ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 42

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
18 ta' Frar 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/284 tas-17 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittrivi fir-rigward taż-Żimbabwe

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/285 tal-15 ta' Frar 2017 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

5

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/286 tas-17 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1613 f'dak li għandu x'jaqsam mal-bdiewa li jrabbu l-annimali fir-reġjuni tal-Italja milquta mit-terremoti

7

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/287 tas-17 ta' Frar 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

9

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/288 tas-17 ta' Frar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/289 tas-17 ta' Frar 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2005 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Afganistan

13

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/290 tas-17 ta' Frar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI fir-rigward tal-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet

17

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2016 tal-Kumitat Konġunt dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera stabbilita permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tat-8 ta' Diċembru 2016 li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2017/291]

19

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jieħu post l-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li jħassar ċertu Direttivi ( ĠU L 365, 19.12.2014 )

43

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/284

tas-17 ta' Frar 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittrivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/288 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (2) jagħti effett lid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (3) u jipprevedi ċerti miżuri diretti kontra persuni fiż-Żimbabwe, inkluż l-iffriżar tal-assi tagħhom.

(2)

Jenħtieġ li tiġi introdotta deroga mill-projbizzjoni fuq il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment u l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għar-ripressjoni interna sabiex tippermetti l-awtorizzazzjoni ta' ċertu tagħmir, fejn xieraq, għall-użu ċivili fi proġetti ta' tħaffir ta' minjieri jew fi proġetti ta' infrastruttura, wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/288.

(3)

Għaldaqstant, hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tingħata effett lid-Deċiżjoni (PESK) 2017/288, partikolarment bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 314/2004 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 4a

1.   B'deroga mill-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti, kif elenkata fl-Anness II, tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-esportatur jew l-Istat Membru minn fejn jiġu fornuti s-sustanzi splussivi jew it-tagħmir relatat, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kundizzjonijiet li jkunu jqisu xierqa, il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' sustanzi splussivi u ta' tagħmir relatat kif elenkat fil-punt 4 tal-Anness I u ta' assistenza teknika u finanzjarja, meta s-sustanzi splussivi u t-tagħmir relatat ikun intenzjonat u jkun se jintuża biss għal skopijiet ċivili fi proġetti ta' tħaffir ta' minjieri jew fi proġetti ta' infrastruttura.

2.   L-awtorizzazzjoni li ssir referenza għaliha f'dan l-Artikolu għandha tingħata f'konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 428/2009. L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Unjoni kollha.

3.   L-esportaturi għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-analiżi tal-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni.

4.   L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mill-inqas ġimagħtejn qabel bl-intenzjoni li jagħti awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.”;

(2)

L-Anness I huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

E. BARTOLO


(1)  ĠU L 42, 18.2.2017, p. 12.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittrivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).


ANNESS

“ANNESS I

Lista ta' apparat li jista' jintuża għar-repressjoni interna kif imsemmi fl-Artikolu 3

1.

Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:

1.1.

Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-ML 1 u l-ML 2 tal-Lista Militari Komuni tal-UE;

1.2.

Munizzjon iddisinjat speċifikament għall-armi tan-nar elenkati f'1.1 u komponenti ddisinjati speċjalment għalihom;

1.3.

Miri tal-armamenti (weapon-sights) mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

2.

Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

3.

Vetturi kif ġej:

3.1.

Vetturi mgħammra b'kanun tal-ilma, speċifikament iddisinjati jew immodifikati għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet;

3.2.

Vetturi ddisinjati jew immodifikati speċifikament biex ikunu elettrifikati biex jimbuttaw lill-attakkanti;

3.3.

Vetturi ddisinjati jew immodifikati biex ineħħu barrikati, inkluż apparat għall-kostruzzjoni bi protezzjoni ballistika;

3.4.

Vetturi ddisinjati speċifikament għat-trasport jew it-trasferiment ta' priġunieri u/jew detenuti;

3.5.

Vetturi ddisinjati speċifikament għall-iskjerament tal-barrikati mobbli;

3.6.

Komponenti għall-vetturi speċifikati fil-punti minn 3.1 sa 3.5 iddisinjati speċifikament għall-finijiet ta' kontroll ta' rvellijiet.

Nota 1: Dan il-punt ma jkoprix il-vetturi ddisinjat apposta għall-finijiet ta' tifi tan-nar.

Nota 2: Għall-finijiet tal-punt 3.5 it-terminu ‘vetturi’ jinkludi l-karrijiet.

4.

Sustanzi splussivi u tagħmir relatat kif ġej:

4.1.

Tagħmir u apparat iddisinjat apposta biex jikkawża splużjonijiet b'mezzi elettriċi jew mhux elettriċi inklużi settijiet tal-isparar, detonaturi, igniters, boosters u miċeċ u komponenti ddisinjati apposta għalihom; minbarra dawk iddisinjati speċifikament għal xi użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operat b'mezzi splussivi jew apparat ieħor li l-funzjoni tiegħu ma jkunx il-ħolqien ta' splużjonijiet (pereżempju, neffieħa tal-air-bags tal-karozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f'daqqa tal-elettriku ta' attivaturi ta' bexxiexa għat-tifi tan-nar);

4.2.

Karigi splussivi tat-tip linear cutting mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE;

4.3.

Splussivi oħra mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE u sustanzi relatati kif ġej:

(a)

amatol;

(b)

nitroċelluloża (li fiha aktar minn 12,5 % nitroġenu);

(c)

nitroglikol;

(d)

tetranitrat tal-penteritritol (PETN);

(e)

klorur tal-pikril;

(f)

2,4,6-trinitrutoluwen (TNT).

5.

Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat minn ML 13 tal-Lista Militari Komuni tal-UE kif ġej:

5.1.

Korazza kontra l-balal li tipprovdi protezzjoni ballistika u/jew kontra ferimenti b'arma bil-ponta jew sikkina;

5.2.

Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew kontra l-frammentazzjoni, emli li jintużaw f'ħidma kontra l-irvellijiet, kurazzi li jintużaw f'ħidma kontra u tarki ballistiċi.

Nota: Dan il-punt ma jikkontrollax:

tagħmir iddisinjat speċifikament għal attivitajiet sportivi;

tagħmir iddisinjat speċifikament sabiex jissodisfa rekwiżiti ta' sikurezza okkupazzjonali.

6.

Simulaturi, għajr dawk ikkontrollati minn ML 14 tal-Lista Militari Komuni tal-UE, għal taħriġ fl-użu tal-armi tan-nar, u software imfassal speċifikament għalihom.

7.

Tagħmir ta' viżjoni ta' billejl u tal-ħolqien ta' immaġni termali u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE.

8.

Fildiferru mxewwek (barbed wire) li jaqta'.

9.

Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b'xafra itwal minn 10 cm.

10.

Tagħmir ta' produzzjoni ddisinjat speċifikament għall-oġġetti speċifikati f'din il-lista.

11.

Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f'din il-lista.”


18.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/285

tal-15 ta' Frar 2017

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid xi sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra marbutin mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

I-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Ħelikopter multirotor ikkontrollat mill-bogħod (imsemmi “dron”) b'tul djagonali ta' 35cm u piż ta' 1 030 g flimkien ma' unità għall-kontroll mill-bogħod f'pakkett għall-bejgħ bl-imnut.

Il-ħelikopter huwa mgħammar b'sistema li tiżgura l-istabbiltà tiegħu, bil-Wi-Fi u b'modulu tas-sistema ta' lokalizzazzjoni bis-satellita (GPS). Il-veloċità massima li jtir biha l-ħelikopter hija madwar 54 km/siegħa u t-tul taż-żmien tat-titjir huwa ta' 25 minuta.

L-unità tal-kontroll mill-bogħod taħdem fil-frekwenza ta' 2.4 Ghz u titħaddem permezz ta' 4 batteriji.

Il-ħelikopter jista' jiġi kkontrollat mill-unità tal-kontroll mill-bogħod (f'post fil-miftuħ) għal distanza sa 1 000 m.

8802 11 00

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi NM 8802 u 8802 11 00 .

Billi l-ħelikopter huwa mgħammar b'sistemi avvanzati għat-titjir, u għandu veloċità massima sostanzjali, ma jistax jitqies li huwa ġugarell fit-tifsira tat-titlu 9503 .

Għaldaqstant, il-ħelikopter għandu jiġi kklassifikat taħt il-Kodiċi NM 8802 11 00 bħala ħelikopter b'piż mingħajr tagħbija li ma jaqbiżx l-2 000 kg.


18.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/7


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/286

tas-17 ta' Frar 2017

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1613 f'dak li għandu x'jaqsam mal-bdiewa li jrabbu l-annimali fir-reġjuni tal-Italja milquta mit-terremoti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 219(1) flimkien mal-Artikolu 228 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1613 (2) ġie adottat biex jindirizza t-tfixkil fis-suq fis-settur tal-ħalib minħabba l-iżbilanċ bejn il-provvista u d-domanda fid-dinja kollha, u f'setturi tal-bhejjem oħrajn, b'mod partikolari fis-setturi tal-laħam tal-majjal, taċ-ċanga u tal-vitella, u dawk tal-laħam, tan-nagħaġ u tal-mogħoż, li wkoll kienu qed jesperjenzaw diffikultajiet tas-suq.

(2)

It-terremot li laqat l-Italja ċentrali fl-24 ta' Awwissu 2016 ikkawża livell għoli ta' ħsara umana u materjali li rriżulta fit-tfixkil fis-suq eċċezzjonalment qawwi fir-reġjuni milquta mit-terremoti li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma żoni muntanjużi li jbatu minn żvantaġġi strutturali fejn it-trobbija tal-bhejjem għandha importanza ekonomika u soċjali sinifikanti. Billi r-reġjun qed ikompli jintlaqat minn terremoti sekondarji u terremoti ġodda, ir-rikors għall-għajnuna finanzjarja kif stipulat bir-Regolament Delegat (UE) 2016/1613 sar saħansitra aktar kruċjali għall-Italja.

(3)

Billi l-ammont allokat lill-Italja skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1613 se jikkumpensa biss parti limitata tat-telf reali mġarrab mill-bdiewa li jrabbu l-annimali f'reġjuni milquta mit-terremoti, huwa xieraq li b'mod eċċezzjonali jiġi pprovdut li l-Italja tagħti appoġġ addizzjonali lil dawk il-bdiewa b'żieda oħra mal-għajnuna tagħha mill-UE.

(4)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1613 stabbilixxa l-iskadenza tat-30 ta' Settembru 2017 biex in-nefqa korrispondenti li għandha ssir sabiex dawn il-pagamenti jkunu eliġibbli għall-għajnuna tal-Unjoni, mingħajr il-konoxxenza f'dak iż-żmien li s-sitwazzjoni partikolari tar-reġjuni tal-Italja milquta mit-terremoti se tkompli tiddeterjora. Għalhekk huwa xieraq li tiġi posposta l-iskadenza għan-nefqa rilevanti li għandha ssir għal data aktar tard.

(5)

Huwa xieraq ukoll li tiġi posposta l-iskadenza għall-Italja biex tinnotifika l-ammonti totali tal-għajnuna mħallsa għal kull miżura, l-għadd u t-tip ta' benefiċjarji u l-valutazzjoni tal-effettività tal-miżura.

(6)

Sabiex ikun żgurat li l-bdiewa li jrabbu l-bhejjem fir-reġjuni tal-Italja milquta mit-terremoti jirċievu l-appoġġ malajr kemm jista' jkun, għandha ssir dispożizzjoni biex l-Italja tapplika r-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2016/1613, kif emendat b'dan ir-Regolament, mingħajr dewmien. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1613 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Madankollu, fir-rigward tar-reġjuni tal-Italja milquta mit-terremoti, in-nefqa b'rabta mal-pagamenti skont dan ir-Regolament għall-bdiewa li jrabbu l-bhejjem għandha tkun eliġibbli biss għall-għajnuna mill-Unjoni jekk il-pagamenti rilevanti jsiru sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2018.”

(2)

Fl-Artikolu 2, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Minbarra l-appoġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-Italja, jista' jingħata appoġġ addizzjonali għall-bdiewa li jrabbu l-bhejjem fir-reġjuni milquta mit-terremoti sa massimu ta' 100 % tal-ammont kif imniżżel fl-Anness.

L-appoġġ addizzjonali għall-bdiewa li jrabbu l-bhejjem fir-reġjuni tal-Italja milquta mit-terremoti għandu jitħallas sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2018.”

(3)

Fl-Artikolu 3b, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Madankollu, fir-rigward ta' appoġġ għall-bdiewa li jrabbu l-bhejjem fir-reġjuni milquta mit-terremoti, l-Italja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard mill-15 ta' Ottubru 2018, l-ammonti totali tal-għajnuna mħallsa għal kull miżura, l-għadd u t-tip ta' benefiċjarji u l-valutazzjoni tal-effettività ta' din il-miżura.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1613 tat-8 ta' Settembru 2016 li jipprovdi għal għajnuna ta' aġġustament eċċezzjonali lill-produtturi tal-ħalib u lill-bdiewa f'setturi tal-bhejjem oħrajn (ĠU L 242, 9.9.2016, p. 10).


18.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/287

tas-17 ta' Frar 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

337,2

MA

108,3

TN

194,0

TR

126,9

ZZ

191,6

0707 00 05

MA

79,2

TR

184,4

ZZ

131,8

0709 91 00

EG

128,6

ZZ

128,6

0709 93 10

MA

58,6

TR

175,4

ZZ

117,0

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

51,5

IL

74,6

MA

45,3

TN

49,5

TR

76,2

ZZ

59,4

0805 21 10 , 0805 21 90 , 0805 29 00

EG

88,5

IL

127,8

JM

122,7

MA

92,4

TR

86,8

ZZ

103,6

0805 22 00

IL

115,2

MA

98,4

ZZ

106,8

0805 50 10

EG

82,4

TR

74,5

ZZ

78,5

0808 10 80

CN

128,2

US

115,7

ZZ

122,0

0808 30 90

CL

163,7

CN

102,6

ZA

115,6

ZZ

127,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

18.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/288

tas-17 ta' Frar 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (1).

(2)

Jenħtieġ li tiġi inkluża deroga mill-projbizzjoni fuq il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna biex ikunu jistgħu jsiru l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' ċerti oġġetti li huma esklużivament għall-użu minn persuni ċivili fi proġetti ta' tħaffir ta' minjieri jew fi proġetti ta' infrastruttura.

(3)

Il-Kunsill wettaq reviżjoni tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, b'kont meħud tal-iżviluppi politiċi fiż-Żimbabwe.

(4)

Jenħtieġ li l-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe jiġu estiżi sal-20 ta' Frar 2018.

(5)

Jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jinżammu għas-seba' persuni u l-entità elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK. Is-sospensjoni tal-miżuri restrittivi jenħtieġ li tiġġedded għall-ħames persuni elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/101/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/101/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   L-Artikolu 2 ma għandux japplika għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' ċertu tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna jekk it-tagħmir jintuża esklużivament minn persuni ċivili fi proġetti ta' tħaffir ta' minjieri jew fi proġetti ta' infrastruttura, soġġett għal awtorizzazzjoni skont il-każ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li qed jesporta.”;

(2)

L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 10

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-20 ta' Frar 2018.

3.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(1) u (2), sa fejn dawn japplikaw għal persuni elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu sospiżi sal-20 ta' Frar 2018.

4.   Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti u għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

E. BARTOLO


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).


18.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/289

tas-17 ta' Frar 2017

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2005 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 33 u 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/393/PESK (1) biex ħatar lis-Sur Franz-Michael SKJOLD MELLBIN bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Afganistan.

(2)

Fl-10 ta' Novembru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/2005 (2) li testendi l-mandat tar-RSUE sat-28 ta' Frar 2017.

(3)

Fit-12 ta' Mejju 2016, il-Kunsill ikkonferma l-impenn tal-Unjoni li tappoġġa lill-pulizija ċivili fl-Afganistan lil hinn mit-tlestija tal-missjoni EUPOL Afghanistan fl-2016. Il-Kunsill b'mod partikolari ssottolinja li l-progress miksub mill-Afganistan fir-rispett, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u speċjalment id-drittijiet tan-nisa u tat-tfal, għandu jiġi konsolidat u mtejjeb u integrat aktar fl-attivitajiet kollha tal-gvern. Dak l-appoġġ għandu jingħata b'mod partikolari permezz tal-infurzar tal-mandat tar-RSUE għall-Afganistan.

(4)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ulterjuri ta' sitt xhur.

(5)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi li jinkisbu l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/2005 hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Franz-Michael SKJOLD MELLBIN bħala r-RSUE għall-Afganistan huwa estiż sal-31 ta' Awwissu 2017. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm qabel, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).”;

(2)

l-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Objettivi ta' politika

Ir-RSUE għandu jirrappreżenta lill-Unjoni u jippromovi l-objettivi ta' politika tal-Unjoni fl-Afganistan, f'koordinazzjoni mill-qrib mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-Afganistan. B'mod aktar speċifiku, ir-RSUE għandu:

(a)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan, l-Istrateġija tal-UE f'Afghanistan 2014-16 kif ukoll għall-iżvilupp tal-Istrateġija l-ġdida tal-UE fl-Afganistan 2017-2020 u, skont kif ikun meħtieġ, għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni UE-Afganistan dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp (CAPD) u tad-Direzzjoni Konġunta 'l Quddiem dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni bejn l-Afganistan u l-UE;

(b)

jappoġġa d-djalogu politiku Unjoni-Afganistan;

(c)

jappoġġa r-rwol ċentrali li għandha n-Nazzjonijiet Uniti (NU) fl-Afganistan b'enfasi partikolari fuq il-kontribut għal assistenza internazzjonali kkoordinata aħjar, biex b'hekk jippromovi l-implimentazzjoni tal-Communiqués tal-Konferenzi ta' Bonn, Chicago, Tokyo, Londra u Brussell, kif ukoll ir-Riżoluzzjonijiet rilevanti tan-NU;

(d)

jappoġġa l-proċess ta' riforma fl-Afganistan lejn servizz tal-pulizija fdat u effiċjenti li jaħdem f'konformità ma' standards internazzjonali, fi ħdan il-qafas tal-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.”;

(3)

l-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Mandat

Sabiex jitwettaq il-mandat, ir-RSUE, f'kooperazzjoni mill-qrib mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fl-Afganistan, għandu:

(a)

jippromovi l-fehmiet tal-Unjoni dwar il-proċess politiku u l-iżviluppi fl-Afganistan;

(b)

iżomm kuntatt mill-qrib ma', u jappoġġa l-iżvilupp ta', istituzzjonijiet Afgani rilevanti, b'mod partikolari l-Gvern u l-Parlament kif ukoll l-awtoritajiet lokali. Għandu wkoll jinżamm kuntatt ma' gruppi politiċi Afgani oħra u atturi rilevanti oħra fl-Afganistan, b'mod partikolari atturi rilevanti fis-soċjetà ċivili;

(c)

iżomm kuntatt mill-qrib ma' partijiet ikkonċernati internazzjonali u reġjonali rilevanti fl-Afganistan, b'mod partikolari mar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju-Ġenerali tan-NU u r-Rappreżentant Ċivili Superjuri tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) u ma' sħab u organizzazzjonijiet ewlenin oħrajn;

(d)

jagħti pariri dwar il-progress miksub biex jintlaħqu l-objettivi tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan, tal-Istrateġija tal-UE fl-Afganistan 2014-16, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni UE-Afganistan dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp (CAPD) u tal-Communiqués tal-Konferenzi ta' Bonn, Chicago, Tokyo, Londra u Brussell, b'mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

(i)

it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ċivili, b'mod partikolari fil-livell sub-nazzjonali;

(ii)

il-governanza tajba, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-istabbiliment ta' istituzzjonijiet meħtieġa għall-eżistenza tal-istat tad-dritt, b'mod partikolari ġudikatura indipendenti;

(iii)

ir-riformi elettorali u kostituzzjonali;

(iv)

ir-riformi fis-settur tas-sigurtà, inkluż it-tisħiħ ta' istituzzjonijiet ġudizzjarji u l-istat tad-dritt, l-armata nazzjonali u l-forza tal-pulizija, u b'mod partikolari, l-iżvilupp tas-servizz tal-pulizija ċivili;

(v)

il-promozzjoni tat-tkabbir, b'mod partikolari permezz tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali;

(vi)

ir-rispett għall-obbligi internazzjonali tal-Afganistan b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ir-rispett għad-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi u d-drittijiet tan-nisa u t-tfal;

(vii)

ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt;

(viii)

it-trawwim tal-parteċipazzjoni tan-nisa fl-amministrazzjoni pubblika, fis-soċjetà ċivili u, f'konformità mar-Riżoluzzjoni 1325(2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, fil-proċessi ta' paċi;

(ix)

ir-rispett għall-obbligi internazzjonali tal-Afganistan, inkluża l-kooperazzjoni fl-isforzi internazzjonali għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar illeċitu tad-droga, it-traffikar tal-bnedmin u l-proliferazzjoni tal-armi u ta' armi ta' qerda massiva u ta' materjali relatati;

(x)

il-faċilitazzjoni tal-assistenza umanitarja u r-ritorn b'mod ordnat ta' refuġjati u ta' persuni spostati internament; u

(xi)

it-tisħiħ tal-effettività tal-preżenza u tal-attivitajiet tal-Unjoni fl-Afganistan u l-kontribut għal:

il-formulazzjoni tar-rapport ta' implimentazzjoni dwar l-Istrateġija tal-UE fl-Afganistan 2014-16, kif mitlub mill-Kunsill;

il-formulazzjoni tal-Istrateġija UE-Afganistan 2017-20 ġdida;

l-implimentazzjoni tad-Direzzjoni Konġunta 'l Quddiem dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni bejn l-Afganistan u l-UE;

(e)

appoġġ għall-iżvilupp ta' servizz tal-pulizija fl-Afganistan, jiġifieri permezz ta':

(i)

monitoraġġ u konsulenza lill-awtoritajiet Afgani f'livell strateġiku biex jitjieb l-iżvilupp fit-tul ta' tmexxija u l-kapaċità ta' teħid ta' deċiżjonijiet bil-għan li titrawwem il-kapaċità tal-pulizija ċivili fi ħdan il-Pulizija Nazzjonali Afgana (ANP);

(ii)

monitoraġġ u konsulenza lill-Ministeru tal-Intern (MoIA) dwar aspetti magħżulin relatati mar-riforma tal-MoIA u l-professjonalizzazzjoni tal-ANP, bħall-implimentazzjoni ta' politiki relatati mal-pulizija fil-komunità, mal-pulizija mmexxija mill-intelligence, mal-investigazzjonijiet kriminali;

(iii)

monitoraġġ u konsulenza liċ-Ċentru tal-Ġustizzja Kontra l-Korruzzjoni fil-Ministeru tal-Ġustizzja għall-iżvilupp tal-kapaċità u l-kapaċitajiet biex tiġi indirizzata l-korruzzjoni fis-settur pubbliku fil-livelli għoljin;

(f)

il-parteċipazzjoni attiva f'fora ta' koordinazzjoni lokali bħall-Bord Konġunt ta' Koordinazzjoni u Monitoraġġ, waqt li l-Istati Membri mhux parteċipanti jinżammu infurmati b'mod sħiħ dwar id-deċiżjonijiet meħudin f'dawn il-livelli;

(g)

il-parteċipazzjoni fi, u l-konsulenza dwar, il-pożizzjonijiet tal-Unjoni f'konferenzi internazzjonali fir-rigward tal-Afganistan b'kuntatti mill-qrib mal-awtoritajiet Afgani u mas-sħab internazzjonali prinċipali;

(h)

it-teħid ta' rwol attiv fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali permezz ta' inizjattivi rilevanti inkluż il-Proċess tal-Qalb tal-Asja/Istanbul u l-Konferenza Reġjonali għall-Kooperazzjoni Ekonomika dwar l-Afganistan (RECCA);

(i)

il-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tan-nisa u t-tfal f'żoni milquta minn konflitti, speċjalment bil-monitoraġġ u l-indirizzar tal-iżviluppi f'dan ir-rigward;

(j)

l-għoti, skont kif ikun meħtieġ, ta' appoġġ għal proċessi ta' paċi li jkunu inklużivi u taħt tmexxija Afgana, li jwasslu għal soluzzjonijiet politiċi negozjati u rikonċiljazzjoni dejjiema f'konformità mal-paragrafu 25 tal-Communiqué mill-parteċipanti fil-Konferenza ta' Brussell dwar l-Afganistan, is-sħubija għall-prosperità u l-paċi.”;

(4)

fl-Artikolu 5, fil-paragrafu 1 jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta' Marzu 2017 sal-31 ta' Awwissu 2017 għandu jkun ta' EUR 5 700 000.”;

(5)

l-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 14

Rieżami

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu rieżaminati regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sal-aħħar tal-mandat tiegħu.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

E. BARTOLO


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/393/PESK tat-22 ta' Lulju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2013/382/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Afganistan (ĠU L 198, 23.7.2013, p. 47).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2005 tal-10 ta' Novembru 2015 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Afganistan (ĠU L 294, 11.11.2015, p. 53).


18.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/17


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/290

tas-17 ta' Frar 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI fir-rigward tal-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 26(1) tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni kklassifikata (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 6 tagħha,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (3),

Billi

(1)

Fit-30 ta' Novembru 2009, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI (4).

(2)

Il-punt (a) tal-Artikolu 26(1) tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI jikkonferixxi lill-Kunsill setgħat ta' implimentazzjoni biex jiddetermina l-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet. F'konformità mad-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2009/935/ĠAI, dik il-lista tinsab fl-Anness mad-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI.

(3)

Hija r-responsabbiltà tal-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Europol li jirrieżamina l-lista meta dan ikun meħtieġ u li jiddeċiedi jekk jipproponix lill-Kunsill emendi għaliha.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (ir-“Regolament dwar il-Europol”) ser japplika mill-1 ta' Mejju 2017. Skont il-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex marbuta bir-Regolament dwar il-Europol jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Għalhekk, mill-1 ta' Mejju 2017, id-Danimarka ser titqies bħala pajjiż terz fir-rigward tal-Europol.

(5)

Minħabba l-importanza mogħtija mill-partijiet kollha lill-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li taffettwa tnejn jew aktar Stati Membri, lit-terroriżmu u forom ta' kriminalità li jaffettwaw interess komuni kopert minn linja politika tal-Unjoni, huwa importanti li tiġi żgurata l-kooperazzjoni bejn il-Europol u d-Danimarka dwar materji ewlenin sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Unjoni għat-theddidiet tas-sigurtà.

(6)

F'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament dwar il-Europol, ftehim ta' kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta' data personali konkluż, qabel 1 ta' Mejju 2017, bejn il-Europol u pajjiż terz f'konformità mal-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI jista' jkun il-bażi għat-trasferiment ta' data personali mill-Europol lil pajjiż terz, sa fejn tali trasferiment ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol.

(7)

Fl-20 ta' Diċembru 2016, il-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Europol iddeċieda li jirrakkomanda li l-Kunsill iżid lid-Danimarka mal-lista, waqt li spjega l-ħtieġa operazzjonali li jiġi konkluż ftehim ta' kooperazzjoni mad-Danimarka.

(8)

Sabiex tiġi evitata lakuna operazzjonali mill-1 ta' Mejju 2017, meta d-Danimarka ma tibqax tipparteċipa fil-Europol bħala Stat Membru, huwa importanti ħafna li l-Europol jibda l-proċedura għall-konklużjoni ta' ftehim ta' kooperazzjoni mad-Danimarka bħala pajjiż terz mingħajr dewmien.

(9)

Id-Danimarka hija marbuta bid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li timplimenta d-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

(10)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbutin bid-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI u għalhekk qegħdin jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li timplimenta d-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI.

(11)

Id-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI għandha għaldaqstant tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-punt 1 tal-Anness mad-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI, tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“—

Danimarka”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

E. BARTOLO


(1)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6.

(3)  Opinjoni tal-14 ta' Frar 2017 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/935/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tiddetermina l-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 12).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

18.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/19


DEĊIŻJONI Nru 2/2016 TAL-KUMITAT KONĠUNT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA STABBILITA PERMEZZ TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU

tat-8 ta' Diċembru 2016

li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2017/291]

IL-KUMITAT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jieħu post l-Anness tal-Ftehim, b'seħħ mill-1 ta' Frar 2017.

Magħmul f'Ġinevra, it-8 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Filip CORNELIS

Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera

Christian HEGNER


ANNESS

Għall-finijiet ta' dan il-ftehim:

Bis-saħħa tat-Trattat ta' Liżbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tissostitwixxi u tkun is-suċċessur tal-Komunità Ewropea;

Kull meta l-atti speċifikati f'dan l-Anness ikun fihom referenza għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, kif sostitwita mill-Unjoni Ewropea, jew rekwiżit għal rabta ma' dawn tal-aħħar, għall-għan ta' dan il-Ftehim, ir-referenzi għandhom jinftiehmu li japplikaw bl-istess mod għall-Iżvizzera jew għar-rekwiżit ta' rabta mal-Iżvizzera;

Ir-referenzi għar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 u (KEE) Nru 2408/92 li saru fl-Artikoli 4, 15, 18, 27 u 35 tal-Ftehim, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 ta' dan il-Ftehim, it-terminu “trasportatur tal-ajru tal-Komunità” li ssir referenza għalih f'dawn id-Direttivi u r-Regolamenti Komunitarji għandu jinkludi trasportatur tal-ajru li għandu liċenzja u li għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu u, jekk ikun il-każ, l-uffiċċju rreġistrat tiegħu, fl-Iżvizzera, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Kwalunkwe referenza għar-Regolament (KEE) Nru 2407/92 għandha tinftiehem bħala referenza għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008;

Kwalunkwe referenza fit-testi li ġejjin għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat jew għall-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jinftiehmu li jfissru l-Artikoli 8 u 9 ta' dan il-Ftehim.

1.   Liberalizzazzjoni tal-avjazzjoni u regoli oħra dwar l-avjazzjoni ċivili

Nru 1008/2008

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Nru 2000/79

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta' Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Arju (IACA)

Nru 93/104

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 1993 dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif emendata bi:

Id-Direttiva 2000/34/KE

Nru 437/2003

Ir-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru

Nru 1358/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta' Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Anness I u II tiegħu

Nru 785/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplan, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2010

Nru 95/93

Ir-Regolament tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12), kif emendat bi:

ir-Regolament (KE) Nru 793/2004

Nru 2009/12

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti

Nru 96/67

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità

(l-Artikoli 1-9, 11-23, u 25)

Nru 80/2009

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' riżervazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89.

2.   Regoli dwar il-kompetizzjoni

Nru 1/2003

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (l-Artikoli 1-13, 15-45)

(Safejn dan ir-Regolament huwa rilevanti għall-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. L-inklużjoni ta' dan ir-Regolament ma taffettwax it-tqassim tal-ħidmiet skont dan il-Ftehim)

Nru 773/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008

Nru 139/2004

Ir-Regolament tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet)

(L-Artikoli 1-18, 19(1)-(2) u 20-23)

Fir-rigward tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera għandu japplika dan li ġej:

(1)

Fir-rigward ta' konċentrazzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament u li tista' tiġi riveduta skont il-liġijiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni ta' mhux inqas minn tliet Stati Membri tal-KE u l-Konfederazzjoni Żvizzera, il-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(2) ta' dak ir-Regolament jistgħu, qabel kwalunkwe notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jinformaw lill-Kummissjoni tal-KE permezz ta' sottomissjoni motivata sabiex il-konċentrazzjoni tiġi eżaminata mill-Kummissjoni.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti mingħajr dewmien lill-Konfederazzjoni Żvizzera s-sottomissjonijiet kollha skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-paragrafu preċedenti.

(3)

Fejn il-Konfederazzjoni Żvizzera esprimiet nuqqas ta' qbil rigward it-talba li l-każ ikun riferut, l-awtorità Żvizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni għandha żżomm il-kompetenza tagħha u l-każ ma għandux jiġi riferut mill-Konfederazzjoni Żvizzera skont dan il-paragrafu.

B'referenza għal-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6) u l-Artikolu 22(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet:

(1)

Skont l-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6), u l-Artikolu 22(2), il-Kummissjoni Ewropea għandha mingħajr dewmien tittrażmetti d-dokumenti kollha rilevanti lill-awtorità kompetenti Żvizzera fil-qasam tal-kompetizzjoni.

(2)

Il-kalkolu tal-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6), u l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandu jibda, għall-Konfederazzjoni Żvizzera, mal-wasla tad-dokumenti rilevanti għand l-awtorità kompetenti Żvizzera fil-qasam tal-kompetizzjoni.

Nru 802/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (l-Artikoli 1-24), kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2008,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013

Nru 2006/111

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi

Nru 487/2009

Ir-Regolament tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru.

3.   Sikurezza tal-avjazzjoni

Nru 216/2008

Ir-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva Nru 2004/36/KE, kif emendata bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2009,

ir-Regolament (KE) Nru 1108/2009,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 6/2013,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/4.

L-Aġenzija għandha tgawdi, anki fl-Iżvizzera, is-setgħat mogħtija lilha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

L-Aġenzija għandha tgawdi, anki fl-Iżvizzera, is-setgħat mogħtija lilha għad-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 14(5),(7), l-Artikolu 24(5), l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 38(3)(i), l-Artikolu 39(1), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3),(5), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 54(1) u l-Artikolu 61(3).

Minkejja l-adattament orizzontali stipulat fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” fl-Artikolu 65 tar-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE li jissemmew f'dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.

Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jiġi interpretat fis-sens ta' trasferiment ta' setgħa lill-EASA biex taġixxi f'isem l-Iżvizzera fl-ambitu ta' ftehimiet internazzjonali għal skopijiet differenti għajr dawk biex tgħinha fil-qadi tal-obbligi tagħha skont dawn il-ftehimiet.

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament jinqara b'dawn l-adattamenti:

(a)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-paragrafu 1, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “jew l-Iżvizzera”;

(ii)

fil-paragrafu 2(a), wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “jew l-Iżvizzera”;

(iii)

fil-paragrafu 2, jitħassru l-punti (b) u (c);

(iv)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Kull meta l-Komunità tinnegozja ma' pajjiż terz sabiex tikkonkludi ftehim li jipprovdi li Stat Membru jew l-Aġenzija jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati abbażi taċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet ajrunawtiċi ta' dak il-pajjiż terz, għandha tagħmel ħilitha biex tikseb għall-Iżvizzera offerta ta' ftehim simili mal-pajjiż terz konċernat. Min-naħa tagħha, l-Iżvizzera għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi ftehimiet ma' pajjiżi terzi li jikkorrispondu ma' dawk tal-Komunità”.

(b)

Fl-Artikolu 29, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   B'deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-“Conditions of Employment of Other Servants of the European Communities”, iċ-ċittadini Żvizzeri li jgawdu d-drittijiet sħaħ tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu impjegati b'kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.”

(c)

Fl-Artikolu 30, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Lill-Aġenzija, l-Iżvizzera għandha tapplikalha l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, stabbilit bħala l-Anness A ta' dan l-Anness, skont l-Appendiċi tal-Anness A.”

(d)

Fl-Artikolu 37, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-Iżvizzera għandha tipparteċipa bis-sħiħ fil-Bord ta' Ġestjoni bl-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ħlief għad-dritt tal-vot”.

(e)

Fl-Artikolu 59, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“12.   L-Iżvizzera għandha tipparteċipa fil-kontribut finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1(b), skont il-formula li ġejja:

 

S (0,2/100) + S [1 – (a + b) 0,2/100] c/C

fejn:

S

=

il-parti tal-baġit tal-Aġenzija li mhix koperta mit-tariffi u l-imposti li jissemmew fil-paragrafu 1(c) u (d),

A

=

l-għadd ta' Stati Assoċjati

b

=

l-għadd ta' Stati Membri tal-UE

c

=

il-kontribuzzjoni tal-Iżvizzera għall-baġit tal-ICAO,

C

=

il-kontribuzzjoni totali tal-Istati Membri tal-UE u tal-Istati Assoċjati għall-baġit tal-ICAO.”

(f)

Fl-Artikolu 61, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet relatati mal-kontroll finanzjarju eżerċitat mill-Komunità fl-Iżvizzera fejn jidħlu l-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness B ta' dan l-Anness.”

(g)

L-Anness II tar-Regolament għandu jkun estiż għal dawn l-inġenji tal-ajru bħala prodotti li jkopri l-Artikolu 2(3)(a)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (1):

 

A/c — [HB-IMY, HB-IWY] — tip Gulfstream G-IV

 

A/c — [HB-IMJ, HB-IVZ, HB-JES] — tip Gulfstream G-V

 

A/c — [HB-ZCW, HB-ZDF] — tip MD900.

Nru 1178/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 70/2014,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2014,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/445,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/539

Nru 3922/91

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-3, 4(2), (5-11, u 13)), kif emendat bi:

ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006,

ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008

Nru 996/2010

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE, kif emendat bi:

ir-Regolament (UE) Nru 376/2014;

Nru 104/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 2004 li jniżżel ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea

Nru 2111/2005

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva Nru 2004/36/KE

Nru 473/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (traduzzjoni mhux uffiċjali)

Nru 474/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat l-aħħar bi:

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/963

Nru 1332/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/583

Nru 646/2012

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar multi u pagamenti perjodiċi ta' penali skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Nru 748/2012

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 7/2013,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 69/2014,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1039,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/5

Nru 965/2012

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2013,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 71/2014,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2014,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/140,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1329,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2338,

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1199

Nru 2012/780

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar id-drittijiet ta' aċċess għar-Repożitorju Ċentrali Ewropew tar-Rakkomandazzjonijiet dwar is-Sikurezza u t-tweġibiet tagħhom stabbilit bl-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE

Nru 628/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar metodi ta' operat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006

Nru 139/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Nru 319/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2014 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 593/2007

Nru 376/2014

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007

Nru 452/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1158

Nru 1321/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajruvigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1088,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1536

Nru 2015/340

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011

Nru 2015/640

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta' operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012

Nru 2015/1018

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta' klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b'mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

4.   Sigurtà tal-avjazzjoni

Nru 300/2008

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002

Nru 272/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2011,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2013

Nru 1254/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà

Nru 18/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-8 ta' Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma' speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili

Nru 72/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni, kif emendat bi:

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/472.

Nru 2015/1998

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni, kif emendat bi:

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2426

Nru 2015/8005

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2015 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li fihom it-tagħrif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008.

5.   Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

Nru 549/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas), kif emendat bi:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Iżvizzera s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 6, 8, 10, 11 u 12.

L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, il-kelmiet “fil-livell tal-Komunità” jinbidlu bil-kelmiet “fil-livell tal-Komunità, li jinvolvi l-Iżvizzera”.

Minkejja l-aġġustament orizzontali msemmi fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE li jissemmew f'dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.

Nru 550/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta' Servizz), kif emendat bi:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

B'rabta mal-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha bl-Artikoli 9a, 9b, 15, 15a, 16 u 17.

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “u l-Iżvizzera”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 6, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “u l-Iżvizzera”.

(c)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “u l-Iżvizzera”.

(d)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “u l-Iżvizzera”.

(e)

L-Artikolu 16(3) jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri u għandha tgħarraf lill-fornitur tas-servizz b'dan, safejn dan huwa kkonċernat legalment”.

Nru 551/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Ispazju tal-Ajru), kif emendat bi:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Iżvizzera s-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikoli 3a, 6, u 10.

Nru 552/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabbiltà tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (Ir-Regolament tal-Interoperabbiltà), kif emendat bi:

ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Iżvizzera s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 4, 7 u 10(3).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “jew l-Iżvizzera”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 4, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “jew l-Iżvizzera”.

(c)

L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:

Fit-tieni u l-aħħar inċiż tat-taqsima 3, wara “il-Komunità” jiddaħħlu l-kelmiet “jew l-Iżvizzera”.

Nru 2150/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru

Nru 1033/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-4 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-proċeduri għall-pjanijiet tat-titjiriet fil-fażi ta' qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew (traduzzjoni mhux uffiċjali), kif emendat bi:

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2013

Nru 1032/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta' Lulju 2006 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta' tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta' notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta' titjiriet, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009

Nru 219/2007

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR), kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008,

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014

Nru 633/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta' protokoll ta' trasferiment ta' messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta' titjiriet bejn ċentri ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011

Nru 482/2008

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta' garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005, kif emendat bi:

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011

Nru 29/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta' kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat bi:

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/310.

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b'dan l-adattament:

Fil-Parti A tal-Anness I jiżdiedu l-kelmiet “L-Iżvizzera UIR”.

Nru 262/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta' Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta' kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-Ajru Uniku Ewropew

Nru 73/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat bi:

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2014

Nru 255/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-25 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, kif emendat bi:

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1006

Nru C(2010)/5134

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Lulju 2010 dwar il-ħatra ta' Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew

Nru 2014/672

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Settembru 2014 dwar l-estensjoni tal-ħatra tal-Korp ta' Evalwazzjoni ta' Analiżi tal-Ajru Uniku Ewropew

Nru 176/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2011 dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbilment u l-modifikazzjoni ta' blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali

Nru 677/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010, kif emendat bi:

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 970/2014

Nru 2011/4130

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2011 dwar in-nomina ta' Maniġer tan-Netwerk għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew

Nru 1034/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2011 dwar is-sorveljanza tas-sikurezza fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010

Nru 1035/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010, kif emendat bi:

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2014

Nru 1206/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta' inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b'dan l-adattament:

Fl-Anness I jiżdiedu l-kelmiet “L-Iżvizzera UIR”.

Nru 1207/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabbiltà tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew, kif emendat bi:

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1028/2014

Nru 923/2012

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010, kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340,

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1185

Nru 1079/2012

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta' spazjar bejn il-kanali ta' komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat bi:

ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 657/2013

Nru 390/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk

Nru 391/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru

Nru 409/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta' proġetti komuni, it-twaqqif ta' governanza u l-identifikazzjoni ta' inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru

Nru 2014/132

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019

Nru 716/2014

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2014 dwar l-istabbiliment tal-Proġett Pilota Komuni li jsostni l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru

Nru 2015/2224

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Novembru 2015 dwar il-ħatra tal-President, tal-membri u tas-sostituti tagħhom tal-Bord ta' Ġestjoni tan-Netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tieni perjodu ta' referenza (2015-2019)

Nru 2016/1373

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Awwissu 2016 li tapprova l-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk għat-tieni perjodu ta' referenza tal-iskema tal-prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2015-2019)

6.   Ambjent u storbju

Nru 2002/30

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12, u 14-18)

(Għandhom japplikaw l-emendi fl-Anness I, li jirriżultaw mill-Anness II, il-Kapitolu 8 (il-Politika tat-Trasport), it-Taqsima G (it-Trasport bl-Ajru), il-punt 2 tal-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka, u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea).

Nru 89/629

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni tal-emissjoni ta' ħsejjes minn ajruplani ċivili jet subsoniċi

(l-Artikoli 1-8)

Nru 2006/93

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar ir-regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988).

7.   Protezzjoni tal-konsumatur

Nru 90/314

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż.

(l-Artikoli 1-10)

Nru 93/13

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur.

(l-Artikoli 1-11)

Nru 2027/97

Ir-Regolament tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta' inċidenti (l-Artikoli 1-8), kif emendat bi:

ir-Regolament (KE) Nru 889/2002

Nru 261/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91

(l-Artikoli 1-18)

Nru 1107/2006

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru.

8.   Mixxellanju

Nru 2003/96

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku

(l-Artikolu 14(1)(b) u l-Artikolu 14(2)).

9.   Annessi

A:

Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea

B:

Dispożizzjonijiet dwar il-kontroll finanzjarju eżerċitat mill-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' parteċipanti mill-Iżvizzera fl-attivitajiet tal-EASA


(1)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

ANNESS A

Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA

FILWAQT LI KKUNSIDRAW li, skont l-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (KEEA), l-Unjoni Ewropea u l-KEEA għandhom igawdu fit-territorji tal-Istati Membri dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li huma meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom,

WARA LI QABLU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika:

KAPITOLU I

PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U OPERAZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 1

L-istabbilimenti u l-binjiet tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli. Dawn għandhom ikunu eżentati minn tfittxija, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe miżura amministrattiva jew legali li tirrestrinġi mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 2

L-arkivji tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli.

Artikolu 3

L-Unjoni, l-assi, id-dħul u proprjetà oħra tagħha għandhom ikunu eżenti mit-taxxi diretti kollha.

Il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom, kull meta jkun possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa biex jagħmlu rimessa jew jirrimborżaw l-ammont ta' taxxa indiretta jew taxxa fuq il-bejgħ inkluża fil-prezz ta' proprjetà mobbli jew immobbli, meta l-Unjoni tagħmel, għall-użu uffiċjali tagħha, xiri sostanzjali li l-prezz tiegħu jkun jinkludi taxxa ta' din ix-xorta. Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu applikati, madankollu, biex ikollhom l-effett li jikkawżaw distorzjoni tal-kompetizzjoni fl-Unjoni.

L-ebda eżenzjoni ma għandha tingħata fir-rigward ta' taxxi u tariffi oħra dovuti li jammontaw sempliċiment għall-imposti għal servizzi ta' utilità pubblika.

Artikolu 4

L-Unjoni għandha tkun eżenti minn kull dazju doganali, projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni fir-rigward ta' oġġetti li jkunu maħsuba għall-użu uffiċjali tagħha. ħadd ma għandu jiddisponi minn oġġetti hekk importati, sew bi ħlas sew bla ħlas, fit-territorju tal-pajjiż li fih ikunu ġew importati, ħlief skont kondizzjonijiet approvati mill-gvern ta' dak il-pajjiż.

L-Unjoni għandha wkoll tkun eżenti minn kwalunkwe dazju doganali u kwalunkwe projbizzjoni u restrizzjoni fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.

KAPITOLU II

KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ-PASSER

Artikolu 5

Għall-komunikazzjonijiet u t-trażmissjonijiet uffiċjali tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom igawdu fit-territorju ta' kull Stat Membru t-trattament mogħti minn dak l-Istat għal missjonijiet diplomatiċi.

Il-korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħrajn tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal ċensura.

Artikolu 6

Laissez-passer f'forma li trid tiġi preskritta mill-Kunsill, permezz ta' maġġoranza sempliċi, u li għandu jiġi rikonoxxut bħala dokument validu tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, jista' jinħareġ lill-membri u lill-impjegati tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni mill-Presidenti ta' dawn l-istituzzjonijiet. Dan il-laissez-passer għandu jinħareġ lill-uffiċjali u lil aġenti oħra bil-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi ftehimiet sabiex dan il-laissez-passer jiġi rikonoxxut bħala dokument validu tal-ivvjaġġar fit-territorju ta' pajjiżi terzi.

KAPITOLU III

MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 7

L-ebda restrizzjoni amministrattiva jew ta' natura oħra ma għandha tiġi mposta fuq il-moviment liberu tal-membri tal-Parlament Ewropew li jivvjaġġaw lejn jew mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.

Il-membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward tal-kontrolli tad-dwana u tal-kambju, jingħataw:

(a)

mill-Gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil uffiċjali b'kariga għola li jkunu qed jivvjaġġaw barra l-pajjiż fuq missjonijiet uffiċjali temporanji;

(b)

mill-gvernijiet ta' Stati Membri oħra, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil rappreżentanti ta' gvernijiet barranin fuq missjonijiet uffiċjali temporanji.

Artikolu 8

Il-membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe forma ta' inkjesta, detenzjoni jew proċedimenti legali fir-rigward ta' opinjonijiet jew voti espressi minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom.

Artikolu 9

Matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-membri tiegħu għandhom:

(a)

fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-Membri tal-Parlament tagħhom;

(b)

fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull miżura ta' detenzjoni u minn proċedimenti legali.

L-immunità għandha tapplika bl-istess mod għall-membri waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.

L-immunità ma tistax tiġi invokata la meta membru jinqabad fil-fatt li jwettaq reat u lanqas ma żżomm lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jneħħi l-immunità ta' wieħed mill-membri tiegħu.

KAPITOLU IV

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-ISTATI MEMBRI LI JKUNU QED JIEĦDU SEHEM FIL-ĦIDMA TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 10

Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jipparteċipaw fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fil-qadi ta' dmirijiethom u waqt li jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqgħu, igawdu mill-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet skont il-konswetudini.

Dan l-Artikolu japplika wkoll għal membri ta' korpi ta' konsulenza tal-Unjoni.

KAPITOLU V

L-UFFIĊJALI U L-AĠENTI L-OĦRA TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 11

Fit-territorju ta' kull Stat Membru u tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni għandhom:

(a)

soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati relatati, minn naħa, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali u tal-aġenti l-oħra lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi kwistjonijiet bejn l-Unjoni u l-uffiċjali tagħha u l-aġenti l-oħra, igawdu l-immunità minn proċedimenti legali fir-rigward tal-atti mwettqa minnhom fil-kariga uffiċjali tagħhom, inkluż il-kliem mitkellem u l-kitba tagħhom. Huma għandhom ikomplu jgawdu din l-immunità wara li jkunu waqfu mill-kariga tagħhom;

(b)

flimkien mal-konjuġi tagħhom u membri dipendenti tal-familji tagħhom, ma jkunux soġġetti għal restrizzjonijiet tal-immigrazzjoni jew għal formalitajiet tar-reġistrazzjoni ta' persuni barranin (aljeni);

(c)

fir-rigward ta' regolamenti dwar il-munita jew il-kambju, jingħataw l-istess faċilitajiet kif jingħataw skont il-konswetudini lil uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d)

igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr l-ebda dazju l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom meta jibdew il-kariga tagħhom għall-ewwel darba f'dak il-pajjiż u d-dritt li jerġgħu jesportaw l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom mingħajr l-ebda dazju, meta jtemmu dmirijiethom f'dak il-pajjiż, soġġett f'kull każ, għall-kondizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern tal-pajjiż, fejn dan id-dritt jiġi eżerċitat;

(e)

ikollhom id-dritt li jimportaw mingħajr l-ebda dazju karrozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata jew fil-pajjiż fejn l-aħħar kellhom ir-residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma għandhom ċittadinanza skont it-termini li jirregolaw is-suq lokali ta' dak il-pajjiż, u li jerġgħu jesportawha mingħajr l-ebda dazju, soġġetti f'kull każ għall-kondizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern tal-pajjiż konċernat.

Artikolu 12

L-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, skont il-kondizzjonijiet u l-proċedura stipulata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz ta' regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati.

Għandhom ikunu eżenti minn taxxi nazzjonali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa mill-Unjoni.

Artikolu 13

Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, it-taxxa fuq il-ġid u t-taxxa tas-suċċessjoni, u fl-applikazzjoni ta' konvenzjonijiet dwar l-evitar tat-taxxa doppja, konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni li, għar-raġuni unika li jwettqu dmirijiethom għas-servizz tal-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż tad-domiċilju tagħhom, għal skopijiet ta' taxxa meta jidħlu fis-servizz tal-Unjoni, għandhom jitqiesu, kemm fil-pajjiż tar-residenza attwali tagħhom kif ukoll fil-pajjiż tad-domiċilju tagħhom għal skopijiet ta' taxxa, daqslikieku żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż tal-aħħar, sakemm dak il-pajjiż huwa membru tal-Unjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet jgħoddu wkoll għall-konjuġi, safejn il-konjuġi ma jkollux jew ma jkollhiex separatament xi okkupazzjoni bi qligħ, u għal ulied dipendenti fuq u taħt ir-responsabbiltà tal-persuni msemmija f'dan l-Artikolu.

Il-proprjetà mobbli, li tappartjeni lil persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tkun tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn dawn ikunu qegħdin joqgħodu, għandha tkun eżenti minn kull taxxa tas-suċċessjoni f'dak il-pajjiż; dik il-proprjetà għandha, għall-valutazzjoni ta' dak it-taxxa, titqies bħala waħda li tinsab fil-pajjiż ta' domiċilju għal finijiet ta' taxxa, soġġetta għad-drittijiet ta' pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli tad-dispożizzjonijiet ta' konvenzjonijiet internazzjonali fuq it-tassazzjoni doppja.

Kwalunkwe domiċilju miksub unikament minħabba l-qadi ta' dmirijiet fis-servizz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra ma għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz ta' regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni.

Artikolu 15

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw lill-istituzzjonijiet l-oħra involuti, għandhom jistabbilixxu l-kategoriji ta' uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni li għalihom id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12, u tal-Artikolu 13 għandhom japplikaw, kollha kemm huma jew f'parti minnhom.

L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn inklużi fit-tali kategoriji għandhom ikunu kkomunikati perjodikament lill-Gvernijiet tal-Istati Membri.

KAPITOLU VI

PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TA' MISSJONIJIET TA' PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 16

L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-Unjoni għandha s-sede tagħha, għandu jagħti l-privileġġi u l-immunitajiet diplomatiċi skont il-konswetudini lil missjonijiet f'pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 17

Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet għandhom jingħataw lill-uffiċjali u lill-aġenti l-oħra tal-Unjoni unikament fl-interessi tal-Unjoni.

Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha l-obbligu li tneħħi din l-immunità mogħtija, lil uffiċjal jew lil impjegat ieħor, kull meta dik l-istituzzjoni tikkunsidra li t-tneħħija ta' din l-immunità ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.

Artikolu 18

Għall-iskop li jiġi applikat dan il-Protokoll, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkoperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 19

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni.

Artikolu 20

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali, ir-Reġistraturi u l-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li għandhom x'jaqsmu mal-immunità minn proċedimenti legali għall-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.

Artikolu 21

Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-membri tal-organi tiegħu, għall-persunal tiegħu u għar-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu barra minn dan jiġi eżentat minn kull forma ta' tassazzjoni jew impożizzjoni ta' xorta simili f'każ ta' xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista' jkollhom x'jaqsmu ma' dan fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. Bl-istess mod, ix-xoljiment jew stralċ tiegħu ma għandu jagħti lok għall-ebda impożizzjoni. Fl-aħħar nett, l-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa skont l-Istatut tiegħu ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.

Artikolu 22

Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri tal-organi tiegħu u għall-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu, barra minn hekk, ikun eżentat minn kull għamla ta' tassazzjoni jew impożizzjoni ta' xorta simili f'każ ta' xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkunu marbuta ma' dan, fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-fergħat tiegħu li jaħdmu skont l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.

Appendiċi

Proċeduri għall-applikazzjoni fl-iżvizzera tal-Protokoll dwar privileġġi u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea

1.   Estensjoni tal-applikazzjoni għall-Iżvizzera

Kull referenza għall-Istati Membri fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem “il-Protokoll”) għandha tinftiehem li tapplika b'mod ekwu fl-Iżvizzera, sakemm ma jkunx determinat mod ieħor fid-dispożizzjonijiet li ġejjin.

2.   Eżenzjoni tal-Aġenzija mit-taxxi indiretti (inkluża l-VAT)

Oġġetti u servizzi esportati mill-Iżvizzera mhumiex suġġetti għat-taxxa Żvizzera fuq il-valur miżjud (VAT). Fil-każ ta' oġġetti u servizzi fornuti lill-Aġenzija fl-Iżvizzera għall-użu uffiċjali tagħha, l-eżenzjoni mill-VAT issir permezz ta' rifużjoni, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll. L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz tax-xiri effettiv tal-oġġetti u s-servizzi indikat fil-fattura jew fid-dokument ekwivalenti jammonta għal total ta' tal-anqas Frank Żvizzeru 100 (taxxa inkluża).

Ir-rifużjoni tal-VAT tingħata fuq preżentazzjoni lill-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa, Diviżjoni Prinċipali tal-VAT, tal-formoli pprovduti mill-Amministrazzjoni Żvizzera għal dan il-għan. Bħala regola, l-applikazzjonijiet għar-rifużjoni, flimkien mal-prova dokumentarja meħtieġa, għandhom jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha jkunu tressqu.

3.   Proċedura għall-applikazzjoni tar-regoli marbuta mal-persunal tal-Aġenzija

Fir-rigward tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tal-Protokoll, l-Iżvizzera għandha teżenta, skont il-prinċipji tal-liġijiet interni tagħha, lill-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Aġenzija fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 (1) mit-taxxi federali, kantonali u komunali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni Ewropea u soġġetti għal taxxa interna b'benefiċċju għaliha.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Protokoll, l-Iżvizzera m'għandhiex tiġi meqjusa bħala Stat Membru fi ħdan it-tifsira tal-punt 1 hawn fuq.

L-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Aġenzija, kif ukoll il-membri tal-familji tagħhom li huma membri fis-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Unjoni Ewropea, mhumiex obbligati jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Żvizzera.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni esklussiva għall-kwistjonijiet kollha rigward ir-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija jew il-Kummissjoni u l-persunal tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (2) u d-dispożizzjonijiet l-oħrajn tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tax-xogħol.


(1)  Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Ufficjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Ufficjali Ohra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi mizuri specjali temporanjament applikabbli ghal ufficjali tal-Kummissjoni (Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

ANNESS B

Kontroll finanzjarju fir-rigward tal-parteċipanti żvizzeri f'attivitajiet tal-ftehim Ewropew dwar l-avjazzjoni

Artikolu 1

Komunikazzjoni diretta

L-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew l-entitajiet kollha stabbiliti fl-Iżvizzera li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Aġenzija, destinatarji ta' pagamenti mill-baġit tal-Aġenzija jew tal-Komunità, jew subkuntratturi. Dawn il-persuni jistgħu jittrażmettu direttament lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha rilevanti li huma meħtieġa li jibagħtu abbażi tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni u tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u kull deċiżjoni meħuda skont dawn.

Artikolu 2

Kontrolli

1.   Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u r-Regolament Finanzjarju adottat mill-Bord ta' Ġestjoni tal-Aġenzija fis-26 ta' Marzu 2003, mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (2) u mal-istrumenti oħrajn imsemmija f'din id-Deċiżjoni, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipprovdu għat-twettiq fi kwalunkwe mument ta' verifiki xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew oħrajn fil-proprjetà tal-benefiċjarji u tas-subkuntratturi tagħhom minn uffiċjali tal-Aġenzija u l-Kummissjoni jew minn persuni oħrajn b'mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni.

2.   L-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni u persuni oħrajn b'mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, ix-xogħlijiet u d-dokumenti, u għall-informazzjoni kollha neċessarja, inklużi dawk f'format elettroniku, biex iwettqu dawn il-verifiki. Dan id-dritt għall-aċċess għandu jiġi espliċitament stipulat fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.

3.   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha l-istess drittijiet bħal dawk tal-Kummissjoni.

4.   Il-verifiki jistgħu jseħħu sa ħames snin wara l-iskadenza ta' din id-Deċiżjoni jew skont it-termini tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.

5.   L-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Verifika għandu jiġi infurmat minn qabel dwar il-verifiki li jsiru fuq it-territorju Żvizzeru. Din l-informazzjoni ma għandhiex tkun kondizzjoni legali għat-twettiq ta' dawn il-verifiki.

Artikolu 3

Kontrolli fuq il-post

1.   Skont dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (l-OLAF) hija awtorizzata twettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju Żvizzeru, skont it-termini u l-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (3).

2.   Il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitmexxew mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Federali tal-Verifika Żvizzeru jew ma' awtoritajiet Żvizzeri kompetenti oħrajn maħtura mill-Uffiċċju Federali tal-Verifika Żvizzeru, li għandu jiġi notifikat fil-ħin dwar l-għan, l-iskop u l-bażi legali tal-verifiki u l-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dan il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jistgħu jipparteċipaw fil-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post.

3.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri konċernati jkunu jixtiequ, il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru b'mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri.

4.   Jekk il-parteċipanti fil-programm jopponu li jsir kontroll jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Żvizzeri, b'konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu l-assistenza meħtieġa lill-ispetturi tal-Kummissjoni biex jaqdu dmirhom u biex jagħmlu l-kontroll jew l-ispezzjoni fuq il-post.

5.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta, mill-aktar fis possibbli, lill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Verifika, dwar kull fatt jew suspett relatat ma' irregolarità li jkunu saru jafu bih waqt it-twettiq tal-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post. F'kull każ, il-Kummissjoni hija meħtieġa tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq dwar ir-riżultati ta' dawn il-kontrolli u l-ispezzjonijiet.

Artikolu 4

Informazzjoni u konsultazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni korretta ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri u Komunitarji għandhom jiskambjaw l-informazzjoni regolarment u, fuq talba ta' wieħed mill-Partijiet, għandhom iwettqu konsultazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe fatt jew suspett li jkunu saru jafu bih li jirrelata ma' irregolarità marbuta mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Kunfidenzjalità

L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skont dan l-Anness se tkun koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u protetta bl-istess mod bħalma titħares informazzjoni simili mil-leġiżlazzjoni nazzjonali Żvizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet Komunitarji. Din l-informazzjoni ma tistax tiġi kkomunikata lil persuni oħra ħlief lil dawk li, fl-istituzzjonijiet Komunitarji, fl-Istati Membri jew fl-Iżvizzera, jeħtieġ ikunu jafuha minħabba l-funzjonijiet tagħhom, u ma tistax tintuża għal għanijiet oħra ħlief biex tiżgura l-ħarsien effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 6

Miżuri u penali amministrattivi

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, jistgħu jiġu imposti miżuri u penali ammistrattivi mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (4) u skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (5).

Artikolu 7

Irkupru u infurzar

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li jimponu obbligu finanzjarju fuq persuni apparti mill-Istati, huma infurzabbli fl-Iżvizzera.

L-ordni tal-infurzar trid tinħareġ, mingħajr l-ebda kontroll ieħor għajr għall-verifikazzjoni tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Żvizzeru, li għandha tinforma lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni b'dan. L-infurzar għandu jseħħ skont ir-regoli ta' proċedura Żvizzeri. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-infurzar hija soġġetta għall-kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea maqtugħa skont klawżola ta' arbitraġġ huma infurzabbli bl-istess kondizzjonijiet.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1)

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).


Rettifika

18.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/43


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jieħu post l-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li jħassar ċertu Direttivi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 365 tad-19 ta' Diċembru 2014 )

Fil-paġna 96, fl-Anness, fl-aħħar paragrafu wara t-tabella 9,

minflok:

“Metodi tal-ittestjar

Il-metodi li għandhom jintużaw huma dawk deskritti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 440/2008 (1) u f'noti CEN oħra rilevanti, jew metodi tal-ittestjar u linji gwida oħra rikonoxxuti internazzjonalment.”,

aqra:

“Metodi tal-ittestjar:

Il-metodi li għandhom jintużaw huma dawk deskritti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 (1) u f'noti CEN oħra rilevanti, jew metodi tal-ittestjar u linji gwida oħra rikonoxxuti internazzjonalment.”.