ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 31

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
4 ta' Frar 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/192 tat-8 ta' Novembru 2016 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

1

 

 

Protokoll għal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/193 tat-3 ta' Frar 2017 li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-annotazzjonijiet għall-Ukrajna fil-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom l-introduzzjoni ta' ċerti prodotti lejn l-Unjoni hija awtorizzata fir-rigward tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja ( 1 )

13

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/194 tat-3 ta' Frar 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha ( 1 )

18

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/195 tat-3 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni ta' bosta sustanzi attivi elenkati fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 (il-programm ta' tiġdid AIR IV) ( 1 )

21

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/196 tat-3 ta' Frar 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

25

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/197 tat-2 ta' Frar 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1138 fir-rigward ta' ċerti skadenzi għall-użu ta' standards tal-UN/Cefact għall-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sajd (notifikata bid-dokument C(2017) 457)

27

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/198 tat-2 ta' Frar 2017 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u l-firxa ġewwa l-Unjoni ta' Pseudomonas syringae pv. actinidiae Takikawa, Serizawa, Ichikawa, Tsuyumu u Goto (notifikata bid-dokument C(2017) 460)

29

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

4.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/192

tat-8 ta' Novembru 2016

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/122/UE (2), il-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ġie ffirmat fl-4 ta' Marzu 2016, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

Il-Protokoll għandu jiġi konkluż f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (3), huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa li tipproċedi, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, għan-notifika prevista fl-Artikolu 6 tal-Protokoll, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha li jkunu marbuta bil-Protokoll (4).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. KAŽIMÍR


(1)  Kunsens mogħti fl-14 ta' Settembru 2016 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/122/UE tal-11 ta' Frar 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 2).

(3)  It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 31, 4.2.2017, p. 3).

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


4.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/3


PROTOKOLL GĦAL-FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

L-UNJONI EWROPEA

u

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TAL-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA, u

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ;

minn hawn 'il quddiem imsejħin “l-Istati Membri”,

minn naħa,

u

IL-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Isvizzera”,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem imsejħin “il-Partijiet Kontraenti”,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim tal-21 ta' Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (min hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll tas-26 ta' Ottubru 2004 għall-Ftehim tal-21 ta' Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni fir-rigward tal-parteċipazzjoni, bħala Partijiet Kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, Ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll tal-2004”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll tas-27 ta' Mejju 2008 għall-Ftehim tal-21 ta' Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni fir-rigward tal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija bħala Partijiet Kontraenti b'segwitu għall-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll tal-2008”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2009,

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013,

BILLI r-Repubblika tal-Kroazja għandha ssir Parti Kontraenti għall-Ftehim,

QABLU DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET LI ĠEJJIN:

Artikolu 1

1.   Ir-Repubblika tal-Kroazja b'dan issir Parti Kontraenti għall-Ftehim,

2.   Mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim huma vinkolanti fuq il-Kroazja bl-istess kundizzjonijiet bħall-Partijiet Kontraenti attwali u bl-istess patti u kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Protokoll.

Artikolu 2

L-emendi segwenti jsiru lill-korp ewlieni tal-Ftehim u l-Anness I tiegħu:

(a)

Il-Kroazja hija b'dan miżjuda mal-lista tal-Partijiet Kontraenti flimkien mal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

(b)

Fl-Artikolu 10 tal-Ftehim il-paragrafi 1c, 2c, 3c, 4d, 4e u 5c li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-paragrafi korrispondenti 1b, 2b, 3b, 4c u 5b:

“1c.   L-Isvizzera tista', sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ma' dan il-Ftehim rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, iżżomm limiti kwantitattivi fir-rigward tal-aċċess minn ħaddiema impjegati fl-Isvizzera u għal persuni li jaħdmu għal rashom li huma tan-nazzjonalità tar-Repubblika tal-Kroazja għaż-żewġ kategoriji ta' residenza li ġejjin: residenza għal perjodu ta' aktar minn erba' xhur u inqas minn sena u residenza għal perjodu ugwali għal, jew aktar minn, sena. Ma jkunx hemm ebda restrizzjoni kwantitattiva fuq residenza ta' inqas minn erba' xhur.

Qabel it-tmiem tal-perjodu tranżizzjonali imsemmi hawn fuq, il-Kumitat Konġunt janalizza l-funzjonament tal-perjodu tranżizzjonali applikat lil persuni bin-nazzjonalità tal-Kroazja fuq il-bażi ta' rapport mill-Isvizzera. Hekk kif l-analiżi titlesta, u mhux aktar tard mit-tmiem tal-perjodu imsemmi hawn fuq, l-Isvizzera tinnotifika lill-Kumitat Konġunt jekk hijiex se tkompli tapplika l-limiti kwantitattivi għal ħaddiema impjegati fl-Isvizzera. L-Isvizzera tista' tkompli tapplika dawn il-miżuri għal ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll imsemmi qabel. Fin-nuqqas ta' din in-notifika, il-perjodu tranżizzjonali jiskadi fl-aħħar tal-perjodu ta' sentejn speċifikat fl-ewwel subparagrafu.

Fl-aħħar tal-perjodu tranżizzjonali stipulat f'dan il-paragrafu, il-limiti kwantitattivi kollha applikabbli għan-nazzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja jkunu aboliti. Il-Kroazja hija intitolata li tintroduċi l-istess limiti kwantitattivi għal nazzjonali Svizzeri għall-istess perjodi.”;

“2c.   L-Isvizzera u l-Kroazja, sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ma' dan il-Ftehim rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, jistgħu jżommu l-kontrolli fuq il-prijorità ta' ħaddiema integrati fis-suq tax-xogħol regolari u s-salarju u l-kundizzjonijiet tax-xogħol applikabbli għal persuni bin-nazzjonalità tal-Parti Kontraenti l-oħra ikkonċernata, għal ħaddiema ta' waħda minn dawn il-Partijiet Kontraenti impjegati fit-territorju tagħhom. L-istess kontrolli jistgħu jinżammu għal persuni li jipprovdu servizzi msemmija fl-Artikolu 5(1) ta' dan il-Ftehim, fl-erba' setturi li ġejjin: ortikoltura; kostruzzjoni, inklużi fergħat relatati; attivitajiet ta' sigurtà; tindif industrijali (Kodiċijiet NACE (1) 01.41, 45.1 sa 4, 74.60 u 74.70 rispettivament). L-Isvizzera, matul il-perjodi tranżitorji msemmija fil-paragrafi 1c, 2c, 3c u 4d, tagħti preferenza lil ħaddiema li huma nazzjonali tal-Kroazja fuq ħaddiema li mhumiex nazzjonali tal--UE u pajjiżi li mhumiex fl--EFTA rigward l-aċċess għas-suq tax-xogħol tagħha. Il-kontrolli fuq il-prijorità ta' ħaddiema integrati fis-suq tax-xogħol regolari m'għandhomx japplikaw għall-fornituri tas-servizzi liberalizzati minn ftehim speċifiku bejn il-Partijiet Kontraenti dwar il-provvista ta' servizzi (inkluż il-Ftehim dwar ċerti aspetti ta' akkwist tal-gvern safejn ikopri l-provvista ta' servizzi). Matul dan il-perjodu, ir-rekwiżiti tal-kwalifiki jistgħu jinżammu għal permessi tar-residenza ta' inqas minn erba' xhur (2) u għal persuni li jipprovdu servizzi msemmija fl-Artikolu 5(1) ta' dan il-Ftehim, fl-erba' setturi imsemmija hawn fuq.

Fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ma' dan il-Ftehim rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, il-Kumitat Konġunt janalizza l-funzjonament tal-miżuri tranżizzjoanli li jinsabu f'dan il-paragrafu fuq il-bażi ta' rapport imħejji minn kull waħda mill-Partijiet Kontraenti li qed timplimentahom. Hekk kif l-analiżi titlesta, u mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll imsemmi qabel, il-Parti Kontraenti li tkun implimentat il-miżuri tranżizzjonali li jinsabu f'dan il-paragrafu, u li tkun innotifikat lill-Kumitat Konġunt bl-intenzjoni tagħha li tkompli tapplikahom, tista' tkompli tagħmel dan sa tmiem il-ħames sena wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll imsemmi qabel. Fin-nuqqas ta' din in-notifika, il-perjodu tranżizzjonali jiskadi fl-aħħar tal-perjodu ta' sentejn speċifikat fl-ewwel subparagrafu.

Fl-aħħar tal-perjodu tranżizzjonali stipulat f'dan il-paragrafu, ir-restrizzjonijiet kollha msemmija f'dan il-paragrafu jkunu aboliti.”;

“3c.   Mad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ma' dan il-Ftehim rigward il-parteċipazzjoni, tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, u sa tmiem il-perjodu deskritt fil-paragrafu 1c, l-Isvizzera tirriserva fuq bażi annwali (pro rata temporis), fil-kwota ġenerali tagħha għall-pajjiżi terzi għal ħaddiema impjegati fl-Isvizzera u għal persuni li jaħdmu għal-rashom li huma nazzjonali tal-Kroazja numru minimu ta' permessi ta' residenza (3) ġodda skont l-iskeda li ġejja:

Sa tmiem

Numru ta' permessi għal perjodu ta' sena jew aktar

Numru ta' permessi għal perjodu ta' aktar minn erba' xhur u inqas minn sena

L-ewwel sena

54

543

It-tieni sena

78

748

It-tielet sena

103

953

Ir-raba' sena

133

1 158

Il-ħames sena

250

2 000

3d.   Jekk l-Isvizzera u/jew il-Kroazja japplikaw għall-ħaddiema impjegati fit-territorju tagħhom stess il-miżuri deskritti fil-paragrafi 1c, 2c u 3c u fil-każ ta' disturbi serji fis-swieq tax-xogħol tagħhom jew theddida ta' dawn, huma jinnotifikaw iċ-ċirkostanzi lill-Kumitat Konġunt qabel it-tmiem tal-perjodu provdut għalih fil-paragrafu 1c.

Il-Kumitat Konġunt jiddeċiedi jekk il-pajjiż li qed jinnotifika jistax ikompli japplika miżuri tranżizzjonali fuq il-bażi ta' din in-notifika. Jekk huwa jagħti opinjoni favorevoli, il-pajjiż li qed jinnotifika jista' jkompli japplika għall-ħaddiema impjegati fit-territorju tiegħu stess il-miżuri deskritti fil-paragrafi 1c, 2c u 3c sa tmiem is-seba' sena wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll imsemmi qabel. F'dan il-każ, in-numru annwali ta' permessi tar-residenza imsemmija fil-paragrafu 1c ikun:

Sa tmiem

Numru ta' permessi għal perjodu ta' sena jew aktar

Numru ta' permessi għal perjodu ta' aktar minn erba' xhur u inqas minn sena

Is-sitt sena

260

2 100

Is-seba' sena

300

2 300 .”;

“4d.   Fl-aħħar tal-perjodu deskritt fil-paragrafi 1c u 3d, u sal-aħħar tal-għaxar sena wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ma' dan il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala parti kontraenti d-dispożizzjonijiet li ġejjin ikunu applikabbli: Jekk in-numru ta' permessi tar-residenza ġodda ta' waħda mill-kategoriji msemmijin fil-paragrafu 1c maħruġa għall-persuni impjegati u li jaħdmu għal rashom tal-Kroazja f'sena partikolari taqbeż il-medja għat-tliet snin ta' qabel is-sena ta' referenza b'aktar minn 10 %, l-Isvizzera tista', għas-sena tal-applikazzjoni, tillimita b'mod unilaterali l-għadd ta' permessi tar-residenza ġodda għal perjodi ta' sena jew aktar għal persuni impjegati u li jaħdmu għal rashom tal-Kroazja għall-medja tat-tliet snin li jippreċedu s-sena tal-applikazzjoni, b'żieda ta' 5 %, u n-numru ta' permessi tar-residenza ġodda għal perjodu ta' aktar minn erba' xhur u inqas minn sena għall-medja tat-tliet snin li jippreċedu s-sena tal-applikazzjoni, flimkien ma' 10 %. Il-permessi jistgħu ikunu limitati għall-istess numru għas-sena li tiġi wara s-sena ta' applikazzjoni.

B'deroga mis-subparagrafu preċedenti, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw fi tmiem is-sitt u s-seba' sena ta' referenza: Jekk in-numru ta' permessi ta' waħda mill-kategoriji msemmija fil-paragrafu 1c maħruġa għall-persuni impjegati u li jaħdmu għal-rashom tal-Kroazja f'sena partikolari jeċċedi l-medja għas-sena li tippreċedi s-sena ta' referenza b'iktar minn 10 %, għas-sena ta' applikazzjoni, l-Isvizzera tista', tillimita unilateralment in-numru ta' permessi ta' residenza għal perjodi ta' sena jew iktar għal persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom tal-Kroazja għall-medja tat-tliet snin li jippreċedu s-sena ta' applikazzjoni, b'żieda ta' 5 %, u n-numru ta' permessi ta' residenza għal perjodu ta' iktar minn erba' xhur u inqas minn sena għall-medja tat-tliet snin li jippreċedu s-sena ta' applikazzjoni, b'żieda ta' 10 %. Il-permessi jistgħu jkunu limitati għall-istess numru għas-sena li tiġi wara s-sena ta' applikazzjoni.

4e.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 4d:

(1)

it-terminu “sena ta' referenza” hija sena partikolari li tiġi kkalkulata mill-ewwel jum tax-xahar li fih l-Protokoll jidħol fis-seħħ;

(2)

it-terminu “sena ta' applikazzjoni” jirreferi għas-sena ta' wara is-sena ta' referenza.”;

“5c.   Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tal-paragrafi 1c, 2c, 3c u 4d, u b'mod partikolari dawk tal-paragrafu 2b dwar il-prijorità ta' ħaddiema integrati fis-suq tax-xogħol regolari u l-kontrolli fuq is-salarju u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, m'għandhomx japplikaw għal persuni impjegati u għal persuni li jaħdmu għal rashom li, fil-mument tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ma' dan il-Ftehim rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, huma awtorizzati li jsegwu attività ekonomika fit-territorji tal-Partijiet Kontraenti. B'mod partikolari, tali persuni jgawdu mobilità okkupazzjonali u ġeografika.

Id-detenturi ta' permessi tar-residenza validi għal inqas minn sena jkollhom id-dritt li jġeddu l-permessi tagħhom; l-eżawriment ta' limiti kwantitattivi ma jistax ikun invokat kontrihom. Id-detenturi ta' permessi tar-residenza validi għal perjodu ugwali għal sena, jew iktar, awtomatikament ikollhom id-dritt li l-permessi tagħhom jiġu estiżi. Dawn il-persuni impjegati u li jaħdmu għal rashom għalhekk igawdu d-drittijiet għal moviment liberu mogħtija lil persuni stabbiliti bid-dispożizzjonijiet bażiċi ta' dan il-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu, mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll imsemmi qabel.”.

(c)

Fl-Artikolu 27(2) tal-Anness I għall-Ftehim, ir-referenza għall-“Artikolu 10(2), (2a), (2b), (4a), (4b) u (4c)” għandha tiġi sostitwita b'referenza għall-“Artikolu 10(2b), (2c), (4c) u (4d).”.

Artikolu 3

B'deroga mill-Artikolu 25 tal-Anness I għall-Ftehim, il-perjodi tranżizzjonali tal-Anness 1 ma' dan il-Protokoll japplikaw.

Artikolu 4

L-Annessi II u III rispettivament ma' dan il-Ftehim jiġu emendati konformement mal-Annessi 2 u 3 ma' dan il-Protokoll.

Artikolu 5

1.   L-Annessi 1, 2 u 3 għal dan il-Protokoll jiffurmaw parti integrali tiegħu.

2.   Dan il-Protokoll, flimkien mal-Protokolli tal-2004 u l-2008, jkun parti integrali tal-Ftehim.

Artikolu 6

1.   Dan il-Protokoll ikun ratifikat jew approvat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, f'isem l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea, u mill-Isvizzera f'konformità mal-proċeduri proprji tagħhom.

2.   Il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija ta' dawn il-proċeduri.

Artikolu 7

Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta' ratifika jew approvazzjoni.

Artikolu 8

Dan il-Protokoll jibqa' fis-seħħ għall-istess tul ta' żmien u konformement mal-istess arranġamenti bħall-Ftehim.

Artikolu 9

1.   Dan il-Protokoll, kif ukoll id-Dikjarrazzjonijiet mehmuża miegħu, ikun imfassal f'żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Svediża, u kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

2.   Il-verżjonijiet tal-Ftehim bil-lingwa Kroata, inkluż l-Annessi u l-Protokolli kollha tiegħu u l-Att Finali jkunu ugwalment awtentiċi. Il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 14 tal-Ftehim japprova t-testi awtentiċi tal-Ftehim fil-lingwa Kroata.

Съставено в Брюксел на четвърти март през две хиляди и шестнадесета година.

Hecho en Bruselas, el cuatro de marzo de dos mil dieciséis.

V Bruselu dne čtvrtého března dva tisíce šestnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den fjerde marts to tusind og seksten.

Geschehen zu Brüssel am vierten März zweitausendsechzehn.

Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta märtsikuu neljandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τέσσερις Μαρτίου δύο χιλιάδες δεκαέξι.

Done at Brussels on the fourth day of March in the year two thousand and sixteen.

Fait à Bruxelles, le quatre mars deux mille seize.

Sastavljeno u Bruxellesu četvrtog ožujka godine dvije tisuće šesnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì quattro marzo duemilasedici.

Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada ceturtajā martā.

Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų kovo ketvirtą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év március havának negyedik napján.

Magħmul fi Brussell, fir-raba’ jum ta’ Marzu fis-sena elfejn u sittax.

Gedaan te Brussel, vier maart tweeduizend zestien.

Sporządzono w Brukseli dnia czwartego marca roku dwa tysiące szesnastego.

Feito em Bruxelas, em quatro de março de dois mil e dezasseis.

Întocmit la Bruxelles la patru martie două mii șaisprezece.

V Bruseli štvrtého marca dvetisícšestnásť.

V Bruslju, dne četrtega marca leta dva tisoč šestnajst.

Tehty Brysselissä neljäntenä päivänä maaliskuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.

Som skedde i Bryssel den fjärde mars år tjugohundrasexton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За държавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Za države članice

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā –

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu Państw Członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

För medlemsstaterna

Image

За Конфедерация Швейцария

Por la Confederación Suiza

Za Švýcarskou konfederaci

For Det Schweiziske Forbund

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Šveitsi Konföderatsiooni nimel

Για την Ελβετική Συνομοσπονδία

For the Swiss Confederation

Pour la Confédération suisse

Za Švicarsku Konfederaciju

Per la Confederazione Svizzera

Šveices Konfederācijas vārdā –

Šveicarijos Konfederacijos vardu

A Svájci Államszövetség részéről

Għall-Konfederazzjoni Svizzera

Voor de Zwitserse Bondsstaat

W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej

Pela Confederação Suíça

Pentru Confederația Elvețiană

Za Švajčiarsku konfederáciu

Za Švicarsko konfederacijo

Sveitsin valaliiton puolesta

För Schweiziska edsförbundet

Image


(1)  Regolament tal-Kunsill NACE (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta' Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1).

(2)  Ħaddiema jistgħu japplikaw għal permessi ta' residenza fit-terminu qasir skont il-kwoti msemmija fis-subparagrafu 3c għal perjodi li jkunu saħansitra inqas minn erba' xhur.

(3)  Dawn il-permessi se jingħataw flimkien mal-kwoti imsemmija fl-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim, li huma riservati għal persuni impjegati u li jaħdmu għal rashom li huma nazzjonali tal-Istati Membri fil-mument tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim (il-21 ta' Ġunju 1999) u tal-Istati Membri li saru Partijiet Kontraenti għal dan il-Ftehim permezz tal-Protokolli tal-2004 u tal-2008. Dawn il-permessi huma addizzjonali ma' permessi mogħtija permezz ta' ftehimiet bilaterali għall-iskambju tal-apprentisti bejn l-Isvizzera u l-Istati Membri l-ġodda.


ANNESS 1

MIŻURI TRANŻIZZJONALI DWAR IX-XIRI TA' ART AGRIKOLA

Il-Kroazja tista' żżomm fis-seħħ għal seba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll ir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tagħha, eżistenti fil-mument tal-iffirmar ta' dan il-Protokoll, dwar l-akkwist ta' art agrikola, minn ċittadini Svizzeri u minn persuni ġuridiċi kostitwiti skont il-liġijiet tal-Isvizzera. Fl-ebda każ, ċittadin Svizzeru ma jista' jiġi ttrattat b'mod inqas favorevoli fir-rigward tal-akkwist ta' art agrikola mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll jew jiġi ttrattat b'mod aktar restrittiv minn ċittadin ta' pajjiż ieħor għajr il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim jew il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

Il-bdiewa li jaħdmu għal rashom li huma ċittadini Svizzeri u li jixtiequ li jistabbilixxu ruħhom u jirrisjedu fil-Kroazja magħandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti jew għal kwalunkwe proċeduri li mhumiex soġġetti għalihom iċ-ċittadini Kroati.

Fit-tielet sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll għandu jsir rieżami ġenerali ta' dawn il-miżuri tranżizzjonali. Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jqassar jew itemm il-perjodu tranżizzjonali indikat fl-ewwel paragrafu.

Jekk ikun hemm biżżejjed evidenza li, meta jiskadi l-perjodu tranżizzjonali, se jkun hemm taqlib serju jew theddida ta' taqlib serju fis-suq tal-art agrikola tal-Kroazja, il-Kroazja għandha tinnotifika tali ċirkustanzi lill-Kumitat Konġunt qabel it-tmiem tal-perjodu tranżizzjonali ta' seba' snin speċifikat fl-ewwel paragrafu. F'dan il-każ, il-Kroazja tista' tkompli tapplika l-miżuri deskritti fl-ewwel paragrafu sa għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll. Din l-estensjoni tista' tkun limitata għal żoni ġeografiċi magħżula li jkunu partikolarment affettwati.


ANNESS 2

L-Anness II għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni huwa b'dan emendat kif ġej:

1.

Fil-Punt 1 tas-Sezzjoni A: (Atti Msemmija), l-att li ġej huwa mdaħħal:

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1) li jadatta ċerti regolamenti u deċiżjonijiet fl-oqsma tal-moviment liberu tal-merkanzija, il-moviment liberu tal-persuni, id-dritt soċjetarju, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura, is-sikurezza tal-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja, il-politika tat-trasport, l-enerġija, it-tassazzjoni, l-istatistika, in-netwerks trans-Ewropej, id-drittijiet ġudizzjarji u fundamentali, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, l-ambjent, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, il-politika barranija, ta' sigurtà u ta' difiża u l-istituzzjonijiet, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja.

2.

Il-paragrafu 1 tas-Sezzjoni “Assigurazzjoni għall-Qgħad” tal-Protokoll għall-Anness II għandu japplika għall-ħaddiema li huma ċittadini tar-Repubblika tal-Kroazja sal-aħħar tas-seba' sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll.


ANNESS 3

L-Anness III għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni huwa b'dan emendat kif ġej:

 

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 1a:

L-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 112 tal-24 ta' April 2012, p. 10), l-Anness III (Il-lista msemmija fl-Artikolu 15 tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja: adatazzjonijiet għal atti adottati mill-istituzzjonijiet — ĠU L 112 tal-24 ta' April 2012, p. 41),

L-Artikolu 23, paragrafu 5 tad-Direttiva 2005/36/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘5.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 43b, kull Stat Membru jirrikonoxxi evidenza ta' kwalifiki formali bħala tabib li jagħtu aċċess għal attivitajiet professjonali ta' tabib b'taħriġ bażiku u tabib speċjalizzat, bħala infermiera responsabbli mill-kura ġenerali, bħala dentist, bħala dentist speċjalizzat, bħala kirurgu veterinarju, bħala majjistra, bħala spiżjar u bħala perit, li jkollhom ċittadini tal-Istati Membri u maħruġa minn dik li qabel kienet il-Jugoslavja, jew li t-taħriġ tagħhom beda,

(a)

għas-Slovenja, qabel il-25 ta' Ġunju 1991, u

(b)

għall-Kroazja, qabel it-8 ta' Ottubru 1991,

fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri msemmija jagħtu attestazzjoni li tali evidenza għandha l-istess validità legali bħall-evidenza li huma joħorġu fit-territorju tagħhom u, rigward periti, bħala evidenza ta' kwalifiki formali speċifikati għal dawk l-Istati Membri fl-Anness VI, punt 6, rigward l-aċċess għall-attivitajiet professjonali ta' tabib b'taħriġ bażiku u tabib speċjalizzat, infermiera responsabbli mill-kura ġenerali, dentist, dentist speċjalizzat, kirurgu veterinarju, majjistra u spiżjar rigward l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 45, pargrafu 2, u perit rigward l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 48, u l-eżerċitar ta' tali attivitajiet.

Tali attestazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat maħruġ minn dawk l-istess awtoritajiet li tiddikjara li tali persuni kienu jeżerċitaw effettivament u legalment l-attivitajiet inkwistjoni fit-territorju tagħhom għal mhux inqas minn tliet snin konsekuttivi matul il-ħames snin qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat.”

L-Artikolu 43b li jiddaħħal fid-Direttiva 2005/36/KE:

“Driitijiet akkwiżiti fil-majjistrija ma japplikawx għall-kwalifiki segwenti li nkisbu fil-Kroazja qabel l-1 ta' Lulju 2013: viša medicinska sestra ginekološko-opstetričkog smjera (Infermiera Ġinekologa-Obstetrika Għolja), medicinska sestra ginekološko-opstetričkog smjera (Infermiera Ġinekologa-Obstetrika), viša medicinska sestra primaljskog smjera (Infirmiera Għolja b'Lawrija fil-Majjistrija), medicinska sestra primaljskog smjera (Infirmiera b'Lawrija fil-Majjistrija), ginekološko-opstetrička primalja (Majjistra Ġinekologa-Obstetrika) u primalja (Majjistra).”

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/25/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 158 tal-10 ta' Ġunju 2013, p. 368), l-Anness il-Parti A

 

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 2a:

“—

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/25/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 158 tal-10 ta' Ġunju 2013, p. 368), l-Anness il-Parti B (1)”

 

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 3a:

“—

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/25/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 158 tal-10 ta' Ġunju 2013, p. 368), l-Anness il-Parti B (2)”

 

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 5a:

“—

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/25/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 158 tal-10 ta' Ġunju 2013, p. 368), l-Anness il-Parti C”


DIKJARAZZJONI MILL-ISVIZZERA DWAR MIŻURI AWTONOMI MID-DATA TAL-IFFIRMAR

L-Isvizzera se tipprovdi aċċess proviżorju għas-suq tax-xogħol tagħha għaċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Kroazja, ibbażat fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha, qabel id-dħul fis-seħħ tal-arranġamenti tranżizzjonali li jinsabu f'dan il-Protokoll. Għal dan il-għan, l-Isvizzera se tiftaħ kwoti speċifiċi għal permessi ta' xogħol fit-terminu qasir kif ukoll fit-terminu twil, kif definit fl-Artikolu 10, il-paragarfu 1 tal-Ftehim, favur iċ-ċittadini mir-Repubblika tal-Kroazja, mid-data tal-iffirmar ta' dan il-Protokoll. Il-kwoti se jikkonsistu minn 50 permess għal terminu twil u 450 permess għal terminu qasir kull sena. Barra minn hekk, 1 000 ħaddiem għal terminu qasir kull sena jiddaħħal għal żjara ta' inqas minn erba' xhur.


REGOLAMENTI

4.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/193

tat-3 ta' Frar 2017

li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-annotazzjonijiet għall-Ukrajna fil-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom l-introduzzjoni ta' ċerti prodotti lejn l-Unjoni hija awtorizzata fir-rigward tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2), 25(2) u 28(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (3) tistipula r-regoli tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu u l-ħażna fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti prodotti tal-laħam u ta' kunsinni tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati li għaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati fil-Parti 4 tal-Anness II tagħha.

(2)

Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren trattati, sakemm dawk il-prodotti jkunu konformi mat-trattament imsemmi f'dik il-lista. Fejn pajjiżi terzi huma reġjonalizzati għall-finijiet tal-inklużjoni f'dik il-lista, it-territorji reġjonalizzati tagħhom huma stabbiliti fil-Parti I ta' dak l-Anness.

(3)

Il-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi t-trattamenti msemmija fil-Parti 2 ta' dak l-Anness, filwaqt li tassenja kodiċi lil kull wieħed minn dawk it-trattamenti. Dik il-Parti tistabbilixxi trattament mhux speċifiku “A” u trattamenti speċifiċi minn “B” sa “F”, elenkati mill-aktar wieħed sever għall-inqas wieħed.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (4) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur. Dan jistipula li dawk il-prodotti jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu, mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kompartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(5)

Ir-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 798/2008 iqisu jekk humiex meħtieġa kundizzjonijiet speċifiċi minħabba l-istat tal-mard f'dawk il-pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti, inkluż it-teħid tal-kampjuni u l-ittestjar għall-mard tat-tjur differenti, kif xieraq. Dawk il-kundizzjonijiet speċifiċi, kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji li għandhom jakkumpanjaw il-prodotti għall-importazzjonijiet u t-tranżitu fl-Unjoni, huma stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I ta' dak ir-Regolament. Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment jitqies ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI).

(6)

L-Ukrajna hija elenkata fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE bħala pajjiż terz li minnu d-dħul fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati ta' tjur, annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija, annimali ratiti mrobbija u għasafar tal-kaċċa selvaġġi li jkunu ġew soġġetti għal trattament mhux speċifiku “A” huma awtorizzati għat-territorju kollu tiegħu.

(7)

Barra minn hekk, l-Ukrajna hija elenkata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati fit-territorju kollu tiegħu, l-importazzjonijiet u t-tranżitu fl-Unjoni tat-tjur u tal-prodotti tat-tjur.

(8)

Fit-30 ta' Novembru 2016, l-Ukrajna kkonfermat il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 fit-territorju tagħha u għalhekk ma tistax tibqa' titqies bħala pajjiż ħieles minn dik il-marda. L-awtoritajiet veterinarji tal-Ukrajna, għalhekk, m'għadhomx jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati veterinarji għall-kunsinni tat-tjur u tal-prodotti tat-tjur maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(9)

Sussegwentement, fl-4 ta' Jannar 2017, l-Ukrajna kkonfermat il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 fi stabbilimenti f'żewġ reġjuni oħra fit-territorju tagħha. L-awtoritajiet veterinarji tal-Ukrajna kkonfermaw li huma implimentaw politika ta' qerda biex jikkontrollaw l-HPAI u jillimitaw it-tixrid tagħha.

(10)

L-Ukrajna ppreżentat informazzjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħha u l-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI u dik l-informazzjoni issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-garanziji pprovduti mill-Ukrajna, huwa xieraq li wieħed jikkonkludi li l-limitazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni tat-tjur u tal-prodotti tat-tjur lejn iż-żona affettwata mill-HPAI, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Ukrajna poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat attwali, għandha tkun biżżejjed biex tkopri r-riskji assoċjati mal-introduzzjoni tat-tjur u tal-prodotti tat-tjur fl-Unjoni.

(11)

Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat li jiddaħħal il-vajrus tal-HPAI fl-Unjoni, il-prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati miksuba minn tjur, annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija, u għasafar tal-kaċċa selvaġġi miż-żona tal-Ukrajna milquta mill-HPAI, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Ukrajna poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat attwali, għallinqas għandu jsirilhom it-trattament “D” kif elenkat fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

(12)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 u d-Deċiżjoni 2007/777/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Partijiet 1 u 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).


ANNESS I

(1)

Fil-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/777/KE, l-annotazzjoni li ġejja għall-Ukrajna tiddaħħal bejn l-annotazzjoni għar-Russja u l-annotazzjoni għall-Istati Uniti:

Pajjiż

Territorju

Deskrizzjoni tat-territorju

Kodiċi ISO

Verżjoni

“L-Ukrajna

UA

01/2016

Il-pajjiż kollu

UA-1

01/2016

Il-pajjiż kollu tal-Ukrajna, ħlief iż-żona UA-2

UA-2

01/2016

It-territorji tal-Ukrajna deskritti taħt UA-2 fil-kolonna 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, soġġetta għad-dati msemmija fil-kolonni 6 A u 6B ta' dik it-tabella.”;

(2)

Fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, l-annotazzjoni għall-Ukrajna tinbidel b'dan li ġej:

Kodiċi ISO

Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu

1.

Annimali bovini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq (ħlief għall-ħnieżer)

Annimal domestiċi ovini/kaprini

1.

Annimali porċini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer)

Annimali domestiċi solipedi

1.

Tajr

2.

Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief għar-ratiti)

Annimali ratiti mrobbija

Fniek domestiċi u liebri mrobbija

Annimali tal-kaċċa salvaġġi (minbarra l-ħnieżer)

Ħnieżer salvaġġi

Annimali salvaġġi solipedi

Leporidae salvaġġi (fniek u liebri)

Għasafar tal-kaċċa salvaġġi

Mammali tal-art salvaġġi tal-kaċċa (ħlief għall-ungulati, għas-solipedi u għal-leporidae)

“UA

L-Ukrajna UA

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

L-Ukrajna UA-1

XXX

XXX

XXX

XXX

A

A

A

XXX

XXX

XXX

A

A

XXX

L-Ukrajna UA-2

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

XXX

A

D

XXX”


ANNESS II

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-annotazzjoni għall-Ukrajna tinbidel b'dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kompartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-salmonella (6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data ta' għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“UA — L-Ukrajna

UA-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

 

UA-1

Il-pajjiż kollu tal-Ukrajna minbarra ż-żona UA-2

WGM

 

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

 

 

 

 

 

 

UA-2

Iż-żona tal-Ukrajna li tikkorrispondi għal:

 

 

 

 

 

 

 

 

UA-2.1

Kherson Oblast (reġjun)

WGM

 

P2

30.11.2016

 

 

 

 

POU, RAT

 

P2

30.11.2016

 

 

 

 

UA-2.2

Odessa Oblast (reġjun)

WGM

 

P2

4.1.2017

 

 

 

 

POU, RAT

 

P2

4.1.2017

 

 

 

 

UA-2.3

Chernivtsi Oblast (reġjun)

WGM

 

P2

4.1.2017

 

 

 

 

POU, RAT

 

P2

4.1.2017”

 

 

 

 


4.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/194

tat-3 ta' Frar 2017

dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti mitluba skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Din l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha li għandhom jiġu kklassifikati fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat12 ta' Lulju 2016 l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (2) (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, bil-kundizzjonijiet proposti tal-użu tagħha, il-preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074 ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bnedmin jew l-ambjent. Madankollu, dan l-addittiv għandu jitqies bħala li għandu l-potenzjal li jkun sensitizzatur respiratorju. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni kkonċernata għandha l-potenzjal li ttejjeb il-produzzjoni ta' għalf insilat magħmul minn materjal li jista' jiġi pproċessat f'materjal għall-ħżin f'silos b'mod faċli, b'mod moderatament diffiċli u b'mod diffiċli. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dan il-preparat għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-għalf insilat”, hu awtorizzat bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2016; 14(9):4556.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni, metodi analitiċi

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU tal-addittiv/kg ta' materja friska

Additivi teknoloġiċi: addittivi tal-għalf insilat

1k20752

Lactobacillus diolivorans

DSM 32074

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074 li fih minimu ta' 3 × 1011 CFU/g ta' addittiv.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta' Lactobacillus diolivorans DSM 32074.

Metodu analitku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: metodu tat-tifrix fuq MRS agar (EN 15787).

Identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċi kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma' mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tal-għalf insilat: 1 × 108 CFU/kg ta' materjal frisk.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-użu tiegħu. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal minimu b'tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni għan-nifs.

L-24 ta' Frar 2027


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


4.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/195

tat-3 ta' Frar 2017

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni ta' bosta sustanzi attivi elenkati fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 (il-programm ta' tiġdid AIR IV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin bħala li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 tistabbilixxi s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi inklużi f'dan ir-Regolament ġew ippreżentati f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (3). Madankollu, l-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi tista' tiskadi, għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-applikant, qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu estiżi l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(3)

Minħabba ż-żmien u r-riżorsi meħtieġa biex titlesta l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tal-għadd kbir ta' sustanzi attivi li l-approvazzjoniet tagħhom jiskadu bejn l-2019 u l-2021, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016)6104 (4) stabbiliet programm ta' ħidma li jiġbor flimkien sustanzi attivi simili u li jistabbilixxi l-prijoritajiet abbażi ta' tħassib dwar is-sigurtà għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew għall-ambjent kif previst fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(4)

Is-sustanzi meqjusa bħala sustanzi ta' riskju baxx għandhom jingħataw prijorità, skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C(2016)6104. Għalhekk, l-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi għandha tiġi estiża bl-iqsar perjodu possibbli. B'kont meħud tad-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet u tal-ħidma bejn l-Istati Membri li jaġixxu bħala relaturi u korelaturi u r-riżorsi disponibbli meħtieġa għall-valutazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet, dan il-perjodu għandu jkun ta' sena fil-każ ta' dawn is-sustanzi attivi: sulfat tal-ammonju tal-aluminju, silikat tal-aluminju, smida tad-demm, karbonat tal-kalċju, dijossidu tal-karbonju, l-estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, l-aċidi grassi C7 sa C20, l-estratt tat-tewm, gibberellic acid, gibberellin, hydrolysed proteins, sulfat tal-ħadid, kieselgur (trab tad-dijatoma), ir-residwu tal-estrazzjoni tat-trab tal-bżar (PDER), żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, karbonat idroġenu tal-potassju, ir-ramel kwarzuż, żejt tal-ħuta, ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-nagħag, ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat, ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall, silikat tal-aluminju tas-sodju, feromoni tal-lepidopteri ta' katina dritta, u urea.

(5)

Għal sustanzi attivi li ma jaqgħux fil-kategoriji prijoritizzati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C(2016)6104, il-perjodu ta' approvazzjoni għandu jiġi estiż jew b'sentejn jew bi tliet snin, fejn jitqiesu d-data ta' skadenza, il-fatt li skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 id-dossier supplimentari (fajl addizzjonali) għal sustanza attiva għandu jitressaq mhux aktar tard minn 30 xahar qabel l-iskadenza tal-approvazzjoni, il-ħtieġa li tiġi żgurata distribuzzjoni bilanċjata tar-responsabbiltajiet u tal-ħidma bejn l-Istati Membri li jaġixxu bħala relaturi u korelaturi u r-riżorsi disponibbli meħtieġa għall-valutazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet. Huwa għalhekk xieraq li l-perjodi ta' approvazzjoni għall-bifenthrin, cymoxanil u metazachlor jiġu estiżi b'sentejn, u li l-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, aċidu aċetiku, aclonifen, aluminium phosphide, calcium carbide, calcium phosphide, denathonium benzoate, dodemorph, ethylene, imidacloprid, magnesium phosphide, metamitron, żjut tal-pjanti/żejt taċ-ċitronella, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, piretrini, u sulcotrione jiġu estiżi bi tliet snin.

(6)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, f'każijiet fejn qabel ma jgħaddu 30 xahar qabel id-data tal-iskadenza rispettiva stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament, ma jitressaqx dossier supplimentari skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, il-Kummissjoni tistabbilixxi d-data ta' skadenza fl-istess data bħal dik ta' qabel dan ir-Regolament jew fl-eqreb data minn hemm 'il quddiem.

(7)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta' każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma hemmx konformità mal-kriterji tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiffissa data ta' skadenza bħall-istess data prevista qabel dan ir-Regolament jew inkella, jekk din id-data tiġi aktar tard, fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jistipula li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx. Fir-rigward ta' każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipula t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tagħmel ħilitha biex tistabbilixxi, kif xieraq u skont iċ-ċirkostanzi, l-aktar data ta' applikazzjoni kmieni possibbli.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2016 dwar l-istabbiliment ta' programm ta' ħidma għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi li jiskadu fl-2019, fl-2020 u fl-2021 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 357, 29.9.2016, p. 9).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 qed jiġi emendat kif ġej:

(A)

Il-Parti A tiġi emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 215, Aclonifen, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2022”;

(2)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 216, Imidacloprid, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2022”;

(3)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 217, Metazachlor, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2021”;

(4)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 218, Aċidu aċetiku, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

(5)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 219, Sulfat tal-ammonju tal-aluminju, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(6)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 220, Silikat tal-aluminju, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(7)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 222, Smida tad-demm, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(8)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 223, Calcium carbide, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

(9)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 224, Karbonat tal-Kalċju, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(10)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 225, Diossidu tal-karbonju, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(11)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 226, Denathonium benzoate, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

(12)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 227, Ethylene, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

(13)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 228, Estratt mis-siġra tat-te, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(14)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 229, Residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(15)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 230, Aċidi grassi C7 sa C20, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(16)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 231, Estratt tat-tewm, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(17)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 232, Gibberellic acid, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(18)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 233, Gibberellin, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(19)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 234, Hydrolysed proteins, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(20)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 235, Sulfat tal-ħadid, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(21)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 236, Kieselgur (Trab tad-dijatoma), id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(22)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 239, Residwu tal-estrazzjoni tat-trab tal-bżar (PDER), id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(23)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 240, Żjut tal-pjanti/żejt taċ-ċitronella, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

(24)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 241, Żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

(25)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 242, Żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(26)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 243, Żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

(27)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 244, Karbonat idroġenu tal-Potassju, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(28)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 246, Piretrini, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

(29)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 247, Ir-ramel tal-kwarz, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(30)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 248, Żejt mill-ħut, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(31)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 249, Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt mill-ħut, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(32)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 250, Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(33)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 251, Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(34)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 253, Silikat tal-aluminju tas-sodju, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(35)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 255, Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(36)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 257, Urea, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

(37)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 260, Aluminium phosphide, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

(38)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 261, Calcium phosphide, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

(39)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 262, Magnesium phosphide, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

(40)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 263, Cymoxanil, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2021”;

(41)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 264, Dodemorph, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

(42)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 265, 2,5-Dichlorobenzoic acid methylester, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

(43)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 266, Metamitron, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

(44)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 267, Sulcotrione, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

(B)

Fil-Parti B, fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 23, Bifenthrin, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2021”;


4.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/196

tat-3 ta' Frar 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

116,2

TN

311,6

TR

163,3

ZZ

197,0

0707 00 05

MA

80,2

TR

187,3

ZZ

133,8

0709 91 00

EG

79,4

ZZ

79,4

0709 93 10

MA

130,8

TR

256,7

ZZ

193,8

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

40,0

IL

72,3

MA

46,6

TN

53,7

TR

73,5

ZZ

57,2

0805 21 10 , 0805 21 90 , 0805 29 00

EG

90,8

IL

130,5

JM

112,4

MA

88,3

TR

83,9

ZZ

101,2

0805 22 00

IL

139,7

MA

91,9

ZZ

115,8

0805 50 10

EG

85,5

TR

93,8

ZZ

89,7

0808 10 80

CN

139,4

US

205,0

ZZ

172,2

0808 30 90

CL

81,7

CN

112,5

TR

154,0

ZA

99,6

ZZ

112,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

4.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/27


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/197

tat-2 ta' Frar 2017

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1138 fir-rigward ta' ċerti skadenzi għall-użu ta' standards tal-UN/Cefact għall-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sajd

(notifikata bid-dokument C(2017) 457)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 111 u 116 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 146j tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sistemi tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom ikunu kapaċi jibagħtu l-messaġġi tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti u jwieġbu għat-talbiet għad-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti billi jużaw l-istandard taċ-Ċentru tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iffaċilitar tal-Kummerċ u għan-Negozju Elettroniku (UN/Cefact) f'konformità mal-Artikolu 146f tar-Regolament (UE) Nru 404/2011

(2)

L-Artikolu 146d tar-Regolament (UE) Nru 404/2011 jipprevedi li l-messaġġi kollha ta' trażmissjoni, inkluż dejta dwar is-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti, għandhom isiru billi jużaw in-netwerk elettroniku għall-iskambji tad-dejta dwar is-sajd “Is-Saff ta' Trażmissjoni” li l-Kummissjoni għamlet disponibbli għall-Istati Membri.

(3)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1138 (3) tiffissa skadenzi għall-użu tal-istandards tal-UN/Cefact għall-iskambju ta' dejta dwar is-sajd.

(4)

It-twassil tan-netwerk “Is-Saff ta' Trażmissjoni” ġie ttardjat b'erba' xhur u l-Istati Membri għandhom bżonn biżżejjed żmien għall-installazzjoni u għall-ittestjar.

(5)

Għalhekk huwa xieraq li jiġu posposti ċerti skadenzi stabbiliti bid-Deċiżjoni (UE) 2016/1138 għall-użu ta' dawn l-istandards tal-UN/Cefact.

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1138 għandha tiġi emendata skont dan.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Skambju tad-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1138 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Mill-1 ta' Frar 2017, il-format li għandu jintuża biex tiġi rrappurtata d-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 146f tar-Regolament (UE) Nru 404/2011 u d-dokumenti rispettivi ta' implimentazzjoni huma emendati kif stabbilit fil-format UN/Cefact P 1000-7: L-ispeċifikazzjonijiet tad-dominju tal-Pożizzjoni tal-Bastiment ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

2.   Mill-1 ta' Lulju 2018, is-sistemi tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom ikunu kapaċi jwieġbu għal talbiet għad-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti kif imsemmi fl-Artikolu 146f(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 billi jużaw il-format emendat skont il-Paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.”

Artikolu 2

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.;

(2)  ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.;

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1138 tal-11 ta' Lulju 2016 li temenda l-formati bbażati fuq l-istandard tal-UN/Cefact għall-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sajd (ĠU L 188, 13.7.2016, p. 26).


4.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/29


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/198

tat-2 ta' Frar 2017

fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u l-firxa ġewwa l-Unjoni ta' Pseudomonas syringae pv. actinidiae Takikawa, Serizawa, Ichikawa, Tsuyumu u Goto

(notifikata bid-dokument C(2017) 460)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/756/UE (2) pprevediet miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u l-firxa ġewwa l-Unjoni ta' Pseudomonas syringae pv. actinidiae Takikawa, Serizawa, Ichikawa, Tsuyumu u Goto, minn hawn 'il quddiem “l-organiżmu speċifikat”, l-aġent każwali tal-kankru tal-kiwi. Din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni skadiet fil-31 ta' Marzu 2016.

(2)

Għadd ta' Stati Membri talbu li l-miżuri tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/756/UE jibqgħu japplikaw, minħabba r-riskju fitosanitarju maħluq mill-organiżmu speċifikat. Għal din ir-raġuni, l-istess miżuri, bħall-miżuri stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni, għandhom jiġu adottati fir-rigward tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' xtieli għat-tħawwil tal-Actinidia Lindl. (minn hawn 'il quddiem “ix-xtieli speċifikati”) minn pajjiżi terzi, kif ukoll il-moviment tagħhom fl-Unjoni.

(3)

Barra minn hekk, l-esperjenza miksuba tul l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/756/UE turi li, bħala alternattivi ekwivalenti għall-ispezzjonijiet viżwali, il-qerda tax-xtieli kollha speċifikati jew l-ittestjar individwali tagħhom jikkostitwixxu wkoll miżuri xierqa biex ikun evitat it-tixrid tal-organiżmu speċifikat f'ċerti żoni, u li dawk il-miżuri joffru reazzjoni ugwalment effiċjenti fil-każ ta' tifqigħa tal-organiżmu speċifikat, għaldaqstant dawk il-miżuri għandhom ikunu permessi wkoll għal xtieli speċifikati li joriġinaw fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi. Barra minn hekk, dik l-esperjenza turi wkoll li żona b'wisa' ta' 100 m, minflok 500 m, madwar post ħieles mill-pesti jew sit tal-produzzjoni ħieles mill-pesti, bi grad ta' iżolament u ħarsien mill-ambjent estern li effettivament jeskludi l-organiżmu speċifikat, huwa biżejjed biex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni.

(4)

Jekk ikun jeħtieġ, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-leġiżlazzjoni tagħhom sabiex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni.

(5)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Marzu 2020 biex jitħalla żmien għas-sorveljanza tal-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Projbizzjoni tal-organiżmu dannuż Pseudomonas syringae pv. actinidiae Takikawa, Serizawa, Ichikawa, Tsuyumu u Goto

Pseudomonas syringae pv. actinidiae Takikawa, Serizawa, Ichikawa, Tsuyumu u Goto (minn hawn 'il quddiem “l-organiżmu speċifikat”), ma għandux jidħol jew jinfirex ġewwa l-Unjoni.

Artikolu 2

Id-dħul ta' Actinidia Lindl. fl-Unjoni

Għabra tad-dakra u xtieli ħajjin maħsubin għat-taħwil, għajr għaż-żrieragħ, tal-Actinidia Lindl. (minn hawn 'il quddiem “ix-xtieli speċifikati”), li joriġinaw f'pajjiżi terzi jistgħu jiddaħħlu fl-Unjoni biss jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi għad-dħul, kif stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 3

Moviment ta' xtieli speċifikati fl-Unjoni

Ix-xtieli speċifikati jistgħu jgħaddu minn post għal ieħor ġewwa l-Unjoni biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi, kif stabbilit fl-Anness II.

Artikolu 4

Stħarriġiet u notifiki dwar l-organiżmu speċifikat

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġiet uffiċjali kull sena għall-preżenza tal-organiżmu speċifiku fuq ix-xtieli speċifikati.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-riżultati ta' dawn l-istħarriġiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra sal-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara s-sena tal-istħarriġ.

2.   Meta operatur professjonali jissuspetta jew isir konxju li l-organiżmu speċifikat jkun preżenti fix-xtieli, fil-prodotti tax-xtieli jew f'oġġetti oħra li jkunu taħt il-kontroll ta' dak l-operatur, u f'żona fejn il-preżenza ta' dak l-organiżmu ma kinitx magħrufa qabel, dan għandu jinnotifika mill-aktar fis lill-korp uffiċjali responsabbli minnu, biex dak il-korp ikun jista' jieħu l-azzjonijiet meħtieġa. Fejn jeħtieġ, l-operatur professjonali għandu wkoll immedjatament jieħu miżuri ta' prekawzjoni biex jipprevjeni l-istabbiliment u t-tixrid ta' dak l-organiżmu speċifiku.

Artikolu 5

Konformità

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkunu ħadu biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Marzu 2020.

Artikolu 7

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/756/UE tal-5 ta' Diċembru 2012 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u l-firxa ġewwa l-Unjoni ta' Pseudomonas syringae pv. actinidiae Takikawa, Serizawa, Ichikawa, Tsuyumu u Goto (ĠU L 335, 7.12.2012, p. 49).


ANNESS I

Rekwiżiti speċifiċi għad-dl fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 2

TAQSIMA I

Iċ-ċertifikat fitosanitarju

(1)

Xtieli speċifikati li joriġinaw f'pajjiżi terzi għandhom ikun akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju, kif imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE (minn hawn 'il quddiem “iċ-ċertifikat”), li jinkludi taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni addizzjonali” it-tagħrif stabbilit fil-punti (2) u (3).

(2)

Iċ-ċertifikat għandu jinkludi tagħrif li ntlaħaq wieħed mill-punti li ġejjin:

(a)

Ix-xtieli speċifikati tkabbru tul ħajjithom f'pajjiż fejn l-organiżmu speċifiku mhux magħruf li jeżisti;

(b)

Ix-xtieli speċifikati tkabbru tul ħajjithom f'żona ħielsa mill-pesti, stabbilita fir-rigward tal-organiżmu speċifikat mill-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (minn hawn 'il quddiem “l-NPPO”) tal-pajjiż ta' oriġini b'konformità mal-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji (minn hawn 'il quddiem “ISPM”) Nru 4 (1);

(c)

Ix-xtieli speċifikati ġew prodotti f'post ħieles mill-pesti jew f'sit tal-produzzjoni ħieles mill-pesti, stabbilit fir-rigward tal-organiżmu speċifikat mill-NPPO b'konformità mal-ISPM Nru 10 tal-FAO (2). Ix-xtieli speċifikati tkabbru fi struttura bi grad ta' iżolament u ta' protezzjoni mill-ambjent ta' barra li jeskludi b'mod effettiv l-organiżmu speċifikat. F'dak il-post jew sit ix-xtieli speċifikati ġew uffiċjalment spezzjonati darbtejn fl-aktar żminijiet f'lokhom għall-identifikazzjoni ta' sintomi ta' infezzjoni matul l-aħħar ċiklu komplut ta' veġetazzjoni ta' qabel l-esportazzjoni u nstabu ħielsa mill-organiżmu speċifikat.

Dak il-post jew sit ta' produzzjoni jkun imdawwar minn żona b'raġġ ta' mill-inqas 100 m, fejn waħda mill-kundizzjonijiet segwenti tkun ġiet sodisfatta:

(i)

l-ispezzjonijiet uffiċjali jkunu twettqu darbtejn fl-aktar żminijiet f'lokhom għall-identifikazzjoni ta' sintomi ta' infezzjoni matul l-aħħar ċiklu komplut ta' veġetazzjoni qabel l-esportazzjoni u kull xitla li tkun instabet li turi sintomi ta' infezzjoni, waqt dawn l-ispezzjonijiet, tkun inqerdet minnufih;

(ii)

ix-xtieli speċifikati kollha nqerdu minnufih;

(iii)

kull xitla speċifikata tkun ġiet ittestjata b'mod regolari u nstabet ħielsa mill-organiżmu speċifikat;

(d)

Ix-xtieli speċifikati ġew prodotti f'post ta' produzzjoni ħieles mill-pesti stabbilit fir-rigward tal-organiżmu speċifikat mill-NPPO skont l-ISPM Nru 10 tal-FAO. F'dak il-post ix-xtieli speċifikati ġew spezzjonati, kampjonati u ttestjati uffiċjalment darbtejn fl-aktar żminijiet f'lokhom tul l-aħħar ċiklu komplut ta' veġetazzjoni ta' qabel l-esportazzjoni u nstabu ħielsa mill-organiżmu speċifikat.

Dak il-post tal-produzzjoni huwa mdawwar minn żona b'raġġ ta' 4 500 m, fejn tkun ġiet sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet segwenti:

(i)

l-ispezzjonijiet, il-kampjunar u l-ittestjar uffiċjali jkunu twettqu darbtejn f'dak il-post tal-produzzjoni u f'dik iż-żona kollha fl-aktar żminijiet f'lokhom għall-identifikazzjoni ta' sintomi ta' infezzjoni matul l-aħħar ċiklu komplut ta' veġetazzjoni qabel l-esportazzjoni. L-organiżmu speċifikat ma nstabx matul l-ispezzjonijiet uffiċjali, il-kampjunar u l-ittestjar;

(ii)

Ix-xtieli speċifikati kollha f'raġġ ta' 500 m minn dak il-post ta' produzzjoni nqerdu minnufih;

(iii)

kull xitla speċifikata f'raġġ ta' 500 m minn dak il-post ta' produzzjoni tkun ġiet ittestjata b'mod regolari fl-aktar żminijiet f'lokhom u tkun instabet ħielsa mill-organiżmu speċifikat.

Fil-każ tal-punti (ii) u (iii), ix-xtieli speċifikati kollha f'dik iż-żona fuq distanza ta' 500 m sa 4 500 m mill-post ta' produzzjoni inqerdu jew ġew ittestjati skont skema ta' kampjunar li tista' tikkonferma b'affidabbiltà ta' 99 % li l-livell tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat fix-xtieli speċifikati huwa inqas minn 0,1 %.

(3)

Fejn tingħata l-informazzjoni stabbilita fil-punt (2)(c) jew (2)(d), flimkien ma' dan, iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-informazzjoni li ntlaħaq wieħed mill-punti li ġejjin:

(a)

Ix-xtieli speċifikati tnisslu direttament minn xtieli omm mkabbra taħt kundizzjonijiet konformi mal-punti (2)(a) jew (2)(b) jew 2(c);

(b)

Ix-xtieli speċifikati tnisslu direttament minn xtieli omm li kienu suġġetti għal ittestjar individwali minn qabel, li kkonferma li huma ħielsa mill-organiżmu speċifikat;

(c)

Ix-xtieli speċifikati ġew ittestjati skont skema ta' kampjunar li tista' tikkonferma b'affidabilità ta' 99 % li l-livell tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat fix-xtieli speċifikati huwa inqas minn 0,1 %.

(4)

Fejn tingħata l-informazzjoni stabbilita fil-punt (2)(b), l-isem taż-żona ħielsa mill-pesti għandu jiġi inkluż taħt l-intestatura taċ-ċertifikat “Post ta' Oriġini”.

TAQSIMA II

Spezzjoni

Ix-xtieli speċifikati introdotti fl-Unjoni akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma mat-Taqsima I għandhom jiġu spezzjonati b'mod rigoruż u, fejn jixraq, eżaminati għall-preżenza tal-organiżmu speċifikat fil-punt tad-dħul jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE (3).

F'każ li x-xtieli speċifikati jidħlu fl-Unjoni permezz ta' Stat Membru li mhux l-Istat Membru tad-destinazzjoni ta' dawk ix-xtieli, l-entità uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru tad-dħul għandha tgħarraf lill-entità uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru tad-destinazzjoni.


(1)  Rekwiżiti għall-istabbiliment ta' żoni ħielsa mill-pesti. ISPM Nru 4 (1995), Ruma, IPPC, FAO 2016.

(2)  Ir-rekwiżiti biex jinstabu postijiet ta' produzzjoni u siti ta' produzzjoni ħielsa mill-pesti. ISPM Nru 10 (1999), Ruma, IPPC, FAO 2016.

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE tas-7 ta' Ottubru 2004 dwar il-kontrolli tal-identità u s-saħħa tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, elenkati f'Parti B tal-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, li jistgħu jiġu esegwiti f'post ieħor li mhuwiex il-punt tad-dħul fil-Komunità jew f'post ieħor fil-qrib u tispeċifika l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw dawn il-kontrolli (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16).


ANNESS II

Rekwiżiti għall-moviment fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3

(1)

Ix-xtieli speċifikati li joriġinaw fl-Unjoni jistgħu jgħaddu minn post għal ieħor fl-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tax-xtieli mħejji u maħruġ skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE (1) u jekk jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (2).

(2)

Ix-xtieli speċifikati għandhom jilħqu wieħed mill-punti li ġejjin:

(a)

Ix-xtieli speċifikati tkabbru tul ħajjithom fi Stat Membru fejn l-organiżmu speċifiku mhux magħruf li jidher;

(b)

Ix-xtieli speċifikati tkabbru tul ħajjithom f'żona protetta rikonoxxuta fir-rigward tal-organiżmu speċifikat skont l-Artikolu 2(1)(h) tad-Direttiva 2000/29/KE.

(c)

Il-xtieli speċifikati tkabbru tul ħajjithom f'żona ħielsa minn organiżmi ta' ħsara, stabbilita fir-rigward tal-organiżmu speċifikat mill-entità uffiċjali responsabbli ta' Stat Membru b'konformità mal-ISPM Nru 4 tal-FAO (2);

(d)

Ix-xtieli speċifikati ġew prodotti f'post ħieles mill-pesti jew f'sit tal-produzzjoni ħieles mill-pesti, stabbilit fir-rigward tal-organiżmu speċifikat mill-entità uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru ta' oriġini b'konformità mal-ISPM Nru 10 tal-FAO (3). Ix-xtieli speċifikati tkabbru fi struttura bi grad ta' iżolament u ta' protezzjoni mill-ambjent ta' barra li jeskludi b'mod effettiv l-organiżmu speċifikat. F'dak il-post jew sit ix-xtieli speċifikati ġew uffiċjalment spezzjonati darbtejn fl-aktar żminijiet f'lokhom għall-identifikazzjoni ta' sintomi ta' infezzjoni matul l-aħħar ċiklu komplut ta' veġetazzjoni qabel ma jgħaddu minn post għall-ieħor u nstabu ħielsa mill-organiżmu speċifikat.

Dak il-post jew sit ta' produzzjoni jkun imdawwar minn żona b'raġġ ta' mill-inqas 100 m, fejn waħda mill-kundizzjonijiet segwenti tkun ġiet sodisfatta:

(i)

twettqu spezzjonijiet uffiċjali darbtejn fl-aktar żminijiet xierqa għall-identifikazzjoni ta' sintomi ta' infezzjoni matul l-aħħar ċiklu komplut ta' veġetazzjoni qabel iċ-ċaqliq u kull xitla speċifikata li nstab li kienet turi sintomi ta' infezzjoni, waqt dawn l-ispezzjonijiet, inqerdet minnufih;

(ii)

ix-xtieli speċifikati kollha nqerdu minnufih;

(iii)

kull xitla speċifikata tkun ġiet ittestjata b'mod regolari fl-aktar żminijiet f'lokhom u nstabu ħielsa mill-organiżmu speċifikat.

(e)

Ix-xtieli speċifikati ġew prodotti f'post ta' produzzjoni ħieles mill-pesti, stabbilit fir-rigward tal-organiżmu speċifikat mill-entità uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru ta' oriġini skont l-ISPM Nru 10 tal-FAO. F'dak il-post ix-xtieli speċifikati ġew spezzjonati, kampjunati u ttestjati uffiċjalment darbtejn fl-aktar żminijiet f'lokhom tul l-aħħar ċiklu komplut ta' veġetazzjoni qabel l-esportazzjoni u nstabu ħielsa mill-organiżmu speċifikat.

Dak il-post tal-produzzjoni huwa mdawwar minn żona b'raġġ ta' 500 m, minn hawn 'il quddiem iż-“żona tal-madwar”, fejn tkun ġiet sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet segwenti:

(i)

l-ispezzjonijiet, il-kampjunar u l-ittestjar uffiċjali jkunu twettqu darbtejn f'dik iż-żona kollha tal-madwar fl-aktar żminijiet f'lokhom waqt l-aħħar ċiklu komplet ta' veġetazzjoni qabel iċ-ċaqliq. L-organiżmu speċifikat ma nstabx matul l-ispezzjonijiet, il-kampjunar u l-ittestjar uffiċjali;

(ii)

ix-xtieli speċifikati kollha fiż-żona tal-madwar inqerdu minnufih;

(iii)

kull xitla speċifikata fiż-żona tal-madwar tkun ġiet ittestjata b'mod regolari fl-aktar żminijiet f'lokhom u nstabet ħielsa mill-organiżmu speċifikat.

Iż-żona tal-madwar hija mdawra b'żona b'wisa' ta' 4 km, fejn tkun ġiet sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet segwenti:

(i)

wara l-ispezzjonijiet, il-kampjunar u l-ittestjar uffiċjali li jkunu twettqu f'dik iż-żona kollha darbtejn fl-aktar żminijiet xierqa għall-identifikazzjoni ta' sintomi ta' infezzjoni matul l-aħħar ċiklu komplut ta' veġetazzjoni qabel ma jgħaddu minn post għal ieħor, ittieħdu miżuri ta' eradikazzjoni fil-każijiet kollha meta l-organiżmu speċifikat ġie identifikat fuq ix-xtieli speċifikati. Dawn il-miżuri kkonsistew fil-qerda immedjata tax-xtieli infettati speċifikati;

(ii)

ix-xtieli speċifikati kollha f'dik iż-żona inqerdu;

(iii)

Ix-xtieli speċifikati kollha f'dik iż-żona ġew ittestjati skont skema ta' kampjunar li tikkonferma b'affidabilità ta' 99 % li l-livell tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat fix-xtieli speċifikati huwa inqas minn 0,1 %.

(3)

Fejn ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (2)(d) jew (2)(e) jintlaħqu, ix-xtieli speċifikati għandhom, flimkien ma' dan, jilħqu wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Ix-xtieli speċifikati tnisslu direttament mix-xtieli mkabbra taħt kundizzjonijiet konformi mal-punti (2)(a) jew (2)(b) jew 2(c) jew 2(d);

(b)

Ix-xtieli speċifikati tnisslu direttament minn xtieli omm li kienu suġġetti għal ittestjar individwali minn qabel, li kkonferma li huma ħielsa mill-organiżmu speċifikat;

(c)

Ix-xtieli speċifikati ġew ittestjati skont skema ta' kampjunar li tista' tikkonferma b'affidabilità ta' 99 % li l-livell tal-preżenza tal-organiżmu speċifikat fix-xtieli speċifikati huwa inqas minn 0,1 %.

(4)

Ix-xtieli speċifikati introdotti fl-Unjoni minn pajjiżi terzi b'konformità mal-Anness I jistgħu jgħaddu minn post għal ieħor ġewwa l-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati mill-passaport tax-xtieli msemmi fil-punt (1).


(1)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE tat-3 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi grad ta' standardizzazzjoni għal passaporti ta' pjanti biex jintużaw għaċ-ċaqliq ta' ċerti pjanti, prodotti ta' pjanti jew oġġetti oħra ġewwa l-Komunità, u li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati dwar il-ħruġ ta' passaporti simili u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati għall-bdil tagħhom (ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22).

(2)  Rekwiżiti għall-istabbiliment ta' żoni ħielsa mill-pesti. ISPM Nru 4 (1995), Ruma, IPPC, FAO 2016.

(3)  Ir-rekwiżiti biex jinstabu postijiet ta' produzzjoni u siti ta' produzzjoni ħielsa mill-pesti. ISPM Nru 10 (1999), Ruma, IPPC, FAO 2016.