ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 28

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
2 ta' Frar 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/172 tal-1 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward ta' parametri għat-trasformazzjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali f'bijogass jew kompost, il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni ta' ikel għall-annimali domestiċi u għall-esportazzjoni ta' demel ipproċessat ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/173 tal-1 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1292/2008 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 887/2011, fir-rigward ta' isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni ta' Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 u Enterococcus faecium CECT 4515 ( 1 )

5

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/174 tal-1 ta' Frar 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/175 tal-25 ta' Jannar 2017 dwar l-istabbiliment ta' kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-akkomodazzjoni turistika (notifikata bid-dokument C(2017) 299)  ( 1 )

9

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/176 tal-25 ta' Jannar 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE, għall-kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù (notifikata bid-dokument C(2017) 303)  ( 1 )

44

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/177 tal-31 ta' Jannar 2017 dwar il-konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-proposta konġunta biex jiġi stabbilit il-kuritur ferrovjarju tal-merkanzija Amber (notifikata bid-dokument C(2017) 141)

69

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/178 tal-31 ta' Jannar 2017 Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1111 dwar il-konformità tal-proposta konġunta mressqa mill-Istati Membri kkonċernati għall-estensjoni tal-kuritur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baltiku mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (notifikata bid-dokument C(2017) 142)

71

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/179 tal-1 ta' Frar 2017 li tistabbilixxi l-arranġamenti proċedurali meħtieġa għall-funzjonament tal-Grupp ta' Kooperazzjoni skont l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni

73

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

2.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/172

tal-1 ta' Frar 2017

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward ta' parametri għat-trasformazzjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali f'bijogass jew kompost, il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni ta' ikel għall-annimali domestiċi u għall-esportazzjoni ta' demel ipproċessat

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1)(c), l-Artikolu 27(g), l-Artikolu 41(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (2) jistabbilixxi r-regoli li jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, inklużi l-parametri għat-trasformazzjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali f'bijogass jew kompost, kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' ikel għall-annimali domestiċi li jkun ġie impurtat u regoli għall-esportazzjoni ta' materjal tal-Kategorija 2.

(2)

L-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi l-istandards għat-trasformazzjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali f'bijogass u kompost. Skont il-punt 3(b) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu III tal-Anness V, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f'ċerti kundizzjonijiet, jawtorizaw rekwiżiti speċifiċi minbarra dawk stabbiliti fil-Kapitolu III.

(3)

Madankollu, f'każijiet bħal dawn, ir-residwi tad-diġestjoni u l-kompost għandhom jitqiegħdu biss fis-suq fl-Istat Membru fejn ikunu ġew awtorizzati parametri alternattivi ta' trasformazzjoni. Sabiex l-awtorità kompetenti tiġi pprovduta bil-flessibilità meħtieġa fil-mod kif jiġu rregolati l-impjanti tal-bijogass u tal-kompost imsemmija fil-punt 3 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu III tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, huwa xieraq li jiġu esklużi mill-istandards stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu III dawk ir-residwi ta' diġestjoni u l-kompost li għalihom l-Istat Membru diġà awtorizza parametri alternattivi ta' trasformazzjoni. L-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(4)

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' prodotti sekondarji tal-annimali u ta' prodotti derivati minn pajjiżi terzi awtorizzati biss. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ikel mhux ipproċessat għall-annimali domestiċi li ġej minn prodotti sekondarji tas-sajd minn pajjiżi mhux tal-UE awtorizzati għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem skont l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE (3). Dan mhux il-każ għal importazzjonijiet ta' ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi li ġej minn prodotti sekondarji tas-sajd. F'dak ir-rigward, l-importazzjoni ta' ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi li ġej minn prodotti sekondarji tas-sajd huwa soġġett għal kundizzjonijiet iktar stretti mill-importazzjoni ta' ikel mhux ipproċessat għall-annimali domestiċi li ġej minn prodotti sekondarji tas-sajd. Huwa xieraq li tiġi awtorizzata l-importazzjoni ta' ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi li ġej minn prodotti sekondarji tas-sajd mill-pajjiżi kollha mhux fl-UE li huma awtorizzati għall-importazzjoni ta' ikel mhux ipproċessat li ġej minn prodotti sekondarji tas-sajd. Għaldaqstant it-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

L-esportazzjoni ta' demel ipproċessat iddestinat għall-inċinerazzjoni jew għar-rimi f'miżbla hija pprojbita. Madankollu, skont l-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-esportazzjoni ta' dak il-materjal għall-użu f'impjanti tal-bijogass jew tal-ikkompostjar tista' tiġi permessa sakemm il-pajjiż tad-destinazzjoni huwa pajjiż membru tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD). Sabiex tista' sseħħ l-esportazzjoni ta' demel ipproċessat u ta' fertilizzanti organiċi li fihom biss demel ipproċessat, huwa xieraq li jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-esportazzjoni ta' dawk il-prodotti għal finijiet għajr l-inċinerazzjoni, ir-rimi fil-miżbliet, jew l-użu f'impjanti tal-bijogass jew tal-ikkompostjar f'pajjiżi li mhumiex membri tal-OECD. Dawk ir-regoli għandhom jistabbilixxu rekwiżiti tal-anqas ekwivalenti għar-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq ta' demel ipproċessat u ta' fertilizzanti organiċi li fihom biss demel ipproċessat. L-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4.   Ir-regoli stabbiliti fil-Kapitolu V tal-Anness XIV għandhom japplikaw għal esportazzjonijiet mill-Unjoni ta' prodotti derivati speċifikati hemmhekk.”

Artikolu 2

L-Annessi V u XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huma emendati skont it-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/766/KE tas-6 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi l-listi ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi tal-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi (ĠU L 320, 18.11.2006, p. 53).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness V, il-punt 2, tat-Taqsima 3, tal-Kapitolu III, jinbidel b'dan li ġej:

“2.

Residwi ta' diġestjoni jew ta' kompost għajr dawk imsemmija fil-punt 3(b) tat-Taqsima 2 li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'din it-Taqsima għandhom jiġu sottomessi mill-ġdid għal trasformazzjoni jew għal ikkompostjar, u fil-każ ta' Salmonella jiġu ttrattati jew mormija skont l-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti.”

(2)

L-Anness XIV huwa emendat kif gej:

(a)

Fil-Kapitolu II, ir-ringiela nru 12 fit-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tinbidel b'dan li ġej:

“12

Ikel għall-annimali domestiċi, inkluż il-mgħid tal-klieb

(a)

Fil-każ ta' ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi u ta' mgħid tal-klieb: il-materjali msemmijin fl-Artikolu 35(a)(i) u (ii).

(b)

Fil-każ ta' ikel mhux ipproċessat għall-annimali domestiċi: il-materjali msemmijin fl-Artikolu 35(a)(iii).

L-ikel għall-annimali domestiċi u l-mgħid tal-klieb iridu jkunu ġew prodotti skont il-Kapitolu II tal-Anness XIII.

(a)

Fil-każ ta' ikel mhux ipproċessat għall-annimali domestiċi:

Il-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jew fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta' laħam frisk mill-istess speċi u minn fejn laħam bl-għadma biss ikun awtorizzat.

Fil-każ ta' materjali tal-ħut, il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

(b)

Fil-każ ta' mgħid tal-klieb u ikel għall-annimali domestiċi minbarra ikel mhux ipproċessat għall-annimali domestiċi:

Il-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, u l-pajjiżi li ġejjin:

 

(JP) Il-Ġappun

 

(EC) L-Ekwador

 

(LK) Is-Sri Lanka

 

(TW) It-Tajwan.

Fil-każ ta' ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi li ġej minn materjali tal-ħut, il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

(a)

Fil-każ ta' ikel għall-annimali domestiċi fil-landa: Anness XV, Kapitolu 3(A).

(b)

Fil-każ ta' ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi minbarra ikel għall-annimali domestiċi fil-landa: Anness XV, Kapitolu 3(B).

(c)

Fil-każ ta' mgħid tal-klieb: Anness XV, Kapitolu 3(C).

(d)

Fil-każ ta' ikel mhux ipproċessat għall-annimali domestiċi: Anness XV, Kapitolu 3(D).”;

(b)

Jiżdied il-Kapitolu V li ġej:

“KAPITOLU V

REGOLI GĦALL-ESPORTAZZJONI TA' ĊERTI PRODOTTI DERIVATI

Ir-regoli applikabbli għall-esportazzjoni tal-prodotti derivati elenkati hawn taħt kif imsemmija fl-Artikolu 25(4):

 

Prodotti derivati

Regoli għall-esportazzjoni

1

Demel ipproċessat u fertilizzanti organiċi, kompost jew residwi tad-diġestjoni mit-trasformazzjoni tal-bijogass li ma jkunx fihom prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati minn demel ipproċessat

Demel ipproċessat u fertilizzanti organiċi, kompost jew residwi tad-diġestjoni mit-trasformazzjoni tal-bijogass li ma jkunx fihom prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati minn demel ipproċessat iridu jikkonformaw tal-inqas mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b), (d) u (e) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tal-Anness XI.”


2.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/173

tal-1 ta' Frar 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1292/2008 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 887/2011, fir-rigward ta' isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni ta' Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 u Enterococcus faecium CECT 4515

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Norel SA ippreżentat applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi bidla fl-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1292/2008 (2) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 887/2011 (3).

(2)

L-applikant jiddikjara li Evonik Nutrition & Care GmbH akkwistat mingħand Norel SA d-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għall-addittivi tal-għalf Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 u Enterococcus faecium CECT 4515 b'effett mill-4 ta' Lulju 2016. L-applikant ippreżenta d-dejta rilevanti b'sosteniment għat-talba tiegħu.

(3)

Il-bidla proposta mid-detentur tal-awtorizzazzjoni hija ta' natura purament amministrattiva u m'hemmx għalfejn titwettaq valutazzjoni ġdida tal-addittivi ikkonċernati. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni.

(4)

Sabiex Evonik Nutrition & Care GmbH tkun tista' tisfrutta d-drittijiet tagħha tal-kummerċjalizzazzjoni, hemm bżonn li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjonijiet rispettivi.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1292/2008 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 887/2011 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(6)

Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emendi magħmula permezz ta' dan ir-Regolament għar-Regolament (KE) Nru 1292/2008 u għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 887/2011, huwa xieraq li jiġi previst perjodu tranżitorju li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet kollha eżistenti.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1292/2008

Fil-kolonna 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1292/2008, it-terminu “Norel SA” huwa sostitwit bit-terminu “Evonik Nutrition & Care GmbH”.

Artikolu 2

Emenda fir-Regolament (UE) Nru 887/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 887/2011 huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-titolu, it-terminu “Norel SA” huwa sostitwit bit-terminu “Evonik Nutrition & Care GmbH”;

(b)

fil-kolonna 2 tal-Anness, it-terminu “Norel SA” huwa sostitwit bit-terminu “Evonik Nutrition & Care GmbH”.

Artikolu 3

Miżuri tranżitorji

Il-ħażniet eżistenti tal-addittivi li huma konformi mad-dispożizzjonijiet li japplikaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw kollha.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1292/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-awtorizzazzjoni ta' Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 (Ecobiol u Ecobiol plus) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 36).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 887/2011 tal-5 ta' Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Enterococcus faecium CECT 4515 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Norel SA) (ĠU L 229, 6.9.2011, p. 7).


2.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/174

tal-1 ta' Frar 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

299,8

MA

122,9

TR

153,5

ZZ

192,1

0707 00 05

MA

48,2

TR

192,3

ZZ

120,3

0709 91 00

EG

79,4

ZZ

79,4

0709 93 10

MA

172,1

TR

261,6

ZZ

216,9

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

44,2

MA

45,8

TN

52,9

TR

72,7

ZZ

53,9

0805 21 10 , 0805 21 90 , 0805 29 00

EG

97,9

IL

143,2

JM

112,4

MA

88,2

TR

83,6

ZZ

105,1

0805 22 00

IL

139,8

MA

83,3

ZZ

111,6

0805 50 10

EG

85,5

TR

85,8

ZZ

85,7

0808 10 80

US

186,4

ZZ

186,4

0808 30 90

CL

81,7

CN

101,0

TR

154,0

ZA

98,4

ZZ

108,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

2.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/175

tal-25 ta' Jannar 2017

dwar l-istabbiliment ta' kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-akkomodazzjoni turistika

(notifikata bid-dokument C(2017) 299)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Ekotikketta tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil servizzi li jkollhom impatt ambjentali imnaqqas tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jistabbilixxi li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għal kull grupp ta' prodotti.

(3)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2009/564/KE (2) u 2009/578/KE (3) stabbilew il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti marbuta ta' valutazzjoni u verifika għas-servizz ta' post ta' kampeġġ u għas-servizz ta' akkomodazzjoni turistika, rispettivament, li huma validi sal-31 ta' Diċembru 2016.

(4)

Sabiex jiġu riflessi aħjar il-karatteristiċi komuni ta' servizzi ta' postijiet ta' kampeġġ u ta' servizzi ta' akkomodazzjonijiet turistiċi u sabiex jinkisbu sinerġiji minn approċċ konġunt għal dawn il-gruppi ta' prodotti u sabiex tiġi żgurata effiċjenza massima fl-amministrazzjoni tal-kriterji, tqies xieraq li dawn iż-żewġ gruppi ta' prodotti jingħaqdu fi grupp ta' prodotti uniku imsejjaħ “akkomodazzjoni turistika”.

(5)

Il-kriterji riveduti għandhom l-għan li jippromwovu l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli, biex tiġi ffrankata l-enerġija u tal-ilma, biex jitnaqqas l-iskart u jitjieb l-ambjent lokali. Il-kriterji riveduti, flimkien mar-rekwiżiti marbuta ta' valutazzjoni u verifika għandhom ikunu validi għal ħames snin mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni, billi jitqies iċ-ċiklu tal-innovazzjoni għal dan il-grupp ta' prodotti.

(6)

Parti integrali min-numri ta' reġistrazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE hija kodiċi li jikkorrispondi mal-grupp ta' prodotti. Sabiex il-korpi kompetenti jkunu jistgħu jassenjaw numru ta' reġistrazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE lill-akkomodazzjonijiet turistiċi li jikkonformaw mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE, huwa meħtieġ li dan il-grupp ta' prodotti jiġi assenjat numru ta' kodiċi.

(7)

Għalhekk id-Deċiżjonijiet 2009/564/KE u 2009/578/KE għandhom jitħassru.

(8)

Huwa xieraq li jkun hemm perjodu tranżitorju għall-applikanti li s-servizzi ta' akkomodazzjoni turistika jew is-servizzi ta' post ta' kampeġġ tagħhom ikunu ingħataw l-Ekotikketta tal-UE għas-servizzi ta' post ta' kampeġġ u għas-servizzi ta' akkomodazzjoni turistika abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2009/564/KE u 2009/578/KE, rispettivament, sabiex ikollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodott tagħhom biex ikun konformi mar-rekwiżiti riveduti tal-kriterji. L-applikanti għandu jkollhom perjodu suffiċjenti ta' żmien li fih jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti f'2009/564/KE u f'2009/578/KE.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-grupp ta' prodotti “akkomodazzjoni turistika” għandu jinkludi l-provvista ta' servizzi ta' akkomodazzjoni turistika u servizzi ta' post ta' kampeġġ u kwalunkwe wieħed mis-servizzi awżiljarji li ġejjin li jkun ġestit mill-fornitur tal-akkomodazzjoni turistika:

(1)

servizzi tal-ikel;

(2)

faċilitajiet ta' divertiment jew tal-fitness;

(3)

żoni ħodor;

(4)

postijiet għal avvenimenti uniċi bħal konferenzi tan-negozju, laqgħat jew avvenimenti ta' taħriġ;

(5)

faċilitajiet sanitarji, faċilitajiet għall-ħasil u għat-tisjir jew faċilitajiet ta' informazzjoni disponibbli għat-turisti, għall-vjaġġaturi u għal dawk li jkunu alloġġjati fil-post ta' kampeġġ, għall-użu kollettiv.

2.   Is-servizzi ta' trasport u l-vjaġġi ta' divertiment huma esklużi mill-grupp ta' prodotti “akkomodazzjoni turistika”.

Artikolu 2

Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“servizzi ta' akkomodazzjoni turistika” tfisser il-provvediment, bi ħlas, ta' akkomodazzjoni mkenna matul il-lejl fi kmamar, li talanqas tinkludi sodda, u ta' faċilitajiet sanitarji privati jew komuni, offruti lit-turisti, lill-vjaġġaturi u lil dawk li jkunu alloġġjati hemm.

(2)

“servizzi ta' post ta' kampeġġ” tfisser il-provvediment, bi ħlas, ta' lottijiet tal-art mgħammra għal kwalunkwe struttura minn dawn li ġejjin: tined, karavannijiet, djar mobbli, vannijiet camper, bungalows u appartamenti, u ta' faċilitajiet sanitarji privati jew komuni, offruti lit-turisti, lill-vjaġġaturi u lil dawk li jkunu alloġġjati hemm.

(3)

“servizzi tal-ikel” tfisser il-provvista ta' kolazzjon jew ta' ikliet oħra;

(4)

“faċilitajiet ta' divertiment jew tal-fitness” tfisser sawna, pixxini, faċilitajiet tal-isport u ċentru tal-benesseri li jkunu aċċessibbli għall-klijenti jew għal persuni mhux residenti jew għaż-żewġ kategoriji li huma;

(5)

“żoni ħodor” tfisser parks, ġonna jew żoni oħra fuq barra miftuħin għat-turisti, għall-vjaġġaturi jew għal dawk li jkunu alloġġjati hemm.

Artikolu 3

Sabiex tingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-akkomodazzjoni turistika għandha taqa' fil-grupp ta' prodotti “akkomodazzjoni turistika” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta' din id-deċiżjoni u trid tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin kif ukoll ir-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika stabbiliti fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

(a)

għandha tkun konformi ma' kull kriterju stabbilit fit-Taqsima A tal-Anness ma' din id-Deċiżjoni;

(b)

għandha tkun konformi ma' għadd biżżejjed tal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima B tal-Anness ma' din id-Deċiżjoni sabiex tikseb l-għadd ta' punti meħtieġa skont l-Artikoli 4 u 5.

Artikolu 4

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 3(b), is-servizz ta' akkomodazzjoni turistika għandu jikseb mill-inqas 20 punt.

2.   L-ammont minimu ta' punti meħtieġa skont il-paragrafu 1 għandu jiżdied b'dan li ġej:

(a)

3 punti fejn il-maniġment jew is-sid tas-servizz ta' akkomodazzjoni turistika jipprovdi servizzi tal-ikel;

(b)

3 punti fejn il-maniġment jew is-sid tas-servizz ta' akkomodazzjoni turistika jipprovdi żoni ħodor;

(c)

3 punti fejn il-maniġment jew is-sid tas-servizz ta' akkomodazzjoni turistika jipprovdi faċilitajiet ta' divertiment jew tal-fitness jew 5 punti jekk dawk il-faċilitajiet ta' divertiment jew tal-fitness ikunu jikkonsistu f'ċentru tal-benesseri li jkun aċċessibbli għal dawk li mhumiex residenti.

Artikolu 5

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 3(b), is-servizz ta' post għall-kampeġġ għandu jikseb mill-inqas 20 punt jew, fejn jiġu pprovduti servizzi kollettivi, 24 punt.

2.   Ir-rekwiżit minimu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jiżdied b'dan li ġej:

(a)

3 punti fejn il-maniġment jew is-sid tas-servizz ta' post għall-kampeġġ jipprovdi servizzi tal-ikel;

(b)

3 punti fejn il-maniġment jew is-sid tas-servizz ta' post għall-kampeġġ jipprovdi żoni ħodor;

(c)

3 punti fejn il-maniġment jew is-sid tas-servizz ta' kampeġġ joffri faċilitajiet ta' divertiment jew tal-fitness jew 5 punti jekk dawk il-faċilitajiet ta' divertiment jew tal-fitness ikunu jikkonsistu f'ċentru tal-benesseri li jkun aċċessibbli għal dawk li mhumiex residenti.

Artikolu 6

Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta' prodotti “akkomodazzjoni turistika” kif ukoll ir-rekwiżiti marbuta ta' valutazzjoni u verifika għandhom ikunu validi għal ħames snin mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Għal għanijiet amministrattivi n-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti “akkomodazzjoni turistika” għandu jkun “051”.

Artikolu 8

Id-Deċiżjonijiet 2009/564/KE u 2009/578/KE huma mħassra.

Artikolu 9

B'deroga mill-Artikolu 8, applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu fil-grupp ta' prodotti “servizz ta' akkomodazzjoni turistika” jew “servizz ta' post ta' kampeġġ” li jiġu ppreżentati fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu ppreżentati skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/578/KE jew fid-Deċiżjoni 2009/564/KE jew skont il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

Liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE li jkunu ingħataw skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/564/KE jew fid-Deċiżjoni 2009/578/KE jistgħu jintużaw għal 20 xahar mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  2009/564/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja lis-servizz ta' post ta' kampeġġ (ĠU L 196, 28.7.2009, p. 36).

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/578/KE tad-9 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja lis-servizz ta' akkomodazzjoni turistika (ĠU L 198, 30.7.2009, p. 57).


ANNESS

QAFAS

IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Il-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lill-akkomodazzjoni turistika

Kriterji obbligatorji

Kriterji ġenerali tal-ġestjoni

Kriterju 1.

Bażi ta' Sistema ta' Ġestjoni Ambjentali

Kriterju 2.

Taħriġ tal-persunal

Kriterju 3.

Informazzjoni lill-klijenti

Kriterju 4.

Manutenzjoni ġenerali

Kriterju 5.

Monitoraġġ tal-konsum

Kriterji tal-enerġija

Kriterju 6.

Apparat għat-tisħin tal-post u għat-tisħin tal-ilma effiċjenti fl-enerġija

Kriterju 7.

Apparat għall-kundizzjonament tal-arja u apparat b'pompi tas-sħana li jużaw l-arja ta' barra effiċjenti fl-enerġija

Kriterju 8.

Tagħmir tat-tidwil effiċjenti fl-enerġija

Kriterju 9.

Regolazzjoni termali

Kriterju 10.

Tifi awtomatiku tal-HVAC u tad-dawl

Kriterju 11.

Apparat għat-tisħin għal barra u għall-kundizzjonament tal-arja

Kriterju 12.

Akkwist ta' elettriku minn fornitur tal-elettriku rinnovabbli

Kriterju 13.

Faħam u żjut għat-tisħin

Kriterji tal-ilma

Kriterju 14.

Fittings effiċjenti tal-ilma: Vitjien u doċoċ tal-kamra tal-banju

Kriterju 15.

Fittings effiċjenti tal-ilma: Tojlits u awrinari

Kriterju 16.

Tnaqqis fil-londri permezz tal-użu mill-ġdid ta' xugamani u ħwejjeġ tas-sodda

Kriterji tal-iskart u tal-ilma mormi

Kriterju 17.

Prevenzjoni tal-iskart: Pjan għat-tnaqqis tal-iskart mis-servizzi tal-ikel

Kriterju 18.

Prevenzjoni tal-iskart: Prodotti li jintużaw darba biss

Kriterju 19.

Għażla tal-iskart u l-bgħit tiegħu għar-riċiklaġġ

Kriterji oħra

Kriterju 20.

Projbizzjoni ta' tipjip f'żoni komuni

Kriterju 21.

Promozzjoni ta' mezzi tat-trasport ambjentalment preferibbli

Kriterju 22.

Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Kriterji fakultattivi

Kriterji ġenerali tal-ġestjoni

Kriterju 23.

Reġistrazzjoni fl-EMAS, ċertifikazzjoni tal-ISO tal-akkomodazzjoni turistika (sa 5 punti)

Kriterju 24.

Reġistrazzjoni fl-EMAS jew iċ-ċertifikazzjoni tal-ISO tal-fornituri (sa 5 punti)

Kriterju 25.

Servizzi ekotikkettati (sa 4 punti)

Kriterju 26.

Komunikazzjoni u edukazzjoni ambjentali u soċjali (sa 2 punti)

Kriterju 27.

Monitoraġġ tal-konsum: Sottometraġġ tal-enerġija u tal-ilma (sa 2 punti)

Kriterji tal-enerġija

Kriterju 28.

Apparat għat-tisħin tal-post u għat-tisħin tal-ilma effiċjenti fl-enerġija (sa 3 punti)

Kriterju 29.

Apparat għall-kundizzjonament tal-arja effiċjenti fl-enerġija u apparat b'pompi tas-sħana li jużaw l-arja ta' barra (sa 3,5 punti)

Kriterju 30.

Pompi tas-sħana li jużaw l-arja ta' barra b'output tas-sħana sa 100 kW (3 punti)

Kriterju 31.

Apparat u tagħmir tat-tidwil domestiku effiċjenti fl-enerġija (sa 4 punti)

Kriterju 32.

Irkupru tas-sħana (sa 3 punti)

Kriterju 33.

Regolazzjoni termali u iżolament tat-twieqi (sa 4 punti)

Kriterju 34.

Tifi awtomatiku ta' tagħmir u apparat (sa 4,5 punti)

Kriterju 35.

Tisħin/tkessiħ distrettwali u tkessiħ minn koġenerazzjoni (sa 4 punti)

Kriterju 36.

Nixxiefa tal-idejn b'sensur tal-prossimità (punt 1)

Kriterju 37.

Emissjonijiet minn Ħiters tal-Post (1,5 punti)

Kriterju 38.

Akkwist ta' elettriku minn fornitur tal-elettriku rinnovabbli (sa 4 punti)

Kriterju 39.

Awtoġenerazzjoni ta' elettriku fuq il-post permezz ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli (sa 5 punti)

Kriterju 40.

Enerġija għat-tisħin minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli (sa 3,5 punti)

Kriterju 41.

Tisħin ta' pixxini (sa 1,5 punti)

Kriterji tal-ilma

Kriterju 42.

Fittings effiċjenti tal-ilma: Vitijiet u doċoċ tal-kamra tal-banju (sa 4 punti)

Kriterju 43.

Fittings effiċjenti tal-ilma: Tojlits u awrinari (sa 4,5 punti)

Kriterju 44.

Konsum ta' ilma minn magni tal-ħasil tal-platti (2,5 punti)

Kriterju 45.

Konsum ta' ilma minn magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ (3 punti)

Kriterju 46.

Indikazzjonijiet dwar l-alkalinità tal-ilma (sa 1,5 punti)

Kriterju 47.

Ġestjoni ottimizzata tal-pixxini (sa 2,5 punti)

Kriterju 48.

Riċiklaġġ tal-ilma tax-xita u tal-ilma griż (sa 3 punti)

Kriterju 49.

Irrigazzjoni effiċjenti (1,5 punti)

Kriterju 50.

Speċijiet indiġeni u oħrajn aljeni imma mhux invażivi użati għat-tħawwil fuq barra (sa 2 punti)

Kriterji tal-iskart u tal-ilma mormi

Kriterju 51.

Prodotti tal-karta (sa 2 punti)

Kriterju 52.

Oġġetti li jservu għal żmien twil (sa 4 punti)

Kriterju 53.

Provvista ta' xorb (2 punti)

Kriterju 54.

Akkwist ta' deterġenti u ta' prodotti tal-indafa personali (sa 2 punti)

Kriterju 55.

Imminimizzar tal-użu ta' prodotti tat-tindif (1,5 punti)

Kriterju 56.

Tneħħija tas-silġ (punt 1)

Kriterju 57.

Tessuti u għamara użata (sa 2 punti)

Kriterju 58.

Ikkompostjar (sa 2 punti)

Kriterju 59.

Trattament tal-ilma mormi (sa 3 punti)

Kriterji oħra

Kriterju 60.

Projbizzjoni tat-tipjip fil-kmamar (punt 1)

Kriterju 61.

Politika soċjali (sa 2 punti)

Kriterju 62.

Manutenzjoni tal-vetturi (punt 1)

Kriterju 63.

Mezzi tat-trasport ambjentalment preferibbli offruti (sa 2,5 punti)

Kriterju 64.

Uċuħ mhux issiġillati (punt 1)

Kriterju 65.

Prodotti lokali u organiċi (sa 4 punti)

Kriterju 66.

Evitar ta' pestiċidi (2 punti)

Kriterju 67.

Azzjonijiet ambjentali u soċjali addizzjonali (sa 3 punti)

VALUTAZZJONI U VERIFIKA

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta' valutazzjoni u ta' verifika huma indikati f'kull kriterju stabbilit fis-Taqsimiet A u B.

Fejn l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti ta' testijiet, jew evidenza oħra sabiex juri konformità mal-kriterji, dawn jistgħu jiġu mingħand l-applikant jew mingħand il-fornitur(i) eċċ. tiegħu, kif ikun xieraq.

Il-korpi kompetenti għandhom preferenzjalment jirrikonoxxu l-attestazzjonijiet li jinħarġu mill-korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar, u l-verifiki li jagħmlu korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi. L-akkreditazzjoni għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

L-informazzjoni li tiġi estratta minn dikjarazzjonijiet ambjentali ppreżentati taħt l-iskema ta' mmaniġġjar u awditjar ekoloġiċi (2) (EMAS) tal-Unjoni titqies bħala mezz ekwivalenti ta' prova bħall-attestazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu preċedenti.

Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta' ttestjar oħra għajr dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta' appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

Il-korpi kompetenti għandhom iwettqu żjara inizjali fuq il-post qabel jagħtu l-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE u jistgħu jwettqu żjarat perjodiċi ta' segwitu fuq il-post waqt il-perjodu tal-għoti.

Bħala prerekwiżit, is-servizzi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti legali kollha rispettivi tal-pajjiż (pajjiżi) li fihom tkun tinsab l-'akkomodazzjoni turistika'. B'mod partikolari, dawn li ġejjin għandhom ikunu garantiti:

1.

L-istruttura fiżika tirrispetta l-liġijiet u r-regolamenti tal-Unjoni, nazzjonali u dawk lokali dwar l-effiċjenza enerġetika u l-iżolament termali, is-sorsi tal-ilma, it-trattament u r-rimi tal-ilma użat (inklużi tojlits kimiċi), il-ġbir u r-rimi tal-iskart, il-manutenzjoni u s-servisjar tat-tagħmir, id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà u s-saħħa u kwalunkwe liġi jew regolament rilevanti taż-żona marbut mal-konservazzjoni tal-pajsaġġ u tal-bijodiversità.

2.

L-impriża tkun operazzjonali u reġistrata, kif rikjest mil-liġijiet nazzjonali jew lokali u l-persunal tagħha jkun impjegat u assigurat b'mod legali. Għal dan il-għan, il-persunal għandu jkollu kuntratt nazzjonali legali bil-miktub, għandu talanqas jitħallas il-paga minima nazzjonali jew reġjonali ffissata skont ftehimiet kollettivi (fin-nuqqas ta' ftehimiet kollettivi, il-persunal għandu talanqas jitħallas il-paga minima reġjonali jew nazzjonali legali), u s-sigħat tax-xogħol tiegħu jridu jkunu konformi mal-liġi nazzjonali.

L-applikant għandu jiddikjara u juri l-konformità tas-servizz ma' dawk ir-rekwiżiti, bl-użu ta' verifiki indipendenti jew evidenza dokumentata mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data (eż. awtorizzazzjoni/liċenzja ta' kostruzzjoni, dikjarazzjonijiet ta' tekniċi professjonali li jispjegaw kif il-leġislazzjoni nazzjonali u r-regolamenti lokali marbuta mal-aspetti tal-bini imsemmija hawn fuq huma sodisfatti, kopja ta' politika soċjali bil-miktub, kopji ta' kuntratti, dikjarazzjonijiet tar-reġistrazzjoni tal-impjegat fis-sistema tal- assigurazzjoni nazzjonali, dokumentazzjoni/reġistru uffiċjali li jelenka l-ismijiet u l-għadd ta' impjegati mill-Ispettorat jew mill-Aġent tal-Impjiegi tal-Gvern lokali) u barra minn hekk jistgħu jsiru intervisti għal għarrieda mal-persunal waqt żjarat fuq il-post.

TAQSIMA A

KRITERJI IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(a)

ĠESTJONI ĠENERALI

Kriterju 1.   Bażi ta' Sistema ta' Ġestjoni Ambjentali

L-akkomodazzjoni turistika għandha tistabbilixxi l-bażi ta' Sistema ta' Ġestjoni Ambjentali billi timplimenta l-proċessi li ġejjin:

politika ambjentali li tidentifika l-aspetti ambjentali l-aktar rilevanti dwar l-enerġija, l-ilma u l-iskart rilevanti għall-akkomodazzjoni;

programm ta' azzjoni preċiż li jistabbilixxi l-miri dwar il-prestazzjoni ambjentali fir-rigward tal-aspetti ambjentali identifikati, li għandhom jiġu stabbiliti talanqas kull sentejn, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti minn din id-Deċiżjoni dwar l-Ekotikketta tal-UE.

Jekk l-aspetti ambjentali identifikati ma jkunux indirizzati minn din l-Ekotikketta tal-UE, il-miri għandhom preferibbilment ikunu bbażati fuq indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali u parametri referenzjarji ta' eċċellenza stabbiliti mid-dokument ta' referenza dwar l-aqwa prattika ta' ġestjoni ambjentali għas-settur tat-turiżmu (3) (EMAS);

proċess ta' valutazzjoni interna li jippermetti l-verifika tal-prestazzjoni tal-organizzazzjoni talanqas darba fis-sena fir-rigward tal-miri definiti fil-programm ta' azzjoni u t-twaqqif ta' azzjonijiet korrettivi jekk ikun meħtieġ.

L-informazzjoni dwar il-proċessi imsemmija fil-paragrafu preċedenti għandha tkun disponibbli għall-konsultazzjoni mill-klijenti u mill-persunal.

Il-kummenti u r-reazzjonijiet mill-klijenti li jinġabru permezz tal-kwestjonarju imsemmi fil-kriterju 3 għandhom jiġu vvalutati fil-proċess ta' valutazzjoni interna u fil-programm ta' azzjoni, jekk ikun meħtieġ.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma':

kopja tal-politika ambjentali,

il-programm ta' azzjoni, u

ir-rapport ta' valutazzjoni, li għandu jitpoġġa għad-dispożizzjoni tal-korp kompetenti fi żmien sentejn (2) wara l-applikazzjoni, u l-verżjoni aġġornata kull sentejn.

L-applikanti li jkunu reġistrati fl-EMAS jew iċċertifikati skont l-ISO 14001 għandhom jitqiesu bħala konformi. F'dan il-każ, iċ-ċertifikat tal-ISO 14001 jew ir-reġistrazzjoni fl-EMAS għandha tingħata bħala mezz ta' prova. Fil-każ ta' ċertifikazzjoni tal-ISO 14001, mal-applikazzjoni għandu jkun hemm rapport mehmuż li jiġbor fil-qosor il-prestazzjonijiet fir-rigward tal-miri definiti fil-programm ta' azzjoni.

Kriterju 2.   Taħriġ tal-persunal

(a)

L-akkomodazzjoni turistika għandha tipprovdi informazzjoni u taħriġ lill-persunal (inkluż persunal estern sottokuntrattat), inklużi proċeduri bil-miktub jew manwali, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' miżuri ambjentali u sabiex jiżdied l-għarfien dwar imġiba ambjentalment responsabbli skont il-kriterji obbligatorji u fakultattivi applikabbli f'din l-Ekotikketta tal-UE. B'mod partikolari, it-taħriġ tal-persunal għandu jinkludi l-aspetti li ġejjin:

(i)

il-politika ambjentali u l-pjan ta' azzjoni tal-akkomodazzjoni turistika u sensibilizzazzjoni dwar l-Ekotikketta tal-UE għall-akkomodazzjoni turistika;

(ii)

azzjonijiet għall-iffrankar tal-enerġija fir-rigward ta' tagħmir elettriku, sistemi għall-kundizzjonament tal-arja u ta' tisħin meta l-persunal jitlaq mill-kamra jew meta t-twieqi jkunu miftuħin;

(iii)

azzjonijiet għall-iffrankar tal-ilma fir-rigward tal-iċċekkjar ta' tnixxijiet, it-tisqija, il-frekwenza tat-tibdil ta' lożor u xugamani u l-proċedura ta' kontroħasil tal-pixxini;

(iv)

azzjonijiet għall-imminimizzar tal-użu ta' sustanzi kimiċi fir-rigward ta' prodotti kimiċi għat-tindif, għall-ħasil tal-platti, għad-diżinfettar, għall-ħasil tal-ħwejjeġ u ta' prodotti oħra speċjali għat-tindif (eż. kontroħasil tal-pixxini) li għandhom jintużaw biss fejn ikun meħtieġ; u jekk ikun hemm informazzjoni disponibbli dwar id-dosaġġ; il-limiti ta' konsum tal-prodotti imsemmija għandhom ikunu dawk indikati fuq il-pakkett jew kif rakkomandat mill-produttur;

(v)

azzjonijiet għat-tnaqqis u s-separazzjoni tal-iskart fir-rigward ta' oġġetti li jintużaw darba biss u kategoriji ta' rimi;

(vi)

mezzi tat-trasport ambjentalment preferibbli disponibbli għall-persunal;

(vii)

skont il-kriterju 3, l-informazzjoni rilevanti li l-persunal għandu jagħti lill-klijenti.

(b)

Fi żmien erba' ġimgħat mill-bidu tal-impjieg il-persunal ġdid kollu għandu jingħata taħriġ adegwat u l-persunal l-ieħor għandu jiġi aġġornat dwar l-aspetti imsemmija hawn fuq talanqas darba fis-sena.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dettalji tal-programm ta' taħriġ, il-kontenut tiegħu u indikazzjoni ta' min mill-persunal ikun ingħata liema taħriġ u meta. Id-dati u t-tipi ta' taħriġ tal-persunal għandhom jiġu reġistrat bħala evidenza li jkun sar dan it-taħriġ ta' aġġornament.

Kriterju 3.   Informazzjoni lill-klijenti

(a)

L-akkomodazzjoni turistika għandha tipprovdi wkoll informazzjoni lill-klijenti sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' miżuri ambjentali u jitqajjem l-għarfien dwar imġiba ambjentalment responsabbli skont il-kriterji obbligatorji u fakultattivi applikabbli f'din l-Ekotikketta tal-UE. Dik l-informazzjoni għandha tingħata b'mod attiv lill-klijenti bil-fomm jew bil-miktub fiż-żona ta' akkoljenza jew fil-kamra u, b'mod partikolari, għandha tinkludi l-aspetti li ġejjin:

(i)

il-politika ambjentali tal-akkomodazzjoni turistika u sensibilizzazzjoni dwar l-Ekotikketta tal-UE għall-akkomodazzjoni turistika;

(ii)

azzjonijiet għall-iffrankar tal-enerġija fir-rigward ta' dawl elettriku, sistemi għall-kundizzjonament tal-arja u ta' tisħin meta l-klijenti jitilqu mill-kamra jew meta t-twieqi jkunu miftuħin;

(iii)

azzjonijiet għall-iffrankar tal-ilma fir-rigward tal-iċċekkjar ta' tnixxijiet u l-frekwenza tat-tibdil ta' lożor u xugamani;

(iv)

azzjonijiet għat-tnaqqis u s-separazzjoni tal-iskart fir-rigward ta' oġġetti li jintużaw darba biss, il-kategoriji ta' rimi u l-oġġetti li ma għandhomx jintremew mal-ilma mormi. Barra minn hekk, fil-kmamar tal-kolazzjon u taċ-ċena għandu jintwera poster jew xi materjal informattiv ieħor li jagħti pariri għat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel.

(v)

mezzi tat-trasport ambjentalment preferibbli disponibbli għall-klijenti;

(vi)

l-akkomodazzjoni turistika għandha tipprovdi informazzjoni lill-klijenti dwar il-punti turistiċi lokali ta' interess disponibbli, gwidi lokali, ristoranti lokali, swieq, ċentri tas-snajja'.

(b)

Il-klijenti għandhom jingħataw kwestjonarju, permezz tal-Internet jew fuq il-post, fejn jintalbu jagħtu l-opinjonijiet tagħhom dwar l-aspetti ambjentali ġenerali tal-akkomodazzjoni turistika elenkati fil-punt a) u s-sodisfazzjon ġenerali tagħhom bil-faċilitajiet u s-servizzi tal-akkomodazzjoni turistika. Għandu jkun hemm proċedura ċara fis-seħħ li tirreġistra l-kummenti u l-ilmenti tal-klijenti, ir-risposti mogħtija u l-azzjonijiet korrettivi meħuda.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' kopji tal-informazzjoni pprovduta lill-klijenti. L-applikant għandu jindika l-proċeduri fis-seħħ għat-tqassim u għall-ġbir tal-informazzjoni u tal-kwestjonarju, u dwar kif ser jitqiesu r-reazzjonijiet.

Kriterju 4.   Manutenzjoni ġenerali

Manutenzjoni preventiva tat-tagħmir/apparat għandha ssir talanqas darba fis-sena, jew aktar sikwit jekk hekk ikun meħtieġ bil-liġi jew skont l-istruzzjonijiet rilevanti tal-manifattur. Il-manutenzjoni għandha tinkludi l-ispezzjoni ta' tnixxijiet possibbli u l-assigurazzjoni tal-funzjonament xieraq talanqas għat-tagħmir tal-enerġija (eż. tagħmir tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kondizzjonata (HVAC), sistemi ta' refriġerazzjoni, eċċ) u t-tagħmir tal-ilma (eż. attrezzaturi tal-plàming, sistemi ta' tisqija, eċċ.) fil-post tal-akkomodazzjoni.

Apparat li juża refriġeranti koperti mir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandu jiġi spezzjonat u miżmum kif ġej:

(a)

għal tagħmir li jkun fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fi kwantitajiet ekwivalenti għal 5 tunnellati ta' CO2 jew aktar, iżda fi kwantitajiet ekwivalenti għal inqas minn 50 tunnellata ta' CO2: talanqas kull kull 12-il xahar jew, fejn ikun hemm sistema għad-detezzjoni ta' tnixxijiet installata, talanqas kull kull 24 xahar;

(b)

għal tagħmir li jkun fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fi kwantitajiet ekwivalenti għal 50 tunnellati ta' CO2 jew aktar, iżda fi kwantitajiet ekwivalenti għal inqas minn 500 tunnellata ta' CO2: talanqas kull sitt xhur jew, fejn ikun hemm sistema għad-detezzjoni ta' tnixxijiet installata, talanqas kull 12-il xahar;

(c)

għal tagħmir li jkun fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fi kwantitajiet ekwivalenti għal 500 tunnellata ta' CO2 jew aktar: talanqas kull tliet xhur jew, fejn ikun hemm sistema għad-detezzjoni ta' tnixxijiet installata, talanqas kull sitt xhur.

L-attivitajiet kollha ta' manutenzjoni għandhom jiġu reġistrati f'reġistru speċifiku tal-manutenzjoni, billi jiġu speċifikati l-ammonti approssimattivi tal-ilma jnixxi mit-tagħmir tal-provvista tal-ilma.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità, flimkien ma' deskrizzjoni qasira tal-programm ta' manutenzjoni, dettalji dwar il-persuni jew il-kumpaniji li jagħmlu l-manutenzjoni u r-reġistru tal-manutenzjoni.

Kriterju 5.   Monitoraġġ tal-konsum

L-akkomodazzjoni turistika għandu jkollha proċeduri għall-ġbir u għall-monitoraġġ tad-data ta' kull xahar jew, talanqas, fis-sena, dwar l-aspetti li ġejjin bħala minimu:

(a)

l-użu ta' enerġija speċifika (kWh/lejl tal-klijent u/jew kW/m2 (fiż-żona ta' ġewwa)sena);

(b)

perċentwal tal-użu tal-enerġija finali ssodisfat mill-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post (%);

(c)

il-konsum ta' ilma għal kull klijent-lejl (litri/klijent-lejl) inkluż l-ilma użat għall-irrigazzjoni (jekk applikabbli) u kwalunkwe attività oħra relatata mal-konsum tal-ilma;

(d)

il-ġenerazzjoni ta' skart għal kull klijent-lejl (kg/klijent-lejl). L-iskart tal-ikel għandu jiġi mmonitorjat separatament (5);

(e)

il-konsum ta' prodotti kimiċi għat-tindif, għall-ħasil tal-platti, għall-ħasil tal-ħwejjeġ, għad-diżinfettar u ta' prodotti oħra speċjali għat-tindif (eż. kontroħasil tal-pixxini) (kg jew litri/klijent-lejl), bi speċifikazzjoni jekk ikunux lesti biex jintużaw jew ma jkunux dilwiti;

(f)

il-perċentwal ta' prodotti b'tikketta tat-Tip I tal-ISO (%) użat skont il-kriterji fakultattivi applikabbli f'din id-Deċiżjoni dwar l-Ekotikketta tal-UE.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' deskrizzjoni tal-proċeduri għall-ġbir u l-monitoraġġ. L-akkomodazzjoni turistika għandha tipprovdi rapport fil-forma ta' sommarju qasir dwar id-data miġbura għall-parametri ta' konsum elenkati hawn fuq flimkien mar-rapport ta' valutazzjoni interna imsemmi fil-kriterju 1, li għandu jsir disponibbli għall-korp kompetenti fi żmien sentejn (2) wara l-applikazzjoni, u kull sentejn.

ENERĠIJA

Kriterju 6.   Apparat għat-tisħin tal-post u għat-tisħin tal-ilma effiċjenti fl-enerġija

(a)

Apparat idroniku għat-tisħin tal-post li jiġi installat tul id-durata tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE għandu:

(i)

ikun unità ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja kif definit bid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), jew

(ii)

ikollu effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post u/jew limiti tal-emissjonijiet ta' GHGs skont il-valuri fit-tabelli li ġejjin, ikkalkolati kif iddikjarat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/314/UE (7):

Tip ta' ħiter tal-post idroniku

Indikatur tal-effiċjenza

L-apparat kollu għat-tisħin tal-post ħlief għal ħiters b'bojler tal-bijomassa solida u ħiters b'pompa tas-sħana

Effiċjenza Enerġetika Staġunali Minima tat-Tisħin tal-Post

s) ≥ 98 %

Ħiters b'bojler tal-bijomassa solida

Effiċjenza Enerġetika Staġunali Minima tat-Tisħin tal-Post

s) ≥ 79 %

Ħiters b'pompa tas-sħana (hemm żewġ possibilitajiet validi għal pompi tas-sħana li jużaw refriġeranti b'GWP ≤ 2 000 , l-għażla 2 hija obbligatorja għal pompi tas-sħana li jużaw refriġeranti b' GWP ≤ 2 000 )

Għażla 1Effiċjenza Enerġetika Staġunali Minima tat-Tisħin tal-Post/il-valuri GWP tar-refriġerant

ηs ≥ 107 %/[0 — 500]

ηs ≥ 110 %/(500 — 1 000 ]

ηs ≥ 120 %/(1 000 — 2 000 ]

ηs ≥ 130 %/> 2 000

Għażla 2Limiti tal-emissjonijiet GHG

150 g ekwivalenti ta' CO2/kWh fi produzzjoni ta' sħana

(b)

L-apparat għat-tisħin tal-post lokali li jiġi installat tul id-durata tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE għandu jkun konformi mal-effiċjenza enerġetika staġunali minima tat-tisħin tal-post stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1185 (8) jew fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 (9).

(c)

L-apparat għat-tisħin tal-ilma li jiġi installat tul id-durata tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE għandu talanqas ikollu l-indikaturi rilevanti tal-effiċjenza enerġetika li ġejjin:

Tip ta' ħiter tal-ilma

Enerġija indikatur tal-effiċjenza

Il-ħiters kollha tal-ilma bi profil iddikjarat ta' tagħbija ta' ≤ S

Klassi Enerġetika A (b)

Il-ħiters kollha tal-ilma minbarra ħiters tal-ilma b'pompa tas-sħana, bi profil tat-tagħbija ddikjarat ta' > S u ≤ XXL

Klassi Enerġetika A (b)

Ħiters tal-ilma b'pompa tas-sħana bi profil tat-tagħbija ddikjarat ta' > S u ≤ XXL

Klassi Enerġetika A+ (b)

Il-ħiters kollha tal-ilma bi profil tat-tagħbija ddikjarat ta' > XXL (3XL u 4XL)

Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma ≥ 131 % (c)

(d)

Unitajiet ta' koġenerazzjoni eżistenti għandhom jikkonformaw mad-definizzjoni ta' effiċjenza għolja fl-Anness III għad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jew fl-Anness II għad-Direttiva 2012/27/UE jekk ikunu ġew installati wara l-4 ta' Diċembru 2012.

(e)

Bojlers eżistenti tal-misħun li jaħdmu bi fjuwils likwidi jew gassużi kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE (11) għandhom jikkonformaw mal-istandards ta' effiċjenza talanqas ekwivalenti għal tliet stilel kif iddikjarati f'dik id-Direttiva. L-effiċjenza ta' bojlers esklużi mid-Direttiva 92/42/KEE għandha tkun konformi mal-istruzzjonijiet tal-manifattur u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u lokali dwar l-effiċjenza, iżda għal bojlers eżistenti bħal dawn (bl-eċċezzjoni ta' bojlers tal-bijomassa) ma għandhiex tiġi aċċettata effiċjenza ta' inqas minn 88 %.

Valutazzjoni u verifika

Għar-rekwiżiti (a), (b) u (c) id-detentur tal-liċenzja għandu jinforma lill-korp kompetenti dwar l-installazzjoni ġdida tal-apparat relevanti tul id-durata tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE u jipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi mingħand il-manifattur jew mingħand it-tekniċi professjonali responsabbli għall-istallazzjoni, għall-bejgħ jew għall-manutenzjoni tal-apparat għat-tisħin tal-post u tal-ilma li jindikaw kif l-effiċjenza meħtieġa hija sodisfatta. Prodotti b'ħiters idroniċi bl-Ekotikketta tal-UE għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti (a)(ii). Prodotti oħra bit-tikketti tat-Tip I tal-ISO li jissodisfaw xi wieħed mir-rekwiżiti elenkati fil-punti (a) sa (e) għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-punt rispettiv ta' dan il-kriterju. Meta jintużaw prodotti b'ħiters idroniċi bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ biex juri li l-ekotikketta ingħatat skont id-Deċiżjoni 2014/314/UE. Fejn jintużaw prodotti b'tikketti oħra tat-Tip I tal-ISO, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tat-tikketta tat-Tip I jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ u jindika r-rekwiżiti tat-tikketta tat-Tip I tal-ISO elenkati fil-punti (a) sa (e). Għar-rekwiżiti (d) u (e) l-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi mingħand il-manifattur jew mingħand it-tekniċi professjonali responsabbli għall-istallazzjoni, għall-bejgħ jew għall-manutenzjoni tal-apparat għat-tisħin tal-post u tal-ilma li jindikaw kif l-effiċjenza meħtieġa hija sodisfatta.

Kriterju 7.   Apparat għall-kundizzjonament tal-arja u apparat b'pompi tas-sħana li jużaw l-arja ta' barra effiċjenti fl-enerġija

Apparat domestiku għall-kundizzjonament tal-arja u apparat b'pompi tas-sħana li jużaw l-arja li jiġi installat tul id-durata tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE għandu talanqas ikollu l-klassijiet enerġetiċi rilevanti li ġejjin kif definit fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 (12):

Tip

Klassi tal-effiċjenza enerġetika (tkessiħ/tisħin)

Monosplit < 3 kW

A+++/A+++

Monosplit 3-4 kW

A+++/A+++

Monosplit 4-5 kW

A+++/A++

Monosplit 5-6 kW

A+++/A+++

Monosplit 6-7 kW

A++/A+

Monosplit 7-8 kW

A++/A+

Monosplit > 8 kW

A++/A++

Multi-split

A++/A+

Nota: Dan il-kriterju japplika għall-kundizzjonaturi tal-arja li joperaw bil-mejnijiet tal-elettriku u għal pompi tas-sħana li jużaw l-arja ta' barra b'kapaċità nominali ta' ≤ 12 kW għat-tkessiħ, jew għat-tisħin jekk il-prodott ma jkollux funzjoni ta' tkessiħ. Dan il-kriterju ma japplikax għal apparat li juża sorsi ta' enerġija li mhumiex elettriċi; u apparat li l-parti tal-kondensur — jew tal-evaporatur tiegħu, jew it-tnejn, ma tużax l-arja bħala mezz għat-trasferiment tas-sħana.

Valutazzjoni u verifika

Id-detentur tal-liċenzja għandu jinforma lill-korp kompetenti dwar l-installazzjoni ġdida tal-apparat imsemmi hawn fuq tul id-durata tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE u jipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi mingħand il-manifattur jew mingħand it-tekniċi professjonali responsabbli għall-istallazzjoni, għall-bejgħ jew għall-manutenzjoni tas-sistema għall-kundizzjonament tal-arja li jindikaw kif l-effiċjenza meħtieġa hija sodisfatta.

Kriterju 8.   Tagħmir tat-tidwil effiċjenti fl-enerġija

(a)

Fid-data tal-għoti tal-Ekotikketta tal-UE:

(i)

talanqas 40 % tat-tagħmir tat-tidwil kollu fl-akkomodazzjoni turistika għandu jkollu talanqas Klassi A kif stabbilit skont l-Anness VI għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (13);

(ii)

talanqas 50 % tat-tagħmir tat-tidwil kollu li jkun jinsab f'postijiet fejn il-lampi x'aktarx jinxtiegħlu għal aktar minn ħames sigħat kuljum għandu jkollu talanqas Klassi A kif stabbilit skont l-Anness VI għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 874/2012;

(b)

Wara mhux aktar minn sentejn mid-data tal-għoti tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE:

(i)

talanqas 80 % tat-tagħmir tat-tidwil kollu fl-akkomodazzjoni turistika għandu jkollu talanqas Klassi A kif stabbilit skont l-Anness VI għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 874/2012;

(ii)

il-100 % tat-tagħmir tat-tidwil li jkun jinsab f'postijiet fejn il-lampi x'aktarx jinxtiegħlu għal aktar minn ħames sigħat kuljum għandu jkollu talanqas Klassi A kif stabbilit skont l-Anness VI għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 874/2012.

Nota: Il-perċentwali jiġu stabbiliti b'referenza għall-ammont totali ta' tagħmir tat-tidwil adattat biex jintużaw bozoz tad-dawl li jiffrankaw l-enerġija. Il-miri ta' hawn fuq ma japplikawx għall-apparat tat-tidwil li l-karatteristiċi fiżiċi tiegħu ma jippermettux l-użu ta' bozoz tad-dawl li jiffrankaw l-enerġija.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi rapporti bil-miktub lill-korp kompetenti li jindikaw l-ammont totali ta' bozoz u luminarji xierqa biex tintuża illuminazzjoni li tiffranka l-enerġija, is-sigħat tal-operat u l-ammont ta' bozoz u luminarji li jiffrankaw l-enerġija b'bozoz u luminarji tad-dawl effiċjenti fl-enerġija talanqas tal-Klassi A kif stabbilit skont l-Anness VI għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 874/2012. Ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll l-ispjegazzjoni dwar l-impossibbiltà tas-sostituzzjoni ta' bozoz u luminarji fejn il-karatteristiċi fiżiċi ma jippermettux l-użu ta' bozoz u luminarji li jiffrankaw l-enerġija. Għandhom jiġu pprovduti żewġ rapport, l-ewwel wieħed fid-data tal-applikazzjoni u t-tieni wieħed mhux aktar tard minn sentejn mid-data tal-għoti rispettivament.

Il-karatteristiċi fiżiċi li jistgħu jimpedixxu l-użu ta' bozoz tad-dawl li jiffrankaw l-enerġija jistgħu jinkludu: unitajiet dekorattivi tat-tidwil li jkunu jeħtieġu bozoz u luminarji speċjalizzati; tidwil li jista' jitbaxxa; sitwazzjonijiet fejn jista' ma jkunx hemm unitajiet tat-tidwil li jiffrankaw l-enerġija disponibbli. Fejn dan ikun il-każ, għandha tingħata evidenza biex jintwera għaliex ma jistgħux jintużaw bozoz u luminarji li jiffrankaw l-enerġija. Dan jista' jinkludi, per eżempju, evidenza fotografika tat-tip ta' unitajiet ta' tidwil installati.

Kriterju 9.   Regolazzjoni termali

It-temperatura fiż-żoni komuni kollha (pereżempju fir-ristoranti, fiż-żoni lawnġ, u fil-kmamar tal-konferenzi) għandha tiġi regolata b'mod individwali fi ħdan il-medda stabbilita li ġejja

(i)

Il-valur ipprogrammat tat-temperatura fiż-żoni komuni, waqt li tkun fil-modalità ta' tkessiħ, jiġi stabbilit f'temperatura ta' aktar minn 22 °C (+/– 2 °C fuq talba tal-klijenti) tul is-sajf kollu.

(ii)

Il-valur ipprogrammat tat-temperatura fiż-żoni komuni, waqt li tkun fil-modalità ta' tisħin, jiġi stabbilit f'temperatura ta' inqas minn 22 °C (+/– 2 °C fuq talba tal-klijenti) tul ix-xitwa kollha.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni dwar is-sistemi termoregolatorji, jew il-proċeduri segwiti biex jiġu stabbiliti l-meded magħżula tat-temperatura.

Kriterju 10.   Tifi awtomatiku tal-HVAC u tad-dawl

(a)

Is-sistemi/apparat tal-HVAC li jiġi installat tul id-durata tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE għandu jkun mgħammar b'sistema ta' tifi awtomatiku meta jinfetħu t-twieqi u meta l-klijenti jitilqu mill-kamra.

(b)

Tul id-durata tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE, waqt il-kostruzzjoni u/jew waqt ir-rinnovazzjoni ta' kull akkomodazzjoni għall-kiri/kamra tal-klijenti ġdida u/jew rinnovata, għandhom jiġu installati sistemi awtomatiċi (eż. sensuri, ċavetta/kard ċentralizzata, eċċ.) li jitfu d-dawl kollu meta l-klijenti jitilqu mill-kamra.

Nota: Akkomodazzjonijiet żgħar (sa 5 kmamar) huma eżenti.

Valutazzjoni u verifika

Tul id-durata tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE d-detentur tal-liċenzja għandu jinforma lill-korp kompetenti dwar l-installazzjoni ġdida ta' sistemi jew ta' apparat ta' tidwil u ta' HVAC b'tifi awtomatiku u jipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi mingħand it-tekniċi professjonali responsabbli għall-istallazzjoni jew għall-manutenzjoni ta' dawn is-sistemi/apparat.

Kriterju 11.   Apparat għat-tisħin għal barra u għall-kundizzjonament tal-arja

L-akkomodazzjoni turistika ma għandha tuża l-ebda apparat għat-tisħin għal barra jew għall-kundizzjonament tal-arja.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju. Din għandha tiġi ċċekkjata matul iż-żjara fuq il-post.

Kriterju 12.   Akkwist ta' elettriku minn fornitur tal-elettriku rinnovabbli

(a)

Fil-każ li jkun hemm bejn wieħed (1) u erba' (4) fornituri ta' tariffi ekoloġiċi individwali li joffru 50 % tal-elettriċità minn sorsi rinovabbli jew ta' ċertifikati GOs separati fil-lokalità tal-akkomodazzjoni:

L-akkomodazzjoni turistika għandha tikkuntratta talanqas 50 % tal-elettriku tagħha minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, kif definit fid-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). Għal dan il-għan:

L-akkomodazzjoni turistika għandha preferenzjalment tikkuntratta tariffa individwali tal-elettriku li talanqas 50 % tal-elettriku tagħha jkun ġej minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli. Dan ir-rekwiżit ikun sodisfatt jew fil-każ li jiġi żvelat li talanqas 50 % tat-taħlita ġenerali tal-fjuwil ikkumerċjalizzata mill-fornitur tkun rinnovabbli jew fil-każ li jiġi żvelat li talanqas 50 % tat-taħlita tal-fjuwil tal-prodott tat-tariffa mixtrija tkun rinnovabbli.

Jew

Alternattivament l-ammont minimu ta' 50 % ta' enerġija rinnovabbli jista' anke jiġi akkwistat permezz tax-xiri diżaggregat ta' garanziji tal-oriġini (GOs) kif definit fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2009/28/KE li jkunu ġew innegozjati b'mod konformi mal-Prinċipji u r-Regoli tal-Operat tas-Sistema Ewropea ta' Ċertifikazzjoni tal-Enerġija (EECS). Għal din l-alternattiva, għandhom jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

Ir-regolamenti nazzjonali kemm tal-pajjiż li jesporta u ta' dak li jimporta jipprovdu protokolli tad-dominju li jkunu akkreditati mill-Assoċjazzjoni tal-Korpi Emittenti (AIB) skont il-Prinċipji u r-Regoli tal-Operat tal-EECS sabiex jiġi evitat għadd doppju fil-każ li l-klijent jagħżel ix-xiri diżaggregat ta' GOs.

(ii)

L-ammont ta' GOs akkwistati permezz tax-xiri diżaggregat mixtri ma jaqbilx mal-konsum tal-elettriku tal-applikant tul l-istess perjodu ta' żmien.

(b)

Fil-każ li fil-post fejn tkun tinsab l-akkomodazzjoni jkun hemm talanqas 5 fornituri ta' tariffi individwali tal-elettriku li joffru 100 % tal-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, l-akkomodazzjoni turistika għandha tikkuntratta 100 % tal-elettriku tagħha minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli permezz ta' tariffa ekoloġika individwali. Dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat jew f'każ li t-taħlita ġenerali tal-fjuwil ikkumerċjalizzata mill-fornitur tiġi żvelata li hija 100 % rinovabbli jew f'każ li t-taħlita tal-fjuwil tal-prodott tat-tariffa mixtrija tiġi żvelata bħala li hija 100 % rinovabbli.

Nota: L-akkomodazzjoni turistika li taqa' barra minn a) jew b) hija eżentata. Huma biss dawk il-fornituri li joffru l-qawwa elettrika u l-vultaġġ mitlub mill-Akkomodazzjoni Turistika li jammontaw għall-għadd minimu ta' fornituri msemmi fil-każijiet a) u b).

Valutazzjoni u verifika

Għall-applikanti li jikkonformaw mal-punt (a), l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur (i) tal-elettriku/garanziji tal-oriġini (jew il-kuntratt(i) miegħu/magħhom) li turi n-natura tas-sors (i) tal-enerġija rinnovabbli u l-perċentwal tal-elettriku fornut li jkun ġej minn sors rinnovabbli u l-lista ta' fornituri ta' tariffi ekoloġiċi li jipprovdu elettriku ekoloġiku fil-post fejn tkun tinsab l-akkomodazzjoni. Barra minn hekk, għall-applikanti li jkunu qed jużaw l-akkwist diżaggregat fil-punt (a), għandhom jiġu pprovduti dikjarazzjonijiet mill-fornitur tal-garanziji tal-oriġini li juru l-konformità mal-kundizzjonijiet ta' hawn fuq imsemmija fil-punt (a).

Applikanti li ma jkollhomx aċċess għal fornituri li joffru t-tariffa tal-elettriku deskritta hawn fuq jew garanziji tal-oriġini fil-post fejn tkun tinstab l-akkomodazzjoni għandhom jipprovdu evidenza dokumentata dwar in-nuqqas ta' aċċess għal fornituri ta' tariffi ekoloġiċi u ta' GOs diżaggregati.

Skont l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2009/28/KE, sorsi ta' enerġija rinnovabbli tfisser l-enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, b'mod partikolari enerġija mir-riħ, mix-xemx, dik aerotermika, ġeotermika, idrotermika u oċeanika, idroenerġija, bijomassa, gass mill-miżbla, gass minn impjanti għat-trattament tad-drenaġġ u bijogassijiet.

Kriterju 13.   Faħam u żjut għat-tisħin

Ma għandhom jintużaw ebda żjut għat-tisħin li jkollhom kontenut ta' kubrit ogħla minn 0,1 % u ebda faħam bħala sors ta' enerġija.

Nota: Dan il-kriterju japplika biss għall-akkomodazzjonijiet turistiċi li għandhom sistema indipendenti tat-tisħin.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, li tindika n-natura tas-sorsi ta' enerġija użati. Din għandha tiġi ċċekkjata matul iż-żjara fuq il-post.

ILMA

Kriterju 14.   Fittings effiċjenti tal-ilma: Viti u doċoċ tal-kamra tal-banju

Mingħajr preġudizzju għar-regolament lokali jew nazzjonali dwar ir-rata tal-fluss tal-ilma minn viti u doċoċ tal-kamra tal-banju, ir-rata medja tal-fluss tal-ilma tal-vitijiet u doċoċ tal-kamra tal-banju ma għandhiex taqbeż it-8,5 litri/minuta.

Nota: banjijiet, bexxiexi tad-doċċa li jimitaw ir-raxx tax-xita u bexxiexi għall-massaġġi huma eżenti.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, u dokumentazzjoni rilevanti, flimkien ma' spjegazzjoni dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa l-kriterju, (eż. l-użu ta' miter tal-fluss jew barmil żgħir u arloġġ). Prodotti ta' rubinetterija sanitarja bl-Ekotikketta tal-UE jew prodotti b'tikketti oħra tat-Tip I tal-ISO li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq għandhom jitqiesu bħala konformi. Meta jintużaw prodotti ta' rubinetterija sanitarja bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ biex juri li l-ekotikketta ingħatat skont id-Deċiżjoni 2013/250/UE (15). Fejn jintużaw prodotti b'tikketta oħra tat-Tip I, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tat-tikketta tat-Tip I tal-ISO jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ u jindika r-rekwiżiti tat-tikketta tat-Tip I tal-ISO li huma l-istess bħal dawk imsemmija hawn fuq.

Kriterju 15.   Fittings effiċjenti tal-ilma: tojlits u awrinari

Mingħajr preġudizzju għar-regolament lokali jew nazzjonali dwar it-tojlits u l-awrinari bil-flaxing,

(a)

Flaxing kontinwu mhuwiex permess f'ebda awrinarju fl-akkomodazzjoni.

(b)

Tojlits li jiġu installati tul id-durata tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE għandu jkollhom flaxxjatura effettiva tat-tojlit ta' ≤ 4,5 L.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa ta' sostenn. Għar-rekwiżit (b) id-detentur tal-liċenzja għandu jinforma lill-korp kompetenti dwar l-installazzjoni ġdida ta' tojlits tul id-durata tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa ta' sostenn. Prodotti ta' tojlits u awrinari bil-flaxing bl-Ekotikketta tal-UE jew tojlits u awrinari b'tikketta oħra tat-Tip I tal-ISO li jissodisfaw ir-rekwiżiti imsemmija hawn fuq għandhom jitqiesu bħala konformi. Fejn jintużaw prodotti ta' tojlits u awrinari bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ li turi li l-Ekotikketta ingħatat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/641/UE (16). Fejn jintużaw prodotti b'tikketti oħra tat-Tip I tal-ISO, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tat-tikketta tat-Tip I jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ u jindika r-rekwiżiti tat-tikketta tat-Tip I tal-ISO li huma l-istess bħal dawk imsemmija hawn fuq.

Kriterju 16.   Tnaqqis fil-londri permezz tal-użu mill-ġdid ta' xugamani u ħwejjeġ tas-sodda

L-akkomodazzjoni turistika għandha tbiddel il-lożor u x-xugamani awtomatikament skont il-frekwenza stabbilita mill-programm ta' azzjoni ambjentali tagħha li għandha tkun ta' inqas minn kuljum sakemm din ma tkunx rikjesta mil-liġi jew mir-regolamenti nazzjonali jew tkun stabbilita minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza li fiha jkun qed jipparteċipa s-servizz ta' akkomodazzjoni. Tibdil aktar frekwenti għandu jsir biss fuq talba espliċita tal-klijenti.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni rilevanti dwar il-frekwenza stabbilita mill-akkomodazzjoni turistika, jew miċ-ċertifikazzjoni ta' parti terza jew mil-liġi jew mir-regolamenti nazzjonali.

SKART U ILMA MORMI

Kriterju 17.   Prevenzjoni tal-iskart: Pjan għat-tnaqqis tal-iskart mis-servizzi tal-ikel

Mingħajr preġudizzju għar-regolament lokali jew nazzjonali dwar il-provvista ta' servizzi tal-ikel:

(a)

Bil-għan li jitnaqqas l-iskart mill-imballaġġ: Għas-servizzi tal-ikel ma għandhomx jintużaw pakketti ta' doża waħda għal prodotti tal-ikel li ma jmorrux (eż. kafè, zokkor, trab taċ-ċikkulata (ħlief għall-boroż tat-tè).

(b)

Bil-għan li jiġi bbilanċjat l-iskart mill-imballaġġ/ikel skont l-istaġun: Għall-prodotti kollha tal-ikel li jmorru malajr (eż. jogurt, ġamm, għasel, prieżet, pasti), l-akkomodazzjoni turistika għandha timmaniġġja l-provvista ta' ikel lill-klijenti sabiex jiġi minimizzat kemm l-iskart mill-imballaġġ u tal-ikel. Għal dan il-għan, l-akkomodazzjoni turistika għandha ssegwi proċedura dokumentata marbuta mal-programm ta' azzjoni (kriterju 1) li tispeċifika kif il-bilanċ bejn l-iskart tal-ikel/skart mill-imballaġġ jiġi ottimizzat abbażi tal-għadd ta' klijenti.

Eżenti minn dan il-kriterju: ħwienet u magni tal-bejgħ immaniġġjati mill-akkomodazzjoni turistika u zokkor u kafè f'doża unika ġewwa l-kmamar bil-kundizzjoni li l-prodotti użati għal dan il-għan ikunu ċertifikati bħala kummerċ ġust u/jew organiċi, u l-kapsuli tal-kafè użati (jekk applikabbli) jingħataw lura lill-produttur għar-riċiklaġġ.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju u l-proċedura dokumentata li tiddeskrivi kif jiġi minimizzat kemm l-iskart tal-ikel u mill-imballaġġ. Għandha tiġi pprovduta wkoll kwalunkwe leġislazzjoni li teħtieġ l-użu ta' prodotti f'doża unika. Jekk applikabbli, għandha tiġi provduta dokumentazzjoni li turi s-sodisfar tal-kundizzjonijiet meħtieġa għal eżenzjoni (eż. dikjarazzjoni mingħand il-produttur dwar it-teħid lura tal-kapsuli tal-kafè, tikketta tal-imballaġġ li turi li l-prodott huwa organiku u/jew tal-kummerċ ġust). Din għandha tiġi ċċekkjata matul iż-żjara fuq il-post.

Ikel li jmur malajr huwa definit bħala li huwa soġġett għal moffa jew tħassir, normalment ikel li, pereżempju, ikun ġie minimament ipproċessat jew inkella ma jkunx ġie ppreservat b'mod ieħor u li jiddependi fuq ħżin refriġerat sabiex titnaqqas ir-rata ta' tħassir u t-telf tal-kwalità (Codex Alimentarius).

Kriterju 18.   Prevenzjoni tal-iskart: Prodotti li jintużaw darba biss

(a)

Fil-kmamar ma għandux ikun hemm prodotti ta' ndafa personali li jintużaw darba biss (brieret tad-doċċa, xkupilji, limi tad-dwiefer, xampù, sapun eċċ.) disponibbli għall-klijenti sakemm dawn ma jintalbux mill-klijenti jew ikun hemm obbligu legali jew huwa rekwiżit ta' skema indipendenti ta' klassifikazzjoni tal-kwalità/ta' ċertifikazzjoni jew tal-politika dwar il-kwalità tal-katina ta' lukandi li tagħha l-akkomodazzjoni turistika hija membru.

(b)

Fil-kmamar u fis-servizz tar-ristoranti/bars ma għandux ikun hemm oġġetti għas-servizz tal-ikel li jintużaw darba biss (reċipjenti tax-xaqquf, pożati u buqari tal-ilma) disponibbli għall-klijenti sakemm l-applikant ma jkollux ftehim ma' riċiklatur għal dawn l-oġġetti.

(c)

Fil-kmamar ma għandhomx jintużaw xugamani u lożor li jintużaw darba biss (lożor li jistgħu jinġibdu minn taħt persuni morda mingħajr il-bżonn li s-sodda terġa tinfirex huma esklużi).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni rilevanti li tispjega kif il-kriterju huwa sodisfatt. Għandha tiġi pprovduta wkoll kwalunkwe leġislazzjoni jew skema indipendenti tal-klassifikazzjoni tal-kwalità/ta' ċertifikazzjoni li teħtieġ l-użu ta' prodotti li jintużaw darba biss. Din għandha tiġi ċċekkjata matul iż-żjara fuq il-post.

Kriterju 19.   Għażla tal-iskart u l-bgħit tiegħu għar-riċiklaġġ

(a)

Mingħajr preġudizzju għar-regolament lokali jew nazzjonali dwar is-separazzjoni tal-iskart, għandu jkun kontenituri xierqa disponibbli għas-separazzjoni tal-iskart mill-klijenti fil-kmamar u/jew fuq kull sular u/jew f'punt ċentrali tal-akkomodazzjoni turistika.

(b)

L-akkomodazzjoni turistika għandha tissepara l-iskart fil-kategoriji meħtieġa jew kif issuġġerit mill-faċilitajiet lokali disponibbli għall-immaniġġjar tal-iskart, b'attenzjoni partikolari fir-rigward ta' prodotti tal-indafa personali u skart perikoluż eż., toners, linka, tagħmir tar-refriġerazzjoni u tal-elettriku, batteriji, bozoz li jiffrankaw id-dawl, prodotti farmaċewtiċi u xaħmijiet/żjut.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' indikazzjoni tal-kategoriji differenti ta' skart aċċettati mill-awtoritajiet lokali, u/jew il-kuntratti rilevanti ma' servizzi tar-riċiklaġġ. Din għandha tiġi ċċekkjata matul iż-żjara fuq il-post.

KRITERJI OĦRA

Kriterju 20.   Projbizzjoni ta' tipjip f'żoni komuni u fil-kmamar

(a)

it-tipjip għandu jkun projbit fiż-żoni komuni interni kollha.

(b)

It-tipjip għandu jkun projbit f'talanqas 80 % tal-kmamar tal-klijenti jew fl-akkomodazzjonijiet tal-kiri (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju u evidenza dokumentata bħal stampi tas-sinjali murija ġewwa l-akkomodazzjoni turistika. L-applikant għandu jindika l-għadd ta' kmamar tal-klijenti u għandu jindika f'liema minn dawn ma jistax isir tipjip.

Kriterju 21.   Promozzjoni ta' mezzi tat-trasport ambjentalment preferibbli

Fuq is-sit web tal-akkomodazzjoni (jekk disponibbli) u fuq il-post għandu jkun hemm informazzjoni disponibbli għall-klijenti u għall-persunal dwar dawn li ġejjin:

(a)

dettalji dwar mezzi ta' trasport preferibbilment ambjentali lokalment disponibbli għal ġiti turistiċi madwar il-belt/villaġġ fejn tkun tinsab l-akkomodazzjoni turistika (trasport pubbliku, roti, eċċ.);

(b)

dettalji dwar mezzi ta' trasport preferibbilment ambjentali lokalment disponibbli biex tasal/titlaq mill-belt/villaġġ fejn tkun tinsab l-akkomodazzjoni turistika;

(c)

jekk disponibbli, offerti speċjali jew ftehimiet ma' aġenziji tat-trasport li l-akkomodazzjoni turistika tista' toffri lill-klijent u lill-persunal. (eż. servizz ta' trasport mal-wasla, trasport kollettiv għall-persunal, karozzi elettriċi, eċċ.)

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' kopji tal-informazzjoni disponibbli pereżempju fuq siti web, fuljetti, eċċ.

Kriterju 22.   Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

It-tikketta fakultattiva b'kaxxa għall-kitba għandha tinkludi dan it-test:

“Din l-akkomodazzjoni turistika qed tieħu miżuri b'mod attiv biex tnaqqas l-impatt ambjentali tagħha

promozzjoni tal-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli,

konservazzjoni tal-enerġija u l-ilma,

u tnaqqis l-iskart.”

Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tal-kliem jinsabu fil-“Linji Gwida għall-Użu tal-Logo tal-Ekotikketta tal-UE” fis-sit web:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju u jispjega fuq liema mezz biħsiebu juri l-logo.

TAQSIMA B

KRITERJI IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(b)

ĠESTJONI ĠENERALI

Kriterju 23.   Reġistrazzjoni fl-EMAS, ċertifikazzjoni tal-ISO tal-akkomodazzjoni turistika (sa 5 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandha tkun reġistrata taħt l-iskema ta' mmaniġġjar u awditjar ekoloġiċi (EMAS) (5 punti) jew ċertifikata skont l-istandard tal-ISO 14001 (3 punti) jew ċertifikata skont l-istandard ISO 50001 (2 punti).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi evidenza xierqa tar-reġistrazzjoni fl-EMAS jew taċ-ċertifikazzjoni(jiet) tal-ISO.

Kriterju 24.   Reġistrazzjoni fl-EMAS jew iċ-ċertifikazzjoni tal-ISO tal-fornituri (sa 5 punti)

Mill-inqas tnejn mill-fornituri ewlenin jew mill-fornituri tas-servizzi tal-akkomodazzjoni turistika għandhom ikunu lokali u jkunu reġistrati fl-EMAS (5 punti) jew ċertifikati skont l-ISO 14001 (2 punti) jew ċertifikata skont l-istandard ISO 50001 (1.5 punti).

Għall-finijiet ta' dan il-kriterju, fornitur ta' servizz lokali huwa meqjus li huwa fornitur li jkun jinsab f'raġġ ta' 160 kilometru mill-akkomodazzjoni turistika.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi evidenza xierqa tar-reġistrazzjoni fl-EMAS jew taċ-ċertifikazzjoni(jiet) tal-ISO ta' mill-anqas tnejn mill-fornituri ewlenin tiegħu.

Kriterju 25.   Servizzi ekotikkettati (sa 4 punti)

Il-londri u/jew it-tindif kollu li jiġi esternalizzat isir minn fornitur li jkun ingħata t-tikketta tat-Tip I tal-ISO (2 punti għal kull servizz, sa massimu ta' 4 punti).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi evidenza xierqa taċ-ċertifikazzjoni tat-Tip I tal-ISO mil-londri u/jew mill-fornituri tat-tindif.

Kriterju 26.   Komunikazzjoni u edukazzjoni ambjentali u soċjali (sa 2 punti)

(a)

L-akkomodazzjoni turistika għandha tipprovdi lill-klijenti komunikazzjoni ambjentali u avviżi ta' edukazzjoni dwar il-miżuri għall-konservazzjoni tal-bijodiversità, tal-pajżaġġ u tan-natura lokali (punt 1).

(b)

Id-divertiment għar-residenti għandu jinkludi elementi ta' edukazzjoni ambjentali (eż. kotba, animazzjonijiet, avvenimenti) (punt 1).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa ta' sostenn.

Kriterju 27.   Monitoraġġ tal-konsum: Sottometraġġ tal-enerġija u tal-ilma (sa 2 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandu jkollha miters tal-enerġija u tal-ilma installati sabiex tkun tista' tinġabar informazzjoni dwar il-konsum tal-attivitajiet u/jew tal-magni differenti, bħall-kategoriji li ġejjin (punt 1 għal kull kategorija, sa massimu ta' 2 punti):

(a)

Kmamar,

(b)

Lottijiet ta' art,

(c)

Servizz tal-londri,

(d)

Servizz tal-kċina,

(e)

Magni speċifiċi (eż. refriġeraturi, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' mappa li turi l-post fejn ikunu mqiegħda l-miters.

ENERĠIJA

Kriterju 28.   Apparat għat-tisħin tal-post u għat-tisħin tal-ilma effiċjenti fl-enerġija (sa 3 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandha talanqas ikollha:

(a)

apparat idroniku għat-tisħin tal-post li jissodisfa l-kriterju 6(a) (punt 1);

(b)

apparat għat-tisħin tal-post lokali b'talanqas il-Klassi enerġetika A kif definit fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1186 (17) (punt 1).

(c)

apparat idroniku għat-tisħin tal-ilma li jissodisfa l-kriterju 6(ċ) (punt 1).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi mingħand il-manifattur jew mingħand it-tekniċi professjonali responsabbli għall-istallazzjoni, għall-bejgħ jew għall-manutenzjoni tal-apparat għat-tisħin tal-post u tal-ilma li jindikaw kif l-effiċjenza meħtieġa skont il-kriterju 6 (a), (b) u (c) hija sodisfatta. Ħiters idroniċi bl-Ekotikketta tal-UE għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżit skont il-kriterju 6 (a)(ii). Prodotti b'tikketti oħra tat-Tip I tal-ISO li jissodisfaw xi wieħed mir-rekwiżiti elenkati fil-kriterju 6 (a), (b) u (c) għandhom jitqiesu bħala konformi. Meta jintużaw prodotti b'ħiters idroniċi bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ biex juri li l-ekotikketta ingħatat skont id-Deċiżjoni 2014/314/UE. Fejn jintużaw prodotti b'tikketti oħra tat-Tip I tal-ISO, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tat-tikketta tat-Tip I jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ, u jindika r-rekwiżiti tat-tikketta tat-Tip I tal-ISO elenkati fil-punti (a), (b) u (c).

Kriterju 29.   Apparat għall-kundizzjonament tal-arja effiċjenti fl-enerġija u apparat b'pompi tas-sħana li jużaw l-arja ta' barra (sa 3,5 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandha tikkonforma ma' wieħed minn dawn il-limiti:

(a)

50 % tal-kundizzjonaturi tal-arja domestiċi jew tal-pompi tas-sħana li jużaw l-arja ta' barra (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) għandu jkollhom effiċjenza enerġetika li hija talanqas 15 % ogħla mil-limitu stabbilit fil-kriterju 7 (1,5 punti).

(b)

50 % tal-kundizzjonaturi tal-arja domestiċi jew tal-pompi tas-sħana li jużaw l-arja ta' barra (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) għandu jkollhom effiċjenza enerġetika li hija talanqas 30 % ogħla mil-limitu stabbilit fil-kriterju 7 (3,5 punti).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi mingħand il-manifattur jew mingħand it-tekniċi professjonali responsabbli għall-istallazzjoni, għall-bejgħ jew għall-manutenzjoni tas-sistema tal-kundizzjonament tal-arja li jindikaw kif l-effiċjenza meħtieġa hija sodisfatta.

Kriterju 30.   Pompi tas-sħana li jużaw l-arja ta' barra b'output tas-sħana sa 100 kW (3 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandha talanqas ikollha pompa tas-sħana li tuża l-arja ta' barra li tissodisfa l-kriterju 7 (jekk applikabbli, ara n-nota fil-kriterju 7) u li tkun ingħatat l-Ekotikketta tal-UE skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE (18) jew tikketta oħra tat-Tip I tal-ISO.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi mingħand il-manifattur jew mingħand it-tekniċi professjonali responsabbli għall-istallazzjoni, għall-bejgħ jew għall-manutenzjoni ta' pompa tas-sħana bbażata fuq l-arja li jindikaw kif l-effiċjenza meħtieġa hija sodisfatta (jekk applikabbli). Meta jintużaw prodotti b'ħiters idroniċi bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ biex juri li l-ekotikketta ingħatat skont id-Deċiżjoni 2007/742/KE. Fejn jintużaw prodotti b'tikketti oħra tat-Tip I tal-ISO, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tat-tikketta tat-Tip I jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ.

Kriterju 31.   Apparat u tagħmir tat-tidwil domestiku effiċjenti fl-enerġija (sa 4 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandu jkollha apparat effiċjenti fl-enerġija għall-kategoriji li ġejjin (0,5 punti jew punt 1 għal kull waħda mill-kategoriji li ġejjin, sa massimu ta' 4 punti):

(a)

apparat refriġeranti domestiku, li minnu talanqas 50 % (0,5 punti) jew 90 % (punt 1) (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) għandu jkollhom it-Tikketta Enerġetika tal-UE kklassifikata fil-Klassi A++ jew aħjar kif stabbilit fl-Anness IX għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 (19);

(b)

fran elettriċi domestiċi, li minnhom talanqas 50 % (0,5 punti) jew 90 % (punt 1) (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) għandu jkollhom it-Tikketta Enerġetika tal-UE kklassifikata fil-Klassi A++ jew aħjar kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 (20);

(c)

magni domestiċi tal-ħasil tal-platti, li minnhom talanqas 50 % (0,5 punti) jew 90 % (punt 1) (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) għandu jkollhom it-Tikketta Enerġetika tal-UE kklassifikata fil-Klassi A++ jew aħjar kif stabbilit fl-Anness VI għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 (21);

(d)

magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi, li talanqas 50 % (0,5 punti) jew 90 % (punt 1) (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) minnhom għandu jkollhom it-Tikketta Enerġetika tal-UE kklassifikata fil-Klassi A++ jew aħjar kif stabbilit fl-Anness VI għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 (22);

(e)

tagħmir tal-uffiċċju li talanqas 50 % (0,5 punti) jew 90 % (punt 1) (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) minnu għandu jkun ikkwalifikat bħala ENERGY STAR kif definit mill-Energy Star v6.1 għall-kompjuters u skont il-ftehim stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1402 (23), minn Energy Star v6.0 għal Displejs, minn Energy Star v2.0 għal tagħmir tal-Immaġini, minn Energy Star v1.0 għal Provvisti tal-enerġija mingħajr interruzzjoni u/jew minn Energy Star v2.0 għal Servers ta' Intrapriżi u skont il-ftehim fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/202/UE (24).

(f)

magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi, li talanqas 50 % (0,5 punti) jew 90 % (punt 1) (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) minnhom għandu jkollhom it-Tikketta Enerġetika tal-UE kklassifikata fil-Klassi A++ jew aħjar kif stabbilit fl-Anness VI għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 (25);

(g)

vacuum cleaners domestiċi, li talanqas 50 % (0,5 punti) jew 90 % (punt 1) (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) minnhom għandu jkollhom it-Tikketta Enerġetika tal-UE kklassifikata fil-Klassi A jew aħjar kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013 (26);

(h)

bozoz tal-elettriku u unitajiet tat-tidwil, li talanqas 50 % (0,5 punti) jew 90 % (punt 1) (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) minnhom għandu jkollhom it-Tikketta Enerġetika tal-UE kklassifikata fil-Klassi A++ jew aħjar kif stabbilit fl-Anness VI għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 874/2012.

Nota: Il-kriterju ma japplikax għal apparat u unitajiet tat-tidwil li mhumiex koperti mir-Regolament imsemmi għal kull kategorija (eż. apparat industrijali).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li tindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika (ċertifikat Energy Star għall-kategorija (e)) tal-apparat kollu għall-kategorija applikabbli.

Kriterju 32.   Irkupru tas-sħana (sa 3 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandu jkollha sistema għall-irkupru tas-sħana għal waħda (1,5 punti) jew għal tnejn (3 punti) mill-kategoriji li ġejjin: sistemi ta' refriġerazzjoni, ventilaturi, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, magni tal-ħasil tal-platti, pixxini u ilma sanitarju mormi.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni dwar is-sistemi għall-irkupru tas-sħana (kopja tal-proġett tas-sistemi għall-irkupru tas-sħana fis-seħħ, deskrizzjoni mingħand tekniku, eċċ.).

Kriterju 33.   Regolazzjoni termali u iżolament tat-twieqi (sa 4 punti)

(a)

it-temperatura f'kull kamra tal-klijenti għandha tiġi rregolata mill-klijenti. Is-sistema ta' regolazzjoni termali għandha tippermetti regolazzjoni individwali fi ħdan il-medda stabbilita li ġejja (2 punti):

i.

it-temperatura tal-kamra, waqt li tkun fil-modalità ta' tkessiħ, tiġi stabbilita f'temperatura ta' aktar minn 22 °C tul is-sajf kollu;

ii.

it-temperatura tal-kamra, waqt li tkun fil-modalità ta' tisħin, tiġi stabbilita f'temperatura ta' inqas minn 22 °C tul ix-xitwa kollha;

(b)

90 % tat-twieqi fi kmamar imsaħħnin u/jew bl-arja kkundizzjonata u fiż-żoni komuni għandhom ikunu iżolati b'talanqas ħġieġ doppju jew ekwivalenti (2 punti).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni rilevanti dwar is-sistemi termoregolatorji, jew il-proċeduri segwiti biex jiġu stabbiliti l-meded magħżula tat-temperatura jew ritratti tat-twieqi. Fil-każ li jintuża iżolament tat-twieqi li jkun ekwivalenti għal ħġieġ multiplu għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni minn espert.

Kriterju 34.   Tifi awtomatiku ta' tagħmir/apparat (sa 4,5 punti)

(a)

90 % tal-kmamar tal-klijenti fl-akkomodazzjoni turistika (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' tifi awtomatiku tas-sistemi tal-HVAC meta jinfetħu t-twieqi u meta l-klijenti jitilqu mill-kamra (1,5 punti).

(b)

90 % tal-kmamar tal-klijenti fl-akkomodazzjoni turistika (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) għandhom ikunu mgħammra b'sistema awtomatika li titfi d-dawl meta l-klijenti jitilqu mill-kamra (1,5 punti).

(c)

90 % tad-dawl ta' barra (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) li ma jkunx meħtieġ għal raġunijiet ta' sigurtà għandu jintefa awtomatikament wara ħin iffissat, jew jinxtegħel permezz ta' sensur tal-prossimità (1,5 punti).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi mingħand it-tekniċi professjonisti responsabbli mill-installazzjoni jew għall-manutenzjoni ta' dan l-apparat/tagħmir.

Kriterju 35.   Tisħin/tkessiħ distrettwali u tkessiħ minn koġenerazzjoni (sa 4 punti)

(a)

It-tisħin u/jew it-tkessiħ tal-akkomodazzjoni turistika għandu jiġi pprovdut minn sistema effiċjenti ta' tisħin jew ta' tkessiħ distrettwali. Għall-finijiet tal-Ekotikketta tal-UE, din hija ddefinita kif ġej: sistema ta' tisħin u ta' tkessiħ distrettwali li tuża mill-inqas 50 % ta' enerġija rinnovabbli, 50 % tas-sħana mitlufa, 75 % ta' sħana koġenerata jew 50 % ta' kombinazzjoni ta' din l-enerġija u tas-sħana; kif iddefinit mid-Direttiva 2012/27/UE (2 punti).

(b)

It-tkessiħ tal-akkomodazzjoni turistika għandu jiġi pprovdut minn unità ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja skont id-Direttiva 2012/27/UE (2 punti).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni dwar is-sistema distrettwali ta' tisħin u/jew ta' tkessiħ permezz ta' koġenerazzjoni.

Kriterju 36.   Nixxiefa tal-idejn b'sensur tal-prossimità (punt 1)

In-nixxiefa tal-idejn kollha tal-elettriku għandhom ikunu mgħammra b'sensuri tal-prossimità, jew ikunu ngħataw tikketta tat-Tip I tal-ISO.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni rilevanti ta' sostenn dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju. Fejn jintużaw prodotti bit-tikketta tat-Tip I tal-ISO, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tat-tikketta tat-Tip I jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ.

Kriterju 37.   Emissjonijiet minn Ħiters tal-post (1,5 punti)

Għall-ħiters tal-post fl-akkomodazzjoni turistika l-kontenut ta' ossidu tan-nitroġenu (NOx) tal-gass tal-egżost ma għandux jaqbeż il-valuri ta' limitu indikati fit-tabella hawn taħt, ikkalkolati skont l-atti li ġejjin:

(a)

għall-ħiters idroniċi tal-post li jaħdmu bi fjuwil gassuż jew likwidu, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 (27);

(b)

għall-ħiters idroniċi tal-post li jaħdmu bi fjuwil solidu, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 (28);

(c)

għall-ħiters tal-post lokali li jaħdmu bi fjuwil gassuż jew likwidu, ir-Regolament (UE) 2015/1188;

(d)

għall-ħiters tal-post lokali li jaħdmu bi fjuwil solidu, ir-Regolament(UE) 2015/1185.

Teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana

Limiti tal-emissjonijiet tan-NOx

Ħiters tal-gass

Għall-ħiters idroniċi mgħammra b'magna b'kombustjoni interna: 240 mg/kWh ta' input tal-enerġija tal-GCV

Għall-ħiters idroniċi u lokali mgħammra b'kombustjoni esterna (bojlers): 56 mg/kWh ta' input tal-enerġija tal-GCV

Ħiters tal-fjuwil likwidu

Għall-ħiters idroniċi mgħammra b'magna b'kombustjoni interna: 420 mg/kWh ta' input tal-enerġija tal-GCV

Għall-ħiters idroniċi u lokali mgħammra b'kombustjoni esterna (bojlers): 120 mg/kWh ta' input tal-enerġija tal-GCV

Ħiters tal-fjuwil solidu

Ħiters tal-post idroniċi 200 mg/Nm3 f'10 % ta' O2

Ħiters tal-post lokali: 200 mg/Nm3 bi 13 % O2

Għall-bojlers li jaħdmu bi fjuwil solidu u l-ħiters tal-post lokali li jaħdmu bi fjuwil solidu fl-akkomodazzjoni turistika, l-emissjonijiet ta' materja partikolata (MP) tal-gass tal-egżost ma għandhomx jaqbżu l-valuri ta' limitu stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/1189 u fir-Regolament (UE) 2015/1185, rispettivament.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi mingħand il-manifattur jew mingħand it-tekniċi professjonali responsabbli mill-istallazzjoni, għall-bejgħ jew għall-manutenzjoni tal-apparat għat-tisħin tal-post li jindikaw kif l-effiċjenza hija ssodisfata. Prodotti b'ħiters idroniċi bl-Ekotikketta tal-UE għandhom jitqiesu bħala konformi. Prodotti b'tikketti oħra tat-Tip I tal-ISO li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq għandhom jitqiesu bħala konformi. Meta jintużaw prodotti b'ħiters idroniċi bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ biex juri li l-ekotikketta ngħatat skont id-Deċiżjoni 2014/314/UE. Fejn jintużaw prodotti b'tikketti oħra tat-Tip I tal-ISO, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tat-tikketta tat-Tip I jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ, u jindika r-rekwiżiti tat-tikketta tat-Tip I tal-ISO li jikkorrispondu mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq.

Kriterju 38.   Akkwist ta' elettriku minn fornitur tal-elettriku rinnovabbli (sa 4 punti)

(a)

L-akkomodazzjoni turistika għandha tikkuntratta tariffa individwali tal-elettriku li l-100 % (it-taħlita ġenerali tal-fjuwil ikkummerċjalizzata mill-fornitur jew it-taħlita tal-fjuwil tal-prodott tat-tariffa mixtrija) tal-elettriku tagħha jkun ġej minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli kif definit fid-Direttiva 2009/28/KE (3 punti) u ċertifikata minn tikketta ta' elettriku ekoloġiku (4 punti).

(b)

Alternattivament, il-100 % tal-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli ċertifikat minn tikketta ta' elettriku ekoloġiku jista' jiġi akkwistat ukoll permezz tax-xiri separat ta' garanziji tal-oriġini kif definit fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2009/28/KE (3 punti).

Għall-fini ta' dan il-kriterju, it-tikketta ta' elettriku ekoloġiku għandha tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

L-istandard tat-tikketta ta' kwalità tiġi verifikata minn organizzazzjoni indipendenti (parti terza).

2.

L-elettriku ċċertifikat prokurat joriġina minn kapaċità ġdida ta' impjant li jipproduċi l-enerġija minn sorsi rinnovabbli li jkun ġie installat matul is-sentejn ta' qabel jew parti finanzjarja tal-elettriku ċċertifikat prokurat tintuża biex tippromwovi l-investiment f'kapaċitajiet ġodda ta' enerġija rinnovabbli.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur(i) tal-elettriku (jew il-kuntratt miegħu/magħhom) li turi n-natura tas-sors(i) ta' enerġija rinnovabbli u l-perċentwal ta' elettriku fornut li jkun ġej minn sors rinnovabbli u fejn ikun rilevanti li l-100 % tal-elettriku mixtri jkun iċċertifikat jew ikun ingħata tikketta ambjentali ċertifikata minn parti terza. Barra minn hekk, għall-punt (b), għandhom jiġu pprovduti wkoll dikjarazzjonijiet mill-fornitur tal-garanziji tal-oriġini li juru l-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-kriterju 12(a).

Kriterju 39.   Awtoġenerazzjoni ta' elettriku fuq il-post permezz ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli (sa 5 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandu jkollha faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2009/28/KE, li jistgħu jinkludu: sistema fotovoltajka (pannell solari) jew idroelettrika lokali, ġeotermika, jew il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn bijomassa lokali jew mill-enerġija tar-riħ, li tiġġenera:

(a)

mill-inqas 10 % tal-konsum ġenerali tal-elettriku fis-sena (punt 1);

(b)

mill-inqas 20 % tal-konsum ġenerali tal-elettriku fis-sena (3 punti);

(c)

mill-inqas 50 % tal-konsum ġenerali tal-elettriku fis-sena (5 punti).

Għall-finijiet ta' dan il-kriterju, il-bijomassa lokali titqies bħala bijomassa minn sors li jinsab f'raġġ ta' 160 km mill-akkomodazzjoni turistika.

Jekk l-awtoġenerazzjoni ta' elettriku rinnovabbli twassal għall-ħruġ ta' garanziji tal-oriġini, l-awtoġenerazzjoni tista' tittieħed biss inkunsiderazzjoni jekk il-garanziji tal-oriġini ma jispiċċawx fuq is-suq, iżda jiġu kanċellati biex jiġi kopert il-konsum lokali.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni dwar is-sistema fotovoltajka, idroelettrika, ġeotermali, tal-bijomassa jew tal-enerġija mir-riħ u data dwar il-produzzjoni attwali tagħha. Fil-każ li tintuża bijomassa lokali, l-applikant għandu jipprovdi evidenza tad-disponibbiltà lokali tal-bijomassa (eż. kuntratt tal-fornitur tal-bijomassa). Barra minn hekk, fejn tintuża sistema idroelettrika, l-applikant għandu jipprovdi permess/awtorizzazzjoni/konċessjoni valida f'konformità mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali applikabbli. Il-kalkolu tal- % iġġenerat tal-konsum ġenerali tas-sena preċedenti għall-applikazzjoni jista' jintuża biex tintwera l-kapaċità li jiġi sodisfatt dan il-kriterju.

Kriterju 40.   Enerġija għat-tisħin minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli (sa 3,5 punti)

(a)

Mill-inqas 70 % tal-enerġija totali użata għat-tisħin jew għat-tkessiħ tal-kmamar (1,5 punti) u/jew għat-tisħin tal-ilma sanitarju (punt 1) għandha tiġi minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2009/28/KE.

(b)

100 % tal-enerġija totali użata għat-tisħin jew għat-tkessiħ tal-kmamar (2 punti) u/jew għat-tisħin tal-ilma sanitarju (1,5 punti) għandha tiġi minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2009/28/KE.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' data dwar l-enerġija kkunsmata u dokumentazzjoni li turi li talanqas 70 % jew 100 % ta' din l-enerġija ġejja minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli.

Kriterju 41.   Tisħin ta' pixxini (sa 1,5 punti)

(a)

Mill-inqas 50 % tal-enerġija totali użata għat-tisħin tal-ilma tal-pixxini għandha tiġi minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2009/28/KE (punt 1).

(b)

Mill-inqas 95 % tal-enerġija totali użata għat-tisħin tal-ilma tal-pixxini għandha tiġi minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2009/28/KE (1,5 punti).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' informazzjoni dwar l-enerġija kkunsmata għat-tisħin tal-ilma tal-pixxini u dokumentazzjoni li turi l-ammont ta' enerġija użata li tkun ġejja minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli.

ILMA

Kriterju 42.   Fittings effiċjenti tal-ilma: Viti u doċoċ tal-kamra tal-banju (sa 4 punti)

(a)

Ir-rata medja tal-fluss tal-ilma tad-doċoċ ma għandhiex taqbeż is-7 litri/minuta u l-viti tal-kamra tal-banju (minbarra l-banjijiet) ma għandhomx jaqbżu s-6 litri/minuta (2 punti).

(b)

Talanqas 50 % tal-viti tal-kamra tal-banju u d-doċoċ (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) għandhom ikunu ingħataw l-ekotikketta tal-UE skont id-Deċiżjoni 2013/250/UE jew tikketta oħra tat-Tip I tal-ISO (2 punti).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, u dokumentazzjoni rilevanti, flimkien ma' spjegazzjoni dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa l-kriterju, (eż. l-użu ta' miter tal-fluss jew barmil żgħir u arloġġ). Prodotti ta' rubinetterija sanitarja bl-Ekotikketta tal-UE u prodotti b'tikketti oħra tat-Tip I tal-ISO li jissodisfaw ir-rekwiżiti imsemmija hawn fuq għandhom jitqiesu bħala konformi. Fejn jintużaw prodotti ta' rubinetterija sanitarja bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ li turi li l-ekotikketta ingħatat skont id-Deċiżjoni 2013/250/UE. Fejn jintużaw prodotti b'tikketta oħra tat-Tip I, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tat-tikketta tat-Tip I tal-ISO jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ.

Kriterju 43.   Fittings effiċjenti tal-ilma: Tojlits u awrinari (sa 4,5 punti)

(a)

L-awrinari kollha għandhom jużaw sistema mingħajr ilma (1,5 punti).

(b)

Talanqas 50 % tal-awrinari (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) għandhom ikunu ingħataw l-ekotikketta tal-UE skont id-Deċiżjoni 2013/641/UE jew tikketta oħra tat-Tip I tal-ISO (1,5 punti).

(c)

Talanqas 50 % tat-tojlits (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) għandhom ikunu ingħataw l-ekotikketta tal-UE skont id-Deċiżjoni 2013/641/UE jew tikketta oħra tat-Tip I tal-ISO (1,5 punti).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa ta' sostenn. Prodotti ta' tojlits u awrinari bil-flaxing bl-Ekotikketta tal-UE jew prodotti b'tikketti oħra tat-Tip I tal-ISO li jissodisfaw ir-rekwiżiti imsemmija hawn fuq għandhom jitqiesu bħala konformi. Fejn jintużaw prodotti ta' tojlits u awrinari bil-flaxing bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ li turi li l-ekotikketta ingħatat skont id-Deċiżjoni 2013/641/UE. Fejn jintużaw prodotti b'tikketti oħra tat-Tip I tal-ISO, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tat-tikketta tat-Tip I jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ.

Kriterju 44.   Konsum ta' ilma minn magni tal-ħasil tal-platti (2,5 punti)

Il-konsum tal-ilma tal-magni tal-ħasil tal-platti għandu jkun inqas mil-livell limitu kif stabbilit fit-tabella li ġejja, imkejjel skont l-istandard EN 50242, bl-użu taċ-ċiklu standard ta' tindif:

Sottogrupp tal-prodott

Konsum ta' ilma (Wt)

[litri/ċiklu]

Magni domestiċi tal-ħasil tal-platti bi 15-il sett individwali

10

Magni domestiċi tal-ħasil tal-platti b'14-il sett individwali

10

Magni domestiċi tal-ħasil tal-platti bi 13-il sett individwali

10

Magni domestiċi tal-ħasil tal-platti bi 12-il sett individwali

9

Magni domestiċi tal-ħasil tal-platti b'9 settijiet individwali

9

Magni domestiċi tal-ħasil tal-platti b'6 settijiet individwali

7

Magni domestiċi tal-ħasil tal-platti b'4 settijiet individwali

9,5

Nota: Il-kriterju japplika biss għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti koperti mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010 (29).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi mingħand il-manifattur jew it-tekniċi professjonisti responsabbli mill-istallazzjoni, għall-bejgħ jew għall-manutenzjoni tal-magni tal-ħasil tal-platti. Fil-każ li jiġi pprovdut biss il-konsum annwali, għandu jiġi preżunt għadd totali ta' 280 ċiklu standard ta' tindif fis-sena.

Kriterju 45.   Konsum ta' ilma minn magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ (3 punti)

Il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ li jintużaw fl-akkomodazzjoni turistika mill-klijenti u mill-persunal jew dawk li jintużaw mill-fornitur tas-servizz tal-londri tal-akkomodazzjoni turistika għandhom talanqas jissodisfaw waħda mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-konsum ta' ilma ta' magni domestiċi tal-ħasil tal-ħwejjeġ għandu jkun inqas mil-livell limitu kif definit fit-tabella li ġejja, imkejjel skont l-istandard EN 60456, bl-użu taċ-ċiklu standard ta' tindif (programm għall-qoton f'temperatura ta' 60 °C):

Sottogrupp tal-prodott

Konsum ta' ilma: [litri/ċiklu]

Magni domestiċi tal-ħasil tal-ħwejjeġ b'kapaċità ggradata ta' 3 kg:

39

Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b'kapaċità ggradata ta' 3,5 kg

39

Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi b'kapaċità ggradata ta' 4,5 kg

40

Magni domestiċi tal-ħasil tal-ħwejjeġ b'kapaċità ggradata ta' 5 kg

39

Magni domestiċi tal-ħasil tal-ħwejjeġ b'kapaċità ggradata ta' 6 kg

37

Magni domestiċi tal-ħasil tal-ħwejjeġ b'kapaċità ggradata ta' 7 kg

43

Magni domestiċi tal-ħasil tal-ħwejjeġ b'kapaċità ggradata ta' 8 kg

56

(b)

għal magni kummerċjali jew professjonali tal-ħasil tal-ħwejjeġ, dawn ikollhom konsum medju ta' ilma għall-ħasil tal-ħwejjeġ ta' ≤ 7 L għal kull kg ta' materjal maħsul.

Nota: Il-punt (a) japplika biss għal magni domestiċi tal-ħasil tal-ħwejjeġ koperti mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 (30).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi mingħand il-manifattur jew it-tekniċi professjonisti responsabbli mill-istallazzjoni, għall-bejgħ jew għall-manutenzjoni tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ. Għall-fini li tintwera konformità mal-punt a), fil-każ li jiġi pprovdut biss il-konsum annwali, għandu jiġi preżunt għadd totali ta' 220 ċiklu standard ta' tindif fis-sena.

Kriterju 46.   Indikazzjonijiet dwar l-ebusija tal-ilma (sa 1,5 punti)

L-applikant għandu jissodisfa talanqas waħda mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Qrib żoni sanitarji/magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ/magni tal-ħasil tal-platti għandhom jintwerew spjegazzjonijiet dwar l-alkalinità tal-ilma lokali biex ir-residenti u l-persunal ikun jista' jagħmel użu aħjar mid-deterġenti (0,5 punti).

(b)

Il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ/magni tal-ħasil tal-platti li jintużaw fl-akkomodazzjoni turistika mill-klijenti u mill-persunal għandhom jużaw sistema awtomatika ta' dożaġġ li tagħmel l-aħjar użu mid-deterġenti skont l-alkalinità tal-ilma (1,5 punti).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni rilevanti li turi kif il-klijenti jiġu mgħarrfa jew informazzjoni rilevanti dwar is-sistemi ta' dożaġġ awtomatiku użati.

Kriterju 47.   Ġestjoni ottimizzata ta' pixxini (sa 2,5 punti)

(a)

Pixxini u banjijiet għall-idromassaġġi imsaħħnin li jkunu fuq barra għandhom jitgħattew bil-lejl. Pixxini u banjijiet għall-idromassaġġi mimlijin li ma jissaħħnux li jkunu fuq barra għandhom jitgħattew meta ma jkunux sejrin jintużaw għal aktar minn ġurnata sabiex titnaqqas l-evaporazzjoni (punt 1).

(b)

Pixxini u banjijiet għall-idromassaġġi li jkunu fuq barra għandu jkollhom sistema awtomatika li tottimizza l-konsum tal-klorin permezz ta' dożaġġ ottimizzat jew jintużaw metodi supplimentari ta' diżinfezzjoni bħal ożonizzazzjoni u trattament bil-UV (0,5 punti) jew għandhom ikunu tat-tip naturali li jinkorpora sistemi naturali ta' filtrazzjoni bbażata fuq il-pjanti sabiex l-ilma jiġi purifikat sal-istandard ta' iġjene meħtieġ (1,5 punti).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa ta' sostenn (eż. ritratti li juru l-koperturi, sistemi ta' dożaġġ awtomatiku jew it-tip ta' pixxina, proċedura dokumentata għall-użu ta' sistemi ta' dożaġġ awtomatiku).

Kriterju 48.   Riċiklaġġ tal-ilma tax-xita u tal-ilma griż (sa 3 punti)

L-akkomodazzjoni għandha tuża s-sorsi alternattivi ta' ilma li ġejjin għal skopijiet mhux sanitarji u mhux ta' xorb fil-faċilità ta' akkomodazzjoni:

i.

ilma riċiklat jew ilma griż mil-londri u/jew mid-doċoċ u/jew mis-sinkijiet tal-kamra tal-banju (punt 1);

ii.

ilma tax-xita mill-bjut (punt 1);

iii.

ilma kondensat minn sistemi HVAC (punt 1).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' ritratti li juru sistemi alternattivi tad-distribuzzjoni tal-ilma, u assigurazzjonijiet xierqa li l-provvista tal-ilma sanitarju u tal-ilma għax-xorb tinżamm separata għal kollox.

Kriterju 49.   Irrigazzjoni effiċjenti (1,5 punti)

L-applikant għandu jissodisfa talanqas waħda mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

L-akkomodazzjoni turistika għandu jkollha proċedura dokumentata għat-tisqija taż-żoni/pjanti ta' barra, inklużi dettalji dwar kif il-ħinijiet tat-tisqija jkunu ġew ottimizzati u kif ikun ġie minimizzat il-konsum tal-ilma. Dan jista', pereżempju, jinkludi li ma ssir l-ebda tisqija fiż-żoni fuq barra. (1,5 punti).

(b)

L-akkomodazzjoni turistika għandha tuża sistema awtomatika li ttejjeb il-ħinijiet ta' tisqija u l-konsum tal-ilma għaż-żoni/pjanti ta' barra. (1,5 punti).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa ta' sostenn inklużi dettalji tas-sistema/proċedura dokumentata għat-tisqija jew ritratti li juru s-sistemi ta' tisqija awtomatika.

Kriterju 50.   Speċijiet indiġeni jew eżotiċi mhux invażivi użati għat-tħawwil fuq barra (sa 2 punti)

Matul il-perjodu ta' validità tal-Ekotikketta tal-UE, il-veġetazzjoni taż-żoni fuq barra, inkluża kwalunkwe veġetazzjoni akwatika, għandha tkun magħmula minn speċijiet indiġeni u/jew eżotiċi mhux invażivi:

i.

nuqqas ta' speċijiet eżotiċi invażivi ta' tħassib għall-Unjoni (0,5 punti) (jista' jkun hemm speċijiet eżotiċi invażivi oħra preżenti),

ii.

esklussivament speċijiet eżotiċi mhux invażivi (punt 1),

iii.

speċijiet indiġeni u/jew eżotiċi mhux invażivi (1,5 punti),

iv.

esklussivament speċijiet indiġeni (2 punti).

Għall-finijiet ta' din l-Ekotikketta tal-UE, speċijiet indiġeni tfisser speċi ta' pjanti preżenti b'mod naturali fil-pajjiż.

Għall-finijiet ta' din l-Ekotikketta tal-UE, speċijiet mhux invażivi tfisser speċi ta' pjanti li ma jkunux preżenti b'mod naturali fil-pajjiż u li dwarhom ma jkun hemm l-ebda evidenza li jirriproduċu, jistabbilixxu u jinfirxu faċilment jew li jista' jkollhom impatti negattivi fuq il-bijodiversità indiġena.

It-tħawwil fuq barra għandu jeskludi speċijiet eżotiċi invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi l-ispeċifikazzjoni rilevanti dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa ta' sostenn minn espert.

SKART U ILMA MORMI

Kriterju 51.   Prodotti tal-karta (sa 2 punti)

90 % tal-kategoriji tal-prodotti tal-karta użati li ġejjin għandhom ikunu ingħataw l-Ekotikketta tal-UE jew tikketta oħra tat-Tip I tal-ISO (0,5 għal kull waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin, sa massimu ta' 2 punti):

(a)

karta tat-tojlit,

(b)

karta tixju,

(c)

karti għall-uffiċċju,

(d)

karta stampata,

(e)

karta ttrasformata (eż. envelops).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi data u dokumentazzjoni (inklużi fatturi rilevanti) li jindikaw il-kwantitajiet ta' dawn il-prodotti użati u l-kwantitajiet li għandhom ekotikketta. Meta jintużaw prodotti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ biex juri li l-ekotikketta ingħatat, skont kif ikun il-każ, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/256/UE (32) jew skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/481/UE (33) jew skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/333/UE (34) jew skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/568/KE (35). Fejn jintużaw prodotti b'tikketti oħra tat-Tip I tal-ISO, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tat-tikketta tat-Tip I jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ.

Kriterju 52.   Oġġetti li jservu fit-tul (sa 4 punti)

Talanqas 40 % (aġġustat sal-eqreb numru sħiħ li jmiss) ta' mill-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin ta' oġġetti li jservu fit-tul preżenti fl-akkomodazzjoni turistika għandha tkun ingħatat l-Ekotikketta tal-UE jew tikketti oħra tat-Tip I tal-ISO (punt 1 għal kull kategorija, sa massimu ta' 4 punti):

(a)

lożor tas-sodda, xugamani u dvalji tal-mejda,

(b)

kompjuters,

(c)

televiżjonijiet,

(d)

saqqijiet tas-sodda,

(e)

għamara tal-injam,

(f)

vacuum cleaners,

(g)

kisi tal-art,

(h)

tagħmir tal-immaġini.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi data u dokumentazzjoni li tindika l-kwantitajiet ta' dawk il-prodotti fil-pussess u l-kwantitajiet li għandhom ekotikketta. Fejn jintużaw prodotti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ biex juri li l-ekotikketta ingħatat, skont kif ikun il-każ, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE (36) jew skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE (37) jew skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/391/UE (38) jew skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE (39) jew skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/1332/UE (40) jew skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE (41). Fejn jintużaw prodotti b'tikketti oħra tat-Tip I tal-ISO, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tat-tikketta tat-Tip I jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ.

Kriterju 53.   Provvista ta' xorb (2 punti)

Jekk jiġi offrut xorb (eż. servizz ta' bar/restorant, ħwienet jew distributuri awtomatiċi) fiż-żoni li huma proprjetà' tal-akkomodazzjoni turistika jew ġestiti minnha, talanqas 50 % (punt 1) jew 70 % (2 punti) tal-provvista tax-xorb għandha ssir f'kontenituri li jistgħu jiġu ritornati/jimtlew mill-ġdid.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa ta' sostenn jekk rilevanti.

Kriterju 54.   Akkwist ta' deterġenti u ta' prodotti tal-indafa personali (sa 2 punti)

Talanqas 80 % tal-volum jew tal-piż mixtri ta' mill-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin ta' deterġenti jew ta' prodotti tal-indafa personali użati fl-akkomodazzjoni turistika għandha tkun ingħatat l-Ekotikketta tal-UE jew tikketti oħra tat-Tip I tal-ISO (0,5 punti għal kull kategorija, sa massimu ta' 2 punti):

(a)

deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn,

(b)

deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti,

(c)

deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ,

(d)

naddafa ġenerali,

(e)

deterġenti sanitarji,

(f)

sapun u xampù,

(g)

conditioner tax-xagħar.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi data u dokumentazzjoni li tindika l-kwantitajiet ta' dawk il-prodotti fil-pussess u l-kwantitajiet li għandhom ekotikketta. Fejn jintużaw prodotti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ biex juri li l-ekotikketta ingħatat, skont kif ikun il-każ, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE (42) jew skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE (43) jew skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE (44) jew skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE (45) jew skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/893/UE (46). Fejn jintuża prodott b'tikketti oħra tat-Tip I tal-ISO, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tat-tikketta tat-Tip I jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ.

Kriterju 55.   Imminimizzar tal-użu ta' prodotti tat-tindif (1,5 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandu jkollha proċeduri preċiżi għall-użu effiċjenti ta' prodotti tat-tindif, bħalma huwa l-użu ta' prodotti tal-mikrofibra jew materjali oħra tat-tindif b'effett simili u attivitajiet għat-tindif bl-ilma jew attivitajiet oħra tat-tindif b'effetti simili. Biex jiġi sodisfatt dan il-kriterju, it-tindif kollu għandu jsir permezz ta' metodu bbażat fuq l-użu effiċjenti tal-prodotti tat-tindif ħlief meta jkun meħtieġ bil-liġi jew minn prattiki tal-iġjene jew tas-saħħa u s-sigurtà.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa ta' sostenn jekk rilevanti (eż. kopja tal-proċeduri, dettalji tekniċi tal-prodotti użati).

Kriterju 56.   Tneħħija tas-silġ (punt 1)

Meta jkun hemm bżonn li s-silġ jitneħħa mit-toroq u dan isir mill-fornitur tal-akkomodazzjoni, għandhom jintużaw mezzi mekkaniċi, ramel/żrar jew prodotti għat-tneħħija tas-silġ li jkunu ngħataw tikketta tat-Tip I tal-ISO sabiex it-toroq fl-akkomodazzjoni turistika jkunu siguri f'każ li jagħmel is-silġ jew il-borra.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa ta' sostenn. Fejn jintużaw prodotti għat-tneħħija tas-silġ li jkunu ngħataw tikketta tat-Tip I tal-ISO, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tat-tikketta tal-prodott jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ.

Kriterju 57.   Tessuti u għamara użata (sa 2 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandu jkollha proċedura fis-seħħ li tkopri:

(a)

l-attivitajiet kollha ta' donazzjoni għall-għamara u għat-tessuti kollha li jilħqu t-tmiem tal-ħajja użabbli tagħhom fl-akkomodazzjoni turistika iżda li xorta jkunu jistgħu jintużaw. L-utenti aħħarin għandhom jinkludu impjegati u organizzazzjonijiet tal-karità jew assoċjazzjonijiet oħra li jiġbru u jirridistribwixxu l-prodotti (punt 1).

(b)

l-attivitajiet kollha ta' akkwist ta' prodotti riutilizzati/użati għall-għamara. Il-fornituri għandhom jinkludu swieq ta' oġġetti użati jew assoċjazzjonijiet/organizzazzjonijiet oħra li jbiegħu jew jirridistribwixxu oġġetti użati (punt 1).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa ta' sostenn eż. proċedura bil-miktub li tinkludi d-dettalji ta' kuntatt tal-utent aħħari, irċevuti u reġistri ta' oġġetti li qabel ikunu ntużaw jew li jkunu ngħataw b'għotja eċċ.

Kriterju 58.   Ikkompostjar (sa 2 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandha tissepara talanqas waħda mill-kategoriji rilevanti ta' skart sabiex jiġi żgurat li l-iskart jiġi magħmul f'kompost jew jintuża għall-produzzjoni ta' bijogass skont il-linji gwida tal-awtorità lokali (eż. mill-amministrazzjoni, internament jew minn aġenzija privata) (punt 1 għal kull kategorija, sa massimu ta' 2 punti):

(a)

skart tal-ġonna,

(b)

skart tal-ikel mis-servizzi tal-ikel,

(c)

prodotti bijodegradabbli (eż. oġġetti li jintużaw darba biss li jkunu magħmula minn materjal abbażi tal-qamħirrum),

(d)

skart bijodegradabbli li jiġi prodott mill-klijenti fil-kamra/akkomodazzjoni tagħhom.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa ta' sostenn jekk rilevanti.

Kriterju 59.   Trattament tal-ilma mormi (sa 3 punti)

(a)

Jekk fl-akkomodazzjoni turistika jiġu offruti faċilitajiet għall-ħasil tal-karozzi, il-ħasil tal-karozzi għandu jitħalla biss f'żoni li jkunu mgħammra apposta b'mod li jinġabar l-ilma u d-deterġenti użati jintremew fis-sistema tad-drenaġġ (punt 1).

(b)

Fejn ma jkunx possibbli li l-ilma mormi jintbagħat għal trattament ċentralizzat, it-trattament tal-ilma mormi fuq il-post għandu jinkludi pretrattament (tgħarbil/bar-rack, ekwalizzazzjoni u sedimentazzjoni) segwit minn trattament bijoloġiku bi tneħħija ta' > 95 % tad-DBOs (domanda bijokimika ta' ossiġenu), nitrifikazzjoni ta' > 90 %, u diġestjoni anaerobika (mhux fuq il-post) tal-ħama żejda (2 punti).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa ta' sostenn (eż. ritratti għar-rekwiżit a) u speċifikazzjonijiet tekniċi mill-manifattur jew mit-tekniċi professjonali responsabbli mill-istallazzjoni, għall-bejgħ jew għall-manutenzjoni tas-sistema tal-ilma mormi għar-rekwiżit b)).

KRITERJI OĦRA

Kriterju 60.   Projbizzjoni tat-tipjip fil-kmamar (punt 1)

It-tipjip għandu jkun ipprojbit fil-kmamar tal-klijenti jew fl-akkomodazzjonijiet tal-kiri.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju u evidenza dokumentata bħal ritratti tas-sinjali murija ġewwa l-kmamar jew l-akkomodazzjonijiet tal-kiri.

Kriterju 61.   Politika soċjali (sa 2 punti)

L-akkomodazzjoni turistika għandu jkollha politika soċjali bil-miktub sabiex jiġi żgurat talanqas wieħed mill-benefiċċji soċjali li ġejjin għall-persunal (0,5 punti għal kull benefiċċju, sa massimu ta' 2 punti):

(a)

ħin liberu mix-xogħol għall-edukazzjoni,

(b)

ikliet b'xejn jew kupuni tal-ikel,

(c)

uniformijiet u ħwejjeġ tax-xogħol mingħajr ħlas,

(d)

skont fuq prodotti/servizzi fl-akkomodazzjoni turistika,

(e)

skema sussidjata ta' trasport sostenibbli,

(f)

gwida biex jiksbu self għal dar.

Il-politika soċjali bil-miktub għandha tiġi aġġornata u tiġi komunikata lill-persunal kull sena. Il-persunal għandu jiffirma l-politika bil-miktub waqt is-sessjoni ta' komunikazzjoni. Id-dokument għandu jkun disponibbli għall-persunal kollu mid-desk tar-reception.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi kopja tal-politika soċjali bil-miktub iffirmata kif suppost mill-persunal u awtodikjarazzjoni li tispjega kif ir-rekwiżiti ta' hawn fuq huma sodisfatti. Barra minn hekk, il-korp kompetenti jista' jitlob evidenza dokumentata u/jew intervista għal għarrieda diretta mal-persunal waqt iż-żjara fuq il-post.

Kriterju 62.   Manutenzjoni tal-vetturi (punt 1)

Ma għandhomx jintużaw vetturi b'mutur ta' kombustjoni għall-manutenzjoni tal-akkomodazzjoni turistika (punt 1).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa ta' sostenn.

Kriterju 63.   Mezzi tat-trasport ambjentalment preferibbli offruti (sa 2,5 punti)

(a)

L-akkomodazzjoni turistika għandha toffri lill-klijenti talanqas wieħed mill-mezzi ambjentalment preferibbilment ta' trasport li ġejjin (punt 1 kull wieħed, għal massimu ta' 2 punti):

i.

vetturi elettriċi għas-servizz ta' trasport mal-wasla tal-klijenti jew għad-divertiment tal-klijenti;

ii.

plaggs (stazzjonijiet għall-iċċarġjar) għall-vetturi elettriċi;

iii.

talanqas rota 1 għal kull 5 lottijiet ta' art jew unitajiet tal-akkomodazzjoni tal-kiri jew kmamar.

(b)

L-akkomodazzjoni turistika għandu jkollha sħubiji attivi ma' kumpaniji li jipprovdu vetturi elettriċi jew roti (0,5 punti).“Sħubija attiva” tfisserftehim bejn akkomodazzjoni turistika u kumpanija li tikri vetturi elettriċi jew roti. Informazzjoni dwar is-sħubija attiva għandha tkun viżibbli fuq il-post. Fejn il-kumpanija tal-kiri ma tkunx ibbażata fis-sit tal-akkomodazzjoni turistika, għandhom isiru ċerti kunsiderazzjonijiet prattiċi (eż. il-kumpanija li tikri r-roti tista' twassal ir-roti lis-servizz ta' akkomodazzjoni turistika).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa ta' sostenn u bi kwalunkwe informazzjoni li tingħata lill-klijenti.

Kriterju 64.   Uċuħ mhux issiġillati (punt 1)

Talanqas 90 % tas-superfiċje taż-żoni fil-beraħ ġestiti mill-akkomodazzjoni turistika ma għandhiex tkun miksija bl-asfalt/siment jew b'materjali siġillanti oħra li jfixklu t-tneħħija tal-ilma mill-ħamrija u l-ventilazzjoni tal-ħamrija.

Fejn jinġabar l-ilma tax-xita u l-ilma griż, l-ilma tax-xita u l-ilma griż li ma jintużax għandu jiġi trattat u infiltrat fl-art.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa ta' sostenn.

Kriterju 65.   Prodotti lokali u organiċi (sa 4 punti)

(a)

Għal kull ikla inkluż il-kolazzjoni għandhom jiġu offruti mill-inqas żewġ prodotti tal-ikel lokali u li ma jkunux barra mill-istaġun tagħhom (għal frott u ħxejjex friski) (punt 1).

(b)

L-akkomodazzjoni turistika tagħżel b'mod attiv fornituri lokali ta' oġġetti u servizzi (punt 1).

(c)

Mill-anqas 2 prodotti (1 punt) jew 4 prodotti (2 punti) li jintużaw fit-tħejjija tal-ikla ta' kuljum jew li jinbiegħu mill-fornitur tal-akkomodazzjoni għandhom ikunu ġew prodotti b'metodi organiċi ta' biedja, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (47).

Għall-finijiet ta' dan il-kriterju, “lokali” tfisser li jkun jinsab f'raġġ ta' 160 kilometru mill-akkomodazzjoni turistika.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni xierqa ta' sostenn. Meta jintużaw prodotti organiċi, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-prodott jew kopja tat-tikketta fuq l-imballaġġ li turi li ċ-ċertifikat ikun ingħata skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007. F'ċerti pajjiżi, huwa possibbli li r-ristoranti u l-lukandi jingħataw ċertifikazzjoni minn xi skemi ta' tikkettar meta jużaw prodotti organiċi biss. Fejn akkomodazzjoni turistika tingħata ċertifikazzjoni minn dawn it-tipi ta' skemi, din l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta bħala evidenza ta' konformità ma' dan il-kriterju.

Kriterju 66.   Evitar ta' pestiċidi (2 punti)

Żoni fuq barra ġestiti mill-akkomodazzjoni turistika għandhom jiġu mmaniġġjati mingħajr l-użu ta' pestiċidi.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif l-akkomodazzjoni turistika tevita l-pesti u timmaniġġja ż-żoni fuq barra. Din għandha tiġi ċċekkjata matul iż-żjara fuq il-post.

Kriterju 67.   Azzjonijiet ambjentali u soċjali addizzjonali (sa 3 punti)

Il-maniġment tal-akkomodazzjoni turistika għandu jieħu azzjonijiet, minbarra dawk previsti bħala kriterji f'din it-Taqsima jew fit-Taqsima A, biex itejjeb il-prestazzjoni ambjentali jew soċjali tal-akkomodazzjoni turistika.

(a)

Azzjonijiet ambjentali addizzjonali (sa 0,5 punti kull waħda, sa massimu ta' 2 punti)

u/jew

(b)

Azzjonijiet soċjali addizzjonali (sa 0,5 punti kull waħda, sa massimu ta' 1 punt):

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' deskrizzjoni sħiħa (inklużi benefiċċji ambjentali jew soċjali dokumentati marbuta mal-azzjonijiet) ta' kull azzjoni addizzjonali li l-applikant jixtieq li titqies.


(1)  Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(2)  Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/611 tal-15 ta' April 2016 dwar id-dokument ta' referenza dwar l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta' eċċellenza għas-settur tat-turiżmu skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 104, 20.4.2016, p. 27).

(4)  Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195).

(5)  Applikabbli jekk jiġi pprovdut servizz ta' ikel u l-faċilitajiet lokali tal-immaniġġjar tal-iskart jippermettu l-ġbir separat tal-iskart organiku.

(6)  Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(7)  2014/314/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għall-ħiters idroniċi (ĠU L 164 3.6.2014, p. 83).

(8)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1185 tal-24 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 1).

(9)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 tat-28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 76).

(b)  Kif definit fl-Anness II għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 (1)

(c)  Kif definit fl-Anness VI għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 814/2013 (2)

(1)

Regolament ta' delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 tat- 18 ta' Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 83).

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 814/2013 tat- 2 ta' Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 162).

(10)  Id-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Frar 2004 fuq il-promozzjoni ta' koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern tal-enerġija, li temenda d-Direttiva 92/42/KEE (ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-ħtiġiet ta' effiċjenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b'karburanti likwidi jew gassużi (ĠU L 167, 22.6.1992, p. 17).

(12)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 tal- 4 ta' Mejju 2011 li tissupplimenta d-Direttiva 2010/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja (ĠU L 178, 6.7.2011, p. 1).

(13)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat- 12 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil (ĠU L 258, 26.9.2012, p. 1).

(14)  Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

(15)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/250/UE tal-21 ta' Mejju 2013 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għar-rubinetterija sanitarja (ĠU L 145, 31.5.2013, p. 6).

(16)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/641/UE tas-7 ta' Novembru 2013 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għat-tojlits u l-awrinari bil-flaxing (ĠU L 299, 9.11.2013, p. 38).

(17)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1186 tal-24 ta' April 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku tal-ħiters tal-post lokali (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 20).

(18)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE tad-9 ta' Novembru 2007 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta Komunitarja lill-pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass (ĠU L 301, 20.11.2007, p. 14).

(19)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat- 28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17).

(20)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 tal- 1 ta' Ottubru 2013 li jissupplimenta lid-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers (ĠU L 29, 31.1.2014, p. 1).

(21)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat- 28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 1).

(22)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat- 28 ta' Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47).

(23)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1402 tal-15 ta' Lulju 2015 li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' deċiżjoni tal-entitajiet amministrattivi skont il-ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-kompjuters inklużi fl-Anness C tal-Ftehim (ĠU L 217, 18.8.2015, p. 9).

(24)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/202/UE tal-20 ta' Marzu 2014 li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni tal-Entitajiet Amministrattivi skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni tal-programmi ta' tikkettar tal-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju dwar iż-żieda tal-ispeċifikazzjonijiet għas-servers tal-kompjuter u l-provvisti tal-enerġija mingħajr interruzzjoni mal-Anness C tal-Ftehim u dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għad-displejs u t-tagħmir tal-immaġni inkluż fl-Anness C tal-Ftehim (ĠU L 114, 16.4.2014, p. 68).

(25)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 tal- 1 ta' Marzu 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 123, 9.5.2012, p. 1).

(26)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013 tat-<pt> 3 ta' Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-vacuum cleaners (ĠU L 192, 13.7.2013, p. 1).

(27)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat-2 ta' Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 136).

(28)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 tat-28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 100).

(29)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010 tal-10 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 31).

(30)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 tal-10 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 21).

(31)  Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).

(32)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/256/UE tat-2 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti tal-karta ttrasformata (ĠU L 135, 8.5.2014, p. 24).

(33)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/481/UE tas-16 ta' Awwissu 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta stampata (ĠU L 223, 21.8.2012, p. 55).

(34)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/333/UE tas-7 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta għall-ikkupjar u l-karta grafika (ĠU L 149, 8.6.2011, p. 12).

(35)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/568/KE tad-9 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja għall-karta assorbenti (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 87).

(36)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE tal-5 ta' Ġunju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tessili (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 45).

(37)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE tat-12 ta' Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet (ĠU L 82, 28.3.2009, p. 3).

(38)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/391/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għas-saqqijiet tas-sodda (ĠU L 184, 25.6.2014, p. 18).

(39)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE tas-26 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal kisi tal-injam tal-art (ĠU L 8, 13.1.2010, p. 32).

(40)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1332 tat-28 ta' Lulju 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-għamara (ĠU L 210, 4.8.2016, p. 100).

(41)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/607/KE tad-9 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja lill-kisi iebes (ĠU L 208, 12.8.2009, p. 21).

(42)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE tal-24 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 40).

(43)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 22).

(44)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 34).

(45)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE tat-28 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tat-tindif b'użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 52).

(46)  2014/893/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta' Diċembru 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti kożmetiċi li jitlaħalħu (ĠU L 354, 11.12.2014, p. 47).

(47)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tal- 28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).


2.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/176

tal-25 ta' Jannar 2017

li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE, għall-kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù

(notifikata bid-dokument C(2017) 303)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 fih previst li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għal kull grupp ta' prodotti.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE (2) stabbiliet il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati mal-kisi tal-injam tal-art, li huma validi sal-31 ta' Diċembru 2016.

(4)

Sabiex ikunu riflessi aħjar il-firxa fis-suq tal-kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù u l-livell l-aktar modern ta' dawn il-prodotti, u sabiex jittieħed kont tal-innovazzjoni li seħħet matul l-aħħar snin, huwa xieraq li l-isem u l-kamp ta' applikazzjoni tal-grupp ta' prodotti jiġu mmodifikati u li jiġi stabbilit sett rivedut ta' kriterji tal-Ekotikketta tal-UE.

(5)

L-għan tal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE riveduti huwa li jintużaw materjali prodotti b'mod iktar sostenibbli abbażi ta' approċċ tal-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja, li jillimita l-konsum tal-enerġija u l-użu ta' komposti perikolużi, il-livelli ta' residwi perikolużi, l-effett kontributorju tal-kisi tal-art għat-tniġġis tal-arja ta' ġewwa u li jiġu promossi prodotti ta' kwalità għolja li jservu għal żmien twil. Il-kriterji riveduti, flimkien mar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati għandhom ikunu validi għal sitt snin mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni, filwaqt li jittieħed kont taċ-ċiklu tal-innovazzjoni għal dan il-grupp ta' prodotti.

(6)

Kodiċi li jikkorrispondi għall-grupp ta' prodotti jifforma parti integrali tan-numri ta' reġistrazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE. Sabiex il-korpi kompetenti jkunu jistgħu jassenjaw numru ta' reġistrazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE għall-kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù li jkunu konformi mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE, jeħtieġ li jiġi assenjat numru tal-kodiċi lil dan il-grupp ta' prodotti.

(7)

Id-Deċiżjoni 2010/18/KE għalhekk għandha tiġi mħassra.

(8)

Huwa xieraq li l-produtturi tal-prodotti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE għall-kisi tal-injam abbażi tal-kriterji ekoloġiċi stipulati fid-Deċiżjoni 2010/18/KE, jingħataw perjodu tranżitorju, sabiex ikollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodott tagħhom biex ikunu konformi mal-kriterji riveduti. Barra minn hekk il-produtturi għandhom jingħataw perjodu ta' żmien biżżejjed biex jippreżentaw applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/18/KE.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp ta' prodotti ta' “kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù” għandu jinkludi l-kisi tal-art ta' ġewwa, inklużi l-pavimenti tal-injam, pavimenti laminati, kisi tal-art tas-sufra u pavimenti tal-bambù li huma magħmula, għal aktar minn 80 % skont il-piż tal-prodott finali, minn materjali jew fibri tal-injam, u b'bażi ta' injam, tas-sufra, u b'bażi tas-sufra, tal-bambù, u b'bażi tal-bambù, li ma fihomx fibri sintetiċi fi kwalunkwe saff kompost.

Dan m'għandux jinkludi l-kisi tal-ħajt, il-kisi għall-użu estern, il-kisi b'funzjoni strutturali jew komposti ta' invellar.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Kisi tal-art tal-injam” tfisser assemblaġġ ta' elementi tal-injam, pannelli preassemblati jew panewijiet tal-parkè li jikkostitwixxu s-superfiċje tal-art li jitkagħbar bl-użu;

(2)

“kisi tal-art tas-sufra” tfisser kisi tal-art magħmula minn sufra mfarrka mħallta ma' legatura, u li wara jitħalla jibbies, jew diversi saffi tas-sufra, ta' agglomerat jew ta' folji tal-injam, li jiġu ppressati flimkien bil-kolla u li huma maħsuba biex jintużaw b'kisja;

(3)

“kisja” tfisser preparazzjoni ta' kisi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(8) tad-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

(4)

“Kisi tal-art tal-bambù” tfisser kisi tal-art magħmul mill-bambù f'biċċiet solidi jew f'agglomerati mħallta ma' legatura;

(5)

“pavimenti laminati” tfisser kisi tal-art riġidu b'saff tas-superfiċje li jikkonsisti minn saff irqiq wieħed jew aktar magħmul minn materjal fibruż (normalment karta), imxappap bir-reżina aminoplastika ssettjata bis-sħana (normalment melamina), ippressata jew inkollata fuq substrat, normalment komplut b'rinforz;

(6)

“kompost organiku semivolatili” (KOSV) tfisser il-komposti organiċi kollha li, f'kolonna kapillari miksija b'5 % fenilpolisilossan u 95 % metilpolisilossan, jgħaddu minn elużjoni b'firxa ta' retenzjoni bejn n-eżadekan (eskluż) u n-dokosan (inkluż);

(7)

“valur R” tfisser is-somma tal-valuri Ri kollha fejn il-valur Ri huwa l-proporzjon Ci/LCIi, fejn Ci huwa l-konċentrazzjoni bil-massa fil-kompartiment tal-kompost i, u LCIi huwa il-valur LCI (il-konċentrazzjoni l-aktar baxxa ta' interess) tal-kompost i definit skont il-European Collaborative Action on Urban Air, Indoor Environment and Human Exposure Reports (4);

(8)

“sustanza” tfisser sustanza skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

(9)

“taħlita” tfisser taħlita skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(10)

“prodott bijoċidali” tfisser prodott bijoċidali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(11)

“preservattiv” tfisser kwalunkwe prodott tat-tip ta' prodott 8 (preservattivi tal-injam) kif speċifikat fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, inklużi prodotti użati għall-preservazzjoni tas-sufra jew tal-bambù;

(12)

“sustanza attiva” tfisser sustanza attiva skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012;

(13)

“materjal riċiklat” tfisser materjal li jkun ġie riproċessat minn materjal irkuprat jew riċiklat permezz ta' proċess ta' manifattura u li jiġi magħmul f'prodott finali jew f'komponent biex jiġi inkorporat fi prodott, eskluż l-iskart tal-injam, laqx u fibri minn operazzjonijiet tal-qtugħ tas-siġar u tas-serrar, kif definit f'ISO 14021;

(14)

“materjal b'bażi tal-injam” tfisser materjal iffabbrikat minn fibri tal-injam, minn laqx tal-injam jew l-injam minn wieħed mill-bosta proċessi differenti li jistgħu jinvolvu l-użu ta' temperaturi u pressjonijiet għoljin u reżini jew adeżivi tal-legatura. Materjali b'bażi tal-injam jinkludu: ħardbord, fajberbord, fajberbord b'densità medja u għolja, ċippbord, pannell b'filamenti orjentati (oriented strand board/OSB), plajwudd, u panewijiet tal-injam solidu. Il-materjal jista' jkun miksi b'finitura waqt il-produzzjoni tal-manifattura tal-kisi tal-art;

(15)

“materjal b'bażi tas-sufra” tfisser materjal iffabbrikat minn fibri tas-sufra, minn laqx tas-sufra jew is-sufra minn wieħed mill-bosta proċessi differenti li jistgħu jinvolvu l-użu ta' temperaturi u pressjonijiet għoljin u reżini jew adeżivi tal-legatura;

(16)

“materjal b'bażi tal-bambù” tfisser materjal iffabbrikat minn fibri tal-bambù, minn laqx tal-bambù jew il-bambù minn wieħed mill-bosta proċessi differenti li jistgħu jinvolvu l-użu ta' temperaturi u pressjonijiet għoljin u reżini jew adeżivi tal-legatura;

(17)

“fibri sintetiċi” tfisser il-fibri polimeri kollha;

(18)

“enerġija rinnovabbli” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2009/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(19)

“garanzija tal-oriġini” tfisser garanzija tal-oriġini skont it-tifsira tal-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2009/28/KE.

Artikolu 3

Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, għandu jaqa' fi ħdan il-grupp ta' prodotti “kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù” kif definit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE kif ukoll mar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta' prodotti “kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, għandhom ikunu validi għal sitt snin mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Għal raġunijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti “kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù” għandu jkun “035”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 2010/18/KE hija mħassra.

Artikolu 7

B'deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta' prodotti “kisi tal-art tal-injam” li jiġu ppreżentati fi żmien xahrejn qabel id-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu sottomessi skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/18/KE jew skont il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/18/KE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/18/KE tas-26 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal kisi tal-injam tal-art (ĠU L 8, 13.1.2010, p. 32).

(3)  Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' kompożizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mil-ġdid ta' vetturi u li jemenda d-Direttiva 1999/13/KE (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87).

(4)  http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/bitstream/JRC83683/eca%20report%2029_final.pdf

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).


ANNESS

QAFAS

KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tal-kisi tal-art b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù:

Kriterju 1.

Deskrizzjoni tal-prodott

Kriterju 2.

Materjali b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù

Kriterju 3.

Rekwiżiti ġenerali għas-sustanzi u t-taħlitiet perikolużi

Kriterju 4.

Rekwiżiti speċifiċi dwar is-sustanzi

Kriterju 5.

Konsum tal-enerġija fil-proċess tal-produzzjoni

Kriterju 6.

Emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili mill-kisi tal-art

Kriterju 7.

Emissjonijiet ta' formaldeid mill-kisi tal-art u mill-coreboard

Kriterju 8.

Adegwatezza għall-użu

Kriterju 9.

Reparabbiltà u garanzija estiża

Kriterju 10.

Informazzjoni għall-konsumaturi

Kriterju 11.

Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Appendiċi I.

Gwida dwar il-kalkolu tal-kwantità ta' kompost organiku volatili applikat

Appendiċi II.

Gwida dwar il-kalkolu tal-konsum tal-enerġija fil-proċess tal-produzzjoni

Appendiċi III.

Lista ta' standards

VALUTAZZJONI U VERIFIKA

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta' valutazzjoni u ta' verifika huma indikati f'kull kriterju.

Fejn l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-test, jew evidenza oħra biex juri konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant jew mill-fornitur(i) tiegħu, eċċ., kif jixraq.

Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu b'mod preferenzjali l-attestazzjonijiet li jinħarġu mill-korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar, u l-verifiki li jinħarġu minn korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi. L-akkreditazzjoni għandha titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta' ttestjar oħra għajr dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Fejn ikun xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jirrikjedu dokumentazzjoni ta' appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti jew żjajar fil-post.

Bħala prerekwiżit, il-prodott għandu jissodisfa ir-rekwiżiti legali applikabbli kollha tal-pajjiż jew il-pajjiżi fejn il-prodott ikun intenzjonat li jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dan ir-rekwiżit.

Jekk il-fornitur jippreferi ma jiżvelax is-sustanzi li jissostitwixxu taħlita lill-applikant, dik l-informazzjoni tista' tintbagħat direttament lill-korp kompetenti mill-fornitur.

Kriterju 1.   Deskrizzjoni tal-prodott

Il-korp kompetenti għandu jipprovdi deskrizzjoni teknika tal-kisi tal-art li turi l-partijiet jew il-materjali li jiffurmaw il-prodott finali tal-kisi tal-art, id-dimensjonijiet tiegħu u deskrizzjoni tal-proċess ta' manifattura. Dik id-deskrizzjoni għandha tiġi akkumpanjata mil-lista ta' materjali għall-prodott li tiddikjara l-piż totali tal-prodott u kif dan jinqasam bejn il-materjali differenti użati.

Għandu jkun hemm konformità mal-kamp ta' applikazzjoni tal-grupp ta' prodotti kif definit fl-Artikolu 1.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità, sostnuta mill-informazzjoni li ġejja dwar il-kisi tal-art:

marka/isem kummerċjali (2);

deskrizzjoni tal-prodott, inklużi disinji tekniċi li juru l-partijiet jew il-materjali użati fil-prodott finali;

il-lista ta' materjali: il-perċentwal tal-kompożizzjoni tal-materja prima, is-sustanzi jew it-taħlitiet fil-prodott finali bil-massa, inkluż kwalunkwe addittiv u trattament tas-superfiċe, meta rilevanti;

lista tal-partijiet komponenti kollha (3) tal-prodott u l-piż rispettiv;

deskrizzjoni tal-proċess ta' manifattura. Il-fornituri tal-materja prima jew tas-sustanzi għandhom ikunu deskritti bl-isem legali, bis-sit tal-produzzjoni, bid-dettalji tal-kuntatt u b'deskrizzjoni tal-istadju(i) tal-produzzjoni li huma wettqu jew li jiffurmaw parti minnhom.

L-iskeda ta' dejta tal-prodotti, id-dikjarazzjoni ambjentali dwar il-prodotti jew dokument ekwivalenti jistgħu jiġu aċċettati bħala evidenza ta' konformità ma' dan il-kriterju sakemm ikun jinkludi l-informazzjoni elenkata.

Kriterju 2.   Materjali b'bażi tal-injam, tas-sufra u tal-bambù

Dan ir-rekwiżit japplika għall-materjali tal-injam, b'bażi tal-injam, tas-sufra, b'bażi tas-sufra, tal-bambù u b'bażi tal-bambù li jiżnu aktar minn 1 % tal-prodott lest.

Il-materjali kollha tal-injam, b'bażi tal-injam, tas-sufra, b'bażi tas-sufra, tal-bambù u b'bażi tal-bambù m'għandhomx joriġinaw minn organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) u għandhom ikunu koperti minn ċertifikati tal-katina tal-kustodja maħruġa minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-Forest Stewardship Council (FSC), il-Programme for the Endorsement of Forest Certification (PEFC) jew minn skema ekwivalenti.

L-injam, is-sufra, u l-bambù verġni kollha għandhom ikunu koperti minn ċertifikati validi tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti maħruġa minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew minn skema ekwivalenti.

Meta skema ta' ċertifikazzjoni tippermetti t-taħlit ta' materjal mhux iċċertifikat ma' materjal iċċertifikat u/jew riċiklat fi prodott jew f'linja ta' produzzjoni, minimu ta' 70 % tal-materjal tal-injam, tas-sufra u/jew tal-bambù, għandu jkun materjal sostenibbli iċċertifikat bħala verġni u/jew materjal riċiklat.

Materjal mhux ċertifikat għandu jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jkun inkiseb b'mod legali u li jissodisfa kull rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward tal-materjal mhux iċċertifikat.

Il-korpi ta' ċertifikazzjoni li joħorġu ċ-ċertifikati tal-foresta u/jew tal-katina tal-kustodja għandhom ikunu akkreditati jew rikonoxxuti minn dik l-iskema ta' ċertifikazzjoni.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità sostnuta minn ċertifikat validu maħruġ minn katina tal-kustodja indipendenti tal-manifattur għall-materjali kollha tal-injam, b'bażi tal-injam, tas-sufra, b'bażi tas-sufra, tal-bambù u b'bażi tal-bambù użati fil-prodott jew fil-linja ta' produzzjoni u għandu juri li l-ebda materjal mhu ġej minn OMĠ. L-applikant għandu jipprovdi dokumenti ta' kontabbiltà awditjati li juru li mill-inqas 70 % tal-materjali oriġinaw minn foresti jew żoni ġestiti skont il-prinċipji tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija u/jew minn sorsi riċiklati li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati mill-katina indipendenti rileavnti tal-iskema ta' kustodja. Il-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom ikunu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti ta' parti terza.

Jekk il-prodott jew il-linja tal-produzzjoni jinkludu materjal mhux iċċertifikat, għandha tingħata prova li l-kontenut tal-materjal verġni mhux iċċertifikat ma jaqbiżx it-30 % u li jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jkun inkiseb legalment u li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward ta' materjal mhux iċċertifikat.

Kriterju 3.   Rekwiżiti ġenerali għas-sustanzi u t-taħlitiet perikolużi

Il-preżenza fil-prodott u fi kwalunkwe parti/materjal komponenti tiegħu, ta' sustanzi li huma identifikati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna jew sustanzi u taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għall-perikli elenkati fit-Tabella 3.1 ta' din id-Deċiżjoni, għandhom ikunu ristretti skont il-kriterji 3.a u 3.b. Għall-fini ta' dan il-kriterju, il-Lista ta' Kandidati ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna (SVHCs) u l-klassifikazzjonijiet ta' perikli CLP huma miġbura fit-Tabella 3.1 skont il-karatteristiċi perikolużi tagħhom.

Tabella 3.1

Raggruppament tal-perikli ristretti

Perikli tal-Grupp 1 — SVHCs u CLP

Perikli li jixħtu sustanza fil-Grupp 1:

sustanzi li jidhru fil-Lista ta' Kandidati għall-SVHCs

karċinoġeniċi, mutaġeniċi u/jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) tal-kategorija 1 A jew 1B: H340, H350, H350i, H360, H360F, H360D, H360FD, H360Fd, H360Df

Perikli tal-Grupp 2 — CLP

Perikli li jixħtu sustanza fil-Grupp 2:

il-kategorija CMR 2: H341, H351, H361f, H361d, H361df, H362

tossiċità akkwatika tal-kategorija 1: H400, H410

tossiċità akuta tal-kategoriji 1 u 2: H300, H310, H330, H304

tossiċità mill-aspirazzjoni tal-kategorija 1: H304

tossiċità speċifika għall-organi fil-mira (STOT) tal-kategorija 1: H370, H372

sensitizzatur tal-ġilda tal-kategorija 1: H317

Perikli tal-Grupp 3 — CLP

Perikli li jixħtu sustanza fil-Grupp 3:

tossiċità akkwatika tal-kategoriji 2, 3 u 4: H411, H412, H413

tossiċità akuta tal-kategorija 3: H301, H311, H331, EUH070

STOT tal-kategorija 2: H371, H373

3.a.   Restrizzjoni ta' SVHCs

Il-prodott u kwalunkwe parti komponenti tiegħu, m'għandux ikun fih SVHCs, f'konċentrazzjonijiet ikbar minn 0,10 % (piż skont il-piż).

M'għandha tingħata l-ebda deroga minn dan ir-rekwiżit lil-Lista ta' SVHCs Kandidati li jinsabu fil-prodott jew fi kwalunkwe parti komponenti tiegħu f'konċentrazzjonijiet ikbar minn 0,10 % (piż skont il-piż).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jiġbor id-dikjarazzjonijiet dwar assenza ta' SVHCs ogħla mil-limitu speċifikat ta' konċentrazzjoni għall-prodott u għal kwalunkwe parti komponenti użat fil-prodott. Id-dikjarazzjonijiet għandu jkollhom referenza għall-aħħar verżjoni tal-Lista ta' Kandidati ippubblikata mill-ECHA (5).

3.b.   Restrizzjoni ta' sustanzi u taħlitiet klassifikati skont is-CLP użati fil-kisi tal-art

Sustanzi jew taħlitiet użati mill-manifattur tal-kisi tal-art jew mill-fornituri tiegħu matul it-tħejjija tal-materja prima, il-manifattura, l-assemblaġġ jew kwalunkwe trattament ieħor tal-kisi tal-art li m'għandux jiġi kklassifikat ma' kwalunkwe mill-perikli tas-CLP elenkati fit-Tabella 3.1. Sustanzi jew taħlitiet ristretti għandhom jinkludu adeżivi, żebgħa, primers, verniċ, ilwin, reżini, prodotti bijoċidali, materjal għall-mili, xemgħa, żjut, mili tal-ġonot, koloranti u siġillanti.

Madankollu, l-użu ta' dawn is-sustanzi ristretti għandu jkun permess jekk tkun tapplika tal-anqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

is-sustanza jew it-taħlita ristretta kienet użata fi kwantitajiet li jammontaw għal anqas minn 0,10 % tal-piż totali tal-kisi tal-art u ta' kwalunkwe parti komponenti tiegħu;

is-sustanza ristretta tibdel il-proprjetajiet tagħha meta tiġi pproċessata (eż. ma tibqax bijodisponibbli jew tgħaddi minn reazzjoni kimika) u għalhekk il-perikli ristretti tas-CLP ma jibqgħux japplikax u kwalunkwe kontenut residwu li ma rreaġixxix, tas-sustanza kimika huwa inqas minn 0,10 % tal-piż totali tal-kisi tal-art u kwalunkwe parti komponenti tiegħu.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant u/jew il-fornituri tiegħu għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju 3.b u jekk ikun xieraq, sostnuta minn lista ta' sustanzi jew taħlitiet rilevanti użati flimkien ma' dikjarazzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni jew in-nonklassifikazzjoni tal-periklu tagħhom, il-kwantitajiet miżjuda tagħhom u jekk xieraq, dikjarazzjonijiet jekk is-sustanzi jew taħlitiet jibdlux l-proprjetajiet tagħhom mal-ipproċessar b'tali mod li l-perikli ristretti tas-CLP ma jibqgħux japplikaw. F'dak il-każ, il-kwantitajiet tal-kontenut residwu mingħajr reazzjoni tas-sustanza ristretta għandha tiġi pprovduta.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta b'rabta mal-klassifikazzjoni jew in-nonklassifikazzjoni tal-periklu għal kull sustanza:

(i)

in-numru tas-Servizz Kimiku Astratt (CAS) tas-sustanza (6), tal-Komunità Ewropea (KE) (7) jew numru ieħor tal-lista (fejn disponibbli għat-taħlitiet);

(ii)

il-forma fiżika u l-istat li fih tintuża s-sustanza jew it-taħlita;

(iii)

il-klassifikazzjonijiet armonizzati tal-periklu tas-CLP;

(iv)

entrati ta' awtoklassifikazzjoni fil-bażi ta' dejta tas-sustanzi reġistrati tar-REACH ta' ECHA (8) (jekk ma tkunx disponibbli klassifikazzjoni armonizzata);

(v)

klassifikazzjonijiet ta' taħlitiet skont il-kriterji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Meta jkunu qegħdin jitqiesu entrati ta' awtoklassifikazzjoni fil-bażi ta' dejta dwar sustanzi reġistrati ta' REACH, għandha tingħata prijorità lil entrati minn sottomissjonijiet konġunti.

Meta klassifikazzjoni tkun reġistrata bħala “b'dejta nieqsa” jew “inkonklużiva” skont il-bażi ta' dejta dwar is-sustanzi reġistrati ta' REACH, jew meta s-sustanza tkun għadha ma ġietx irreġistrata fis-sistema REACH, għandha tiġi pprovduta d-dejta tossikoloġika li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 b'tali mod li tkun biżżejjed biex issostni l-awtoklassifikazzjoni konklużiva skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u l-gwida ta' sostenn tal-ECHA. Fil-każ ta' entrati fil-bażi ta' dejta “b'dejta nieqsa” jew “inkonklużiva”, l-awtoklassifikazzjonijiet għandhom jiġu vverifikati.: Għal dak il-għan, is-sorsi ta' informazzjoni li ġejjin għandhom ikunu aċċettati:

(i)

l-istudji tossikoloġiċi u l-valutazzjonijiet tal-perikli mill-aġenziji regolatorji kollaborattivi tal-ECHA (9), mill-korpi regolatorji tal-Istati Membri jew mill-korpi intergovernattivi;

(ii)

Skeda ta' Dejta ta' Sigurtà (SDS) mimlija kollha skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(iii)

ġudizzju espert iddokumentat li jinħareġ minn tossikologu professjonali, li għandu jkun ibbażat fuq reviżjoni tad-dokumentazzjoni xjentifika u tad-dejta tal-ittestjar eżistenti, fejn meħtieġ sostnut minn riżultati ta' testijiet ġodda li jkunu saru minn laboratorji indipendenti bl-użu ta' metodi approvati mill-ECHA;

(iv)

ċertifikazzjoni, fejn xieraq, imsejsa fuq ġudizzju espert, maħruġa minn korp akkreditat tal-valutazzjoni tal-konformità li jagħmel valutazzjonijiet tal-perikli skont is-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni (GHS) jew is-sistemi tal-klassifikazzjoni ta' periklu tas-CLP.

Skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi perikolużi tas-sustanzi tista' tinkiseb b'mezzi differenti mit-testijiet, pereżempju bl-użu ta' metodi alternattivi bħall-metodi in vitro, b'mudelli kwantitattivi ta' struttura-attività jew bl-użu tar-ragruppar jew tar-read-across.

Kriterju 4.   Rekwiżiti speċifiċi dwar is-sustanzi

4. a.   Kontaminanti fl-injam, fis-sufra u fil-bambù riċiklati

Il-fibri riċiklati kollha jew il-laqx tal-injam użati fil-manifattura tal-prodott finali tal-kisi tal-art għandhom jiġu ttestjati skont l-istandard tal-European Panel Federation (EPF) għall-kundizzjonijiet dwar il-konsenja ta' injam riċiklat (10) jew ma' standard ekwivalenti ieħor li għandu limiti ugwali jew aktar stretti, u għandhom jikkonformaw mal-limiti għal kontaminanti kif elenkat fit-Tabella 4.1.

Tabella 4.1.

Limiti għall-kontaminanti fl-injam, fis-sufra, fil-bambù riċiklati u fil-fibri jew fil-laqx tagħhom (mg/kg ta' materjal riċiklat niexef)

Kontaminanti

Valuri ta' limitu

Kontaminanti

Valuri ta' limitu

Arseniku (As)

25

Merkurju (Hg)

25

Kadmju (Cd)

50

Fluworu (F)

100

Kromju (Cr)

25

Kloru (Cl)

1 000

Ram (Cu)

40

Pentaklorofenol (PCP)

5

Ċomb (Pb)

90

Żjut tal-qatran (benżo(a)piren)

0,5

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni lill-korp kompetenti li jkun fiha:

dikjarazzjoni mingħand il-manifattur jew mingħand il-fornitur tal-panewijiet, kif xieraq, li l-ebda injam, sufra, bambù riċiklat jew il-fibra jew il-laqx tagħhom ma ntuża fil-kisi tal-art, jew

dikjarazzjoni mingħand il-manifattur jew il-fornitur tal-panewijiet, kif xieraq, li kull injam, sufra, bambù riċiklat jew il-fibri jew il-laqx użati tagħhom ġew ittestjati b'mod rappreżentattiv skont l-istandard EPF għall-kundizzjonijiet tal-konsenja ta' injam riċiklat jew skont standard ekwivalenti ieħor li għandu limiti ugwali jew aktar stretti, sostnuti minn rapporti tat-testijiet li juru li l-kampjuni riċiklati jikkonformaw mal-limiti speċifikati fit-Tabella 4.1.

4.b.   Prodotti bijoċidali

It-trattament tal-injam, tas-sufra u/jew tal-bambù tal-kisi tal-art bi prodotti bijoċidali m'għandux ikun permess.

Is-sustanzi attivi li ġejjin m'għandhomx ikunu permessi għall-preservazzjoni fil-bott tat-taħlitiet b'bażi ta' ilma bħal adeżivi jew verniċ:

taħlita (3:1) ta' klorometilisotijażolinon u metilisotijażolinon (CMIT/MIT CAS No 55965-84-9) f'konċentrazzjoni ogħla minn 15 ppm;

metilisotijażolinon b'konċentrazzjoni ogħla minn 200 ppm;

isotijażolini oħra b'konċentrazzjoni ogħla minn 500 ppm.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni li ma ntużawx prodotti bijoċidali jew, jekk applikabbli, b'dikjarazzjoni sostnuta bi skeda ta' dejta ta' sigurtà (SDS) mill-fornituri tat-taħlitiet ibbażati fuq l-ilma li tiddikjara liema sustanzi attivi ġew użati bħala preżervattivi fil-bott għat-taħlitiet ibbażati fuq l-ilma.

4.c.   Metalli tqal fiż-żebgħat, fil-primers u fil-verniċi

Kull żebgħa, primer, jew verniċ li jintuża fuq materjali tal-injam, b'bażi tal-injam, tas-sufra, b'bażi tas-sufra, tal-bambù jew b'bażi tal-bambù m'għandux ikun fihom sustanzi bbażati fuq il-metalli li ġejjin: kadmju, ċomb, kromju VI, merkurju, arseniku jew selenju f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,010 % (piż skont il-piż) għal kull metall individwali u fil-każ ta' żebgħa fil-bott, formulazzjoni ta' primer jew verniċ.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant jew il-fornitur tiegħu, kif xieraq, għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju u jipprovdu l-SDS rispettivi mill-fornituri taż-żebgħa, primers u verniċ użati.

4. d.   Kontenut tal-kompost organiku volatili fit-trattament tas-superfiċe

Prodotti tat-trattament tas-superfiċe użati fuq materjali tal-injam, b'bażi tal-injam, tas-sufra, b'bażi tas-sufra, tal-bambù jew b'bażi tal-bambù għandu jkollhom wieħed minn dawn li ġejjin:

kontenut totali tal-kompost organiku volatili ta' inqas minn jew ugwali għal 5 % tal-piż skont il-piż (il-konċentrazzjoni tas-sustanza fil-bott);

kontenut totali tal-kompost organiku volatili akbar minn 5 % tal-piż skont il-piż sakemm dawn jidhru li jiġu applikati fi kwantitajiet li jammontaw għal anqas minn 10 g/m2 ta' erja tas-superfiċe trattat.

Il-kriterju jirrigwarda l-kontenut totali tal-kompost organiku volatili fi prodotti għat-trattament tas-superfiċe mal-kompożizzjoni kimika tagħhom fil-forma mxarrba. Jekk il-prodotti jeħtieġu dilwizzjoni qabel ma jintużaw, il-kalkolu għandu jiġi bbażat fuq il-kontenut tal-prodott dilwit.

Għall-fini ta' dan il-kriterju, Kompost Organiku Volatili tfisser kompost organiku volatili kif definit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2004/42/KE.

Dan il-kriterju ma japplikax għal taħlitiet użati għat-tiswija (pereżempju għenieqed, kontrolli, daqqiet, eċċ.) waqt il-proċess tal-manifattura.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, sostnuta b'SDS ta' kwalunkwe sustanza jew taħlita tat-trattament tas-superfiċe użata fuq materjali tal-injam, b'bażi tal-injam, tas-sufra, b'bażi tas-sufra, tal-bambù u/jew b'bażi tal-bambù. Jekk l-SDS tiddikjara li l-kontenut tal-kompost organiku volatili tas-sustanzi jew talitiet tat-trattament tas-superfiċe użati huwa inqas minn jew daqs 5 % piż skont il-piż, ma tkunx neċessarja verifika ulterjuri.

Jekk l-informazzjoni dwar il-kontenut tal-kompost organiku volatili ma tiġix inkluża fl-SDS, il-kontenut tal-kompost organiku volatili għandu jiġi kkalkulat mil-lista tas-sustanzi f'taħlita tat-trattament tas-superfiċe. Il-konċentrazzjoni ta' kull ingredjent ta' kompost organiku volatili għandha tiġi ddikjarata bħala perċentwal skont il-piż.

Alternattivament, jekk il-kontenut tal-kompost organiku volatili huwa ogħla minn 5 % tal-piż skont il-piż, l-applikant għandu jipprovdi kalkolu li juri li l-kwantità effettiva ta' kompost organiku volatili effettiv applikata għal kull m2 ta' erja tas-superfiċe trattat tal-kisi ta' art hi inqas minn 10 g/m2, skont il-gwida pprovduta fl-Appendiċi I.

4.e.   Il-kontenut ta' kompost organiku volatili użat fis-sustanzi u fit-taħlitiet

Il-kontenut tal-kompost organiku volatili għandu jkun anqas minn:

3 % tal-piż skont il-piż kemm f'adeżivi kif ukoll f'reżini tal-bott użati fil-manifattura tal-kisi tal-art;

1 % tal-piż skont il-piż f'sustanzi oħra minbarra adeżivi, reżini u trattament tas-superfiċe tal-bott (il-kriterju 4.d) użati fil-manifattura tal-kisi tal-art.

Formaldeid liberu ta' reżini likwidi amminoplastiċi użati fil-manifattura tal-kisi tal-art għandu jkun inqas minn 0,2 % tal-piż skont il-piż.

Il-kriterju jirrigwarda l-kompost organiku volatili totali fis-sustanzi mal-kompożizzjoni kimika tagħhom fil-forma mxarrba. Jekk it-taħlitiet jeħtieġu dilwizzjoni mal-ilma qabel ma jintużaw, il-kalkolu għandu jiġi bbażat fuq il-kontenut tal-prodott dilwit.

Għall-fini ta' dan il-kriterju, KOV tfisser il-kompost organiku volatili kif definit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2004/42/KE.

Dan il-kriterju ma japplikax għal taħlitiet użati għat-tiswija (pereżempju għenieqed, kontrolli, daqqiet, eċċ.) waqt il-proċess tal-manifattura.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, sostnuta bl-SDS tar-reżin, adeżivi jew sustanzi kollha oħra tal-bott użati jew b'dokumentazzjoni ekwivalenti li ssostni d-dikjarazzjoni ta' konformità, flimkien ma' riċetta kompluta bit-tqassim tal-kwantitajiet u n-numri CAS.

Jekk l-SDS tindika li l-kontenut tal-kompost organiku volatili huwa inqas minn 3 % tal-piż skont il-piż tal-adeżiva u tar-reżina tal-bott użata jew inqas minn 1 % tal-piż skont il-piż ta' sustanzi oħra użati, l-ebda verifika ulterjuri ma għandha tkun meħtieġa.

Jekk l-informazzjoni dwar il-kontenut tal-kompost organiku volatili ma tkunx inkluża fl-SDS, il-kontenut tal-kompost organiku volatili għandu jiġi kkalkulat mil-lista ta' sustanzi. Il-konċentrazzjoni ta' kull ingredjent ta' kompost organiku volatili għandha tiġi ddikjarata bħala perċentwal skont il-piż.

L-applikant għandu jipprovdi rapporti tat-test li juru li l-kontenut ta' formaldeid liberu fir-reżini likwidi amminoplastiċi huwa inqas minn 0,2 % tal-piż skont il-piż f'konformità mal-istandard EN 1243.

4.f.   Plastifikanti

Kwalunkwe adeżiv, reżina jew sustanza jew taħlita tat-trattament tas-superfiċe ma għandux ikun fiha plastifikanti tal-ftalat li jissemmew fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. L-assenza ta' dawn il-ftalati għandha titqies bħala s-somma totali tal-ftalati elenkati li jammontaw għal inqas minn 0,10 % tas-sustanza jew taħlita tal-piż tal-adeżiva, tar-reżina jew tat-trattament tas-superfiċe (1 000 mg/kg).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dokumentazzjoni li jkun fiha:

dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju mingħand il-fornitur jew il-manifattur tal-kisi tal-art li ma ntużawx plastifikanti tal-ftalat, jew

dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju mill-fornitur jew mill-manifattur tal-kisi tal-art li tiddikjara li l-plastifikanti tal-ftalat intużaw u li ma ntużaw ebda ftalati li jissodisfaw il-kriterju tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fl-adeżiv, ir-reżina jew is-sustanza jew it-taħlita tat-trattament tas-superfiċe. Fl-assenza ta' dikjarazzjoni xierqa, il-materjali tas-sustanza jew tat-taħlita tal-adeżiv, tar-reżina jew tat-trattament tas-superfiċe għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza ta' dawn il-ftalati skont l-istandard ISO 8214-6.

4.g.   Komposti organiċi aloġenati

Komposti aloġenati organiċi m'għandhomx ikunu permessi fis-sustanzi użati fil-manifattura tal-kisi tal-art (eż. bħal binders, adeżivi, kisjiet, eċċ.).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità sostnuta minn dikjarazzjoni mingħand il-manifattur tas-sustanzi li ma ntużawx komposti organiċi aloġenati. Barra minn hekk, għandha tingħata l-SDS rispettiva tas-sustanzi.

4.h.   Ritardanti tal-fjammi

Ir-ritardanti tal-fjammi m'għandhomx ikunu permessi fis-sustanzi użati fil-manifattura tal-kisi tal-art.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità sostnuta minn dikjarazzjoni mingħand il-manifattur tas-sustanzi li ma ntużawx ritardanti tal-fjammi. Barra minn hekk, għandha tingħata l-SDS rispettiva tas-sustanzi.

4.i.   Ażiridina u poliażiridina

Ażiridina u poliażiridina m'għandhomx ikunu permessi fis-sustanzi użati fil-manifattura tal-kisi tal-art (eż. bħala trattament tas-superfiċe, kisjiet, eċċ.).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità sostnuta minn dikjarazzjoni mingħand il-manifattur tas-sustanzi li ma ntużawx l-ażiridina u l-poliażiridina. Barra minn hekk, għandha tingħata l-SDS rispettiva tas-sustanzi.

Kriterju 5.   Konsum tal-enerġija fil-proċess tal-produzzjoni

Il-medja annwali tal-enerġija kkonsmata matul il-produzzjoni tal-kisi tal-art għandha tkun ikkalkulata kif indikat fit-Tabella 5.1 u fl-Appendiċi II u għandha teċċedi l-limiti li ġejjin (E = punteġġ):

Prodott

Il-punteġġ E

Pavimenti tal-injam mastizz

> 11,0

Pavimenti tal-injam b'ħafna saffi

Kisi tal-art bil-folji tal-injam

Kisi tal-art tas-sufra u madum tal-art tas-sufra

Kisi tal-art tal-bambù

Pavimenti laminati

> 8,0


Tabella 5.1.

Kalkolu tal-punteġġ E

Formola

 

Parametru ambjentali

Rekwiżiti massimi

Formula

A

Proporzjon ta' enerġija rinnovabbli fil-konsum totali annwali tal-enerġija

%

B

L-elettriku annwali mixtri

kWh/m2

15 kWh/m2

C

Konsum annwali tal-fjuwil

kWh/m2

35 kWh/m2

 

Fejn A = proporzjon bejn l-enerġija ġejja minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-enerġija totali.

Fin-numeratur tal-proporzjon A għandu jinqara bħala fjuwils sorsi ta' enerġija rinnovabbli mixtrija (l-ammont ta' fjuwil × bil-valur standard), magħdud bis-sħana ġġenerata fuq il-post minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli mhux ġejjin mill-fjuwils, magħdud ma' 2,5 × bl-elettriku fuq il-post iġġenerat minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli mhux ġejjin mill-fjuwils u magħdud ma' 2,5 × bl-elettriku mixtri minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli.

Fid-denominatur tal-proporzjon A għandu jinqara bħala fjuwils sorsi ta' enerġija rinnovabbli mixtrija (l-ammont ta' fjuwil × bil-valur standard), magħdud bis-sħana ġġenerata fuq il-post minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli mhux ġejjin mill-fjuwils, magħdud ma' 2,5 × bl-elettriku fuq il-post iġġenerat minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli mhux ġejjin mill-fjuwils u magħdud ma' 2,5 × bl-elettriku mixtri minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli.

 

B = l-elettriku annwali mixtri tfisser is-somma tal-elettriku mixtri mingħand fornitur estern. Fil-każ li l-elettriku li jinxtara huwa elettriku ġej minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, għandu jiġi applikat fattur ta' 0,8.

 

C = il-konsum annwali tal-fjuwil tfisser is-somma tal-fjuwils kollha mixtrija jew mixtrija bħala prodotti sekondarji fil-manifattura tal-pavimenti u użati biex tiġi ġġenerata l-enerġija fuq il-post.

 

Il-punteġġ E għandu jiġi kkalkulat għal kull m2 ta' kisi tal-art prodott u għandu jqis l-enerġija diretta kkonsmata fil-produzzjoni tal-pavimenti. Il-konsum tal-enerġija indiretta ma titqiesx.

Li ġej hija lista indikattiva ta' attivitajiet li għandhom jiġu inklużi u li mhumiex inklużi fil-kalkoli tal-konsum ta' enerġija. L-attivitajiet għandhom jibdew mal-wasla tal-qatgħat mis-siġar (zkuk), tas-sufra u tal-bambù fil-faċilitajiet tal-manifattur jew tal-fornituri tiegħu sa tmiem il-proċess tal-manifattura.

Prodott

Kundizzjonijiet tal-elettriku u l-konsum tal-fjuwil (lista indikattiva)

Inkluż

Mhux inkluż

Pavimenti tal-injam mastizz

tnixxif, tħin u serrar

kejl tad-daqsijiet u tirqim

xkatlar

kisi

imballaġġ

u kwalunkwe attività oħra meħtieġa għall-manifattura

manifattura tal-verniċ jew ta' kwalunkwe preparazzjoni oħra tal-bott

enerġija kkunsmata f'attivitajiet ta' kontroll tal-kwalità

konsum tal-enerġija indiretta (eż. tisħin, tidwil, trasport intern, eċċ.).

Pavimenti tal-injam b'ħafna saffi

tnixxif, tħin u serrar

kejl tad-daqsijiet u tirqim

xkatlar

pressar

kisi

imballaġġ

u kwalunkwe attività oħra meħtieġa għall-manifattura

Kisi tal-art tas-sufra u madum tal-art tas-sufra

tnixxif, tħin u serrar

kejl tad-daqsijiet u tirqim

xkatlar

pressar

jew manifattura tal-coreboard jekk intuża fl-istruttura tiegħu

kisi

imballaġġ

u kwalunkwe attività oħra meħtieġa għall-manifattura

Kisi tal-art tal-bambù

Pavimenti laminati

manifattura tal-coreboard

proċess tat-tixpip tad-décor, ta' għata u tar-rinforz tal-karta

pressar

kejl tad-daqsijiet

imballaġġ

u kwalunkwe attività oħra meħtieġa għall-manifattura

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jiddikjara u juri:

it-tip u l-kwantità ta' elettriku li, bħala medja, inxtara mingħand fornitur estern kull sena. Fil-każ li jinxtara elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, għandhom jiġu pprovduti garanziji ta' oriġini skont id-Direttiva 2009/28/KE. Meta d-Direttiva 2009/28/KE ma tapplikax fil-pajjiż fejn il-kisi tal-art tkun manifatturata, għandhom jiġu pprovduti mezzi ekwivalenti ta' prova;

it-tip(i) u l-kwantitajiet ta' fjuwils li ntużaw fil-manifattura tal-kisi tal-art permezz tal-kuntratti, il-kontijiet jew ta' dokumentazzjoni ekwivalenti li tinkludi d-dati, il-kwantità mwassla/mixtrija u l-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwil (eż. proprjetajiet fiżikokimiċi, valur ta' tisħin baxx (LHV), eċċ.). Dikjarazzjoni dwar liema minn dawk il-fjuwils użati li huma ġejjin minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli skont id-Direttiva 2009/28/KE għandhom jiġu inklużi;

il-kwantità ta' enerġija li intużat fl-istadji tal-manifattura inklużi fil-kalkolu tal-punteġġ E flimkien mad-dokumenti ta' appoġġ (eż. kejl tal-enerġija fi stadji differenti tal-manifattura, konsum tal-enerġija tat-tagħmir kif rapportat fl-iskedi tal-prodott, eċċ.);

it-tip u l-kwantità ta' enerġija li nbiegħu. Il-kalkoli għandhom jinkludu t-tip u l-kwantità tal-fjuwils, jekk hemm, użati għall-ġenerazzjoni tal-enerġija mibjugħa, id-dati jew il-perjodi ta' ħin li fihom ikun ġie ġġenerat u d-dati tal-bejgħ;

dikjarazzjoni tal-kwantità medja ta' pavimenti li għaliha tirreferi l-applikazzjoni għall-Ekotikketta tal-UE (f'm2), prodotta kull sena.

Id-dokumenti użati biex jikkomunikaw il-konsum tal-enerġija, il-fjuwil mixtri u l-ġenerazzjoni tal-enerġija kif ukoll id-dokumenti li jikkomunikaw il-produzzjoni tal-pavimenti lill-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jintużaw biex juru konformità ma' dan il-kriterju.

Kriterju 6.   Emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili mill-kisi tal-art

Il-kisi tal-art m'għandux jaqbeż il-valuri tal-emissjonijiet elenkati fit-Tabella 6.1 imkejla f'kompartiment tal-ittestjar skont l-istandard tal-ittestjar CEN/TS16516. L-imballaġġ u l-konsenja ta' kampjuni li jintbagħtu għall-ittestjar, l-immaniġġar u l-kondizzjonament tagħhom għandhom isegwu l-proċeduri deskritti fl-standard CEN/TS16516.

Tabella 6.1.

Rekwiżiti tal-emissjonijiet

Prodotti

Rekwiżiti tal-emissjonijiet

Kompost

Valur ta' limitu wara ħżin għal 28 jum f'kompartiment tal-ittestjar ivventilat (ara CEN/TS16516) f'mg/m3 arja (d)

Pavimenti tal-injam mastizz

Pavimenti tal-injam b'ħafna saffi

Kisi tal-art bil-folji tal-injam

Kompost organiku volatili totali mingħajr aċidu aċetiku

(CAS 64-19-7)

< 0,3

Kisi tal-art tas-sufra

Kisi tal-art tal-bambù

Kompost organiku volatili totali

Pavimenti laminati

Kompost organiku volatili totali

< 0,16

Kisi tal-art kollha

Kompost organiku semivolatili totali

< 0,1

Pavimenti tal-injam mastizz

Pavimenti tal-injam b'ħafna saffi

Kisi tal-art bil-folji tal-injam

Valur-R għas-sustanzi tal-Inqas Konċentrazzjonijiet ta' Interess (LCI) mingħajr l-aċidu aċetiku (CAS 64-19-7)

≤ 1

Kisi tal-art tas-sufra

Kisi tal-art tal-bambù

Pavimenti laminati

Valur R għal sustanzi LCI

≤ 1

Kisi tal-art kollha

Sustanzi karċinoġeniċi

< 0,001

Għall-fini ta' dan il-kriterju, KOV tfisser il-komposti organiċi volatili kollha li jgħaddu minn elużjoni bejn n-eżan u n-eżadekan u li tinkludihom fuq kolonna kromatografika tal-gass u li għandhom punt ta' tgħollija fil-medda approssimattiva ta' bejn 68 °C u 287 °C, fejn l-kejl twettaq bl-użu ta' kolonna kapillari miksija b'5 % fenil/95 % metil-polisilossan.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità sostnuta mir-rapporti tat-testijiet li twettqu fil-kompartiment tal-ittestjar skont CEN/TS16516 jew skont metodu ekwivalenti li juri li l-limiti fit-Tabella 6.1 huma ssodisfati. Ir-rapporti tal-ittestjar għandhom jinkludu:

Il-metodu ta' ttestjar użat;

Ir-riżultati tal-ittestjar u l-kalkoli meħtieġa li juru l-limiti fit-Tabella 6.1.

Jekk il-limiti ta' konċentrazzjoni fil-kompartiment speċifikati fit-28 jum ikunu jistgħu jintlaħqu 3 ijiem wara t-tqegħid tal-kampjun fil-kompartiment, jew fi kwalunkwe perjodu ta' żmien ieħor bejn 3 u 27 jum wara t-tqegħid tal-kampjun fil-kompartiment, hemmhekk tista' tiġi ddikjarata konformità mar-rekwiżiti u t-test jista' jitwaqqaf qabel iż-żmien.

Id-dejta mit-testijiet sa 12-il xahar qabel l-applikazzjoni għall-Ekotikketta tal-UE għandha tkun valida għall-prodotti sakemm ma jkunx sar tibdil lill-proċess tal-manifattura jew lill-formulazzjonijiet kimiċi użati li jitqies li jżid l-emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili mill-prodott finali.

Ċertifikat validu minn tikketti rilevanti tal-klima ta' ġewwa jista' jintuża wkoll bħala prova ta' konformità jekk it-tikketta tal-klima ta' ġewwa tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan il-kriterju, u jekk dan jitqies mill-awtorità kompetenti bħala ekwivalenti.

Kriterju 7.   Emissjonijiet ta' formaldeid mill-kisi tal-art u mill-coreboard

Il-kisi tal-art immanifatturat bl-użu ta' coreboards, adeżivi, reżini jew aġenti għall-irfinar b'bażi ta' formaldeid, u jekk intużaw, il-coreboards mhux trattati manifatturati bl-użu ta' adeżivi jew reżini b'bażi tal-formaldeid għandu jkollhom wieħed minn dawn li ġejjin:

emissjonijiet ta' formaldeid li huma inqas minn 50 % tal-valur massimu li jippermettilhom jiġu kklassifikati bħala E1 kif definit fl-Anness B ta' EN 13986+A1 (li japplika għall-kisi tal-art kollha u għall-coreboards mhux MDF/mhux HDF);

emissjonijiet ta' formaldeid li huma inqas minn 65 % tal-E1 kif definit fl-Anness B ta' EN 13986+A1 tal-limitu massimu li japplika għall-coreboards li mhumiex trattati, mhux MDF/mhux HDF;

emissjonijiet ta' formaldeid li huma inqas mil-limiti stabbiliti fl-istandard tal-Fażi II tal-California Air Resources Board (CARB) jew fl-istandard Japanese F-3 star jew F-4 star.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju. Il-valutazzjoni u l-verifika tal-kisi tal-art u tal-coreboards b'emissjonijiet baxxi ta' formaldeid ivarjaw skont l-iskema ta' ċertifikazzjoni tagħhom. Id-dokumentazzjoni ta' verifika meħtieġa għal kull skema hija deskritta fit-Tabella 7.1.

Tabella 7.1.

Id-dokumentazzjoni ta' verifika tal-kisi tal-art b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' formaldeid

Skema ta' ċertifikazzjoni

Valutazzjoni u verifika

E1

(kif definit fl-Anness B ta' EN 13986+A1)

Dikjarazzjoni mill-manifattur u mill-fornitur tal-coreboard, jekk applikabbli, li tgħid li l-kisi tal-art u l-coreboards mhux trattati mhux MDF/mhux HDF huma konformi ma' 50 % ta' E1 kif definit fl-Anness B tal-limiti tal-emissjonijiet ta' EN 13986+A1 (11) jew, fil-każ tal-coreboards mhux trattati tal-MDF/HDF, ma' 65 % ta' E1 kif definit fl-Anness B tal-limiti tal-emissjonijiet ta' EN 13986+A1, sostnuta minn rapporti tat-testijiet li twettqu skont EN 120, EN 717-2 jew EN 717-1 jew b'metodu ekwivalenti.

CARB: Limiti tal-Fażi II

Dikjarazzjoni mill-manifattur u mill-fornitur tal-coreboard, jekk applikabbli, sostnuta minn riżultati ta' testijiet skont l-ASTM E1333 jew l-ASTM D6007, li juru li l-kisi tal-art huwa konformi mal-limiti tal-emissjonijiet ta' formaldeid tal-Fażi II definiti fil-California Composite Wood Products Regulation 93120 (12).

Il-kisi tal-art u l-coreboard jistgħu jingħatw tikketta skont is-Sezzjoni 93120.3(e), li jkun fiha dettalji dwar l-isem tal-manifattur, in-numru tal-lott tal-prodott jew il-lott manifatturat, u n-numru CARB assenjat liċ-ċertifikatur terz (din il-parti mhijiex obbligatorja jekk il-prodotti jinbiegħu barra mill-Kalifornja jew jekk dawn kienu magħmula mingħajr ebda formaldeid miżjud jew bl-użu ta' ċerti reżini abbażi ta' formaldeid b'emissjonijiet ultrabaxxi).

Limiti F-3 star jew F-4 star

Dikjarazzjoni mill-manifattur u mill-fornitur tal-coreboard, jekk applikabbli, tal-konformità mal-limiti tal-emissjonijiet ta' formaldeid skont JIS A 5905 (għall-fajberbord) jew skont JIS A 5908:2003 (għaċ-ċippbord u għall-plajwudd), sotnuta mir-rapporti tat-testijiet skont il-metodu dessikatur JIS A 1460.

Kriterju 8.   Adegwatezza għall-użu

Huma biss ir-rekwiżiti assoċjati mat-tip speċifiku ta' pavimenti li jridu jkunu ssodisfati.

Il-kisi tal-art għandu jiġi ttestjat u kklassifikat skont l-aktar verżjonijiet riċenti tal-istandards u l-indikazzjonijiet inklużi fit-Tabella 8.1.

Tabella 8.1.

Standards għall-ittestjar u l-klassifikazzjoni tal-kisi tal-art

Pavimenti

Metodu tal-ittestjar

Klassifikazzjoni

Folji tal-injam kisi tal-art (13)

EN 1534 għar-Reżistenza għall-indentazzjoni (Resistance to indentation)

EN 13329 għan-Nefħa tal-ħxuna (Thickness swelling)

Metodu ta' ttestjar adegwat għar-reżistenza għall-impatti (14)

Metodu ta' ttestjar adegwat għar-reżistenza għat-tkagħbir bl-użu (14)

ISO 24334 għall-qawwa tal-qbid (Locking strength)

EN ISO 10874 (1)

Pavimenti tal-injam solidu u b'ħafna saffi bil-verniċ tal-fabbrika

Ħxuna tas-saff ta' fuq

Ebusija tal-injam tas-saff tas-superfiċe (2)

EN 685 (2) CTBA

Pavimenti tal-injam u b'ħafna saffi mhux miksija u li ngħataw iż-żejt mill-fabbrika

Madum tal-art tas-sufra

EN 12104

EN ISO 10874

Kisi tal-art tas-sufra

EN 660-1 għall-grupp tat-tkagħbir bl-użu

EN 425 għas-siġġu li jdur

EN 425 għall-moviment simulat tas-saqajn tal-għamara

ISO 24343-1 għall-indentazzjoni residwa (residual indentation)

Kisi tal-art tal-bambù

EN 1534 għar-reżistenza għall-indentazzjoni (resistance to indentation)

EN 13696 għall-ħxuna tas-saff tal-wiċċ jew tas-saff tat-tkagħbir

Pavimenti laminati

EN 13329

EN 14978

EN 15468

EN ISO 10874

Il-kisi tal-art għandu jikseb tal-inqas:

Pavimenti

Limiti

Pavimenti bil-folji tal-injam

il-livell ta' użu tal-klassi 23 għall-pavimenti maħsuba għall-użu privat

il-livell ta' użu tal-klassi 32 għall-pavimenti maħsuba għall-użu kummerċjali.

Pavimenti tal-injam solidu bil-verniċ tal-fabbrika u pavimenti tal-injam b'ħafna saffi

il-livell ta' użu tal-klassi 23 għall-pavimenti maħsuba għall-użu privat u għall-użu kummerċjali

Pavimenti tal-injam u b'ħafna saffi mhux miksija u li ngħataw iż-żejt mill-fabbrika

Madum tal-art tas-sufra

il-livell ta' użu tal-klassi 23 għall-pavimenti maħsuba għall-użu privat

il-livell ta' użu tal-klassi 32 għall-pavimenti maħsuba għall-użu kummerċjali.

Kisi tal-art tas-sufra

Kisi tal-art tal-bambù

Kontenut ta' Ndewwa ta' Ekwilibriju (Equilibrium Moisture Content): 8 % f'20 °C u 50 % ta' umdità relattiva

Reżistenza għall-indentazzjoni (Resistance to Indentation):

≥ 4 kg/mm2 għall-kisi tal-art, plain pressed u side pressed

≥ 9,5 kg/mm2 ta' kisi tal-art b'densità għolja

Pavimenti laminati

il-livell ta' użu tal-klassi 23 għall-pavimenti maħsuba għall-użu privat

il-livell ta' użu tal-klassi 32 għall-pavimenti maħsuba għall-użu kummerċjali.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju. Id-dikjarazzjoni għandha tkun sostnuta minn rapporti tat-testijiet li għandhom jinkludu:

it-tip ta' pavimenti;

il-metodu/i ta' ttestjar magħżul/a;

ir-riżultati tal-ittestjar u l-klassifikazzjoni tal-pavimenti skont ir-riżultati u l-istandards xierqa, jekk applikabbli.

Jekk il-kisi tal-art li ġie ittestjat skont metodu ta' ttestjar ieħor barra minn dak li hu speċifikat hawn fuq, dan jista' jkun aċċettabbli jekk il-metodi ta' ttestjar huma komparabbli fl-opinjoni tal-korp kompetenti.

Kriterju 9.   Reparabbiltà u garanzija estiża

Huma biss ir-rekwiżiti assoċjati mat-tip speċifiku ta' pavimenti li jridu jkunu ssodisfati.

Għall-fini li jwettqu tiswija u sostituzzjoni ta' partijiet imkagħbra, il-kisi tal-art għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

Reparabbiltà: L-informazzjoni għandha tkun inkluża fl-istruzzjonijiet għall-konsumatur jew fuq is-sit web tal-manifattur li jkun aċċessibbli għall-utenti u għall-installaturi.

(a)

Disinn għat-tiswija u dokument tat-tiswija: Fil-każ ta' kisi tal-art li ma jitwaħħalx bil-kolla, il-paviment għandu jkun iddisinjat biex jiġi żarmat bil-għan li jkunu ffaċilitati t-tiswija, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ. Għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet sempliċi u b'illustrazzjonjiet dwar iż-żarmar u s-sostituzzjoni ta' komponenti bi ħsara. L-operazzjonijiet taż-żarmar u tas-sostituzzjoni għandhom ikunu jistgħu jitwettqu bl-użu ta' għodda manwali komuni u bażiċi. Għandhom jingħataw informazzjoni/rakkomandazzjoni dwar iż-żamma fl-istokk ta' komponenti tal-bdil tal-kisi tal-art għal xi tiswija possibbli fil-futur;

Garanzija estiża tal-prodott:

(b)

L-applikant għandu jipprovdi, mingħajr l-ebda spiża addizzjonali, garanzija ta' mill-inqas ħames snin li tkun effettiva mid-data tal-konsenja tal-prodott. Din il-garanzija trid tingħata mingħajr preġudizzju għall-obbligi legali tal-manifattur u tal-bejjiegħ skont il-liġi nazzjonali.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju sostnuta minn:

kopja tad-dokument ta' tiswija jew ta' kwalunkwe materjal ieħor fejn hija pprovduta l-informazzjoni dwar id-disinn għat-tiswija;

kopja tal-garanzija li tindika t-termini u l-kundizzjonijiet tal-garanzija estiża tal-prodott li huma pprovduti fid-dokumentazzjoni bl-informazzjoni għall-konsumatur u li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi stabbiliti f'dan il-kriterju.

Kriterju 10.   Informazzjoni għall-konsumaturi

Il-prodott għandu jinbiegħ b'informazzjoni rilevanti għall-konsumaturi fuq l-imballaġġ jew bi kwalunkwe dokument ieħor li jakkumpanja l-prodott. Huma biss ir-rekwiżiti assoċjati mat-tip speċifiku ta' pavimenti li jridu jkunu ssodisfati.

L-istruzzjonijiet marbuta mal-aspetti li ġejjin għandhom ikunu leġibbli u jiġu pprovduti fil-lingwa tal-pajjiż fejn il-prodott jitqiegħed fis-squ u/jew jinkludu rappreżentazzjoni grafika jew ikoni:

Informazzjoni dwar is-sottogrupp li għalih jappartjeni l-prodott (pavimenti solidi jew b'ħafna saffi, pavimenti tas-sufra, madum tal-art tas-sufra, pavimenti tal-bambù, pavimenti laminati, eċċ.), l-ammont ta' materjal tal-injam, tas-sufra u tal-bambù fil-prodott finali f'perċentwal tal-piż u jekk trattament tas-superfiċe għadu meħtieġ fil-post tal-utent.

Rakkomandazzjonijiet għall-installazzjoni: L-istruzzjonijiet rilevanti kollha b'referenza għall-aqwa prattiki ambjentali tal-installazzjoni għandhom jiġu inklużi:

fejn huwa possibbli hija rakkomandata installazzjoni li żżomm fil-wiċċ. Għandha ssir referenza għall-preparazzjoni meħtieġa tas-superfiċe sottostanti u l-materjali awżiljari meħtieġa;

jekk tkun irrakkomandata installazzjoni mwaħħla mal-art minħabba l-possibbiltà li ddum sservi iktar, qed jiġi rrakkomandat l-użu ta' adeżiv/kolla ċċertifikati b'Ekotikketta tat-Tip I jew għandu jiġi inkluż adeżiv ta' emissjoni baxxa b'EMICODE EC1 jew ekwivalenti;

struzzjonijiet ta' assemblaġġ u żarmar bl-istampi skont ir-rekwiżiti tal-kriterju 9(a). (jekk applikabbli).

Rakkomandazzjoni għat-trattament tas-superfiċe għall-kisi tal-art u għall-pavimenti li jeħtieġu d-dlik biż-żejt tas-superfiċe:

informazzjoni rilevanti dwar it-tip u l-kwantità ta' prodotti meħtieġa (eż. żejt jew verniċ) sabiex tinkiseb id-durabbiltà intenzjonata;

informazzjoni rilevanti dwar il-kisi ta' pavimenti, bi prodotti ta' kisi b'emissjonijiet baxxi skont id-Direttiva 2004/42/KE;

informazzjoni dwar kif il-ħajja operattiva tal-pavimenti tista' tiġi estiża permezz tar-rinnovazzjoni eż. xkatlar u trattamenti tas-superfiċe.

Rakkomandazzjonijiet dwar l-użu, it-tindif u l-manutenzjoni tal-prodott:

għandha tiġi inkluża informazzjoni rilevanti għat-tindif ta' rutina jekk tkun tapplika għat-tip ta' kisi tal-art, b'indikazzjoni tal-prodotti tat-tindif b'ekotikketta tat-Tip I;

struzzjonijiet ta' manutenzjoni, inkluż il-manutenzjoni tal-prodotti, u prodotti għar-rinnovazzjoni jew tat-tindif intensiv. Jekk possibbli, għandhom jiġu rrakkomandati prodotti ta' manutenzjoni b'ekotikketta tat-Tip I;

dikjarazzjoni ċara dwar l-erjas ta' użu tal-pavimenti u dikjarazzjoni ta' konformità mal-istandards EN rilevanti għall-prodott imsemmi fil-kriterju 8.

Informazzjoni dwar it-tiswija:

dikjarazzjoni ċara li tirrakkomanda l-provvista tal-parts tal-bdil skont ir-rekwiżiti tal-kriterju 9(a);

informazzjoni rilevanti dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-garanzija tal-prodott skont ir-rekwiżiti tal-kriterju 9(b).

Informazzjoni relatata mat-tmiem tal-ħajja tal-prodott:

Il-konsumatur għandu jingħata deskrizzjoni dettaljata dwar l-aħjar modi għar-rimi tal-prodott (jiġifieri l-użu mill-ġdid, ir-riċiklar, l-irkupru, eċċ.), u dawn għandhom jingħataw grad skont l-impatt tagħhom fuq l-ambjent.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju sostnut minn kopja tad-dokument ta' informazzjoni għall-konsumatur li jrid jiġi pprovdut mal-prodott. Il-kopja għandha turi l-konformità ma' kull punt imniżżel fil-kriterju, kif xieraq.

Kriterju 11.   Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Il-logo għandu jkun viżibbli u leġibbli. Ir-reġistrazzjoni/numru tal-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jidhru fuq il-prodott u għandhom ikunu leġibbli u viżibbli b'mod ċar.

It-tikketta fakultattiva b'kaxxa għall-kitba għandha tinkludi dan it-test:

Materjal tal-injam, tas-sufra, tal-bambù minn foresti ġestiti b'mod sostenibbli

Konsum aktar baxx tal-enerġija għall-manifattura

Prodott b'emissjonijiet baxxi.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b'dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju, sostnuta minn kopja tal-informazzjoni għall-konsumatur li tidher fuq l-ekotikketta tal-UE.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(2)  L-isem kummerċjali tfisser l-ismijiet kollha li bihom hija kummerċjalizzata s-sustanza fis-suq tal-Unjoni.

(3)  Parti komponenti tfisser kull saff li minnu jikkonsisti l-kisi tal-art, li l-materjal, il-forma u l-għamla tiegħu jipprovdu funzjoni speċifika. Din tinkludi, pereżempju, is-saff ta' protezzjoni kontra t-tkagħbir bl-użu jew il-grif, is-saff tad-disinn jew tal-folja tal-injam, is-saff tas-substrat jew ta' stabbiltà u s-saff ta' rinforz.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(5)  ECHA, Lista ta' Kandidati ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna għall-Awtorizzazzjoni, http://www.echa.europa.eu/candidate-list-table

(6)  Ir-reġistru CAS: https://www.cas.org/content/chemical-substances

(7)  L-inventarju tal-KE: http://echa.europa.eu/information-on-chemicals/ec-inventory

(8)  ECHA, bażi tad-dejta dwar sustanzi reġistrati ta' REACH: http://www.echa.europa.eu/information-on-chemicals/registered-substances

(9)  ECHA, Kooperazzjoni ma' aġenziji regolatorji pari, http://echa.europa.eu/mt/about-us/partners-and-networks/international-cooperation/cooperation-with-peer-regulatory-agencies

(10)  “EPF Standard for delivery conditions of recycled wood”, Ottubru 2002 fuq: http://www.europanels.org/upload/EPF-Standard-for-recycled-wood-use.pdf

(d)  It-test fil-kompartiment tal-ittestjar għandu jsir 28 jum wara t-tmiem tat-trattament tas-superfiċe. Sa dan il-punt il-prodott li għandu jiġi ttestjat jinħażen f'pakkett issiġillat fis-sit tal-produzzjoni u hekk jintbagħat lil-laboratorju tal-ittestjar.

(11)  Ir-rekwiżiti japplikaw ukoll għall-kisi tal-art b'kontenut ta' ndewwa ta' H = 6,5 %.

(12)  Regulation 93120 “Airborne toxic control measure to reduce formaldehyde emissions from composite wood products” California Code of Regulations.

(13)  Il-kisi tal-art bil-folji tal-injam tfisser kisi tal-art riġidu li jikkonsistu f'substrat magħmul minn panewijiet b'bażi tal-injam, bis-saff ta' fuq tal-folja tal-injam u possibbilment b'rinforz.

(14)  Għall-finijiet tal-konformità, il-qisien u l-kalkoli għandhom isiru bl-użu ta' metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli li jqisu l-metodi ġeneralment rikonoxxuti u l-aktar moderni ta' kejl u ta' ttestjar, inklużi l-istandards armonizzati li r-referenza tagħhom hija ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jissodisfaw id-definizzjonijiet, il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi kif deskritti fil-Criteria User Manual.

(1)  Fejn xieraq, il-metodu ta' ttestjar użat biex ikejjel ir-reżistenza għall-grif għandu jiġi ddikjarat kif ukoll il-ħxuna tas-saff tal-wiċċ.

(2)  Klassifikazzjoni ta' speċijiet ta' injam rigward l-ebusija tal-injam u l-korrelazzjonijiet bejn il-klassijiet tal-użu f'EN 685 u l-ħxuna tas-saff protettiv ta' fuq u l-ispeċi tal-injam jistgħu jinsabu f'CTBA Revetements interiors Parquet 71.01.

APPENDIĊI I

Gwida dwar il-kalkolu tal-kwantità ta' kompost organiku volatili applikat

Ir-rekwiżit tirrigwarda l-komposti organiċi volatili totali fi prodotti għat-trattament tas-superfiċe mal-kompożizzjoni kimika li għandhom f'forma mxarrba. Jekk il-prodotti jeħtieġu dilwizzjonijiet, il-kalkolu għandu jiġi bbażat fuq il-kontenut tal-prodott dilwittiv.

Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-metodu ta' applikazzjoni li jikkalkula l-kwantitajiet applikati għal kull m2 tal-erja tas-superfiċe. Dan jiddetermina l-kontenut ta' solventi organiċi bħala perċentwal tal-kwantità tat-trattament tas-superfiċe applikat.

Il-kwantità applikata ta' komposti organiċi volatili hija kkalkulata bil-formula li ġejja:

Formula

Il-formula tikkonsisti fi:

Il-kwantità ta' prodott għat-trattament tas-superfiċe: għal kull kisja applikata, l-ammont tat-trattament tas-superfiċe li jidħol fis-sitema għandu jiġi rrapportat f'g/m2;

Il-proporzjon ta' komposti organiku volatili fi prodotti għat-trattament tas-superfiċe: il-konċentrazzjoni għandha tiġi ddikjarata bħala perċentwal skont il-piż;

L-effiċjenza tat-trattament tas-superfiċe tiddependi fuq il-metodu ta' applikazzjoni. L-effiċjenza tinsab f'tabella skont l-ogħla livell ta' żvilupp tal-industrija tat-trattament tas-superfiċe kif muri fit-Tabella 4.2;

Is-somma tal-kisjiet kollha applikati.

Tabella 4.2.

Effiċjenza tat-trattamenti tas-superfiċe

Trattament tas-superfiċe:

Effiċjenza (%)

Trattament tas-superfiċe:

Effiċjenza (%)

Applikazzjoni awtomatika bl-isprej, l-ebda riċiklar

50

Kisi bir-romblu

95

Applikazzjoni awtomatika bl-isprej u bir-riċiklar

70

Curtain coating

95

Applikazzjoni bl-isprej, elettrostatika

65

Kisi bil-vakwu

95

Applikazzjoni tal-isprej, qampina/diska

80

 

 

APPENDIĊI II

Gwida dwar il-kalkolu tal-konsum tal-enerġija fil-proċess tal-produzzjoni

Il-konsum tal-enerġija għal kull m2 ta' pavimenti huwa kkalkolat bħala medja aritmetika annwali għall-aħħar tliet snin. Jekk il-kumpanija ma jkollhiex din id-dejta, il-korpi kompetenti se jivvalutaw l-aċċettazzjoni ta' dejta ekwivalenti.

jekk il-produttur għandu surplus tal-enerġija li tinbiegħ bħala elettriku, fwar jew sħana, il-kwantità li tinbiegħ tista' titnaqqas mill-konsum tal-fjuwil. Huwa biss il-fjuwil li fil-fatt huwa kkunsmat fil-produzzjoni tal-kisi tal-art li jrid jiġi inkluż fil-kalkolu.

Il-konsum tal-enerġija huwa rrappurtat f'kWh/m2, għalkemm il-kalkoli jistgħu wkoll isiru f'MJ/m2 (1 kWh = 3,6 MJ).

Fejn il-kontenut ta' enerġija tal-fjuwils huwa kkalkulat fuq il-bażi tat-Tabella 5.2. Jekk l-enerġija elettrika hija prodotta fuq il-post, wieħed mill-metodi li ġejjin jista' jintuża għall-kalkolu tal-konsum ta' fjuwil:

Il-konsum annwali reali ta' fjuwil;

Il-konsum ta' elettriku prodott fuq il-post, immultiplikat b'2,5, jekk l-oriġini hija sors rinnovabbli li ma jaqbadx.

Il-valuri tal-konsum tal-enerġija għandu jiġi kkalkulat permezz tal-valuri standard tal-fjuwil. Il-kontenuti tal-enerġija tad-diversi fjuwils huma mogħtia fit-Tabella 5.2.

Tabella 5.2.

Valuri standard tal-fjuwil  (1)

Fjuwil

MJ/kg

Fjuwil

MJ/kg

Petrol

44,0

Griebeb (7 % W)

16,8

Diżil

 

Pit

7,8-13,8

LPG

45,2

Tiben (15 % W)

 

Żejt Eo1

42,3

Bijogass

 

Żejt Eo5

44,0

Laqx tal-injam (25 % W)

13,8

Gass naturali

47,2

Skart tal-injam

 

Impjant tal-enerġija mill-faħam

28,5

GJ/tunnellata hija ekwivalenti għal MJ/kg

Il-formula għall-kalkolu tal-kontenut tal-enerġija tal-laqx tal-injam tiddependi fuq il-kontenut tal-ilma. L-enerġija hija meħtieġa biex jevapora l-ilma mill-injam. Din l-enerġija tnaqqas il-valur ta' sħana tal-laqx tal-injam. Il-kontenut ta' enerġija jista' jiġi kkalkolat bħala:

Formula

Il-fattur 21,442 huwa s-somma tas-sħana tal-ilma ta' evaporazzjoni (2,442MJ/kg) u l-kontenut ta' enerġija ta' injam niexef 19,0 MJ/kg. Jekk l-applikant ikollu l-analiżijiet tal-laboratorju tal-valur tas-sħana tal-fjuwil, il-korpi kompetenti jistgħu jqisu li jużaw dan il-valur tas-sħana għall-kalkolu tal-kontenut tal-enerġija.


(1)  Il-valuri huma stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(% W) huwa l-perċentwal skont il-piż tal-ilma fil-fjuwil u jingħata l-ittra f fil-formuli ta' hawn taħt. Jekk xejn aktar ma jkun indikat, f = 0 % W u l-kontenut ta' rmied huwa l-medja.

APPENDIĊI III

Lista ta' standards u speċifikazzjonijiet tekniċi oħra

Tabella III.1.

Lista ta' standards u speċifikazzjonijiet tekniċi oħra

Standard

Titlu

Definizzjonijiet ta' kisi tal-art

EN 12466

Kisi tal-art reżiljenti — Vokabolarju

EN 13329

Pavimenti laminati. Speċifikazzjonijiet, rekwiżiti u metodi ta' ttestjar

ISO 14021

Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali — Tabliet ambjentali awtodikjarati (Tikkettar ambjentali tat-Tip II)

Emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili

CEN/TS 16516

Prodotti tal-kostruzzjoni — Valutazzjoni u rilaxx ta' sustanzi perikolużi — Determinazzjoni ta' emissjonijiet fl-arja ta' ġewwa

EN 717-1

Pannelli bbażati fuq l-injam — Determinazzjoni tar-Rilaxx tal-Formaldeid — Emissjoni tal-Formaldeid skont il-metodu tal-kamra

EN 717-2

Pannelli bbażati fuq l-injam — Determinazzjoni tar-Rilaxx tal-Formaldeid — Emissjoni tal-Formaldeid skont il-metodu tal-analiżi tal-gass

EN 120

Pannelli bbażati fuq l-injam — Determinazzjoni tal-kontenut tal-Formaldeid — Metodu ta' estrazzjoni magħruf bħala l-metodu perforatur

EMICODE

http://www.emicode.com/en/emicode-r/

Materja prima

EPF

“EPF Standard for delivery conditions of recycled wood”, Ottubru 2002. http://www.europanels.org/upload/EPF-Standard-for-recycled-wood-use.pdf

EN 1243

Adeżivi. Determinazzjoni tal-formaldeid liberu fil-kondensati tal-amino u l-amidoformaldeid

ISO 8214-6

Sikurezza tal-ġugarelli — parti 6: Ċerti esteri tal-ftalati fil-ġugarelli u l-prodotti tat-tfal

Adegwatezza għall-użu

EN 425

Pavimenti tal-art reżiljenti u laminati. Test tal-Castor chair

EN 660-1

Kisi tal-art reżiljenti. Determinazzjoni tar-reżistenza għat-tkagħbir. Test Stuttgart

EN 685

Pavimenti tal-art reżiljenti, tat-tessut u laminati. Klassifikazzjoni

EN 1534

Pavimentar tal-injam u tal-parket — determinazzjoni tar-reżistenza għall-għafis (Brinell) — metodu ta' ttestjar.

EN ISO 10874

Pavimenti tal-art reżiljenti, tat-tessut u laminati — Klassifikazzjoni

EN 12104

Kisi tal-art reżiljenti. Madum tal-art tas-sufra. Speċifikazzjoni

EN 13329

Pavimenti tal-art laminati. Speċifikazzjonijiet, rekwiżiti u metodi ta' ttestjar

EN 13696

Pavimentar tal-injam — Metodi ta' ttestjar għad-determinazzjoni tal-elastiċità u r-reżistenza għat-tkagħbir u r-reżistenza għall-impatt

EN 14978

Pavimenti tal-art laminati — Elementi b'saff tas-superfiċe bbażat fuq l-akriliku — Speċifikazzjonijiet, rekwiżiti u metodi ta' ttestjar

EN 15468

Pavimenti tal-art laminati — Elementi bi stampar applikat dirett u saff tas-superfiċe tar-reżina. Speċifikazzjonijiet, rekwiżiti u metodi ta' ttestjar

ISO 24343-1

Pavimenti tal-art reżiljenti u laminati — Determinazzjoni tal-indentazzjoni u t-tgħafis residwu — Parti 1: Indentazzjoni residwa


2.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/69


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/177

tal-31 ta' Jannar 2017

dwar il-konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-proposta konġunta biex jiġi stabbilit il-kuritur ferrovjarju tal-merkanzija “Amber”

(notifikata bid-dokument C(2017) 141)

(It-test bl-Ungeriż, bil-Pollakk, bis-Slovakk u bis-Sloven biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) Nru 913/2010, il-ministeri responsabbli għat-trasport ferrovjarju fl-Ungerija, fir-Repubblika tal-Polonja, fir-Repubblika Slovakka u fir-Repubblika tas-Slovenja bagħtu ittra ta' intenzjoni lill-Kummissjoni li waslet fis-7 ta' April 2016. L-ittra kien fiha proposta biex jiġi stabbilit il-kuritur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija “Amber” fuq it-territorju ta' dawk l-erba' Stati Membri.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat din il-proposta skont l-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) Nru 913/2010, u tqisha konformi mal-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament għar-raġunijiet stabbiliti hawn taħt.

(3)

Il-kriterji mniżżlin fl-Artikolu 4 tar-Regolament ġew ikkunsidrati fil-proposta. Il-kuritur ferrovjarju tal-merkanzija propost li jaqsam it-territorju ta' aktar minn tliet Stati Membri, jiffaċilita l-konnessjonijiet marittimi bejn il-portijiet tal-Adrijatiku fir-Repubblika tas-Slovenja, il-portijiet tal-passaġġi tal-ilma interni fuq id-Danubju fl-Ungerija u fir-Repubblika Slovakka. Itejjeb ukoll il-konnessjonijiet mat-terminali ferrovjarji intermodali ewlenin fl-Istati Membri involuti u jipprovdi rotta diretta għall-merkanzija lejn il-lvant tal-Alpi. Jista' wkoll irawwem l-iżvilupp tat-traffiku ferrovjarju mas-Serbja u potenzjalment itejjeb it-traffiku ferrovjarju lil hin mill-fruntiera tal-Lvant tal-UE u fuq il-pont kontinentali bejn l-Ewropa u l-Asja.

(4)

Barra minn hekk, ir-riżultati tal-istudji tas-suq li jappoġġjaw il-kuritur ferrovjarju tal-merkanzija “Amber” juru li hemm domanda tat-traffiku tul ir-rotta proposta, inkluż it-traffiku intern bejn il-portijiet permezz tal-Punent tal-Ungerija minn u lejn il-port marittimu ta' Koper u t-traffiku bejn ir-reġjunijiet tal-Lvant tal-Polonja, tas-Slovakkja u tal-Ungerija. L-istudji juru l-potenzjal għal bidla modali u għal żieda fit-traffiku tul il-kuritur.

(5)

Il-maniġers tal-infrastruttura kkonċernati esprimew l-appoġġ sħiħ tagħhom għal dan il-kuritur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija l-ġdid u, skont l-ittra ta' intenzjoni, l-applikanti potenzjali esprimew l-interess tagħhom li jużaw dan il-kuritur.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 913/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ittra ta' intenzjoni li waslet nhar is-7 ta' April 2016 rigward it-twaqqif tal-kuritur tat-trasport tal-merkanzija “Amber”, mibgħuta lill-Kummissjoni mill-ministeri responsabbli għat-trasport ferrovjarju fl-Ungerija, fir-Repubblika tal-Polonja, fir-Repubblika Slovakka u fir-Repubblika tas-Slovenja, u li tipproponi r-rotta Koper — Ljubljana –/Zalaszentivan — Sopron/Csorna –/(il-fruntiera bejn l-Ungerija u s-Serbja) — Kelebia — Budapest –/– Komárom — Leopoldov/Rajka — Bratislava — Žilina — Katowice/Kraków — Warszawa/Łuków — Terespol — (il-fruntiera bejn il-Polonja u l-Belarus) bħala r-rotta prinċipali tal-kuritur ferrovjarju tal-merkanzija “Amber” hija konformi mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 913/2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Slovakka u lir-Repubblika tas-Slovenja.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22.


2.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/71


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/178

tal-31 ta' Jannar 2017

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1111 dwar il-konformità tal-proposta konġunta mressqa mill-Istati Membri kkonċernati għall-estensjoni tal-kuritur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baltiku mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv

(notifikata bid-dokument C(2017) 142)

(It-testi biċ-Ċek, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż,, bil-Litwan, bin-Netherlandiż u bil-Pollakk biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) Nru 913/2010, il-ministeri responsabbli għat-trasport ferrovjarju fil-Belġju, fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja, fil-Litwanja, fin-Netherlands u fil-Polonja bagħtu ittra ta' intenzjoni lill-Kummissjoni bid-data tas-27 ta' April 2014. Din kienet tinkludi proposta dwar l-estensjoni tal-kuritur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baltiku sar-Repubblika Ċeka, in-Nofsinhar tal-Polonja u l-fruntiera bejn il-Polonja u l-Urkraina.

(2)

Il-Kummissjoni eżaminat din il-proposta skont l-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 u adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1111 (2) dwar il-konformità mal-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.

(3)

L-ittra ta' intenzjoni bid-data tas-27 ta' April 2014 stqarret li l-estensjoni minn Katowice sa Medyka tista' tkun operazzjonali fl-2020 biss. Madankollu, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1111 tkopri wkoll din l-estensjoni u skont l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) Nru 913/2010, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jibnu l-kuritur tal-merkanzija sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. Abbażi ta' dan, l-estensjoni sa Medyka trid tkun operattiva sa mhux aktar tard mis-7 ta' Lulju 2017; dan ma jikkorrispondix mal-intenzjoni speċifikata fl-ittra tal-Istati Membri. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1111 għandha għalhekk tiġi emendata billi titneħħa r-referenza għall-estensjoni tal-kuritur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baltiku sa Medyka.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 913/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1111 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

L-ittra ta' intenzjoni bid-data tas-27 ta' April 2014 dwar l-estensjoni tal-Kuritur tat-Trasport Ferrovjarju tal-Merkanzija bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baltiku sar-Repubblika Ċeka u san-Nofsinhar tal-Polonja, mibgħuta lill-Kummissjoni mill-ministeri responsabbli għat-trasport ferrovjarju fil-Belġju, fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja, fil-Litwanja, fin-Netherlands u fil-Polonja, u li tipproponi r-rotta ‘Wilhelmshaven/Bremerhaven/Hamburg/Amsterdam/Rotterdam/Antwerp-Aachen-Hannover/Berlin-Varsavja-Terespol (il-fruntiera bejn il-Polonja u l-Belarussja)/Kaunas-Riga-Tallinn/Falkenberg-Praga/Wroclaw-Katowice’ bħala r-rotta prinċipali tal-kuritur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baltiku hija konformi mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 913/2010.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lir-Renju tan-Netherlands u lir-Repubblika tal-Polonja.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1111 tas-7 ta' Lulju 2015 dwar il-konformità tal-proposta konġunta mressqa mill-Istati Membri kkonċernati għall-estensjoni tal-kuritur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija bejn il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baltiku mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (ĠU L 181, 9.7.2015, p. 82).


2.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/73


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/179

tal-1 ta' Frar 2017

li tistabbilixxi l-arranġamenti proċedurali meħtieġa għall-funzjonament tal-Grupp ta' Kooperazzjoni skont l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(5) tagħha,

Billi:

(1)

Kooperazzjoni strateġika bejn l-Istati Membri u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni, l-esperjenza u l-aħjar prattika dwar is-sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni hija essenzjali għal rispons effettiv għall-isfidi ta' inċidenti u riskji relatati mas-sigurtà ta' dawn is-sistemi fl-Unjoni.

(2)

Sabiex jappoġġa u jiffaċilita l-kooperazzjoni strateġika u l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati Membri u sabiex tinbena fiduċja bejniethom, l-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2016/1148, jistabbilixxi grupp ta' kooperazzjoni magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni

(3)

Skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2016/1148, il-Grupp ta' Kooperazzjoni għandu jwettaq il-kompiti tiegħu abbażi ta' programmi ta' ħidma biennali, li l-ewwel wieħed minnhom għandu jkun stabbilit sad-9 ta' Frar 2018. Fost il-kompiti tiegħu, il-Grupp ta' Kooperazzjoni għandu jipprovdi gwida strateġika għall-attivitajiet tal-Iskwadri ta' Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters, għandu jiskambja informazzjoni u l-aħjar prattika, u jiddiskuti il-kapaċitajiet u l-istat ta' tħejjija tal-Istati Membri. Il-Grupp ta' Kooperazzjoni huwa wkoll meħtieġ iħejji sad-9 ta' Awwissu 2018 u kull sena u nofs wara, rapport li janalizza l-esperjenza miksuba mill-kooperazzjoni strateġika mwettqa skont dan l-Artikolu.

(4)

Skont l-Artikolu 24(2) tad-Direttiva (UE) 2016/1148 għall-perjodu mid-9 ta' Frar 2017 sad-9 ta' Novembru 2018 u biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri sabiex jieħdu approċċ konsistenti fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' operaturi ta' servizzi essenzjali, il-Grupp ta' Kooperazzjoni għandu jiddiskuti l-proċess, is-sustanza u t-tip ta' miżuri nazzjonali li jippermettu l-identifikazzjoni ta' operaturi ta' servizzi essenzjali f'settur speċifiku. Il-Grupp ta' Kooperazzjoni għandu jiddiskuti wkoll, wara talba ta' Stat Membru, abbozz ta' miżuri nazzjonali speċifiċi ta' dak l-Istat Membru rigward l-identifikazzjoni ta' operaturi ta' servizzi essenzjali f'settur speċifiku.

(5)

Skont l-Artikolu 14(7) tad-Direttiva (UE) 2016/1148 l-awtoritajiet kompetenti li jaġixxu flimkien fi ħdan il-Grupp ta' Kooperazzjoni jistgħu jfasslu u jadottaw linji gwida dwar iċ-ċirkostanzi li fihom l-operaturi ta' servizzi essenzjali huma mitluba jinnotifikaw inċidenti, inklużi l-parametri li jiddeterminaw il-kobor tal-impatt ta' inċident.

(6)

Skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva (UE) 2016/1148 il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-segretarjat tal-Grupp ta' Kooperazzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi wkoll appoġġ segretarjali għas-sottogrupp maħluq skont din id-Deċiżjoni.

(7)

Il-Group ta' Kooperazzjoni għandu jiġi ppresedut minn rappreżentant tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-President għandu jkun megħjun fil-qadi ta' dmirijietu minn rappreżentanti ta l-Istati Membru li jkollhom il-Presidenza preċedenti kif ukoll dik suċċessiva tal-Kunsill tal-Unjoni. Il-President jista' jispeċifika l-kompiti li fir-rigward tagħhom dik l-għajnuna tista' tkun meħtieġa. F'każ li Stat Membru li għandu l-Presidenza tal-Kunsill se jżomm lura milli jippresiedi l-Grupp, għandu jiġi elett president supplenti b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Grupp.

(8)

Il-ħidma tal-President għandha tkun irregolata mill-prinċipji tal-inklużjoni, tal-impenn, tar-rispett għad-diversità u tal-bini ta' kunsens. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-President tal-Grupp ta' Kooperazzjoni jiffaċilita l-impenn tal-membri kollha, li jippermetti diversità fl-opinjonijiet u l-pożizzjonijiet espressi u jipprova jagħmel ħiltu biex isib soluzzjonijiet li jgawdu l-akbar appoġġ possibbli fi ħdan il-Grupp ta' Kooperazzjoni.

(9)

Skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva (UE) 2016/1148, il-Grupp ta' Kooperazzjoni jista', fejn xieraq, jistieden rappreżentanti ta' partijiet ikkonċernati rilevanti biex jattendu l-laqgħat tal-grupp. Sabiex jiġi żgurat li mill-ewwel jum tal-adeżjoni l-pajjiżi aderenti jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2016/1148, xieraq li r-rappreżentanti ta' dawn il-pajjiżi jkunu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Grupp ta' Kooperazzjoni mid-data tal-iffirmar tat-Trattat tal-Adeżjoni. Id-deċiżjoni li jiġu mistiedna rappreżentanti ta' partijiet ikkonċernati jew esperti biex jattendu laqgħa jew parti partikolari minn laqgħa tal-Grupp ta' Kooperazzjoni għandha tittieħed mill-President, ħlief jekk b'maġġoranza sempliċi tal-membri komponenti, il-grupp jopponi l-parteċipazzjoni tar-rappreżentant jew tal-espert ikkonċernat fil-laqgħa jew f'parti minnha.

(10)

Skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2016/1148, l-Unjoni tista' tikkonkludi ftehimiet internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 218 tat-TFUE ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali li se jippermettu u jorganizzaw il-parteċipazzjoni tagħhom f'xi attivitajiet tal-Grupp ta' Kooperazzjoni.

(11)

Fl-interess tal-effiċjenza, il-Grupp ta' Kooperazzjoni għandu jkollu l-possibilità li joħoloq sottogruppi.

(12)

Fl-interess tas-simplifikazzjoni, il-Grupp ta' Kooperazzjoni għandu jadotta regoli aktar dettaljati tal-proċedura, li jirrigwardaw b'mod partikolari, il-modalitajiet tad-distribuzzjoni ta' dokumentazzjoni, il-proċedura bil-miktub jew it-tfassil ta' sommarju tal-minuti tal-laqgħat.

(13)

Fil-prinċipju, id-diskussjonijiet tal-Grupp ma għandhomx ikunu miftuħa għall-pubbliku għaliex l-żvelar tagħhom jista' jkollu implikazzjonijiet negattivi fuq il-fiduċja u l-bini ta' fiduċja bejn il-membri, minħabba l-fatt li sikwit il-kwistjoni diskussa tikkonċerna s-sigurtà pubblika. Madankollu, il-Grupp jista' jiddeċiedi, bil-qbil tal-President li jiftaħ id-diskussjoni tiegħu dwar ċerti kwistjonijiet lill-pubbliku u anke li jiffaċilita l-żvelar pubbliku ta' dokumentazzjoni xierqa.

(14)

Bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-Grupp mill-jum imsemmi fl-Artikolu 24(1) tad-Direttiva (UE) 2016/1148, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(15)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sigurtà tan-Netwerks u tas-Sistemi tal-Informazzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2016/1148,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għan

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-arranġamenti proċedurali meħtieġa għall-funzjonament tal-Grupp ta' Kooperazzjoni (il-“Grupp”) stabbilit bl-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 2016/1148.

Artikolu 2

Il-president tal-grupp

1.   Il-Grupp għandu jiġi ppresedut mir-rappreżentant tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-President għandu jkun megħjun fit-twettiq ta' dmirijietu minn rappreżentanti tal-Istati Membri li jkollhom l-Presidenza preċedenti u suċċessiva tal-Kunsill tal-Unjoni.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 u wara talba minn rappreżentant tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, f'każ li Stat Membru se jżomm lura milli jippresiedi l-laqgħat tal-Grupp, il-Grupp jista' jiddeċiedi b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri komponenti tiegħu li jeleġġi l-president supplenti minn fost l-Istati Membri sakemm il-President li jmiss jieħu postu skont il-paragrafu 1.

Artikolu 3

Is-sejħa għal-laqgħat

1.   Il-laqgħat tal-Grupp għandhom jissejħu mill-president, fuq inizjattiva tiegħu stess jew wara talba ta' maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Il-President għandu jipprovdi skeda indikattiva tal-laqgħat matul il-mandat tiegħu, filwaqt li jqis il-Programm ta' Ħidma tal-Grupp.

2.   Fil-prinċipju, il-laqgħat tal-Grupp għandhom isiru fil-bini tal-Kummissjoni.

Artikolu 4

Il-metodi ta' ħidma

Il-Grupp għandu jwettaq il-ħidma tiegħu b'kombinazzjoni ta' laqgħat f'forma fiżika jew virtwali u bil-proċedura bil-miktub.

Artikolu 5

L-aġenda

1.   Il-President, megħjun mis-segretarjat, għandu jfassal l-aġenda u jibgħatha lill-membri tal-Grupp.

2.   L-aġenda għandha tkun adottata mill-Grupp fil-bidu tal-laqgħa.

Artikolu 6

Ir-regoli tal-votazzjoni u l-pożizzjonijiet espressi mill-membri tal-Grupp

1.   Id-deċiżjonijiet tal-Grupp għandhom jittieħdu b'kunsens, sakemm mhux ipprovdut mod ieħor f'din id-Deċiżjoni.

2.   Meta ssir votazzjoni, il-Membri li vvotaw kontra jew li astjenew għandu jkollhom id-dritt għal sommarju tar-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħhom anness mad-dokument imressaq għall-vot.

3.   Il-Grupp għandu jadotta l-programm ta' ħidma tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri komponenti tiegħu.

Artikolu 7

Il-partijiet terzi u l-esperti

1.   Ir-rappreżentanti ta' pajjiżi aderenti għandhom jiġu mistednin jattendu l-laqgħat tal-Grupp mid-data tal-iffirmar tat-Trattat tal-adeżjoni.

2.   Il-President jista' jiddeċiedi li jistieden rappreżentanti ta' partijiet ikkonċernati rilevanti jew esperti sabiex jipparteċipaw f'laqgħa tal-Grupp, jew f'parti minn laqgħa tal-Grupp, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, jew wara talba ta' xi membru tal-Grupp. Madankollu, maġġoranza sempliċi tal-membri komponenti tal-Grupp tista' topponi tali parteċipazzjoni.

3.   Ir-rappreżentanti ta' partijiet terzi, il-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-esperti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 la għandhom ikunu preżenti u lanqas ma għandhom jipparteċipaw waqt il-votazzjonijiet tal-Grupp.

Artikolu 8

Il-ħolqien ta' sottogruppi

1.   Il-Grupp jista' jwaqqaf sottogruppi biex jeżamina kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-ħidma tiegħu.

2.   Il-Grupp għandu jiddefinixxi t-termini ta' referenza tas-sottogruppi. Sottogrupp għandu jirrapporta lill-Grupp u ma għandux jibqa' jeżisti ladarba jkun issodisfa l-mandat tiegħu.

3.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ segretarjali għal kull sottogrupp imsemmi fil-paragrafu 1.

4.   Ir-regoli dwar l-aċċess għal dokumenti u dwar il-kunfidenzjalità msemmija fl-Artikolu 10, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali msemmija fl-Artikolu 11 u r-regoli dwar l-ispejjeż tal-laqgħat imsemmija fl-Artikolu 12 għandhom japplikaw għas-sottogruppi.

Artikolu 9

Ir-regoli ta' proċeduri

1.   Il-grupp għandu jadotta, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri komponenti tiegħu, ir-regoli ta' proċedura tiegħu.

2.   Il-President jista' jipproponi wara talba minn membru tal-grupp jew fuq inizjattiva tiegħu stess, emendi għar-regoli ta' proċedura.

Artikolu 10

L-aċċess għad-dokumenti u l-kunfidenzjalità

1.   It-talbiet indirizzati lill-Grupp għal aċċess għad-dokumenti li jikkonċernaw l-attivitajiet tiegħu għandhom jiġu ttrattati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

2.   Id-diskussjonijiet tal-Grupp ma għandhomx ikunu miftuħa għall-pubbliku. Bi qbil mal-President, il-Grupp jista' jiddeċiedi, għal ċerti suġġetti, li jiftaħ id-diskussjonijiet tiegħu għall-pubbliku.

3.   Id-dokumenti mibgħuta lill-membri tal-Grupp, lir-rappreżentanti ta' partijiet terzi u lill-esperti ma għandhomx jiġu żvelati lill-pubbliku, sakemm ma jingħatax aċċess għalihom skont il-paragrafu 1 jew sakemm dawn ma jinfetħux għall-pubbliku b'mod ieħor mill-Kummissjoni.

4.   Ir-regola tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà fir-rigward tal-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-Unjoni stabbilita fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (3) u (UE, Euratom) 2015/444 (4) għandha tapplika għal kwalunkwe tali informazzjoni riċevuta, maħluqa jew trattata mill-Grupp. Informazzjoni trattata mill-Grupp li hija koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali għandha tkun protetta kif dovut.

5.   Il-membri tal-Grupp, kif ukoll ir-rappreżentanti ta' partijiet terzi, għandhom ikunu mitlubin jirrispettaw l-obbligi tal-kunfidenzjalità preskritti f'dan l-Artikolu. Il-president għandu/għandha jiżgura/tiżgura li r-rappreżentanti ta' partijiet terzi jkunu jafu bir-rekwiżiti dwar il-kunfidenzjalità imposti fuqhom.

Artikolu 11

Il-protezzjoni ta' dejta personali

L-ipproċessar ta' dejta personali mill-Uffiċċju għandu jkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

Artikolu 12

L-ispejjeż tal-laqgħat

1.   Il-Kummissjoni ma għandhiex tħallas lil dawk involuti fl-attivitajiet tal-Grupp għas-servizzi tagħhom.

2.   L-ispejjeż tal-ivvjaġġar imġarrba mill-parteċipanti fil-laqgħat tal-Grupp jistgħu jiġu rrimborżati mill-Kummissjoni. Ir-rimborż għandu jsir f'konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Kummissjoni u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati lis-servizzi tal-Kummissjoni skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 13

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).