ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 29

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
3 ta' Frar 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/180 tal-24 ta' Ottubru 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni komparattiva tal-istandards ta' valutazzjoni tal-portafoll u l-proċeduri ta' kondiviżjoni ta' valutazzjoni ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/181 tas-27 ta' Jannar 2017 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

10

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/182 tas-27 ta' Jannar 2017 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

13

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/183 tas-27 ta' Jannar 2017 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

16

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/184 tal-1 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/185 tat-2 ta' Frar 2017 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

21

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/186 tat-2 ta' Frar 2017 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji minn ċerti pajjiżi terzi minħabba l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 ( 1 )

24

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/187 tat-2 ta' Frar 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Bacillus subtilis (DSM 28343) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Lactosan GmbH & Co. KG) ( 1 )

35

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/188 tat-2 ta' Frar 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

38

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/189 tas-16 ta' Jannar 2017 dwar il-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f'isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat ta' Ġestjoni Sanitarja u Fitosanitarja, fis-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, fis-Sottokumitat Doganali u fis-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi stabbiliti bis-saħħa tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura ta' dawk is-Sottokumitati

40

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/190 tal-1 ta' Frar 2017 li tawtorizza lil Franza tidderoga skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minn ċerti regoli komuni tas-sikurezza tal-avjazzjoni li jikkonċernaw l-istallazzjoni ta' komponenti (notifikata bid-dokument C(2017) 458)

61

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/191 tal-1 ta' Frar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/166/UE, biex tintroduċi teknoloġiji u meded ta' frekwenza ġodda għas-servizzi ta' komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument C(2017) 450)  ( 1 )

63

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2240 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) ( ĠU L 337, 13.12.2016 )

69

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

3.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/180

tal-24 ta' Ottubru 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni komparattiva tal-istandards ta' valutazzjoni tal-portafoll u l-proċeduri ta' kondiviżjoni ta' valutazzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b'mod partikolari it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 78(7) tagħha,

Billi:

(1)

Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti standards għall-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-approċċi interni adottati mill-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji u jiġu stabbiliti regoli dettaljati rigward il-proċeduri ta' kondiviżjoni ta' dawk il-valutazzjonijiet bejn awtoritajiet kompetenti bis-setgħa li jissorveljaw il-firxa ta' ammonti ta' skoperturi ppeżati skont ir-riskju jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji minn istituzzjonijiet li huma permessi li jużaw approċċi interni għall-kalkolu ta' dawk l-ammonti jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji.

(2)

Il-valutazzjoni tal-kwalità ta' approċċi avvanzati ta' istituzzjonijiet tippermetti paragun tal-approċċi interni fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-valutazzjoni tagħhom tal-potenzjal ta' sottovalutazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji. Ir-regoli dwar il-proċeduri għall-kondiviżjoni tal-valutazzjonijiet għandhom jinkludu dispożizzjonijiet xierqa dwar it-twaqqit tal-kondiviżjoni tal-valutazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti u l-EBA.

(3)

L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta' istituzzjonijiet li jagħmlu parti minn grupp soġġett għal superviżjoni konsolidata għandhom interess leġittimu tal-kwalità tal-approċċi interni użati minn dawn l-istituzzjonijiet, billi dawn jikkontribwixxu għad-deċiżjoni konġunta tal-approvazzjoni tal-approċċi interni fl-ewwel lok, bis-saħħa tal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Ir-regoli dwar il-proċeduri għall-kondiviżjoni tal-valutazzjonijiet magħmula f'konformità mal-Artikolu 78(3) tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom ukoll jispeċifikaw li l-obbligi ta' kooperazzjoni u kondiviżjoni ta' informazzjoni fi ħdan il-kulleġġi japplikaw fil-kuntest partikolari ta' eżerċizzju tal-valutazzjoni komparattiva.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 78(3) tad-Direttiva 2013/36/UE jkunu kondiviżi b'mod effiċjenti u prattikabbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu l-istima tagħhom jew l-opinjonijiet tagħhom dwar il-livell ta' sottovalutazzjoni potenzjali tar-rekwiżiti ta' fondi proprji li jirriżultaw mill-approċċi interni użati mill-istituzzjonijiet u r-raġunament wara l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. Barra minn hekk, azzjonijiet korrettivi attwali jew previsti mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 78(4) ta' dik id-Direttiva huma wkoll rilevanti għal awtoritajiet kompetenti oħra responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet li jagħmlu parti minn grupp soġġett għal superviżjoni konsolidata kif għandhom interess leġittimu kontinwu fil-kwalità ta' approċċ intern użat minn dawk l-istituzzjonijiet. Barra minn hekk, azzjonijiet korrettivi attwali jew previsti mill-awtoritajiet kompetenti għandhom isiru wkoll disponibbli lill-EBA skont l-Artikolu 107(1) ta' din id-Direttiva, peress li dawn huma meħtieġa sabiex l-EBA tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha.

(5)

Ir-rapport EBA li sar biex jassisti lill-awtoritajiet kompetenti fil-valutazzjoni tal-kwalità tal-approċċi interni hu l-pedament tal-eżerċizzju tal-valutazzjoni komparattiva, peress li dan ir-rapport jinkludi r-riżultati tat-tqabbil tal-istituzzjonijiet rilevanti mal-pari tagħhom fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk, l-informazzjoni li tinsab fir-rapport EBA għandha tikkostitwixxi l-bażi li fuqha l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu liema ditti u l-portafolli għandhom jiġu evalwati b'“attenzjoni partikolari” skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78(3) tad-Direttiva 2013/36/UE.

(6)

Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-approċċi interni jiddependu fuq il-kwalità tad-dejta rrappurtata mill-istituzzjonijiet rilevanti skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2070 (3), li għandhom ukoll ikunu konsistenti u komparabbli. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu meħtieġa li jikkonfermaw l-applikazzjoni korretta ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni minn istituzzjonijiet, speċjalment fir-rigward tal-applikazzjoni tal-għażla disponibbli għall-istituzzjonijiet biex joqogħdu lura milli jirrappurtaw ċerti portafolli individwali.

(7)

Fejn l-awtoritajiet kompetenti jikkalkulaw il-limiti skont l-approċċ standardizzat, għandu jsir aġġustament tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-approċċ standardizzat, għal raġunijiet ta' prudenza. Dan l-aġġustament għandu jkun stabbilit fil-livell applikabbli għall-komputazzjoni tal-minimu tranżizzjonali ta' Basel I skont l-Artikolu 500 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(8)

Il-parametri referenzjarji bbażati fuq l-approċċ standardizzat bħalissa mhumiex meqjusa xierqa biex jiġu komputati f'każ ta' riskju tas-suq, peress li dawn jistgħu jwasslu għal distorsjonijiet. Minħabba differenzi metodoloġiċi kbar fil-komputazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-approċċi standardizzati u interni, l-aktar minħabba differenzi qawwija f'aggregazzjoni jew diversifikazzjoni ta' pożizzjonijiet individwali, paragun bejn iż-żewġ parametri skont ir-riskju tas-suq tal-portafolli ż-żgħar ma jipprovdix indikazzjoni sew ta' sottovalutazzjoni potenzjali tar-rekwiżiti ta' fondi proprji. Fejn komputazzjonijiet ta' approċċ standardizzat jitqiesu fil-valutazzjoni ta' mudelli tar-riskju ta' kreditu, l-użu tagħhom għandu jkun maħsub biss bħala punti ta' riferiment għall-valutazzjoni, minflok bħala minimi.

(9)

Fil-valutazzjoni tal-kwalità tal-approċċi interni tal-istituzzjonijiet kif ukoll il-grad ta' varjabbiltà osservat f'approċċi partikolari, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jiffukaw biss fuq ir-riżultati iżda għandu jkollhom l-għan li jiddeterminaw il-fatturi ewlenin ta' varjabbiltà u jaslu għal konklużjonijiet f'diversi approċċi ta' mmudellar. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jintalbu jieħdu kont tar-riżultati tal-kalkoli tal-valur fir-riskju alternattiv (value-at-risk, VaR) u tal-valur fir-riskju taħt stress (stressed value-at-risk, sVaR) ibbażati fuq serje kronoloġika ta' qligħ u telf.

(10)

Peress li r-rwol tal-awtoritajiet kompetenti fl-investigazzjoni u l-konferma tal-kwalità tal-approċċi interni huwa fundamentali, minbarra l-informazzjoni rrappurtata mill-istituzzjonijiet skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-setgħat tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex japprovaw u jirrevedu approċċi interni, b'mod proattiv, billi jfittxu informazzjoni ulterjuri li tkun utli għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-approċċi interni li attwalment għaddejja.

(11)

Għall-valutazzjoni tar-riskju tas-suq, l-ittestjar retrospettiv, ibbażat kemm fuq bidliet ipotetiċi kif ukoll dawk reali fil-valur tal-portafoll, hu diġà meħtieġ li jitwettaq fuq bażi ta' kuljum għall-pożizzjonijiet fl-aħħar tal-ġurnata tal-portafoll kollu, kif stabbilit fl-Artikolu 366(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. In-numru ta' qbiż (over-shootings) għandu jiġi kkomunikat lill-awtoritajiet kompetenti u jintuża b'mod regolari biex jivvaluta l-prestazzjoni tal-mudell u biex jiddetermina fatturi miżjuda għall-multiplikaturi regolatorji VaR u sVaR. Għalhekk, l-ebda testijiet retrospettivi addizzjonali ma għandhom jiġu applikati jew evalwati għall-portafolli relatati mal-approċċi tar-riskju tas-suq interni.

(12)

Il-fatt li l-eżitu tal-eżerċizzju tal-valutazzjoni komparattiva għal portafoll individwali hu valur estrem jew huwa identifikat fir-rapport EBA biex jiġi rieżaminat mill-awtoritajiet kompetenti ma għandux bilfors jimplika li l-mudell użat mill-istituzzjoni hu korrett jew żbaljat. F'dan ir-rigward, il-valutazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jintużaw bħala għodda biex jinkiseb għarfien aktar fil-fond dwar is-suppożizzjonijiet tal-mudelli u tal-immudellar tal-istituzzjonijiet. Barra minn hekk, l-analiżi tad-differenzi potenzjali bejn ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kreditu kif irrapportat mill-istituzzjonijiet skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070, u fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kreditu li jirriżultaw mill-użu ta' parametri ta' riskju osservati preċedentement (“eżiti”) għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti bħala indikatur sostitut ta' sottovalutazzjoni sinifikanti u sistematika tar-rekwiżiti ta' fondi proprji, iżda ma għandhom qatt jissostitwixxu l-validazzjoni xierqa ta' approċċ intern.

(13)

Bl-użu tar-riżultati ta' valutazzjoni komparattiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-limitazzjonijiet possibbli tad-dejta u dan jiġi rifless fil-valutazzjoni tagħhom kif ikun xieraq. Metriċi addizzjonali bbażati fuq l-eżiti għandhom jiġu kkalkolati mill-EBA abbażi tal-informazzjoni miġbura u se jkomplu jikkontribwixxu għall-analiżi. Bl-istess mod, minħabba li r-rekwiżiti ta' fondi proprji magħmula minn mudelli ta' riskju tas-suq huma dipendenti fuq portafoll u kwalunkwe konklużjoni miksuba f'livelli diżaggregati ma jistgħux jiġu estrapolati mingħajr kritika għal portafolli reali miżmuma minn istituzzjonijiet, kwalunkwe konklużjoni preliminari bbażata biss fuq il-livell totali ta' kapital ġej minn portafolli aggregati għandha titqies b'kawtela. Meta jiġu vvalutati r-riżultati miksuba, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li anke jekk dawn il-portafolli aggregati li jinkludu l-ikbar għadd ta' strumenti xorta ser ikunu differenti ħafna minn portafoll reali f'termini ta' daqs u struttura. Barra minn hekk, billi l-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet mhux se jkunu kapaċi jimmudellaw il-portafolli kollha mhux aggregati, ir-riżultati jistgħu ma jkunux komparabbli f'kull każ. Barra minn hekk, wieħed għandu jżomm f'moħħu li d-dejta ma tkunx tirrifletti l-azzjonijiet kollha dwar il-fondi proprji, bħar-restrizzjonijiet fuq il-benefiċċji ta' diversifikazzjoni jew żidiet ta' fondi proprji introdotti biex ikunu indirizzati n-nuqqasijiet ta' mudellar jew il-fatturi ta' riskju neqsin.

(14)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati ppreżentati mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni.

(15)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Proċeduri għal kondiviżjoni ta' valutazzjonijiet

1.   L-awtoritajiet kompetenti li jwettqu valutazzjoni annwali tal-kwalità tal-approċċi interni tal-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 78(3) tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom jikkondividu dawn l-evalwazzjonijiet l-oħra kollha rilevanti mal-awtoritajiet kompetenti u mal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) fi żmien tliet xhur wara ċ-ċirkolazzjoni tar-rapport magħmul mill-EBA msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 78(3) ta' dik id-Direttiva.

2.   Mal-wasla tal-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-EBA għandha tikkondividi mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet, li jagħmlu parti minn grupp soġġett għal superviżjoni konsolidata fejn l-awtoritajiet kompetenti li ppreparaw dawk il-valutazzjonijiet għadhom ma għamlux dan.

Artikolu 2

Proċeduri għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn u mal-EBA

Meta l-kondiviżjoni tal-valutazzjonijiet issir f'konformità mal-Artikolu 78(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-konklużjonijiet u r-raġuni fundamentali tal-valutazzjoni tagħhom, ibbażati fuq l-applikazzjoni ta' standards ta' valutazzjoni msemmija fl-Artikoli 3 sa 11;

(b)

il-fehmiet tagħhom dwar il-livell ta' sottovalutazzjoni potenzjali tar-rekwiżiti ta' fondi proprji li jirriżultaw mill-approċċi interni użati mill-istituzzjonijiet.

Artikolu 3

Ħarsa ġenerali

1.   Meta titwettaq il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78(3) jew tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw approċċi interni li jeħtieġu valutazzjoni speċifika b'mod li jkun proporzjonat man-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fil-mudell tan-negozju kif ukoll ir-rilevanza mill-portafolli inklużi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 għall-istituzzjoni b'rabta mal-profil ta' riskju tal-istituzzjoni. Huma għandhom jieħdu kont ukoll tal-analiżi pprovduta fir-Rapport tal-EBA msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 78(3) tad-Direttiva 2013/36/UE kif ġej:

(a)

huma għandhom jittrattaw valuri li jirriżultaw mill-immudellar li huma kkunsidrati bħala estremi fir-rapport tal-EBA bħala indikazzjoni ta' differenzi sinifikanti f'rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78(3) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

huma għandhom jittrattaw valuri li jirriżultaw mit-tfassil u mid-devjazzjoni standard ta' dawk il-valuri għal skoperturi f'portafoll ta' valutazzjoni komparattiva jew portafolli ta' valutazzjoni komparattiva simili identifikati fir-rapport tal-EBA bħala indikazzjoni preliminari ta' differenzi sinifikanti u diversità baxxa jew għolja ta' diversità, kif applikabbli, fir-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78(3) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(c)

huma għandhom jittrattaw id-differenzi potenzjali kkalkolati skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament bħala indikazzjoni preliminari ta' sottovalutazzjoni sinifikanti u sistematika tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78(3) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(d)

huma għandhom iqisu d-differenzi potenzjali bejn parametri tar-riskju stmati rrapportati mill-istituzzjonijiet skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 u l-parametri tar-riskju storikament osservati (“eżiti”) li jiġu rrapportati mill-istituzzjonijiet skont dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni bħala indikazzjoni preliminari ta' differenzi sinifikanti f'rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78(3) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(e)

huma għandhom iqisu d-differenzi potenzjali bejn ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kreditu kif irrapportat mill-istituzzjonijiet skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 u tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu li jirriżultaw mill-użu ta' twettiq mill-istituzzjonijiet skont dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jew kkalkolati mill-EBA fir-rapport tagħha msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 78(3) tad-Direttiva 2013/36/UE bħala indikazzjoni preliminari ta' sottovalutazzjoni sinifikanti u sistematika tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78(3) ta' dik id-Direttiva. Meta jintuża r-rapport ipprovdut mill-EBA, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu l-limitazzjonijiet tad-dejta possibbli u dan jiġi rifless fil-valutazzjoni tagħhom kif ikun xieraq.

2.   Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw l-istandards ta' valutazzjoni msemmija fl-Artikoli 6 sa 11.

Artikolu 4

Komputazzjoni ta' differenzi potenzjali għal riskju ta' kreditu bl-użu ta' Approċċ Standardizzat

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkalkulaw id-differenzi potenzjali msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1) billi jnaqqsu r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kreditu kif irrapportat mill-istituzzjonijiet skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070 dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kreditu li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-approċċ standardizzat. Barra minn hekk, huma għandhom jikkalkulaw l-istatistika tal-parametru referenzjarju rigward dawk id-differenzi kif ġej:

(a)

għal portafolli b'riskju baxx ta' inadempjenza (low default portfolios, LDPs), fil-livell ta' portafoll esklużi l-iskoperturi għal gvern ċentrali tal-Istati Membri u għall-banek ċentrali ddenominati u ffinanzjati fil-munita domestika kif imsemmi fl-Artikolu 114(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

għal portafolli b'riskju għoli ta' inadempjenza (high default portfolios, HDPs), fil-livell tal-portafoll.

2.   Għall-komputazzjoni tal-istatistika ta' valur referenzjarju msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' kreditu aġġustat fil-livell applikabbli għall-komputazzjoni tal-minimu tranżizzjonali ta' Basel I skont l-Artikolu 500 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 5

Komputazzjoni ta' differenzi potenzjali għal eżiti bl-użu ta' riskju ta' kreditu

Għall-finijiet tal-punt (d) u (e) tal-Artikolu 3(1), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw kemm eżiti medji ta' sena kif ukoll ta' ħames snin għall-komputazzjoni tad-diverġenzi.

Artikolu 6

Standards ta' valutazzjoni

1.   Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjonijiet mar-rekwiżiti tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070, meta l-istituzzjonijiet ikunu eżerċitaw l-għażla tal-Artikolu 3(2) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni sabiex iressqu aktar rappurtaġġ limitat skont dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dan billi jikkonfermaw ir-raġunament u l-ġustifikazzjoni għal kwalunkwe limitazzjonijiet fir-rappurtar li dawn l-istituzzjonijiet ipprovdew skont dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

2.   Meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinvestigaw ir-raġunijiet għal sottovalutazzjoni sinifikanti u sistematika u għad-diversità għolja u baxxa fir-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija f'dak il-paragrafu, kif ġej:

(a)

għal valutazzjonijiet relatati ma' approċċi tar-riskju ta' kreditu, billi jiġu applikati l-istandards imsemmija fl-Artikoli 7 u 8;

(b)

għal valutazzjonijiet relatati ma' approċċi tar-riskju tas-suq, billi jiġu applikati l-istandards imsemmija fl-Artikoli 9 sa 11.

Artikolu 7

Standards ġenerali ta' valutazzjoni għal approċċi interni għar-riskju ta' kreditu

1.   Meta jwettqu valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) rigward l-approċċi għar-riskju ta' kreditu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw mill-inqas l-informazzjoni dwar l-approċċi interni applikati għall-portafolli ta' valutazzjoni komparattiva li tinsab fid-dokumenti li ġejjin, fejn rilevanti:

(a)

ir-rapport tal-EBA li għalih hemm referenza fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 78(3) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

ir-rapporti ta' validazzjoni regolari tal-istituzzjoni;

(c)

dokumentazzjoni tal-mudell inklużi manwali, dokumentazzjoni dwar l-iżvilupp u l-kalibrazzjoni tal-mudell u l-metodoloġija ta' approċċi interni;

(d)

rapporti dwar żjarat fuq il-post.

2.   Meta jwettqu valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) rigward ir-riskju ta' kreditu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu dawn l-elementi li ġejjin, fejn rilevanti:

(a)

jekk l-istituzzjoni tuża l-istimi proprji ta' Telf fil-Każ ta' Inadempjenza (loss given default, LGD) u tal-fatturi ta' konverżjoni skont l-Artikolu 143 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

il-perimetru ta' applikazzjoni tal-mudell u r-rappreżentattività tal-portafolli ta' valutazzjoni komparattiva;

(c)

il-karatteristiċi ewlenin ta' mudelli bħal li ssir distinzjoni bejn mudelli mfassla u kkalibrati f'livell ta' grupp ċentralizzat (globali) u mudelli mfassla u kkalibrati biss fil-livell ta' ġuriżdizzjoni ospitanti (lokali), mudelli ta' bejjiegħa u tal-istituzzjoni, mudelli żviluppati u kkalibrati bl-użu ta' dejta interna u mudelli żviluppati u kkalibrati bl-użu ta' dejta esterna;

(d)

id-dejta dwar approvazzjoni ta' mudell u d-dejta dwar l-iżvilupp ta' mudell;

(e)

il-paragun bejn ir-rati ta' inadempjenza mbassra u osservati matul il-perjodu ta' żmien rilevanti;

(f)

it-tqabbil ta' tnaqqis prevista tal-LGDs ma' LGDs osservati;

(g)

it-tqabbil ta' skoperturi stmati u osservati fl-inadempjenza;

(h)

it-tul tas-serje taż-żmien użat u, kif applikabbli, l-inklużjoni ta' snin f'diffikultà jew in-natura u r-rilevanza ta' xi aġġustament fil-kundizzjonijiet għall-qbid ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u ż-żieda ta' marġnijiet ta' konservatiżmu fil-mudelli ta' kalibrazzjoni;

(i)

it-tibdiliet riċenti fil-kompożizzjoni tal-portafoll tal-istituzzjoni fejn qed jiġi applikat approċċ intern;

(j)

is-sitwazzjoni makroekonomika u mikroekonomika tal-portafoll tal-istituzzjoni, tal-istrateġija tar-riskju u tan-negozju kif ukoll tal-proċess intern, bħalma huma proċeduri ta' rkupru għal assi mhux imħallsa (“proċeduri operattivi”);

(k)

il-pożizzjoni attwali taċ-ċiklu, l-għażla ta' klassifikazzjoni ta' filosofija bejn punt fiż-żmien (point-in-time, PIT) jew abbażi taċ-ċiklu kollu (through-the-cycle, TTC) u ċ-ċikliċità osservata fil-mudell;

(l)

in-numru ta' gradi ta' klassifikazzjoni u dimensjonijiet użati mill-istituzzjonijiet fil-probabbiltà ta' inadempjenza (probability of default, PD), LGD, mudelli ta' fattur ta' konverżjoni;

(m)

id-definizzjonijiet tar-rati ta' inadempjenza u ta' kura użati mill-istituzzjoni;

(n)

l-inklużjoni jew le ta' proċeduri operattivi miftuħa tul iż-żmien użat għall-kalibrazzjoni ta' mudelli tal-LGD, fejn applikabbli.

3.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jqisu li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx biżżejjed sabiex jintlaħqu konklużjonijiet rigward l-elementi elenkati fil-paragrafu 2, huma għandhom minnufih jiġbru mill-istituzzjonijiet l-informazzjoni addizzjonali li huma jqisu meħtieġa sabiex tiffinalizza l-valutazzjoni tagħhom.

Meta jiddeċiedu dwar liema informazzjoni addizzjonali tinġabar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-materjalità u r-rilevanza tad-devjazzjoni ta' parametri tal-istituzzjoni u r-rekwiżiti tal-fondi proprji. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru l-informazzjoni addizzjonali li huma jiddeċiedu li hija l-iktar xierqa, inklużi permezz ta' kwestjonarji, intervisti u żjarat ad hoc fuq il-post.

Artikolu 8

Standards ta' valutazzjoni għal approċċi interni għal riskju ta' kreditu speċifiku għal-LDP

1.   Meta jwettqu valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) rigward il-kontropartijiet LDP stabbiliti fil-mudell 101 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id-differenzi bejn ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kreditu ta' istituzzjoni u dawk tal-pari tiegħu huma mmexxija minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

il-klassifikazzjoni differenti tal-kontropartijiet inklużi fil-kampjuni LDP jew livelli differenti ta' PD assenjati lil kull grad;

(b)

it-tipi ta' faċilità speċifiċi, strumenti kollaterali il-jew post tal-kontropartijiet;

(c)

l-eteroġeneità fil-PDs, LGDs, maturitajiet jew fatturi ta' konverżjoni;

(d)

il-prattiki ta' kollateralizzazzjoni;

(e)

il-livell ta' indipendenza minn klassifikazzjonijiet esterni ta' valutazzjoni u l-frekwenza għall-aġġornament tal-klassifikazzjoni interna.

2.   Fejn l-istituzzjoni tikklassifika kontroparti bħala “inadempjenti” filwaqt li l-istituzzjonijiet jikklassifikawha bħala “effiċjenti”, jew viċi versa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw l-approċċ imsemmi fil-paragrafu 1 għal dik il-kontroparti.

Artikolu 9

Standards ta' valutazzjoni ġenerali għal approċċi interni għar-riskju tas-suq

1.   Meta jwettqu valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw mill-inqas l-informazzjoni dwar l-approċċi interni applikati għall-portafolli ta' valutazzjoni komparattiva li tinsab fid-dokumenti li ġejjin, fejn rilevanti:

(a)

ir-rapport tal-EBA li għalih hemm referenza fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 78(3) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

ir-rapporti ta' validazzjoni ta' istituzzjoni, imwettqa minn partijiet indipendenti, meta l-mudell intern jiġi żviluppat inizjalment u meta ssir kwalunkwe bidla sinifikanti fil-mudell intern. Din l-informazzjoni għandha tinkludi testijiet biex juru li kwalunkwe ipoteżi mwettqa fi ħdan l-approċċi interni huma xierqa u ma jissottovalutawx jew ma jissopravalutawx ir-riskju, ittestjar retrospettiv speċifiku mfassal b'rigward tar-riskji u l-istrutturi tal-portafolli tagħhom u l-użu ta' portafolli ipotetiċi sabiex jiġi żgurat li l-approċċi interni huma kapaċi jqisu karatteristiċi strutturali partikolari li jistgħu jinqalgħu, pereżempju riskji ta' bażi materjali u riskju ta' konċentrazzjoni;

(c)

notifiki tan-numru u l-ġustifikazzjoni ta' ttestjar retrospettiv ta' kuljum, in-numru ta' qbiż (over-shootings) osservat matul is-sena ta' qabel, fuq il-bażi ta' ttestjar b'lura fuq bidliet ipotetiċi u reali fil-valur tal-portafoll.

(d)

dokumentazzjoni tal-mudell inklużi manwali, dokumentazzjoni dwar l-iżvilupp u l-kalibrazzjoni tal-mudell u l-metodoloġija ta' approċċi interni;

(e)

rapporti dwar żjarat fuq il-post.

2.   Meta jwettqu valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1), l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu dawn l-elementi li ġejjin, fejn rilevanti:

(a)

l-għażla tal-metodoloġija VaR applikata mill-istituzzjoni;

(b)

il-perimetru ta' applikazzjoni tal-mudell u r-rappreżentattività tal-portafolli ta' valutazzjoni komparattiva;

(c)

il-ġustifikazzjoni u l-bażi loġika f'każ li fattur ta' riskju jkun inkorporat fil-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni iżda mhux fil-mudell tal-kalkolu tar-riskji;

(d)

is-sett ta' fatturi tar-riskju inkorporat li jikkorrispondi mar-rati tal-imgħax f'kull munita li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sensittivi għar-rata tal-imgħax fil-karta tal-bilanċ jew barra minnha;

(e)

l-għadd ta' segmenti ta' maturità li fihom tinqasam kull kurva tar-rendiment;

(f)

il-metodoloġija applikata tkopri wkoll ir-riskju inqas ta' movimenti korrelatati mhux b'perfezzjoni bejn il-kurvi tar-rendiment differenti;

(g)

is-sett ta' fattur tar-riskju mfassal jikkorrispondi għad-deheb u l-muniti barranin individwali li fihom ikunu denominati l-pożizzjonijiet tal-istituzzjoni;

(h)

l-għadd ta' fatturi ta' riskju użati sabiex ikopru riskju tal-ekwità;

(i)

il-metodoloġija applikata biex tivvaluta r-riskju li jinħoloq minn pożizzjonijiet inqas likwidi u pożizzjonijiet bi trasparenza limitata tal-prezzijiet f'xenarji realistiċi tas-suq;

(j)

ir-rekord ta' prokuri użati fil-mudell, il-valutazzjoni tal-impatt tagħhom fuq ir-riskji metriċi;

(k)

it-tul tas-serje taż-żmien użati għal VaR;

(l)

il-metodoloġija applikata għad-determinazzjoni tal-perjodu ta' stress għal sVaR, l-adegwatezza tal-perjodu ta' stress magħżul għall-portafolli ta' valutazzjoni komparattiva;

(m)

il-metodoloġiji applikati fil-mudell tal-kejl tar-riskji għandhom jaqbdu nonlinearitajiet għall-għażliet, b'mod partikolari fejn l-istituzzjoni tuża approċċi ta' approssimazzjoni Taylor minflok ta' rivalutazzjoni sħiħa, u prodotti oħra kif ukoll ir-riskju tal-korrelazzjoni u r-riskju tal-bażi.

(n)

il-metodoloġiji applikati sabiex jaqbdu r-riskju ta' bażi relatat mal-isem u jekk huwiex sensittiv għal differenzi idjosinkratiċi materjali bejn pożizzjonijiet simili iżda mhux identiċi;

(o)

il-metodoloġiji applikati sabiex jaqbdu r-riskju ta' avvenimenti;

(p)

għal mudell intern tar-riskju inkrimentali ta' inadempjenza u ta' migrazzjoni (IRC), il-metodoloġiji applikati biex jiġu determinati perjodi tal-likwidità minn pożizzjoni, kif ukoll il-PDs, l-LGDs u l-matriċi ta' tranżizzjoni użati fis-simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 374 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(q)

għall-approċċ intern għan-negozjar ta' korrelazzjoni, il-metodoloġiji applikati għall-qbid tar-riskji stipulati fl-Artikolu 377(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ukoll is-suppożizzjonijiet dwar il-korrelazzjoni bejn il-fatturi ta' riskju mmudellati.

3.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jqisu li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx biżżejjed sabiex jintlaħqu konklużjonijiet rigward l-elementi elenkati fil-paragrafu 2, huma għandhom minnufih jiġbru mill-istituzzjonijiet l-informazzjoni addizzjonali li huma jqisu meħtieġa sabiex tiffinalizza l-valutazzjoni tagħhom.

Meta jiddeċiedu dwar liema informazzjoni addizzjonali tinġabar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-materjalità u r-rilevanza tad-devjazzjoni ta' parametri tal-istituzzjoni u r-rekwiżiti tal-fondi proprji. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru l-informazzjoni addizzjonali li huma jiddeċiedu li hija l-iktar xierqa, inklużi permezz ta' kwestjonarji, intervisti u żjarat ad hoc fuq il-post.

Artikolu 10

Valutazzjoni ta' differenzi fir-riżultati ta' approċċi interni għar-riskju tas-suq

1.   Meta jwettqu valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) rigward ir-riskju tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw l-istandards stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8 ta' dan l-Artikolu.

2.   Meta jivvalutaw il-kawżi tad-differenzi għal valuri VaR, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:

(a)

kwalunkwe kalkolu VaR omoġenizzat alternattiv li l-EBA tista' tipprovdi fir-rapport tagħha msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 78(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, bl-użu tad-dejta disponibbli ta' qligħ u telf;

(b)

id-dispersjoni osservata fil-metrika VaR ipprovduta mill-istituzzjonijiet skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2070.

3.   Għal istituzzjonijiet li jużaw is-simulazzjoni storika, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-varjabbiltà osservata kemm fil-kalkoli VaR omoġenizzati VaR kif ukoll fid-dejta VaR irrappurtata minn istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, sabiex jiġi stabbilit l-effett tal-alternattivi differenti applikati minn dawn l-istituzzjonijiet skont is-simulazzjoni storika.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw it-tixrid fost l-istituzzjonijiet b'relazzjoni għal fatturi oħra tar-riskji inklużi f'kull wieħed minn sorsi varji ta' portafolli ta' valutazzjoni komparattiva bl-użu ta' volatilità u l-korrelazzjoni osservata fil-vettur ta' qligħ u telf ipprovdut mill-istituzzjonijiet li japplikaw is-simulazzjoni storika għal portafolli mhux aggregati.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw il-mudelli VaR ta' istituzzjoni għal portafolli li jistgħu juru tas-serje ta' żmien ta' qligħ u ta' telf li hu sinifikament differenti mis-serje ta' żmien ta' qligħ u telf mill-esperjenza tal-pari tal-istituzzjoni, kif identifikat fir-rapport EBA msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 78(3) tad-Direttiva 2013/36/UE, anke fejn l-aħħar rekwiżit ta' fondi proprji ta' portafoll partikolari hu simili għal dak mogħti mill-pari tal-istituzzjoni f'termini assoluti.

6.   Barra minn hekk, VaR, sVaR, IRC u l-mudelli użati għal attivitajiet ta' kummerċ ta' korrelazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-effett tal-varjabbiltà ta' xprunaturi regolatorji li jużaw id-dejta pprovduta mir-rapport EBA msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 78(3) tad-Direttiva 2013/36/UE fi ġbir ta' gruppi tar-riżultati tal-metrika minn diversi alternattivi ta' mudellar.

7.   Meta l-kawżi tal-varjabbiltà jirriżultaw minn għażliet regolatorji differenti li ġew ivvalutati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-bqija tal-varjabilità u s-sottovalutazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji humiex mmexxija minn wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

nuqqas ta' ftehim dwar il-pożizzjonijiet u l-fatturi ta' riskju involuti;

(b)

mudell ta' implimentazzjoni mhux komplut;

(c)

fatturi ta' riskju neqsin;

(d)

differenzi f'kalibrazzjoni jew f'serje ta' dejta użata f'simulazzjoni ta' mmuddellar;

(e)

fatturi ta' riskju addizzjonali inkorporati fil-mudell;

(f)

suppożizzjonijiet tal-mudelli alternattivi applikati;

(g)

differenzi attribwibbli għall-metodoloġija applikata mill-istituzzjoni.

8.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu paragun bejn ir-riżultati miksuba minn portafolli, li huma differenti biss f'fattur speċifiku ta' riskju, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-istituzzjonijiet inkorporawx tali fattur ta' riskju fil-mudelli interni tagħhom b'mod konsistenti mal-istituzzjonijiet pari tagħhom.

Artikolu 11

Valutazzjoni tal-livell tal-fondi proprji għal approċċi interni għar-riskju tas-suq

1.   Meta jivvalutaw il-livell ta' fondi proprji ta' kull istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont ta' dan li ġej:

(a)

il-livell ta' fondi proprji għall-portafoll mhux aggregat;

(b)

l-effett tal-benefiċċju ta' diversifikazzjoni applikat minn kull istituzzjoni f'portafolli aggregati, bit-tqabbil tal-ammont ta' fondi proprji tal-portafolli mhux aggregati msemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu skont il-livell ta' fondi proprji previst għall-portafoll aggregat, kif previst fir-rapport EBA msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 78(3) tad-Direttiva 2013/36/UE.

2.   Meta jivvalutaw il-livell ta' fondi proprji ta' istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jieħdu kont ta' dan li ġej:

(a)

l-effett ta' żidiet ta' superviżjoni;

(b)

l-effett ta' azzjonijiet superviżorji mhux ikkunsidrati fid-dejta miġbura mill-EBA.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2070 tal-14 ta' Settembru 2016 li jistipula l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għall-formuli, definizzjonijiet u soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jintużaw mill-istituzzjonijiet meta jirrappurtaw lill-Awtorità Bankarja Ewropea u lil awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 78(2) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 2.12.2016, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


3.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/181

tas-27 ta' Jannar 2017

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali (1) tal-Unjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jenħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati bil-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stipulati fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda bil-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Xkaffa singla tal-ħġieġ b'sapporti tal-metall biex titwaħħal mal-ħajt.

L-ixkaffa tal-ħġieġ hi magħmula minn pjastra tal-ħġieġ trasparenti b'qisien ta' madwar 60 × 13,5 × 0,7 cm ta' forma irregolari bi xfar ipproċessati (ix-xifer ta' quddiem hu f'forma tonda) u żewġ ħolders magħmulin minn liga tar-ram u taż-żingu(ram isfar), miksi bin-nikil u bil-krom. Il-pjastra tal-ħġieġ għandha żewġ toqob għall-immuntar fuq il-ħolders.

Il-prodott hu ppreżentat mhux immuntat, flimkien mal-viti u d-dawils għall-immuntar, ippakkjat f'kaxxa tal-kartun.

Ara l-istampa (*1).

9403 89 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 2(a) tal-Kapitolu 94 u mill-kliem tal-Kodiċi tan-NM 9403 u 9403 89 00 .

Il-prodott jintuża biex jiġu mgħammra l-kmamar, pereżempju, f'abitazzjonijiet privati. Għalhekk huwa biċċa għamara fis-sens tal-intestatura 9403 . Skont in-nota 2 (a) tal-Kapitolu 94, dan it-titlu jinkludi xkafef singli ppreżentati b'sapporti biex jitwaħħlu mal-ħitan. Il-klassifikazzjoni fl-intestatura 7020 bħala oġġetti oħra tal-ħġieġ għalhekk hija eskluża.

L-ixkaffa tal-ħġieġ tagħti lill-oġġett il-karattru essenzjali tiegħu. Il-ħolders tal-metall, il-viti u d-dawils iservu biss biex titwaħħal l-ixkaffa tal-ħġieġ mal-ħajt. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni fil-kodiċi tan-NM 9403 20 80 bħala għamara oħra tal-metall hija eskluża.

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat fil-kodiċi tan-NM 9403 89 00 bħala għamara oħra.

Image

(*1)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta’ informazzjoni.


3.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/182

tas-27 ta' Jannar 2017

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur-Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġetti (hekk imsejħin “mqabad tas-swaba għall-kontrollur ta' konsol tal-logħob”) li l-qisien tagħhom huma dijametru ta' madwar 20 mm, u għoli ta' 6 mm, magħmulin minn siliċju elastiku (plastik) b'finitura tal-wiċċ biex ma jkunx jiżloq. Dawn għandhom profil tal-aluminju awtoadeżiv li hu maqtugħ skont il-forma tal-bażi.

Dawn l-imqabad jintużaw bħala għotjien fuq il-joysticks tal-kontrollur tal-konsol.

Dawn l-imqabad tas-swaba li huma wkoll għotjien huma maħsubin biex jipproteġu l-kontrollur tal-logħob kontra l-għaraq, u kontra t-tkagħbir minħabba l-użu intensiv, u jservu wkoll biex is-swaba ma jiżolqux minn fuq il-kontrollur, billi għandhom finitura biex ma jkunux jiżolqu.

Ara l-istampa (*1)

3926 90 97

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u bil-kliem tal-kodiċi NM 3926 , 3926 90 u 3926 90 97 .

L-“imqabad tas-swaba” huma maħsubin biss biex itejbu t-tħaddim tal-kontrollur tal-logħob. B'hekk, la jaddattaw il-kontrollur tal-logħob għal xi operazzjoni partikolari, u lanqas ma jżidu l-ambitu tat-tħaddim tiegħu, jew iservu xi użu partikolari marbut mal-funzjoni ewlenija tal-kontrollur tal-logħob jew tal-konsol tal-logħob (ara l-każ C-152/10 Unomedical ECLI:EU:C:2011:402, il-paragrafi 13, 29 u 38).

Għaldaqstant, hija eskluża l-klassifikazzjoni tagħhom bħala aċċessorju tal-konsols tal-logħob vidjo u magni tal-intestatura 9504 .

Għalhekk, dan l-oġġett għandu jiġi kklassifikat skont il-materjal li huwa magħmul minnu, bil-kodiċi NM 3926 90 97 bħal oġġetti oħrajn tal-plastik.

Image

(*1)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.


3.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/183

tas-27 ta' Jannar 2017

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u partikolarment l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, kemm parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta' oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett (l-hekk imsejjaħ “tatami puzzle mat”) magħmul mill-EVA (aċetat tal-etilen-vinil) fil-forma ta' madum tad-daqs ta' 100 × 100 cm b'wiċċ li ma jiżloqx, tal-ħxuna ta' madwar 3 cm. Il-madum għandhom sistema ta' llokkjar bl-interkonnessjoni bbażata fuq il-prinċipju tal-puzzles, u dawn jitqiegħdu b'mod sod fuq wiċċ ieħor u b'hekk jiffurmaw tapit.

L-oġġett huwa ddisinjat biex jassorbi x-xokkijiet iġġenerati waqt li jsiru diversi attivitajiet sportivi, (pereżempju, il-yoga, il-ġinnastika, jew l-arti marzjali) permezz tal-istruttura ċellolari tat-tapit biex jipproteġi l-ġisem. Il-“tatami puzzle mat” huwa ddisinjat ukoll bħala iżolatur tal-istorbju, tas-sħana u tal-umdità. Dan iservi għalhekk bħala protezzjoni kontra l-ħsara tal-wiċċ ta' taħtu u bħala protezzjoni ta' persuni li jwettqu diversi attivitajiet oħrajn, pereżempju, meta jintuża min-nurseries jew minn artisti.

Ara l-istampa (*1)

3918 90 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċijiet NM 3918 u 3918 90 00 .

Il-klassifikazzjoni bl-intestatura 9506 bħala oġġetti u tagħmir għall-eżerċizzju fiżiku ġenerali, għall-ġinnastika, għall-atletika, għal sports ieħor jew għal-logħob ta' barra hija eskluża għaliex it-tapit mhux immuntat tal-plastik mhuwiex biss għall-isport iżda wkoll bħala protezzjoni tal-wiċċ u bħala protezzjoni ta' persuni li jwettqu attivitajiet oħrajn.

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat skont il-materjal kostitwenti (il-plastik).

Dan għandu għalhekk jiġi kklassifikat bħala kisi tal-art tal-plastik skont il-kodiċi NM 3918 90 00 .

Image


(*1)  L-istampa tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.


3.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/184

tal-1 ta' Frar 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq fid-data tat-22 ta' Mejju 2003 skont dan ir-Regolament.

(2)

Fis-26 ta' Jannar 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi annotazzjoni mil-lista ta' persuni jew entitajiet li għalihom jeħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti għall-Affarijiet Barranin


(1)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.


ANNESS

Fl-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, titħassar l-annotazzjoni segwenti:

“13.

AMANAT AL-ASIMA. Indirizz: P.O. Box 11151, Masarif, ħdejn Baghdad Muhafadha, Al-Kishia, Baghdad, l-Iraq.”


3.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/185

tat-2 ta' Frar 2017

li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 jipprevedu bidliet sinifikanti fir-regoli u fil-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-operaturi tan-negozji tal-ikel u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Billi l-applikazzjoni b'effett immedjat ta' għadd ta' dawk ir-regoli u proċeduri, f'ċerti każijiet kienet toħloq diffikultajiet prattiċi, kien jeħtieġ li jiġu adottati miżuri tranżizzjonali.

(2)

Ir-Rapport tat-28 ta' Lulju 2009 li l-Kummissjoni ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tar-Regolamenti dwar l-Iġjene (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (“ir-rapport”) jippreżenta b'mod ġenerali l-esperjenza li nkisbet u d-diffikultajiet li nqalgħu fl-2006, fl-2007 u fl-2008, mill-partijiet kollha li kienu involuti fl-implimentazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti.

(3)

Ir-rapport jinkludi tagħrif dwar tal-esperjenzi li nkisbu fl-implimentazzjoni tal-miżuri tranżizzjonali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 (4). Ir-rapport jirreferi wkoll għad-diffikultajiet li ġew osservati fir-rigward tal-provvista lokali ta' kwantitajiet żgħar ta' ċertu ikel, u jgħid li hemm bżonn ta' aktar kjarifika tal-kundizzjonijiet fuq l-importazzjoni meta japplikaw ir-regoli nazzjonali dwar l-importazzjoni, billi ma hemmx regoli fil-livell tal-Unjoni, u li l-kriżijiet li kien hemm minħabba li l-ikel impurtat kien fih kemm prodotti li joriġinaw mill-pjanti, kif ukoll prodotti ta' oriġini mill-annimali pproċessati (prodotti komposti) ikkonfermaw il-bżonn li jkun hemm aktar kontroll fuq dawn il-prodotti.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2013 (5) stabbilixxa l-miżuri tranżizzjonali għal perjodu ta' tranżizzjoni li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2016, biex jippermettu tranżizzjoni faċli għall-implimentazzjoni sħiħa tar-regoli u l-proċeduri l-ġodda. It-tul taż-żmien tal-perjodu ta' tranżizzjoni ġie stabbilit filwaqt li tqies ir-rieżami tal-qafas regolatorju dwar l-iġjene previst fir-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004.

(5)

Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni li nġabret mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mingħand is-setturi rilevanti tan-negozju tal-ikel fl-Unjoni waqt awditi riċenti li wettqu l-ispetturi tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari tal-Kummissjoni, jeħtieġ li jinżammu ċerti miżuri tranżizzjonali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1079/2013 sakemm jiddaħħlu r-rekwiżiti permanenti msemmijin fil-preambolu ta' dan ir-Regolament.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jeskludi mill-kamp tal-applikazzjoni tiegħu l-forniment dirett mill-produtturi lill-konsumaturi aħħarin jew lil stabbilimenti tal-imnut lokali li jfornu direttament lill-konsumaturi aħħarin, ta' kwantitajiet żgħar ta' laħam frisk tat-tjur u tal-lagomorfi li jinqatlu fl-irziezet. Jekk din id-dispożizzjoni tkun limitata għal-laħam frisk, dan ikun piż addizzjonali fuq il-produtturi ż-żgħar. Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (UE) Nru 1079/2013 jipprevedi deroga mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-forniment dirett ta' dawn il-prodotti bażiċi taħt ċerti kundizzjonijiet, mingħajr ma tiġi limitata għal-laħam frisk. Dik l-esklużjoni għandha tinżamm għal perjodu ta' tranżizzjoni miżjud previst f'dan ir-Regolament, filwaqt li titqies il-possibbiltà li jkun hemm deroga permanenti.

(7)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 jistipulaw ċerti regoli għall-importazzjoni ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali u ta' prodotti komposti fl-Unjoni. Ir-Regolament (UE) Nru 1079/2013 jipprevedi miżuri tranżizzjonali li jidderogaw minn xi wħud minn dawk ir-regoli għal ċerti prodotti komposti li fil-livell tal-Unjoni għad ma hemmx rekwiżiti dwarhom mil-lat tas-saħħa pubblika biex jiġu importati fl-Unjoni, eż. għall-prodotti komposti barra dawk imsemmijin fl-Artikolu 3(1) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 (6)

(8)

Bħalissa waslet biex tiġi adottata bi proċedura leġiżlattiva ordinarja proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali fil-katina agroalimentari. Ladarba dak ir-Regolament jiġi adottat u jkun japplika, se jkun jipprevedi bażi ġuridika għal approċċ addattat għar-riskji biex il-prodotti komposti jiġu kontrollati mal-importazzjoni. Jeħtieġ li jiġu previsti aktar derogi tul perjodu ta' tranżizzjoni miżjud ta' erba' snin sa meta huwa mistenni li jkun sar japplika r-Regolament il-ġdid.

(9)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 jippermettu l-importazzjoni tal-ikel ta' oriġini mill-annimali minn stabbilimenti li jaħdmu bi prodotti ta' oriġini mill-annimali li dwarhom l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ma jistipula ebda rekwiżit speċifiku sakemm ma tiġix stabbilita lista armonizzata ta' pajjiżi awtorizzati li mhumiex membri tal-UE u jiġi stabbilit mudell ta' ċertifikat tal-importazzjoni. Jinħtieġ aktar żmien għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi barra mill-UE, meta jitqies l-impatt possibbli fuq l-importazzjoni ta' dan it-tip ta' ikel mill-istabbiliment ta' din il-lista u tal-mudell taċ-ċertifikat tal-importazzjoni.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 għal perjodu ta' tranżizzjoni mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2020.

Artikolu 2

Deroga li tikkonċerna l-forniment dirett ta' kwantitajiet żgħar ta' laħam tat-tjur u tal-lagomorfi

B'deroga mill-Artikolu 1(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, id-dispożizzjonijiet stipulati f'dak ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għall-forniment dirett, mill-produttur lill-konsumatur aħħari jew lill-istabbilimenti tal-imnut lokali li jfornu b'mod dirett lill-konsumatur aħħari, ta' kwantitajiet żgħar ta' laħam tat-tjur u tal-lagomorfi li jinqatlu fir-razzett.

Artikolu 3

Deroga li tikkonċerna r-rekwiżiti tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali u ta' ikel li fih prodotti ta' oriġini veġetali kif ukoll prodotti pproċessati ta' oriġini mill-annimali

1.   L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ma għandux japplika għall-importazzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom, fil-livell tal-Unjoni, ma ġie stabbilit l-ebda rekwiżit armonizzat tas-saħħa pubblika biex jiġu importati.

L-importazzjonijiet ta' dawn il-prodotti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni tal-Istat Membru li jimportahom.

2.   B'deroga mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-operaturi tan-negozji tal-ikel li jimportaw ikel li fih kemm prodotti li joriġinaw mill-pjanti kif ukoll prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali, minbarra dawk imsemmijin fl-Artikolu 3(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 għandhom ikunu eżentati mill-obbligi previsti fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

L-importazzjonijiet ta' dawn il-prodotti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni tal-Istat Membru li jimportahom.

Artikolu 4

Deroga li tikkonċerna l-proċeduri tas-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali

Il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 ma għandux japplika għall-importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom l-ebda kundizzjoni armonizzata tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni ma ġiet stabbilita fil-livell tal-Unjoni.

L-importazzjonijiet ta' dawn il-prodotti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni tal-Istat Membru li jimportahom.

Artikolu 5

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2020.

Għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(3)  COM(2009) 403 finali.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 tal-5 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-arranġamenti tranżizzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2013 tal-31 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 292, 1.11.2013, p. 10).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 tal-11 ta' Jannar 2012 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta' ċerti prodotti komposti u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE u r-Regolament (KE) Nru 1162/2009 (ĠU L 12, 14.1.2012, p. 1).


3.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/186

tat-2 ta' Frar 2017

li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji minn ċerti pajjiżi terzi minħabba l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-verifiki uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta' emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel importat minn pajjiż terz biex jitħarsu s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u l-ambjent, meta jkun ċar li jeżisti riskju serju li ma jkunx jista' jiġi kkontrollat b'mod sodisfaċenti permezz ta' miżuri li jieħdu l-Istati Membri individwali.

(2)

L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jeżiġi li l-ikel li jiġi impurtat fl-Unjoni biex hemmhekk jitqiegħed fis-suq għandu jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tal-liġi dwar l-ikel jew mal-kundizzjonijiet li l-Unjoni tqis li huma għallinqas ekwivalenti għal dawk ir-rekwiżiti, jew fejn jeżisti ftehim speċifiku bejn l-Unjoni u l-pajjiż ta' esportazzjoni, mar-rekwiżiti f'dak il-ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi r-regoli ġenerali dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel għall-operaturi tan-negozji tal-ikel.

(4)

L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-metodi ta' kampjunar u ta' analiżi li għandhom jintużaw fil-kuntest tal-verifiki uffiċjali.

(5)

L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistipula li l-ikel li ma jkunx sikur ma għandux jitqiegħed fis-suq. Skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Awtoritajiet Kompetenti jridu jivverifikaw il-konformità tal-operaturi tan-negozji tal-ikel mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (4) jistabbilixxi r-regoli dwar iż-żieda fil-livell ta' verifiki uffiċjali fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali, li huwa elenkat fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(7)

Għal ħafna snin kien hemm frekwenza għolja ta' nuqqas ta' konformità minħabba kwistjonijiet ta' nuqqas ta' sikurezza taż-żerriegħa tal-ġunġlien (“Żerriegħa tas-Sesamum”) u tal-weraq tal-betel (“Piper betle L.”) mill-Indja. Għalhekk fl-2014 ġiet stabbilita żieda fil-frekwenza tal-verifiki uffiċjali meta jiġu importati dawn l-oġġetti tal-ikel fir-rigward tas-Salmonella spp. Madankollu, dawn il-verifiki miżjuda kkonfermaw il-frekwenza għolja tan-nuqqas ta' konformità ta' dawn l-oġġetti tal-ikel mas-sikurezza mikrobijoloġika minħabba s-Salmonella spp. Għaldaqstant, l-importazzjoni ta' dawn l-oġġetti tal-ikel tikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u jeħtieġ li jiġu adottati miżuri ta' emerġenza tal-Unjoni.

(8)

Jenħtieġu l-garanziji mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi esportaturi li dawk l-oġġetti tal-ikel ikunu ġew prodotti skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 biex titħares is-saħħa tal-bniedem fl-Unjoni. Biex ikun żgurat l-infurzar armonizzat tal-verifiki fuq l-importazzjonijiet madwar l-Unjoni, kull konsenja ta' dan it-tip ta' ikel għandu jkollha magħha ċertifikat tas-saħħa ffirmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż esportatur, u jkollha wkoll ir-riżultati tat-testijiet analitiċi li jiggarantixxu li l-konsenja tteħdulha l-kampjuni li ġew analizzati għall-preżenza ta' patoġeni mikrobijoloġiċi u r-riżultati kienu tajbin.

(9)

L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-operaturi tan-negozji tal-ikel li jkunu responsabbli mill-konsenji għandhom jibagħtu notifika minn qabel lill-punt tad-dħul magħżul meta jkunu se jaslu dawn il-konsenji u deskrizzjoni tagħhom.

(10)

L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jeżiġi fir-rigward taż-żieda fil-livell tal-verifiki uffiċjali, li dawn il-verifiki għandhom isiru fuq id-dokumenti, fuq l-identità u għandhom jinkludu wkoll verifiki fiżiċi. Il-verifiki tad-dokumenti jridu jitwettqu mingħajr dewmien fuq il-konsenji kollha mhux iktar tard minn jumejn tax-xogħol mill-wasla fil-punt tad-dħul magħżul, u l-verifiki tal-identità u fiżiċi, fost dawn l-analiżi f'laboratorju, iridu jitwettqu skont il-frekwenzi stabbiliti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(11)

Biex ikunu żgurati organizzazzjoni effiċjenti u verifiki fuq l-importazzjoni armonizzati fil-livell tal-Unjoni rigward il-preżenza ta' patoġeni mikrobijoloġiċi f'ċerti oġġetti tal-ikel minn ċerti pajjiżi terzi, jeħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta' dawn l-oġġetti tal-ikel. Għall-fini taċ-ċarezza legali, jixraq li l-oġġetti tal-ikel kollha li joriġinaw minn pajjiżi terzi li huma suġġetti għal kundizzjonijiet speċifiċi minħabba riskji mikrobijoloġiċi jinġabru f'Regolament wieħed. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet rigward il-weraq tal-Betel mill-Indja stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/166 (5) jeħtieġ li jiddaħħlu f'dan ir-Regolament u li r-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi emendat skont dan.

(12)

Jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/166 jitħassar u simultanjament jiġi sostitwit b'Regolament iktar ġenerali li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar l-importazzjoni ta' ċerti oġġetti tal-ikel minn ċerti pajjiżi terzi minħabba l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika.

(13)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-introduzzjoni tal-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness I.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009.

Artikolu 3

L-introduzzjoni fl-Unjoni

L-operatur tan-negozju tal-ikel għandu jiżgura li:

(a)

Il-konsenji tal-oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I (“ikel”) jistgħu jiġu importati fl-Unjoni biss skont il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(b)

Il-konsenji tal-ikel jistgħu jiddaħlu fl-Unjoni biss mill-punt tad-dħul magħżul.

Artikolu 4

Ir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi li jakkumpanjaw il-konsenja

1.   Kull konsenja ta' ikel għandha tkun akkumpanjata mir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi li jkunu twettqu mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż minn fejn ikun intbagħat li jkunu vverifikaw l-assenza tal-periklu speċifikat fl-Anness I.

2.   Il-kampjunar u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu skont it-Titolu II tal-Kapitolu III “Metodi ta' kampjonar u analiżi” tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. B'mod partikolari, il-kampjunar għandu jitwettaq skont l-istandards rilevanti tal-ISO (International Organisation for Standardisation) u skont il-linji gwida tal-Codex Alimentarius li jintużaw bħala referenza u l-analiżi għas-Salmonella għandha titwettaq skont il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 (l-aktar verżjoni aġġornata riċenti tal-metodu ta' detezzjoni) jew metodu vvalidat bi tqabbil miegħu skont il-protokoll stabbilit fl-EN/ISO 16140 jew protokolli simili oħra aċċettati internazzjonalment.

Artikolu 5

Iċ-ċertifikat tas-saħħa

1.   Il-konsenji tal-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness I għandu jkollhom magħhom ukoll ċertifikat tas-saħħa skont il-mudell stabbilit fl-Anness III.

2.   Jeħtieġ li ċ-ċertifikat tas-saħħa jkun iffirmat u ttimbrat minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terż minn fejn tkun intbagħtet il-konsenja.

3.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa u l-hemżiet li jkun hemm miegħu għandhom jinkitbu bil-lingwa uffiċjali, jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab il-post tad-dħul magħżul. Madankollu, l-Istat Membru tal-post tad-dħul magħżul għandu l-fakultà li jaċċetta li ċ-ċertifikati tas-saħħa jinkitbu b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.

4.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun validu għal erba' xhur wara d-data tal-ħruġ tiegħu, iżda għal mhux iktar minn sitt xhur wara d-data tal-aħħar analiżi mikrobijoloġika tal-laboratorju.

Artikolu 6

L-identifikazzjoni

Kull konsenja tal-ikel għandha tkun identifikabbli permezz ta' kodiċi ta' identifikazzjoni (kodiċi tal-konsenja) li jikkorrispondi mal-kodiċi ta' identifikazzjoni msemmi fir-riżultati tal-kampjunar u l-analiżi msemmija fl-Artikolu 4 u fiċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5. Kull borża individwali, jew kull forma oħra ta' imballaġġ tal-konsenja għandha tiġi identifikata b'dak il-kodiċi.

Artikolu 7

Notifika minn qabel dwar il-wasla tal-konsenji

1.   L-operaturi tan-negozji tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw minn qabel lill-awtorità kompetenti fil-PDM, id-data u l-ħin tal-wasla reali mistennija tal-konsenji tal-ikel u javżaw dwar it-tip ta' konsenja li tkun.

2.   Biex jagħtu notifika minn qabel il-wasla tal-konsenja, l-operaturi tan-negozji tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jimlew il-Parti I tad-dokument komuni tad-dħul (“DKD”) u jibgħat dak id-dokument lill-awtorità kompetenti tal-post tad-dħul magħżul mill-inqas jum tax-xogħol wieħed qabel il-wasla reali tal-konsenja.

3.   Biex jimlew id-DKD, l-operaturi tan-negozji tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jużaw in-noti ta' gwida għad-DKD stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 669/2009.

4.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinkiteb bil-lingwa uffiċjali, jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab il-PDM. Madankollu, l-Istat Membru tal-PDM għandu l-fakultà li jaċċetta li d-dokumenti tad-dħul komuni jinkitbu b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.

Artikolu 8

Il-verifiki uffiċjali

1.   L-awtorità kompetenti fil-PDM għandha tagħmel spezzjonijiet tad-dokumenti ta' kull kunsenja tal-oġġetti tal-ikel biex taċċerta l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.

2.   L-ispezzjonijiet fiżiċi u tal-identità li jsiru fuq l-oġġetti tal-ikel għandhom isiru skont l-Artikoli 8, 9 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 bil-frekwenza stabbilita fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

3.   Meta konsenja ta' ikel ma jkollhiex magħha r-riżultati tal-kampjunar u l-analiżi msemmija fl-Artikolu 4 u ċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5, jew jekk dawk ir-riżultati jew dak iċ-ċertifikat ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, il-konsenja ma għandhiex tiddaħħal fl-Unjoni u għandha tintbagħat lura lejn il-pajjiż terz minn fejn tkun oriġinat, jew tinqered.

4.   Wara li jitlestew il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

Jimlew l-entrati rilevanti tal-Parti II tad-DKD;

(b)

Jehmżu r-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi mwettqa skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(c)

Jagħtu numru ta' referenza lid-DKD;

(d)

Jittimbraw u jiffirmaw il-kopja oriġinali tad-DKD;

(e)

Jagħmlu u jżommu kopja tad-DKD iffirmat u ttimbrat.

5.   L-oriġinali tad-DKD u taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5, flimkien mar-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi msemmijin fl-Artikolu 4 għandhom jakkumpanjaw il-kunsenja matul it-trasportazzjoni, sa ma tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera. F'każ ta' awtorizzazzjoni biex il-konsenji jkomplu fil-vjaġġ tagħhom skont ir-riżultati tal-ispezzjonijiet fiżiċi, għandha tinħareġ kopja ċċertifikata tal-oriġinal tad-DKD. Fejn tingħata l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti fil-PDM għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti fil-punt tad-destinazzjoni u għandhom isiru l-arranġamenti xierqa biex ikun żgurat li l-konsenja tibqa' taħt il-kontroll kontinwu tal-awtoritajiet kompetenti u li ma tkunx tista' titbagħbas bl-ebda mod sakemm joħorġu r-riżultati tal-verifiki fiżiċi.

Artikolu 9

Il-qsim ta' konsenja

1.   Il-konsenji ma għandhomx jinqasmu qabel ma jkunu tlestew il-verifiki kollha, u d-DKD ikun imtela kollu mill-awtoritajiet kompetenti tal-PDM kif stipulat fl-Artikolu 8.

2.   Fil-każ li wara dan, tinqasam il-konsenja, għandha tintbagħat kopja awtentikata tad-DKD ma' kull parti tal-konsenja tul it-trasportazzjoni tagħha sakemm din tiġi rrilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 10

Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

Ir-rilaxx tal-konsenji tal-ikel elenkat fl-Anness I għaċ-ċirkolazzjoni libera għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' DKD (fiżikament jew b'mod elettroniku), mill-operaturi tan-negozji tal-ikel jew mir-rappreżentanti tagħhom lill-awtoritajiet tad-dwana, li jkun imtela kif suppost mill-awtorità kompetenti tal-PDM hekk kif il-verifiki uffiċjali kollha jkunu twettqu u jkunu magħrufa r-riżultati favorevoli tal-ispezzjonijiet fiżiċi, meta dawn jintalbu. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-konsenja għaċ-ċirkolazzjoni libera biss jekk l-awtorità kompetenti tindika deċiżjoni favorevoli għal dan fil-kaxxa II.14 u tiffirma fil-kaxxa II.21 tad-DKD.

Artikolu 11

Nuqqas ta' konformità

Jekk il-verifiki uffiċjali jistabbilixxu li hemm nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, l-awtorità kompetenti tal-PDM għandha timla l-Parti III tad-DKD u għandha tieħu l-azzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 19, 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Artikolu 12

Rapporti

L-Istati Membri, għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni tar-riżultati analitiċi kollha tal-konsenji tal-ikel skont l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament.

Dak ir-rapport għandu jkopri perjodu ta' sitt xhur u jintbagħat kull sentejn sal-aħħar tax-xahar wara kull semestru.

Ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

L-għadd ta' konsenji li ddaħħlu, u d-daqs ta' kull konsenja skont il-piż nett tagħha, u l-pajjiż ta' oriġini ta' kull waħda minnhom;

(b)

L-għadd ta' konsenji li minnhom ittieħdu l-kampjuni għall-analiżi;

(c)

Ir-riżultati tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi msemmija fl-Artikolu 8(2).

Artikolu 13

L-ispejjeż

L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-verifiki uffiċjali msemmija fl-Artikolu 8, li jinkludu t-teħid tal-kampjuni, l-analiżi, il-ħżin u kull miżura li tittieħed jekk jinsab nuqqas ta' konformità kif imsemmi fl-Artikolu 11, għandhom jitħallsu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel.

Artikolu 14

Miżuri tranżizzjonali

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul tal-konsenji tal-ikel li jkunu ħarġu mill-pajjiż tal-ispedizzjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament mingħajr iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5 u mingħajr ir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 15

Revoka

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2016/166 tħassar.

Artikolu 16

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 669/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa emendat skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-verifiki uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/166 tat-8 ta' Frar 2016 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-importazzjoni ta' oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq tal-betel (“Piper Betle”) mill-Indja u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 (ĠU L 32, 9.2.2016, p. 143).


ANNESS I

Il-lista tal-oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1

Oġġett tal-ikel

(użu maħsub)

Kodiċi NM (1)

Suddiviżjoni tat-TARIC

Pajjiż tal-oriġini

Periklu

Ġulġlien (Żerriegħa tas-Sesamum)

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

1207 40 90

 

L-Indja (IN)

Salmonella

Weraq tal-betel (Piper betle L.)

(Ikel)

ex 1404 90 00

10

L-Indja (IN)

Salmonella


(1)  Meta jkun jeħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu taħt xi kodiċi NM li fih ma teżisti ebda suddiviżjoni speċifika, il-kodiċi NM jiġi mmarkat bl-ittri “ex” quddiemu.


ANNESS II

Il-frekwenza tal-verifiki fiżiċi u tal-identità fil-punt tad-dħul magħżul (PDM), skont l-Artikolu 8(2), fuq l-oġġetti tal-ikel imsemmijin fl-Artikolu 1

Oġġett tal-ikel

(użu maħsub)

Kodiċi NM (1)

Suddiviżjoni tat-TARIC

Pajjiż tal-oriġini

Periklu

Frekwenza tal-verifiki fiżiċi u tal-identità (%)

Ġulġlien (Żerriegħa tas-Sesamum)

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

1207 40 90

 

L-Indja (IN)

Salmonella  (2)

20

Weraq tal-betel (Piper betle L.)

(Ikel)

ex 1404 90 00

10

L-Indja (IN)

Salmonella  (2)

10


(1)  Meta jkun jeħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu taħt xi kodiċi NM li fih ma teżisti ebda suddiviżjoni speċifika, il-kodiċi NM jiġi mmarkat bl-ittri “ex” quddiemu.

(2)  Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 (l-aktar verżjoni aġġornata tal-metodu ta' detezzjoni) jew metodu mqabbel miegħu biex jiġi vvalidat skont l-aktar protokoll reċenti stabbilit fl-EN/ISO 16140 jew protokolli simili oħrajn aċċettati internazzjonalment.


ANNESS III

Iċ-ċertifikat tas-saħħa għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea tal-weraq tal-betel u tal-ġulġlien mill-Indja

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, tħassret din l-entrata:

“Żerriegħa tas-Sesamum

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

1207 40 90

 

L-Indja (IN)

Salmonella (12)

20”


3.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/187

tat-2 ta' Frar 2017

dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Bacillus subtilis (DSM 28343) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Lactosan GmbH & Co. KG)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Bacillus subtilis (DSM 28343). Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti mitluba skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dik l-applikazzjoni tirrigwarda l-awtorizzazzjoni ta' preparat ta' Bacillus subtilis (DSM 28343) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna sabiex ikunu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-24 ta' Mejju 2016 (2) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, bil-kundizzjonijiet proposti tal-użu tagħha, il-preparat ta' Bacillus subtilis (DSM 28343) ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bnedmin jew l-ambjent, u li għandu l-potenzjal li jtejjeb il-prestazzjoni fit-tiġieġ tas-simna. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparat ta' Bacillus subtilis (DSM 28343) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' dan il-preparat għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, huwa awtorizzat bħala addittiv għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2016;14(6):4507.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CF/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja (flora) tal-musrana

4b1825

Lactosan GmbH & Co. KG

Bacillus subtilis

(DSM 28343)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta' Bacillus subtilis (DSM 28343) li fih minimu ta' 1 × 1010 CFU/g ta' addittiv

Forma solida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Spori vijabbli ta' Bacillus subtilis (DSM 28343)

Metodu analitku  (1)

Identifikazzjoni u enumerazzjoni ta' Bacillus subtilis (DSM 28343) fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE)

Enumerazzjoni: Il-metodu tat-tifrix bl-użu tat-tryptone soya agar — EN 15784.

Tiġieġ tas-simna

1 × 109

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura tal-ħżin, iż-żmien tal-ħżin u l-istabbiltà għall-pelletting.

2.

L-użu huwa permess f'għalf li jkun fih il-koċċidjostati awtorizzati li ġejjin: diklażuril, nikarbażin, dekokinat, sodju lażaloċid A, sodju tal-monensina, kloridrat tar-robenidina, maduramiċina-ammonju, jew idrobromur tal-alofuginon.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-użu tiegħu. Fejn dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew imnaqqsa għal minimu permezz ta' proċeduri u miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inkluż protezzjoni għan-nifs u protezzjoni għall-ġilda.

it-23 ta' Frar 2027


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


3.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/38


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/188

tat-2 ta' Frar 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

299,8

MA

120,2

TR

157,6

ZZ

192,5

0707 00 05

MA

48,2

TR

191,4

ZZ

119,8

0709 91 00

EG

79,4

ZZ

79,4

0709 93 10

MA

142,6

TR

234,0

ZZ

188,3

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

41,3

MA

47,1

TN

52,7

TR

71,9

ZZ

53,3

0805 21 10 , 0805 21 90 , 0805 29 00

EG

90,8

IL

135,7

JM

112,4

MA

88,4

TR

83,1

ZZ

102,1

0805 22 00

IL

139,7

MA

85,5

ZZ

112,6

0805 50 10

EG

85,5

TR

88,8

ZZ

87,2

0808 10 80

US

205,0

ZZ

205,0

0808 30 90

CL

81,7

CN

96,1

TR

154,0

ZA

99,6

ZZ

107,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

3.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/40


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/189

tas-16 ta' Jannar 2017

dwar il-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f'isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat ta' Ġestjoni Sanitarja u Fitosanitarja, fis-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, fis-Sottokumitat Doganali u fis-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi stabbiliti bis-saħħa tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura ta' dawk is-Sottokumitati

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 486 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa ważda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, (“il-Ftehim”) (1) jipprevedi l-applikazzjoni proviżorja ta' parti mill-Ftehim.

(2)

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE (2) jispeċifika d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li għandhom ikunu applikati b'mod provviżorju. Dawk jinkludu d-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tas-Sottokumitat ta' Ġestjoni Sanitarja u Fitosanitarja (“is-Sottokumitat SPS”), tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli (“is-Sottokumitat TSD”), tas-Sottokumitat Doganali u tas-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“is-Sottokumitat IĠ”).

(3)

L-Artikolu 74 tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat SPS għandu jistabbilixxi l-proċeduri ta' ħidma tiegħu fl-ewwel laqgħa tiegħu.

(4)

L-Artikolu 300 tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat TSD għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

(5)

L-Artikolu 83 tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat Doganali għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

(6)

L-Artikolu 211 tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat IĠ għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu,

(7)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat SPS, fis-Sottokumitat TSD, fis-Sottokumitat Doganali u fis-Sottokumitat IĠ fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura ta' dawk is-Sottokumitati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tiġi adotata f'isem l-Unjoni fis-Sottokumitat SPS stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 74 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tas-Sottokumitat SPS mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Korrezzjonijiet tekniċi żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjoni jistgħu jiġu miftehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat SPS mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

1.   Il-pożizzjoni li għandha tiġi adotata f'isem l-Unjoni fis-Sottokumitat TSD stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 300 tal-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tas-Sottokumitat TSD mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Korrezzjonijiet tekniċi żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjoni jistgħu jiġu miftehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat TSD mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 3

1.   Il-pożizzjoni li għandha tiġi adotata f'isem l-Unjoni fis-Sottokumitat Doganali stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 83 tal-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-Abbozz ta' Deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Korrezzjonijiet tekniċi żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjoni jistgħu jiġu miftehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat Doganali mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 4

1.   Il-pożizzjoni li għandha tiġi adotata f'isem l-Unjoni fis-Sottokumitat IĠ stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 211 tal-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-Abbozz ta' Deċiżjoni tas-Sottokumitat IĠ mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Korrezzjonijiet tekniċi żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjonijiet jistgħu jiġu miftehma mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat IĠ mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tiegħu, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru … TAS-SOTTOKUMITAT TA' ĠESTJONI SANITARJA U FITOSANITARJA BEJN L-UE U L-UKRAINA

ta' …

li biha jadotta r-regoli ta' Proċedura tiegħu

IS-SOTTOKUMITAT TA' ĠESTJONI SANITARJA U FITOSANITARJA BEJN L-UE U L-UKRAINA

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (1)) u b'mod partikolari l-Artikolu 74 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 486 tiegħu, partijiet tal-Ftehim, inkluż il-Kapitolu 4 (Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji) tat-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ), huma applikati proviżorjament mill-1 ta' Jannar 2016.

(2)

L-Artikolu 74 tal-Ftehim jipprovdi li s-Sottokumitat ta' Ġestjoni Sanitarja u Fitosanitarja (“Sottokumitat SPS”) għandu jikkunsidra kull kwistjoni li għandha x'taqsam mal-implimentazzjoni tal-Kapitolu 4 tat-Titolu IV ta' dan il-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 74(5) tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat SPS jeħtieġ li jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat SPS, kif stabbiliti fl-Appendiċi, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …, …

Għas-Sottokumitat ta' Ġestjoni Sanitarja u Fitosanitarja bejn l-UE u l-Ukraina

Il-President


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

ANNESS

REGOLI TA' PROĊEDURA TAS-SOTTOKUMITAT TA' ĠESTJONI SANITARJA U FITOSANITARJA EJN L-UE U L-UKRAINA

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Is-Sottokumitat ta' Ġestjoni Sanitarja u Fitosanitarja (“Sottokumitat SPS”), stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 74(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), għandu jassisti lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ kif imsemmi fl-Artikolu 465(4) tal-Ftehim, fil-qadi ta' dmirijietu.

2.   Is-Sottokumitat SPS għandu jwettaq il-kompiti indikati fl-Artikolu 74(2) tal-Ftehim fid-dawl tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 59 tal-Ftehim.

3.   Is-Sottokumitat SPS għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet, li huma responsabbli għal kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji.

4.   Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-Ukraina li jkollu r-responsabbiltà għall-kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji għandu jaġixxi bħala President skont l-Artikolu 2.

5.   Għall-finijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, għandha tapplika d-definizzjoni tat-terminu “Partijiet” stabbilita fl-Artikolu 482 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Presidenza tas-Sottokumitat SPS għandha talterna bejn il-partijiet kull 12-il xahar. L-ewwel perjodu ta' 12-il xhar għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat SPS għandu jiltaqa' fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u, wara dan, fuq it-talba ta' xi waħda mill-Partijiet jew mill-inqas darba fis-sena.

2.   Kull laqgħa tas-Sottokumitat SPS għandha titlaqqa' mill-President f'data u f'post maqbula mill-Partijiet. L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa għandu jinħareġ mill-President mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.   Fejn ikun possibbli, laqgħat regolari tas-Sottokumitat SPS għandhom jissejħu fi żmien debitu qabel il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ.

4.   Il-laqgħat tas-Sottokumitat SPS jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku bi qbil, bħalma huma l-vidjokonferenzi jew l-awdjokonferenzi.

5.   Meta ma jkunx imlaqqa', is-Sottokumitat SPS jista' jindirizza kwalunkwe kwistjoni permezz tal-korrispondenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, kull Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra, permezz tas-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS previst fl-Artikolu 5, bil-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet tagħha.

Artikolu 5

Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Ukraina għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat SPS u għandhom iwettqu l-kompiti segretarjali b'mod konġunt u fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat SPS għandha tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu għandu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat SPS tingħata lill-President u tiġi ċċirkolata, f'konformità mal-Artikolu 7.

3.   Il-korrispondenza mill-President għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS f'isem il-President. Tali korrispondenza għandha tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, f'konformità mal-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dokumenti

1.   Id-dokumenti għandu jiġu ċċirkolati permezz tas-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS.

2.   Parti għandha tittrażmetti d-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Dak is-Segretarju għandu jittrażmetti dawk id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.   Is-Segretarju tal-Unjoni għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Ukraina u lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ f'tali korrispondenza.

4.   Is-Segretarju tal-Ukraina għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Ukraina u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni u lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ f'tali korrispondenza.

5.   Is-Segretarji tas-Sottokumitat SPS għadhom iservu bħala punti ta' kuntatt għal skambji previsti fl-Artikolu 67 tal-Ftehim.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat SPS ma jkunux pubbliċi.

Meta Parti tippreżenta lis-Sottokumitat SPS informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali, il-Parti l-oħra għandha tittratta din l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Għanda titfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa, kif ukoll abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonali kif previst fl-Artikolu 10, mis-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda proviżorja għandha tinkludi punti li s-Segretarjat ikun irċieva talba dwarhom mingħand xi Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuta mid-dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-aġenda proviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, għandhom jiġu ċċirkolati skont l-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda għandha tkun adottata mis-Sottokumitat SPS fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-President jista', fuq bażi ad hoc u bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti biex jattendu l-laqgħat tas-Sottokumitat SPS bħala osservaturisabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li dawk l-osservaturi jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.   Il-President jista', f'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 biex jikkunsidra ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u konklużjonijiet operazzjonali

1.   Għandu jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt miż-żewġ Segretarji.

2.   Bħala regola ġenerali, il-minuti għandhom jinkludu fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

il-parteċipanti fil-laqgħa, l-uffiċjali li jakkumpanjawhom u kull osservatur li jkun attenda għal-laqgħa;

(b)

id-dokumenti ppreżentati lill-Kumitat SPS;

(c)

id-dikjarazzjonijiet li s-Sottokumitat SPS ikun talab li jiddaħħlu; u

(d)

il-konklużjonijiet operazzjonali tal-laqgħa, kif imsemmi fil-paragrafu 4.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lis-Sottokumitat SPS għall-approvazzjoni. Dawn għandhom jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa tas-Sottokumitat SPS. Kopja tal-minuti approvati għandha tintbagħat lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

4.   L-abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonali ta' kull laqgħa għandu jitfassal mis-Segretarju tal-Parti li jkollha l-presidenza u jiġi ċċirkolat mal-Partijiet flimkien mal-aġenda, bħala regola mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa. L-abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonali għandu jiġi aġġornat matul il-laqgħa, sabiex fi tmiem il-laqgħa, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, is-Sottokumitat SPS jadotta l-konklużjonijiet operazzjonali, li jirriflettu l-azzjonijiet ta' segwitu li kien hemm qbil dwarhom mill-Partijiet. Ladarba jkunu miftiehma, il-konklużjonijiet operazzjonali għandhom ikunu mehmuża mal-minuti, u l-implimentazzjoni tagħhom għandha tiġi analizzata matul laqgħat sussegwenti tas-Sottokumitat SPS. Għal dak il-għan is-Sottokumitat SPS għandu jadotta mudell, li jippermetti li kull punt ta' azzjoni jiġi monitorjat b'referenza għal skadenza speċifika.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Is-Sottokumitat SPS jadotta deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet konġunti kif previst fl-Artikolu 74 tal-Ftehim. Dawk id-deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet konġunti għandhom jiġu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom.

2.   Kull deċiżjoni, opinjoni, rakkomandazzjoni jew rapport għandha tkun iffirmata mill-President u awtentikata miż-żewġ Segretarji. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-President għandu jiffirma dawk id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni, l-opinjoni, ir-rakkomandazzjoni jew ir-rapport rilevanti.

3.   Jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk, is-Sottokumitat SPS jista' jadotta deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet, opinjonijiet jew rapporti bi proċedura bil-miktub, wara li jitlestew il-proċeduri interni rispettivi. Il-proċedura bil-miktub għandha tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn iż-żewġ Segretarji, li jaġixxu bi qbil mal-Partijiet. Għal dak il-għan, it-test tal-proposta għandu jiġi ċċirkolat skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li matulu kull riżerva jew emenda trid tiġi mgħarrfa. Il-President jista', f'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati f'dan il-paragrafu biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ladarba jkun hemm qbil fuq it-test, id-deċiżjoni, opinjoni, rakkomandazzjoni jew rapport għandhom jiġu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji.

4.   L-atti tas-Sottokumitat SPS għandhom jingħataw it-titolu ta' “Deċiżjoni”, “Opinjoni”, “Rakkomandazzjoni” jew “Rapport”. Kull deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

5.   Id-deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u rapporti għandhom jiġu ċċirkolati maż-żewġ Partijiet.

6.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ għandu jkun mgħarraf b'kull deċiżjoni, opinjoni, rakkomandazzjoni, rapport u azzjoni oħra miftehma tas-Sottokumitat SPS.

7.   Kull Parti tista' tiddeċiedi jekk tippubblikax id-deċiżjonijiet, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet tas-Sottokumitat SPS fil-ġurnal uffiċjali rispettiv tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Is-Sottokumitat SPS għandu jippreżenta rapport lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ dwar l-attivitajiet tiegħu u dawk tal-gruppi ta' ħidma tekniċi jew tal-gruppi ad hoc imwaqqfa mis-Sottokumitat SPS. Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat 25 jum qabel il-laqgħa annwali regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat SPS għandhom ikunu l-Ingliż u l-Ukrain.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat SPS għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawk il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tieħu ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tas-Sottokumitat SPS, kemm fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u n-nefqa tal-għajxien u fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   L-ispejjeż marbutin ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u l-Ukrain għall-konformità mal-Artikolu 13(1) għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

L-ispejjeż marbutin mal-interpretazzjoni u t-traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra għandhom jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 15

Gruppi ta' ħidma tekniċi u gruppi ad hoc

1.   Is-Sottokumitat SPS jista' permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 74(3) tal-Ftehim joħloq jew jabolixxi, fejn xieraq, gruppi ta' ħidma tekniċi jew gruppi ta' ħidma ad hoc, inklużi gruppi xjentifiċi.

2.   Is-sħubija fi gruppi ad hoc ma għandhiex tkun ristretta għar-rappreżentanti tal-Partijiet. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-membri ta' kull grupp maħluq mis-Sottokumitat SPS jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità li jixraq.

3.   Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-gruppi maħluqa mis-Sottokumitat SPS għandhom jaħdmu taħt l-awtorità tas-Sottokumitat SPS, li għandhom jirrappurtaw lilu.

4.   Il-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma jistgħu jsiru skont il-bżonn, personalment jew permezz ta' vidjokonferenza jew awdjokonferenza.

5.   Is-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS għandu jirċievi kopja tal-korrispondenza, dokumenti u komunikazzjonijiet kollha rilevanti li jikkonċernaw l-attivitajiet tal-gruppi ta' ħidma.

6.   Il-gruppi ta' ħidma għandu jkollhom is-setgħa li jagħmlu rakkomandazzjonijiet bil-miktub quddiem is-Sottokumitat SPS. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu adottati b'kunsens u kkomunikati lill-President, li għandu jiċċirkola r-rakkomandazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 7.

7.   Dawn ir-regoli ta' proċedura għandhom jiġu applikati mutatis mutandis għal kwalunkwe grupp ta' ħidma tekniku jew grupp ta' ħidma ad hoc maħluq mis-Sottokumitat SPS, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan l-Artikolu. Ir-referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għas-Sottokumitat SPS.

Artikolu 16

Emenda

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat SPS skont l-Artikolu 74(5) tal-Ftehim.


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru … TAS-SOTTOKUMITAT TAL-KUMMERĊ U TAL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U L-UKRAINA

ta' … 2016

li biha jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu

IS-SOTTOKUMITAT TAL-KUMMERĊ U TAL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U L-UKRAINA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 300 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 486 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), partijiet tal-Ftehim, inkluż il-Kapitolu 13 (Kummerċ u żvilupp sostenibbli) tat-Titolu IV (Kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ), huma applikati proviżorjament mill-1 ta' Jannar 2016.

(2)

L-Artikolu 300 tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp Sostenibbli (“is-Sottokumitat TSD”) għandu jiltaqa' sabiex tiġi ssorveljata l-implimentazzjoni tal-Kapitolu 13 tat-Titolu IV tal-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 300(1) tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat TSD għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp Sostenibbli, kif stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …, …

Għas-Sottokumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp Sostenibbli bejn l-UE u l-Ukraina

Il-President


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

ANNESS

REGOLI TA' PROĊEDURA TAS-SOTTOKUMITAT TAL-KUMMERĊ U TAL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U L-UKRAINA

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Is-Sottokumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp Sostenibbli (“is- Sottokumitat TSD”), stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 300 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), għandu jassisti lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ, kif imsemmi fl-Artikolu 465(4) tal-Ftehim, fil-qadi ta' dmirijietu.

2.   Is-Sottokumitat TSD għandu jwettaq il-funzjonijiet stipulati fil-Kapitolu 13 (Kummerċ u żvilupp sostenibbli) tat-Titolu IV (Kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ) tal-Ftehim.

3.   Is-Sottokumitat TSD għandu jkun kompost minn rappreżentanti li jaħdmu fl-amministrazzjoni ta' kull Parti, responsabbli għall-kwistjonijiet dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli.

4.   Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-Ukraina r-responsabbli għall-kwistjonijiet tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli għandu jaġixxi bħala President tas-Sottokumitat TSD.

5.   Għall-finijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, tapplika d-definizzjoni tat-terminu “Partijiet” stabbilita fl-Artikolu 482 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet speċifiċi

1.   L-Artikoli minn 2 sa 14 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina għandhom japplikaw mutatis mutandis, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

2.   Ir-referenzi għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ. Ir-referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jew il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għas-Sottokumitat TSD.

Artikolu 3

Laqgħat

Is-Sottokumitat TSD għandu jiltaqa' kif meħtieġ. Il-Partijiet għandhom jimmiraw li jiltaqgħu darba fis-sena.

Artikolu 4

Emenda

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat TSD bejn l-UE u l-Ukraina skont l-Artikolu 300(1) tal-Ftehim.


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru … TAS-SOTTOKUMITAT DOGANALI BEJN L-UE U L-UKRAINA

ta' … 2016

li biha jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu

IS-SOTTOKUMITAT DOGANALI BEJN L-UE U L-UKRAINA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 83 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 486 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), partijiet tal-Ftehim, inkluż il-Kapitolu 5 (Dwana u faċilitazzjoni tal-kummerċ) tat-Titolu IV (Kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ), huma applikati proviżorjament mill-1 ta' Jannar 2016.

(2)

L-Artikolu 83 tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat Doganali għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV ta' dan il-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 83(e) tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat Doganali għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat Doganali, kif stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Ghas-Sottokumitat Doganali bejn l-UE u l-Ukraina

Il-President


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

ANNESS

REGOLI TA' PROĊEDURA TAS-SOTTOKUMITAT DOGANALI BEJN L-UE U L-UKRAINA

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Is-Sottokumitat Doganali stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 83 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (1) (“Ftehim”), għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu kif previst f'dak l-Artikolu.

2.   Is-Sottokumitat Doganali għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Ukraina responsabbli għall-kwistjonijiet doganali jew relatati mad-dwana.

3.   Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Ukraina responsabbli għall-kwistjonijiet doganali jew relatati mad-dwana għandu jaġixxi bħala President skont l-Artikolu 2.

4.   Għall-finijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura, għandha tapplika d-definizzjoni tat-terminu “Partijiet” stabbilita fl-Artikolu 482 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Presidenza tas-Sottokumitat Doganali għandha talterna bejn il-Partijiet kull 12-il xahar. L-ewwel perjodu ta' 12-il xahar għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat Doganali għandu jiltaqa' darba fis-sena jew fuq it-talba ta' xi waħda mill-Partijiet.

2.   Kull laqgħa tas-Sottokumitat Doganali għandha titlaqqa' mill-President f'data u f'post li jkun hemm qbil dwaru mill-Partijiet. L-avviż ta' sejħa għal-laqgħa għandha tinħareġ mill-President mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.   Il-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku miftiehem, bħalma huma l-vidjokonferenzi jew l-awdjokonferenzi.

4.   Meta ma jkunx imlaqqa', is-Sottokumitat Doganali jista' jindirizza kull kwistjoni permezz ta' korrispondenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, kull Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra, permezz tas-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali previst fl-Artikolu 5, dwar il-kompożizzjoni tagħha.

Artikolu 5

Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Ukraina responsabbli għal kwistjonijiet doganali jew relatati mad-dwana għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat Doganali u għandhom iwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt u fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat Doganali għandha tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu għandu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat Doganali tingħata lill-President u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, skont l-Artikolu 7.

3.   Il-korrispondenza mill-President għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali f'isem il-President. Din il-korrispondenza għandha tkun iċċirkolata, fejn xieraq, skont l-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dokumenti

1.   Id-dokumenti għandhom jiġu ċċirkolati permezz tas-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali.

2.   Parti għandha tittrażmetti d-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Dak is-Segretarju għandu jittrażmetti dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.   Is-Segretarju tal-Unjoni għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Ukraina f'din il-korrispondenza. Is-Segretarju tal-Unjoni għandu jibgħat kopja tad-dokumenti finali lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ.

4.   Is-Segretarju tal-Ukraina għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Ukraina u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni f'din il-korrispondenza. Is-Segretarju tal-Ukraina għandu jibgħat kopja tad-dokumenti finali lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor bejn il-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali ma għandhomx ikunu pubbliċi.

Meta Parti tippreżenta lis-Sottokumitat Doganali informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Għandha titfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa mis-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda proviżorja għandha tkun tinkludi punti li s-Segretarjat ikun irċieva talba dwarhom mingħand xi Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuta mid-dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-aġenda proviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, għandhom jiġu ċċirkolati skont l-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda għandha tiġi adottata mis-Sottokumitat Doganali fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-President jista', fuq bażi ad hoc u bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti biex jattendu l-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li dawk l-osservaturi jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.   Il-President jista', f'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u konklużjonijiet operazzjonali

1.   L-abbozz tal-minuti, inklużi l-konklużjonijiet operazzjonali, ta' kull laqgħa għandu jitfassal mis-Segretarju tal-Parti li jkollha l-presidenza.

2.   L-abbozzi tal-minuti, inklużi l-konklużjonijiet operazzjonali, għandhom jiġu ppreżentati lis-Sottokumitat Doganali għall-approvazzjoni. Dawn il-minuti għandhom jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju minn kull laqgħa tas-Sottokumitat Doganali. Kopja tal-minuti approvati għandha tintbagħat lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Is-Sottokumitat Doganali għandu jadotta l-arranġamenti prattiċi, miżuri, deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 83 tal-Ftehim. Dawn għandhom ikunu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom.

2.   Kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni għandha tkun iffirmata minn rappreżentant taż-żewġ Partijiet. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, ir-rappreżentanti għandhom jiffirmaw dawk id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni rilevanti.

3.   Jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk, is-Sottokumitat Doganali jista' jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub, wara li jitlestew il-proċeduri interni rispettivi. Il-proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn iż-żewġ Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet. Għal dak il-għan, it-test tal-proposta għandu jiġi ċċirkolat skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mill-anqas 21 jum kalendarju li matulu kull riżerva jew emenda trid tiġi mgħarrfa. Il-President jista', f'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati f'dan il-paragrafu biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ladarba t-test jiġi miftiehem, id-deċiżjoni jew rakkomandazzjoni għandhom ikunu ffirmati minn rappreżentant ta' kull Parti.

4.   L-atti tas-Sottokumitat Doganali għandhom jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni”. Kull deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

5.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tas-Sottokumitat Doganali għandhom ikunu awtentikati miż-żewġ Segretarji.

6.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għndhom ikunu ċċirkolati maż-żewġ Partijiet.

7.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ għandu jkun infurmat b'kull deċiżjoni, opinjoni, rakkomandazzjoni, rapport u azzjoni oħra miftiehma tas-Sottokumitat Doganali.

8.   Kull Parti tista' tiddeċiedi jekk tippubblikax id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tas-Sottokumitat Doganali fil-ġurnal uffiċjali rispettiv tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Is-Sottokumitat Doganali għandu jirrapporta lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ f'kull laqgħa regolari annwali tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat Doganali għandhom ikunu l-Ingliż u l-Ukrain.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat Doganali għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawk il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tieħu ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali, kemm fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u n-nefqa tal-għajxien u fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   L-ispejjeż marbutin ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u l-Ukrain għall-konformità mal-Artikolu 13(1) għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

L-ispejjeż marbutin mal-interpretazzjoni u t-traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra għandhom jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 15

Emenda

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati permezz ta' deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali f'konformità mal-Artikolu 83(e) tal-Ftehim.


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru … TAS-SOTTOKUMITAT DWAR L-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI BEJN L-UE U L-UKRAINA

ta' … 2016

li biha jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu

IS-SOTTOKUMITAT DWAR L-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI BEJN L-UE U L-UKRAINA

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 211 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 486 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), partijiet tal-Ftehim, inkluż is-subtaqsima 3 (Indikazzjonijiet ġeografiċi) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 9 (Proprjetà intellettwali) tat-Titolu IV (Kummerċ u wwistjonijiet relatati mal-kummerċ), huma applikati proviżorjament mill-1 ta' Jannar 2016.

(2)

L-Artikolu 211 tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“Sottokumitat IĠ”) għandu jimmonitorja l-iżvilupp tal-Ftehim fil-qasam tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u għandu jservi bħala forum għal kooperazzjoni u djalogu dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

(2)

L-Artikolu 211(2) tal-Ftehim jipprevedi li s-Sottokumitat IĠ għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat IĠ, kif indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għas-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi bejn l-UE u l-Ukraina

Il-President


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.

ANNESS

REGOLI TA' PROĊEDURA TAS-SOTTOKUMITAT DWAR L-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI BEJN L-UE U L-UKRAINA

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“is-Sottokumitat IĠ”), stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 211 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), għandu jassisti lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ, kif imsemmi fl-Artikolu 465(4) tal-Ftehim, fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu.

2.   Is-Sottokumitat IĠ għandu jwettaq il-funzjonijiet stipulati fl-Artikolu 211 tal-Ftehim.

3.   Is-Sottokumitat IĠ ikun kompost minn uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Ukraina responsabbli għall-kwistjonijiet li jirrigwardaw l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

4.   Kull Parti għandha taħtar Kap tad-Delegazzjoni, li għandu jkun il-persuna ta' kuntatt għall-kwistjonijiet kollha marbutin mas-Sottokumitat.

5.   Il-Kapijiet tad-Delegazzjoni għandhom jaġixxu bħala President skont l-Artikolu 2.

6.   Kull Kap tad-Delegazzjoni jista' jiddelega l-funzjonijiet tiegħu kollha jew uħud minnhom lil deputat innominat, u f'dan il-każ kull referenza li ssir wara għall-Kap tad-Delegazzjoni tkun tapplika bl-istess mod għad-deputat innominat.

7.   Għall-finijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandha tapplika d-definizzjoni tat-terminu “Partijiet” stabbilita fl-Artikolu 482 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Presidenza tas-Sottokumitat SPS għandha talterna ebjn il-Partijiet kull 12-il xahar. L-ewwel perjodu ta' 12-il xahar għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, il-Kumitat IĠ għandu jiltaqa' b'mod alternat fl-Unjoni u fil-Ukraina fuq it-talba ta' xi waħda mill-Partijiet, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 90 jum wara t-talba.

2.   Kull laqgħa tas-Sottokumitat IĠ għandha titlaqqa' mill-President f'data u f'post li jkun hemm qbil dwaru mill-Partijiet. L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa għandu jinħareġ mill-President mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa, sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.   Kull fejn possibbli, laqgħat regolari tas-Sottokumitat IĠ għandhom jissejjħu fi żmien debitu qabel il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ.

4.   B'eċċezzjoni, il-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku li l-Partijiet jaqblu dwaru, inkluża l-vidjokonferenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, kull Parti għandha tinforma lill-Parti l-oħra, permezz tas-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ, previst fl-Artikolu 5, dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni tagħha.

Artikolu 5

Segretarjat

Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Ukraina għandhom jinħatru mill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet biex jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat IĠ u jwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt u fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat IĠ għandha tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu għandu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat IĠ tingħata lill-President u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, skont l-Artikolu 7.

3.   Il-korrispondenza mill-President għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ f'isem il-President. Din il-korrispondenza għandha tkun iċċirkolata, fejn xieraq, skont l-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dokumenti

1.   Id-dokumenti għandhom jiġu ċċirkolati permezz tas-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ.

2.   Parti għandha tittrażmetti d-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju għandu jittrażmetti dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.   Is-Segretarju tal-Unjoni għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Ukraina u lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

4.   Is-Segretarju tal-Ukraina għandu jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Ukraina u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni u lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ ma għandhomx ikunu pubbliċi.

Meta Parti tippreżenta lis-Sottokumitat IĠ informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Għandha titfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa, kif ukoll abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonali kif previst fl-Artikolu 10, mis-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda proviżorja għandha tkun tinkludi punti li s-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ ikun irċieva talba dwarhom mingħand xi Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuta mid-dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-aġenda proviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, għandhom jiġu ċċirkolati skont l-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda tiġi adottata mill-President u l-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-President jista', fuq bażi ad hoc u bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti biex jattendu l-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ bħala oservaturisabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet jiżguraw li dawk l-osservaturi jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.   Il-President jista', f'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u konklużjonijiet operazzjonali

1.   Għandu jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt miż-żewġ Segretarji.

2.   Bħala regola ġenerali, il-minuti għandhom jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

il-parteċipanti fil-laqgħa, l-uffiċjali li jakkumpanjawhom u kull osservatur li jkun attenda għal-laqgħa;

(b)

id-dokumenti ppreżentati lis-Sottokumitat IĠ;

(c)

id-dikjarazzjonijiet li s-Sottokumitat IĠ ikun talab li jiddaħħlu; kif ukoll

(d)

jekk ikun hemm bżonn, il-konklużjonijiet operazzjonali tal-laqgħa, imsemmija fil-paragrafu 4.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jkun ippreżentat lis-Sottokumitat IĠ għall-approvazzjoni. Dawn għandhom jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa tas-Sottokumitat IĠ. Kopja tal-minuti approvati għandha tintbagħat lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

4.   L-abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonali ta' kull laqgħa għandu jitfassal mis-Segretarju tas-Sottokumitat IĠ tal-Parti li jkollha l-presidenza u jiġi ċċirkolat mal-Partijiet flimkien mal-aġenda, bħala regola mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa. L-abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonali għandu jiġi aġġornat matul il-laqgħa, sabiex fi tmiem il-laqgħa, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, is-Sottokumitat IĠ jadotta l-konklużjonijiet operazzjonali, li jirriflettu l-azzjonijiet ta' segwitu li kien hemm qbil dwarhom mill-Partijiet. Ġaladarba jkun hemm qbil dwarhom, il-konklużjonijiet operazzjonali għandom jinthemżu mal-minuti, u l-implimentazzjoni tagħhom għandha tkun eżaminata mill-ġdid matul laqgħat sussegwenti tas-Sottokumitat IĠ. Għal dak il-għan, is-Sottokumitat IĠ għandu jadotta mudell, li jippermetti li kull punt ta' azzjoni jiġi traċċat skont skadenza speċifika.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet

1.   Is-Sottokumitat IĠ għandu jkollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet fil-każijiet kif previsti fl-Artikolu 211(3) tal-Ftehim. Dawk id-deċiżjonijiet għandu jiġu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Dawn għandom ikunu vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom.

2.   Kull deċiżjoni għandha tkun iffirmata minn rappreżentant taż-żewġ Partijiet. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, ir-rappreżentanti għandhom jiffirmaw dawk id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni rilevanti.

3.   Jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk, is-Sottokumitat IĠ jista' jadotta deċiżjonijiet bi proċedura bil-miktub, wara li jitlestew il-proċeduri interni rispettivi. Il-proċedura bil-miktub għandha tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn iż-żewġ Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet. Għal dak il-għan, it-test tal-proposta għandu jiġi ċċirkolat skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mill-anqas minn 21 jum kalendarju li fih kull riżerva jew emenda trid tiġi mgħarrfa. Il-President jista', f'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati f'dan il-paragrafu biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ladarba t-test jiġi miftiehem, id-deċiżjoni għandha tkun iffirmata minn rappreżentant ta' kull Parti.

4.   L-atti tas-Sottokumitat IĠ għandhom ikunu intitolati “Deċiżjoni”. Kull deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

5.   Id-deċiżjonijiet tas-Sottokumitat IĠ għandhom jiġu ffirmati miż-żewġ Segretarji.

6.   Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu ċċirkolati maż-żewġ Partijiet.

7.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ għandu jkun infurmat b'kull deċiżjoni, rapport u azzjoni oħra miftehma tas-Sottokumitat IĠ.

8.   Kull Parti tista' tiddeċiedi jekk tippubblikax id-deċiżjonijiet tas-Sottokumitat IĠ fil-ġurnal uffiċjali rispettiv tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

1.   Is-Sottokumitat IĠ għandu jirrapporta lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ dwar l-attivitajiet tiegħu f'kull laqgħa regolari ta' dawn tal-aħħar.

2.   Ir-rapporti għandhom ikunu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet u għandhom ikunu intitolati “Rapport”. Ir-rapporti għandhom ikunu ċċirkolati maż-żewġ Partijiet.

3.   Il-proċedura għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis għar-rapporti.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat IĠ għandhom ikunu l-Ingliż u l-Ukrain.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat IĠ għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawk il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkopri l-ispejjeż li ġġarrab minħabba li tieħu sehem fil-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ, kemm fir-rigward tal-persunal, tal-ivvjaġġar u tal-ispejjeż ta' sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-infiq tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   L-ispejjeż marbutin ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u l-Ukrain għall-konformità mal-Artikolu 13(1) għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

L-ispejjeż marbutin mal-interpretazzjoni u t-traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra għandhom jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 15

Emenda

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati permezz ta' deċiżjoni tas-Sottokumitat SPS f'konformità mal-Artikolu 211(2) tal-Ftehim.


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


3.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/61


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/190

tal-1 ta' Frar 2017

li tawtorizza lil Franza tidderoga skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minn ċerti regoli komuni tas-sikurezza tal-avjazzjoni li jikkonċernaw l-istallazzjoni ta' komponenti

(notifikata bid-dokument C(2017) 458)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Franza innotifikat l-intenzjoni tagħha li tagħti approvazzjoni li tidderoga mir-regoli komuni tas-sikurezza tal-avjazzjoni li jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 li hemm fir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 (2). Skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, il-Kummissjoni vvalutat il-ħtieġa għad-deroga proposta u l-livell ta' protezzjoni li jirriżulta minnha, abbażi tar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa EASA) tal-24 ta' Settembru 2015 (3).

(2)

Id-deroga proposta, notifikata minn Franza fl-24 ta' Lulju 2015, tikkonċerna l-punt M.A.501 tal-Anness I (Parti-M) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014, li jirrikjedi li l-ebda komponent ma jista' jitwaħħal fuq inġenju tal-ajru sakemm ma jkunx ġie rilaxxat b'mod xieraq għas-servizz fuq il-Formola 1 tal-EASA jew ekwivalenti.

(3)

Id-deroga proposta tirrigwarda installazzjoni ta' magni R755B2M fuq l-inġenji tal-ajru YMF5C irreġistrati fi Franza. Dawk l-inġenji tal-ajru huma prodotti minn WACO Classic Aircraft Corporation, stabbilita fl-Istati Uniti, li hija fil-pussess taċ-ċertifikat tat-tip approvat tal-EASA EASA.IM.A.055 u taċ-ċertifikat tal-produzzjoni tal-FAA Nru 328CE li japprova l-produzzjoni tat-tip relatat ta' inġenju tal-ajru. Il-magni R755B2M huma prodotti minn AIR REPAIR, li hija wkoll stabbilita fl-Istati Uniti, li hija fil-pussess taċ-ċertifikat tat-tip approvat tal-EASA, EASA.E.092. Air REPAIR tipprovdi l-magni tagħha lil WACO Classic Aircraft Corporation għall-istallazzjoni. Madankollu, AIR REPAIR mhix fil-pussess la ta' approvazzjoni tal-produzzjoni, u lanqas ta' approvazzjoni ta' stazzjon tat-tiswija FAA 145 u allura ma tistax tforni magni b'formoli tar-rilaxx għas-servizz lil klijenti oħrajn. L-informazzjoni li waslet għand l-EASA tindika li AIR REPAIR ma tixtieqx li tikseb la approvazzjoni tal-produzzjoni u lanqas approvazzjoni Parti 145 tal-EASA.

(4)

Peress li l-magni ġodda prodotti minn AIR REPAIR ma jistgħux jiġu fornuti lil klijenti bil-Formola 1 tal-EASA jew ekwivalenti, l-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li deroga mir-rekwiżit tal-punt M.A.501 hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat li sid ta' inġenju tal-ajru YMF5C, li jkollu l-ħsieb li jixtri magna ġdida P/N (Mudell) R755B2M, bin-Numru tas-Serje 17819, tkun tista' tiġi installata fuq l-inġenju tal-ajru tiegħu l-magna fi Franza.

(5)

L-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li livell ekwivalenti ta' protezzjoni jista' jinkiseb b'mezzi oħra. Dawk il-mezzi jikkonsistu mir-rekwiżit li l-produttur tal-inġenju tal-ajru jiddikjara li l-magni li se jkunu installati huma simili għal dawk li kieku kienu jiġu stallati fil-linja tal-produzzjoni tiegħu u mill-ħtieġa li dawn il-magni jiġu stallati minn persunal kwalifikat u skont il-manwal tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru applikabbli li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa għat-tneħħija u għall-istallazzjoni ta' dawn il-magni.

(6)

Abbażi tar-rakkomandazzjoni tal-EASA, maħruġa fl-24 ta' Settembru 2015, il-Kummissjoni tikkunsidra li, permezz ta' dawk il-mezzi l-oħra, jista' jintlaħaq livell ta' protezzjoni ekwivalenti għal dak miksub bl-applikazzjoni tal-punt M.A.501 tal-Anness I (Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014. Konsegwentement, Franza għandha tkun intitolata li tagħti d-deroga proposta.

(7)

Skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-Istati Membri kollha jridu jiġu nnotifikati b'deċiżjoni tal-Kummissjoni li Stat Membru jista' jagħti deroga proposta, u jkunu intitolati wkoll li japplikaw il-miżura kkonċernata. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni għandha tiġi indirizzata lill-Istati Membri kollha. Id-deskrizzjoni tad-deroga, kif ukoll il-kundizzjonijiet marbuta magħha, għandhom ikunu tali li jippermettu lill-Istati Membri l-oħra li japplikaw ukoll dik il-miżura meta jsibu ruħhom fl-istess sitwazzjoni, mingħajr il-ħtieġa ta' deċiżjoni ulterjuri mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jaqsmu bejniethom l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' din il-miżura fejn japplikawha, b'konformità mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, billi din l-applikazzjoni jista' jkollha effetti 'l barra mill-Istati Membri li jagħtu d-deroga.

(8)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Franza tista' tagħti approvazzjonijiet li jidderogaw mill-punt M.A.501 tal-Anness I (Parti M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 lill-proprjetarji ta' inġenji tal-ajru YMF5C, prodotti minn WACO Classic Aircraft Corporation, li beħsiebhom jixtru magni R755B2M u jistallawhom fuq l-inġenji tal-ajru tagħhom, sakemm il-manifattur tal-inġenju tal-ajru jkun iddikjara li dawk il-magni huma simili għal dawk li kieku kien jistalla fuq il-linja tal-produzzjoni tiegħu u sakemm dawk il-magni jiġu installati minn persunal ikkwalifikat u skont il-manwal tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru applikabbli li fih l-informazzjoni neċessarja dwar it-tneħħija u l-istallazzjoni ta' dawk il-magni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).

(3)  Il-KAŻ TAL-EASA 2015/87 — Rakkomandazzjoni Nru FR/18/2015 — EASA ittra 2015(D)54366


3.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/63


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/191

tal-1 ta' Frar 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2010/166/UE, biex tintroduċi teknoloġiji u meded ta' frekwenza ġodda għas-servizzi ta' komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea

(notifikata bid-dokument C(2017) 450)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/166/UE (2) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tekniċi u operattivi meħtieġa biex ikun jista' jintuża l-GSM abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni.

(2)

L-iżvilupp ta' mezzi mtejba tal-komunikazzjoni appoġġat mill-progress tekniku jista' jtejjeb il-kapaċità għal kull ċittadin biex ikun konness kullimkien u f'kull ħin f'konformità mal-Programm tal-Politika tal-Ispettru stabbilit bid-Deċiżjoni 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tas-Suq Uniku Diġitali. Barra minn hekk, l-ispettru għandu jintuża f'konformità mal-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz stabbiliti fid-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/166/UE ssejjaħ lill-Istati Membri biex iżommu taħt reviżjoni l-użu tal-meded ta' frekwenzi ta' 900 MHz u 1 800 MHz minn sistemi li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tar-rilevanza kontinwa tal-kondizzjonijiet kollha speċifikati f'dik id-Deċiżjoni u tal-każijiet ta' interferenza ta' ħsara. L-Istati Membri huma rikjesti wkoll jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar is-sejbiet tagħhom u l-Kummissjoni għandha tirrevedi d-Deċiżjoni 2010/166/UE fejn jixraq.

(4)

Ir-rapporti mibgħuta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni kkonfermaw bil-qawwa l-ħtieġa li jippermettu teknoloġiji ġodda ta' komunikazzjoni għall-użu MCV.

(5)

Biex ikun faċilitat l-użu ulterjuri tal-applikazzjonijiet MCV fl-Unjoni, fis-16 ta' Novembru 2015 il-Kummissjoni tat mandat lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (“is-CEPT”) f'konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 676/2002/KE biex tkun eżaminata l-possibilità li l-koeżistenza ta' apparat li jintuża abbord li juża teknoloġija LTE ma' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika terrestri li joperaw fil-meded 1 710-1 785/1 805-1 880 MHz and 2 500-2 570/2 620-2 690 Mhz u l-koeżistenza ta' apparat abbord li juża teknoloġija UMTS ma' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika li joperaw fil-meded 1 920-1 980/2 110-2 170 MHz.

(6)

Wara l-għoti tal-mandat, is-CEPT adottat fis-17 ta' Ġunju 2016 ir-rapport tagħha 62 li kkonkluda li jkun possibbli li jopera MCV, sakemm il-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti jintlaħqu, bl-użu ta' teknoloġija LTE fil-meded 1 710-1 785/1 805-1 880 MHz u 2 500-2 570/2 620-2 690 MHz u t-teknoloġija UMTS fil-medda 1 920-1 980/2 110-2 170 MHz. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2010/166/UE għandha tiġi emendata abbażi tar-riżultati tar-rapport CEPT 62 biex jiġu inklużi dawk it-teknoloġiji u frekwenzi u jkun permess l-użu ta' sistemi bbażati fuq dawn it-teknoloġiji abbord il-bastimenti.

(7)

Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness, u sabiex jiġu protetti użi awtorizzati oħra, l-Istati Membri jistgħu jqiegħdu restrizzjonijiet ġeografiċi addizzjonali fuq it-tħaddim tas-sistema MCV fl-ibħra territorjali tagħhom.

(8)

Meta wieħed iqis l-importanza tat-teknoloġiji UMTS u LTE għall-komunikazzjoni bla fili fl-Unjoni, il-possibbiltà li jintużaw sistemi MCV tas-sistemi MCV LTE u MCV UMTS kif deskritt f'din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data ta' notifika ta' din id-Deċiżjoni.

(9)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-MCV għandhom jibqgħu taħt rieżami sabiex jiġi żgurat li dawn dejjem jaqblu mal-progress teknoloġiku.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/166/UE hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Il-fini ta' din id-Deċiżjoni hu li tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-meded ta' frekwenzi ta' 900 MHz, 1 800 MHz, 1 900/2 100 MHz, 2 600 MHz għal sistemi li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjonijiet mobbli abbord il-bastimenti fl-ibħra territorjali tal-Unjoni Ewropea.”.

2.

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

“servizzi ta” komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV)' tfisser servizzi ta' komunikazzjoni elettroniċi, kif imfisser fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), mogħtijin minn impriża sabiex tippermetti li dawk li jkunu abbord bastiment jikkomunikaw permezz ta' netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni bl-użu ta' sistema soġġetta għall-Artikolu 3 mingħajr ma jkunu stabbiliti konnessjonijiet diretti man-netwerks mobbli terrestri;

(*1)  Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).”;"

(b)

il-punt 7, jinbidel b'dan li ġej:

“7.

“Stazzjon ta' Bażi Transciever ta' Bastiment (BS tal-bastiment)” tfisser piko-ċellula mobbli li tinsab fuq il-bastiment u li tappoġġa s-servizzi tal-GSM, LTE jew UMTS konformi mal-Anness għal din id-Deċiżjoni;”;

(c)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“8.

“Il-medda 1 900/2 100 MHz” tfisser il-medda ta' 1 920-1 980 MHz fil-każ ta' konnessjoni axxendentali (terminal li jittrażmetti u stazzjon ta' bażi ta' riċezzjoni) u l-medda 2 110-2 170 MHz għal konnessjoni dixxendentali (stazzjon ta' bażi trażmettitur u terminal ta' riċezzjoni);

9.

“il-medda 2 600 MHz” tfisser il-medda 2 500-2 570 MHz fil-każ ta' konnessjoni axxendentali (terminal li jittrażmetti u stazzjon ta' bażi ta' riċezzjoni) u l-medda ta' frekwenzi 2 620-2 690 MHz għal konnessjoni dixxendentali (stazzjon ta' bażi trażmettitur u terminal ta' riċezzjoni);

10.

“Sistema LTE” tfisser netwerk ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, kif definit fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE (*2);

11.

“Sistema UMTS” tfisser netwerk ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kif definit fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/251/UE.

(*2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/251/UE tat-18 ta' April 2011 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta' frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta' komunikazzjoni fil-Komunità (ĠU L 106, 27.4.2011, p. 9)”."

3.

L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli mill-inqas 2 MHz ta' spettru fid-direzzjoni ta' konnessjoni axxendentali u 2 MHz ta' spettru korrispondenti fid-direzzjoni ta' konnessjoni dixxendentali akkoppjat fil-meded 900 u/jew 1 800 Mhz għal sistemi GSM sakemm is-servizzi MCV fuq bażi bla interferenza u mhux protetta fl-ibħra territorjali tagħhom;

2.   Malajr kemm jista' jkun, u sitt xhur wara d-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli 5 MHz ta' spettru fid-direzzjoni ta' konnessjoni axxendentali u 5 MHz ta' spettru korrispondenti fid-direzzjoni ta' konnessjoni dixxendentali, akkoppjati fi ħdan il-meded 1 900/2 100 MHz għas-sistemi UMTS u fil-meded 1 800 MHz u 2 600 MHz għal sistemi LTE li jipprovdu servizzi MCV fuq bażi ta' mingħajr interferenza u mingħajr protezzjoni, fl-ibħra territorjali tagħhom.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jikonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.”.

4.

L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom iżommu taħt reviżjoni l-użu tal-meded ta' frekwenzi mis-sistemi li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tagħhom, li huma msemmija fl-Artikolu 3(1) u (2), b'mod partikolari fir-rigward tar-rilevanza kontinwa tal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 3 u tal-każijiet ta' interferenza dannuża.”.

5.

L-Anness jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Andrus ANSIP

Viċi President


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/166/UE tad-19 ta' Marzu 2010 dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum għas-servizzi ta' komunikazzjoni mobbli abbord il-bastimenti (servizzi MCV) fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 72, 20.3.2010, p. 38).

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7).

(4)  Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).


ANNESS

“ANNESS

Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu mħarsa mis-sistemi li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, biex tiġi evitata interferenza dannuża għan-netwerks mobbli terrestri

(1)   Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti mis-sistemi tal-GSM li joperaw fil-medda ta' 900 MHz u l-medda ta' 1 800 MHz li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tal-Istati Membri, biex tiġi evitata l-interferenza dannuża għan-netwerks mobbli terrestri.

Japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Is-sistema li tipprovdi servizzi MCV ma għandhiex tintuża f'distanza eqreb minn żewġ mili nawtiċi (1) mil-linja bażi, kif definit fil- Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar;

(b)

Jistgħu jintużaw biss antenni interni ta' BS tal-bastimenti bejn żewġ u tnax-il mil nawtiku mil-linja bażi;

(c)

Limiti li għandhom jiġu stabbiliti għal terminals mobbli meta jintużaw abbord il-bastiment u għall-BS tal-bastiment:

Parametru

Deskrizzjoni

Qawwa tat-trażmissjoni/densità tal-potenza

Għat-terminals mobbli li jintużaw abbord il-bastiment u kkontrollati permezz tal-BS tal-bastiment fil-medda ta' 900 MHz, il-qawwa massima tal-output irradjat:

5 dBm

Għat-terminals mobbli li jintużaw abbord il-bastimenti u kkontrollati permezz tal-BS tal-bastimenti fil-medda ta' frekwenzi ta' 1 800 MHz, il-qawwa massima tal-output irradjat:

0 dBm

Għall-istazzjonijiet ta' bażi abbord il-bastiment, id-densità massima tal-qawwa mkejla f'partijiet esterni tal-bastiment, b'referenza għal kejl ta' gain ta' antenna ta' 0 dBi:

– 80 dBm/200 kHz

Aċċess għall-kanal u regoli tal-okkupazzjoni

Għandhom jintużaw tekniki għat-tnaqqis tal-interferenza li mill-inqas jipprovdu rendiment ekwivalenti għal dak ta' dawn il-fatturi ta' tnaqqis, abbażi tal-istandards tal-GSM:

bejn 2 u 3 mili nawtiċi mil-linja bażi, is-sensittività tar-riċevitur u l-livell massimu tad-diskonnessjoni (livelli ACCMIN (2) u min RXLEV (3)) tat-terminal mobbli użat abbord il-bastiment għandu jkun daqs jew ogħla minn — 70 dBm/200 kHz u bejn 3 u 12-il mil nawtiku mil-linjua bażi daqs jew ogħla minn — 75 dBm/200 kHz;

it-trażmissjoni mhux kontinwa (4) għandha tiġi attivata fid-direzzjoni ta' konnessjoni axxendentali;

il-valur tal-avvanz tal-ħin (5) tal-BS tal-bastiment għandu jiġi ssettjat fil-valur minimu.

(2)   Kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti mis-sistemi UMTS fil-meded 1 900/2 100 MHz li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tal-Istati Membri, biex tiġi evitata l-interferenza dannuża għan-netwerks mobbli terrestri.

Għandhom japplikaw dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

is-sistema li tipprovdi servizzi MCV ma għandhiex tintuża f'distanza eqreb minn żewġ mili nawtiċi mil-linja bażi, kif definit fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar;

(b)

jistgħu jintużaw biss antenni interni ta' BS tal-bastimenti bejn żewġ u tnax-il mil nawtiku mil-linja bażi;

(c)

tista' tintuża wisa' tal-medda sa 5 MHzbiss (duplex) biss;

(d)

limiti li għandhom jiġu stabbiliti għal terminals mobbli meta jintużaw abbord il-bastiment u għall-BS tal-bastiment:

Parametru

Deskrizzjoni

Qawwa tat-trażmissjoni/Densità tal-qawwa

Għal terminals mobbli li jittrażmettu fil-medda 1 900 Mhz użati abbord il-bastimenti u kkontrollati mill-BS tal-bastiment li jittrażmetti fil-medda 2 100  Mhz, il-qawwa massima tal-output irradjat:

0 dBm/5 MHz

Emissjonijiet fuq il-gverta

Emissjonijiet ta' BS tal-bastiment ta' fuq il-gverta għandhom ikunu daqs jew inqas minn — 102 dBm/5 MHz (Kanal Komuni tal-Piloti)

Aċċess għall-kanal u regoli tal-okkupazzjoni

Bejn 2 u 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, il-kriterji ta' kwalità (il-livell minimu meħtieġ tas-sinjal irċevut f'ċellola) għandu jkun daqs jew ogħla minn:

– 87 dBm/5 MHz

It-timer tal-għażla tan-netwerk mobbli terrestri pubbliku għandu jkun issettjat għal 10 minuti

Il-parametru tal-avvanz tal-ħin għandu jiġi ssettjat skont il-firxa ta' ċelloli mqassma ta' sistemi distribwiti ta' antenni MCV ugwali għal 600 m

Ir-rilaxx tat-timer tar-rilaxx tal-inattività tal-utent tal-Kontroll tar-Riżorsi tar-Radju għandu jkun ta' żewġ sekondi.

Nuqqas ta' allinjament ma' netwerks fuq l-art

It-trasportatur MCV tal-frekwenza ċentrali ma għandux jiġi allinjata ma' trasportaturi fuq netwerks tal-art.

(3)   Kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti minn sistemi fil-medda 1 800 MHz u 2 600 MHz li jipprovdu servizzi MCV fl-ibħra territorjali tal-Istati Membri, biex tiġi evitata l-interferenza dannuża għal netwerks mobbli bbażati fuq l-art

Japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Is-sistema li tipprovdi servizzi MCV ma għandhiex tintuża f'distanza eqreb minn 4 mili nawtiċi mil-linja bażi, kif definit fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar;

(b)

Jistgħu jintużaw biss antenni interni ta' BS ta' bastimenti bejn erba' u tnax-il mil nawtiku mil-linja bażi;

(c)

Faxxa tal-frekwenza biss sa 5 MHz (duplex) jistgħu jintużaw għal kull banda ta' frekwenzi (1 800 MHz u 2 600 MHz);

(d)

Limiti li għandhom jiġu stabbiliti għal terminals mobbli meta jintużaw abbord il-bastiment u għall-BS tal-bastiment:

Parametru

Deskrizzjoni

Qawwa tat-trażmissjoni/Densità tal-qawwa

Għat-terminals mobbli li jintużaw abbord il-bastimenti u li huma kkontrollati permezz ta' BS ta' bastimenti fil-medda ta' frekwenzi ta' 1 800 Mhz u 2 600 MHz, il-potenza massima tal-output irradjat:

0 dBm

Emissjonijiet fuq il-gverta

L-emissjonijiet ta' BS ta' bastimenti ta' fuq il-gverta għandhom ikunu daqs jew inqas minn – 98 dBm/5 MHz (ekwivalenti għal – 120 dBm/15 kHz)

Aċċess għall-kanal u regoli tal-okkupazzjoni

Bejn erba' u tnax-il mil nawtiku mil-linja bażi, il-kriterji ta' kwalità (il-livell ta' sinjal irċevut minimu meħtieġ fiċ-ċellola) għandhom ikunu daqs jew ogħla minn – 83 dBm/5 MHz (ekwivalenti għal – 105 dBm/15 kHz)

It-timer tal-għażla tan-Netwerk Mobbli Terrestri Pubbliku għandu jkun issettjat għal 10 minuti

Il-parametru tal-avvanz tal-ħin għandu jiġi ssettjat skont il-firxa ta' ċelloli mqassma ta' sistemi distribwiti ta' antenni MCV ugwali għal 400 m

It-timer tal-inattività tal-utent għar-rilaxx tal-Kontroll tar-Riżorsi tar-Radju għandu jiġi ssetjat għal żewġ sekondi.

Nuqqas ta' allinjament ma' netwerks fuq l-art

It-trasportatur MCV tal-frekwenza ċentrali ma għandux jiġi allinjata ma' trasportaturi fuq netwerks tal-art.”


(1)  Mil nawtiku = 1 852 metru

(2)  ACCMIN (RX_LEV_ACCESS_MIN); kif deskritt fl-istandard ETSI TS 144 018 tal-GSM

(3)  RXLEV (RXLEV-FULL-SERVING-CELL); kif deskritt fl-istandard ETSI TS 148 008 tal-GSM

(4)  Trażmissjoni mhux kontinwa, jew DTX; kif deskritt fl-istandard ETSI TS 148 008 tal-GSM

(5)  Avvanz tal-ħin; kif deskritt fl-istandard ETSI TS 144 018 tal-GSM


Rettifika

3.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 29/69


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2240 tat-12 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 337 tal-13 ta' Diċembru 2016 )

F'paġna 18, fl-Artikolu 1, il-punt (1),

minflok:

“(1)

Fit-titolu u fit-test kollu, l-isem ‘EUCAP NESTOR’ huwa sostitwit bl-isem ‘EUCAP Somalia’”,

aqra:

“(1)

It-titolu huwa sostitwit mit-titolu ‘Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità fis-Somalja (EUCAP Somalia)’, u fit-test kollu, l-isem ‘EUCAP NESTOR’ huwa sostitwit bl-isem ‘EUCAP Somalia’”.