ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 17

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 60
21ta' Jannar 2017


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/104 tad-19 ta' Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 148/2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/105 tad-19 ta' Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1247/2012 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet ( 1 )

17

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/106 tal-20 ta' Jannar 2017 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

42

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/107 tal-20 ta' Jannar 2017 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti mill-1 sas-7 ta' Jannar 2017 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għat-tewm

44

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kumitat tal-FSE mwaqqfa mill-Ftehim interim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-parti tal-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, tal-15 ta' Diċembru 2016 rigward l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu [2017/108]

46

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/314 tal-4 ta' Marzu 2016 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi ( ĠU L 60, 5.3.2016 )

52

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/104

tad-19 ta' Ottubru 2016

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 148/2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 148/2013 (2) jistabbilixxi d-dettalji tad-dejta li trid tiġi rrapportata u jobbliga lill-kontropartijiet biex jiżguraw li d-dejta rappurtata tkun mifthiema bejn iż-żewġ partijiet għal negozju.

(2)

Huwa importanti wkoll li jiġi rikonoxxut li kontroparti ċentrali (CCP) taġixxi bħala parti f'kuntratt tad-derivattivi. Għaldaqstant meta kuntratt eżistenti jiġi sussegwentement ikklerjat minn CCP dan għandu jiġi rrappurtat bħala terminat u għandu jiġu rrappurtat il-kuntratt il-ġdid li jirriżulta mill-ikklerjar.

(3)

Meta kuntratt tad-derivattivi jkun magħmul minn taħlita ta' kuntratti tad-derivattivi, l-awtoritajiet kompetenti jridu jifhmu l-karatteristiċi ta' kull kuntratt tad-derivattivi konċernat. Billi jeħtieġ ukoll li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jifhmu l-kuntest kumplessiv, għandu jkun evidenti wkoll mir-rapport tat-tranżazzjoni li t-tranżazzjoni hija parti minn strateġija kumplessiva. Għalhekk, il-kuntratti tad-derivattivi li jirreletaw ma' taħlita ta' kuntratti ta' derivattivi għandhom jiġu rapportati f'partijiet separati għal kull kuntratt ta' derivattivi b'identifikatur intern biex ikun hemm rabta bejn il-partijiet.

(4)

Fil-każ ta' kuntratti ta' derivati magħmula minn taħlita ta' kuntratti ta' derivativi li għandhom jiġu rrapportati f'aktar minn rapport wieħed, jista' jkun diffiċli li wieħed jiddetermina kif l-informazzjoni relevanti dwar il-kuntratt għandhiex tiġi allokata bejn ir-rapporti u b'hekk kemm rapporti għandhom jiġu sottomessi. Għalhekk, il-kontropartijiet għandhom jaqblu dwar l-għadd ta' rapporti li għandhom jiġu sottomessi biex jirrappurtaw kuntratt bħal dan.

(5)

Sabiex jiġu mmonitorjati sew il-konċentramenti tar-riskji u r-riskju sistemiku, huwa kruċjali li jiġi żgurat li tiġi sottomessa lir-repożitorji tat-transazzjonijiet informazzjoni sħiħa u preċiża dwar l-iskopertura u l-kollateral skambjat bejn żewġ kontropartijiet. Għalhekk, huwa essenzjali li l-kontropartijiet jirrapportaw il-valwazzjonijiet tal-kuntratti tad-derivattivi skont metodoloġija komuni. Barra minn hekk, huwa daqstant ieħor importanti li jkun meħtieġ rappurtar tal-marġnijiet inizjali u ta' varjazzjoni depożitati u rċevuti.

(6)

Sabiex jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b'informazzjoni sħiħa dwar l-iskoperturi reali tal-kontropartijiet fil-kategoriji kollha tad-derivattivi, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tar-rappurtar b'rabta mad-dettalji tad-derivattivi ta' kreditu kif ukoll tal-kollateral skambjat bejn il-kontropartijiet. Barra minn hekk, sabiex il-partijiet li jkunu qed jirrappurtaw jikkonformaw mal-obbligi tagħhom tar-rappurtar b'mod standardizzat u armonizzat, huma meħtieġa aktar kjarifiki fir-rigward tad-deskrizzjonijiet tal-kaxex eżistenti.

(7)

Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat (UE) Nru 148/2013 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Huwa xieraq li jiġu emendati r-rekwiżiti tar-rappurtar fir-rigward id-dettalji tad-dejta li trid tiġi rrappurtata. Il-kontropartijiet u r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandhom għalhekk jingħataw biżżejjed żmien biex jieħdu l-azzjonijiet kollha neċessarji biex jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti emendati.

(9)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(10)

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) l-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 37 ta' dak ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 148/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Id-dettalji u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rrapportati f'rapport wieħed.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, id-dettalji u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rrappurtati f'rapporti separati meta japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kuntratt tad-derivattivi jkun magħmul minn taħlita ta' kuntratti tad-derivattivi;

(b)

il-kaxex fit-Tabelli tal-Anness ma jippermettux li jsir rappurtar effettiv tad-dettalji u tal-informazzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi msemmija fil-punt (a).

Il-kontropartijiet f'kuntratt tad-derivattivi magħmul minn taħlita ta' kuntratti ta' derivattivi għandhom jaqblu, qabel l-iskadenza għar-rappurtar, fuq l-għadd ta' rapporti separati li għandhom jintbagħtu lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet b'rabta ma' dak il-kuntratt ta' derivattivi.

Il-kontroparti li tirrapporta għandha torbot ir-rapporti separati, b'identifikatur li jkunn uniku fil-livell tal-kontroparti, mal-grupp tar-rapporti tat-tranżazzjoni skont il-kaxxa 14 fit-Tabella 2 ta' dan l-Anness.”

(2)

L-Artikoli 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Negozjar ikklerjat

1.   Meta kuntratt ta' derivattivi li d-dettalji tiegħu jkunu diġà ġew irrappurtati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jiġi sussegwentement ikklerjat minn CCP, dak il-kuntratt għandu jiġi rapportat bħala terminat billi fil-kaxxa 93 fit-Tabella 2 tal-Anness tiġi speċifikata t-tip ta' azzjoni “Terminazzjoni Bikrija”, u għandhom jiġu rrappurtati l-kuntratti ġodda li jirriżultaw mill-ikklerjar.

2.   Fejn kuntratt ikun konkluż kemm f'ċentru tan-negozjar kif ukoll ikklerjat fl-istess jum, għandhom jiġu rrappurtati biss il-kuntratti li jirriżultaw mill-ikklerjar.

Artikolu 3

Rapportar tal-iskoperturi

1.   Id-dejta dwar il-kollateral meħtieġ skont it-Tabella 1 tal-Anness għandha tinkludi kull kollateral depożitat u rċevut skont il-kaxex 21 sa 35 fit-Tabella 1 tal-Anness.

2.   Meta kontroparti ma tikkollateralizzax fuq bażi ta' livell ta' tranżazzjoni, il-kontropartijiet għandhom jirrapportaw għand repożitorju tat-tranżazzjonijiet il-kollateral depożitat u rċevut fuq bażi ta' portafoll skont il-kaxex 21 sa 35 fit-Tabella 1 tal-Anness.

3.   Meta l-kollateral relatat ma' kuntratt jiġi rrappurtat fuq bażi ta' portafoll, il-kontroparti li tirrapporta għandha tirrapporta għand repożitorju tat-tranżazzjonijiet kodiċi li jidentifika l-portafoll marbut mal-kollateral rappurtat skont il-kaxxa 23 fit-Tabella 1 tal-Anness.

4.   Kontropartijiet mhux finanzjarji minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 mhumiex meħtieġa jirrapportaw il-kollateral, il-valwazzjoni skont is-suq, jew il-valwazzjoni skont mudell tal-kuntratti msemmija fit-Tabella 1 tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

5.   Għal kuntratti kklerjati minn CCP, il-kontroparti għandha tirrapporta l-valwazzjoni tal-kuntratt ipprovduta mis-CCP skont il-kaxex 17 sa 20 fit-Tabella 1 tal-Anness.

6.   Għal kuntratti mhux ikklerjati minn CCP, il-kontroparti għandha tirrapporta, skont il-kaxex 17 sa 20 fit-Tabella 1 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, il-valwazzjoni tal-kuntratt imwettqa skont il-metodoloġija definita fl-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju nru 13 Kejl tal-Valur Ġust kif adottat mill-Unjoni u msemmi fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (*1).

(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).”"

(3)

għandu jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

Ammont nozzjonali

1.   L-ammont nozzjonali ta' kuntratt tad-derivattivi msemmi fil-kaxxa 20 fit-Tabella 2 tal-Anness għandu jiġi speċifikat kif ġej:

(a)

fil-każ ta' swaps, futuri u forwards negozjati f'unitajiet monetarji, l-ammont ta' referenza li minnu jiġu ddeterminati l-ħlasijiet kuntrattwali fis-swieq tad-derivattivi;

(b)

fil-każ ta' opzjonijiet ikkalkulati permezz tal-prezz tal-eżerċitar;

(c)

fil-każ ta' kuntratti finanzjarji għad-differenza u kuntratti ta' derivattivi marbuta ma' komoditajiet denominati f'unitajiet bħal bramel jew tunnellati, l-ammont li jirriżulta mill-kwantità bil-prezz rilevanti stabbilit fil-kuntratt;

(d)

fil-każ tal-kuntratti ta' derivattivi fejn l-ammont nozzjonali jiġi kkalkulat permezz tal-prezz tal-assi sottostanti u dan il-prezz ikun disponibbli biss meta jsir is-saldu, il-prezz tat-tmiem tal-ġurnata tal-assi sottostanti fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt.

2.   Ir-rapport inizjali ta' kuntratt ta' derivattivi li l-ammont nozzjonali tiegħu jvarja maż-żmien għandu jispeċifika l-ammont nozzjonali kif applikabbli fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt tad-derivattivi.”

(4)

L-Artikolu 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Reġistru tar-rapportar

Modifiki fid-dejta reġistrata għand ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandhom jinżammu f'reġistru li jidentifika l-persuna jew persuni li talbu l-modifika, inkluż ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet innifsu jekk applikabbli, ir-raġuni jew ir-raġunijiet għal tali modifika, data u kronogramma u deskrizzjoni ċara tal-bidliet, inkluż il-kontenut l-antik u l-ġdid tad-dejta rilevanti kif stabbilit fil-kaxxa 93 fit-Tabella 2 tal-Anness.”

(5)

l-Anness huwa sostitwit bit-test ippreżentat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Novembru 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 148/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 1)

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS

“ANNESS

Dettalji li għandhom jiġu rrapportati lil repożitorji tat-tranżazzjonijiet

Tabella 1

Dejta tal-Kontroparti

 

Kaxxa

Dettalji li għandhom jiġu rrapportati

 

Partijiet fil-kuntratt

 

1

Kronogramma tar-rapportar

Data u ħin tar-rapportar lir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet.

2

ID tal-Kontroparti li Tirrapporta

Kodiċi uniku li jidentifika lill-kontroparti fil-kuntratt li qed tirrapporta.

3

Tip ta' ID tal-Kontroparti l-oħra

Tip ta' kodiċi użat biex jidentifika lill-Kontroparti l-oħra.

4

ID tal-kontroparti l-oħra

Kodiċi uniku li jidentifika lill-kontroparti l-oħra tal-kuntratt.

Din il-kaxxa għandha timtela mill-perspettiva tal-kontroparti li tirrapporta. Fil-każ ta' individwu privat, għandu jintuża kodiċi tal-klijent b'mod konsistenti.

5

Pajjiż tal-Kontroparti l-oħra

Il-kodiċi tal-pajjiż fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-kontroparti l-oħra jew il-pajjiż tar-residenza f'każ li dik il-kontroparti l-oħra tkun persuna fiżika.

6

Settur korporattiv tal-kontroparti li tirrapporta.

Natura tal-attivitajiet tal-kumpanija tal-kontroparti li tirrapporta.

Jekk il-Kontroparti li Tirrapporta tkun Kontroparti Finanzjarja, din il-kaxxa għandu jkun fiha l-kodiċijiet meħtieġa kollha inklużi fit-Tassonomija għal Kontropartijiet Finanzjarji u li japplikaw għal dik il-Kontroparti.

Jekk il-Kontroparti li Tirrapporta tkun Kontroparti Mhux Finanzjarja, din il-kaxxa għandu jkun fiha l-kodiċijiet meħtieġa kollha inklużi fit-Tassonomija għal Kontropartijiet Mhux Finanzjarji u li japplikaw għal dik il-Kontroparti.

Meta tkun rappurtata aktar minn attività waħda, il-kodiċijiet għandhom jimtlew skont l-ordni tal-importanza relattiva tal-attivitajiet korrispondenti.

7

Natura tal-kontroparti li tirrapporta.

Indika jekk il-kontroparti li tirrapporta mhijiex CCP, kontroparti finanzjarja jew mhux finanzjarja jew tip ieħor ta' kontroparti skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 1 jew il-punti 1, 8 u 9 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

8

ID tas-sensar

Fil-każ li sensar jaġixxi bħala intermedjarju għall-kontroparti li tirrapporta mingħajr ma jsir kontroparti huwa stess, il-kontroparti li tirrapporta għandha tidentifika lil dan is-sensar b'kodiċi uniku.

9

ID tal-entità li qed tissottometti r-rapport

Fil-każ li l-kontoparti li tirrapporta tkun iddelegat is-sottomissjoni tar-rapport lil parti terza jew lill-kontroparti l-oħra, din l-entità għandha tiġi identifikata b'kodiċi uniku f'din il-kaxxa.

Inkella din il-kaxxa għandha titħalla vojta.

10

ID tal-membru li jikklerja

Fil-każ meta kuntratt tad-derivattivi jiġi kklerjat u l-kontroparti tar-rappurtar ma tkunx membru tal-ikklerjar hija stess, il-membru tal-ikklerjar li permezz tiegħu l-kuntratt tad-derivattivi jkun ikklerjat għandu jiġi identifikat f'din il-kaxxa b'kodiċi uniku.

11

Tip ta' ID tal-Benefiċjarju

Tip ta' kodiċi użat biex jidentifika lill-Benefiċjarji.

12

ID tal-Benefiċjarju

Il-parti soġġetta għad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt.

Meta t-tranżazzjoni titwettaq permezz ta' struttura, bħal trust jew fond, li tirrappreżenta għadd ta' benefiċjarji, dik l-istruttura għandha tkun identifikata bħala l-benefiċjarju.

Meta l-benefiċjarju tal-kuntratt ma jkunx kontroparti f'dan il-kuntratt, il-kontroparti tar-rapportar trid tidentifika lil dan il-benefiċjarju b'kodiċi uniku jew, fil-każ ta' individwu privat, b'kodiċi tal-klijent b'mod konsistenti kif assenjat mill-entità ġuridika użata mill-individwu privat.

13

Kapaċità tan-negozjar

Tidentifika jekk il-kontraparti li qed tirrapporta kkonkludietx il-kuntratt bħala awtur għan-nom tagħha stess (f'isimha stess jew f'isem klijent) jew bħala aġent għan-nom ta' klijent u f'ismu.

14

Naħa tal-kontroparti

Tidentifika jekk il-kontroparti li tirrapporta hijiex xerrej jew bejjiegħ.

15

B'rabta diretta ma' attività kummerċjali jew finanzjament tat-teżor

Informazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex oġġettivament miżurabbli bħala marbut direttament mal-attività kummerċjali jew mal-finanzjament tat-teżor tal-kontroparti li tirrapporta, kif imsemmi fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Dan il-kaxxa għandha titħalla vojta f'każ li l-kontroparti li tirrapporta tkun kontroparti finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

16

Limitu tal-ikklerjar

Informazzjoni dwar jekk il-kontroparti li tirrapporta hijiex qed taqbeż il-limitu tal-ikklerjar kif imsemmi fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Dan il-kaxxa għandha titħalla vojta f'każ li l-kontroparti li tirrapporta tkun kontroparti finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

17

Valur tal-kuntratt

Valwazzjoni skont is-suq tal-kuntratt, jew valwazzjoni skont mudell fejn applikabbli skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 648/2012. Il-valwazzjoni tas-CCP li trid tintuża għall-ikklerjar tan-negozju.

18

Munita tal-valur

Il-munita użata għall-valwazzjoni tal-kuntratt.

19

Kronogramma tal-valwazzjoni

Id-data u l-ħin tal-aħħar valwazzjoni Għal valwazzjoni skont is-suq għandhom jiġu rrappurtati d-data u l-ħin tal-pubblikazzjoni tal-prezzijiet ta' referenza.

20

Tip ta' valwazzjoni

Indika jekk il-valwazzjoni twettqitx skont il-valur tas-suq, skont mudell jew ġietx ipprovduta mis-CCP.

21

Kollateralizzazzjoni

Indika jekk jeżistix ftehim ta' kollateral bejn il-kontropartijiet.

22

Portafoll tal-kollateral

Jekk il-kollateralizzazzjoni twettqitx fuq bażi ta' portafoll.

Portafoll tfisser il-kollateral ikkalkulat fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet netti li jirriżultaw minn sett ta' kuntratti u mhux għal kull negozju.

23

Kodiċi tal-portafoll tal-kollateral

Jekk il-kollaterali jiġi rrapportat fuq bażi ta' portafoll, il-portafoll għandu jiġi identifikat b'kodiċi uniku determinat mill-kontroparti li tirrapporta.

24

Marġni inizjali depożitat

Il-valur tal-marġni inizjali li l-kontroparti li tirrapporta tkun iddepożitat għand il-kontroparti l-oħra.

Meta l-marġni inizjali jiġi ddepożitat fuq bażi ta' portafoll, din il-kaxxa għandha tinkludi l-valuri kumplessiv tal-marġni inizjali depożitat għall-portafoll.

25

Il-munita tal-marġni inizjali depożitat

Speċifika l-munita tal-marġni inizjali depożitat

26

Marġni tal-varjazzjoni depożitat

Il-valur tal-marġni tal-varjazzjoni depożitat, inkluż il-flus saldati, mill-kontroparti li tirrapporta lill-kontroparti l-oħra.

Meta l-marġni tal-varjazzjoni jiġi ddepożitat fuq bażi ta' portafoll, din il-kaxxa għandha tinkludi l-valur kumplessiv tal-marġni tal-varjazzjoni depożitat għall-portafoll.

27

Munita tal-marġni tal-varjazzjoni depożitat

Speċifika l-munita tal-marġni tal-varjazzjoni depożitat

28

Marġni inizjali riċevut

Il-valur tal-marġni inizjali riċevut mill-kontroparti li tirrapporta mingħand il-kontroparti l-oħra.

Meta l-marġni inizjali jiġi rċevut fuq bażi ta' portafoll, din il-kaxxa għandha tinkludi l-valur kumplessiv tal-marġni inizjali rċevut għall-portafoll.

29

Munita tal-marġni inizjali riċevut

Speċifika l-munita tal-marġni inizjali riċevut

30

Marġni tal-varjazzjoni riċevut

Il-valur tal-marġni tal-varjazzjoni riċevut, inkluż il-flus saldati, mill-kontroparti li tirrapporta mingħand il-kontroparti l-oħra.

Meta l-marġni tal-varjazzjoni jiġi rċevut fuq bażi ta' portafoll, din il-kaxxa għandha tinkludi l-valur kumplessiv tal-marġni tal-varjazzjoni rċevut għall-portafoll.

31

Munita tal-marġni tal-varjazzjoni riċevut

Speċifika l-munita tal-marġni ta' varjazzjoni riċevut

32

Kollateral tal-eċċess depożitat

Valur tal-kollateral depożitat f'eċċess tal-kollateral meħtieġ.

33

Munita tal-kollateral f'eċċess depożitat

Speċifika l-munita tal-kollateral eċċessiv depożitat.

34

Kollateral f'eċċess irċevut

Il-valur tal-kollateral irċevut f'eċċess ta' dak meħtieġ. Kollateral

35

Munita tal-kollateral f'eċċess irċevut

Speċifika l-munita tal-kollateral eċċessiv irċevut.


Tabella 2

Dejta Komuni

 

Kaxxa

Dettalji li għandhom jiġu rrapportati

Tipi applikabbli ta' kuntratti ta' derivattivi

 

Taqsima 2a — Tip ta' kuntratt

 

Il-kuntratti kollha

1

Tip ta' kuntratt

Kull kuntratt rappurtat għandu jiġi klassifikat skont it-tip tiegħu.

 

2

Klassi tal-assi

Kull kuntratt rappurtat għandu jiġi klassifikat skont il-klassi tal-assi li huwa bbażat fuqu.

 

 

Taqsima 2b — Informazzjoni dwar il-kuntratt

 

Il-kuntratti kollha

3

Tip ta' klassifikazzjoni tal-prodott

It-tip ta' klassifikazzjoni tal-prodott rilevanti.

 

4

Klassifikazzjoni tal-prodott

Għal prodotti identifikati permezz tan-Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN) jew tal-Identifikatur Alternattiv tal-Istrument (AII), għandu jkun speċifikat il-kodiċi tal-Klassifikazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarji (CFI).

Għal prodotti li għalihom mhumiex disponibbli ISIN jew AII, għandu jiġi speċifikat Identifikatur Uniku tal-Prodott (UPI) approvat. Sakemm jiġi approvat UPI dawk il-prodotti għandhom jiġu kklassifikati b'kodiċi CFI.

 

5

Tip ta' identifikazzjoni tal-prodott

It-tip ta' identifikazzjoni tal-prodott rilevanti.

 

6

Identifikazzjoni tal-prodott

Il-prodott għandu jiġi identifikat permezz ta' ISIN jew AII. L-AII għandu jintuża jekk prodott jiġi nnegozjat f'ċentru tan-negozjar kklassifikat bħala AII fir-reġistru ppubblikat fis-sit elettroniku tal-ESMA u stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 (2).

L-AII għandu jintuża biss sad-data tal-applikazzjoni tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

 

7

Tip ta' identifikazzjoni tas-sottostanti

It-tip ta' identifikazzjoni tas-sottostanti rilevanti.

 

8

Identifikazzjoni tas-sottostanti

Is-sottostanti dirett għandu jiġi identifikat bl-użu ta' identifikatur uniku għal dan is-sottostanti abbażi tat-tip tiegħu.

L-AII għandu jintuża biss sad-data tal-applikazzjoni tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Għal swaps tal-Inadempjenza ta' Kreditu, għandu jiġi pprovdut l-ISIN tal-obbligu ta' referenza.

Fil-każ ta' basktijiet magħmula, fost l-oħrajn, minn strumenti finanzjarji negozjati f'ċentru tan-negozjar, l-istrumenti finanzjarji nnegozjati f'ċentru tan-negozjar biss għandhom jiġu speċifikati.

 

9

Munita nozzjonali 1

Il-munita tal-ammont nozzjonali.

Fil-każ ta' kuntratt ta' derivattivi tar-rata tal-imgħax jew tal-munita, din tkun il-munita nozzjonali tas-segment 1.

 

10

Munita nozzjonali 2

Il-munita tal-ammont nozzjonali.

Fil-każ ta' kuntratt ta' derivattivi tar-rata tal-imgħax jew tal-munita, din tkun il-munita nozzjonali tas-segment 2.

 

11

Munita konsenjabbli

Il-munita li se tiġi kkonsenjata.

 

 

Taqsima 2c — Dettalji dwar it-tranżazzjoni

 

Il-kuntratti kollha

12

ID tan-negozjar

Sakemm isir disponibbli UTI, ID Uniku tan-Negozjar miftiehem mal-kontroparti l-oħra.

 

13

In-numru tal-intraċċar tar-rapport

Numru uniku għall-grupp ta' rapporti li jikkonċernaw l-istess eżekuzzjoni ta' kuntratt ta' derivattivi.

 

14

ID tal-komponent tan-negozjar kumpless

Identifikatur, intern tad-ditta li tirrapporta, biex jidentifika u jorbot ir-rapporti kollha relatati mal-istess kuntratt ta' derivattivi magħmul minn taħlita ta' kuntratti ta' derivattivi. Il-kodiċi jrid ikun uniku fil-livell tal-kontroparti għall-grupp tar-rapporti ta' tranżazzjonijiet li jirriżultaw mill-kuntratt ta' derivattivi.

Din il-kaxxa hija applikabbli biss meta ditta teżegwixxi kuntratt ta' derivattivi magħmul minn żewġ kuntratti ta' derivattivi jew aktar u meta dan il-kuntratt ma jkunx jista' jiġi rapportat b'mod xieraq f'rapport wieħed.

 

15

Ċentru tal-eżekuzzjoni

Iċ-ċentru tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi għandu jiġi identifikat b'kodiċi uniku għal dan iċ-ċentru.

Meta kuntratt ikun ġie konkluż OTC u l-istrument rispettiv ikun ammess għan-negozjar jew innegozjat f'ċentru tan-negozjar, għandu jintuża l-kodiċi MIC “XOFF”.

Meta kuntratt ikun ġie konkluż OTC u l-istrument rispettiv ma jkunx ammess għan-negozjar jew innegozjat f'ċentru tan-negozjar, għandu jintuża l-kodiċi MIC “XXXX”.

 

16

Kompressjoni

Tidentifika jekk il-kuntratt jirriżultax minn operazzjoni ta' kompressjoni, kif definit fl-Artikolu 2(1) 47 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

 

17

Prezz/rata

Il-prezz għal kull derivattiv ħlief, fejn applikabbli, il-kummissjoni u l-imgħax dovuti.

 

18

Notazzjoni tal-prezz

Il-mod li bih huwa espress il-prezz.

 

19

Munita tal-prezz

Il-munita li fiha jkun denominat il-Prezz/ir-rata.

 

20

Nozzjonali

L-ammont ta' referenza li minnu jiġu determinati l-ħlasijiet kuntrattwali. F'każ ta' terminazzjonijiet parzjali, amortizzamenti u fil-każ ta' kuntratti fejn in-nozzjonali, minħabba l-karatteristiċi tal-kuntratt, ivarja maż-żmien, din tirrifletti n-nozzjonali li jifdal wara li tkun saret il-bidla.

 

21

Multiplikatur tal-prezz

L-għadd ta' unitajiet tal-istrument finanzjarju li jkunu inklużi f'lot ta' negozjar; pereżempju, l-għadd ta' derivattivi rappreżentati mill-kuntratt.

 

22

Kwantità

L-għadd ta' kuntratti inklużi fir-rapport.

Għal imħatri fuq il-firxiet, il-kwantità għandha tkun il-valur monetarju milgħub għal kull punt ta' moviment fl-istrument finanzjarju sottostanti dirett.

 

23

Pagament bil-quddiem

L-ammont ta' kwalunkwe pagament bil-quddiem li tkun għamlet jew irċeviet il-kontroparti tar-rapportar.

 

24

Tip ta' konsenja

Tindika jekk il-kuntratt humiex saldat fiżikament jew fi flus.

 

25

Kronogramma tal-eżekuzzjoni

Data u ħin ta' meta ġie eżegwit il-kuntratt.

 

26

Data effettiva

Data meta jidħlu fis-seħħ l-obbligi skont il-kuntratt.

 

27

Data tal-maturità

Data oriġinali tal-iskadenza tal-kuntratt rapportat.

Terminazzjoni bikrija ma għandhiex tiġi rrapportata f'din il-kaxxa.

 

28

Data tat-terminazzjoni

Data tat-terminazzjoni fil-każ ta' terminazzjoni bikrija ta' kuntratt rappurtat.

 

29

Data tas-saldu

Data tas-saldu tas-sottostanti.

Jekk ikun hemm iżjed minn waħda, tista' tintuża aktar minn kaxxa waħda.

 

30

Tip ta' Ftehim Prinċipali

Referenza għal kwalunkwe ftehim prinċipali, jekk jeżistu (pereż. Ftehim Prinċipali ISDA; Ftehim Prinċipali tax-Xiri u l-Bejgħ tal-Enerġija; Ftehim Prinċipali ForEx Internazzjonali; Ftehim Prinċipali Ewropew jew kwalunkwe Ftehim Prinċipali lokali).

 

31

Verżjoni tal-Ftehim Prinċipali

Referenza għas-sena tal-verżjoni tal-ftehim prinċipali użata għan-negozju rapportat, jekk applikabbli (pereż. 1992, 2002, eċċ.).

 

 

Taqsima 2d — Mitigazzjoni tar-riskju/Rappurtar

 

Il-kuntratti kollha

32

Kronogramma tal-konferma

Id-data u l-ħin tal-konferma, kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 (4).

 

33

Mezzi tal-konferma

Jekk il-kuntratt ġiex ikkonfermat elettronikament, mhux elettronikament jew għadu ma ġiex ikkonfermat.

 

 

Taqsima 2e — Ikklerjar

 

Il-kuntratti kollha

34

Obbligu tal-ikklerjar

Tindika, jekk il-kuntratt rapportat jappartjenix għal klassi ta' derivattivi OTC li kienu ġew iddikjarati soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar u fejn iż-żewġ kontropartijiet tal-kuntratt huma soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, fil-mument tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

 

35

Ikklerjat

Tindika jekk l-ikklerjar seħħx.

 

36

Kronogramma tal-ikklerjar

Ħin u data meta seħħ l-ikklerjar.

 

37

CCP

F'każ ta' kuntratt li ġie kklerjat, il-kodiċi uniku tas-CCP li kklerja l-kuntratt.

 

38

Intragrupp

Jindika jekk il-kuntratt ġiex iffirmat bħala tranżazzjoni intragrupp, kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

 

 

Taqsima 2f — Rati tal-imgħax

 

Derivattivi tar-rati tal-imgħax

39

Rata fissa tas-segment 1

Indikazzjoni tar-rata fissa tas-segment 1 użata, jekk applikabbli.

 

40

Rata fissa tas-segment 2

Indikazzjoni tar-rata fissa tas-segment 2 użata, jekk applikabbli.

 

41

Għadd ta' jiem b'rata fissa tas-segment 1

L-għadd ta' ġranet reali fil-perjodu tal-kalkolu tal-pagatur b'rata fissa rilevanti tas-segment 1, jekk applikabbli.

 

42

Għadd ta' jiem b'rata fissa tas-segment 2

L-għadd ta' ġranet reali fil-perjodu tal-kalkolu tal-pagatur b'rata fissa rilevanti tas-segment 2, jekk applikabbli.

 

43

Frekwenza tal-pagamenti b'rata fissa tas-segment 1 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti għar-rata fissa tas-segment 1, jekk applikabbli.

 

44

Frekwenza ta' pagamenti b'rata fissa tas-segment 1 — multiplikatur

Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata fissa tas-segment 1, jekk applikabbli.

 

45

Frekwenza tal-pagamenti b'rata fissa tas-segment 2 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata fissa tas-segment 2, jekk applikabbli.

 

46

Frekwenza ta' pagamenti b'rata fissa tas-segment 2 — multiplikatur

Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata fissa tas-segment 2, jekk applikabbli.

 

47

Frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 1 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 1, jekk applikabbli.

 

48

Frekwenza ta' pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 1 — multiplikatur

Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 1, jekk applikabbli.

 

49

Frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 2 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 2, jekk applikabbli.

 

50

Frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 2 — multiplikatur

Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 2, jekk applikabbli.

 

51

Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 1 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tar-rata varjabbli tas-segment 1, jekk applikabbli.

 

52

Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 1 — multiplikatur

Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tar-rata varjabbli tas-segment 1, jekk applikabbli.

 

53

Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 2 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien tal-frekwenza tar-rata varjabbli tas-segment 2, jekk applikabbli.

 

54

Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 2 — multiplikatur

Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-frekwenza tar-rata varjabbli tas-segment 2, jekk applikabbli.

 

55

Rata varjabbli tas-segment 1

Indikazzjoni tar-rati tal-imgħax użati li jiġu risettjati f'intervalli predeterminati b'referenza għal rata ta' referenza tas-suq, jekk applikabbli.

 

56

Perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli tas-segment 1 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza għar-rata varjabbli tas-segment 1.

 

57

Il-perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli tas-segment 1 — multiplikatur

Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza għar-rata varjabbli tas-segment 1.

 

58

Rata varjabbli tas-segment 2

Indikazzjoni tar-rati tal-imgħax użati li jiġu risettjati f'intervalli predeterminati b'referenza għar-rata ta' referenza tas-suq, jekk applikabbli.

 

59

Perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli tas-segment 2 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza għar-rata varjabbli tas-segment 2.

 

60

Il-perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli tas-segment 2 — multiplikatur

Il-multiplikatur tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza għar-rata varjabbli tas-segment 2.

 

 

Taqsima 2 g — Kambju

 

Derivattivi tal-munita

61

Munita 2 tal-konsenja

Il-kontro munita, jekk differenti mill-munita tal-konsenja.

 

62

Rata 1 tal-kambju

Ir-rata tal-kambju fid-data u l-ħin ta' meta ġie konkluż il-kuntratt. Din għandha tiġi espressa bħala prezz ta' munita bażi fil-munita kwotata.

 

63

Rata tal-kambju forward

Ir-rata tal-kambju forward kif miftiehem bejn il-kontropartijiet fil-ftehim kuntrattwali. Din għandha tkun espressa bħala prezz ta' munita bażi fil-munita kwotata.

 

64

Bażi tar-rata tal-kambju

Bażi tal-kwotazzjoni għar-rata tal-kambju.

 

 

Taqsima 2h — Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet

 

Derivattivi tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet

 

Ġenerali

 

 

65

Bażi tal-komodità

Tindika t-tip ta' komodità sottostanti l-kuntratt.

 

66

Dettalji tal-komodità

Id-dettalji tal-komodità partikolari lil hinn mill-kaxxa 65.

 

 

Enerġija

Il-kaxex 67–77 japplikaw biss għal kuntratti tad-derivattivi relatati mal-gass naturali u mal-elettriku konsenjati fl-Unjoni.

 

67

Post jew żona tal-konsenja

Punt(i) tal-konsenja taż-żona/i tas-suq.

 

68

Punt ta' Interkonnessjoni

Identifikazzjoni tal-fruntiera/i jew punt(i) tul il-fruntiera/i ta' kuntratt ta' trasport.

 

69

Tip ta' tagħbija

Identifikazzjoni tal-profil tal-konsenja.

 

 

Taqsima repetibbli tal-kaxex 70 — 77

 

 

70

Intervalli tal-konsenja tat-tagħbija

L-intervall ta' ħin għal kull blokka jew għamla.

 

71

Data u ħin ta' meta tibda l-konsenja

Id-data u l-ħin tal-bidu tal-konsenja.

 

72

Data u ħin tat-tmiem tal-konsenja

Id-data u l-ħin ta' meta tispiċċa l-konsenja.

 

73

Tul ta' żmien

Kemm iddum il-konsenja.

 

74

Jiem tal-Ġimgħa

Il-jiem tal-ġimgħa tal-konsenja

 

75

Kapaċità tal-konsenja

Il-kapaċità tal-konsenja għal kull intervall ta' konsenja speċifikat fil-kaxxa 70.

 

76

Unità tal-Kwantità

Kwantità ta' kuljum jew ta' kull siegħa f'MWh jew kWh/d li tikkorrispondi għall-komodità sottostanti.

 

77

Prezz tal-kwantitajiet skont intervall tal-ħin

Jekk japplika, il-prezz għal kull kwantità għal kull intervall ta' żmien tal-konsenja.

 

 

Taqsima 2i — Opzjonijiet

 

Kuntratti li fihom opzjoni

78

Tip ta' opzjoni

Indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt tad-derivattivi huwiex eżerċitabbli (dritt ta' xiri ta' assi sottostanti speċifiċi) jew huwiex put (dritt ta' bejgħ ta' assi sottostanti speċifiċi), jew jekk jistax jiġi ddeterminat huwiex eżerċitabbli jew put fil-ħin tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi.

F'każ ta' swapzjonijiet:

“Put”, fil-każ ta' swapzjoni tar-riċevitur, fejn ix-xerrej ikollu dritt li jidħol fi swap bħala riċevitur b'rata fissa;

“Eżerċitabbli”, fil-każ ta' swapzjonijiet tal-pagatur, fejn ix-xerrej ikollu d-dritt li jidħol fi swap bħala pagatur b'rata fissa.

F'każ ta' Limiti massimi u Limiti minimi:

“Put”, fil-każ ta' Limitu minimu;

“Eżerċitabbli”, fil-każ ta' Limitu massimu.

 

79

Stil tal-eżerċizzju tal-opzjoni

Tindika jekk l-opzjoni tistax tiġi eżerċitata biss f'data fissa (stil Ewropew u Ażjatiku), f'sensiela ta' dati speċifikati minn qabel (Bermudan) jew fi kwalunkwe ħin matul il-ħajja tal-kuntratt (Stil Amerikan).

 

80

Prezz tal-eżerċitar (rata massima/minima)

Il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni.

 

81

Notazzjoni tal-prezz tal-eżerċitar

Il-mod li bih jiġi espress il-prezz.

 

82

Data tal-maturità tas-sottostanti

F'każ ta' swapzjonijiet, id-data tal-maturità tal-iswap sottostanti.

 

 

Taqsima 2j — Derivattivi ta' kreditu

 

 

83

Superjorità

Informazzjoni dwar is-superjorità f'każ ta' kuntratt fuq indiċi jew fuq entità b'isem wieħed.

 

84

Entità ta' referenza

Identifikazzjoni tal-entità ta' referenza sottostanti.

 

85

Frekwenza tal-pagamenti

Il-frekwenza tal-pagamenti tar-rata tal-imgħax jew tal-kupun.

 

86

Bażi tal-kalkolu

Il-bażi tal-kalkolu tar-rata tal-imgħax.

 

87

Serje

In-numru tas-serje tal-kompożizzjoni tal-indiċi jekk applikabbli.

 

88

Verżjoni

Verżjoni ġdida ta' serje tinħareġ jekk wieħed mill-kostitwenti isir inadempjenti u l-indiċi jkollu jiġi ponderat mill-ġdid biex jitqies l-għadd il-ġdid tal-kostitwenti totali fl-indiċi.

 

89

Fattur tal-indiċi

Il-fattur li għandu jiġi applikat lin-Nozzjonali (Kaxxa 20) biex jaġġustah għall-eventi ta' kreditu kollha preċedenti f'dik serje tal-indiċi.

Iċ-ċifra tvarja bejn 0 u 100.

 

90

Segment

Indikazzjoni dwar jekk kuntratt tad-derivattivi huwiex segmentat.

 

91

Punt tal-attakkament

Il-punt li fih it-telf fil-pula se jintrabat ma' segment partikolari.

 

92

Punt tal-attakkament

Il-punt li lil hinn minnu t-telf ma jaffettwax is-segment partikolari.

 

 

Taqsima 2k — Modifiki fil-kuntratt

 

 

93

Tip ta' azzjoni

Jekk ir-rapport fihx:

kuntratt ta' derivattivi għall-ewwel darba, f'liema każ se jiġi identifikat bħala “ġdid”;

modifika fit-termini jew id-dettalji ta' kuntratt ta' derivattivi rapportat preċedentament, imma mhux korrezzjoni ta' rapport, f'liema każ jiġi identifikat bħala “modifika”; Dan jinkludi aġġornament għal rapport preċedenti li qed juri pożizzjoni sabiex jirrifletti negozjar ġdid inkluż f'dik il-pożizzjoni;

kanċellazzjoni ta' rapport sħiħ sottomess ħażin f'każ li l-kuntratt qatt ma daħal fis-seħħ jew ma kienx suġġett għar-rekwiżiti tar-rappurtar tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 iżda ġie rappurtat lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet bi żball, f'liema każ jiġi identifikat bħala “żball”;

terminazzjoni bikrija ta' kuntratt eżistenti, f'liema każ jiġi identifikat bħala “terminazzjoni bikrija”;

rapport sottomess preċedentament kien fih kaxex żbaljati ta' dejta, f'liema każ ir-rapport li jikkorreġi l-kaxex żbaljati tad-dejta tar-rapport preċedenti għandu jiġi identifikat bħala “korrezzjoni”;

kompressjoni tal-kuntratt rapportat, f'liema każ jiġi identifikat bħala “kompressjoni”;

aġġornament ta' valwazzjoni ta' kuntratt jew ta' kollateral, f'liema każ jiġi identifikat bħala “aġġornament tal-valwazzjoni”;

kuntratt ta' derivattivi li għandu jiġi rappurtat bħala negozju ġdid u inkluż ukoll f'rapport ta' pożizzjoni separat fl-istess ġurnata, f'liema każ se jiġi identifikat bħala “komponent ta' pożizzjoni”. Dan il-valur ikun ekwivalenti għal rappurtar ta' negozjar ġdid segwit b'aġġornament għal dak ir-rapport li jurih bħala kompress.

 

94

Livell

Indikazzjoni dwar jekk ir-rapport qigħedx isir fuq livell ta' negozjar jew ta' pożizzjoni.

Rapport fil-livell ta' pożizzjoni jista' jintuża biss bħala suppliment għal rapportar fil-livell ta' negozjar biex jirrappurta eventi ta' wara n-negozjar u biss jekk in-negozji individwali fi prodotti funġibbli ġew sostitwiti minn din il-pożizzjoni.

 


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1287/2006 tal-Kummissjoni tal-10 ta' Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta' investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012(ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 11).”


21.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/105

tad-19 ta' Ottubru 2016

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1247/2012 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 9(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012 (2) jipprevedi l-użu ta' identifikatur interim tal-entità meta ma jkunx disponibbli identifikatur ta' entità ġuridika. Għadha kif saret disponibbli infrastruttura li tippermetti l-attribuzzjoni ta' identifikaturi ta' entità ġuridika għall-entitajiet, u l-parteċipanti fis-suq saru familjari mal-użu ta' dawn l-identifikaturi ta' entità ġuridika. Għalhekk, l-identifikaturi tal-entitajiet ġuridiċi issa għandhom ikunu l-uniku mezz permess għall-fini tal-identifikazzjoni tal-entitajiet ġuridiċi.

(2)

Id-determinazzjoni ta' jekk il-kontroparti li tirrapporta hijiex ix-xerrej jew il-bejjiegħ f'kuntratt hija partikolarment kumplessa f'każ ta' kuntratti ta' derivattivi swap għax dawn il-kuntratti jinvolvu t-tpartit ta' istrumenti finanzjarji bejn il-partijiet. Għaldaqstant, għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi sabiex tiġi żgurata d-determinazzjoni preċiża u konsistenti ta' min huwa x-xerrej u min huwa l-bejjiegħ f'kuntratti ta' derivattivi swap.

(3)

Sabiex jiġu ddeterminati l-iskoperturi reali tal-kontropartijiet, l-awtoritajiet kompetenti jitolbu informazzjoni kompleta u preċiża dwar il-kollateral impartat bejn il-kontropartijiet. Għaldaqstant għandhom jiġu ddeterminati regoli speċifiċi li jiżguraw approċċ konsistenti fir-rigward tar-rapportar tal-kollateralizzazzjoni għal kuntratt jew portafoll speċifiku ta' derivattivi.

(4)

Il-klassifikazzjoni eżatta u l-identifikazzjoni preċiża tad-derivattivi hija essenzjali għall-użu effiċjenti tad-dejta u għall-aggregazzjoni utli tad-dejta bejn ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, u għalhekk tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja stabbilit mill-Istudju tal-Vijabbiltà dwar l-Aggregazzjoni tad-Dejta tar-Repożitorji tat-Tranżazzjonijiet dwar id-Derivattivi OTC (3) ppublikat fid-19 ta' Settembru 2014. Ir-rekwiżiti tar-rappurtar marbuta mal-klassifikazzjoni u l-identifikazzjoni tad-derivattivi għandhom għalhekk jiġu emendati sabiex din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti kollha kemm hi.

(5)

Sabiex takkomoda għar-rapportar ta' tipi ġodda ta' kuntratti tad-derivattivi li, bis-saħħa tal-innovazzjoni finanzjarja, ikunu saru disponibbli u nnegozjati b'mod frekwenti, l-iswapzjonijiet u l-imħatri fuq il-firxiet għandhom jiżdiedu mal-lista tal-klassijiet ta' kuntratti tad-derivattivi. B'mod usa', minħabba li l-innovazzjoni finanzjarja kontinwa twassal għal tipi ġodda ta' kuntratti tad-derivattivi, huwa importanti li jiġi żgurat li kull tip ġdid ta' kuntratt ta' derivattivi li ma jaqax fil-klassifikazzjoni eżistenti xorta waħda jkun jista' jiġi rrapportat. Għalhekk, huwa xieraq li tinżamm fil-kategorija “oħrajn” fil-klassifikazzjoni tat-tipi tal-kuntratti tad-derivattivi.

(6)

Meta żewġ kontropartijiet ma jkunux jistgħu jaqblu dwar min minnhom għandu jiġġenera identifikatur uniku tat-tranżazzjoni matul iż-żmien previst għar-rappurtar, l-identifikazzjoni u l-assoċjazzjoni korretti taż-żewġ rapporti li jikkonċernaw lill-istess tranżazzjoni jista' ma jkunux possibbli. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji għall-ġenerazzjoni ta' identifikaturi uniċi tat-tranżazzjonijiet sabiex jiġi evitat li l-istess tranżazzjoni tintgħadd darbtejn.

(7)

Il-kontropartijiet jistgħu jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet sinifikanti biex jiksbu l-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward ta' tranżazzjonijiet li ġew mitmuma qabel id-data tal-bidu għar-rapportar. Meta wieħed iqis il-kumplessità li tirriżulta tar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet mitmuma u l-fatt li dawn it-tranżazzjonijiet ma jkabbrux ir-riskju sistemiku, il-perjodu għar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet mitmuma għandu jiġi estiż minn tliet snin għal ħames snin mid-data tal-bidu għar-rappurtar.

(8)

Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni sħiħa tad-dejta rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet u b'hekk tkun tista' tiġi interpretata u aggregata b'mod konsistenti, għandhom jiġu ċċarati l-istandards u l-formati li għandhom jintużaw fir-rapporti tat-tranżazzjonijiet. Huwa xieraq ukoll li jiġu emendati r-rekwiżiti tar-rapportar fir-rigward tal-formati tad-dejta. Il-kontropartijiet u r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għandhom għalhekk jingħataw biżżejjed żmien biex jieħdu kull azzjoni meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti emendati.

(9)

Għalhekk ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1247/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-ESMA) lill-Kummissjoni.

(11)

Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar dan l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 ta' dak ir-Regolament.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1247/2012 jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Identifikazzjoni tal-kontropartijiet u l-entitajiet oħra

Rapport għandu juża identifikatur ta' entità ġuridika biex jidentifika:

(a)

benefiċjarju li huwa entità ġuridika;

(b)

entità sensar;

(c)

kontroparti ċentrali;

(d)

membru tal-ikklerjar;

(e)

kontroparti li hija entità ġuridika;

(f)

entità li tissottometti.”

(2)

L-Artikoli 3a u 3b li ġejjin għandhom jiddaħħlu:

“Artikolu 3a

In-naħa tal-kontroparti

1.   In-naħa tal-kontroparti fil-kuntratt tad-derivattivi msemmija fil-Kaxxa 14 tat-Tabella 1 tal-Anness għandha tiġi ddeterminata skont il-paragrafi minn 2 sa 10.

2.   Fil-każ ta' opzjonijiet u swapzjonijiet, il-kontroparti li jkollha d-dritt teżerċita l-opzjoni għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej, u l-kontroparti li tbigħ l-opzjoni u li tirċievi primjum għandha tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ.

3.   Fil-każ ta' futures u forwards għajr futures u forwards marbuta ma' muniti, il-kontroparti li tixtri l-istrument għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej u l-kontroparti li tbigħ l-istrument għandha tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ.

4.   Fil-każ ta' swaps marbuta ma' titoli, il-kontroparti li ġġorr ir-riskju taċ-ċaqliq fil-prezz tat-titolu sottostanti u li tirċievi l-ammont tat-titolu għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej u l-kontroparti li tħallas l-ammont tat-titolu għandha tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ.

5.   Fil-każ ta' swaps marbuta mar-rati tal-imgħax jew ma' indiċijiet tal-inflazzjoni, il-kontroparti li tħallas ir-rata fissa għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej u l-kontroparti li tirċievi r-rata fissa għandha tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ. Fil-każ ta' swaps bażi, il-kontroparti li tħallas l-firxa għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej u l-kontroparti li tirċievi l-firxa għandha tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ.

6.   Fil-każ ta' swaps bejn il-muniti u swaps u forwards relatati ma' muniti, il-kontroparti li tirċievi l-munita li tiġi l-ewwel meta rranġati alfabetikament skont l-istandard tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO 4217) għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej u l-kontroparti li tforni dik il-munita għandha tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ.

7.   Fil-każ ta' swaps marbuta ma' dividendi, il-kontroparti li tirċievi l-ekwivalenti tal-pagamenti tad-dividendi reali għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej u l-kontroparti li tħallas id-dividend u li tirċievi r-rata fissa għandha tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ.

8.   Bl-eċċezzjoni tal-opzjonijiet u s-swapzjonijiet, fil-każ ta' strumenti derivattivi għat-trasferiment ta' riskju ta' kreditu, il-kontroparti li tixtri l-protezzjoni għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej u l-kontroparti li tbigħ il-protezzjoni għandha tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ.

9.   Fil-każ ta' kuntratti ta' derivattivi marbuta ma' komoditajiet, il-kontroparti li tirċievi l-komodità speċifikata fir-rapport għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej u l-kontroparti li tforni l-komodità tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ.

10.   Fil-każ ta' ftehimiet ta' rata forward, il-kontroparti li tħallas ir-rata fissa għandha tiġi identifikata bħala x-xerrej u l-kontroparti li tirċievi r-rata fissa għandha tiġi identifikata bħala l-bejjiegħ.

Artikolu 3b

Kollateralizzazzjoni

1.   It-tip ta' kollateralizzazzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi msemmija fil-Kaxxa 21 tat-Tabella 1 tal-Anness għandu jiġi identifikat mill-kontroparti li tirrapporta skont il-paragrafi minn 2 sa 5.

2.   Fejn ma jkunx jeżisti ftehim ta' kollateral bejn il-kontropartijiet jew fejn il-ftehim tal-kollateral bejn il-kontropartijiet jistipula li l-kontroparti li tirrapporta la tiddepożita marġni inizjali u lanqas marġini ta' varjazzjoni fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi, it-tip ta' kollateralizzazzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi għandu jiġu identifikat bħala mhux kollateralizzat;

3.   Meta l-ftehim tal-kollateral bejn il-kontropartijiet jistipula li l-kontroparti li tirrapporta tiddepożita biss il-marġnijiet regolatorji tal-varjazzjoni marbuta mal-kuntratt tad-derivattivi, it-tip ta' kollateralizzazzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi għandu jiġi identifikat bħala parzjalment kollateralizzat;

4.   Meta l-ftehim tal-kollateral bejn il-kontropartijiet jistipula li l-kontroparti li tirrapporta tiddepożita l-marġni inizjali u l-marġnijiet regolatorji tal-varjazzjoni u li l-kontraparti l-oħra jew tiddepożita biss il-marġnijiet tal-varjazzjoni jew ma tiddepożita l-ebda marġni fir-rigward tal-kuntratt ta' derivattivi, it-tip ta' kollateralizzazzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi għandu jiġu identifikat bħala kollateralizzat f'direzzjoni waħda;

5.   Meta l-ftehim tal-kollateral bejn il-kontropartijiet jistipula li ż-żewġ kontropartijiet jiddepożitaw marġni inizzjali u l-marġnijiet regolatorji tal-varjazzjoni fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi, it-tip ta' kollateralizzazzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi għandu jiġi identifikat bħala kollateralizzat fis-sħiħ.”

(3)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

L-ispeċifikazzjoni, l-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tad-derivattivi

1.   Rapport għandu jispeċifika derivattiv fuq il-bażi tat-tip tal-kuntratt u fuq il-klassi tal-assi skont il-paragrafi 2 u 3.

2.   Id-derivattiv għandu jiġi speċifikat fil-Kaxxa 1 tat-Tabella 2 tal-Anness bħala wieħed minn dawn it-tipi ta' kuntratti:

(a)

kuntratt finanzjarju għad-differenza;

(b)

ftehim ta' rata forward;

(c)

forward;

(d)

futur;

(e)

opzjoni;

(f)

imħatra fuq il-firxa;

(g)

swap;

(h)

Swapzjoni;

(i)

oħrajn.

3.   Id-derivattiv għandu jiġi speċifikat fil-Kaxxa 2 tat-Tabella 2 tal-Anness bħala waħda minn dawn il-klassijiet ta' assi:

(a)

komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet;

(b)

kreditu;

(c)

munita;

(d)

ekwità;

(e)

rata tal-imgħax.

4.   Meta derivattivi ma jaqgħux taħt waħda mill-klassijiet tal-assi speċifikati fil-paragrafu 3, il-kontropartijiet għandhom jispeċifikaw fir-rapport il-klassi tal-assi li l-iktar tixbaħ lid-derivattiv. Iż-żewġ kontropartijiet għandhom jispeċifikaw l-istess klassi ta' assi.

5.   Id-derivattivi għandu jiġi identifikat fil-Kaxxa 6 tat-Tabella 2 tal-Anness permezz ta' dawn, fejn disponibbli:

(a)

kodiċi tan-Numru Internazzjonali tal-Identifikazzjoni tat-Titoli ISO 6166 (ISIN) jew kodiċi tal-Identifikatur Alternattiv tal-Istrument (AII), kif applikabbli, sad-data tal-applikazzjoni tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

(b)

ISIN mid-data tal-applikazzjoni tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Meta jintuża kodiċi AII, għandu jituża l-kodiċi AII sħiħ.

6.   Il-kodiċi AII sħiħ imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jkun ir-riżultat ta' tagħqida ta' dawn is-sitt elementi:

(a)

Il-Kodiċi tal-Identifikatur tas-Suq (MIC) ISO 10383 taċ-ċentru tan-negozjar fejn jiġi nnegozjat id-derivattiv, speċifikat b'erba' 4 karattri alfanumeriċi;

(b)

Il-kodiċi, li huwa assenjat miċ-ċentru tan-negozjar, esklussivament assoċjat ma' strument sottostanti partikolari u mat-tip tas-saldu u karatteristiċi oħra tal-kuntratt, speċifikat permezz ta' massimu ta' 12-il karattru alfanumeriku;

(c)

karattru wieħed li jidentifika jekk l-istrument huwiex opzjoni jew futur, speċifikat bħala “O” meta jkun opzjoni u bħala “F” meta jkun futur;

(d)

karattru wieħed li jidentifika jekk l-opzjoni tkunx put jew eżerċitabbli, speċifikat bħala “P” meta tkun opzjoni put u bħala “C” meta opzjoni eżerċitabbli; meta l-istrument ikun ġie identifikat bħala futur skont il-punt (c), għandu jkun speċifikat bħala “F”;

(e)

id-data tal-eżerċizzju jew id-data tal-maturità ta' kuntratt tad-derivattivi speċifikata bl-istandard ISO 8601 YYYY-MM-DD;

(f)

il-prezz tal-eżerċitar ta' opzjoni, speċifikat bl-użu ta' sa 19-il ċifra li jinkludu sa ħames deċimali, mingħajr żeri fil-bidu jew fl-aħħar. Bħala separatur deċimali għandu jintuża l-punt deċimali. Valuri negattivi mhumiex permessi. Meta l-istrument ikun futur, il-prezz tal-eżerċitar għandu jimtela b'żero.

7.   Id-derivattiv għandu jkun jikklassifikat fil-Kaxxa 4 tat-Tabella 2 tal-Anness permezz tal-kodiċi tal-Klassifikazzjoni ISO 10692 tal-Istrumenti Finanzjarji (CFI) għall-prodotti identifikati bil-kodiċi ISO 6166 ISIN jew bil-kodiċi AII.

8.   Derivattivi li għalihom ma hemmx disponibbli kodiċi ISO 6166 ISIN jew kodiċi AII għandhom jiġu kklassifikati permezz ta' kodiċi magħżul għalihom. Dan il-kodiċi għandu jkun:

(a)

uniku;

(b)

newtrali;

(c)

affidabbli;

(d)

sors miftuħ;

(e)

skalabbli;

(f)

aċċessibbli;

(g)

disponibbli b'kost raġonevoli;

(h)

suġġett għal qafas ta' governanza xierqa.

9.   Sakemm il-kodiċi msemmi fil-paragrafu 8 jiġi approvat mill-ESMA, derivattivi li għalihom mhuwiex disponibbli kodiċi ISO 6166 ISIN jew kodiċi AII għandhom jiġu kklassifikati permezz ta' kodiċi ISO 10692 CFI.

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).”"

(4)

Jiddaħħlu l-Artikoli 4a u 4b li ġejjin:

“Artikolu 4a

Identifikaturi Uniċi tan-Negozjar

1.   Rapport għandu jiġi identifikat permezz ta' identifikatur uniku u globali tan-negozjar approvat mill-ESMA jew, fin-nuqqas tiegħu, permezz ta' identifikatur uniku tan-negozjar miftiehem bejn il-kontropartijiet.

2.   Meta l-kontropartijiet jonqsu milli jiftiehmu dwar liema hi l-entità responsabbli biex tiġġenera l-identifikatur uniku tan-negozjar li għandu jiġi assenjat lir-rapport, il-kontropartijiet għandhom jiddeterminaw l-entità responsabbli biex tiġġenera l-identifikatur uniku tan-negozjar skont dan li ġej:

(a)

għal negozjar eżekwit u kklerjat ċentralment, l-identifikatur uniku tan-negozjar għandu jkun iġġenerat fil-punt tal-ikklerjar mill-kontroparti ċentrali (CCP) għal membru tal-ikklerjar. Identifikatur uniku tan-negozjar ieħor għandu jiġi ġġenerati mill-membru tal-ikklerjar tal-kontroparti tiegħu;

(b)

għal negozjar eżekwit ċentralment iżda mhux ikklerjat ċentralment, l-identifikatur uniku tan-negozjar għandu jiġi ġġenerat miċ-ċentru tan-negozjar tal-eżekuzzjoni għall-membri tiegħu;

(c)

għal negozjar ikkonfermat u kklerjat ċentralment, l-identifikatur uniku tan-negozjar għandu jiġi ġġenerat fil-punt tal-ikklerjar mis-CCP għal membru tal-ikklerjar. Identifikatur uniku tan-negozjar ieħor għandu jiġi ġġenerati mill-membru tal-ikklerjar tal-kontroparti tiegħu;

(d)

għal negozjar li kien konfermat ċentralment b'mezzi elettroniċi, iżda li ma ġiex ikklerjat ċentralment, l-identifikatur uniku tan-negozjar għandu jiġi ġġenerat mill-pjattaforma tal-konferma tan-negozjar fil-punt tal-konferma;

(e)

għan-negozjar l-ieħor kollu minbarra dak imsemmi fil-punti (a) sa (d), għandu japplika dan li ġej:

(i)

fejn il-kontropartijiet finanzjarji jinnegozjaw ma' kontropartijiet mhux finanzjarji, il-kontropartijiet finanzjarji għandhom jiġġeneraw identifikatur uniku tan-negozjar;

(ii)

meta l-kontropartijiet mhux finanzjarji 'il fuq mil-limitu tal-ikklerjar jinnegozjaw ma' kontropartijiet mhux finanzjarji taħt il-livell limitu tal-ikklerjar, dawk il-kontrapartijiet mhux finanzjarji 'l fuq mill-livell limitu tal-ikklerjar għandhom jiġġeneraw l-identifikatur uniku tan-negozjar;

(iii)

għan-negozjar l-ieħor kollu għajr dak imsemmi fil-punti (i) u (ii), il-bejjiegħ għandu jiġġenera l-identifikatur uniku tan-negozjar.

3.   Il-kontroparti li tiġġenera l-identifikatur uniku tan-negozjar għandha tikkomunika dak l-identifikatur uniku tan-negozjar lill-kontroparti l-oħra fil-ħin ħalli din tal-aħħar tkun tista' tissodisfa l-obbligu tagħha ta' rappurtar.

Artikolu 4b

Ċentru tal-eżekuzzjoni

Iċ-ċentru tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tad-derivattivi għandu jiġi identifikat fil-Kaxxa 15 tat-Tabella 2 tal-Anness kif ġej:

(a)

sad-data tal-applikazzjoni tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014:

(i)

għal ċentru tal-esekuzzjoni fl-Unjoni, il-Kodiċi ISO 10383 tal-Identifikatur tas-Suq (MIC) ippubblikat fil-websajt tal-ESMA fir-reġistru maħluq abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 (*2);

(ii)

għal ċentru tal-esekuzzjoni barra l-Unjoni, l-ISO 10383 MIC inkluż fil-lista ta' kodiċijiet tal-MIC miżmuma u aġġornata mill-ISO u ppubblikata fil-websajt tal-ISO;

(b)

mid-data tal-applikazzjoni tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, l-ISO 10383 MIC.

(*2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta' Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta' investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-transazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1).”"

(5)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Il-kuntratti tad-derivattivi li ġejjin li ma jkunux pendenti fid-data tal-bidu tar-rappurtar għal klassi partikolari ta' derivattivi għandhom jiġu rapportati lil repożitorju tat-tranżazzjonijiet fi żmien ħames snin minn dik id-data:

(a)

kuntratti tad-derivattivi li ddaħħlu fis-seħħ qabel is-16 ta' Awwissu 2012 u kienu għadhom pendenti fis-16 ta' Awwissu 2012;

(b)

kuntratti tad-derivattivi li ddaħħlu fis-seħħ fis-16 ta' Awwissu 2012 jew wara.”

(6)

l-Anness huwa sostitwit bit-test ippreżentat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2017, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1(5), li għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1247/2012 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 352, 21.12.2012, p. 20)

(3)  http://www.fsb.org/wp-content/uploads/r_140919.pdf

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS

“ANNESS

Tabella 1

Dejta tal-Kontroparti

 

Kaxxa

Format

 

Partijiet fil-kuntratt

1

Kronogramma tar-rapportar

Format tad-data ISO 8601 u format tal-ħin Ħin Universali Koordinat (UTC) YYYY-MM-DDThh:mm:ssZ

2

ID tal-Kontroparti li Tirrapporta

Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) ISO 17442, kodiċi b'20 karattru alfanumeriku.

3

Tip ta' ID tal-Kontroparti l-oħra

“LEI” għall-Identifikatur tal-Entità Legali ISO 17442 (LEI)

“CLC” għall-kodiċi tal-Klijent

4

ID tal-kontroparti l-oħra

Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) ISO 17442, kodiċi b'20 karattru alfanumeriku.

Kodiċi tal-klijent (sa 50 karattru alfanumeriku).

5

Pajjiż tal-Kontroparti l-oħra

Kodiċi tal-pajjiż ISO 3166 b'2 karattri

6

Settur korporattiv tal-kontroparti li tirrapporta.

Tassonomija għall-Kontropartijiet Finanzjarji:

 

A = Impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

 

C = Istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)

 

F = Ditta tal-investiment awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)

 

I = Impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata skont id-Direttiva 2009/138/KE

 

L = Fond ta' investiment alternattiv immaniġġjat minn Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattiv (AIFMs) awtorizzati jew irreġistrati skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)

 

O = Istituzzjoni għall-provvista tal-irtirar okkupazzjonali fis-sens tal-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5)

 

R = Impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skont id-Direttiva 2009/138/KE

 

U = Impriżi għall-Investiment Kollettiv f'Titoli Trasferibbli (UCITS) u l-kumpanija tal-immaniġġjar tagħha, awtorizzati skont id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6)

Tassonomija għall-Kontropartijiet Mhux Finanzjarji. Il-kategoriji li ġejjin jikkorrispondu għat-taqsimiet ewlenin tal-klassifikazzjoni Statistika ta' attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE), kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7)

 

1 = Agrikoltura, forestrija u sajd

 

2 = Minjieri u barrieri

 

3 = Manufattura

 

4 = Provvista tal-elettriku, il-gass, il-fwar u l-arja kundizzjonata

 

5 = Provvista tal-ilma, id-dranaġġ, l-immaniġġjar tal-iskart u attivitajiet ta' rimedju

 

6 = Kostruzzjoni

 

7 = Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta' vetturi bil-mutur u muturi

 

8 = Trasport u ħżin

 

9 = Attivitajiet marbuta mal-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel

 

10 = Informazzjoni u komunikazzjoni

 

11 = Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni

 

12 = Attivitajiet marbuta mal-proprjetà immobbli

 

13 = Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi

 

14 = Attivitajiet ta' servizz amministrattiv u ta' sostenn

 

15 = Amministrazzjoni pubblika u difiża; assigurazzjoni soċjali obbligatorja

 

16 = Edukazzjoni

 

17 = Attivitajiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem u mal-ħidma soċjali

 

18 = Arti, divertiment u rikreazzjoni

 

19 = Attivitajiet oħra ta' servizz

 

20 = Attivitajiet ta' unitajiet domestiċi bħala impjegaturi; attivitajiet ta' produzzjoni ta' oġġetti u servizzi mhux differenzjati ta' unitajiet domestiċi għall-użu proprju

 

21 = Attivitajiet ta' organizzazzjonijiet u korpi extraterritorjali

Meta tiġi rrapportata aktar minn attività waħda, elenka l-kodiċijiet fl-ordni tal-importanza relattiva tal-attivitajiet korrispondenti, separati minn xulxin permezz ta' “-”.

Ħalli vojt fil-każ ta' CCPs u tipi oħra ta' kontropartijiet skont l-Artikolu 1(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

7

Natura tal-kontroparti li tirrapporta.

F = Kontroparti Finanzjarja

N = Kontroparti Mhux Finanzjarji

C = Kontroparti Ċentrali

O = oħrajn

8

ID tas-sensar

Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) ISO 17442, kodiċi b'20 karattru alfanumeriku.

9

ID tal-entità li qed tissottometti r-rapport

Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) ISO 17442, kodiċi b'20 karattru alfanumeriku)

10

ID tal-membru li jikklerja

Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) ISO 17442, kodiċi b'20 karattru alfanumeriku

11

Tip ta' ID tal-Benefiċjarju

“LEI” għall-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) ISO 17442

“CLC” għall-kodiċi tal-Klijent

12

ID tal-Benefiċjarju

Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) ISO 17442 kodiċi b'20 karattru alfanumeriku jew kodiċi tal-klijent b'sa 50 karattru alfanumeriku fil-każ li l-klijent ma jkunx eliġibbli għal Identifikatur tal-Entità Legali

13

Kapaċità tan-negozjar

P = Prinċipali

A = Aġent

14

Naħa tal-kontroparti

B = Xerrej

S = Bejjiegħ

Popolazzjoni skont l-Artikolu 3a

15

B'rabta diretta ma' attività kummerċjali jew finanzjament tat-teżor

Y = Iva

N = Le

16

Limitu tal-ikklerjar

Y = Ogħla mil-limitu

N = Taħt il-limitu

17

Il-valur tal-kuntratt

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

18

Munita tal-valur

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.

19

Kronogramma tal-valwazzjoni

Id-data ISO 8601 fil-format tal-ћin UTC YYYY-MM-DDThh:mm:ssZ

20

Tip ta' valwazzjoni

M = valwazzjoni skont is-suq

O = valwazzjoni skont mudell

C = valwazzjoni tas-CCP.

21

Kollateralizzazzjoni

U = mingħajr kollateral

PC = parzjalment kollateralizzat

OC = kollateralizzat f'direzzjoni waħda

FC = kollateralizzat bis-sħiħ

Mimlijin skont l-Artikolu 3b

22

Portafoll tal-kollateral

Y = Iva

N = Le

23

Kodiċi tal-portafoll tal-kollateral

Sa 52 karattru alfanumeriku inkluż erba' karattri speċjali:“. - _.”

Karattri speċjali mhumiex permessi fil-bidu u fit-tmiem ta' dan il-kodiċi. Ma jistax ikun hemm spazji.

24

Marġni inizjali depożitat

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

25

Il-munita tal-marġni inizjali depożitat

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.

26

Marġni tal-varjazzjoni depożitat

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

27

Munita tal-marġni tal-varjazzjoni depożitat

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.

28

Marġni inizjali riċevut

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

29

Munita tal-marġni inizjali riċevut

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.

30

Marġni tal-varjazzjoni riċevut

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

31

Munita tal-marġni tal-varjazzjoni riċevut

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.

32

Kollateral tal-eċċess depożitat

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

33

Munita tal-kollateral tal-eċċess depożitat

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.

34

Kollateral tal-eċċess irċevut

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

35

Munita tal-kollateral tal-eċċess irċevut

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.


Tabella 2

Dejta Komuni

 

Kaxxa

Format

Tipi applikabbli ta' kuntratt tad-derivattivi

 

Taqsima 2a — Tip ta' kuntratt

 

Kuntratti kollha

1

Tip ta' kuntratt

CD = Kuntratti finanzjarji għad-differenzi

FR = Ftehimiet tar-rata forward

FU = Futures

FW = Forwards

OP = Opzjoni

SB = Imħatra fuq il-firxa

SW = Swap

ST = Swapazzjoni

OT = Oħrajn

 

2

Klassi tal-assi

CO = Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet

CR = Kreditu

CU = Munita

EQ = Ekwità

IR = Rata tal-Imgħax

 

 

Taqsima 2b — informazzjoni dwar il-kuntratt

 

Kuntratti kollha

3

Tip ta' klassifikazzjoni tal-prodott

C = CFI

U = UPI

 

4

Klassifikazzjoni tal-prodott

ISO 10692 tas-CFI, kodiċi alfabetiku b'6 karattri

UPI Approvat

 

5

Tip ta' identifikazzjoni tal-prodott

Speċifika l-identifikazzjoni applikabbli:

 

I = ISIN

 

A = AII

 

6

Identifikazzjoni tal-prodott

Għal identifikatur tal-prodott tat-tip I: ISO 6166 ISIN kodiċi alfanumeriku bi 12-il karattru

Għal identifikatur tal-prodott tat-tip A: Imla l-kodiċi AII skont l-Artikolu 4(8)

 

7

Tip ta' identifikazzjoni tas-sottostanti

I = ISIN

A = AII

U = UPI

B = Baskett

X = Indiċi

 

8

Identifikazzjoni tas-sottostanti

Għal identifikazzjoni tas-sottostanti tat-tip I: ISO 6166 ISIN kodiċi alfanumeriku bi 12-il karattru

Għal identifikazzjoni tas-sottostanti tat-tip A: Imla l-kodiċi AII skont l-Artikolu 4(8)

Għal identifikazzjoni tas-sottostanti tat-tip U: UPI

Għal identifikazzjoni tas-sottostanti tat-tip B: l-identifikazzjoni tal-komponenti individwali kollha permezz tal-kodiċi ISO 6166 ISIN jew tal-kodiċi AII sħiħ f'konformità mal-Artikolu 4(8). L-identifikaturi tal-komponenti individwali għandhom ikunu separati b'daxx “-”.

Għal identifikazzjoni tas-sottostanti tat-tip X: Il-kodiċi ISO 6166 tal-ISIN jekk disponibbli, inkella l-isem sħiħ tal-indiċi kif assenjat mill-fornitur tal-indiċi

 

9

Munita nozzjonali 1

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.

 

10

Munita nozzjonali 2

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.

 

11

Munita konsenjabbli

Kodiċi tal-Munita ISO 4217, 3 karattri alfabetiċi.

 

 

Taqsima 2c — Dettalji dwar it-tranżazzjoni

 

Kuntratti kollha

12

ID tan-negozjar

Sakemm isir disponibbli UTI globali, kodiċi b'sa 52 karattru alfanumeriku inklużi erba' karattri speċjali:“. - _.”

Karattri speċjali mhumiex permessi fil-bidu u fit-tmiem ta' dan il-kodiċi. Ma jistax ikun hemm spazji.

 

13

In-numru tal-intraċċar tar-rapport

Kaxxa alfanumerika b'sa 52 karattru

 

14

ID tal-komponent tan-negozjar kumpless

Kaxxa alfanumerika b'sa 35 karattru

 

15

Ċentru tal-eżekuzzjoni

Kodiċi ISO 10383 tal-Identifikatur tas-Suq, 4 karattri alfanumeriċi, skont l-Artikolu 4(b).

 

16

Kompressjoni

Y = jekk il-kuntratt jirriżulta minn kompressjoni;

N = jekk il-kuntratt ma jirriżultax minn kompressjoni.

 

17

Prezz/rata

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

Fil-każ li l-prezz jiġi rrapportat f'valuri perċentwal, għandu jiġi espress bħala perċentwali fejn 100 % tkun irrappreżentata bħala “100”

 

18

Notazzjoni tal-prezz

U = Unitajiet

P = Perċentwal

Y = Rendiment

 

19

Munita tal-prezz

Kodiċi ISO 4217 tal-Munita, 3 karattri alfabetiċi.

 

20

Nozzjonali

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

 

21

Multiplikatur tal-prezzijiet

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

 

22

Kwantità

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

 

23

Pagament bil-quddiem

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Simbolu negattiv għandu jintuża biex jindika li l-ħlas kien ħruġ mhux dħul.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

 

24

Tip ta' konsenja

C = Flus

P = Fiżika

O = Fakultattiva għall-kontroparti jew meta determinata minn parti terza

 

25

Kronogramma tal-eżekuzzjoni

Id-data ISO 8601 fil-format tal-ћin UTC YYYY-MM-DDThh:mm:ssZ

 

26

Data effettiva

Data ISO 8601 fil-format YYYY-MM-DD

 

27

Data tal-maturità

Data ISO 8601 fil-format YYYY-MM-DD

 

28

Data tat-terminazzjoni

Data ISO 8601 fil-format YYYY-MM-DD

 

29

Data tas-saldu

Data ISO 8601 fil-format YYYY-MM-DD

 

30

Tip ta' Ftehim Prinċipali

Test liberu, kaxxa b'sa 50 karattru, li tidentifika isem il-Ftehim Prinċipali użat, jekk ikun hemm

 

31

Verżjoni tal-Ftehim Prinċipali

Data ISO 8601 fil-format YYYY

 

 

Taqsima 2d — Mitigazzjoni tar-riskju/rappurtar

 

Kuntratti kollha

32

Kronogramma tal-konferma

Id-data ISO 8601 fil-format tal-ћin UTC YYYY-MM-DDThh:mm:ssZ

 

33

Mezzi tal-konferma

Y = Konfermat mhux elettronikament

N = Mhux konfermat

E = Konfermat elettronikament

 

 

Taqsima 2e — Ikklerjar

 

Kuntratti kollha

34

Obbligu tal-ikklerjar

Y = Iva

N = Le

 

35

Ikklerjat

Y = Iva

N = Le

 

36

Kronogramma tal-ikklerjar

Id-data ISO 8601 fil-format tal-ћin UTC YYYY-MM-DDThh:mm:ssZ

 

37

CCP

Identifikatur tal-Entità Legali “LEI” ISO 17442

kodiċi alfanumeriku b'20 karattru

 

38

Intragrupp

Y = Iva

N = Le

 

 

Taqsima 2f — Rati tal-imgħax

 

Derivattivi tar-rati tal-imgħax

39

Rata fissa tas-segment 1

Sa 10 karattri numeriċi inklużi d-deċimali espressa bħala perċentwali, fejn 100 % hija rappreżentata bħala “100”.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

 

40

Rata fissa tas-segment 2

Sa 10 karattri numeriċi inklużi d-deċimali espressa bħala perċentwali, fejn 100 % hija rappreżentata bħala “100”.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

 

41

Għadd ta' jiem b'rata fissa tas-segment 1

In-Numeratur/id-Denominatur fejn kemm in-Numeratur u d-Denominatur huma karattri numeriċi jew espressjoni alfabetika “Reali”, pereż. 30/360 jew Reali/365

 

42

Għadd ta' jiem b'rata fissa tas-segment 2

In-Numeratur/id-Denominatur fejn kemm in-Numeratur u d-Denominatur huma karattri numeriċi jew espressjoni alfabetika “Reali”, pereż. 30/360 jew Reali/365

 

43

Frekwenza tal-pagamenti b'rata fissa tas-segment 1 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jiskambjaw pagamenti, u għandhom japplikaw dawn l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

Y = Sena

 

M = Xahar

 

W = Ġimgħa

 

D = Ġurnata

 

44

Frekwenza ta' pagamenti b'rata fissa tas-segment 1 — multiplikatur

Multiplikatur integer tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jiskambjaw pagamenti.

sa 3 karattri numeriċi

 

45

Frekwenza tal-pagamenti b'rata fissa tas-segment 2 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jiskambjaw pagamenti, u għandhom japplikaw dawn l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

Y = Sena

 

M = Xahar

 

W = Ġimgħa

 

D = Ġurnata

 

46

Frekwenza ta' pagamenti b'rata fissa tas-segment 2 — multiplikatur

Multiplikatur integer tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jiskambjaw pagamenti.

sa 3 karattri numeriċi

 

47

Frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 1 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jiskambjaw pagamenti, u għandhom japplikaw dawn l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

Y = Sena

 

M = Xahar

 

W = Ġimgħa

 

D = Ġurnata

 

48

Frekwenza ta' pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 1 — multiplikatur

Multiplikatur integer tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jiskambjaw pagamenti.

sa 3 karattri numeriċi

 

49

Frekwenza tal-pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 2 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jiskambjaw pagamenti, u għandhom japplikaw dawn l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

Y = Sena

 

M = Xahar

 

W = Ġimgħa

 

D = Ġurnata

 

50

Frekwenza ta' pagamenti b'rata varjabbli tas-segment 2 — multiplikatur

Multiplikatur integer tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jiskambjaw pagamenti.

sa 3 karattri numeriċi

 

51

Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 1 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jirrisettjaw ir-rata varjabbli, fejn għandhom japplikaw dawn l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

Y = Sena

 

M = Xahar

 

W = Ġimgħa

 

D = Ġurnata

 

52

Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 1 — multiplikatur

Multiplikatur integer tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jirrisettjaw ir-rata varjabbli.

sa 3 karattri numeriċi

 

53

Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 2 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jirrisettjaw ir-rata varjabbli, fejn għandhom japplikaw dawn l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

Y = Sena

 

M = Xahar

 

W = Ġimgħa

 

D = Ġurnata

 

54

Frekwenza tar-risettjar tar-rata varjabbli tas-segment 2 — multiplikatur

Multiplikatur integer tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi kemm spiss il-kontropartijiet jirrisettjaw ir-rata varjabbli.

sa 3 karattri numeriċi

 

55

Rata varjabbli tas-segment 1

Isem l-indiċi tar-rata varjabbli

 

‘EONA’ — EONIA

 

‘EONS’ — EONIA SWAP

 

‘EURI’ — EURIBOR

 

‘EUUS’ — EURODOLLAR

 

‘EUCH’ — EuroSwiss

 

‘GCFR’ — GCF REPO

 

‘ISDA’ — ISDAFIX

 

‘LIBI’ — LIBID

 

‘LIBO’ — LIBOR

 

‘MAAA’ — Muni AAA

 

‘PFAN’ — Pfandbriefe

 

‘TIBO’ — TIBOR

 

‘STBO’ — STIBOR

 

‘BBSW’ — BBSW

 

‘JIBA’ — JIBAR

 

‘BUBO’ — BUBOR

 

‘CDO’ — CDOR

 

‘CIBO’ — CIBOR

 

‘MOSP’ — MOSPRIM

 

‘NIBO’ — NIBOR

 

‘PRBO’ — PRIBOR

 

‘TLBO’ — TELBOR

 

‘WIBO’ — WIBOR

 

‘TREA’ — Treasury

 

‘SWAP’ — SWAP

 

‘FUSW’ — Future SWAP

Jew sa 25 karattru alfanumeriku jekk ir-rata ta' referenza mhijiex inkluża fil-lista ta' hawn fuq

 

56

Perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli tas-segment 1 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza, fejn għandhom japplikaw dawn l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

Y = Sena

 

M = Xahar

 

W = Ġimgħa

 

D = Ġurnata

 

57

Ir-referenza tar-rata varjabbli tas-segment 1 — multiplikatur

Multiplikatur integer tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza.

sa 3 karattri numeriċi

 

58

Rata varjabbli tas-segment 2

Isem l-indiċi tar-rata varjabbli

 

‘EONA’ — EONIA

 

‘EONS’ — EONIA SWAP

 

‘EURI’ — EURIBOR

 

‘EUUS’ — EURODOLLAR

 

‘EUCH’ — EuroSwiss

 

‘GCFR’ — GCF REPO

 

‘ISDA’ — ISDAFIX

 

‘LIBI’ — LIBID

 

‘LIBO’ — LIBOR

 

‘MAAA’ — Muni AAA

 

‘PFAN’ — Pfandbriefe

 

‘TIBO’ — TIBOR

 

‘STBO’ — STIBOR

 

‘BBSW’ — BBSW

 

‘JIBA’ — JIBAR

 

‘BUBO’ — BUBOR

 

‘CDOR’ — CDOR

 

‘CIBO’ — CIBOR

 

‘MOSP’ — MOSPRIM

 

‘NIBO’ — NIBOR

 

‘PRBO’ — PRIBOR

 

‘TLBO’ — TELBOR

 

‘WIBO’ — WIBOR

 

‘TREA’ — Treasury

 

‘SWAP’ — SWAP

 

‘FUSW’ — Future SWAP

Jew sa 25 karattru alfanumeriku jekk ir-rata ta' referenza mhijiex inkluża fil-lista ta' hawn fuq

 

59

Perjodu ta' referenza tar-rata varjabbli tas-segment 2 — perjodu ta' żmien

Il-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza, fejn għandhom japplikaw dawn l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

 

Y = Sena

 

M = Xahar

 

W = Ġimgħa

 

D = Ġurnata

 

60

Ir-referenza tar-rata varjabbli tas-segment 2 — multiplikatur

Multiplikatur integer tal-perjodu ta' żmien li jiddeskrivi l-perjodu ta' referenza.

sa 3 karattri numeriċi

 

 

Taqsima 2 g — Munita Barranija

 

Derivattivi tal-munita

61

Munita tal-forniment 2

Kodiċi ISO 4217 tal-Munita, kodiċi bi 3 karattri alfabetiċi.

 

62

Rata tal-kambju 1

Sa 10 ċifri numeriċi inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

 

63

Rata tal-kambju forward

Sa 10 karattri numeriċi inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

 

64

Bażi tar-rata tal-kambju

Żewġ kodiċijiet tal-munita ISO 4217 separati bi “/”. L-ewwel kodiċi ta' munita għandu jindika l-munita bażi, u t-tieni kodiċi ta' munita għandu jindika l-munita tal-kwotazzjoni.

 

 

Taqsima 2h — Komoditajiet u kwoti tal-emissjonijiet

 

Derivattivi tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet

 

Ġenerali

65

Bażi tal-komodità

AG = Agrikoltura

EN = Enerġija

FR = Merkanzija

ME = Metalli

IN = Indiċi

EV = Ambjentali

EX = Eżotika

OT = Oħrajn

 

66

Dettalji tal-komodità

Agrikoltura

 

GO = Ħbub taż-żrieragħ taż-żejt

 

DA = Proditti tal-ħalib

 

LI = Bhejjem

 

FO = Forestrija

 

SO = Softs

 

SF = Prodotti tal-baħar

 

OT = Oħrajn

Enerġija

 

OI = Żejt

 

NG = Gass naturali

 

CO = Faħam

 

EL = Elettriku

 

IE = Interenerġija

 

OT = Oħrajn

Merkanzija

 

DR = Xotta

 

WT = Imxarrba

 

OT = Oħrajn

Metalli

 

PR = Prezzjużi

 

NP = Mhux prezzjużi

Ambjentali

 

WE = Temp

 

EM = Emissjonijiet

 

OT = Oħrajn

 

 

Enerġija

67

Post jew żona tal-konsenja

Kodiċi EIC, kodiċi alfanumeriku b'16-il karattru.

Kaxxa repetibbli.

 

68

Punt ta' Interkonnessjoni

Kodiċi EIC, kodiċi alfanumeriku b'16-il karattru.

 

69

Tip ta' tagħbija

BL = Tagħbija Bażi

PL = Tagħbija fl-eqqel sigħat

OP = Sigħat kwieti

BH = Sigħat/Blokka ta' sigħat

SH = Shaped

GD = Jum tal-gass

OT = Oħrajn

 

 

Taqsima repetibbli tal-kaxxi 70 — 77

70

Intervalli tal-konsenja tat-tagħbija

hh:mmZ

 

71

Data u ħin tal-konsenja

Id-data ISO 8601 fil-format tal-ћin UTC YYYY-MM-DDThh:mm:ssZ

 

72

Data u ħin tat-tmiem tal-konsenja

Id-data ISO 8601 fil-format tal-ћin UTC YYYY-MM-DDThh:mm:ssZ

 

73

Tul ta' żmien

N = Minuti

H = Siegħa

D = Ġurnata

W = Ġimgħa

M = Xahar

Q = Kwart ta' sena

S = Staġun

Y = annwali

O = Oħrajn

 

74

Jiem tal-Ġimgħa

WD = Matul il-ġimgħa

WN = Tmiem il-ġimgħa

MO = it-Tnejn

TU = it-Tlieta

WE = l-Erbgħa

TH = il-Ħamis

FR = il-Ġimgħa

SA = is-Sibt

SU = il-Ħadd

Diversi valuri separati b' “/” huma permessi

 

75

Kapaċità tal-konsenja

Sa 20 ċifra numerika inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

 

76

Unità tal-Kwantità

KW

KWh/h

KWh/d

MW

MWh/h

MWh/d

GW

GWh/h

GWh/d

Therm/d

KTherm/d

MTherm/d

cm/d

mcm/d

 

77

Prezz tal-kwantitajiet skont intervall tal-ħin

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

 

 

Taqsima 2i — Opzjonijiet

 

Kuntratti li fihom opzjoni

78

Tip ta' opzjoni

P = Put

C = Eżerċizzat

O = meta ma jistax jiġi ddeterminat jekk humiex “Eżerċizzat” jew “put”

 

79

Stil tal-eżerċizzju tal-opzjoni

A = Amerikan

B = Bermudan

E = Ewropew

S = Ażjatiku

Huma permessi aktar minn valur wieħed

 

80

Prezz tal-eżerċitar (rata massima/minima)

Sa 20 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

Is-simbolu tan-negattiv, jekk ikun hemm ma jgħoddx bħala karattru numeriku.

Fil-każ li l-prezz tal-eżerċitar jiġi rrapportat f'valuri perċentwali, dan għandu jiġi espress bħala perċentwali fejn 100 % tkun rappreżentata bħala “100”

 

81

Notazzjoni tal-prezz tal-eżerċitar

U = Unitajiet

P = Perċentwal

Y = Rendiment

 

82

Data tal-maturità tas-sottostanti

Data ISO 8601 fil-format YYYY-MM-DD

 

 

Taqsima 2j — Derivattivi ta' kreditu

 

 

83

Superjorità

SNDB = Superjuri, bħal Dejn Superjuri Mhux Garantit (Korporattiv/finanzjarju), Dejn Sovran f'Munita Barranija (tal-Gvern),

SBOD = Subordinat, bħal Dejn Subordinat jew tal-Grad 2 Baxx (Banek), Dejn Subordinat Inferjuri jew tal-Grad 2 Superjuri (Banek),

OTHR = Oħrajn, bħalma huma l-Ishma Privileġġati jew Kapital tal-Grad 1 (Banek) jew derivattivi tal-kreditu oħra

 

84

Entità ta' referenza

Kodiċi tal-pajjiż ISO 3166 b'2 karattri

jew

kodiċi tal-pajjiż ISO 3166 -b'2 karattri segwit minn dash “-” u minn sa 3 karattri alfanumeriċi tal-kodiċi tas-subdiviżjoni tal-pajjiż

jew

Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) ISO 17442, kodiċi b'20 karattru alfanumeriku

 

85

Frekwenza tal-pagamenti

MNTH = kull xahar

QURT = trimestrali

MIAN = kull sitt xhur YEAR = annwali

Bażi tal-kalkolu

 

86

Il- bażi tal-kalkolu

In-Numeratur/id-Denominatur fejn kemm in-Numeratur u d-Denominatur huma karattri numeriċi jew espressjoni alfabetika ‘Reali’, pereż.30/360 jew Reali/365

 

87

Serje

Kaxxa Integer b'sa 5 karattri

 

88

Verżjoni

Kaxxa Integer b'sa 5 karattri

 

89

Fattur tal-indiċi

Sa 10 karattru numeriku inkluż id-deċimali.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

 

90

Segment

T = Segmentat

U = Mhux Segmentat

 

91

Punt tal-attakkament

Sa 10 karattri numeriċi inklużi d-deċimali espressi bħala frazzjoni deċimali bejn 0 u 1.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

 

92

Punt tal-attakkament

Sa 10 karattri numeriċi inklużi d-deċimali espressi bħala frazzjoni deċimali bejn 0 u 1.

Il-marka deċimali ma tgħoddx bħala karattru numeriku. Jekk ikun hemm din għandha tkun rappreżentat b'punt.

 

 

Taqsima 2k — Modifiki għall-kuntratt

 

 

93

Tip ta' azzjoni

N = Ġdida

M = Modifika

E = Errur

C = Terminazzjoni bikrija

R = Korrezzjoni

Z = Kompressjoni,

V = Aġġornament tal-valwazzjoni

P = Pożizzjoni tal-komponent

 

94

Livell

T = Negozjar

P = Pożizzjoni”

 


(1)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(3)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali (ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10).

(6)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi tal-investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(7)  Ir-Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).


21.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/42


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/106

tal-20 ta' Jannar 2017

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

162,4

MA

170,4

TR

167,7

ZZ

166,8

0707 00 05

EG

250,3

MA

74,9

TR

205,3

ZZ

176,8

0709 91 00

EG

153,4

ZZ

153,4

0709 93 10

MA

367,5

TR

252,3

ZZ

309,9

0805 10 22 , 0805 10 24 , 0805 10 28

EG

51,1

MA

54,9

TR

82,9

ZZ

63,0

0805 21 10 , 0805 21 90 , 0805 29 00

IL

162,6

TR

78,7

ZZ

120,7

0805 22 00

MA

70,9

ZZ

70,9

0805 50 10

AR

92,5

TR

72,4

ZZ

82,5

0808 10 80

US

105,5

ZZ

105,5

0808 30 90

CN

77,5

TR

133,1

ZZ

105,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


21.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/44


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/107

tal-20 ta' Jannar 2017

li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti mill-1 sas-7 ta' Jannar 2017 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għat-tewm

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni tat-tewm.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni “A” mressqin tul l-ewwel sebat ijiem kalendarji tax-xahar ta' Jannar 2017, għas-subperjodu mill-1 ta' Marzu 2017 sal-31 ta' Mejju 2017, għal ċerti kwoti, huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni “A”, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni “A” mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 341/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Marzu 2017 sal-31 ta' Mejju 2017 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta' Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa għas-subperjodu mill-1.3.2017 sal-31.5.2017

(f'%)

L-Arġentina

Importaturi tradizzjonali

09.4104

Importaturi ġodda

09.4099

Iċ-Ċina

Importaturi tradizzjonali

09.4105

Importaturi ġodda

09.4100

0,489868

Pajjiżi terzi oħra

Importaturi tradizzjonali

09.4106

Importaturi ġodda

09.4102


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

21.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/46


DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KUMITAT TAL-FSE

mwaqqfa mill-Ftehim interim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-parti tal-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra,

tal-15 ta' Diċembru 2016

rigward l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu [2017/108]

IL-KUMITAT TAL-FSE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Parti tal-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”), iffirmat fi Brussell, fil-15 ta' Jannar 2009, u applikat b'mod proviżorju mill-4 ta' Awwissu 2014, u b'mod partikolari l-Artikolu 92 tiegħu,

Billi:

(1)

Taħt it-termini tal-Ftehim u ta' din id-Deċiżjoni, il-Parti tal-Afrika Ċentrali hija komposta mir-Repubblika tal-Kamerun.

(2)

Il-Ftehim jipprevedi li l-Partijiet għandhom jaqblu dwar il-kompożizzjoni, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Kumitat tal-FSE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat tal-FSE huma stabbiliti kif indikat fl-Anness.

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura huma mingħajr preġudizzju għar-regoli speċjali previsti fil-Ftehim jew li jistgħu jiġu deċiżi mill-Kumitat tal-FSE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mal-iffirmar tagħha.

Magħmul f'Yaoundé, il-15 ta' Diċembru 2016.

Għar-Repubblika tal-Kamerun

Abdoulaye YAOUBA

Għall-Unjoni Ewropea

Cecilia MALMSTRÖM


ANNESS

REGOLI TA' PROĊEDURA GĦALL-KUMITAT TAL-FSE

Imwaqqfa mill-Ftehim interim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u l-parti tal-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kompiti tal-Kumitat tal-FSE

Il-Kumitat tal-FSE għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni tal-oqsma kollha koperti mill-Ftehim u għat-twettiq tal-kompiti kollha msemmija f'dan il-Ftehim.

B'mod partikolari, il-Kumitat tal-FSE għandu:

1.

Fil-qasam tal-kummerċ:

(a)

jissorvelja u jiżgura l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni korretta tal-Ftehim. Għal dan il-fini, hu għandu jeżamina u jirrakkomanda l-oqsma prijoritarji għall-kooperazzjoni;

(b)

jevalwa r-riżultati miksuba fil-qafas tal-Ftehim u li jaħdem, jekk ikun il-każ, sabiex l-Ftehim jittejjeb;

(c)

jieħu kull azzjoni bil-għan li jevita t-tilwim u/jew li jirrisolvi t-tilwim li jirriżulta minn interpretazzjoni jew applikazzjoni tal-Ftehim;

(d)

isegwi l-evoluzzjoni tal-integrazzjoni reġjonali u tar-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn il-Partijiet;

(e)

isegwi u jevalwa l-impatt tal-implimentazzjoni tal-Ftehim fuq l-iżvilupp sostenibbli tal-Partijiet;

(f)

jiddiskuti u jieħu kull azzjoni li jkollha bħala effett il-promozzjoni tal-kummerċ, tal-investiment u tal-opportunitajiet ta' negozju bejn il-Partijiet;

(g)

jiddiskuti kull suġġett rilevanti tal-Ftehim u kull suġġett ieħor li jista' jikkomprometti l-ilħuq tal-objettivi tiegħu.

2.

Fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp:

(a)

jiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kooperazzjoni għall-iżvilupp li jaqgħu fi-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim;

(b)

isegwi u jikkoordina flimkien mal-isħab l-oħrajn l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kooperazzjoni previsti fil-Ftehim;

(c)

jeżamina perjodikament il-prijoritajiet ta' kooperazzjoni stabbiliti fil-Ftehim u, meta jkun il-każ, jifformula rakkomandazzjonijiet dwar l-inklużjoni ta' prijoritajiet ġodda;

(d)

jiggarantixxi l-implimentazzjoni tad-Dokument Konġunt ta' Gwida anness mal-Ftehim.

KAPITOLU II

ORGANIZZAZZJONI

Artikolu 2

L-għamla u l-presidenza

1.   Il-Kumitat tal-FSE għandu jkun kompost, min-naħa, minn rappreżentanti tal-membri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, minn rappreżentanti tar-Repubblika tal-Kamerun, fil-livell ministerjali jew f'dak ta' uffiċjali pubbliċi għoljin.

2.   Ir-referenza f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura għal “Partijiet” għandha tikkorrispondi mad-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 95 tal-Ftehim.

3.   Il-Presidenza tal-Kumitat għandha tiġi eżerċitata, skont sistema ta' rotazzjoni, għal perjodi ta' 12-il xahar, minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea u minn rappreżentant tal-Repubblika tal-Kamerun. Il-mandat li jikkorrispondi għall-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat tal-FSE u jintemm fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' wara. L-ewwel presidenza tkun f'idejn rappreżentant tar-Repubblika tal-Kamerun.

Artikolu 3

Osservaturi

1.   Rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-Komunità Ekonomika u Monetarja tal-Istati tal-Afrika Ċentrali (CEMAC) u tas-Segretarjat Ġenerali tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali (ECCAS) huma mistiedna jieħdu sehem fil-laqgħat kollha tal-Kumitat tal-FSE bħala osservaturi.

2.   Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li jistiednu għal-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE, bħala osservaturi, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tas-settur privat, kif ukoll esperti jew kull persuna oħra li jagħżlu huma.

3.   Il-Kumitat tal-FSE jista' jiddeċiedi li jagħlaq għall-osservaturi kwalunkwe parti ta' laqgħa li matulha jkunu qegħdin jiġu trattati kwistjonijiet sensittivi u waqt it-teħid ta' deċiżjoni tal-Kumitat tal-FSE.

Artikolu 4

Segretarjat

Is-Segretarjat tal-Kumitat tal-FSE għandu jiġi eżerċitat, skont sistema ta' rotazzjoni ta' perjodi ta' 12-il xahar, mill-Kummissjoni Ewropea f'isem l-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Kamerun. Dawn il-perjodi għandhom jikkoinċidu mal-eżerċizzju alternat tal-Presidenza tal-Kumitat tal-FSE.

Artikolu 5

Sottokumitati

Sabiex jeżerċita s-setgħat tiegħu b'mod effettiv, il-Kumitat tal-FSE jista' jikkostitwixxi, taħt l-awtorità tiegħu, sottokumitati responsabbli għal kwistjonijiet speċifiċi rilevanti tal-Ftehim. Għal dan l-għan, il-Kumitat tal-FSE għandu jiddetermina l-kompożizzjoni u l-kompiti ta' tali sottokumitati.

KAPITOLU III

OPERAT

Artikolu 6

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Il-Kumitat tal-FSE jadotta d-deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tiegħu permezz ta' kunsens.

2.   Il-Kumitat tal-FSE jista' jiddeċiedi li jressaq kull kwistjoni ġenerali li tirriżulta mill-Ftehim u li tkun ta' interess komun għall-Istati tal-AKP u għall-Unjoni Ewropea lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, definit fl-Artikolu 15 tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim ta' Cotonou”).

3.   Bejn laqgħa u oħra, il-Kumitat jista', bi qbil taż-żewġ Partijiet, jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub. Proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn il-Partijiet.

4.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-FSE għandhom ikunu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” u warajhom ikollhom in-numru ta' sekwenza, id-data tal-adozzjoni tagħhom u indikazzjoni tas-suġġett tagħhom. Kull deċiżjoni tispeċifika d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.

5.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kumitat tal-FSE għandhom jiġu awtentikati minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea f'isem l-Unjoni Ewropea u minn rappreżentant tar-Repubblika tal-Kamerun.

6.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet jintbagħtu lill-Partijiet bħala dokumenti tal-Kumitat tal-FSE.

Artikolu 7

Korrispondenza

1.   Kull korrispondenza indirizzata lill-Kumitat tal-FSE tintbagħat lis-Segretarjat tiegħu.

2.   Is-Segretarjat għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat tal-FSE tintbagħat lill-Presidenza tal-Kumitat u, jekk ikun il-każ, li tiġi ċċirkolata lill-punt fokali ta' kull Parti, kif definit fl-Artikolu 92 tal-Ftehim, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 10 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

3.   Il-korrispondenza mill-Presidenza tal-Kumitat tal-FSE għandha tintbagħat lill-punt fokali ta' kull Parti mis-Segretarjat u, jekk ikun il-każ, tiġi ċċirkolata bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 10 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura lill-membri l-oħra tal-Kumitat tal-FSE.

Artikolu 8

Laqgħat

1.   Il-Kumitat tal-FSE għandu jiltaqa' f'intervalli regolari, li ma jaqbżux perjodu ta' sena, u għandu jkollu laqgħat straordinarji kull meta jkun meħtieġ minħabba ċ-ċirkostanzi, jekk il-Partijiet jaqblu dwar dan.

2.   Kull laqgħa tal-Kumitat tal-FSE ssir f'post u f'data li jiġu deċiżi bejn il-Partijiet.

3.   Il-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE għandhom jissejħu mill-Parti li jkollha l-Presidenza, wara li tikkonsulta mal-Parti l-oħra.

4.   Kull avviż ta' laqgħa għandu jintbagħat lill-parteċipanti mhux aktar tard minn 15-il jum qabel kull laqgħa.

Artikolu 9

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Presidenza tal-Kumitat tal-FSE għandha tiġi informata bil-kompożizzjoni prevista tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tar-Repubblika tal-Kamerun u ta' osservaturi eventwali.

Artikolu 10

Dokumentazzjoni

Meta d-deliberazzjonijiet tal-Kumitat tal-FSE jkunu bbażati fuq dokumenti ta' sostenn bil-miktub, dawn id-dokumenti għandhom jiġu nnumerati u ċċirkolati bħala dokumenti tal-Kumitat tal-FSE mis-Segretarjat mhux aktar tard minn 14-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

Artikolu 11

Aġendi għal-laqgħat

1.   Is-Segretarjat tal-Kumitat tal-FSE jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. Din għandha tintbagħat mis-Segretarjat tal-Kumitat tal-FSE lill-punt fokali ta' kull Parti mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

2.   L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti li dwarhom tkun saret talba għall-inklużjoni lis-Segretarjat minn tal-anqas 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa, għalkemm tali punti ma jistgħux jiddaħħlu fl-aġenda proviżorja sakemm id-dokumenti rilevanti ta' sostenn ma jaslux għand is-Segretarjat sa mhux aktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-imsemmija aġenda proviżorja.

3.   Il-Kumitat tal-FSE għandu jadotta l-aġenda fil-bidu ta' kull laqgħa. Punti li mhumiex dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jistgħu jiddaħħlu fl-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu dwar dan.

4.   Il-Presidenza tal-Kumitat tal-FSE, bi qbil mal-Partijiet, tista' tistieden esperti biex jattendu l-laqgħat tal-Kumitat sabiex jipprovdu tagħrif dwar suġġetti speċifiċi.

5.   Bi qbil tal-Partijiet, is-Segretarjat jista' jqassar il-limiti ta' żmien stipulati fil-paragrafi 1 u 2 sabiex jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet ta' xi każ partikolari.

Artikolu 12

Minuti

1.   Fit-tmiem ta' kull laqgħa, għandu jitħejja sommarju tal-konklużjonijiet li jiġi ffirmat mill-membri kollha tal-Kumitat tal-FSE.

2.   Is-Segretarjat ifassal abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa fi żmien massimu ta' xahar.

3.   Bħala regola ġenerali, il-minuti għandhom jiddeskrivu fil-qosor kull punt fuq l-aġenda, u jispeċifikaw fejn applikabbli:

(a)

id-dokumenti kollha li jitressqu lill-Kumitat tal-FSE;

(b)

kull dikjarazzjoni li membru tal-Kumitat tal-FSE jkun talab li tiddaħħal;

(c)

id-deċiżjonijiet meħuda, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula, id-dikjarazzjonijiet li dwarhom intlaħaq qbil u l-konklużjonijiet adottati dwar punti speċifiċi.

4.   Il-minuti għandhom jinkludu wkoll lista tal-parteċipanti fil-Kumitat tal-FSE kif ukoll lista tal-membri tad-delegazzjonijiet li jkunu akkumpanjawhom u lista ta' osservaturi fil-laqgħa.

5.   Il-minuti jiġu approvati bil-miktub miż-żewġ Partijiet fi żmien xahrejn mid-data tal-laqgħa. Wara l-approvazzjoni tal-minuti, is-Segretarjat jiffirma żewġ kopji tagħhom u kull Parti tirċievi kopja oriġinali ta' dawn id-dokumenti awtentiċi.

Artikolu 13

Ippubblikar

1.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE ma jkunux pubbliċi.

2.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar l-ippubblikar, fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha, tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat tal-FSE.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Reġim lingwistiku

1.   Il-lingwi ta' ħidma tal-Kumitat tal-FSE huma l-lingwi uffiċjali komuni għall-Partijiet.

2.   Il-Kumitat tal-FSE għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet u jadotta d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fuq id-dokumenti u l-proposti ppreparati b'waħda mil-lingwi msemmija fil-Paragrafu 1.

Artikolu 15

Spejjeż

1.   Kull Parti tħallas l-ispejjeż li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE, kemm fir-rigward tal-infiq għall-persunal, għall-ivvjaġġar u għas-soġġorn, kif ukoll l-infiq għall-posta u għat-telekomunikazzjoni.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   L-ispejjeż konnessi mas-servizzi tal-interpretazzjoni fil-laqgħat u tat-traduzzjoni tad-deċiżjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet fil-lingwi ta' ħidma tal-Kumitat tal-FSE għandhom jiġġarrbu mill-Parti li torganizza l-laqgħa. L-ispejjeż konnessi mas-servizzi tal-interpretazzjoni fil-laqgħat u tat-traduzzjoni tad-deċiżjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet fil-lingwi uffiċjali l-oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġġarrbu mill-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Emendar tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat tal-FSE li tittieħed f'konformità mal-Artikolu 6(1) tagħhom.


Rettifika

21.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/52


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/314 tal-4 ta' Marzu 2016 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 60 tal-5 ta' Marzu 2016 )

F'paġna 61, fl-Anness, fl-emenda għall-kolonna “Ref Nru” tat-tabella fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009:

minflok:

“x”,

aqra:

“297”.