li “jekk il-maġġoranza ta' PCNs esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi jinbiegħu minn inqas minn tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, wieħed għandu jiddubita r-rappreżentattività tad-data dwar il-bejgħ li waslet mingħand il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u għalhekk tikkonkludi li l-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet abbażi tagħha huwa dibattibbli. Dan apparti l-fatt li l-ħsara bilkemm tista tiġi ppruvata jekk l-industrija tal-Unjoni lanqas biss tipproduċi/tbigħ it-tipi esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi.” |
|
(197) |
Il-Kummissjoni tinnota li minkejja li tliet produtturi tal-Unjoni ġew inklużi fil-kampjun il-fatt “li l-maġġoranza ta' PCNs esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi huma mibjugħa minn inqas minn tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun” ma jfissirx li l-industrija tal-Unjoni jew anki l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ma jbigħuhom xejn. Dan ifisser biss li mhux it-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ibigħu PCNs esportati mill-produtturi esportaturi fil-kampjun mir-RPĊ. |
|
(198) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li mhux il-produtturi esportaturi kollha mir-RPĊ fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni l-istess PCNs. Tabilħaqq, il-maġġoranza l-kbira tal-PCNs esportati mill-produtturi esportaturi fil-kampjun lejn l-Unjoni (li jammontaw għal iktar minn 90 % ta' dawn l-esportazzjonijiet bil-volum) hija magħmula minn produttur wieħed jew iktar tal-Unjoni fil-kampjun. |
|
(199) |
B'segwitu għad-divulgazzjoni finali is-CISA lrritornat għal din il-kwistjoni fil-kummenti tagħha u waqt is-seduta ta' smigħ. |
|
(200) |
Is-CISA ddeduċiet li l-industrija tal-Unjoni setgħet ma rrappurtatx iċ-ċifri korretti u li bbenefikat minn trattament favorevoli bi ksur tad-drittijiet ta' partijiet oħrajn għal investigazzjoni oġġettiva, imparzjali u nondiskriminatorja. Dan l-allegat trattament favur l-industrija tal-Unjoni jidher ukoll mill-klemenza tal-Kummissjoni lejhom meta naqsu milli jipprovdu ċerta informazzjoni importanti (is-CISA irreferiet għal-livell ta' informazzjoni dwar il-kost tal-produzzjoni). |
|
(201) |
F'dak li jirrigwarda l-allegazzjoni ta' trattament favorevoli, din l-allegazzjoni tiġi miċħuda. Il-kwistjoni involuta tirrigwarda l-għażla tal-kliem fil-premessi (191) sa (193) hawn fuq. F'dawn il-premessi, il-Kummissjoni ddikjarat ir-raġuni għall-għażla bejn iż-żewġ metodoloġiji użati mill-Kummissjoni biex jiġi stabbilit il-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara. |
|
(202) |
Fl-assenza ta' xi kummenti oħra dwar il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (217) sa (223) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
8.2. Offerta ta' impenn
|
(203) |
Wara d-divulgazzjoni finali, produttur esportatur fir-RPĊ ippreżenta offerta ta' impenn għall-prezz lill-Kummissjoni. Din l-offerta ffissat prezzijiet minimi ta' importazzjoni (minimum importation prices — “MIPs”) għat-tipi ta' pjanċa tqila mibjugħa lill-Unjoni mill-produttur esportatur mir-RPĊ, u offriet ukoll metodu ta' indiċjar ta' dawn l-MIPs imsejsa fuq il-prezzijiet tal-materja prima ewlenija. |
|
(204) |
Il-Kummissjoni ċaħdet l-offerta ta' impenn għall-prezz minħabba r-riskju għoli ta' kontrokumpens minħabba li d-differenza fl-MIPs bejn tipi differenti iżda mhux faċilment distingwibbli kienet wiesgħa wisq u l-metodu ta' indiċjar kien kumpless wisq. Barra minn hekk, l-istruttura tal-kanali tal-bejgħ bl-esportazzjoni tal-produttur esportatur u l-bejgħ bl-esportazzjoni parallel ta' prodotti oħra ma setgħux jippermett monitoraġġ xieraq u, b'hekk, il-possibbiltà ta' kontrokumpens permezz ta' prodotti oħra mibjugħa minn kumpaniji relatati tal-produtturi esportaturi kienet għolja wisq. |
|
(205) |
Il-produttur esportatur kien infurmat bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-offerta tiegħu għal impenn u ingħata l-possibbiltà li jikkummenta. |
8.3. Miżuri definittivi
|
(206) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet li saru fir-rigward tad-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, u f'konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara, f'konformità mar-regola tad-dazju inferjuri. |
|
(207) |
Fuq il-bażi ta' hawn fuq, ir-rati li bihom se jiġi impost id-dazju definittiv antidumping huma stabbilita kif jidhru fit-Tabella 2 hawn taħt: Tabella 2 Il-marġni ta' dumping, il-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara u r-rata ta' dazju
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
(208) |
Ir-rati tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, huma jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (għall-kuntrarju tad-dazju applikabbli fil-pajjiż kollu għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) huma għalhekk applikabbli esklużivament għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ u maħdum mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodott importat ikkonċernat maħdum minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, bl-isem u bl-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmijin speċifikament, ma jistax jibbenifika minn dawn ir-rati u għandu jkun soġġett għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(209) |
Kull dikjarazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju antidumping tal-kumpaniji individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (15) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u esportat, assoċjat per eżempju ma' dik il-bidla fl-isem jew ma' dik il-bidla fl-entità tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat kif meħtieġ billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali. |
|
(210) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell tad-dazju tal-“kumpaniji l-oħra kollha” ma għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
8.4. Ġbir definittiv tad-dazji proviżorji
|
(211) |
Minħabba l-marġnijiet ta' dumping misjuba u fid-dawl tal-livell ta' ħsara kkaġunata lill-industrija tal-Unjoni, l-ammonti ggarantiti permezz tad-dazju antidumping proviżorju impost mir-Regolament proviżorju għandhom jinġabru definittivament, |
|
(212) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Qiegħed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti ċatti ta' azzar illigat jew mhux illigat (bl-esklużjoni tal-azzar inossidabbli, azzar tas-siliċju-elettriku, azzar tal-għodda u azzar għal veloċità għolja), b'laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin, mhux f'kolji, bi ħxuna ta' aktar minn 10 mm u wisa' ta' 600 mm jew aktar jew bi ħxuna ta' 4,75 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 10 mm u wisa' ta' 2 050 mm jew aktar, li fil-preżent jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7208 51 20, ex 7208 51 91, ex 7208 51 98, ex 7208 52 91, ex 7208 90 20, ex 7208 90 80, 7225 40 40, ex 7225 40 60 and ex 7225 99 00 (kodiċijiet TARIC: 7208512010, 7208519110, 7208519810, 7208529110, 7208902010, 7208908020, 7225406010, 7225990035, 7225990040) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u maħdum mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
Il-kumpanija |
Dazju (%) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Nanjing Iron and Steel Co., Ltd. |
73,1 |
C143 |
|
Minmetals Yingkou Medium Plate Co., Ltd |
65,1 |
C144 |
|
Wuyang Iron and Steel Co., Ltd u Wuyang New Heavy & Wide Steel Plate Co., Ltd |
73,7 |
C145 |
|
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness |
70,6 |
|
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
73,7 |
C999 |
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
L-ammonti ggarantiti bid-dazju antidumping proviżorju skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1777 għandhom jinġabru b'mod definittiv.
Artikolu 3
Meta xi produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:
|
— |
ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu tal-investigazzjoni (mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015), |
|
— |
ma jkun relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, |
|
— |
ikun effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew li jkun daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni, |
L-Artikolu 1(2) għandu jiġi emendat, wara li l-partijiet kollha interessati jkunu ngħataw il-possibbiltà li jikkummentaw, billi l-produttur esportatur il-ġdid jingħadd mal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u għaldaqstant soġġetti għar-rata ta' dazju ta' medja ponderata.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1777 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq importazzjonijiet ta' ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 272, 7.10.2016, p. 5).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1357 tad-9 ta' Awwissu 2016 li jagħmel l-importazzjonijiet ta' ċerta pjanċa tqila tal-azzar mhux illigat jew b'liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 215, 10.8.2016, p. 23).
(4) Azzar ħlief azzar strutturali, azzar tal-bini tal-bastimenti, azzar għal reċipjenti taħt pressjoni, azzar għal case-hardening, tberrid u ttemprar, azzar għall-pajpijiet u azzar li jiflaħ għall-grif.
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 tas-27 ta' Jannar 2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Ukraina kif estiż għal importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar mibgħutin mill-Marokk, mill-Moldova u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u li ttemm il-proċediment tar-reviżjoni tal-iskadenza li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mill-Afrika t'Isfel skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 36, 9.2.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerta fuljetta tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 262, 6.10.2009, p. 1).
(7) In-Notifika ta' bidu [2016/C 459/11] (ĠU C 459, 9.12.2016, p. 17).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 283/2000/KEFA tal-4 ta' Frar 2000 (ĠU L 31, 5.2.2000, p. 15) il-premessi 9 sa 12.
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 tal-5 ta' Novembru 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 298, 8.11.2013, p. 1) il-premessa 16.
(10) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1953 tad-29 ta' Ottubru 2015 li jimponi dazju definittiv tal-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti bi grani orjentati irrumblati ċatti ta' azzar manjetiku tas-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 284, 30.10.2015, p. 109).
(11) Il-Kawża T-2/95 Industrie des Poudres Spériques.
(12) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1246 tat-28 ta' Lulju 2016 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' żbarri u vireg tal-azzar b'reżistenza għolja għar-reħi għar-rinfurzar tal-konkrit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 204, 29.7.2016, p. 70).
(13) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/113 tat-28 ta' Jannar 2016 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' żbarri u vireg tal-azzar b'reżistenza għolja għar-reħi għar-rinfurzar tal-konkrit li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 23, 29.1.2016, p. 16).
(14) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/181 tal-10 ta' Frar 2016 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatt fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Federazzjoni Russa (ĠU L 37, 12.2.2016, p. 1).
(15) European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.
ANNESS
Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:
|
Isem |
Belt |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Angang Steel Company Limited |
Anshan, Liaoning |
C150 |
|
Inner Mongolia Baotou Steel Union Co., Ltd. |
Baotou, Inner Mongolia |
C151 |
|
Zhangjiagang Shajing Heavy Plate Co., Ltd. |
Zhangjiagang, Jiangsu |
C146 |
|
Jiangsu Tiangong Tools Company Limited |
Danyang, Jiangsu |
C155 |
|
Jiangyin Xingcheng Special Steel Works Co., Ltd. |
Jiangyin, Jiangsu |
C147 |
|
Laiwu Steel Yinshan Section Co., Ltd. |
Laiwu, Shandong |
C154 |
|
Nanyang Hanye Special Steel Co., Ltd. |
Xixia, Henan |
C152 |
|
Qinhuangdao Shouqin Metal Materials Co., Ltd. |
Qinhuangdao, Hebei |
C153 |
|
Shandong Iron & Steel Co., Ltd., Jinan Company |
Jinan, Shandong |
C149 |
|
Wuhan Iron and Steel Co., Ltd. |
Wuhan, Hubei |
C156 |
|
Xinyu Iron & Steel Co., Ltd. |
Xinyu, Jiangxi |
C148 |
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/42 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/337
tas-27 ta' Frar 2017
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1375/2007 dwar l-importazzjonijiet tar-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrum mill-Istati Uniti tal-Amerka
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 178 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1375/2007 (2) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li r-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrum li jiġi importat mill-Istati Uniti tal-Amerka jikkonformaw mad-definizzjoni miftehma għat-tariffa. L-Anness I ta' dak ir-Regolament fih ċertifikat mudell ta' konformità maħruġ mill-industrija tat-tħin niedi tal-Istati Uniti tal-Amerka. |
|
(2) |
Inbidlet il-kumpanija li tikkonferma l-wasla taċ-ċertifikati tal-produtturi u li toħroġ iċ-ċertifikati tal-konformità. Għaldaqstant, l-isem tal-kumpanija li jidher fuq iċ-ċertifikati tal-konformità jeħtieġ li jinbidel ukoll. |
|
(3) |
Biex ikunu jistgħu jintużaw iċ-ċertifikati li nħarġu qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandha tiġi stabbilita dispożizzjoni dwar dan. |
|
(4) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1375/2007 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1375/2007, il-mudell taċ-“Ċertifikat ta' Konformità” jinbidel bil-mudell stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Iċ-ċertifikati li nħarġu skont ir-Regolament (KE) Nru 1375/2007 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1375/2007 tat-23 ta' Novembru 2007 dwar l-importazzjonijiet tar-residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrum mill-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 307, 24.11.2007, p. 5)
ANNESS
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/45 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/338
tas-27 ta' Frar 2017
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
EG |
232,7 |
|
MA |
95,7 |
|
|
TR |
98,6 |
|
|
ZZ |
142,3 |
|
|
0707 00 05 |
MA |
64,9 |
|
TR |
199,6 |
|
|
ZZ |
132,3 |
|
|
0709 91 00 |
EG |
113,1 |
|
ZZ |
113,1 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
55,2 |
|
TR |
163,9 |
|
|
ZZ |
109,6 |
|
|
0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28 |
EG |
46,9 |
|
IL |
78,9 |
|
|
MA |
47,0 |
|
|
TN |
49,5 |
|
|
TR |
75,0 |
|
|
ZZ |
59,5 |
|
|
0805 21 10 , 0805 21 90 , 0805 29 00 |
EG |
100,8 |
|
IL |
125,6 |
|
|
MA |
103,8 |
|
|
TR |
88,3 |
|
|
ZZ |
104,6 |
|
|
0805 22 00 |
IL |
117,0 |
|
MA |
97,2 |
|
|
ZZ |
107,1 |
|
|
0805 50 10 |
EG |
82,4 |
|
TR |
74,4 |
|
|
ZZ |
78,4 |
|
|
0808 30 90 |
CL |
125,5 |
|
CN |
85,6 |
|
|
ZA |
109,7 |
|
|
ZZ |
106,9 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/47 |
DEĊIŻJONI (UE) 2017/339 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta' Diċembru 2016
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2016
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-punt 14 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi,
|
(1) |
L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) stabbilixxa Marġni ta' Kontinġenza sa 0,03 % mill-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont assolut tal-Marġni ta' Kontinġenża għall-2016 (3). |
|
(3) |
Wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet finanzjarji l-oħra kollha bħala reazzjoni għal ċirkostanzi mhux previsti fi ħdan il-limitu ta' impenn għall-2016 għall-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) tal-qafas finanzjarju pluriennali, u wara li ġie mmobilizzat l-Istrument ta' Flessibbiltà għall-ammont totali ta' EUR 1 530 miljun disponibbli fl-2016, jidher li huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat il-Marġni ta' Kontinġenza biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet li jirriżultaw mill-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà, billi l-approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja tal-2016 jiżdiedu mal-limitu ta' impenn tal-intestatura 3. |
|
(4) |
Wara li kkunsidraw din is-sitwazzjoni partikolari ħafna, il-kundizzjoni tal-aħħar għażla fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 hija sodisfatta, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016, il-Marġni ta' Kontinġenza għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta' EUR 240,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn mal-limitu massimu tal-intestatura 3 tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Artikolu 2
L-ammont ta' EUR 240,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jitnaqqas b'mod sħiħ mill-marġni taħt il-limitu ta' impenn tal-intestatura 5 (Amministrazzjoni) tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-sena finanzjarja 2016.
Artikolu 3
Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Diċembru 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(3) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2015 dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2016 f'konformità mal-movimenti fl-ING (COM(2015)0320).
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/49 |
DEĊIŻJONI (UE) 2017/340 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta' Diċembru 2016
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Ġermanja
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (“il-Fond”) għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b'mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u li turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta' reġjuni milquta minn diżastri naturali. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-Fond ma jaqbiżx l-ammont annwali massimu ta' EUR 500 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3). |
|
(3) |
Fid-19 ta' Awwissu 2016, il-Ġermanja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara sensiela ta' każijiet qawwija iżda qosra ta' għargħar li affettwat ir-reġjun ta' Niederbayern f'Mejju u Ġunju 2016. |
|
(4) |
L-applikazzjoni tal-Ġermanja tissodisfa l-kundizzjonjiet sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002. |
|
(5) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Fond jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Ġermanja. |
|
(6) |
Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-ħin li jieħu l-Fond biex jiġi mobilizzat, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jkun mobilizzat sabiex jipprovdi l-ammont ta' EUR 31 475 125 lill-Ġermanja, f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tapplika mill-14 ta' Diċembru 2016.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Diċembru 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/51 |
DEĊIŻJONI (UE) 2017/341 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta' Diċembru 2016
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni minn Spanja — EGF/2016/004 ES/Comunidad Valenciana automotive
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u fil-każ ta' persuni li jaħdmu għal rashom meta l-attività tagħhom tkun intemmet b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta' kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u biex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol. |
|
(2) |
Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3). |
|
(3) |
Fil-21 ta' Ġunju 2016, Spanja ppreżentat applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta' sensji f'29 intrapriża fis-settur awtomobilistiku fi Spanja. Din kienet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali pprovduta skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Dik l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. |
|
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, l-applikazzjoni minn Spanja titqies ammissibbli peress li s-sensji għandhom impatt serju fuq l-impjiegi u l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali. |
|
(5) |
Għalhekk, il-FEG jenħtieġ li jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 856 800 fir-rigward tal-applikazzjoni ppreżentata minn Spanja. |
|
(6) |
Biex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien biex jiġi mmobilizzat il-FEG, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jagħti s-somma ta' EUR 856 800 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din għandha tapplika mill-14 ta' Diċembru 2016.
fi Strasburgu, 14 ta' Diċembru 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/53 |
DEĊIŻJONI (UE) 2017/342 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta' Diċembru 2016
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi,
|
(1) |
L-Istrument ta' Flessibilità huwa maħsub biex jippermetti l-finanzjament ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fil-limiti disponibbli ta' intestatura jew intestaturi oħra. |
|
(2) |
Il-limitu massimu fuq l-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà huwa ta' EUR 471 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2). |
|
(3) |
Minħabba l-ħtiġijiet urġenti, huwa meħtieġ li jiġu mmobilizzati ammonti addizzjonali importanti għall-finanzjament ta' miżuri biex itaffu l-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà. |
|
(4) |
Wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt il-limitu massimu tan-nefqa għall-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza), jidher li huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat l-Istrument ta' Flessibilità biex jissupplimenta l-finanzjament disponibbli fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017, lil hinn mill-limiti massimi tal-intestatura 3 b'EUR 530,0 miljun biex jiġu ffinanzjati miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà. |
|
(5) |
Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, jenħtieġ li l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità jitqassmu fuq diversi snin finanzjarji u huma stmati għal EUR 238,3 miljun fl-2017, EUR 91,0 miljun fl-2018, EUR 141,9 miljun fl-2019, u EUR 58,8 miljun fl-2020. |
|
(6) |
Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien li jittieħed biex jiġi mmobilizzat l-Istrument ta' Flessibilità, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-bidu tas-sena finanzjarja 2017. |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, l-Istrument ta' Flessibilità għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 530,0 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza).
Dak l-ammont għandu jintuża biex jiffinanzja miżuri għall-immaniġġjar tal-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà.
2. Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità ser ikunu kif ġej:
|
(a) |
EUR 238,3 miljun fl-2017; |
|
(b) |
EUR 91,0 miljun fl-2018; |
|
(c) |
EUR 141,9 miljun fl-2019; |
|
(d) |
EUR 58,8 miljun fl-2020. |
L-ammonti speċifiċi għal kull sena finanzjarja għandhom jiġu awtorizzati f'konformità mal-proċedura baġitarja annwali.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2017.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Diċembru 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/55 |
DEĊIŻJONI (UE) 2017/343 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta' Diċembru 2016
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2017
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4a(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “il-Fond”) għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b'mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u li turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta' reġjuni milquta minn diżastri naturali. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-Fond ma jaqbiżx l-ammont massimu ta' EUR 500 000 000 (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3). |
|
(3) |
L-Artikolu 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jipprevedi li, meta jkun meħtieġ sabiex tkun żgurata d-disponibilità fil-ħin tar-riżorsi baġitarji, il-Fond jista' jiġi mobilizzat għal ammont sa massimu ta' EUR 50 000 000 għall-ħlas ta' avvanzi u li l-approprjazzjonijiet korrispondenti jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata disponibilità fil-ħin ta' riżorsi baġitarji suffiċjenti fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2017, jenħtieġ li l-Fond jiġi mobilizzat għal ammont ta' EUR 50 000 000 għall-ħlas ta' avvanzi. |
|
(5) |
Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien li jittieħed biex jiġi mmobilizzat il-Fond, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2017, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 50 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-ħlas ta' avvanzi.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2017.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Diċembru 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/57 |
DEĊIŻJONI (UE) 2017/344 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta' Diċembru 2016
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari it-tieni paragrafu tal-punt 14 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi,
|
(1) |
L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) stabbilixxa Marġni ta' Kontinġenza sa 0,03 % mill-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont assolut tal-Marġni ta' Kontinġenża għall-2017 (3). |
|
(3) |
Wara li eżaminaw il-possibbiltajiet finanzjarji l-oħra kollha bħala reazzjongħal ċirkostanzi mhux previstif fi ħdan il-limiti massimi tal-impenn għall-2017 għall-intestaturi 3 (Sigurtà u Ċittadinanza) u 4 (Ewropa Globali) tal-qafas finanzjarju pluriennali, u wara li kkunsidraw il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għall-ammont sħiħ ta' EUR 530 miljun disponibbli fl-2017, jidher li huwa meħtieġ li jiġi mobilizzat il-Marġni ta' Kontinġenza biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet li jirriżultaw mill-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà, billi jiżdiedu l-approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, oltre l-limiti massimi tal-impenn għall-intestaturi 3 u 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali. |
|
(4) |
Wara li kkunsidraw din is-sitwazzjoni partikolari ħafna, il-kundizzjoni tal-aħħar għażla fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 hija ssodisfata. |
|
(5) |
Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien għall-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-bidu tas-sena finanzjarja 2017, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, il-Marġni ta' Kontinġenza għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 176 030 960 f'approprjazzjonijiet ta' impenn oltre l-limitu massimu ta' impenn tal-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) u ta' EUR 730 120 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn oltre l-limitu massimu ta' impenn tal-intestatura 4 (Ewropa Globali) tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Artikolu 2
L-ammont totali ta' EUR 1 906 150 960 f'approprjazzjonijiet ta' impenn li jirriżultaw mill-Artikolu 1 għandu jiġi paċut kontra l-marġni skont il-limiti massimi tal-impenn għas-snin 2017 sa 2019 tal-intestaturi li ġejjin tal-qafas finanzjarju pluriennali:
|
(a) |
2017:
|
|
(b) |
2018: intestatura 5 (Amministrazzjoni): EUR 570 000 000; |
|
(c) |
2019: intestatura 5 (Amministrazzjoni): EUR 253 882 156. |
Artikolu 3
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2017.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Diċembru 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(2) Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(3) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tat-30 ta' Ġunju 2016 dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2017 f'konformità mal-varjazzjonijiet tal-ING (COM(2016) 311).
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/59 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/345
tas-27 ta' Frar 2017
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (ir-“RDPK”) li, fost l-oħrajn, implimentat ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCR”) 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270(2016). |
|
(2) |
Fit-30 ta' Novembru 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta l-UNSCR 2321 (2016), fejn jesprimi t-tħassib l-aktar serju tiegħu dwar it-test nukleari mwettaq mir-RDPK fid-9 ta' Settembru 2016 bi ksur tar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, filwaqt li jikkundanna ulterjorment l-attivitajiet nukleari u b'missili ballistiċi li għaddejjin tar-RDPK bi ksur serju tar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u jiddetermina li għadha teżisti theddida ċara għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali fir-reġjun u lil hinn minnu. |
|
(3) |
Fl-UNSCR 2321 (2016), il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jesprimi t-tħassib tiegħu li l-bagalji personali u l-bagalji tal-istiva ta' individwi li jidħlu fi, jew li jitilqu minn, ir-RDPK jistgħu jintużaw għat-trasport ta' oġġetti li l-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment tagħhom huwa pprojbit taħt l-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016) jew 2321(2016), u jiċċara li tali bagalji jikkostitwixxu “merkanzija” għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-paragrafu 18 tal-UNSCR 2270 (2016), biex b'hekk jirreferi għall-obbligu ta' spezzjoni tal-merkanzija. |
|
(4) |
Fl-UNSCR 2321(2016), il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jsejjaħ lill-Istati Membri biex inaqqsu n-numru ta' persunal f'missjonijiet diplomatiċi u postijiet konsulari fir-RDPK. |
|
(5) |
Fl-UNSCR 2321(2016), il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jesprimi t-tħassib tiegħu li oġġetti pprojbiti jistgħu jiġu ttrasportati lejn, u minn, ir-RDPK bil-ferrovija u bit-triq u jemfażizza li l-obbligu fil-paragrafu 18 tal-UNSCR 2270 (2016) ta' spezzjoni ta' merkanzija li tinsab fi, jew tgħaddi minn, it-territorji tal-Istati Membri tinkludi merkanzija trasportata bil-ferrovija u bit-triq. |
|
(6) |
L-UNSCR 2321 (2016) tinnota li għall-fini tal-implimentazzjoni tagħha u tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), it-terminu “tranżitu” jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, l-ivvjaġġar ta' individwi minn terminals ta' ajruport internazzjonali ta' xi Stat fi triqthom lejn destinazzjoni fi Stat ieħor, irrispettivament minn jekk tali individwi jkunux għaddew mid-dwana jew mill-kontroll tal-passaporti f'dak l-ajruport. |
|
(7) |
L-UNSCR 2321 (2016) tintroduċi aggregat massimu ta' faħam li jista' jiġi importat mir-RDPK, u tistabbilixxi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u l-ivverifikar ta' dan. Bħala parti minn dan il-mekkaniżmu, l-Istati Membri li jimportaw il-faħam mir-RDPK huma msejħa biex perjodikament jirrieżaminaw is-sit web tan-NU biex jiġi żgurat li l-aggregat totali għall-importazzjonijiet tal-faħam ma jkunx intlaħaq. |
|
(8) |
L-UNSCR 2321 (2016) tfakkar li l-aġenti diplomatiċi tar-RDPK huma pprojbiti milli jipprattikaw kwalunkwe attività professjonali jew kummerċjali għal profitt personali fl-Istat riċeventi. |
|
(9) |
Fl-L-UNSCR 2321 (2016), il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jesprimi t-tħassib tiegħu li ċittadini tar-RDPK qiegħdin jintbagħtu jaħdmu fi Stati oħrajn sabiex jaqilgħu flus kontanti li r-RDPK juża għall-programmi nukleari u ta' missili ballistiċi tiegħu, u jsejjaħ lill-Istati biex ikunu viġilanti għal din il-prattika. |
|
(10) |
Fl-UNSCR 2321 (2016), il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jtenni t-tħassib tiegħu li ammonti kbar ta' flus jistgħu jintużaw għall-evażjoni tal-miżuri imposti mill-Kunsill tas-Sigurtà, u jsejjaħ lill-Istati Membri biex ikunu konxji ta' dak ir-riskju. |
|
(11) |
L-UNSCR 2321 (2016) tesprimi l-impenn tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU favur soluzzjoni paċifika, diplomatika u politika għas-sitwazzjoni u tirriafferma l-appoġġ tiegħu għat-Taħditiet bejn Sitt Partijiet u ssejjaħ biex dawn jissoktaw. |
|
(12) |
L-UNSCR 2321 (2016) tafferma li l-azzjonijiet tar-RDPK għandhom jinżammu taħt rieżami kontinwu u li l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU huwa lest li jsaħħaħ, jimmodifika, jissospendi jew ineħħi l-miżuri kif meħtieġ fid-dawl tal-konformità tar-RDPK, u li huwa ddeterminat li jieħu miżuri sinifikanti ulterjuri fil-każ ta' test jew varar nukleari ieħor mir-RDPK. |
|
(13) |
Tinħtieġ aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni. |
|
(14) |
L-Istati Membri għandhom jikkondividu informazzjoni rilevanti ma' Stati Membri oħrajn biex b'hekk jappoġġaw l-implimentazzjoni effettiva, madwar l-UE kollha, tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni. |
|
(15) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 1(1), jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
|
(2) |
L-Artikolu 4(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. L-akkwist mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera ta' Stati Membri, ta' deheb, minerali tat-titanju, minerali tal-vanadju, minerali terrestri skarsi, ram, nikil, fidda u żingu għandu jkun ipprojbit, irrispettivament minn jekk joriġinawx fit-territorju tar-RDPK jew le.”. |
|
(3) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6a 1. L-akkwist ta' statwi mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew ta' inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit, irrispettivament minn jekk dawn joriġinawx fit-territorju tar-RDPK jew le. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ta l-approvazzjoni minn qabel każ b'każ. 3. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.”. |
|
(4) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6b 1. Il-forniment, bejgħ jew trasferiment diretti jew indiretti lejn ir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera ta' Stati Membri, ta' ħelikopters u bastimenti għandhom ikunu pprojbiti, irrispettivament minn jekk dawn joriġinawx fit-territorji tal-Istati Membri jew le. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ta l-approvazzjoni minn qabel każ b'każ. 3. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.”. |
|
(5) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 1. L-akkwist ta' faħam, ħadid, u minerali tal-ħadid mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera ta' Stati Membri, għandu jkun ipprojbit, irrispettivament minn jekk dawn joriġinawx fit-territorju tar-RDPK jew le. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan il-paragrafu. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward ta' faħam li, kif konfermat mill-Istat Membru akkwistant abbażi ta' informazzjoni kredibbli, ikun oriġina minn barra r-RDPK u li kien ġie trasportat mir-RDPK unikament biex jiġi esportat mill-port ta' Rajin (Rason), dment li l-Istat Membru jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minn qabel u li tali tranżazzjonijiet mhumiex relatati mal-ġenerazzjoni ta' introjtu għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew għal attivitajiet oħra pprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016) u 2321(2016) jew minn din id-Deċiżjoni. 3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward tal-esportazzjonijiet totali għall-Istati Membri kollha tan-NU ta' faħam li joriġina fir-RDPK li bħala aggregat ma jaqbżux 53 495 894 dollari Amerikani jew 1 000 866 tunnellata metrika, skont liema jkun l-inqas, bejn id-data tal-adozzjoni tal-UNSCR 2321(2016) u l-31 ta' Diċembru 2016, u fir-rigward tal-esportazzjonijiet totali għall-Istati Membri kollha tan-NU ta' faħam li joriġina fir-RDPK li bħala aggregat ma jaqbiżx 400 870 018 dollari Amerikani jew 7 500 000 tunnellata metrika fis-sena, skont liema jkun l-inqas, mill-1 ta' Jannar 2017, sakemm l-akkwisti:
4. Stat Membru li jakkwista l-faħam direttament mir-RDPK għandu jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar l-ammont aggregat tal-volum ta' tali akkwist għal kull xahar sa mhux aktar tard minn 30 jum wara l-konklużjoni ta' dak ix-xahar bil-formola stabbilita fl-Anness V tal-UNSCR 2321(2016). L-Istat Membru għandu wkoll jikkomunika l-informazzjoni nnotifikata f'dan ir-rigward lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. 5. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal tranżazzjonijiet f'ħadid u mineral tal-ħadid li huma determinati li jkunu esklużivament għall-finijiet ta' għajxien u mhumiex relatati mal-ġenerazzjoni ta' introjtu għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew għal attivitajiet oħra pprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016) jew 2321(2016).”. |
|
(6) |
L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 10 1. L-għoti ta' appoġġ finanzjarju pubbliku jew privat għall-kummerċ mar-RDPK, inkluż l-għoti ta' krediti għall-esportazzjoni, garanziji jew assigurazzjoni, lil ċittadini jew entitajiet tar-RDPK involuti f'tali kummerċ għandu jkun ipprojbit. 2. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ta l-approvazzjoni minn qabel każ b'każ għall-għoti ta' appoġġ finanzjarju.”. |
|
(7) |
L-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 14 1. Il-ftuħ ta' fergħat, sussidjarji jew uffiċċji ta' rappreżentanza ta' banek tar-RDPK, inkluż il-Bank Ċentrali tar-RDPK, il-fergħat u s-sussidjarji tiegħu, u ta' entitajiet finanzjarji oħrajn imsemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 13, fit-territorji tal-Istati Membri għandu jkun ipprojbit. 2. Il-fergħat, sussidjarji u uffiċċji rappreżentattivi eżistenti tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 fit-territorji tal-Istati Membri għandhom jingħalqu fi żmien 90 jum mill-adozzjoni tal-UNSCR 2270 (2016). 3. Sakemm ma jkunux ġew approvati minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, għandu jkun ipprojbit għall-banek tar-RDPK, inkluż il-Bank Ċentrali tar-RDPK, il-fergħat u s-sussidjarji tiegħu, u għal entitajiet finanzjarji oħrajn imsemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 13, li:
4. Impriżi konġunti, interessi titolari u relazzjonijiet bankarji korrispondenti eżistenti ma' banek tar-RDPK għandhom jintemmu fi żmien 90 jum mill-adozzjoni tal-UNSCR 2270 (2016). 5. L-istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom jiġu pprojbiti milli jiftħu uffiċċji ta' rappreżentanza, sussidjarji, fergħat jew kontijiet bankarji fir-RDPK. 6. L-uffiċċji rappreżentattivi, sussidjarji jew kontijiet bankarji eżistenti fir-RDPK għandhom jingħalqu fi żmien 90 jum mill-adozzjoni tal-UNSCR 2321 (2016). 7. Il-paragrafu 6 ma għandux japplika jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina każ b'każ li tali uffiċċji, sussidjarji jew kontijiet huma meħtieġa biex tingħata assistenza umanitarja, għall-attivitajiet ta' missjonijiet diplomatiċi fir-RDPK skont il-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari, għall-attivitajiet tan-NU jew l-aġenziji speċjalizzati tagħha jew organizzazzjonijiet relatati, jew għal kwalunkwe fini ieħor f'konformità mal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016) jew 2321(2016).”. |
|
(8) |
L-Artikolu 16(6) huwa sostitwit b'dan li ġej: “(6) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonfiskaw u jiddisponu minn, bħal bil-qerda, jew billi jagħmluhom inoperabbli jew li ma jistgħux jintużaw, jaħżnuhom, jew jittrasferuhom lejn Stat ieħor għajr l-Istati ta' oriġini jew ta' destinazzjoni għar-rimi, oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016) jew 2321(2016), li jiġu identifikati fi spezzjonijiet, f'konformità mal-obbligi tagħhom taħt riżoluzzjonijiet applikabbli tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, inkluża l-UNSCR 1540 (2004).”. |
|
(9) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 18a 1. Stat Membru li jkun Stat tal-bandiera ta' bastiment iddeżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għandu, jekk hekk ikun speċifikat mill-Kumitat, ineħħi l-bandiera tiegħu mill-bastiment. 2. Stat Membru li jkun l-Istat tal-bandiera ta' bastiment iddeżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għandu, jekk hekk ikun speċifikat mill-Kumitat, jidderieġi l-bastiment lejn port identifikat mill-Kumitat, f'koordinazzjoni mal-Istat tal-port. 3. L-Istati Membri għandhom, jekk id-deżinjazzjoni mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tkun hekk speċifikat, jipprojbixxu milli jidħol fil-portijiet tagħhom bastiment, ħlief f'każ ta' emerġenza jew jekk il-bastiment ikun qed jirritorna lejn il-port ta' oriġini. 4. L-Istati Membri għandhom, jekk id-deżinjazzjoni mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tkun hekk speċifikat, jagħmlu bastiment soġġett għal iffriżar ta' assi. 5. L-Anness IV għandu jinkludi l-bastimenti msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu ddeżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'konformità mal-paragrafu 12 tal-UNSCR 2321 (2016).”. |
|
(10) |
L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 20a L-akkwist ta' servizzi relattivi għall-bastimenti jew l-inġenji tal-ajru mir-RDPK għandu jkun ipprojbit.”. |
|
(12) |
L-Artikolu 21 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 21 L-Istati Membri għandhom ineħħu mir-reġistru kwalunkwe bastiment li jkun proprjetà ta', ikkontrollat jew operat minn, ir-RDPK, u ma għandhom jirreġistraw ebda tali bastiment li jkun tneħħa mir-reġistru minn Stat ieħor f'konformità mal-paragrafu 24 tal-UNSCR 2321 (2016).”. |
|
(13) |
L-Artikolu 22 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 22 1. Għandu jkun ipprojbit li jiġu rreġistrati bastimenti fir-RDPK, li tinkiseb awtorizzazzjoni għal bastiment biex juża l-bandiera tar-RDPK, jew li wieħed ikollu, jagħti b'lease, jopera, jew jipprovdi kwalunkwe klassifikazzjoni, ċertifikazzjoni jew servizz assoċjat lil bastiment, jew li jiġi assigurat kwalunkwe bastiment li jtajjar il-bandiera tar-RDPK. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ta l-approvazzjoni minn qabel każ b'każ. 3. L-għoti minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji ta' Stati Membri ta' servizzi ta' assigurazzjoni jew riassigurazzjoni lil bastimenti li huma proprjetà tar-RDPK, ikkontrollati, jew operati minnha, inkluż permezz ta' mezzi illeċiti, għandu jkun ipprojbit. 4. Il-paragrafu 3 m'għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina każ b'każ jekk il-bastiment ikunx involut f'attivitajiet esklużivament għal finijiet ta' għajxien li mhux ser jintuża minn individwi jew entitajiet tar-RDPK biex jiġġeneraw introjtu jew esklużivament għal finijiet umanitarji.”. |
|
(14) |
Fl-Artikolu 23, jiżdied il-paragrafu li ġej: “12. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jirrestrinġu d-dħul jew it-transitu fit-territorji tagħhom ta' membri tal-Gvern tar-RDPK, l-uffiċjali ta' dak il-Gvern, u l-membri tal-forzi armati tad-RDPK, jekk tali membri jew uffiċjali jkunu assoċjati mal-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016) u 2321(2016).”. |
|
(15) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 24a 1. Fejn Stat Membru jiddetermina li individwu jkun qiegħed jaħdem f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' bank jew istituzzjoni finanzjarja tar-RDPK, l-Istat Membru għandu jkeċċi lill-individwu mit-territorju tiegħu għall-fini ta' ripatrijazzjoni lejn l-Istat tan-nazzjonalità tal-individwu, b'mod konsistenti mad-dritt applikabbli. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-preżenza tal-individwu hija meħtieġa għat-twettiq ta' proċess ġudizzjarju jew esklużivament għal finijiet mediċi, ta' sikurezza jew finijiet umanitarji oħra, jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina każ b'każ li t-tkeċċija tal-individwu tmur kontra l-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016) u 2321(2016).”. |
|
(16) |
L-Artikolu 30 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 30 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeżerċitaw viġilanza u jipprevjenu tagħlim jew taħriġ speċjalizzat ta' ċittadini tar-RDPK, fit-territorji tagħhom jew minn ċittadini tagħhom, f'dixxiplini li jikkontribwixxu għall-attivitajiet nukleari sensittivi ta' proliferazzjoni tar-RDPK u għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari, inkluż tagħlim jew taħriġ fil-fiżika avvanzata, simulazzjoni avvanzata bil-kompjuter u xjenzi tal-kompjuter relatati, in-navigazzjoni ġeospazjali, l-inġinerija nukleari, l-inġinerija ajruspazjali, l-inġinerija ajrunawtika u dixxiplini relatati, ix-xjenza tal-materjali avvanzati, l-inġinerija tal-kimika avvanzata, l-inġinerija mekkanika avvanzata, l-inġinerija elettrika avvanzata u l-inġinerija industrijali avvanzata. 2. L-Istati Membri għandhom jissospendu l-kooperazzjoni xjentifika u teknika li tinvolvi persuni jew gruppi li huma uffiċjalment sponsorjati minn, jew jirrappreżentaw lil, ir-RDPK ħlief għal skambji mediċi sakemm:
|
|
(17) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 31a Għandu jkun ipprojbit li missjoni diplomatika jew post konsulari tar-RDPK, u l-membri tar-RDPK tagħhom, ikollhom jew jikkontrollaw kontijiet bankarji fl-Unjoni, ħlief għal kont wieħed fl-Istat Membru jew l-Istati Membri li fihom il-missjoni jew il-post ikunu ospitati jew li lilhom il-membri tagħhom ikunu akkreditati.”. |
|
(18) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 31b 1. Għandu jkun ipprojbit li proprjetà immobbli tingħata b'kera lir-RDPK jew b'xi mod ieħor titqiegħed għad-dispożizzjoni tar-RDPK, jew li din tintuża mir-RDPK jew għall-benefiċċju tagħha, għal kwalunkwe skop għajr attivitajiet diplomatiċi jew konsulari. 2. Għandu jkun ipprojbit ukoll li tinkera proprjetà immobbli mir-RDPK li tkun tinsab barra mit-territorju tar-RDPK.”. |
|
(19) |
L-Artikolu 33(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-Kunsill għandu jimplimenta modifiki għall-Annessi I u IV abbażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.”. |
|
(20) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 36a B'deroga mill-miżuri imposti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016) jew 2321 (2016), dment li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina li tenħtieġ eżenzjoni biex tiġi ffaċilitata l-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet mhux governattivi li jwettqu attivitajiet ta' assistenza u sokkors fir-RDPK għall-benefiċċju tal-popolazzjoni ċivili tar-RDPK, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru għandha tagħti l-awtorizzazzjoni meħtieġa.”. |
|
(21) |
Jiżdied l-Anness IV kif jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
K. MIZZI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id- Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).
ANNESS
“ANNESS IV
Lista ta' bastimenti msemmija fl-Artikolu 18a”
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/66 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/346
tas-27 ta' Frar 2017
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/440/PESK (1) li taħtar lis-Sur Stavros LAMBRINIDIS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fit-28 ta' Frar 2017. |
|
(2) |
Fl-20 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija għall-perijodu 2015-2019. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż għal perijodu ieħor ta' 24 xahar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
Il-mandat tas-Sur Stavros LAMBRINIDIS bħala r-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem huwa estiż sat-28 ta' Frar 2019. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm qabel, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).
Artikolu 2
Objettivi ta' politika
Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika tal-Unjoni rigward id-drittijiet tal-bniedem kif stipulat fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija:
|
(a) |
tisħiħ tal-effikaċja, il-preżenza u l-viżibbiltà tal-Unjoni fil-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja, b'mod partikolari b'żieda fil-kooperazzjoni u d-djalogu politiku tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi, is-sħab rilevanti, in-negozju, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, u permezz ta' azzjoni fil-fora internazzjonali rilevanti; |
|
(b) |
tisħiħ tal-kontribut tal-Unjoni għat-tisħiħ tad-demokrazija u l-bini ta' istituzzjonijiet, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali madwar id-dinja; |
|
(c) |
titjib fil-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni rigward id-drittijiet tal-bniedem u l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-oqsma kollha tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. |
Artikolu 3
Mandat
Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:
|
(a) |
jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, anke bil-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet f'dan ir-rigward; |
|
(b) |
jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Linji Gwida, l-għodod u l-pjanijiet ta' azzjoni tal-Unjoni għad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali; |
|
(c) |
isaħħaħ id-djalogu mal-gvernijiet f'pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u atturi oħrajn rilevanti sabiex ikunu żgurati l-effikaċja u l-viżibbiltà tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
|
(d) |
jikkontribwixxi għal aktar koerenza u konsistenza tal-politika u l-azzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem b'mod partikolari billi jikkontribwixxi għall-formulazzjoni ta' politiki rilevanti tal-Unjoni. |
Artikolu 4
Implimentazzjoni tal-mandat
1. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.
2. Il-KPS għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta' kuntatt primarju tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.
3. Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza fil-ħidma rispettiva tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.
Artikolu 5
Finanzjament
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE mill-1 ta' Marzu 2017 sat-28 ta' Frar 2018 għandu jkun ta' EUR 860 000.
2. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sussegwenti għar-RSUE għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.
3. In-nefqa għandha tiġi ġestita f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
4. Il-ġestjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont lill-Kummissjoni għal kull nefqa.
Artikolu 6
Formazzjoni u kompożizzjoni tat-tim
1. Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jsiru disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-formazzjoni ta' tim. It-tim għandu jinkludi l-għarfien espert dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif jirrikjedi l-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u l-Kummissjoni infurmati minnufih bil-kompożizzjoni tat-tim.
2. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu s-sekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta' tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru li jibagħtu, l-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea li tibagħtu jew is-SEAE, rispettivament. Esperti ssekondati mill-Istati Membri għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jintbagħtu jaħdmu mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.
3. Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru li jibagħtu, l-istituzzjoni tal-Unjoni li tibagħtu jew is-SEAE rispettivament, u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.
4. Il-persunal tar-RSUE għandu jiġi kkollokat fid-dipartimenti rilevanti tas-SEAE jew tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-koerenza u l-konsistenza tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.
Artikolu 7
Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE
Ir-RSUE u l-membri tat-tim tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2).
Artikolu 8
Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku
1. L-Istati Membri, il-Kummissjoni, is-SEAE u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.
2. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u r-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku lir-RSUE.
Artikolu 9
Sigurtà
F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal skjerat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f'konformità mal-mandat tar-RSUE u abbażi tas-sitwazzjoni ta' sigurtà fiż-żona ta' responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:
|
(a) |
jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi, li jirregola l-ġestjoni taċ-ċaqliq mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona ta' responsabbiltà kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti ta' sigurtà, u jinkludi pjan ta' kontinġenza u pjan ta' evakwazzjoni; |
|
(b) |
jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli, kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona ta' responsabbiltà; |
|
(c) |
jiżgura li l-membri kollha tat-tim tar-RSUE li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona ta' responsabbiltà jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati lil dik iż-żona mis-SEAE; |
|
(d) |
jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha maqbula magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà u jipprovdi lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta' progress u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat. |
Artikolu 10
Rapportar
Ir-RSUE għandu regolarment jipprovdi lir-RGħ u lill-KPS rapporti bil-miktub u bil-fomm. Ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill, b'mod partikolari lill-Grupp ta' Ħidma dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, skont il-ħtieġa. Għandhom jiġu ċirkolati rapporti regolari permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 11
Koordinazzjoni
1. Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jkunu impenjati b'mod konsistenti biex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom ikunu kkoordinati ma' dawk tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, kif ukoll ta' Rappreżentanti Speċjali oħra tal-Unjoni Ewropea, skont il-każ. Ir-RSUE għandu jipprovdi informazzjoni regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.
2. Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet ta' Missjonijiet tal-Istati Membri, mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll mal-Kapijiet jew Kmandanti tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u Difiża Komuni u Rappreżentanti Speċjali oħra tal-Unjoni Ewropea rilevanti kif adatt. Huma għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat.
3. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament u jfittex komplementarjetà u sinerġiji ma' atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fil-livell ta' Kwartieri Ġenerali u fuq il-post. Ir-RSUE għandu jfittex kuntatti regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kemm fil-Kwartieri Ġenerali kif ukoll fuq il-post.
Artikolu 12
Rieżami
L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħra mill-Unjoni għandhom jiġu rieżaminati regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ, u lill-Kummissjoni b'rapporti regolari dwar il-progress u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sat-30 ta' Novembru 2018.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
K. MIZZI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/440/PESK tal-25 ta' Lulju 2012 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (ĠU L 200, 27.7.2012, p. 21).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/448/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/70 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/347
tas-27 ta' Frar 2017
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta' Jannar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/77 (1) biex ħatar lis-Sur Lars-Gunnar WIGEMARK bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Bożnija-Ħerzegovina (BiĦ). Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fit-28 ta' Frar 2017. |
|
(2) |
Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ieħor ta' 16-il xahar. |
|
(3) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-ksib tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
Il-mandat tas-Sur Lars-Gunnar WIGEMARK bħala r-RSUE fil-Bożnija-Ħerzegovina (BiĦ) huwa estiż sat-30 ta' Ġunju 2018. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm qabel, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u ta' proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).
Artikolu 2
Objettivi ta' politika
1. Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika li ġejjin tal-Unjoni fil-BiĦ:
|
(a) |
il-kontinwazzjoni tal-progress fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni; |
|
(b) |
BiĦ li tkun stabbli, vijabbli, paċifika, multi-etnika u unita, li tikkoopera paċifikament mal-ġirien tagħha; u |
|
(c) |
ikun żgurat li l-BiĦ timxi irreversibbilment fit-triq lejn sħubija fl-Unjoni. |
2. L-Unjoni ser tkompli wkoll tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas Ġenerali għall-Paċi (GFAP) fil-BiĦ.
Artikolu 3
Mandat
Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:
|
(a) |
joffri l-konsulenza tal-Unjoni u jiffaċilita l-proċess politiku, partikolarment bil-promozzjoni tad-djalogu bejn il-livelli differenti tal-gvern; |
|
(b) |
jiżgura l-konsistenza u l-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni; |
|
(c) |
jiffaċilita l-progress fir-rigward tal-prijoritajiet politiċi, ekonomiċi u Ewropej, partikolarment billi jinkoraġixxi l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni dwar materji tal-UE u l-kontinwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Aġenda ta' Riforma; |
|
(d) |
jissorvelja u jagħti pariri lill-awtoritajiet eżekuttivi u leġislattivi fil-livelli kollha tal-gvern fil-BiĦ, u jżomm kollegament mal-awtoritajiet u l-partiti politiċi fil-BiĦ; |
|
(e) |
jiżgura l-implimentazzjoni tal-isforzi tal-Unjoni fil-firxa sħiħa tal-attivitajiet fl-oqsma tal-istat tad-dritt u tar-riforma tas-settur tas-sigurtà, jippromwovi l-koordinazzjoni globali mill-Unjoni ta', u jagħti direzzjoni politika lokali lil, l-isforzi tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni, kif ukoll it-terroriżmu, u, f'dak il-kuntest, jipprovdi lir-RGħ u lill-Kummissjoni b'evalwazzjonijiet u konsulenza kif meħtieġ; |
|
(f) |
jipprovdi appoġġ għal interazzjoni rinfurzata u aktar effettiva bejn is-sistema tal-ġustizzja kriminali u l-pulizija fil-BiĦ, kif ukoll għal inizjattivi li jimmiraw biex isaħħu l-effiċjenza u l-imparzjalità tal-istituzzjonijiet ġudizjarji, partikolarment id-Djalogu Strutturat dwar il-Ġustizzja; |
|
(g) |
mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand militari, joffri lill-Kmandant tal-Forza tal-UE gwida politika dwar kwistjonijiet militari b'dimensjoni politika lokali, b'mod partikolari fir-rigward ta' operazzjonijiet sensittivi, u dwar ir-relazzjonijiet mal-awtoritajiet lokali u l-mezzi tax-xandir lokali u jikkontribwixxi għall-konsultazzjonijiet dwar ir-Reviżjoni Strateġika ta' EUFOR/ALTHEA; jikkonsulta lill-Kmandant tal-Forza tal-UE qabel ma jieħu azzjoni politika li jista' jkollha impatt fuq is-sitwazzjoni tas-sigurtà u jikkoordina fir-rigward ta' messaġġi koerenti lill-awtoritajiet lokali u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn; |
|
(h) |
jikkoordina u jimplimenta l-isforzi ta' komunikazzjoni tal-Unjoni dwar kwistjonijiet tal-UE lejn il-pubbliku fil-BiĦ; |
|
(i) |
jippromwovi l-proċess tal-integrazzjoni fl-UE permezz ta' diplomazija pubblika mmirata u attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-UE mfasslin biex jiżguraw fehim u appoġġ usa' fost il-pubbliku tal-BiĦ dwar materji relatati mal-UE, anke permezz tal-involviment ta' atturi tas-soċjetà ċivili lokali; |
|
(j) |
jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-BiĦ, f'konformità mal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-linji gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
|
(k) |
jingaġġa mal-awtoritajiet rilevanti tal-BiĦ fir-rigward tal-kooperazzjoni sħiħa tagħhom mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY); |
|
(l) |
f'konformità mal-proċess ta' integrazzjoni tal-UE, jipprovdi konsulenza, jassisti, jiffaċilita u jimmonitorja d-djalogu politiku dwar il-bidliet kostituzzjonali neċessarji u leġiżlattivi rilevanti; |
|
(m) |
iżomm kuntatti mill-qrib u konsultazzjonijiet mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli fil-BiĦ u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn li jaħdmu fil-pajjiż; f'dak il-kuntest, jinforma lill-Kunsill dwar diskussjonijiet fuq il-post fir-rigward tal-preżenza internazzjonali fil-pajjiż, inkluż l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli; |
|
(n) |
jipprovdi konsulenza lir-RGħ, kif meħtieġ, dwar persuni fiżiċi jew ġuridiċi li lilhom jistgħu jiġu imposti miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-BiĦ; |
|
(o) |
mingħajr preġudizzju għal-linji ta' kmand applikabbli, jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni fuq il-post jiġu applikati b'mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni. |
Artikolu 4
Implimentazzjoni tal-mandat
1. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.
2. Il-KPS għandu jżomm kollegament privileġġjat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta' kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.
3. Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu.
Artikolu 5
Finanzjament
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018 għandu jkun ta' EUR 7 690 000.
2. In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku mir-RSUE għandha tkun miftuħa mingħajr limiti. Barra minn hekk, ma għandha tapplika l-ebda regola ta' oriġini għall-oġġetti mixtrija mir-RSUE.
3. L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli lejn il-Kummissjoni għal kull nefqa.
Artikolu 6
Formazzjoni u kompożizzjoni tat-tim
1. Għandu jiġi assenjat persunal iddedikat biex jassisti lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat u biex jikkontribwixxi għall-koerenza, il-viżibilità u l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni fil-BiĦ b'mod ġenerali. Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jsiru disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-kostituzzjoni ta' tim. It-tim għandu jinkludi l-kompetenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif rikjest mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni informati minnufih dwar il-formazzjoni tat-tim.
2. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta' tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru li jissekonda, mill-istituzzjoni tal-Unjoni li tissekonda jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew is-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati biex jaħdmu mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.
3. Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru li jissekonda, tal-istituzzjoni tal-Unjoni li tissekonda jew tas-SEAE, rispettivament, u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.
Artikolu 7
Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE
Il-privileġġi, immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għall-eżekuzzjoni u l-funzjonament regolari tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-partijiet ospitanti, skont il-każ. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.
Artikolu 8
Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE
Ir-RSUE u l-membri tat-tim tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2).
Artikolu 9
Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku
1. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.
2. Id-delegazzjoni tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, skont il-każ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.
Artikolu 10
Sigurtà
F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal stazzjonat barra mill-Unjoni f'kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f'konformità mal-mandat tar-RSUE u abbażi tas-sitwazzjoni ta' sigurtà fiż-żona ta' responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:
|
(a) |
jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment sigur tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona ta' responsabbiltà, kif ukoll l-immaniġġar ta' inċidenti ta' sigurtà, u li jinkludi pjan ta' kontinġenza u pjan ta' evakwazzjoni; |
|
(b) |
jiżgura li l-persunal kollu stazzjonat barra mill-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli, kif meħtieġ skont il-kondizzjonijiet fiż-żona ta' responsabbiltà; |
|
(c) |
jiżgura li l-membri kollha tat-tim tar-RSUE li jkunu ser jiġu stazzjonati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jew kif jaslu fiż-żona ta' responsabbiltà, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati lil dik iż-żona mis-SEAE; |
|
(d) |
jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha miftehmin, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà, u jipprovdi lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapport ta' progress u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat. |
Artikolu 11
Rappurtar
Ir-RSUE għandu jipprovdi rapporti, kemm oralment kif jukoll bil-miktub, regolarment lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu wkoll jirrapporta lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill, kif ikun meħtieġ. Ir-rapporti regolari għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill tal-Affarijiet Barranin. Taħt l-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 12
Koordinazzjoni
1. Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jiġu ingaġġati b'mod konsistenti, biex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma' dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll ma' dawk ta' RSUE oħrajn attivi fir-reġjun, kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu jipprovdi informazzjoni regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.
2. Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-Istati Membri u mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun. Huma għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma' atturi internazzjonali u reġjonali fuq il-post, u b'mod partikolari jżomm koordinazzjoni mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli fil-BiĦ.
3. B'appoġġ għall-operazzjonijiet tal-Unjoni ta' maniġġar tal-kriżijiet, ir-RSUE, flimkien ma' atturi tal-Unjoni oħrajn preżenti fuq il-post, għandu jtejjeb id-disseminazzjoni u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni minn dawk l-atturi tal-Unjoni bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' għarfien u valutazzjoni komuni tas-sitwazzjoni.
Artikolu 13
Assistenza rigward pretensjonijiet
Ir-RSUE u l-persunal tar-RSUE għandhom jassistu fil-forniment ta' elementi li jwieġbu għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mill-mandati tar-RSUE preċedenti fil-BiĦ, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal tali għanijiet.
Artikolu 14
Reviżjoni
L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport ta' progress sat-30 ta' Settembru 2017 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-31 ta' Marzu 2018.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
K. MIZZI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/77 tad-19 ta' Jannar 2015 li taħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (ĠU L 13, 20.1.2015, p. 7).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/75 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/348
tas-27 ta' Frar 2017
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (*1)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-4 ta' Awwissu 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1338 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2052 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (1) u li taħtar lis-Sinjura Nataliya APOSTOLOVA bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo. Il-mandat tar-RSUE ser jiskadi fit-28 ta' Frar 2017. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż għal perijodu ieħor ta' 16-il xahar. |
|
(3) |
Ir-RSUE ser timplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
Il-mandat tas-Sinjura Nataliya APOSTOLOVA bħala r- RSUE huwa estiż sat-30 ta' Ġunju 2018. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm qabel, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).
Artikolu 2
Objettivi tal-politika
Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi tal-politika tal-Unjoni fil-Kosovo. Dawn jinkludu rwol ta' tmexxija fil-promozzjoni ta' Kosovo stabbli, vijabbli, paċifiku, demokratiku u multietniku; it-tisħiħ tal-istabbiltà fir-reġjun u l-kontribut għal kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien fil-Balkani tal-Punent; il-promozzjoni ta' Kosovo impenjat favur l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tal-minoritajiet u tal-wirt kulturali u reliġjuż; l-appoġġ għall-perspettiva Ewropea tal-Kosovo u t-tqarrib mal-Unjoni skont il-perspettiva tar-reġjun u f'konformità mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra (2) (minn hawn “l quddiem 'il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni”) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1988 (3), u skont il-Konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill..
Artikolu 3
Mandat
Sabiex jinkisbu l-objettivi tal-politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:
|
(a) |
toffri l-konsulenza u l-appoġġ tal-Unjoni fil-proċess politiku; |
|
(b) |
tippromwovi koordinazzjoni politika ġenerali tal-Unjoni fil-Kosovo; |
|
(c) |
issaħħaħ il-preżenza tal-Unjoni f'kull parti tal-Kosovo u tiżgura l-koerenza u l-effettività tagħha; |
|
(d) |
tipprovdi gwida politika lokali lill-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), inkluż dwar l-aspetti politiċi ta' kwistjonijiet relatati ma' responsabbiltajiet eżekuttivi; |
|
(e) |
tiżgura l-konsistenza u l-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni fil-Kosovo, inkluż sabiex tiġi ggwidata lokalment it-transizzjoni tal-EULEX għat-trasferiment eventwali tal-attivitajiet lill-Uffiċċju tar-RSUE/UE u/jew l-awtoritajiet lokali, skont kif ikun xieraq; |
|
(f) |
tappoġġa l-perspettiva Ewropea tal-Kosovo u t-tqarrib mal-Unjoni, skont il-perspettiva tar-reġjun u f'konformità mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1988, u skont il-Konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill, permezz ta' komunikazzjoni pubblika mmirata u attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Unjoni mfassla biex ikunu żgurati l-fehim u l-appoġġ usa' mill-pubbliku tal-Kosovo dwar kwistjonijiet relatati mal-Unjoni, inkluża l-ħidma tal-EULEX; |
|
(g) |
tissorvelja, tassisti u tiffaċilita, permezz tal-mezzi u l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tar-RSUE u bl-appoġġ tal-Uffiċċju tal-UE fil-Kosovo, il-progress dwar il-prijoritajiet politiċi, ekonomiċi u Ewropej, f'konformità mal-kompetenzi u r-responsabbiltajiet istituzzjonali rispettivi, u tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni inkluż permezz tal-Aġenda Ewropea għar-Riforma; |
|
(h) |
tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-Kosovo, inkluż fir-rigward tan-nisa u t-tfal u l-protezzjoni tal-minoranzi, f'konformità mal-politika dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni u l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
(i) |
tassisti fl-implimentazzjoni tad-djalogu bejn Belgrad u Pristina ffaċilitat mill-Unjoni; |
|
(j) |
tappoġġa l-mandat tal-Kmamar tal-Ispeċjalisti u l-Uffiċċju tal-Prosekuturi Speċjalizzati, kif xieraq, inkluż permezz ta' komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni. |
Artikolu 4
Implimentazzjoni tal-mandat
1. Ir-RSUE għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, waqt li taġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.
2. Il- KPS għandu jżomm kollegament privileġġjat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta' kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.
3. Ir-RSUE għandha taħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu.
Artikolu 5
Finanzjament
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018 għandu jkun ta' EUR 3 615 000.
2. In-nefqa għandha tiġi amministrata f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku mir-RSUE għandha tkun miftuħa mingħajr limiti. Barra minn hekk, ma għandha tapplika l-ebda regola ta' oriġini għall-oġġetti mixtrija mir-RSUE.
3. L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandha tagħti rendikont lill-Kummissjoni għal kull nefqa.
Artikolu 6
Formazzjoni u kompożizzjoni tat-tim
1. Għandu jiġi assenjat persunal iddedikat lir-RSUE biex jgħin fl-implimentazzjoni tal-mandat tagħha u biex tikkontribwixxi għall-koerenza, il-viżibbiltà u l-effettività tal-azzjoni globali tal-Unjoni fil-Kosovo. Fil-limiti tal-mandat tagħha u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandha tkun responsabbli li tifforma t-tim tagħha. It-tim għandu jinkludi l-għarfien espert dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif jirrikjedi l-mandat. Ir-RSUE għandha żżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tat-tim tagħha.
2. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta' tali persunal sekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru emittenti, mill-istituzzjoni emittenti tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti sekondati mill-Istati Membri fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew is-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati sabiex jaħdmu mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali kkuntrattat għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.
3. Il-persunal kollu sekondat għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru emittenti, l-istituzzjoni emittenti tal-Unjoni jew is-SEAE, rispettivament, u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.
Artikolu 7
Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tagħha
Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-garanziji l-oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tal-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-partijiet ospitanti, kif xieraq. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għat-tali għan.
Artikolu 8
Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE
1. Ir-RSUE u l-membri tat-tim tagħha tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (4).
2. Ir-RGħ għandha tkun awtorizzata tirrilaxxa lin-NATO/KFOR informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” iġġenerati għall-finijiet tal-azzjoni, f'konformità mar-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE.
3. Ir-RGħ għandha tkun awtorizzata tirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti (NU) u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), f'konformità mal-ħtiġijiet operattivi tar-RSUE, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-azzjoni, f'konformità mar-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti lokali għal dan il-għan.
4. Ir-RGħ għandha tkun awtorizzata tirrilaxxa lil partijiet terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni, dokumenti mhux klassifikati tal-UE li jkunu relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill rigward l-azzjoni koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill.
Artikolu 9
Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku
1. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE tingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.
2. Id-delegazzjoni tal-Unjoni u/jew l-Istati Membri, kif adatt, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.
Artikolu 10
Sigurtà
F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal stazzjonat barra mill-Unjoni f'kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandha tieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f'konformità mal-mandat tar-RSUE u fuq il-bażi tas-sitwazzjoni ta' sigurtà fiż-żona ta' responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:
|
(a) |
tistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment sigur tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona ta' responsabbiltà, kif ukoll l-immaniġġar ta' inċidenti ta' sigurtà u li jinkludi pjan ta' kontinġenza u pjan ta' evakwazzjoni; |
|
(b) |
tiżgura li l-persunal kollu stazzjonat barra mill-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli, kif meħtieġ mill-kundizzjonijiet fiż-żona ta' repsonsabbiltà; |
|
(c) |
tiżgura li l-membri kollha tat-tim tar-RSUE li jkunu ser jiġu stazzjonati barra l-Unjoni, inkluż persunal li jkunu ngħataw kuntratt lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona ta' responsabbiltà jew kif jaslu fiha, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati lil dik iż-żona mis-SEAE; |
|
(d) |
tiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha maqbula magħmula wara valutazzjonijiet regolari tas-sigurtà u tipprovdi lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapport ta' progress u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat. |
Artikolu 11
Rapportar
Ir-RSUE għandha regolarment tipprovdi lir-RGħ rapporti bil-miktub u bil-fomm. Ir-RSUE għandha tirrapporta regolarment lill-KPS. IR-RSUE għandha tirrapporta wkoll lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill, kif meħtieġ. Għandhom jiġu ċirkolati rapporti regolari permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE tista' tipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE tista' tkun involuta fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.
Artikolu 12
Koordinazzjoni
1. Ir-RSUE għandha tikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u għandha tgħin biex tiżgura konsistenza fl-użu tal-istrumenti kollha tal-Unjoni u fit-teħid tal-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri, biex jinkisbu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma' dawk tal-Kummissjoni, kif ukoll ma' dawk ta' RSUE oħrajn li jkunu attivi fir-reġjun, kif adatt. Ir-RSUE għandha tipprovdi informazzjoni regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.
2. Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tal-Missjonijiet rilevanti tal-Istati Membri u l-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandha tipprovdi gwida politika lokali lill-Kap tal-EULEX KOSOVO, inkluż dwar l-aspetti politiċi ta' kwistjonijiet relatati ma' responsabbiltajiet eżekuttivi. Ir-RSUE u l-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili għandhom jikkonsultaw lil xulxin, kif meħtieġ.
3. Ir-RSUE għandha wkoll iżżomm kollegament ma' aġenziji lokali rilevanti u ma' atturi internazzjonali u reġjonali oħra fuq il-post.
4. Ir-RSUE, flimkien ma' atturi oħra tal-Unjoni preżenti fuq il-post, għandha tiżgura t-tixrid u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni fost l-atturi tal-Unjoni fuq il-post bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' għarfien u valutazzjoni komuni dwar is-sitwazzjoni.
Artikolu 13
Assistenza b'rabta mat-talbiet
Ir-RSUE u l-persunal tar-RSUE għandhom jassistu fil-forniment ta' elementi b'reazzjoni għal kwalunkwe talba u obbligu li joħroġ mill-mandati tar-RSUE preċedenti fil-Kosovo, u għandhom jipprovdu assistenza amministrattiva u aċċess għall-fajls rilevanti għal dawn l-għanijiet.
Artikolu 14
Rieżami
L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħra mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu analizzati regolarment. Ir-RSUE għandha tippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport tal-progress sat-30 ta' Settembru 2017 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-31 ta' Marzu 2018.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
K. MIZZI
(*1) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
(1) ĠU L 212, 5.8.2016, p. 109.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1988 tat-22 ta' Ottubru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra (ĠU L 290, 6.11.2015, p. 4).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat- 23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/80 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/349
tas-27 ta' Frar 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/389/PESK (1) dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR). |
|
(2) |
Fit-12 ta' Diċembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/2240 (2), li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK. L-isem tal-missjoni nbidel għal EUCAP Somalia u l-mandat tagħha ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2018. |
|
(3) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/389/PESK tiġi emendata biex tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2017 sat-28 ta' Frar 2018, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 13(1) ta'd-Deċiżjoni 2012/389/PESK, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP Somalia għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2017 sat-28 ta' Frar 2018 għandu jkun ta' EUR 22 950 000.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
K. MIZZI
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/81 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/350
tas-27 ta' Frar 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1). |
|
(2) |
Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi kontra l-Belarussja jiġu estiżi sat-28 ta' Frar 2018. |
|
(3) |
Barra minn hekk, il-Kunsill qabel li l-esportazzjoni ta' tagħmir tal-biathlon lill-Belarussja tista' tiġi awtorizzata mill-Istati Membri f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli ta' liċenzjar. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/642/PESK tiġi emendata skont dan, |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni ikunu effettivi, jenħtieġ li din id- Deċiżjoni tidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal tagħmir tal-biathlon li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet definiti fir-regoli tal-avvenimenti u l-kompetizzjonijiet tal-Unjoni Internazzjonali tal-Biathlon (IBU).”; |
|
(2) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-28 ta' Frar 2018. 2. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti u għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
K. MIZZI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).
|
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/82 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/351
tal-24 ta' Frar 2017
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2017) 1261)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċertu żoni ta' dawk l-Istati Membri fil-Partijiet I, II, III u IV tiegħu, differenzjati permezz tal-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Din il-lista tinkludi, fost oħrajn, ċerti żoni tal-Latvja u tal-Litwanja. |
|
(2) |
Fi Frar tal-2017, seħħew żewġ tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi fin-novads ta' Salaspils fil-Latvja u fir-rajono savivaldybė ta' Biržai fil-Litwanja f'żoni li bħalissa jinsabu elenkati fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Dawn it-tifqigħat jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju li jeħtieġ li jitqies. Għaldaqstant, l-oqsma rilevanti fil-Latvja u fil-Litwanja elenkati fil-Partijiet I u II għandhom issa jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness. |
|
(3) |
F'Jannar 2017, seħħew xi każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi fid-distrett ta' Talsu u Tukuma fil-Latvja f'żewġ oqsma li bħalissa huma elenkati fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE iżda qrib ħafna taż-żoni elenkati fil-Parti I ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Dawn it-tifqigħat jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju li jeħtieġ li jitqies. Għaldaqstant, ċerti żoni rilevanti tal-Latvja għandhom issa jiġu elenkati fil-Parti II minflok fil-Parti I ta' dak l-Anness u żoni oħra għandhom issa jiġu elenkati fil-Parti I ta' dak l-Anness. |
|
(4) |
L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi affettwati fl-Unjoni għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju tas-saħħa tal-annimali rrappreżentat minn dik is-sitwazzjoni fir-rigward ta' dik il-marda fil-Latvja u fil-Litwanja. Biex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE u biex jiġi evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat kull xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, il-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stabbilita fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għandha tiġi emendata biex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward ta' dik il-marda fil-Latvja u fil-Litwanja. |
|
(5) |
Għaldaqstant, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).
ANNESS
“ANNESS
PARTI I
1. L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
|
— |
the maakond of Hiiumaa. |
2. Il-Latvja
Dawn iż-żoni fil-Latvja:
|
— |
in the novads of Bauskas, the pagasti of Īslīces, Gailīšu, Brunavas and Ceraukstes, |
|
— |
in the novads of Dobeles, the pagasti of Bikstu, Zebrenes, Annenieku, Naudītes, Penkules, Auru and Krimūnu, Dobeles, Berzes, the part of the pagasts of Jaunbērzes located to the West of road P98, and the pilsēta of Dobele, |
|
— |
in the novads of Jelgavas, the pagasti of Glūdas, Svētes, Platones, Vircavas, Jaunsvirlaukas, Zaļenieku, Vilces, Lielplatones, Elejas and Sesavas, |
|
— |
in the novads of Kandavas, the pagasti of Vānes and Matkules, |
|
— |
in the novads of Kuldīgas, the pagasti of Rendas and Kabiles, |
|
— |
in the novads of Saldus, the pagasti of Jaunlutriņu, Lutriņu and Šķēdes, |
|
— |
in the novads of Talsu, the pagasts of Ģibuļu, |
|
— |
in the novads of Ventspils, the pagasti of Vārves, Užavas, Jūrkalnes, Piltenes, Zīru, Ugāles, Usmas and Zlēku, the pilsēta of Piltene, |
|
— |
the novads of Brocēnu, |
|
— |
the novads of Rundāles, |
|
— |
the novads of Tērvetes, |
|
— |
the part of the novads of Stopiņu located to the West of roads V36, P4 and P5, streets Acones, Dauguļupes and river Dauguļupīte, |
|
— |
the pilsēta of Bauska, |
|
— |
the pilsēta of Talsi, |
|
— |
the republikas pilsēta of Jelgava, |
|
— |
the republikas pilsēta of Ventspils. |
3. Il-Litwanja
Dawn iż-żoni fil-Litwanja:
|
— |
in the rajono savivaldybė of Jurbarkas, the seniūnijos of Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus and Juodaičių, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Pakruojis, the seniūnijos of Klovainių, Rozalimo and Pakruojo, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Panevežys, the part of the Krekenavos seniūnija located to the west of the river Nevėžis, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Pasvalys, the seniūnijos of Joniškelio apylinkių, Joniškelio miesto, Namišių, Pasvalio apylinkių, Pasvalio miesto, Pumpėnų, Pušaloto, Saločių and Vaškų, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Raseiniai, the seniūnijos of Ariogalos, Ariogalos miestas, Betygalos, Pagojukų and Šiluvos, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Šakiai, the seniūnijos of Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių, |
|
— |
the rajono savivaldybė of Radviliškis, |
|
— |
the rajono savivaldybė of Vilkaviškis, |
|
— |
the savivaldybė of Kalvarija, |
|
— |
the savivaldybė of Kazlų Rūda, |
|
— |
the savivaldybė of Marijampolė. |
4. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
|
In the województwo warmińsko-mazurskie:
|
|
In the województwo podlaskie:
|
|
In the województwo mazowieckie:
|
|
In the województwo lubelskie:
|
PARTI II
1. L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
|
— |
the linn of Elva, |
|
— |
the linn of Võhma, |
|
— |
the linn of Kuressaare, |
|
— |
the linn of Rakvere, |
|
— |
the linn of Tartu, |
|
— |
the linn of Viljandi, |
|
— |
the maakond of Harjumaa (excluding the part of the vald of Kuusalu located to the South of road 1 (E20), the vald of Aegviidu and the vald of Anija), |
|
— |
the maakond of Ida-Virumaa, |
|
— |
the maakond of Läänemaa, |
|
— |
the maakond of Pärnumaa, |
|
— |
the maakond of Põlvamaa, |
|
— |
the maakond of Võrumaa, |
|
— |
the maakond of Valgamaa, |
|
— |
the maakond of Raplamaa, |
|
— |
the vald of Suure-Jaani, |
|
— |
the part of the vald of Tamsalu located to the North-East of the Tallinn-Tartu railway, |
|
— |
the vald of Tartu, |
|
— |
the vald of Abja, |
|
— |
the vald of Alatskivi, |
|
— |
the vald of Haaslava, |
|
— |
the vald of Haljala, |
|
— |
the vald of Tarvastu, |
|
— |
the vald of Nõo, |
|
— |
the vald of Ülenurme, |
|
— |
the vald of Tähtvere, |
|
— |
the vald of Rõngu, |
|
— |
the vald of Rannu, |
|
— |
the vald of Konguta, |
|
— |
the vald of Puhja, |
|
— |
the vald of Halliste, |
|
— |
the vald of Kambja, |
|
— |
the vald of Karksi, |
|
— |
the vald of Kihelkonna, |
|
— |
the vald of Kõpu, |
|
— |
the vald of Lääne-Saare, |
|
— |
the vald of Laekvere, |
|
— |
the vald of Leisi, |
|
— |
the vald of Luunja, |
|
— |
the vald of Mäksa, |
|
— |
the vald of Meeksi, |
|
— |
the vald of Muhu, |
|
— |
the vald of Mustjala, |
|
— |
the vald of Orissaare, |
|
— |
the vald of Peipsiääre, |
|
— |
the vald of Piirissaare, |
|
— |
the vald of Pöide, |
|
— |
the vald of Rägavere, |
|
— |
the vald of Rakvere, |
|
— |
the vald of Ruhnu, |
|
— |
the vald of Salme, |
|
— |
the vald of Sõmeru, |
|
— |
the vald of Torgu, |
|
— |
the vald of Vara, |
|
— |
the vald of Vihula, |
|
— |
the vald of Viljandi, |
|
— |
the vald of Vinni, |
|
— |
the vald of Viru-Nigula, |
|
— |
the vald of Võnnu. |
2. Il-Latvja
Dawn iż-żoni fil-Latvja:
|
— |
in the novads of Apes, the pagasti of Trapenes, Gaujienas and Apes and the pilsēta of Ape, |
|
— |
in the novads of Balvu, the pagsti of Vīksnas, Bērzkalnes, Vectilžas, Lazdulejas, Briežuciema, Tilžas, Bērzpils and Krišjāņu, |
|
— |
in the novads of Bauskas, the pagasti of Mežotnes, Codes, Dāviņu and Vecsaules, |
|
— |
in the novads of Daugavpils the pagasti of Vaboles, Līksnas, Sventes, Medumu, Demenas, Kalkūnes, Laucesas, Tabores, Maļinovas, Ambeļu, Biķernieku, Naujenes, Vecsalienas, Salienas and Skrudalienas, |
|
— |
in the novads of Dobeles, the part of the pagasts of Jaunbērzes located to the East of road P98, |
|
— |
in the novads of Gulbenes the pagasts of Līgo, |
|
— |
in the novads of Ikšķiles, the part of pagasts of Tīnūžu located to the South- East of road P10, the pilsēta of Ikšķile,in the novads of Jelgavas the pagasti of Kalnciema, Līvbērzes and Valgundes, |
|
— |
in the novads of Kandavas, the pagasti of Cēres, Kandavas, Zemītes and Zantes, the pilsēta of Kandava, |
|
— |
in the novads of Krimuldas, the part of pagasts of Krimuldas located to the North — East of roads V89 and V81 and the part of pagasts of Lēdurgas located to the North — East of roads V81 and V128, |
|
— |
in the novads of Limbažu, the pagasti of Skultes, Limbažu, Umurgas, Katvaru, Pāles, Viļķenes and the pilsēta of Limbaži, |
|
— |
in the novads of Preiļu the pagasts of Saunas, |
|
— |
in the novads of Raunas, the pagasts of Raunas, |
|
— |
in the novads of Riebiņu, the pagasti of Sīļukalna, Stabulnieku, Galēnu and Silajāņu, |
|
— |
in the novads of Rugāju the pagsts of Lazdukalna, |
|
— |
in the novads of Siguldas, the pagasts of Mores and the part of the pagasts of Allažu located to the South of the road P3, |
|
— |
in the novads of Smiltenes, the pagasti of Brantu, Blomes, Smiltenes, Bilskas and Grundzāles, the pilsēta of Smiltene, |
|
— |
in the novads of Talsu, the pagasti of Ķūļciema, Balgales, Vandzenes, Laucienes, Virbu, Strazdes, Lubes, Īves, Valdgales, Laidzes, Ārlavas, Lībagu and Abavas, the pilsētas of Sabile, Stende and Valdemārpils, |
|
— |
in the novads of Ventspils, the pagasti of Ances, Tārgales, Popes and Puzes, |
|
— |
the novads of Ādažu, |
|
— |
the novads of Aglonas, |
|
— |
the novads of Aizkraukles, |
|
— |
the novads of Aknīstes, |
|
— |
the novads of Alojas, |
|
— |
the novads of Alūksnes, |
|
— |
the novads of Amatas, |
|
— |
the novads of Babītes, |
|
— |
the novads of Baldones, |
|
— |
the novads of Baltinavas, |
|
— |
the novads of Beverīnas, |
|
— |
the novads of Burtnieku, |
|
— |
the novads of Carnikavas, |
|
— |
the novads of Cēsu, |
|
— |
the novads of Cesvaines, |
|
— |
the novads of Ciblas, |
|
— |
the novads of Dagdas, |
|
— |
the novads of Dundagas, |
|
— |
the novads of Engures, |
|
— |
the novads of Ērgļu, |
|
— |
the novads of Iecavas, |
|
— |
the novads of Ilūkstes, |
|
— |
the novads of Jaunjelgavas, |
|
— |
the novads of Jaunpils, |
|
— |
the novads of Jēkabpils, |
|
— |
the novads of Kārsavas, |
|
— |
the novads of Ķeguma, |
|
— |
the novads of Ķekavas, |
|
— |
the novads of Kocēnu, |
|
— |
the novads of Kokneses, |
|
— |
the novads of Krāslavas, |
|
— |
the novads of Krustpils, |
|
— |
the novads of Lielvārdes, |
|
— |
the novads of Līgatnes, |
|
— |
the novads of Līvānu, |
|
— |
the novads of Lubānas, |
|
— |
the novads of Ludzas, |
|
— |
the novads of Madonas, |
|
— |
the novads of Mālpils, |
|
— |
the novads of Mārupes, |
|
— |
the novads of Mazsalacas, |
|
— |
the novads of Mērsraga, |
|
— |
the novads of Naukšēnu, |
|
— |
the novads of Neretas, |
|
— |
the novads of Ogres, |
|
— |
the novads of Olaines, |
|
— |
the novads of Ozolnieki, |
|
— |
the novads of Pārgaujas, |
|
— |
the novads of Pļaviņu, |
|
— |
the novads of Priekuļu, |
|
— |
the novads of Rēzeknes, |
|
— |
the novads of Rojas, |
|
— |
the novads of Rūjienas, |
|
— |
the novads of Salacgrīvas, |
|
— |
the novads of Salas, |
|
— |
the novads of Saulkrastu, |
|
— |
the novads of Skrīveru, |
|
— |
the novads of Strenču, |
|
— |
the novads of Tukuma, |
|
— |
the novads of Valkas, |
|
— |
the novads of Varakļānu, |
|
— |
the novads of Vecpiebalgas, |
|
— |
the novads of Vecumnieku, |
|
— |
the novads of Viesītes, |
|
— |
the novads of Viļakas, |
|
— |
the novads of Viļānu, |
|
— |
the novads of Zilupes, |
|
— |
the part of the novads of Garkalnes located to the North — West of road A2,the part of the novads of Ropažu located to the East of road P10, |
|
— |
the republikas pilsēta of Daugavpils, |
|
— |
the republikas pilsēta of Jēkabpils, |
|
— |
the republikas pilsēta of Jūrmala, |
|
— |
the republikas pilsēta of Rēzekne, |
|
— |
the republikas pilsēta of Valmiera. |
3. Il-Litwanja
Dawn iż-żoni fil-Litwanja:
|
— |
in the rajono savivaldybė of Alytus the seniūnijos of Pivašiūnų, Punios, Daugų, Alovės, Nemunaičio, Raitininkų, Miroslavo, Krokialaukio, Simno, Alytaus, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Anykščiai, the seniūnijos of Kavarsko, Kurklių and the part of Anykščių, located south west to the road No.121 and No. 119, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Biržai the seniūnijos of Biržų miesto, Nemunėlio Radviliškio, Pabiržės, Pačeriaukštės and Parovėjos, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Jonava, the seniūnijos of Šilų, Bukonių and, in the Žeimių seniūnija, the villages of Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Kaunas, the seniūnijos of Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, Garliavos apylinkių, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, Vilkijos apylinkių and Zapyškio, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Kėdainiai, the seniūnijos of Josvainių and Pernaravos, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Kupiškis, the seniūnijos of Noriūnų, Skapiškio, Subačiaus and Šimonių, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Panevėžys the seniūnijos of Naujamiesčio, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Smilgių, Upytės, Vadoklių, Velžio and the part of Krekenavos seniūnija located to the east of the river Nevėžis, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Prienai the seniūnijos of Veiverių, Šilavoto, Naujosios Ūtos, Balbieriškio, Ašmintos, Išlaužo, Pakuonių, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Šalčininkai, the seniūnijos of Jašiūnų, Turgelių, Akmenynės, Šalčininkų, Gerviškių, Butrimonių, Eišiškių, Poškonių, Dieveniškių, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Utena the seniūnijos of Sudeikių, Utenos, Utenos miesto, Kuktiškių, Daugailių, Tauragnų, Saldutiškio, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Varėna, the seniūnijos of Kaniavos, Marcinkonių, Merkinės, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Vilnius the parts of the seniūnija of Sudervė and Dūkštai located to the North-East from the road No. 171, the seniūnijos of Maišiagala, Zujūnų, Avižienių, Riešės, Paberžės, Nemenčinės, Nemenčinės miesto, Sužionių, Buivydžių, Bezdonių, Lavoriškių, Mickūnų, Šatrininkų, Kalvelių, Nemėžių, Rudaminos, Rūkainių, Medininkų, Marijampolio, Pagirių and Juodšilių, |
|
— |
the miesto savivaldybė of Alytus, |
|
— |
the miesto savivaldybė of Kaunas, |
|
— |
the miesto savivaldybė of Panevėžys, |
|
— |
the miesto savivaldybė of Prienai, |
|
— |
the miesto savivaldybė of Vilnius, |
|
— |
the rajono savivaldybė of Ignalina, |
|
— |
the rajono savivaldybė of Lazdijai, |
|
— |
the rajono savivaldybė of Molėtai, |
|
— |
the rajono savivaldybė of Rokiškis, |
|
— |
the rajono savivaldybė of Širvintos, |
|
— |
the rajono savivaldybė of Švenčionys, |
|
— |
the rajono savivaldybė of Ukmergė, |
|
— |
the rajono savivaldybė of Zarasai, |
|
— |
the savivaldybė of Birštonas, |
|
— |
the savivaldybė of Druskininkai, |
|
— |
the savivaldybė of Visaginas. |
4. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
|
In the województwo podlaskie:
|
|
In the województwo lubelskie:
|
PARTI III
1. L-Estonja
Dawn iż-żoni fl-Estonja:
|
— |
the maakond of Jõgevamaa, |
|
— |
the maakond of Järvamaa, |
|
— |
the part of the vald of Kuusalu located to the South of road 1 (E20), |
|
— |
the part of the vald of Tamsalu located to the South-West of the Tallinn-Tartu railway, |
|
— |
the vald of Aegviidu, |
|
— |
the vald of Anija, |
|
— |
the vald of Kadrina, |
|
— |
the vald of Kolga-Jaani, |
|
— |
the vald of Kõo, |
|
— |
the vald of Laeva, |
|
— |
the vald of Laimjala, |
|
— |
the vald of Pihtla, |
|
— |
the vald of Rakke, |
|
— |
the vald of Tapa, |
|
— |
the vald of Väike-Maarja, |
|
— |
the vald of Valjala. |
2. Il-Latvja
Dawn iż-żoni fil-Latvja:
|
— |
in the novads of Apes, the pagasts of Virešu, |
|
— |
in the novads of Balvu, the pagasti of Kubuļu, Balvu and the pilsēta of Balvi, |
|
— |
in the novads of Daugavpils the pagasti of Nīcgales, Kalupes, Dubnas and Višķu, |
|
— |
in the novads of Gulbenes, the pagasti of Beļavas, Galgauskas, Jaungulbenes, Daukstu, Stradu, Litenes, Stāmerienas, Tirzas, Druvienas, Rankas, Lizuma and Lejasciema and the pilsēta of Gulbene, |
|
— |
in the novads of Ikšķiles, the part of the pagasts of Tīnūžu located to the North — West of road P10,in the novads of Krimuldas the part of pagasts of Krimuldas located to the South-West of roads V89 and V81 and the part of pagasts of Lēdurgas located to the South-West of roads V81 and V128, |
|
— |
in the novads of Limbažu the pagasts of Vidrižu, |
|
— |
in the novads of Preiļu the pagasti of Preiļu, Aizkalnes and Pelēču, the pilsēta of Preiļi, |
|
— |
in the novads of Raunas, the pagasts of Drustu, |
|
— |
in the novads of Riebiņu the pagasti of Riebiņu and Rušonas, |
|
— |
in the novads of Rugāju the pagasts of Rugāju, |
|
— |
in the novads of Siguldas the pagasts of Siguldas and the part of pagasts of Allažu located to the North of road P3 and the pilsēta of Sigulda, |
|
— |
in the novads of Smiltenes, the pagasti of Launkalnes, Variņu and Palsmanes, |
|
— |
the novads of Inčukalna, |
|
— |
the novads of Jaunpiebalgas, |
|
— |
the novads of Salaspils,the novads of Sējas, |
|
— |
the novads of Vārkavas, |
|
— |
the part of the novads of Garkalnes located to the South — East of road A2,the part of the novads of Ropažu located to the West of road P10, the part of the novads of Stopiņu located to the East of roads V36, P4 and P5, streets Acones, Dauguļupes and river Dauguļupīte. |
3. Il-Litwanja
Dawn iż-żoni fil-Litwanja:
|
— |
in the rajono savivaldybė of Anykščiai, the seniūnijos of Debeikių, Skiemonių, Viešintų, Andrioniškio, Svėdasų, Troškūnų, Traupio and the part of the seniūnija of Anykščių located north east to the road No. 121 and No. 119, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Alytus, the seniūnija of Butrimonių, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Biržai, the seniūnijos of Vabalninko, Papilio and Širvenos, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Jonava the seniūnijos of Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos and, in the seniūnija of Žeimiai, the villages Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai and Žeimių miestelis, |
|
— |
the rajono savivaldybė of Kaišiadorys, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Kaunas, the seniūnijos of Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos and Neveronių, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Kėdainiai, the seniūnija of Pelėdnagių, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, Kėdainių miesto, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Kupiškis, the seniūnijos of Alizavos and Kupiškio, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Pasvalys, the seniūnijos of Daujėnų and Krinčino, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Prienai, the seniūnijos of Jiezno and Stakliškių, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Panevėžys, the seniūnijos of Miežiškių,Raguvos and Karsakiškio, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Šalčininkai, the seniūnijos of Baltosios Vokės, Pabarės, Dainavos and Kalesninkų, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Varėna, the seniūnijos of Valkininkų, Jakėnų, Matuizų, Varėnos and Vydenių, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Vilnius the parts of the seniūnija of Sudervė and Dūkštai located to the South-West from the road No. 171, |
|
— |
in the rajono savivaldybė of Utena, the seniūnijos of Užpalių, Vyžuonų and Leliūnų, |
|
— |
the savivaldybė of Elektrėnai, |
|
— |
the miesto savivaldybė of Jonava, |
|
— |
the miesto savivaldybė of Kaišiadorys, |
|
— |
the rajono savivaldybė of Trakai. |
4. Il-Polonja
Dawn iż-żoni fil-Polonja:
|
In the województwo podlaskie:
|
|
In the województwo mazowieckie:
|
|
In the województwo lubelskie:
|
PARTI IV
L-Italja
Dawn iż-żoni fl-Italja:
|
— |
all areas of Sardinia.” |