ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 60 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/214
tat-30 ta' Novembru 2016
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tat-trab tal-aluminju mal-lista ta' prekursuri tal-isplussivi fl-Anness II
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 98/2013 jelenka prekursuri tal-isplussivi li huma soġġetti għal regoli armonizzati li jikkonċernaw id-disponibbiltà tagħhom għall-pubbliku ġenerali u li jiżguraw ir-rappurtar xieraq ta' tranżazzjonijiet suspettużi, għajbien u serq fil-katina ta' provvista. |
(2) |
Is-sustanza elenkati fl-Anness II huma disponibbli għall-membri tal-pubbliku ġenerali iżda huma soġġetti għall-obbligu ta' rappurtar li jkopri kemm l-utenti professjonali fil-katina tal-provvista kif ukoll il-membri tal-pubbliku ġenerali. |
(3) |
L-Istati Membri wrew li t-trab tal-aluminju ntuża għall-produzzjoni ta' splussivi magħmulin id-dar fl-Ewropa u nxtraw għal dan l-iskop. |
(4) |
It-tqegħid fis-suq u l-użu tat-trab tal-aluminju bħalissa mhuwiex armonizzat fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, tal-anqas Stat Membru wieħed diġà jillimita d-disponibbiltà tiegħu għall-pubbliku ġenerali, u l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali timmonitorja l-konsenji globali biex tidentifika każijiet ta' kummerċ illegali għall-finijiet tal-manifattura ta' prekursuri improvizzati tal-isplussivi. |
(5) |
L-iżviluppi fl-użu anormali tat-trab tal-aluminju bħalissa ma jiġġustifikawx li l-aċċess mill-membri tal-pubbliku jiġi ristrett, minħabba l-livell tat-theddida jew il-volum tal-kummerċ assoċjati ma' din is-sustanza. |
(6) |
Il-kontroll miżjud huwa meħtieġ biex jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jipprevjenu u jidentifikaw l-użu illeċitu possibbli ta' dawn is-sustanzi bħala prekursuri tal-isplussivi, u dan jista' jinkiseb permezz tal-mekkaniżmu ta' rappurtar stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 98/2013. |
(7) |
Fid-dawl tar-riskju maħluq mid-disponibbiltà tat-trab tal-aluminju, u meta wieħed iqis li l-obbligu ta' rapportar mhuwa se jkollu l-ebda impatt sinifikanti fuq l-atturi ekonomiċi jew il-konsumaturi, huwa ġustifikat kif ukoll proporzjonali li din is-sustanza tiżdied mal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 98/2013, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tabella fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 98/2013 hija emendata kif ġej:
(a) |
l-intestatura tat-tieni kolonna tinbidel b'li ġej: “Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) (1)”; |
(b) |
is-sustanza li ġejja hija miżjuda:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) b'daqs tal-partiċella inqas minn 200 μm.
(3) bħala sustanza jew f'taħlitiet li jkun fihom 70 % jew iktar, skont il-piż, ta' aluminju u/jew manjeżju.”
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/3 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/215
tat-30 ta' Novembru 2016
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tan-nitrat tal-manjeżju eżaidrat mal-lista ta' prekursuri tal-isplussivi fl-Anness II
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 98/2013 jelenka prekursuri tal-isplussivi li huma soġġetti għal regoli armonizzati li jikkonċernaw id-disponibbiltà tagħhom għall-pubbliku ġenerali u li jiżguraw ir-rappurtar xieraq ta' tranżazzjonijiet suspettużi, għajbien u serq fil-katina tal-provvista. |
(2) |
Is-sustanza elenkati fl-Anness II huma disponibbli għall-membri tal-pubbliku ġenerali iżda huma soġġetti għall-obbligu ta' rappurtar li jkopri kemm l-utenti professjonali fil-katina tal-provvista kif ukoll il-membri tal-pubbliku ġenerali. |
(3) |
L-Anness II diġà jkopri għadd ta' mluħ tan-nitrati, minħabba li dawn jistgħu jintużaw bħala prekursuri tal-isplussivi. In-nitrat tal-manjeżju, li huwa fornut fil-forma eżaidrata tiegħu, huwa sustanza bi proprjetajiet simili iżda għadu mhuwiex kopert. |
(4) |
In-nitrat tal-manjeżju eżaidrat bħalissa huwa alternattiva nonkontrollata għall-imluħ tan-nitrati elenkati fl-Anness II. Barra minn hekk, fi snin riċenti kien hemm rapporti dwar l-użu ħażin tiegħu bħala prekursur tal-isplussivi barra mill-Unjoni. |
(5) |
L-iżviluppi fl-użu anormali tan-nitrat tal-manjeżju eżaidrat bħalissa ma jiġġustifikawx li l-aċċess mill-membri tal-pubbliku jiġi ristrett, minħabba l-livell tat-theddida jew il-volum tal-kummerċ assoċjati ma' din is-sustanza. |
(6) |
Il-kontroll miżjud huwa meħtieġ biex jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jipprevjenu u jidentifikaw l-użu illeċitu possibbli ta' din is-sustanza bħala prekursur tal-isplussivi, u dan jista' jinkiseb permezz tal-mekkaniżmu ta' rappurtar stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 98/2013. |
(7) |
Fid-dawl tar-riskju maħluq mid-disponibbiltà tan-nitrat tal-manjeżju eżaidrat, u meta wieħed iqis li l-impożizzjoni tal-obbligu ta' rapportar fuqu mhuwa se jkollu l-ebda impatt sinifikanti fuq l-atturi ekonomiċi jew il-konsumaturi, huwa ġustifikat kif ukoll proporzjonali li din is-sustanza tiżdied mal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 98/2013, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
it-tabella fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 98/2013, tiżdied is-sustanza li ġejja:
“Nitrat tal-manjeżju eżaidrat (CAS RN 13446-18-9) |
2834 29 80 |
3824 90 96 ” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/5 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/216
tat-30 ta' Novembru 2016
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tat-trab tal-manjeżju mal-lista ta' prekursuri tal-isplussivi fl-Anness II
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 98/2013 jelenka prekursuri tal-isplussivi li huma soġġetti għal regoli armonizzati li jikkonċernaw id-disponibbiltà tagħhom għall-pubbliku ġenerali u li jiżguraw ir-rappurtar xieraq ta' tranżazzjonijiet suspettużi, għajbien u serq fil-katina ta' provvista. |
(2) |
Is-sustanzi elenkati fl-Anness II huma disponibbli għall-membri tal-pubbliku ġenerali iżda huma soġġetti għall-obbligu ta' rappurtar li jkopri kemm l-utenti professjonali fil-katina tal-provvista kif ukoll il-membri tal-pubbliku ġenerali. |
(3) |
L-Istati Membri wrew li t-trab tal-aluminju ntuża għall-produzzjoni ta' splussivi magħmulin id-dar fl-Ewropa u nxtraw għal dan l-iskop. It-trab tal-manjeżju huwa sustanza bi proprjetajiet simili ħafna għall-aluminju. |
(4) |
It-tqegħid fis-suq u l-użu tat-trabijiet tal-aluminju u tal-manjeżju bħalissa mhuwiex armonizzat fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, tal-anqas Stat Membru wieħed diġà jillimita d-disponibbiltà tagħhom għall-pubbliku ġenerali, u l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali timmonitorja l-konsenji globali tat-trab tal-aluminju biex tidentifika każijiet ta' kummerċ illegali għall-finijiet tal-manifattura ta' prekursuri improvizzati tal-isplussivi. |
(5) |
L-iżviluppi fl-użu anormali tat-trabijiet tal-aluminju u tal-manjeżju bħalissa ma jiġġustifikawx li l-aċċess mill-membri tal-pubbliku jiġi ristrett, minħabba l-livell tat-theddida jew il-volum tal-kummerċ assoċjati ma' dawn is-sustanzi. |
(6) |
Il-kontroll miżjud huwa meħtieġ biex jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jipprevjenu u jidentifikaw l-użu illeċitu possibbli ta' dawn is-sustanzi bħala prekursuri tal-isplussivi, u dan jista' jinkiseb permezz tal-mekkaniżmu ta' rappurtar stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 98/2013. |
(7) |
It-trab tal-aluminju huwa s-suġġett ta' att delegat separat li jżidu mal-Anness II. Dan iħalli t-trab tal-manjeżmu bħala alternattiva mhux ikkontrollata realistika. |
(8) |
Fid-dawl tar-riskju maħluq mid-disponibbiltà tat-trab tal-manjeżju, u meta wieħed iqis li l-obbligu ta' rapportar mhuwa se jkollu l-ebda impatt sinifikanti fuq l-atturi ekonomiċi jew il-konsumaturi, huwa ġustifikat kif ukoll proporzjonali li din is-sustanza tiżdied mal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 98/2013, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fit-tabella fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 98/2013, tiżdied is-sustanza li ġejja:
“Manjeżju, trabijiet (CAS RN 7439-95-4) (2) (3) |
ex 8104 30 00 ” |
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/7 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/217
tal-5 ta' Diċembru 2016
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti tal-preferenzi tariffarji skont l-arranġament ġenerali tal-Iskema ta' Preferenzi Ġeneralizzati (“SĠP”). |
(2) |
Il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jipprovdu li jenħtieġ li, pajjiż li jkun ġie kklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż bi dħul għoli jew bi dħul medju għal tliet snin konsekuttivi, jew pajjiż li jibbenefika minn arranġament ta' aċċess preferenzjali għas-suq li jipprovdi l-istess preferenzi tariffarji bħall-SĠP, jew aħjar, sostanzjalment għall-kummerċ kollu, rispettivament, ma jibbenefikax mill-SĠP. |
(3) |
Il-lista tal-pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP ġenerali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, hija stabbilita fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jipprevedi li l-Anness II għandu jiġi rieżaminat sal-1 ta' Jannar ta' kull sena. Ir-rieżami għandu jikkunsidra bidliet ekonomiċi, l-iżvilupp jew il-kundizzjonijiet kummerċjali tal-pajjiżi benefiċjarji f'relazzjoni mal-kriterji mniżżla fl-Artikolu 4. |
(4) |
Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, pajjiż benefiċjarju tal-SĠP u l-operaturi ekonomiċi għandhom jingħataw biżżejjed żmien għal adattament ordnat għal reviżjoni tal-istatus tal-SĠP tal-pajjiż. Għalhekk, l-arranġament tal-SĠP ikompli għal sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' bidla fl-istatus ta' pajjiż kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a) u għal sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta' arranġament għal aċċess preferenzjali għas-suq, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b). |
(5) |
It-Tonga ġiet ikklassifikata mill-Bank Dinji bħala pajjiż bi dħul medju superjuri fl-2013, l-2014 u l-2015. Għalhekk, it-Tonga tneħħiet mil-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 mill-1 ta' Jannar 2017 skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1979 (2). Fl-2016, madankollu, it-Tonga ġiet ikklassifikata mill-Bank Dinji bħala pajjiż bi dħul medju inferjuri. Għalhekk, it-Tonga jinħtieġ li titniżżel mill-ġdid fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, b'effett mill-1 ta' Jannar 2017. |
(6) |
L-implimentazzjoni ta' Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA), iffirmata bejn l-Unjoni u l-Ukraina fis-27 ta' Ġunju 2014, bħala parti mill-attivitajiet usa' ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni, ġiet applikata b'mod proviżorju mill-1 ta' Jannar 2016. Billi d-DCFTA tipprovdi aktar preferenzi tariffarji bħall-SĠP sostanzjalment għall-kummerċ kollu, jenħtieġ li l-Ukrajna titneħħa mil-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP fl-Anness II b'applikazzjoni mill-1 ta' Jannar 2018, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi fir-Regolament (UE) Nru 978/2012
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-kodiċi alfabetiku u l-pajjiż korrispondenti jiddaħħlu fil-kolonni A u B, rispettivament:
|
(2) |
Il-kodiċi alfabetiku u l-pajjiż korrispondenti jiġu mħassra mill-kolonni A u B, rispettivament:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(1) jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2017.
L-Artikolu 1(2) jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1979 tat-28 ta' Awwissu 2015 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L 289, 5.11.2015, p. 3).
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/218
tas-6 ta' Frar 2017
dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni huwa għodda meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Dak ir-reġistru għandu jinkludi kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni. |
(2) |
Attwalment ir-regoli li jiggvernaw ir-reġistri tal-flotta tas-sajd nazzjonali u r-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 (2). |
(3) |
L-Istati Membri għandhom jirreġistraw l-informazzjoni dwar is-sjieda, dwar il-karatteristiċi tal-bastiment u tal-irkaptu u dwar l-attività tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tagħhom u għandhom jippreżentaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni bl-informazzjoni li tkun irċeviet mill-Istati Membri. |
(4) |
L-Istati Membri huma responsabbli għall-preċiżjoni tal-informazzjoni li tinsab fir-reġistru tal-flotta tas-sajd nazzjonali. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-ħin kollu l-kwalità ta' tali informazzjoni, filwaqt li jiżguraw li din tiġi aġġornata regolarment u li tista' tiġi verifikata fi kwalunkwe ħin mill-Kummissjoni permezz ta' domandi speċifiċi. |
(5) |
L-ipproċessar ta' dejta personali inkluża fir-reġistri tal-flotta tas-sajd nazzjonali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huwa soġġett għar-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, b'mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u għall-implimentazzjoni nazzjonali rilevanti. Il-karatteristiċi u l-immarkar esterni rreġistrati fir-reġistru miżmum minn kull Stat Membru għandhom jiġu speċifikati b'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 (4) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (5). |
(6) |
Sabiex jiġu mmonitorjati l-attivitajiet tal-bastimenti bejn l-Istati Membri u biex tiġi żgurata l-konnessjoni inekwivokabbli bejn l-informazzjoni li tinsab fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni u d-dejta minn sistemi oħra ta' informazzjoni relatata ma' attivitajiet tas-sajd, jenħtieġ li jiġi allokat numru uniku ta' identifikazzjoni għal kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni, li taħt l-ebda ċirkostanza ma jista' jiġi assenjat mill-ġdid jew jinbidel. |
(7) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament huwa xieraq li jiġu introdotti għodod u proċeduri ġodda sabiex tiġi simplifikata aktar il-ġestjoni tad-dejta bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea u sabiex jiġi żgurat l-aċċess għal dejta aġġornata aktar ta' spiss. |
(8) |
Għall-ġestjoni tal-kapaċità tal-flotot tas-sajd u tal-attività tagħhom, ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni jenħtieġ li jkun disponibbli kollu kemm hu għall-Istati Membri u f'verżjoni ristretta għall-pubbliku. Din il-verżjoni ristretta jenħtieġ li teskludi dejta personali, sabiex tiġi protetta tali dejta, iżda għandha tinkludi l-identifikaturi tal-bastimenti tas-sajd għall-finijiet tat-tisħiħ tal-aċċess għall-informazzjoni u t-trasparenza tagħha għall-pubbliku. |
(9) |
L-ipproċessar ta' dejta personali fil-qafas ta' dan ir-Regolament mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u l-aċċess mill-Istati Membri għall-informazzjoni fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni huwa soġġett għad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta, b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), b'mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-ipproċessar, it-trasferiment tad-dejta personali mis-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri lill-Kummissjoni, il-legalità tal-ipproċessar, u d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta għall-informazzjoni, għall-aċċess għad-dejta personali tagħhom u r-rettifika ta' din id-dejta personali. |
(10) |
L-għodda l-ġdida għall-iskambji ta' dejta żviluppata mill-Kummissjoni jenħtieġ li tintuża għal kull skambju elettroniku ta' dejta. |
(11) |
Peress li l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistipula li l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar is-sjieda u dwar il-karatteristiċi tal-bastiment u tal-irkaptu tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tagħhom, dik id-dejta jenħtieġ li tiġi inkluża f'dan ir-Regolament. |
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 26/2004 jenħtieġ li jitħassar. |
(13) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw żmien biżżejjed biex jadattaw ir-reġistri nazzjonali tagħhom għar-rekwiżiti l-ġodda tad-dejta stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
(14) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma b'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament:
(a) |
jistabbilixxi l-obbligi tal-Kummissjoni biex jiġi stabbilit u jinżamm ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni; |
(b) |
jistabbilixxi l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-ġbir u l-validazzjoni tad-dejta fir-reġistru tal-flotta tas-sajd nazzjonali tagħhom, kif ukoll fir-rigward tat-trażmissjoni ta' dik id-dejta lill-Kummissjoni; |
(c) |
jiddetermina l-informazzjoni minima dwar il-karatteristiċi u l-attività tal-bastiment li għandha tidher fir-reġistri tal-flotta tas-sajd nazzjonali. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“bastiment tas-sajd” tfisser kwalunkwe bastiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
(b) |
“bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser: bastiment tas-sajd kif definit fl-Artikolu 4(1)(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
(c) |
“flotta tas-sajd tal-Unjoni” tfisser il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni kollha li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru u li huma rreġistrati fl-Unjoni; |
(d) |
“bastiment tal-akkwakultura” tfisser bastiment mgħammar esklużivament għall-ħsad, għat-trasport, għall-immaniġġar u/jew għall-ħatt l-art ta' prodotti tal-akkwakultura; |
(e) |
“avveniment” tfisser kwalunkwe dħul fil-flotta jew ħruġ minnha ta' bastiment, jew tibdil f'waħda mill-karatteristiċi tiegħu kif elenkati fl-Anness I; |
(f) |
“trażmissjoni” tfisser trasferiment diġitali ta' avveniment wieħed jew aktar bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni; |
(g) |
“saff tat-trażmissjoni” tfisser in-netwerk elettroniku għall-iskambji ta' dejta dwar is-sajd kif magħmula disponibbli mill-Kummissjoni għall-Istati Membri kollha u għall-korp maħtur minnha għall-iskambju ta' dejta b'mod standardizzat; |
(h) |
“data taċ-ċensiment” tfisser id-data li fiha l-ewwel avveniment ġie kkomunikat minn Stat Membru lill-Kummissjoni, kif stabbilit fl-Anness II; |
(i) |
“stampa” tfisser il-lista ta' avvenimenti rreġistrati għall-bastimenti fir-reġistru tal-flotta tas-sajd ta' Stat Membru f'perjodu ta' żmien definit; |
(j) |
“sid legali” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li fuq id-dokumenti ta' reġistrazzjoni tal-bastiment tidher bħala li għandha t-titolu legali ta' sjieda tal-bastiment; |
(k) |
“operatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika kif definit fl-Artikolu 4(19) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (7); |
(l) |
“numru tar-reġistru tal-flotta komuni (CFR)” tfisser in-numru uniku ta' identifikazzjoni tal-bastiment fil-flotta tas-sajd tal-Unjoni, irrispettivament minn kwalunkwe numru tal-flotta tas-sajd nazzjonali; |
(m) |
“dejta personali” tfisser kull informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli kif definit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001; |
(n) |
“reġistru tal-flotta tas-sajd nazzjonali” tfisser ir-reġistru li kull Stat Membru jżomm tal-bastimenti tas-sajd kollha li jtajru l-bandiera tiegħu; |
(o) |
“reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni” tfisser ir-reġistru, miżmum mill-Kummissjoni, li fih informazzjoni dwar kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni; |
Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni kollha minbarra għall-bastimenti tal-akkwakultura u għan-nases għat-tonna.
Artikolu 4
L-użu tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni
Id-dejta mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni għandha tintuża għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
Artikolu 5
Il-ġbir ta' dejta fir-reġistru tal-flotta tas-sajd nazzjonali
Kull Stat Membru għandu jiġbor, jivvalida u jirreġistra d-dejta msemmija fl-Anness I fir-reġistru tal-flotta tas-sajd nazzjonali mingħajr dewmien.
Artikolu 6
Preżentazzjoni tad-dejta
1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni kwalunkwe avveniment li jirrigwarda lill-bastimenti tas-sajd imdaħħla fir-reġistru tal-flotta nazzjonali mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta' xogħol ta' meta l-avveniment ikun ġie rreġistrat bis-sħiħ.
2. Jekk l-avveniment rilevanti huwa korrezzjoni ta' dejta preċedenti, l-avvenimenti kollha li jirrigwardaw dak il-bastiment mid-data taċ-ċensiment jew mill-ewwel dħul tiegħu fir-reġistru tal-flotta tas-sajd nazzjonali għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni.
3. Id-dejta tal-avveniment għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 9.
4. Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-korrettezza tal-preżentazzjoni li tirċievi u għandha tirreġistra l-avveniment fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni jekk il-preżentazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9. F'każ kuntrarju l-preżentazzjoni għandha tiġi miċħuda. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-osservazzjonijiet tagħha lill-Istat Membru, li għandu jagħmel it-tibdil meħtieġ fir-reġistru tal-flotta tas-sajd nazzjonali mhux aktar tard minn tlett ijiem ta' xogħol nazzjonali wara d-data tan-notifika mill-Kummissjoni.
Artikolu 7
Stampi
1. Fi kwalunkwe ħin, il-Kummissjoni tista' titlob stampa lil kwalunkwe Stat Membru.
2. Il-ħolqien ta' stampa għandu jkun kompletament awtomatizzat.
3. Id-dejta għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 9.
4. Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-korrettezza tal-istampa li tirċievi u għandha tissostitwixxi d-dejta tal-bastiment li tinsab fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni, jekk il-preżentazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9. F'każ kuntrarju, l-istampa għandha tiġi miċħuda. F'dak il-każ il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-osservazzjonijiet tagħha lill-Istat Membru, li għandu jagħmel it-tibdil meħtieġ fir-reġistru tal-flotta tas-sajd nazzjonali mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol nazzjonali wara d-data tan-notifika mill-Kummissjoni.
Artikolu 8
Numru tar-Reġistru tal-Flotta Komuni
1. L-Istati Membri għandhom jassenjaw numru tar-Reġistru tal-Flotta Komuni (CFR) għal kwalunkwe bastiment tas-sajd li jidħol fil-flotta tas-sajd tal-Unjoni għall-ewwel darba.
2. In-numru tas-CFR ma għandux jinbidel matul il-perjodu li fih il-bastiment tas-sajd jappartjeni għall-flotta tas-sajd tal-Unjoni, anke jekk il-bastiment jiġi trasferit lejn Stat Membru ieħor.
3. In-numru tas-CFR ma għandux jiġi assenjat mill-ġdid lil bastiment ieħor. Jekk bastiment tas-sajd jiġi esportat barra mill-Unjoni u jiġi importat mill-ġdid fi Stat Membru, il-bastiment tas-sajd għandu jerġa' jingħata l-istess numru tas-CFR.
4. In-numru tas-CFR għandu jiġi inkluż fit-trażmissjonijiet kollha tad-dejta bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni fir-rigward tal-bastiment tas-sajd.
Artikolu 9
L-istandards għall-iskambju ta' dejta bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri
1. Id-dejta għandha tiġi trażmessa bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri abbażi tal-istandards taċ-Ċentru tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iffaċilitar tal-Kummerċ u għan-Negozju Elettroniku (UN/CEFACT), li huma disponibbli fuq il-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija tas-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.
2. Kull trażmissjoni għandha tkun kompletament awtomatizzata u immedjata, bl-użu tas-saff tat-trażmissjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dokument ta' implimentazzjoni disponibbli fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea, id-Dokument ta' Implimentazzjoni tal-Bastimenti FLUX, sabiex jiġi żgurat l-iskambju ta' messaġġi.
4. L-emendi tal-istandards u tad-dokument ta' implimentazzjoni għandha tiddeċiedi dwarhom il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri.
Artikolu 10
Aċċess għad-dejta tal-bastiment
1. L-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni li tinsab fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni. Dan l-aċċess jista' jingħata permezz ta' interfaċċa tal-utent ta' applikazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni jew permezz ta' servizz tal-Internet.
2. Il-pubbliku għandu jkollu aċċess għal verżjoni ristretta tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni li ma għandhiex tinkludi dejta personali.
Artikolu 11
Dejta personali
L-ipproċessar, il-ġestjoni u l-użu ta' dejta miġbura skont dan ir-Regolament li fihom dejta personali għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 95/46/KE u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 12
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 26/2004 jitħassar.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25).
(3) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 tat-22 ta' Settembru 1986 li jiddefinixxi l-karatteristiċi tad-dgħajjes tas-sajd (ĠU L 274, 25.9.1986, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
ANNESS I
Definizzjoni tad-dejta u deskrizzjoni ta' reġistrazzjoni
Isem tad-dejta |
Definizzjoni u kummenti |
Obbligatorju (C)/Obbligatorju jekk (CIF)/Fakultattiv (O) (7) |
|
Pajjiż ta' reġistrazzjoni |
L-Istat Membru li fih il-bastiment huwa rreġistrat għas-sajd skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 Dejjem l-Istati Membri li qed jirrapportaw — il-kodiċi (6) |
C |
|
CFR |
In-numru uniku ta' identifikazzjoni ta' bastiment tas-sajd fl-Unjoni Il-kodiċi ISO-3 tal-Istat Membru segwit minn serje ta' identifikazzjoni (disa' karattri). Meta serje jkollha inqas minn disa' karattri, għandhom jiddaħħlu żeri addizzjonali fuq in-naħa tax-xellug |
C |
|
UVI |
L-Identifikatur Uniku tal-Bastiment (in-numru tal-OMI) skont ir-Regolament (UE) Nru 404/2011 |
CIF |
|
Avveniment |
Il-kodiċi (6) li jidentifika t-tip ta' avveniment irrapportat |
C |
|
Data tal-avveniment (1) |
Id-data ta' meta seħħ l-avveniment |
C |
|
Numru ta' reġistrazzjoni |
In-numru ta' reġistrazzjoni mogħti mill-Istat Membru |
O |
|
Immarkar estern |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 404/2011 |
CIF |
|
Isem il-bastiment |
L-isem tal-bastiment tas-sajd irreġistrat fir-reġistru nazzjonali |
C |
|
Post tar-reġistrazzjoni |
Il-kodiċi (6) li jidentifika l-post (primarjament port) fejn huwa rreġistrat il-bastiment |
CIF |
|
IRCS |
Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju |
CIF |
|
Indikatur tal-IRCS |
Bastiment b'radju internazzjonali abbord — il-kodiċi (6) |
C |
|
Indikatur tal-liċenzja |
Bastiment b'liċenzja tas-sajd skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 404/2011 — il-kodiċi (6) |
CIF |
|
Indikatur tal-VMS |
Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti — il-kodiċi (6). Il-bastiment b'sistema ta' monitoraġġ abbażi ta' satellita skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u l-Artikoli 18-28 tar-Regolament (UE) Nru 404/2011 |
CIF |
|
Indikatur tal-ERS |
Il-bastiment b'Sistema ta' Rappurtar Elettroniku (ġurnal ta' abbord) skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u l-Artikoli 29 u skont ir-Regolament (UE) Nru 404/2011 — il-kodiċi (6) |
CIF |
|
Indikatur tal-AIS |
Bastiment b'Sistema Awtomatika ta' Identifikazzjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 — il-kodiċi (6) |
CIF |
|
MMSI |
Indentità tas-Servizz Mobbli Marittimu |
O |
|
Tip ta' bastiment |
Skont il-Klassifika Statistika Standard Internazzjonali tal-Bastimenti tas-Sajd (ISSCFV) — il-kodiċi (6) |
CIF |
|
Irkaptu prinċipali (2) |
Skont il-Klassifika Statistika Standard Internazzjonali tal-Irkaptu (ISSCFCG) — il-kodiċi (6) |
C |
|
Irkaptu sussidjarju (3) |
Skont il-Klassifika Statistika Standard Internazzjonali tal-Irkaptu (ISSCFCG) — il-kodiċi (6) |
C |
|
LOA |
It-Tul Kollu f'metri, definit skont ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86 |
CIF |
|
LBP |
It-Tul ta' Bejn il-Perpendikulari f'metri, definit skont ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86 |
CIF |
|
Tunnellaġġ GT |
F'GT, skont ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86 |
CIF |
|
Tunnellaġġ ieħor |
F'tunnellati skont il-Konvenzjoni ta' Oslo jew skont definizzjoni li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri |
CIF |
|
GTs |
F'GT, żieda fit-tunnellaġġ permess għal raġunijiet ta' sikurezza (id-dejta storika). |
CIF |
|
Qawwa tal-magna prinċipali |
F'kW, skont ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86 |
C |
|
Qawwa tal-magna awżiljarja |
F'kW. Tinkludi l-qawwa tal-magna stallata kollha mhux inkluża taħt l-intestatura “Qawwa tal-magna prinċipali” |
C |
|
Materjal tal-buq |
Il-materjal tal-buq — il-kodiċi (6) |
C |
|
Data tal-bidu tas-servizz |
Skont ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86 |
C |
|
Segment |
Il-kodiċi (6) |
C |
|
Pajjiż tal-importazzjoni/tal-esportazzjoni |
Il-kodiċi (6) |
CIF |
|
Tip ta' esportazzjoni |
Il-kodiċi (6) |
CIF |
|
Għajnuna pubblika |
Il-kodiċi (6) |
CIF |
|
Data tal-kostruzzjoni |
Id-data ta' meta bdiet il-kostruzzjoni. |
CIF |
|
Għall-kuntatti/għas-sid legali (4) |
Isem |
Persuna fiżika: kunjom, isem Persuna ġuridika: isem |
CIF |
|
Indikatur tal-Persuna Ġuridika |
“Y” għal persuna ġuridika, “N” għal persuna fiżika — il-kodiċi (6) |
O |
|
Triq (5) |
L-isem tat-triq u l-kaxxa postali |
CIF |
|
Kaxxa postali (5) |
Il-kaxxa postali |
O |
|
Belt (5) |
L-isem tal-belt |
O |
|
Kodiċi postali (5) |
Il-kodiċi postali |
O |
|
Pajjiż (5) |
Il-pajjiż — il-kodiċi (6) |
O |
|
Numru tat-telefown |
In-numru internazzjonali tat-telefown: |
O |
|
Numru tal-faks |
In-numru internazzjonali tal-faks: |
O |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
L-indirizz tal-posta elettronika |
O |
|
Nazzjonalità |
In-nazzjonalità tal-kuntatt — il-kodiċi (6) |
O |
|
Identifikatur tal-kumpanija tal-OMI |
In-numru uniku ta' identifikazzjoni tal-kumpanija u tas-sid legali rreġistrat tal-OMI |
O |
Għall-kuntatti/għall-operatur (4) |
Isem |
Persuna fiżika: kunjom, isem Persuna ġuridika: isem |
CIF |
|
Indikatur tal-Persuna Ġuridika |
“Y” għal persuna ġuridika, “N” għal persuna fiżika — il-kodiċi (6) |
O |
|
Triq (5) |
L-isem tat-triq u l-kaxxa postali |
CIF |
|
Kaxxa postali (5) |
Il-kaxxa postali |
O |
|
Belt (5) |
L-isem tal-belt |
O |
|
Kodiċi postali (5) |
Il-kodiċi postali |
O |
|
Pajjiż (5) |
Il-pajjiż — il-kodiċi (6) |
O |
|
Numru tat-telefown |
In-numru internazzjonali tat-telefown: |
O |
|
Numru tal-faks |
In-numru internazzjonali tal-faks: |
O |
|
Indirizz tal-posta elettronika |
L-indirizz tal-posta elettronika |
O |
|
Nazzjonalità |
In-nazzjonalità tal-kuntatt — il-kodiċi (6) |
O |
|
Identifikatur tal-kumpanija tal-OMI |
In-numru uniku ta' identifikazzjoni tal-kumpanija u tas-sid legali rreġistrat tal-OMI |
O |
(1) Fil-każ ta' ċensiment tal-flotta, din hija d-data taċ-ċensiment fl-Istat Membru (l-Anness II). Għat-tipi l-oħra kollha ta' avveniment, id-data tad-dokument uffiċjali ta' reġistrazzjoni tal-avveniment għandha tiġi notifikata.
(2) L-irkaptu meqjus bħala li jintuża l-aktar ta' spiss abbord il-bastiment għal perjodu tas-sajd ta' sena jew għal kampanja tas-sajd.
(3) Jistgħu jiġu ddikjarati sa ħames irkapti.
(4) Jistgħu jiġu rreġistrati sa ħames kuntatti.
(5) L-indirizz ibbażat fuq it-triq, il-kaxxa postali, il-belt, il-kodiċi postali u l-pajjiż għandu jkun ċar biżżejjed biex il-kuntatt tal-flotta jista' jiġi kkuntattjat.
(6) Il-kodiċijiet (jew referenzi xierqa) huma elenkati fir-Reġistru tad-Dejta Ewlieni (MDR) tas-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni: https://ec.europa.eu/fisheries/cfp/control/codes_mt
(7) Ir-regoli dettaljati jinsabu fid-Dokument ta' Implimentazzjoni tal-Bastiment fir-Reġistru tad-Dejta Ewlieni (MDR) tas-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni: https://ec.europa.eu/fisheries/cfp/control/codes_mt
ANNESS II
Data taċ-ċensiment stabbilita skont il-pajjiż
BEL, DNK, FRA, GBR, PRT |
1.1.1989 |
NLD |
1.9.1989 |
DEU, ESP |
1.1.1990 |
IRL |
1.10.1990 |
ITA |
1.1.1991 |
GRC |
1.7.1991 |
SWE, FIN |
1.1.1995 |
CYP, EST, LTU, LVA, MT, POL, SVN |
1.5.2004 |
BGR, ROM |
1.1.2007 |
HRV |
1.7.2013 |
Stati Membri li ssieħbu wara l-1 ta' Lulju 2013 |
Id-data tal-adeżjoni |
FRA — Mayotte |
Kwalunkwe dati mill-1 ta' Jannar 2014 'il quddiem (1) |
(1) Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1385/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 u (KE) Nru 1224/2009, u r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1379/2013 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 86).
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/18 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/219
tat-8 ta' Frar 2017
dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (DSM 27273) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ispeċijiet minuri ta' porċini miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Chr. Hansen A/S)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u għall-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (DSM 27273). Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Dik l-applikazzjoni tirrigwarda l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (DSM 27273) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ispeċijiet minuri ta' porċini miftuma li għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-20 ta' Ottubru 2015 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (DSM 27273) ma għandhiex effett avvers fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent. Ġie konkluż ukoll li l-preparazzjoni għandha potenzjal li ttejjeb il-prestazzjoni fil-ħnienes miftuma. Din il-konklużjoni tista' tiġi estrapolata għall-ispeċijiet minuri ta' porċini miftuma meta l-addittiv jintuża fl-istess doża. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Din ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (DSM 27273) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2015;13(11):4269.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
CFU/unitajiet tas-sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana |
|||||||||||||||||
4b1826 |
Chr.Hansen A/S |
Bacillus subtilis DSM 27273 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 27273 li fiha minimu ta' 1,6 × 109 CFU/g ta' addittiv Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Spori vijabbli tal-Bacillus subtilis DSM 27273 Metodu analitiku (1) Identifikazzjoni u enumerazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 27273 fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf:
|
Ħnienes miftuma |
— |
4 × 108 |
— |
|
L-1 ta' Marzu 2027 |
||||||||
Speċijiet minuri ta' porċini miftuma |
— |
4 × 108 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/21 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/220
tat-8 ta' Frar 2017
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja wara rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
1.1. L-investigazzjonijiet preċedenti u l-miżuri fis-seħħ
(1) |
Bis-saħħa tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 861/2013 (2) il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja. |
(2) |
Bis-saħħa tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1106/2013 (3) il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja (“l-investigazzjoni oriġinali”). |
(3) |
F'Settembru 2015, dawn il-miżuri antidumping ġew emendati mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1483 (4) wara investigazzjoni mill-ġdid tal-assorbiment skont l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (5). |
(4) |
Id-dazju antidumping li attwalment japplika għal importazzjonijiet minn Venus Wire Industries Pvt. Ltd huwa ta' 9,4 % (attwalment japplika l-marġni ta' dumping ta' 12,4 % mingħajr id-dazju kompensatorju ta' 3 %) u għal Garg Inox Ltd ta' 8,4 % (attwalment japplika marġni ta' dumping ta' 11,8 % mingħajr dazju kompensatorju ta' 3,4 %). Id-dazju antidumping li japplika fil-preżent għal importazzjonijiet minn produtturi esportaturi fl-Indja li ma kkooperawx fl-investigazzjoni oriġinali huwa ta' 12,5 % (marġni ta' dumping ta' 16,2 % mingħajr id-dazju kompensatorju ta' 3,7 %). |
1.2. Talba għal rieżami interim parzjali
(5) |
Il-Kummissjoni rċeviet żewġ talbiet għal rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping attwali, limitati fil-kamp ta' applikazzjoni għall-analiżi tad-dumping. |
(6) |
Talba waħda għal rieżami ġiet ippreżentata mill-grupp Venus (“Venus”), grupp ta' produtturi esportaturi mill-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”). Il-grupp Venus jinkludi l-kumpaniji Venus Wire Industries Pvt. Ltd, Precision Metals, Hindustan Inox. Ltd Sieves Manufacturer India, Pvt. Ltd, u l-importatur relatat Venus Edelstahl GmbH. |
(7) |
Saret talba oħra għal rieżami minn Garg Inox Ltd (“Garg”), produttur esportatur mill-Indja. Venus u Garg huma msemmija flimkien bħala “l-applikanti”. |
(8) |
Fit-talbiet tagħhom, l-applikanti sostnew li ċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom ġew imposti l-miżuri antidumping inbidlu u li dawn il-bidliet huma ta' natura dejjiema. L-applikant ipprovda evidenza prima facie li t-tkomplija tal-impożizzjoni tal-miżura fil-livell attwali tagħha ma għadhiex meħtieġa biex tagħmel tajjeb għad-dumping inġurjuż. |
1.3. Bidu ta' rieżami interim parzjali
(9) |
Meta stabbilixxiet, wara li infurmat lill-Istati Membri, li hemm biżżejjed provi li jiġġustifikaw il-bidu ta' rieżami interim parzjali limitat għall-eżami ta' dumping sa fejn jirrigwarda l-applikanti, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta' avviż ippubblikat fil-11 ta' Diċembru 2015 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) il-bidu ta' rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, limitat fil-kamp ta' applikazzjoni għall-eżami ta' dumping fir-rigward tal-applikanti. |
1.4. Investigazzjoni
(10) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-produtturi esportaturi investigati u rċeviet tweġiba mingħandhom fiż-żmien ta' skadenza stipulat għal dan l-għan. |
(11) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għad-determinazzjoni tad-dumping. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
(12) |
B'talba ta' Venus, kien hemm smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tan-negozju fis-26 ta' Lulju 2016. |
1.5. Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami
(13) |
L-investigazzjoni tal-livell ta' dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2014 sat-30 ta' Settembru 2015 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami”). |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott ikkonċernat
(14) |
Il-prodott investigat huwa ddefinit bħala wajers tal-azzar inossidabbli li fihom piż ta':
li joriġina fl-Indja, u attwalment jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 7223 00 19 u 7223 00 99 (“il-prodott kkonċernat”). |
2.2. Prodott simili
(15) |
L-investigazzjoni ta' rieżami kkonfermat li l-wajers tal-azzar inossidabbli kif definiti fil-premessa (14) aktar 'il fuq li ġew prodotti mill-applikanti u mibjugħa domestikament għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi u l-istess użi bażiċi bħall-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni. |
(16) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għaldaqstant prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. NATURA DEJJIEMA TAĊ-ĊIRKOSTANZI MIBDULA
(17) |
Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iċ-ċirkostanzi mibdula li ġew allegati mill-applikanti jistgħux jiġu kkunsidrati b'mod raġonevoli li huma ta' natura dejjiema. |
Venus
(18) |
Huwa mfakkar li fl-investigazzjoni inizjali, ġie applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward ta' Venus biex tiġi ddeterminata l-ispiża tal-produzzjoni u tal-kalkolu tal-marġni ta' dumping. Dan kien minħabba li l-informazzjoni rigward il-gradi tal-azzar inossidabbli kienet ikkunsidrata mhux kredibbli peress li ma kienx possibbli li jsir intraċċar eżatt skont il-gradi ta' azzar inossidabbli individwali fl-istadji kollha tal-proċess ta' produzzjoni. |
(19) |
Fit-talba tiegħu għal rieżami, Venus talab bidliet fil-kontabilità u fis-sistema ta' ġestjoni tal-inventarju tiegħu. L-evidenza miksuba u vverifikata matul l-investigazzjoni wriet li Venus implimenta kontrolli ta' softwer ġodda fis-sistema ta' ġestjoni ta' inventarju tiegħu, li jiffaċilitaw lill-kumpanija tintraċċa gradi tal-azzar ossidabbli individwali matul il-proċess tal-produzzjoni. Dawn il-kontrolli eliminaw ir-riskju ta' diskrepanzi fil-livell ta' gradi ta' azzar inossidabbli individwali. Għalhekk, id-distribuzzjoni rapportata tal-materja prima bażika minn grad tal-azzar inossidabbli tista' tiġi kkunsidrata affidabbli għad-determinazzjoni tal-ispejjeż u l-prezzijiet tal-bejgħ ta' tipi ta' prodotti individwali, li jkollha impatt fuq l-ispiża tal-produzzjoni għall-prodott ikkonċernat u fuq il-kalkolu tal-marġni ta' dumping. Iċ-ċirkustanza deskritta hawnhekk x'aktarx mhux se tinbidel fil-futur prevedibbli b'mod li jista' jaffettwa dawn is-sejbiet. |
(20) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li rigward Venus, iċ-ċirkostanzi mibdula huma ta' natura dewwiema. |
Garg
(21) |
Fl-investigazzjoni, Garg wasslet volum sinifikanti ta' esportazzjonijiet permezz ta' importatur relatat fl-Unjoni. Il-kumpanija talbet li peress li s-sussidjarja tagħha fl-Unjoni ingħalqet, ir-relazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet ma kinitx għadha teżisti u li dan kien jinvolvi bidla sinifikanti fil-kalkoli tal-marġni ta' dumping peress li ma hemmx il-bżonn li l-prezzijiet ta' esportazzjoni jinħadmu skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. |
(22) |
L-investigazzjoni kkonfermat l-għeluq tas-sussidjarja fl-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li ċ-ċirkostanzi mibdula rigward Garg huma ta' natura sinifikanti u dewwiema. |
4. DUMPING
(a) Introduzzjoni
(23) |
Kif stipulat hawn taħt, irriżultaw għadd ta' intoppi fir-rigward ta' Garg li wasslu sabiex il-Kummissjoni tikkunsidra l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
(24) |
Il-verifika fil-post għand Garg uriet li l-kumpanija kellha kummissjonijiet pagabbli fuq tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni lill-importatur relatat preċedenti fl-Unjoni waqt perjodu ta' rieżami interim iżda naqset milli tirrapportahom fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju. |
(25) |
Permezz ta' ittra tat-30 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni informat lil Garg li għar-raġuni stipulata fil-premessa (24), hija kien biħsiebha tapplika l-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku sa fejn kienu kkonċernati dawk il-kummissjonijiet. |
(26) |
Il-kumpanija kkummentat dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tuża fatti disponibbli fil-15 ta' Ġunju 2016 u qablet li l-kummissjonijiet għal xi tranżazzjonijiet ma kinux ġew rapportati u li l-fatti disponibbli setgħu ntużaw biex jiġi ddeterminat l-ammont tal-kummissjonijiet. |
(27) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-kummenti tal-kumpanija u kkonkludiet li l-kumpanija ma tikkontestax ir-raġuni stipulata fil-premessa (24). B'hekk, f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni użat l-aħjar fatti disponibbli fir-rigward tal-kummissjonijiet fil-kalkolu tal-marġni ta' dumping. |
(b) Valur normali
(28) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku għall-applikanti kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku huwa rappreżentattiv jekk, għal kull applikant, il-volum tal-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku kien jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Abbażi ta' dan, il-bejgħ totali tal-prodott simili fuq is-suq domestiku kien rappreżentattiv għall-applikanti. |
(29) |
Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat it-tipi ta' prodott mibjugħa lokalment li kienu identiċi jew komparabbli mat-tipi ta' prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għal kull applikant. |
(30) |
Imbagħad il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta' kull wieħed mill-applikanti fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta' prodott li jkun identiku jew komparabbli ma' tip ta' prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' dak it-tip ta' prodott lil konsumaturi indipendenti matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni tat-tip ta' prodott identiku jew komparabbli. |
(31) |
Il-Kummissjoni sabet li għal Garg, il-maġġoranza tat-tipi ta' prodott kienu rappreżentattivi. Fir-rigward ta' Venus, kien hemm biss xi tipi ta' prodott li kienu rappreżentattivi. Għat-tipi ta' prodott li ma kinux rappreżentattivi, il-Kummissjoni pproċediet kif stipulat fil-premessi (36) u (37). |
(32) |
Imbagħad, il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon ta' bejgħ bi profitt lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
(33) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku reali għal kull tip ta' prodott, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ irendix profitt jew le, jekk:
|
(34) |
F'dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja peżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
(35) |
Il-valur normali huwa l-prezz domestiku reali skont it-tip ta' prodott tal-bejgħ domestiku bi profitt biss, tat-tipi ta' prodott matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, jekk:
|
(36) |
Bħala riżultat tat-testijiet imsemmija hawn fuq, il-valur normali għal kull wieħed minn dawn l-applikanti ġie kkalkulat bħala medja peżata tal-bejgħ bi profitt tagħhom, minbarra meta ma kien hemm l-ebda jew ma kienx hemm biżżejjed bejgħ ta' tip ta' prodott tal-prodott simili fil-perkors normali tal-kummerċ, jew fejn tip ta' prodott ma jkunx inbigħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, meta l-Kummissjoni ħadmet il-valur normali skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku. |
(37) |
Il-valur normali nħadem billi żdied dan li ġej mal-ispiża medja tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-applikant ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami:
L-ispiża ta' produzzjoni ġiet aġġustata, meta kien meħtieġ. |
(c) Il-prezz tal-esportazzjoni
(38) |
Venus esporta lejn l-Unjoni direttament lil konsumaturi indipendenti jew permezz ta' kumpanija relatata li taġixxi bħala importatur. |
(39) |
F'każijiet fejn il-prodott ikkonċernat ġie esportat direttament lill-klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu. |
(40) |
Meta l-bejgħ bl-esportazzjoni lejn l-Unjoni jkun sar permezz ta' kumpanija relatata li taġixxi bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit f'konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezzijiet li bihom il-prodotti importati l-ewwel inbiegħu mill-ġdid lil xerrej indipendenti, aġġustat għall-ispejjeż kollha li saru bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, kif ukoll marġni raġonevoli għall-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u għall-profitti. L-ispejjeż ġenerali u amministrattivi proprji tal-importatur relatat intużaw u, minħabba nuqqas ta' kredibbiltà tal-marġni tal-profitt tal-importatur relatat u fin-nuqqas tal-informazzjoni ta' profitt minn importatur mhux relatat f'din l-investigazzjoni, sar użu mir-rata ta' profitt applikata fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri ta' 5 %. |
(41) |
F'dak li jikkonċerna Grag, il-bejgħ ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni sar direttament lejn konsumaturi indipendenti, u għalhekk il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezz ta' esportazzjoni abbażi tal-prezzijiet li fil-fatt tħallsu jew li huma pagabbli għall-bejgħ tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
(d) Tqabbil
(42) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-applikanti fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika. |
(43) |
Jekk kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
(44) |
Saru aġġustamenti biex jiġu kkunsidrati l-ispejjeż relatati mat-trasport, l-ispejjeż ta' immaniġġjar, tagħbija u spejjeż anċillarji, l-ispejjeż relatati mal-importazzjoni, l-ispejjeż ta' kreditu, l-ispejjeż bankarji, u l-kummissjonijiet. Rigward Garg, il-Kummissjoni għamlet użu mill-aħjar fatti disponibbli rigward l-ammont ta' kummissjonijiet fuq l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. |
(e) Il-marġni ta' dumping
(45) |
Għall-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju peżat ta' kull tip ta' prodott simili mal-medja peżata tal-prezz tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
(46) |
Abbażi ta' dan, il-medja peżata tal-marġni ta' dumping ta' Venus espressa bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, hija 9,9 % u ta' Garg 19,2 %. |
(47) |
Minħabba li l-marġni ta' dumping rivedut għal Garg huwa ogħla mill-marġni ta' dumping għall-kumpaniji l-oħra kollha li ma kkooperawx fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrevedi wkoll il-marġni ta' dumping għall-kumpaniji l-oħra kollha li ma kkooperawx fl-investigazzjoni oriġinali għal-livell tal-marġni ta' dumping ta' Garg, li issa huwa l-ogħla fost il-kumpaniji kollha li kkooperaw. |
5. MIŻURI ANTIDUMPING
(48) |
Venus, Garg u l-industrija tal-Unjoni kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li tiġi emendata r-rata ta' dazju applikabbli għal Venus u Garg u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. |
(49) |
Wara d-divulgazzjoni, wieħed mill-produtturi esportaturi kkontesta d-devjazzjoni mill-metodu ta' kalkolu applikat fl-investigazzjoni oriġinali. Il-produttur esportatur argumenta li (i) il-Kummissjoni kklassifikat mill-ġdid xi tipi tal-prodott ikkonċernat meta mqabbla mal-investigazzjoni oriġinali, li (ii) il-Kummissjoni użat metodu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż differenti minn dak fl-investigazzjoni oriġinali, kuntrarju għall-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, u li (iii) l-esklużjoni ta' ċerti gradi ta' azzar mill-kalkolu tal-marġni ta' dumping ma kinitx ġustifikata. |
(50) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li taġġusta l-klassifikazzjoni ta' xi tipi tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili fi gruppi ta' tipi ta' prodott fit-test tal-andament ordinarju tal-kummerċ u l-finijiet ta' tqabbil fuq il-bażi tal-karatteristiċi fiżiċi ta' dawn il-prodotti. Il-karatteristiċi fiżiċi ma ġġustifikawx il-klassifikazzjoni magħmula mill-produttur esportatur innifsu. Hija l-kwistjoni ta' klassifikazzjoni preċiża tal-karatteristiċi tal-prodott ikkonċernat li tippermetti klassifikazzjoni preċiża fi ħdan it-tipi ta' prodott. Dan l-aġġustament ma jikkonċernax il-“metodoloġija” msemmija fl-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku iżda d-determinazzjoni korretta tal-valur normali fuq il-bażi tal-fatti miġbura u vverifikati matul din l-investigazzjoni. Dan, għalhekk, ma jikkostitwixxix bidla fil-metodoloġija. Din it-talba, għalhekk, għandha tiġi rifjutata. |
(51) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli rigward id-determinazzjoni definittiva tal-ispiża tal-produzzjoni u l-kalkolu tal-marġni ta' dumping għal dan il-produttur esportatur. Il-produttur esportatur iddikjara li ċ-ċirkostanzi fir-rigward tal-elementi kostituttivi tal-kalkolu tad-dumping, jiġifieri l-ispiża tal-produzzjoni, inbidlu u li dik il-bidla kienet ta' natura dejjiema. Huwa mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli biex tiddetermina l-ispiża tal-materja prima. L-essenza tal-bidla fl-investigazzjoni attwali hija li l-Kummissjoni ddeċidiet li tuża d-dejta tal-ispejjeż għall-materja prima tal-produttur esportatur. Din mhijiex bidla fil-metodoloġija. Madankollu, anki jekk il-metodu ta' kalkolu attwali kellu jiġi kkunsidrat bħala bidla fil-metodoloġija, il-fini tal-investigazzjoni ta' rieżami attwali hija li jiġu stabbiliti sejbiet ġodda minħabba ċirkostanzi mibdula fir-rigward tal-elementi kostituttivi fil-kalkolu ta' dumping, jiġifieri l-ispiża tal-produzzjoni. Il-fatt li jiġġustifika l-bidla fil-metodoloġija kien li kieku l-talba tal-produttur esportatur innifsu fir-rigward ta' ċirkostanzi mibdula ġiet aċċettata. Il-produttur esportatur ddikjara li l-Kummissjoni missha segwiet metodu tal-allokazzjoni tal-ispejjeż tal-ipproċessar li ntuża fl-investigazzjoni oriġinali. Madankollu, dan il-metodu tal-allokazzjoni ġie applikat taħt ċirkostanzi speċifiċi ta' użu tal-fatti disponibbli għad-determinazzjoni tal-ispiża tal-produzzjoni. Fid-dawl li fl-investigazzjoni attwali il-Kummissjoni tuża d-dejta proprja tal-produttur esportatur, il-Kummissjoni setgħet tapplika metodu tal-allokazzjoni xieraq, xi ħaġa li ma kinitx possibbli fl-investigazzjoni oriġinali minħabba l-użu tal-fatti disponibbli. Barra minn hekk, il-metodoloġija proposta mill-produttur esportatur kienet stabbilita biss għall-fini ta' din l-investigazzjoni ta' antidumping, ma kinitx tirrifletti politiki ta' kontabilità użati storikament, ma setgħetx tiġi applikata għall-produzzjoni sħiħa tal-kumpanija u ma kinitx tirrifletti b'mod xieraq il-muturi tal-ispejjeż għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili. Skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża allokazzjoni bbażata fuq il-valur miżjud mal-ispiża tal-materja prima waqt il-proċess tal-manifatturar, li hija differenti mill-allokazzjoni fuq il-bażi tal-fatturat u tinnewtralizza l-impatt kbir li l-ispiża tal-materja prima jista' jkollha fuq il-fatturat ta' kull tip ta' prodott. |
(52) |
L-istess produttur esportatur iddikjara li l-Kummissjoni injorat b'mod inkorrett ċerti kwantitajiet ta' azzar mixtrija mill-kalkolu tal-kost tal-produzzjoni. It-tip ta' materja prima użata huwa l-kriterju tal-klassifikazzjoni tal-prodott ikkonċernat fit-test tal-andament normali tal-kummerċ u għal finijiet ta' tqabbil. Sabiex tikkalkula l-ispiża tal-materja prima għal kull tip ta' prodott mibjugħ mill-kumpanija, il-Kummissjoni żammet ir-rekords tal-ispiża li qablu mal-ispeċifikazzjonijiet mitluba mill-klassifikazzjoni tal-prodott ikkonċernat u li jistgħu jkunu konnessi b'mod dirett mal-bejgħ rapportat mill-kumpanija taħt din il-klassifikazzjoni. Ir-raggruppar tal-materja prima fuq livell differenti, kif propost mill-kumpanija, ma ġiex ikkunsidrat bħala alternattiva konsistenti u raġonevoli. Għalhekk, it-talba għandha tiġi rifjutata. |
(53) |
Il-produttur esportatur iddikkjara li l-investigazzjoni mill-ġdid ta' kontra l-assorbiment hija l-investigazzjoni li wasslet għall-obbligu attwali u skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku jinħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-istess metodoloġija bħal fl-investigazzjoni mill-ġdid ta' kontra l-assorbiment. Dan kien partikolarment relatat ma' (i) il-kalkolu ta' spiża unika ta' produzzjoni għal kull tip ta' prodott ikkonċernat u l-prodott simili, irrispettivament minn jekk kienx inbigħ fis-suq domestiku jew fuq swieq tal-esportazzjoni u (ii) l-aġġustament fil-klassifikazzjoni ta' tipi ta' prodott differenti fi gruppi b'karatteristiċi simili fit-test tal-andament normali tal-kummerċ u għal finijiet ta' tqabbil, biex jiġu kkunsidrati tip ta' prodott speċifiku u l-esklużjoni ta' ċerti gruppi ta' tipi ta' prodott speċifiċi għall-kumpanija. |
(54) |
L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tad-dazju fil-livell attwali hija l-investigazzjoni oriġinali. L-investigazzjoni mill-ġdid ta' kontra l-assorbiment ma rrevedietx ir-rata tad-dazju għal dan il-produttur esportatur. Għalhekk, it-talba li l-Kummissjoni missha użat l-istess metodoloġija bħal dik fl-investigazzjoni mill-ġdid ta' kontra l-assorbiment, għandha tiġi rifjutata. |
(55) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, l-ispiża tal-produzzjoni ta' dan il-produttur esportatur kienet ibbażata fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' produtturi esportaturi oħra li kkooperaw, mingħajr ma saret distinzjoni bejn il-prodotti mibjugħa domestikament u dawk mibjugħa fis-swieq tal-esportazzjoni. It-talba li l-Kummissjoni użat metodu differenti fl-investigazzjoni oriġinali billi kkalkolat spiża ta' produzzjoni unika għal kull tip ta' prodott, irrispettivament minn jekk inbigħx fuq is-suq domestiku jew is-swieq tal-esportazzjoni, hija għalhekk mingħajr bażi u t-talba għandha tiġi rifjutata. |
(56) |
Rigward l-aġġustament fil-gruppi ta' tipi ta' prodotti użati fit-test tal-andament normali tal-kummerċ u għall-finijiet ta' tqabbil, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiddefinixxi b'mod aktar preċiż il-kamp ta' applikazzjoni tat-tip ta' prodott fuq il-bażi tal-karatteristiċi fiżiċi tiegħu. Il-produttur esportatur spjega waqt iż-żjara ta' verifika li dan it-tip inbigħ f'suq niċċa u kellu spiża komparabbli ta' produzzjoni bħal prodotti oħra fl-istess grupp ta' tipi ta' prodott, iżda prezzijiet materjalment ogħla. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet ġew affettwati u li kien ġustifikat aġġustament għall-karatteristiċi fiżiċi skont l-Artikolu 2(10)(a) tar-Regolament bażiku. Hija l-kwistjoni tal-klassifikazzjoni preċiża tal-karatteristiċi tal-prodott ikkonċernat li tippermetti l-klassifikazzjoni preċiża fit-tipi ta' prodotti u tqabbil preċiż. Dan l-aġġustament, għalhekk, ma jikkostitwixxix bidla fil-metodoloġija u għalhekk din it-talba għandha tiġi rifjutata. |
(57) |
Wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur talab korrezzjoni 'l fuq tal-prezz tal-esportazzjoni fir-rigward tal-krediti relatati mal-Iskema ta' Rifużjoni tad-Dazju u l-Iskema ta' Fokus fuq is-Suq u allowance għal spejjeż tal-kreditu meta jinħadem il-valur normali. Madankollu, skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku, aġġustament tal-ħlasijiet tal-importazzjoni jista' jiġi applikat, jekk ġustifikat, biss għall-valur normali u mhux għall-prezz ta' esportazzjoni. Fir-rigward tat-talba għal aġġustament tal-ispiża tal-kreditu fil-valur normali maħdum, jiġi nnutat li tali aġġustament huwa pprovdut biss taħt l-Artikolu 2(10)(g) tar-Regolament bażiku meta l-valur normali jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-prezzijiet mitluba u mhux meta, fin-nuqqas ta' prezzijiet bħal dawn, jinħadem il-valur normali. Konsegwentement, iż-żewġ talbiet għandhom jiġu rifjutati. |
(58) |
Il-Kummissjoni aċċettat it-talbiet ta' dan il-produttur tal-esportazzjoni rigward l-esklużjoni ta' ċerti gruppi ta' tipi ta' prodott speċifiċi tal-kumpanija u xi żbalji klerikali rigward ir-rapportar doppju tal-allowance, l-aġġustament ta' stokk u l-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni tal-ispejjeż tal-ipproċessar. L-aċċettazzjoni ta' dawn it-talbiet wasslet għal żieda fil-marġni ta' dumping ta' dan il-produttur esportatur. |
(59) |
Wara d-divulgazzjoni, Eurofer affermat li d-dettalji disponibbli fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-fajl kienu limitati wisq biex jipprovdu kummenti sinifikanti dwar l-inkjesta, iżda minkejja dan hija approvat il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. |
(60) |
Skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament bażiku, l-informazzjoni li hija ta' xorta kunfidenzjali jew li hija mogħtija fuq bażi kunfidenzjali minn partijiet għall-investigazzjoni għandha tiġi ttrattata bħala tali. Peress li l-produtturi esportaturi pprovdew sommarji mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni kunfidenzjali li jippermetti li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b'mod kunfidenzjali tinftiehem b'mod raġonevoli, il-Kummissjoni rrifjutat din it-talba. |
(61) |
Il-marġni ta' dumping u r-rata ta' dazju riveduti ġew divulgati lill-partijiet ikkonċernati. Wara d-divulgazzjoni finali addizzjonali, iż-żewġ produtturi esportaturi tennew il-kummenti preċedenti tagħhom. |
(62) |
Wara l-investigazzjoni ta' rieżami, ir-rati ta' dazju antidumping rivedut li jkunu applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn Venus jammontaw għal 6,9 % (jiġifieri l-marġni ta' dumping ta' 9,9 % mingħajr id-dazju kompensatorju ta' 3 %). |
(63) |
Ir-rata ta' dazju antidumping rivedut li tkun applikabbli għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn Garg tammonta għal 10,3 % (jiġifieri l-marġni ta'dumping ta' 13,7 % mingħajr id-dazju kompensatorju ta' 3,4 %). |
(64) |
Peress li l-marġni ta' dumping rivedut għal Garg wara d-divulgazzjoni finali mhuwiex aktar għoli mill-marġni ta' dumping għall-kumpaniji l-oħrajn li ma kkooperawx fl-investigazzjoni oriġinali, ma jenħtieġx li l-marġni ta' dumping u r-rata ta' dazju għall-kumpaniji l-oħra kollha li ma jikkooperawx fl-investigazzjoni oriġinali jiġu riveduti kif stipulat fil-premessa (47) aktar 'il fuq. |
(65) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tabella stabbilita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1106/2013, kif emendata l-aħħar mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1483, għandha tiġi sostitwita mit-tabella li ġejja:
Il-kumpanija |
Dazju (%) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
Garg Inox, Bahadurgarh, Haryana u Pune, Maharashtra |
10,3 |
B931 |
KEI Industries Ltd, New Delhi |
7,7 |
B925 |
Macro Bars and Wires, Mumbai, Maharashtra |
0,0 |
B932 |
Nevatia Steel & Alloys, Mumbai, Maharashtra |
0,7 |
B933 |
Raajratna Metal Industries, Ahmedabad, Gujarat |
12,5 |
B775 |
Venus Wire Industries Pvt. Ltd, Mumbai, Maharashtra |
6,9 |
B776 |
Precision Metals, Mumbai, Maharashtra; |
6,9 |
B777 |
Hindustan Inox Ltd., Mumbai, Maharashtra |
6,9 |
B778 |
Sieves Manufacturer India Pvt. Ltd, Mumbai, Maharashtra |
6,9 |
B779 |
Viraj Profiles Limited, Palghar, Maharashtra and Mumbai, Maharashtra |
6,8 |
B780 |
Il-kumpaniji elenkati fl-Anness |
8,4 |
Ara l-Anness |
Il-kumpaniji l-oħra kollha, minbarra l-kumpaniji inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni inizjali u kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun li jikkooperaw magħhom |
16,2 |
B999 |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 861/2013 tat-2 ta' Settembru 2013 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 240,7.9.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 tal-5 ta' Novembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 298, 8.11.2013, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1483 tal-1 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja wara investigazzjoni mill-ġdid ta' assorbiment skont l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 228, 2.9.2015, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51). Dan ir-Regolament ġie revokat bir-Regolament bażiku.
(6) ĠU C 411, 11.12.2015, p. 4.
ANNESS
Produtturi esportaturi Indjani li kkooperaw li mhumiex parti mill-kampjun
Isem il-kumpanija |
Belt |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
Amar Precision Wire Products Pvt. Ltd |
Satara, Maharashtra |
B121 |
Bekaert Mukand Wire Industries |
Lonand, Tal. Khandala, Satara District, Maharastra |
C189 |
Bhansali Bright Bars Pvt. Ltd |
Mumbai, Maharashtra |
C190 |
Bhansali Stainless Wire |
Mumbai, Maharashtra |
C191 |
Chandan Steel |
Mumbai, Maharashtra |
C192 |
Drawmet Wires |
Bhiwadi, Rajastan |
C193 |
Jyoti Steel Industries Ltd |
Mumbai, Maharashtra |
C194 |
Mukand Ltd |
Thane |
C195 |
Panchmahal Steel Ltd |
Dist. Panchmahals, Gujarat |
C196 |
Superon Schweisstechnik India Ltd |
Gurgaon, Haryana |
B997 |
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/30 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/221
tat-8 ta' Frar 2017
li jemenda għall-259 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da' esh) u tal-Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fit-3 ta' Frar 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali” titħassar:
“Gulbuddin Hekmatyar (magħruf ukoll bħala (a) Gulabudin Hekmatyar, (b) Golboddin Hikmetyar, (c) Gulbuddin Khekmatiyar, (d) Gulbuddin Hekmatiar, (e) Gulbuddin Hekhmartyar, (f) Gulbudin Hekmetyar). Data tat-twelid: 1.8.1949. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Kunduz, fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Jappartjeni għat-tribù Kharoti; (b) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan sa minn Jannar 2011; (c) Isem missieru hu Ghulam Qader. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 20.2.2003.”
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/32 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/222
tat-8 ta' Frar 2017
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
125,5 |
TN |
311,6 |
|
TR |
141,3 |
|
ZZ |
192,8 |
|
0707 00 05 |
MA |
79,2 |
TR |
182,1 |
|
ZZ |
130,7 |
|
0709 91 00 |
EG |
181,2 |
ZZ |
181,2 |
|
0709 93 10 |
MA |
93,3 |
TR |
215,3 |
|
ZZ |
154,3 |
|
0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28 |
EG |
40,2 |
IL |
80,7 |
|
MA |
45,8 |
|
TN |
53,0 |
|
TR |
77,7 |
|
ZZ |
59,5 |
|
0805 21 10 , 0805 21 90 , 0805 29 00 |
EG |
101,6 |
IL |
134,2 |
|
MA |
89,2 |
|
TR |
88,2 |
|
ZZ |
103,3 |
|
0805 22 00 |
IL |
109,8 |
MA |
98,9 |
|
ZZ |
104,4 |
|
0805 50 10 |
EG |
68,7 |
TR |
83,6 |
|
ZZ |
76,2 |
|
0808 10 80 |
CN |
139,4 |
US |
205,0 |
|
ZZ |
172,2 |
|
0808 30 90 |
CL |
181,7 |
CN |
80,7 |
|
ZA |
107,9 |
|
ZZ |
123,4 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/34 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/223
tas-7 ta' Frar 2017
li tawtorizza laboratorju fil-Brażil biex iwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effikaċja tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra r-rabja
(notifikata bid-dokument C(2017) 572)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta' Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta' testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni 2000/258/KE ħatret lill-Agence française de sécurité sanitaire des aliments (l-AFSSA) f'Nancy, Franza, bħala l-istitut speċifiku responsabbli mill-iffissar tal-kriterji meħtieġa biex jiġu standardizzati t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabja. L-AFSSA issa ġiet integrata fl-Agence nationale de sécurité sanitaire de l'alimentation, de l'environnement et du travail (l-ANSES) fi Franza. |
(2) |
Fost l-oħrajn, id-Deċiżjoni 2000/258/KE tipprevedi li l-ANSES għandha tivvaluta l-laboratorji f'pajjiżi terzi li jkunu applikaw għall-approvazzjoni biex iwettqu t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effikaċja tat-tilqim kontra r-rabja. |
(3) |
L-awtorità kompetenti tal-Brażil ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju “LANAGRO/PE”, f'Recife, u l-ANSES stabbiliet u ssottomettiet lill-Kummissjoni rapport ta' valutazzjoni favorevoli bid-data tad-19 ta' Ottubru 2016 għal dan il-laboratorju. |
(4) |
Il-laboratorju “LANAGRO/PE”, f'Recife għandu għalhekk ikun awtorizzat li jwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effikaċja tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra r-rabja. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2000/258/KE, il-laboratorju msemmi hawn taħt huwa awtorizzat jwettaq it-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effikaċja tal-vaċċini kontra r-rabja fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa:
LANAGRO/PE (Laboratório Nacional Agropecuário em Pernambuco) |
Rua Manoel de Medeiros, s/no |
Dois Irmãos — CEP: 52171-030 |
Recife/PE |
IL-BRAŻIL |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Marzu 2017.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/36 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/224
tat-8 ta' Frar 2017
li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali li jippermettu lis-servizz kummerċjali offrut mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo jissodisfa l-funzjoni prevista fl-Artikolu 2(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3)(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 jipprevedi li servizz kummerċjali offrut mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo, għandu jippermetti l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet għall-użu professjonali jew kummerċjali permezz ta' titjib fil-prestazzjoni u dejta b'valur aktar miżjud minn dawk miksuba permezz tas-servizz miftuħ. |
(2) |
Is-servizz kummerċjali huwa wieħed mill-elementi essenzjali tas-sistema stabbilita skont il-programm Galileo minħabba li, minn naħa waħda, is-sistemi globali l-oħra ta' navigazzjoni bis-satellita (il-GNSS) ma jinkludux servizz ta' dan it-tip u, min-naħa l-oħra, dan huwa mistenni jiġġenera dħul skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013. L-aċċess għalih għandu jkun soġġett għal ħlas. Il-politika tal-ipprezzar tas-servizz kummerċjali mhijiex koperta minn din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li tiġi definita fi stadju aktar tard. |
(3) |
Is-servizz kummerċjali għandu jingħata permezz ta' kuntratt ma' fornitur wieħed jew aktar tas-servizz. |
(4) |
Jenħtieġ li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali tas-servizz kummerċjali jiġu stabbiliti issa stess, peress li jridu jgħaddu bosta snin minn meta dawn jiġu stabbiliti għal meta s-servizz jibda jintuża b'mod effettiv. It-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet kien is-suġġett ta' diversi studji, esperimenti u konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati matul dawn l-aħħar snin. Huwa wkoll ir-riżultat ta' kompromess bejn il-bżonn li jiġi pprovdut valur miżjud reali għall-benefiċċju tal-utenti, minn naħa waħda, u l-bżonn li jitnaqqsu kemm jista' jkun il-modifiki fis-sistema, minħabba li dawn jinvolvu riskju, u li tkun irrispetatta l-iskeda taż-żmien stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1285/2013, min-naħa l-oħra. |
(5) |
Konsegwentement, sabiex ikunu jistgħu jiġu żviluppati applikazzjonijiet għall-użu professjonali jew kummerċjali, huwa essenzjali, u teknikament fattibbli, li s-servizz kummerċjali jtejjeb żewġ affarijiet ewlenin fis-servizz miftuħ, jiġifieri preċiżjoni akbar f'termini tal-ġeolokalizzazzjoni u kapaċità ta' awtentikazzjoni msaħħa. Barra minn hekk, sabiex jissodisfa bl-aqwa mod il-ħtiġijiet varji ta' komunitajiet ta' utenti differenti tas-servizz kummerċjali, huwa essenzjali li t-titjib f'dawn iż-żewġ affarijiet jiġi offrut b'mod separat. |
(6) |
Preċiżjoni għolja f'termini tal-ġeolokalizzazzjoni għandha testendi l-kamp tal-applikazzjonijiet tat-teknoloġija tar-radjunavigazzjoni bis-satellita. Għalhekk huwa importanti li titjieb il-kwalità tad-dejta fornuta mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo ħalli l-iżball fil-pożizzjonament jitnaqqas għal inqas minn deċimetru f'kundizzjonijiet nominali tal-użu. Ta' min jinnota li s-sinjali trażmessi minn sistemi globali oħra tar-radjunavigazzjoni bis-satellita, bħal, pereżempju, is-sistema ta' lokalizzazzjoni bis-satellita (il-GPS) tal-Istati Uniti, jistgħu jgħinu wkoll biex jintlaħaq dan l-għan. |
(7) |
Il-kapaċità ta' awtentikazzjoni għandha żżid il-livell ta' sigurtà u tipprevjeni b'mod partikolari r-riskji ta' falsifikazzjoni u ta' frodi. Għal dan l-iskop jeħtieġ li jiġu inkorporati elementi addizzjonali fis-sinjali tas-satellita sabiex l-utenti jkunu ċerti li l-informazzjoni li jirċievu tkun ġejja verament mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo u mhux tkun ġejja minn xi sors ieħor mhux magħruf. Pereżempju, il-kapaċità ta' awtentikazzjoni tas-servizz kummerċjali minn naħa waħda tintegra l-kapaċità ta' awtentikazzjoni ta' dejta marbuta mal-ġeolokalizzazzjoni li tkun inkorporata fis-sinjali tas-servizz miftuħ offrut mingħajr ħlas, u min-naħa l-oħra, bi skop ta' protezzjoni mtejba, tkun tinkludi wkoll identifikazzjoni partikolari tas-sinjali permezz tal-qari tal-kodiċijiet kriptati li wkoll jinsabu fis-sinjali u li l-aċċess għalihom se jkun bi ħlas. |
(8) |
Qabel ma jinbeda l-iżvilupp operazzjonali tas-servizz kummerċjali, għandha titwettaq analiżi tar-riskju komprensiva. Din l-analiżi għandha sseħħ qabel il-konklużjoni pożittiva tal-“GNSS Service Centre delta Critical Design Review”, li hija prevista għall-1 ta' Ġunju 2017. |
(9) |
Is-servizz kummerċjali għandu jipprovdi valur miżjud meta mqabbel mas-servizz miftuħ sabiex jippermetti l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet għall-użu professjonali jew kummerċjali, u għalhekk għandu jkun aċċessibbli għall-akbar numru possibbli ta' utenti u jkun jinkludi kriptaġġ kummerċjali. Għal dan l-għan, l-użu ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (IKUE) minn naħa tal-fornitur tas-servizz kummerċjali msejjaħ “Commercial Service Provider” jew tal-utent finali mhuwiex previst la għas-servizz miftuħ u lanqas għas-servizz kummerċjali. Madankollu, jekk użu ta' dan it-tip ikun meħtieġ, dan għandu jiġi deċiż f'konformità mar-regoli dwar is-sigurtà previsti fl-Artikolu 17(a) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013, abbażi b'mod partikolari ta' analiżi tar-riskju tas-sigurtà, filwaqt li titqies bis-sħiħ l-opinjoni tal-esperti tal-Istati Membri. Din id-Deċiżjoni għandha tqis ukoll analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji. |
(10) |
L-ispeċifikazzjonijiet li huma soġġetti għal din id-Deċiżjoni huma konformi mar-regoli stabbiliti fil-livell internazzjonali fil-qasam tar-radjunavigazzjoni, b'mod partikolari mal-istandards stabbiliti mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim konkluż fis-26 ta' Ġunju 2004 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra, dwar il-promozzjoni, il-forniment u l-użu tas-Sistemi ta' Navigazzjoni bis-Satellita tal-programm Galileo u tal-GPS u tal-applikazzjonijiet assoċjati magħhom. |
(11) |
Konsegwentement għandhom jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali li jippermettu lis-servizz kummerċjali offrut mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo jissodisfa l-funzjoni prevista fl-Artikolu 2(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013, filwaqt li jitqies li d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/496/PESK (2) għadhom japplikaw bis-sħiħ. |
(12) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali li jippermettu lis-servizz kummerċjali offrut mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo jissodisfa l-funzjoni prevista fl-Artikolu 2(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/496/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar aspetti tal-iskjerament, l-operazzjoni u l-użu tas-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni Globali bis-Satellita li jaffettwaw is-sigurtà tal-Unjoni Ewropea u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2004/552/PESK (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 53).
ANNESS
Tekniċi u operazzjonali li jippermettu lis-servizz kummerċjali offrut mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo jissodisfa l-funzjoni prevista fl-Artikolu 2(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013
Is-servizz kummerċjali (minn hawn 'il quddiem is-“SK”) joffri żewġ affarijiet ewlenin li huma aħjar minn dawk tas-servizz miftuħ (minn hawn 'il quddiem is-“SM”). Dawn huma l-preċiżjoni aktar għolja f'termini ta' ġeolokalizzazzjoni (minn hawn 'il quddiem “preċiżjoni għolja SK”) u l-kapaċità ta' awtentikazzjoni msaħħa (minn hawn 'il quddiem “awtentikazzjoni SM”) li jistgħu jiġu offruti lill-utenti b'mod separat. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali korrispondenti huma stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:
|
Preċiżjoni għolja SK |
Awtentikazzjoni SK |
|||||||||||||||||
L-ispeċifikazzjonijiet komuni għas-SM u għas-SK: L-awtentikazzjoni tal-informazzjoni tal-ġeolokalizzazzjoni |
L-ispeċifikazzjonijiet li jappartjenu biss għas-SK: L-awtentikazzjoni permezz ta' kodiċijiet kriptati |
||||||||||||||||||
L-ispeċifikazzjonijiet ġenerali |
Il-forniment ta' dejta ta' preċiżjoni għolja sabiex jinkiseb żball tal-pożizzjonament ta' inqas minn deċimetru f'kundizzjonijiet nominali ta' użu |
Il-forniment ta' dejta ta' awtentikazzjoni tal-informazzjoni tal-ġeolokalizzazzjoni mis-SM, integrata fis-sinjali |
L-awtentikazzjoni tas-sinjali permezz tal-aċċess għal kodiċijiet kriptati integrati fis-sinjali |
||||||||||||||||
Il-komponenti tas-sinjali użati |
E6, il-komponent E6-B għall-forniment ta' dejta ta' preċiżjoni għolja |
E1, il-komponent E1-B għad-dejta ta' awtentikazzjoni għall-informazzjoni tal-ġeolokalizzazzjoni |
E6, il-komponent E6-B għad-dejta ta' aċċess għall-kodiċijiet kriptati u l-komponent E6-C (pilota) |
||||||||||||||||
L-ispeċifikazzjonijiet tas-segment tal-utenti |
Il-preċiżjoni għolja tal-pożizzjonament miksuba permezz ta' algoritmi ta' pożizzjonament preċiż integrati fir-riċevitur u li jużaw id-dejta trażmessa fis-sinjali |
Il-verifika tal-awtentiċità tad-dejta permezz ta' protokoll ta' kriptografija asimmetrika trażmessa fis-sinjali u permezz ta' ċavetta kriptografika pubblika |
Il-verifika tal-awtentiċità tas-sinjali permezz tad-dekriptaġġ tal-kodiċijiet tas-sinjali kriptati permezz ta' ċavetta kriptografika privata |
||||||||||||||||
Il-kopertura ġeografika |
Globali |
Globali |
Globali |
||||||||||||||||
L-arkitettura tas-sistema |
Dejta ta' preċiżjoni għolja pprovduta minn fornitur ta' servizzi wieħed jew aktar, trażmessa lill-utenti permezz taċ-ċentru tas-servizzi GNSS (il-GSC), is-segment fuq l-art u s-satelliti konnessi mas-segment fuq l-art |
Dejta tal-awtentikazzjoni inkorporata fil-kapaċità disponibbli tal-kamp EDBS tal-komponent tas-sinjal E1-B, u mxerrda permezz tas-satelliti konnessi mas-segment fuq l-art |
Il-kriptaġġ tal-kodiċijiet tas-sinjali E6 mis-satelliti Galileo, it-trażmissjoni taċ-ċwievet privati ġġenerati mis-segment fuq l-art għal fornitur ta' servizzi wieħed jew aktar permezz taċ-ċentru tas-servizzi GNSS (il-GSC), u t-trażmissjoni tal-informazzjoni OTAR fil-komponent tas-sinjal E6-B |
||||||||||||||||
Il-forniment tas-servizz |
Id-dejta ta' preċiżjoni għolja fornuta minn fornitur ta' servizzi wieħed jew aktar |
Id-dejta tal-awtentikazzjoni fornuta mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo |
Is-sinjali kriptati fornuti mill-persuna responsabbli għall-operazzjoni tas-sistema |
||||||||||||||||
L-aċċess għas-servizz |
|
|
|||||||||||||||||
It-tnedija tas-servizz |
|
|
|
||||||||||||||||
L-użu ta' informazzjoni klassifikata tal-UE |
|
|
|
||||||||||||||||
Speċifikazzjonijiet oħra |
|
|
m/a |
L-akronimi
E1-B |
Il-kanal tad-dejta tas-sinjal fil-frekwenza E1 tas-sistema Galileo, fuq il-frekwenza 1 575,45 MHz |
E6 |
Il-frekwenza E6 tas-sistema Galileo, fuq il-frekwenza 1 278,75 MHz |
E6-B |
Il-komponent tas-sinjal E6, li jikkorrispondi għall-kanal tad-dejta |
E6-C |
Il-komponent tas-sinjal E6, li jikkorrispondi għall-kanal pilota |
EDBS |
“External Data Broadcast Service” |
GNSS |
Is-Sistema globali ta' navigazzjoni bis-satellita |
m/a |
Mhux applikabbli |
OTAR |
“Over-The-Air Rekeying” |