ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 336

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 59
10 ta' Diċembru 2016


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2220 tat-2 ta' Diċembru 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali marbuta mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali

1

 

 

Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali marbuta mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2221 tad-5 ta' Diċembru 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

14

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2222 tal-5 ta' Diċembru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

17

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2223 tal-5 ta' Diċembru 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċertu prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

19

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2224 tal-5 ta' Diċembru 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

22

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2225 tal-5 ta' Diċembru 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

25

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2226 tad-9 ta' Diċembru 2016 li jwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2016 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti

28

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2227 tad-9 ta' Diċembru 2016 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

36

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2228 tad-9 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

38

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2229 tad-9 ta' Diċembru 2016 li ġġib fi tmiemu r-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, limitat għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, Shandong Kaison

40

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1836 tat-12 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja ( ĠU L 266, 13.10.2015 )

42

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

10.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/2220

tat-2 ta' Diċembru 2016

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali marbuta mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 16, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/920 (2) il-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali relatata mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fit-2 ta' Ġunju 2016, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

L-għan tal-Ftehim huwa li jistabbilixxi qafas komprensiv ta' prinċipji u salvagwardji għall-protezzjoni tad-data meta informazzjoni personali tiġi ttrasferita għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi kriminali bejn l-Istati Uniti tal-Amerika (l-Istati Uniti), minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra. L-objettiv huwa li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tad-data biex b'hekk tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet. Filwaqt li mhuwiex fih innifsu l-bażi ġuridika għal kull trasferiment ta' informazzjoni personali lill-Istati Uniti, il-Ftehim jissupplimenta, fejn meħtieġ, is-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data fi ftehimiet eżistenti jew futuri tat-trasferiment tad-data jew id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jawtorizzaw trasferimenti bħal dawn.

(3)

L-Unjoni għandha l-kompetenza li tkopri d-dispożizzjonijiet kollha tal-Ftehim. B'mod partikolari, l-Unjoni adottat id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data. It-trasferimenti mill-Istati Membri soġġetti għal salvagwardji opportuni huma previsti mill-punt (a) tal-Artikou 37(1) ta' dik id-Direttiva.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 6a tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex marbuta bir-regoli stabbiliti f'dan il-Ftehim li jirrigwardaw l-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitolu 4 jew 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE fejn ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex marbuta mir-regoli li jirregolaw il-forom ta' kooperazzjoni ġudizzjali fi kwistjonijiet kriminali jew il-kooperazzjoni tal-pulizija li jeħtieġu konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fil-Ftehim.

(5)

Skont l-Artikoli 2 u 2a tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex marbuta bir-regoli stipulati fil-Ftehim jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħhom li jirrigwardaw l-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitolu 4 jew 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-TFUE.

(6)

Kwalunkwe notifika skont l-Artikolu 27 tal-Ftehim fir-rigward tar-Renju Unit, l-Irlanda jew id-Danimarka għandha ssir f'konformità mal-istatus ta' dawk l-Istati Membri taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u f'konsultazzjoni mill-qrib magħhom.

(7)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta opinjoni fit-12 ta' Frar 2016 (4).

(8)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali relatata mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 29(1) tal-Ftehim (5).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LAJČÁK


(1)  Approvazzjoni tal-1 ta' Diċembru 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/920 tal-20 ta' Mejju 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali relatata mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali (ĠU L 154, 11.6.2016, p. 1).

(3)  Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(4)  ĠU C 186, 25.2.2016, p. 4.

(5)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għall-Unjoni Ewropea ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


10.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/3


TRADUZZJONI

FTEHIM

bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali marbuta mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali

WERREJ

Preambolu

Artikolu 1:

Għan tal-Ftehim

Artikolu 2:

Definizzjonijiet

Artikolu 3:

Kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 4:

Nondiskriminazzjoni

Artikolu 5:

Effett tal-Ftehim

Artikolu 6:

Limitazzjonijiet tal-Għan u tal-Użu

Artikolu 7:

Trasferiment Ulterjuri

Artikolu 8:

Manteniment tal-Kwalità u l-Integrità tal-Informazzjoni

Artikolu 9:

Sigurtà tal-Informazzjoni

Artikolu 10:

Notifika ta' Inċident tas-Sigurtà tal-Informazzjoni

Artikolu 11:

Żamma tar-Rekords

Artikolu 12:

Perijodu taż-Żamma

Artikolu 13:

Kategoriji Speċjali ta' Informazzjoni Personali

Artikolu 14:

Obbligu ta' Rendikont

Artikolu 15:

Deċiżjonijiet Awtomatizzati

Artikolu 16:

Aċċess

Artikolu 17:

Rettifika

Artikolu 18:

Rimedju Amministrattiv

Artikolu 19:

Rimedju Ġudizzjarju

Artikolu 20:

Trasparenza

Artikolu 21:

Sorveljanza Effettiva

Artikolu 22:

Kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet ta' Sorveljanza

Artikolu 23:

Reviżjoni Konġunta

Artikolu 24:

Notifiki

Artikolu 25:

Konsultazzjoni

Artikolu 26:

Sospensjoni

Artikolu 27:

Applikazzjoni Territorjali

Artikolu 28:

Tul taż-Żmien tal-Ftehim

Artikolu 29:

Dħul fis-Seħħ u Terminazzjoni


KONXJI li l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea huma impenjati li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-informazzjoni personali skambjata fil-kuntest tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien, u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, fosthom it-terroriżmu;

BL-INTENZJONI li jistabbilixxu qafas legali dejjiemi biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni, li hija kruċjali biex jiġu prevenuti, investigati, identifikati u prosegwiti reati kriminali, fosthom it-terroriżmu, bħala mezz biex jiddefendu s-soċjetajiet demokratiċi rispettivi u l-valuri komuni tagħhom;

BL-INTENZJONI, b'mod partikolari, li jipprovdu standards ta' protezzjoni għal skambji ta' informazzjoni personali abbażi ta' ftehimiet eżistenti u futuri bejn l-Istati Uniti u l-UE u l-Istati Membri tagħha, fil-qasam tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien, u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, fosthom it-terroriżmu;

FILWAQT LI JAGĦRFU li ċerti ftehimiet li diġà jeżistu bejn il-Partijiet li jikkonċernaw l-ipproċessar tal-informazzjoni personali jistabbilixxu li dawk il-ftehimiet jipprovdu livell adegwat ta' protezzjoni tad-data fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk il-ftehimiet, il-Partijiet jaffermaw li dan il-Ftehim m'għandux jiġi mifhum li jibdel, jikkundizzjona, jew jidderoga b'xi mod ieħor minn dawk il-ftehimiet; jinnutaw, iżda, li l-obbligi stabbiliti bl-Artikolu 19 ta' dan il-Ftehim dwar ir-rimedju ġudizzjarju jkunu japplikaw fir-rigward ta' kull trasferiment li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, u li dan huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rieżami jew modifika li jistgħu jsiru fil-futur ta' dawn il-ftehimiet skont it-termini tagħhom;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU t-tradizzjonijijet ta' rispett lejn il-privatezza individwali li ilhom jeżistu, inkluż kif rifless fil-Prinċipji dwar il-Privatezza u l-Protezzjoni tad-Data Personali għall-Finijiet tal-Infurzar tal-Liġi elaborati mill-Grupp ta' Kuntatt f'Livell Għoli UE-Stati Uniti dwar l-Iskambju ta' Informazzjoni u l-Protezzjoni tal-Privatezza u d-Data Personali, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u liġijiet applikabbli tal-UE, il-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti u liġijiet applikabbli tal-Istati Uniti, u l-Prinċipji tal-Prassi Ġusta tal-Informazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi; u

FILWAQT LI JAGĦRFU l-prinċipji tal-proporzjonalità u n-neċessità, u r-rilevanza u raġonevolezza, kif implimentati mill-Partijiet fl-oqfsa legali rispettivi tagħhom;

L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA U L-UNJONI EWROPEA FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan tal-Ftehim

1.   L-għan ta' dan il-Ftehim huwa li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-informazzjoni personali u li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, b'rabta mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, fosthom it-terroriżmu.

2.   Għal dan il-għan, il-Ftehim jistabbilixxi l-qafas għall-protezzjoni tal-informazzjoni personali meta tiġi trasferita bejn l-Istati Uniti, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea jew Stat Membru tagħha, min-naħa l-oħra.

3.   Dan il-Ftehim fih innifsu ma għandux ikun il-bażi ġuridika għal trasferimenti ta' informazzjoni personali. Bażi ġuridika għal dawn it-trasferimenti għandha dejjem tkun meħtieġa.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

(1)

“Informazzjoni personali” tfisser informazzjoni marbuta ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli. Persuna identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, permezz ta' referenza għal, b'mod partikolari, numru ta' identifikazzjoni jew fattur jew iktar li huma speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tagħha;

(2)

“Ipproċessar ta' informazzjoni personali” tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta' operazzjonijiet li jinvolvu l-ġbir, iż-żamma, l-użu, l-alterazzjoni, l-organizzazzjoni jew l-istrutturar, l-iżvelar jew it-tixrid, jew id-disponiment ta' informazzjoni;

(3)

“Partijiet” tfisser l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika;

(4)

“Stat Membru” tfisser Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;

(5)

“Awtorità Kompetenti” tfisser, għall-Istati Uniti, awtorità tal-infurzar tal-liġi nazzjonali responsabbli għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, fosthom it-terroriżmu, u, għall-Unjoni Ewropea, awtorità tal-Unjoni Ewropea, u awtorità ta' Stat Membru, responsabbli għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, fosthom it-terroriżmu.

Artikolu 3

Kamp ta' Applikazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu japplika għall-informazzjoni personali trasferita bejn l-Awtoritajiet Kompetenti ta' Parti u l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Parti l-oħra, jew inkella dik trasferita skont ftehim konkluż bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri tagħha, għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, fosthom it-terroriżmu.

2.   Dan il-Ftehim ma jaffettwax, u huwa mingħajr preġudizzju għal, trasferimenti jew forom oħra ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti, għajr dawk li jissemmew fl-Artikolu 2(5), li huma responsabbli mis-salvagwardja tas-sigurtà nazzjonali.

Artikolu 4

Nondiskriminazzjoni

Kull Parti għandha timxi mal-obbligi tagħha skont dan il-Ftehim għall-finijiet tal-protezzjoni tal-informazzjoni personali taċ-ċittadini tagħha u taċ-ċittadini tal-Parti l-oħra irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, u mingħajr diskriminazzjoni arbitrarja jew inġustifikabbli.

Artikolu 5

Effett tal-Ftehim

1.   Dan il-Ftehim iżid ma', kif xieraq, iżda ma jiħux post, dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni personali fi ftehimiet internazzjonali bejn il-Partijiet, jew l-Istati Uniti u l-Istati Membri li jindirizzaw kwistjonijiet fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

2.   Il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jimplimentaw dan il-Ftehim, fosthom, b'mod partikolari, l-obbligi rispettivi tagħhom rigward l-aċċess, ir-rettifikazzjoni u r-rimedju amministrattiv u ġuridiku għall-individwi li huma previsti hawn. Il-protezzjonijiet u r-rimedji stabbiliti f'dan il-Ftehim għandhom jibbenefikaw lill-individwi u l-entitajiet fil-manjiera implimentata fil-liġijiet domestiċi applikabbli ta' kull Parti. Għall-Istati Uniti, l-obbligi tagħha għandhom japplikaw b'manjiera konsistenti mal-prinċipji fundamentali tagħha tal-federaliżmu.

3.   Billi jingħata effett għall-paragrafu 2, l-ipproċessar tal-informazzjoni personali mill-Istati Uniti, jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, għandu jitqies li jkun konformi mal-leġislazzjoni rispettiva tagħhom dwar il-protezzjoni tad-data li tirrestrinġi jew tikkundizzjona trasferimenti internazzjonali tal-informazzjoni personali, u ma tkun meħtieġa l-ebda awtorizzazzjoni ulterjuri skont tali leġislazzjoni.

Artikolu 6

Limitazzjonijiet tal-Għan u tal-Użu

1.   It-trasferiment ta' informazzjoni personali għandu jkun għal għanijiet speċifiċi awtorizzati mill-bażi ġuridika għat-trasferiment kif stipulat fl-Artikolu 1.

2.   L-ipproċessar ulterjuri tal-informazzjoni personali minn Parti m'għandux ikun inkompatibbli mal-għanijiet li għalihom tkun ġiet trasferita. L-ipproċessar kompatibbli jinkludi l-ipproċessar skont it-termini ta' ftehimiet internazzjonali eżistenti u oqfsa internazzjonali miktuba għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati serji. Kull ipproċessar ta' informazzjoni personali ta' din ix-xorta minn awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi, regolatorji jew amministrattivi għandu jirrispetta d-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta' dan il-Ftehim.

3.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Awtorità Kompetenti trasferenti li timponi kundizzjonijiet addizzjonali f'każ speċifiku sa fejn jippermettilha l-qafas legali applikabbli għat-trasferiment. Dawn il-kundizzjonijiet ma għandhomx jinkludu kundizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data ġeneriċi, jiġifieri kundizzjonijiet imposti li mhumiex relatati mal-fatti speċifiċi tal-każ. Jekk l-informazzjoni hija soġġetta għal kundizzjonijiet, l-Awtorità Kompetenti riċeventi għandha timxi magħhom. L-Awtorità Kompetenti li tkun qed tipprovdi l-informazzjoni tista' wkoll titlob lir-riċevitur jagħti tagħrif dwar l-użu li jkun sar tal-informazzjoni ttrasferita.

4.   Meta l-Istati Uniti, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea jew Stat Membru min-naħa l-oħra, jikkonkludu ftehim dwar it-trasferiment ta' informazzjoni personali għajr b'rabta ma' każijiet, investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet speċifiċi, l-għanijiet speċifikati għala l-informazzjoni tkun qegħda tiġi trasferita u pproċessata għandhom jiġu ppreżentati ulterjorment f'dak il-ftehim.

5.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw skont il-liġijiet rispettivi tagħhom li l-informazzjoni personali tiġi pproċessata b'mod li huwa direttament rilevanti, u mhux eċċessiv jew wiesa' żżejjed, b'rabta mal-għanijiet għall-ipproċessar.

Artikolu 7

Trasferiment Ulterjuri

1.   Meta Awtorità Kompetenti ta' Parti tkun trasferiet informazzjoni personali marbuta ma' każ speċifiku lil Awtorità Kompetenti tal-Parti l-oħra, dik l-informazzjoni tista' tiġi ttrasferita lil Stat li ma jkunx marbut b'dan il-Ftehim jew lil korp internazzjonali biss meta jkun inkiseb il-kunsens minn qabel tal-Awtorità Kompetenti li oriġinarjament tkun bagħtet dik l-informazzjoni.

2.   Meta tkun qed tagħti l-kunsens tagħha għal trasferiment skont il-paragrafu 1, l-Awtorità Kompetenti li oriġinarjament tkun trasferiet l-informazzjoni għandha tqis kif xieraq il-fatturi kollha rilevanti, fosthom kemm ikun serju r-reat, l-iskop li għalih id-data tkun qed tiġi trasferita inizjalment u jekk l-Istat li ma jkunx marbut b'dan il-Ftehim jew il-korp internazzjonali inkwistjoni jiżgurax livell xieraq ta' protezzjoni tal-informazzjoni personali. Din tista' tagħmel it-trasferiment soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

3.   Meta l-Istati Uniti, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea jew Stat Membru min-naħa l-oħra, jikkonkludu ftehim dwar it-trasferiment ta' informazzjoni personali għajr b'rabta ma' każijiet, investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet speċifiċi, it-trasferiment ulterjuri ta' informazzjoni personali jista' jsir biss jekk jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim li jagħtu l-ġustifikazzjoni dovuta għat-trasferiment ulterjuri. Dan il-ftehim għandu wkoll jipprovdi għal mekkaniżmi ta' informazzjoni xierqa bejn l-Awtoritajiet Kompetenti.

4.   Xejn f'dan l-Artikolu li għandu jiġi interpretat li jaffettwa xi rekwiżit, obbligu jew prattika skont liema huwa meħtieġ li jrid jinkiseb il-kunsens bil-quddiem tal-Awtorità Kompetenti li oriġinarjament tkun trasferiet l-informazzjoni qabel ma l-informazzjoni tiġi trasferita ulterjorjment lil Stat jew korp marbut b'dan il-Ftehim, sakemm il-livell ta' protezzjoni tad-data f'tali Stat jew korp ma għandux ikun l-bażi biex jiġi miċħud il-kunsens għal, jew jiġu imposti kundizzjonijiet fuq, tali trasferimenti.

Artikolu 8

Manteniment tal-Kwalità u l-Integrità tal-Informazzjoni

Il-Partijiet għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jiżguraw li l-informazzjoni personali tiġi miżmuma bl-akkuratezza, rilevanza, aġġornatezza u kompletezza kif ikun meħtieġ u xieraq għall-ipproċessar leġittimu tal-informazzjoni. Għal dan l-għan, l-Awtoritajiet Kompetenti għandhom ikollhom proċeduri fis-seħħ li l-għan tagħhom ikun li jiżguraw il-kwalità u l-integrità tal-informazzjoni personali, fosthom dawn li ġejjin:

(a)

il-miżuri msemmija fl-Artikolu 17;

(b)

meta l-Awtorità Kompetenti trasferenti ssir konxja b'xi dubji sinifikanti fir-rigward tar-rilevanza, l-aġġornatezza, il-kompletezza jew l-akkuratezza ta' tali informazzjoni personali jew ta' valutazzjoni li tkun trasferiet, din għandha, meta jkun fattibbli, tavża lill-Awtorità Kompetenti riċeventi dwar dan;

(c)

meta l-Awtorità Kompetenti riċeventi ssir konxja b'xi dubji sinifikanti fir-rigward tar-rilevanza, l-aġġornatezza, il-kompletezza jew l-akkuratezza tal-informazzjoni personali rċevuta minn awtorità tal-gvern, jew ta' valutazzjoni li tkun saret mill-Awtorità Kompetenti trasferenti tal-akkuratezza tal-informazzjoni jew l-affidabbiltà ta' sors, din għandha, fejn fattibbli, tavża lill-Awtorità Kompetenti trasferenti b'dan.

Artikolu 9

Sigurtà tal-Informazzjoni

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ arranġamenti tekniċi, ta' sigurtà u organizzazzjonali xierqa għall-protezzjoni tal-informazzjoni kontra dan kollu li ġej:

(a)

il-qerda aċċidentali jew illeġittima;

(b)

telf aċċidentali; u

(c)

id-divulgazzjoni, alterazzjoni, aċċess, jew ipproċessar ieħor mingħajr awtorizzazzjoni.

Tali arranġamenti għandhom jinkludu salvagwardji xierqa rigward l-awtorizzazzjoni meħtieġa biex tiġi aċċessata l-informazzjoni personali.

Artikolu 10

Notifika ta' Inċident tas-Sigurtà tal-Informazzjoni

1.   Meta ssir taf b'inċident li jinvolvi t-telf jew il-qerda aċċidentali, jew l-aċċess, divulgazzjoni, jew alterazzjoni mingħajr awtorizzazzjoni ta' informazzjoni personali, li fih ikun hemm riskju sinifikanti ta' ħsara, l-Awtorità Kompetenti riċeventi għandha minnufih tivvaluta l-probabbiltà u l-iskala ta' ħsara lil individwi u lill-integrità tal-programm tal-Awtorità Kompetenti trasferenti, u minnufih tieħu azzjoni xierqa biex timmitiga kwalunkwe ħsara ta' din ix-xorta.

2.   L-azzjoni biex il-ħsara tiġi mmitigata għandha tinkludi notifika lill-Awtorità Kompetenti trasferenti. Madankollu, in-notifika tista':

(a)

tinkludi restrizzjonijiet xierqa fir-rigward tat-trażmissjoni ulterjuri tan-notifika;

(b)

issir iktar tard jew ma ssirx, jekk tali notifika tista' tipperikola s-sigurtà nazzjonali;

(c)

issir iktar tard meta tali notifika tista' tipperikola operazzjonijiet tas-sigurtà pubblika.

3.   L-azzjoni biex tiġi mitigata l-ħsara tista' tinkludi wkoll notifika lill-individwu, meta jkun xieraq skont iċ-ċirkostanzi tal-inċident, sakemm tali notifikazzjoni ma tipperikolax:

(a)

is-sigurtà pubblika jew nazzjonali;

(b)

inkjesti, investigazzjonijiet jew proċedimenti uffiċjali;

(c)

il-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni, jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali;

(d)

id-drittijiet u l-libertajiet ta' ħaddieħor, b'mod partikolari l-protezzjoni tal-vittmi u x-xhud.

4.   L-Awtoritajiet Kompetenti involuti fit-trasferiment tal-informazzjoni jistgħu jikkonsultaw flimkien rigward l-inċident u r-rispons għalih.

Artikolu 11

Żamma tar-Rekords

1.   Il-Partijiet għandhom ikollhom fis-seħħ metodi effettivi biex juru l-leġittimità tal-ipproċessar tal-informazzjoni, li jistgħu jinkludu l-użu ta' logs, kif ukoll forom oħrajn ta' rekords.

2.   L-Awtoritajiet Kompetenti jistgħu jużaw tali logs jew rekords biex iżommu l-operazzjonijiet ordinati tal-bażijiet tad-data jew fajls konċernati, biex jiżguraw l-integrità u s-sigurtà tad-data, u fejn meħtieġ biex isegwu proċeduri ta' backup.

Artikolu 12

Perijodu taż-Żamma

1.   Il-Partijiet għandhom jipprovdu, fl-oqfsa legali applikabbli tagħhom, perijodi taż-żamma speċifiċi għal rekords li jkun fihom informazzjoni personali, li l-iskop tagħhom ikun li jiġi żgurat li l-informazzjoni personali ma tinżammx iktar milli jkun hemm bżonn u jkun xieraq. Dawn il-perijodi ta' retenzjoni għandhom iqisu l-għanijiet tal-ipproċessar, in-natura tad-data u l-awtorità li tkun qiegħda tipproċessaha, l-impatt fuq id-drittijiet u l-interessi rilevanti tal-persuni affettwati, u kunsiderazzjonijiet legali oħrajn.

2.   Meta l-Istati Uniti, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea jew Stat Membru min-naħa l-oħra, jikkonkludu ftehim dwar it-trasferiment ta' informazzjoni personali għajr b'rabta ma' każijiet, investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet speċifiċi, tali ftehim jinkludi dispożizzjoni speċifika li jkun sar qbil reċiproku dwarha rigward il-perijodi taż-żamma.

3.   Il-Partijiet għandhom jipprevedu proċeduri għar-rieżami perijodiku tal-perijodu taż-żamma bl-għan li jiġi determinat jekk ċirkustanzi li jkunu nbiddlu jkunux jeħtieġu modifika ulterjuri tal-perijodu applikabbli.

4.   Il-Partijiet għandhom jippubblikaw dawn il-perijodi taż-żamma jew jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku b'mod ieħor.

Artikolu 13

Kategoriji Speċjali ta' Informazzjoni Personali

1.   L-ipproċessar ta' informazzjoni li tikxef l-oriġini razzjali jew etnika, fehmiet politiċi jew twemmin reliġjuż jew ieħor, sħubija fi trade union, jew informazzjoni personali li tikkonċerna s-saħħa jew il-ħajja sesswali għandha ssir biss taħt salvagwardji xierqa b'konformità mal-liġi. Salvagwardji xierqa ta' dan it-tip jistgħu jinkludu: ir-restrizzjoni tal-għanijiet li għalihom l-informazzjoni tista' tiġi pproċessata, bħal li jiġi permess li l-ipproċessar isir biss fuq bażi ta' każ b'każ; is-satar, it-tħassir jew l-ibblokkjar tal-informazzjoni wara li jkun ġie effettwat l-għan li għalih tkun ġiet ipproċessata; ir-restrizzjoni tal-persunal li jkun imħolli jaċċessa l-informazzjoni; il-ħtieġa ta' tħarriġ speċjalizzat għall-persunal li jaċċessa l-informazzjoni; il-ħtieġa ta' approvazzjoni superviżorja biex l-informazzjoni tiġi aċċessata; jew miżuri protettivi oħrajn. Dawn is-salvagwardji għandhom iqisu kif xieraq in-natura tal-informazzjoni, is-sensittivitajiet partikolari tal-informazzjoni, u l-għan li għalih l-informazzjoni tiġi pproċessata.

2.   Meta l-Istati Uniti, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea jew Stat Membru fuq in-naħa l-oħra, jikkonkludu ftehim dwar it-trasferiment tal-informazzjoni personali għajr b'rabta ma' każijiet, investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet speċifiċi, tali ftehim għandu jispeċifika ulterjorment l-istandards u l-kundizzjonijiet taħt liema tali informazzjoni tista' tiġi pproċessata, filwaqt li jitqiesu kif xieraq in-natura tal-informazzjoni u l-għan li għalih tista' tintuża.

Artikolu 14

Obbligu ta' Rendikont

1.   Il-Partijiet għandhom ikollhom stabbiliti miżuri biex jippromwovu l-obbligu ta' rendikont għall-ipproċessar tal-informazzjoni fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim mill-Awtoritajiet Kompetenti tagħhom, u kull awtorità oħra tagħhom li lilha tkun ġiet trasferita l-informazzjoni personali. Tali miżuri għandhom jinkludu notifika tas-salvagwardji applikabbli għat-trasferimenti tal-informazzjoni personali taħt dan il-Ftehim, u tal-kundizzjonijiet li setgħu ġew imposti mill-Awtorità Kompetenti trasferenti skont l-Artikolu 6(3). Imġiba ħażina serja għandha tiġi indirizzata permezz ta' sanzjonijiet kriminali, ċivili jew amministrattivi xierqa u dissważivi.

2.   Il-miżuri stipulati fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, kif xieraq, id-diskontinwazzjoni tat-trasferiment ta' informazzjoni personali lil awtoritajiet ta' entitajiet territorjali kostitwenti tal-Partijiet li mhumiex koperti b'dan il-Ftehim li ma pproteġewx l-informazzjoni personali b'mod effettiv, b'kont meħud tal-għan ta' dan il-Ftehim, u b'mod partikolari l-limitazzjonijiet tal-għan u l-użu u d-dispożizzjonijiet dwar it-trasferiment ulterjuri ta' dan il-Ftehim.

3.   Fil-każ li jkun hemm allegazzjonijiet li l-implimentazzjoni ta' dan l-Artiklu ma saritx sew, Parti tista' titlob lill-Parti l-oħra biex tipprovdi l-informazzjoni rilevanti, inkluż, fejn xieraq, rigward il-miżuri meħuda skont dan l-Artikolu.

Artikolu 15

Deċiżjonijiet Awtomatizzati

Deċiżjonijiet li joħolqu azzjonijiet avversi sinifikanti fir-rigward tal-interessi rilevanti tal-individwu ma jistgħux ikunu bbażati biss fuq l-ipproċessar awtomatiku tal-informazzjoni personali mingħajr involviment uman, sakemm dan ma jkunx awtorizzat bil-liġi domestika, u b'salvagwardji xierqa li jinkludu l-possibiltà li jista' jkun hemm intervent uman.

Artikolu 16

Aċċess

1.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li kull individwu jkun intitolat li jfittex li jkollu aċċess għall-informazzjoni tiegħu u, soġġett għar-restrizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2, li jiksbu. Tali aċċess għandu jiġi mfittex u miksub minn Awtorità Kompetenti f'konformità mal-qafas legali applikabbli tal-Istat li fih ikun qed jiġi mfittex ir-rimedju.

2.   Il-ksib ta' din l-informazzjoni f'każ partikolari jista' jkun soġġett għal restrizzjonijiet partikolari pprovduti mil-liġi domestika, meta wieħed iqis l-interessi leġittimi tal-individwu kkonċernat, sabiex:

(a)

jiġu mħarsa d-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni oħrajn, inkluża l-privatezza tagħhom;

(b)

jiġu salvagwardjati s-sigurtà pubblika u nazzjonali;

(c)

tiġi protetta informazzjoni sensittiva tal-infurzar tal-liġi;

(d)

ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċedimenti uffiċjali jew legali;

(e)

ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;

(f)

jiġu mħarsa b'mod ieħor interessi li l-leġislazzjoni tipprevedi rigward il-libertà tal-informazzjoni u l-aċċess pubbliku għad-dokumenti.

3.   Spejjeż eċċessivi m'għandhomx jiġu imposti fuq l-individwu bħala kundizzjoni biex jaċċessa l-informazzjoni personali tiegħu.

4.   Individwu huwa intitolat li jawtorizza, jekk il-liġi domestika applikabbli tippermetti, lil awtorità ta' sorveljanza jew rappreżentant ieħor jitlob l-aċċess f'ismu.

5.   Jekk l-aċċess jiġi miċħud jew ristrett, l-Awtorità Kompetenti rikjesta, mingħajr dewmien żejjed, tagħti lill-individwu jew lir-rappreżentant debitament awtorizzat tiegħu kif stipulat fil-paragrafu 4, ir-raġunijiet għaċ-ċaħda jew ir-restrizzjoni tal-aċċess.

Artikolu 17

Rettifika

1.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li kull individwu jkun intitulat li jfittex korrezzjoni jew rettifika tal-informazzjoni personali tiegħu li jasserixxi li hija impreċiża jew li tkun ma tkunx ġiet ipproċessata tajjeb. Il-korrezzjoni jew ir-rettifika tista' tinkludi supplementazzjoni, tħassira, imblukkar jew miżuri jew metodi oħrajn biex jiġu indirizzati impreċiżjonijiet jew proċessar li ma sarx tajjeb. Tali korrezzjoni jew rettifika għandha tiġi mfittxa u miksuba minn Awtorità Kompetenti f'konformità mal-qafas legali applikabbli tal-Istat li fih ikun qed jiġi mfittex ir-rimedju.

2.   Meta l-Awtorità Kompetenti riċeventi tikkonkludi, wara:

(a)

talba skont il-paragrafu 1;

(b)

notifika mill-fornitur; jew

(c)

l-investigazzjonijiet jew l-inkjesti tagħha;

li informazzjoni li tkun irċeviet taħt dan il-Ftehim tkun impreċiża jew ma ġietx ipproċessata tajjeb, għandha tieħu miżuri ta' supplementazzjoni, tħassir, imblukkar jew metodi oħrajn ta' korrezzjoni jew rettifika, kif xieraq.

3.   Individwu huwa intitolat li jawtorizza, jekk il-liġi domestika applikabbli tippermetti, lil awtorità ta' sorveljanza jew rappreżentant ieħor ifittex li ssir korrezzjoni jew rettifika f'ismu.

4.   Jekk il-korrezzjoni jew ir-rettifika tiġi miċħuda jew ristretta, l-Awtorità Kompetenti rikjesta, mingħajr dewmien żejjed, tagħti lill-individwu jew lir-rappreżentant debitament awtorizzat tiegħu kif stipulat fil-paragrafu 3, risposta li tkun tinkludi l-bażi għaċ-ċaħda jew ir-restrizzjoni tal-korrezzjoni jew rettifika.

Artikolu 18

Rimedju Amministrattiv

1.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li kwalunkwe individwu jkun intitolat ifittex rimedju amministrattiv meta jaħseb li t-talba tiegħu għall-aċċess skont l-Artikolu 16 jew ir-rettifika ta' informazzjoni impreċiża jew ipproċessar li ma sarx tajjeb skont l-Artikolu 17 tkun ġiet miċħuda b'mod li mhux xieraq. Tali rimedju għandu jiġi mfittex u miksub minn Awtorità Kompetenti f'konformità mal-qafas legali applikabbli tal-Istat li fih ikun qed jiġi mfittex ir-rimedju.

2.   Individwu huwa intitolat li jawtorizza, jekk il-liġi domestika applikabbli tippermetti, lil awtorità ta' sorveljanza jew rappreżentant ieħor ifittex rimedju amministrattiv f'ismu.

3.   L-Awtorità Kompetenti li mingħandha jiġi mfittex ir-rimedju għandha tagħmel l-inkjesti u l-verifiki xierqa u mingħajr dewmien żejjed u għandha twieġeb bil-miktub, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi, bir-riżultat, inkluża l-azzjoni ameljorattiva jew korrettiva meħuda, fejn applikabbli. L-avviż formali tal-proċedura biex jiġi mfittex kwalunkwe rimedju amministrattiv ulterjuri għandu jkun kif previst fl-Artikolu 20.

Artikolu 19

Rimedju Ġudizzjarju

1.   Il-Partijiet għandhom jipprovdu fl-oqfsa legali applikabbli tagħhom li, soġġett għal kwalunkwe rekwiżiti li l-ewwel għandu jiġi eżawrit ir-rimedju amministrattiv, kull ċittadin ta' Parti huwa intitolat li jfittex stħarriġ ġudizzjarju fir-rigward ta':

(a)

ċaħda min-naħa ta' Awtorità Kompetenti għall-aċċess għal rekords li jkun fihom informazzjoni personali tiegħu;

(b)

ċaħda min-naħa ta' Awtorità Kompetenti biex issir emenda tar-rekords li jkun fihom informazzjoni personali tiegħu; u

(c)

id-divulgazzjoni illeġittima ta' tali informazzjoni li tkun saret volontarjament jew intenzjonalment, li għandha tinkludi l-possibiltà ta' kumpens għad-danni.

2.   Tali stħarriġ ġudizzjarju għandu jiġi mfittex u miksub b'konformità mal-qafas legali applikabbli tal-Istat li fih ikun qed jiġi mfittex ir-rimedju.

3.   Il-Paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe stħarriġ ġudizzjarju ieħor disponibbli fir-rigward tal-ipproċessar tal-informazzjoni personali ta' individwu skont il-liġi tal-Istat li fih ikun qed jintalab rimedju.

4.   Fil-każ li jkun hemm sospensjoni jew terminazzjoni tal-Ftehim, l-Artikoli 26(2) jew 29(3) ma għandhomx joħolqu bażi għal rimedju ġudizzjarju li ma jkunx għadu disponibbli taħt il-liġi tal-Parti kkonċernata.

Artikolu 20

Trasparenza

1.   Il-Partijiet għandhom javżaw lil individwu rigward l-informazzjoni personali tiegħu, liema avviż jista' jsir mill-Awtoritajiet Kompetenti permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviżi ġenerali jew permezz ta' avviż formali, f'forma u fi żmien previsti mil-liġi applikabbli lill-awtorità li tkun qed tagħmel l-avviż, fir-rigward ta':

(a)

l-għanijiet tal-ipproċessar ta' tali informazzjoni minn dik l-awtorità;

(b)

l-għanijiet li għalihom l-informazzjoni tista' tiġi kondiviża ma' awtoritajiet oħrajn;

(c)

liġijiet jew regoli li taħthom isir tali pproċessar;

(d)

partijiet terzi li lilhom tiġi divulgata tali informazzjoni; u

(e)

aċċess, korrezzjoni jew rettifika, u rimedju disponibbli.

2.   Tali rekwiżit għal avviż huwa soġġett għar-restrizzjonijiet raġonevoli skont il-liġi domestika fir-rigward tal-materji stipulati fl-Artikolu 16(2) minn (a) sa (f).

Artikolu 21

Sorveljanza Effettiva

1.   Il-Partijiet għandhom ikollhom stabbilita awtorità pubblika ta' sorveljanza waħda jew iktar li:

(a)

teżerċita funzjonijiet u setgħat ta' sorveljanza independenti, inkluż l-istħarriġ, l-investigazzjoni u l-intervenzjoni, fejn xieraq, u fuq l-inizjattiva tagħha;

(b)

ikollha s-setgħa li taċċetta u li tieħu azzjoni dwar ilmenti li jkunu saru minn individwi b'rabta mal-miżuri li jimplimentaw dan il-Ftehim; u

(c)

ikollhom is-setgħa li jirreferu ksur tal-liġi marbut ma' dan il-Ftehim għall-prosekuzzjoni jew azzjoni dixxiplinarja, meta jkun xieraq.

2.   L-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi għas-sorveljanza skont dan l-Artikolu permezz tal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data tagħha u tal-Istati Membri.

3.   L-Istati Uniti għandhom jipprovdu għas-sorveljanza skont dan l-Artikolu kumulattivament permezz ta' iktar minn awtorità waħda, li jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, spetturi ġenerali, kapi uffiċjali tal-privatezza, uffiċċji tar-responsabbiltà tal-gvern, bordijiet ta' sorveljanza tal-privatezza u l-libertajiet ċivili, u korpijiet ta' sorveljanza tal-privatezza jew il-libertajiet ċivili eżekuttivi u leġislattivi applikabbli oħrajn.

Artikolu 22

Kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet ta' Sorveljanza

1.   Il-konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet li jwettqu s-sorveljanza skont l-Artikolu 21 għandhom iseħħu kif xieraq fir-rispett tal-qadi tal-funzjonijiet marbutin ma' dan il-ftehim, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 16, 17, u 18.

2.   Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu punti ta' kuntatt nazzjonali li se jassistu fl-identifikazzjoni tal-awtorità ta' sorveljanza li jkollha tiġi indirizzata f'każ partikolari.

Artikolu 23

Reviżjoni Konġunta

1.   Il-Partijiet għandhom iwettqu reviżjonijiet konġunti tal-politiki u l-proċeduri li jimplimentaw dan il-Ftehim u tal-effettività tagħhom. Fir-reviżjonijiet konġunti għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-implimentazzjoni effettiva tal-protezzjonijiet skont l-Artikolu 14 dwar l-obbligu ta' rendikont, l-Artikolu 16 dwar l-aċċess, l-Artikolu 17 dwar ir-rettifika, l-Artikolu 18 dwar ir-rimedju amministrattiv, u l-Artikolu 19 dwar ir-rimedju ġudizzjarju.

2.   L-ewwel reviżjoni konġunta għandha ssir mhux iktar tard minn tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, u wara ssir fuq bażi regolari. Il-Partijiet għandhom flimkien jiddeterminaw minn qabel il-modalitajiet u t-termini ta' dan u għandhom jikkomunikaw lil xulxin il-kompożizzjoni tad-delegazzjonijiet rispettivi tagħhom, li jinkludu rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 21 dwar is-sorveljanza effettiva, u ta' awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-ġustizzja. Is-sejbiet tar-reviżjoni konġunta jkunu disponibbli għall-pubbliku.

3.   Meta l-Partijiet jew l-Istati Uniti u Stat Membru ikunu kkonkludew ftehim ieħor li s-suġġett tiegħu jkun ukoll fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, li jipprovdi għal reviżjonijiet konġunti, dawn ir-reviżjonijiet konġunti ma jiġux idduplikati u, sa fejn ikun rilevanti, is-sejbiet tagħhom jiffurmaw parti mis-sejbiet tar-reviżjoni konġunta ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 24

Notifiki

1.   L-Istati Uniti għandhom jinnotifikaw lill-Unjoni Ewropea dwar kull deżinjazzjoni li ssir mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti b'rabta mal-Artikolu 19, u kull modifika għaliha.

2.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jinnotifikaw lil xulxin rigward il-mogħdija ta' liġi ta' kull liġi jew l-adozzjoni ta' regolamenti li jaffettwaw materjalment l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, fejn dan ikun fattibbli, qabel ma jsiru effettivi.

Artikolu 25

Konsultazzjoni

Kull tilwima li tinbet mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tagħti bidu għal konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni reċiprokament aċċettabbli.

Artikolu 26

Sospensjoni

1.   Fil-każ li jkun hemm ksur materjali ta' dan il-Ftehim, kwalunkwe Parti tista' tissospendi dan il-Ftehim kollu kemm hu jew parzjalment permezz ta' notifika bil-miktub lill-Parti l-oħra permezz ta' mezzi diplomatiċi. Tali notifika bil-miktub ma għandhiex issir qabel ma l-Partijiet ikunu ħadu sehem f'perijodu raġonevoli ta' konsultazzjoni mingħajr ma tkun instabet soluzzjoni, u s-sospensjoni għandha ssir effettiva għoxrin jum mid-data tal-wasla ta' tali notifika. Tali sospensjoni tista' titneħħa mill-Parti li tkun għamlet is-sospensjoni permezz ta' notifika bil-miktub lill-Parti l-oħra. Is-sospensjoni għandha titneħħa immedjatament malli tasal tali notifika.

2.   Minkejja kwalunkwe sospensjoni ta' dan il-Ftehim, id-data personali li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim u li tkun ġiet trasferita qabel is-sospensjoni tiegħu għandha tkompli tiġi pproċessata b'konformità ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 27

Applikazzjoni Territorjali

1.   Dan il-Ftehim għandu japplika biss għad-Danimarka, ir-Renju Unit, jew l-Irlanda, jekk il-Kummissjoni Ewropea tinnotifika lill-Istati Uniti bil-miktub li d-Danimarka, ir-Renju Unit jew l-Irlanda jkunu għażlu li dan il-Ftehim japplika għall-Istat tagħhom.

2.   Jekk il-Kummissjoni Ewropea tinnotifika lill-Istati Uniti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim li dan se japplika għad-Danimarka, ir-Renju Unit, jew l-Irlanda, dan il-Ftehim għandu japplika għal dawk l-Istati mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

3.   Jekk il-Kummissjoni Ewropea tinnotifika lill-Istati Uniti wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li dan se japplika għad-Danimarka, għar-Renju Unit, jew għall-Irlanda, dan il-Ftehim għandu japplika għal tali Stat fl-ewwel ġurnata tax-xahar wara li tkun waslet n-notifika mill-Istati Uniti.

Artikolu 28

Tul taż-Żmien tal-Ftehim

Dan il-Ftehim huwa konkluż għal tul taż-żmien mingħajr limitu.

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ u Terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu skambjaw in-notifiki li jindikaw illi jkunu temmew il-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ.

2.   Kull Parti tista' tittermina dan il-Ftehim permezz ta' notifika bil-miktub lill-Parti l-oħra permezz ta' mezzi diplomatiċi. Tali terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ tletin jum mid-data tal-wasla ta' tali notifika.

3.   Minkejja kwalunkwe terminazzjoni ta' dan il-Ftehim, informazzjoni personali li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim u li tkun ġiet trasferita qabel it-terminazzjoni tiegħu għandha tkompli tiġi pproċessata b'konformità ma' dan il-Ftehim.

B'XHIEDA TA' DAN il-plenipotenzjarji sottoskritti ffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul f'Amsterdam illum it-tieni jum ta' Ġunju fis-sena elfejn u sittax, f'żewġ kopji oriġinali, bil-lingwa Ingliża. Skont l-liġi tal-UE, dan il-Ftehim għandu jinkiteb ukoll mill-UE fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża. Dawn il-verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali jistgħu jiġu awtentikati permezz ta' skambju ta' noti diplomatiċi bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea. F'każ li jkun hemm diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi, għandha tipprevali l-lingwa Ingliża.

Għall-Unjoni Ewropea

Għall-Istati Uniti tal-Amerika


REGOLAMENTI

10.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2221

tad-5 ta' Diċembru 2016

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jenħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, b'mod parzjali jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid xi sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett li huwa magħmul minn tliet tubi flessibbli mwaħħlin flimkien b'konnessjoni bil-forma Y. Kull wieħed mit-tubi għandu konnettur Luer fit-tarf. L-oġġett għandu tul totali ta' madwar 16 cm u d-dijametru tat-tubi huwa madwar 4 mm. L-oġġett huwa magħmul minn diversi plastiks bħall-klorur tal-polivinil u l-polimeru akriliku.

Il-konnekter Luer jintuża biex iqabbad l-oġġett ma' tubi u/jew apparati oħra (pereżempju siringi) b'mod li tiġi evitata tnixxija.

L-oġġett jintuża f'diversi oqsma bħal pereżempju fl-ambjent mediku, fil-ħidma ġol-laboratorju, fir-riċerka u f'ambjenti oħra fejn hija meħtieġa konnessjoni li tipprevjeni tnixxija.

Ara l-istampa (*1)

3917 33 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 8 tal-Kapitolu 39 u mill-formulazzjoni tal-kodiċijiet tan-NM 3917 u 3917 33 00 .

Meta jiġi ppreżentat lid-dwana, il-prodott mhux identifikabbli bħala parti minn strument mediku fi ħdan it-tifsira tan-Nota 2 tal-Kapitolu 90. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9018 hija eskluża.

Minħabba l-karatteristiki u l-propjetajiet oġġettivi tiegħu, l-oġġett hu konformi mat-termini tal-intestatura 3917 u jissodisfa r-rekwiżiti tan-Nota 8 tal-Kapitolu 39.

Għalhekk, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 3917 33 00 bħal tubi oħrajn, mhux rinfurzati jew b'xi mod ieħor magħqudin ma' materjali oħrajn, mingħajr tagħmir.

Image

(*1)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.


10.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2222

tal-5 ta' Diċembru 2016

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(e) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti (minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala n-“Nomenklatura Magħquda”), li hija stabbilita fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(2)

Is-subintestatura 9505 10 tan-Nomenklatura Magħquda tkopri oġġetti għall-festi tal-Milied.

(3)

Fin-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 9505 (a) (1) u (2) tingħata xi gwida dwar l-interpretazzjoni tat-terminu “oġġetti għall-festi tal-Milied”. Madankollu, għad hemm fehmiet diverġenti dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-oġġetti li jaqgħu taħt is-subintestatura 9505 10.

(4)

Għal aktar ċertezza legali, il-kamp ta' applikazzjoni tas-subintestatura 9505 10 għandu għalhekk jiġi ċċarat billi ssir distinzjoni bejn l-oġġetti tradizzjonali li jintużaw għall-festi tal-Milied imsemmija fl-HSEN għall-intestatura 9505, il-punti (A)(1) u (2), u l-oġġetti tal-moda li jintużaw b'mod aktar ġenerali bħala tiżjin matul l-istaġun tax-xitwa.

(5)

Huwa għalhekk meħtieġ li tiddaħħal nota addizzjonali fil-Kapitolu 95 tan-Nomenklatura Magħquda biex tiġi żgurata l-interpretazzjoni uniformi tas-subintestatura 9505 10 fl-Unjoni kollha.

(6)

Għalhekk l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Kapitolu 95 tat-Tieni Parti tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, tiddaħħal in-nota addizzjonali 1 li ġejja:

“1.

Is-subintestatura 9505 10 tkopri:

(a)

oġġetti li huma ġeneralment rikonoxxuti bħala oġġetti li jintużaw tradizzjonalment u esklussivament fil-festi tal-Milied u li jkunu manifatturati u maħsubin bħala oġġetti għall-festi tal-Milied.

Dawn huma:

(1)

oġġetti assoċjati man-natività (jiġifieri oġġetti għall-presepju tradizzjonali), bħalma huma l-pasturi tax-xena tat-twelid ta' Ġesu Kristu, l-annimali tax-xena tat-twelid, l-istilel ta' Betlem, it-tliet slaten maġi u xeni tat-twelid;

(2)

oġġetti li huma rikonoxxuti li jintużaw fil-festi tal-Milied minħabba tradizzjonijiet nazzjonali antiki, bħal:

siġar artifiċjali tal-Milied,

kalzetti tal-Milied,

zkuk tal-Milied imitazzjoni,

crackers tal-Milied,

Father Christmases bl-islitta jew mingħajrha,

anġli tal-Milied.

Din is-subintestatura ma tkoprix oġġetti tal-istaġun tax-xitwa li jkunu tajbin għal użu aktar ġenerali bħala tiżjin matul dan l-istaġun, minħabba li l-karatteristiċi oġġettivi tagħhom jissuġġerixxu li ma jintużawx esklussivament għall-festi tal-Milied iżda prinċipalment bħala tiżjin matul l-istaġun tax-xitwa, bħal imrieżaq tas-silġ (icicles), kristalli tal-borra, stilel, renni, pitirrossi, snowmen, u immaġni oħra tal-istaġun tax-xitwa, kemm jekk il-kuluri jew l-ilbies eċċ. jissuġġerixxu xi konnessjoni mal-Milied kif ukoll jekk le.

(b)

l-oġġetti ta' tiżjin għas-siġar tal-Milied.

Dawn huma oġġetti maħsubin biex jiddendlu fuq is-siġra tal-Milied (jiġifieri oġġetti ħfief li ġeneralment ikunu magħmulin minn materjal li ma jdumx iservi maħsubin għat-tiżjin tas-siġra tal-Milied). L-oġġetti għandu jkollhom konnessjoni mal-Milied.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.


10.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2223

tal-5 ta' Diċembru 2016

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċertu prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jenħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, b'mod parzjali jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid xi sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu klassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett (hekk imsejjaħ “mikroskopju diġitali”) ta' forma ċilindrika ta' tul ta' madwar 10 cm u dijametru ta' madwar 3 cm. Il-mikroskopju diġitali huwa mgħammar b'erba' dijodi li jemettu d-dawl, b'sensur b'semikonduttur komplementari metall-ossidu (CMOS) u b'kejbil b'konnettur USB. L-oġġett jaħdem biss flimkien ma' magna awtomatika tal-ipproċessar tad-dejta (ADP) u ma għandux kapaċitajiet ta' reġistrazzjoni inkorporati fih.

Il-mikroskopju diġitali għandu l-kapaċità li jkabbar oġġetti f'firxa ta' bejn 10 — 200 darba permezz ta' lenti ottika, u li jieħu ritratti u filmati vidjo li wara jistgħu jiġu rreġistrati fuq magna għall-ipproċessar awtomatiku tad-dejta (ADP) permezz ta' softwer apposta.

Ara l-istampa (*1).

8525 80 19

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-nota 5(E) tal-Kapitolu 84 u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8525 , 8525 80 u 8525 80 19 .

Il-prodott għandu l-kapaċità li jiffunzjona bħala unità ta' input għal magna ADP, bħala kamera tat-televiżjoni, u bħala mikroskopju diġitali.

Il-klassifikazzjoni bħala unità ta' input għal magna ADP taħt l-intestatura 8471 hija eskluża minħabba li l-oġġett iwettaq funzjoni speċifika li mhijiex ipproċessar tad-dejta.

Il-klassifikazzjoni bħala mikroskopju ottiku kompost taħt l-intestatura 9011 hija eskluża wkoll, minħabba li dan l-oġġett m'għandux il-karatteristiki ta' oġġett taħt dik l-intestatura (ara wkoll l-ewwel paragrafu u t-tieni paragrafu (I) tan-Noti ta' Spjegazzjoni dwar is-Sistema Armonizzata għall-intestatura 9011 ).

Billi stampa tal-oġġett imkabbar bil-mikroskopju tista' tiġi viżwalizzata u, jekk ikun meħtieġ, tiġi rreġistrata b'magna ADP biss wara li din tittieħed mis-sensur CMOS, l-oġġett għandu x-xejra ta' kamera tat-televiżjoni.

Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8525 80 19 , bħala kamera tat-televiżjoni.

Image

(*1)  L-istampa qiegħda biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.


10.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2224

tal-5 ta' Diċembru 2016

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jenħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, b'mod parzjali jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid xi sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Apparat tal-elettriku (l-hekk imsejjaħ “adapter bla wajer għall-ispikers”) f'għata b'dimensjonijiet ta' madwar 52 × 52 × 13 mm u piż ta' 26 g.

L-adapter bla wajer għall-ispikers jikkonsisti minn:

batterija rikarikabbli integrata (built-in)

konvertitur diġitali/analogu,

trażmettitur-riċevitur li juża teknoloġija Bluetooth (Advanced Audio Distribution Profile (A2DP),

port USB għall-iċċarġjar, u

port awdjo 3,5 mm, għal konnessjoni ma' sistema ta' spikers (mhux inkluż fil-mument tal-preżentazzjoni lid-dwana).

L-apparat jippermetti lill-utent jisma' mużika minn smartphone jew apparat portabbli simili fuq sistema ta' awdjo tad-dar jew permezz ta' lawdspikers separati.

Is-sinjal tal-awdjo jintbagħat bla wajer permezz tal-Bluetooth mill-ismartphone lill-apparat. Fl-apparat, is-sinjal digitali jiġi konvertit f'sinjal analogu u jintbagħat b'kejbils lis-sistema awdjo tad-dar jew lil-lawdspikers separati. L-apparat għandu buttuna pause/play li tippermetti l-waqfien jew l-issoktar tad-daqq tal-mużika, iżda ma tippermettix l-għażla tal-mużika jew il-kontroll tal-volum.

8517 62 00

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-formulazzjoni tal-kodiċijiet tan-NM 8517 u 8517 62 00 .

Peress li l-apparat jista' biss jibgħat u jirċievi sinjali tal-awdjo bla wajer permezz tal-Bluetooth (A2DP), u minnu nnifsu ma jiġġenerax s-sinjal awdjo jew jipproduċi l-ħoss ma jistax jitqies bħala apparat għar-riproduzzjoni tal-ħoss. Għalhekk, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8519 hija eskluża.

Il-funzjoni tal-apparat hija li jirċievi data awdjo bla wajer minn oġġett (pereżempju telefown ċellulari) u li jittrażmetti dik id-data lil-lawdspikers bl-użu ta' kejbils. Il-funzjoni ta' riċezzjoni, konverżjoni u trażmissjoni ta' data hija koperta mill-formulazzjoni tal-kodiċi NM 8517 62 00 .

Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8517 62 00 bħala magna għar-riċezzjoni, konverżjoni u trażmissjoni ta' vuċi u ta' data oħra.


10.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2225

tal-5 ta' Diċembru 2016

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett ċilindriku fil-biċċa l-kbira tiegħu magħmul mill-azzar (mhux minn azzar fondut) ta' tul ta' madwar 35 cm u dijametru ta' madwar 19-il cm fil-punt l-aktar wiesa' tiegħu ('hekk imsejjaħ “romblu taċ-ċineg”). Jikkonsisti mill-komponenti prinċipali li ġejjin: qafas estern ċilindriku b'radda ffurmata fi gradi għall-gwida tal-katina; xaft illixxjat fin, b'żewġ boxxli u kullari tal-bronż fiż-żewġt itruf.

L-oġġett huwa maħsub biex jintuża mal-katina ta' gaffa tat-tip li jimxi fuq iċ-ċineg, flimkien ma' rombli taċ-ċineg oħrajn simili għall-gwida lonġitudinali u laterali tal-katina.

Ara l-istampa (*1).

8431 49 80

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (NM), min-nota 2(b) tat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8431 , 8431 49 u 8431 49 80 .

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8708 bħala partijiet jew aċċessorji tal-vetturi bil-mutur tal-intestaturi 8701 sa 8705 hija eskluża minħabba li l-oġġett mhuwiex iddisinjat għall-użu ma' vetturi bil-mutur ikklassifikati taħt dawn l-intestaturi. Il-karatteristiki oġġettivi tal-oġġett (id-daqs u l-forma) huma dawk ta' romblu taċ-ċineg iddisinjat għall-użu mal-katina ta' gaffa tat-tip li jimxi fuq iċ-ċineg tal-intestatura 8429 .

Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8431 49 80 bħala partijiet xierqa għall-użu biss jew prinċipalment mal-makkinarju tal-intestaturi 8425 sa 8430 mhux tal-azzar fondut.

Image

(*1)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.


10.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/28


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2226

tad-9 ta' Diċembru 2016

li jwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2016 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2), u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2015 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 (2),

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 (3),

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (4), u

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/106 (5).

(2)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2016 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014,

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2072 (6),

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 (7), u

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/73 (8).

(3)

Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati għalih, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta' dak l-Istat Membru.

(4)

L-Artikolu 105(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li dan it-tnaqqis tal-kwoti tas-sajd għandu jsir fis-sena/snin ta' wara billi jiġu applikati l-fatturi rispettivi ta' multiplikazzjoni mogħtija f'dawk il-paragrafi.

(5)

Ċerti Stati Membri qabżu l-kwoti tas-sajd allokati lilhom għall-2015. Għalhekk, jixraq li jitwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd allokati lilhom fl-2016 u, fejn rilevanti, fis-snin ta' wara, għall-istokkijiet mistada żżejjed.

(6)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1801 (9) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2404 (10) stipulaw tnaqqis tal-kwoti tas-sajd għal ċerti pajjiżi u speċijiet għall-2015. Madanakollu, għal ċerti Stati Membri, it-tnaqqis li kellu jiġi applikat għal ċerti speċijiet kien ikbar mill-kwoti rispettivi disponibbli fl-2015 u għalhekk ma setax jitwettaq bis-sħiħ matul dik is-sena. Biex ikun żgurat li f'każijiet bħal dawn jitnaqqas l-ammont kollu għall-istokkijiet rispettivi, għandhom jitqiesu l-kwantitajiet li jkun għad fadal meta jiġi stabbilit it-tnaqqis tal-kwoti għall-2016 u, fejn rilevanti, minn kwoti sussegwenti.

(7)

Permezz ta' ittra bid-data tal-25 ta' Ottubru 2015, bi qbil mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (11), il-Ġermanja talbet il-permess tal-Kummissjoni biex tkun tista' tiżbarka kwantitajiet addizzjonali tal-barbun imperjali u tal-barbun lixx fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV (T/B/2AC4-C) fil-limiti ta' 10 % tal-kwota. Il-kwantitajiet addizzjonali li jingħataw skont din il-proċedura għandhom jitqiesu li jiskorru l-qabdiet permessi għall-iskopijiet tat-tnaqqis previst fl-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(8)

It-tnaqqis mill-kwoti tas-sajd previst minn dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għat-tnaqqis applikabbli għall-kwoti tal-2016 skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2013 (12).

(9)

Billi l-kwoti jingħataw f'tunnellati, il-kwantitajiet li fihom inqas minn tunnellata ma għandhomx jitqiesu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwoti tas-sajd iffissati fir-Regolamenti (UE) Nru 1367/2014, (UE) 2015/2072, (UE) 2016/72, u (UE) 2016/73 għas-sena 2016 għandhom jitnaqqsu skont kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għat-tnaqqis previst fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 tal-10 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2014 u (UE) Nru 1180/2013 (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 16).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/106 tad-19 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 19, 24.1.2015, p. 8).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2072 tas-17 ta' Novembru 2015 li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1221/2014 u (UE) 2015/104 (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2016, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/73 tat-18 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 16, 23.1.2016, p. 1).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1801 tas-7 ta' Ottubru 2015 li jwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2015 minħabba sajd eċċessiv fis-snin preċedenti (ĠU L 263, 8.10.2015, p. 19).

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2404 tas-16 ta' Diċembru 2015 għat-twettiq ta' tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2015 minħabba sajd eċċessiv ta' stokkijiet oħrajn fis-snin ta' qabel u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1801 (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 73).

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).

(12)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2013 tal-5 ta' Marzu 2013 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tas-sajd allokati lil Spanja fl-2013 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed ta' ċertu kwota tal-kavalli fl-2009 (ĠU L 62, 6.3.2013, p. 62).


ANNESS

TNAQQIS MILL-KWOTI TAL-ISTOKKIJIET LI SAR SAJD EĊĊESSIV TAGĦHOM

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Kwota inizjali tal-2015 (f'kilogrammi)

L-iżbark permess għall-2015 (Il-kwantità totali addattata f'kilogrammi) (1)

Qabdiet totali fl-2015 (il-kwantità f'kilogrammi)

Il-konsum tal-kwota relatat mal-iżbark permess

Sajd eċċessiv relatat mal-iżbark permess (il-kwantità f'kilogrammi)

Fattur ta' Multiplikazzjoni (2)

Fattur ta' Multiplikazzjoni addizzjonali (3)  (4)

Tnaqqis pendenti mis-snin preċedenti (5) (il-kwantità f'kilogrammi)

Tnaqqis li għandu japplika fl-2016 (il-kwantità f'tunnellati)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

(14)

BE

SOL

24-C.

Lingwata komuni

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

991 000

929 510

939 590

101,08 %

10 080

/

/

/

10 080

BE

SRX

07D.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

72 000

70 511

69 495

98,56 %

– 1 016

/

/

1 097

81

BE

SRX

2AC4-C

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

211 000

245 500

256 147

104,34 %

10 647

/

/

/

10 647

BE

SRX

67AKXD

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

725 000

915 262

918 243

100,33 %

2 981

/

/

/

2 981

DE

T/B

2AC4-C

Barbun imperjali/Barbun lixx

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

186 000

349 000

350 186

100,34 %

1 186

/

/

/

1 186  (10)

DK

COD

03AN.

Bakkaljaw

Skagerrak

3 336 000

3 223 407

3 349 360

103,91 %

125 923

/

(C) (6)

/

125 923

DK

DGS

03 A-C.

Mazzola griża/mazzola

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIIa

0

0

3 840

Ma japplikax

3 840

1,00

/

/

3 840

DK

DGS

2AC4-C

Mazzola griża/mazzola

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

0

0

1 540

Ma japplikax

1 540

1,00

/

/

1 540

DK

HER

03 A-BC

Aringa

Iż-żona IIIa

5 692 000

5 770 000

6 056 070

104,96 %

286 070

/

/

/

286 070

DK

NOP

04-N.

Merluzz tan-Norveġja

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV

0

0

28 270

Ma japplikax

28 270

1,00

/

/

28 270

DK

SAN

234_1

Ċiċċirell

Żona ta' ġestjoni 1 taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-Unjoni

125 459 000

115 924 000

130 977 950

112,99 %

15 053 950

1,2

/

/

18 064 740

DK

SAN

234_6

Ċiċċirell

Żona ta' ġestjoni 6 taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-Unjoni

206 000

219 000

228 860

104,50 %

9 860

/

/

/

9 860

ES

ALF

3X14-

Fonsa ħamra

L-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

67 000

80 045

62 544

78,13 %

– 9 496  (7)

/

/

16 159

6 663

ES

ANE

08.

Inċova

VIII

22 500 000

22 923 784

24 068 471

104,99 %

1 144 687

/

/

/

1 144 687

ES

BSF

8910-

Ċinturin Iswed

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X

12 000

30 050

110

0,37 %

– 26 936  (8)

/

/

29 639

2 703

ES

BUM

ATLANT

Marlin blu

L-Oċean Atlantiku

10 360

20 360

134 082

658,56 %

113 722

2,0

A

172 878

514 044

ES

COD

1/2B

Bakkaljaw

I u IIb

13 283 000

12 182 091

12 391 441

101,72 %

209 350

/

/

/

209 350

ES

GHL

1N2AB.

Ħalibatt tal-Groenlandja

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

0

24 239

Ma japplikax

24 239

1,00

A

/

36 359

ES

RED

N3LN.

Redfish

Iż-żona 3LN tan-NAFO

/

171 440

173 836

101,40 %

2 396

/

/

/

2 396

ES

SOL

8AB.

Lingwata komuni

VIIIa u VIIIb

9 000

6 968

7 397

106,13 %

(429) (9)

/

(A+C) (6)  (9)

2 759

2 759

ES

SRX

67AKXD

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

43 800

412 000

445 713

108,18 %

33 713

/

/

/

33 713

ES

SRX

89-C.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX

1 057 000

650 485

771 246

118,56 %

120 761

1,2

/

118 622

263 535

ES

USK

567EI.

Tusk

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII

46 000

135 008

62 646

46,40 %

– 72 362

/

/

58 762

0

ES

WHM

ATLANT

Marlin abjad

L-Oċean Atlantiku

24 310

24 310

68 613

282,24 %

44 303

1,00

A

72 539

138 994

FR

GHL

1N2AB.

Ħalibatt tal-Groenlandja

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

2 000

7 957

397,85 %

5 957

1,00

/

/

5 957

FR

HAD

7X7A34

Merluzz tal-linja sewda

VIIb-k, VIII, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1.

5 561 000

5 760 984

5 775 607

100,25 %

14 623

/

/

/

14 623

FR

PLE

7HJK.

Barbun tat-tbajja'

VIIh, VIIj u VIIk

17 000

57 007

59 833

104,95 %

2 826

/

/

/

2 826

FR

SRX

07D.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

602 000

591 586

689 868

116,61 %

98 282

1,00

/

/

98 282

FR

SRX

89-C.

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX

1 298 000

1 507 000

1 578 469

104,74 %

71 469

/

/

/

71 469

IE

COD

07 A.

Bakkaljaw

Fiż-żona VIIa

120 000

134 776

138 122

102,48 %

3 346

/

/

/

3 346

IE

SRX

67AKXD

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

1 048 000

946 554

1 044 694

110,37 %

98 140

1,00

/

/

98 140

NL

ANE

08.

Inċova

VIII

/

0

12 493

Ma japplikax

12 493

1,00

/

/

12 493

NL

COD

2A3AX4

Bakkaljaw

IV; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa; u l-parti taż-żona IIIa li mhijiex koperta minn Skagerrak u minn Kattegat

2 800 000

1 340 520

1 348 815

100,62 %

8 295

/

(C) (6)

/

8 295

NL

HER

*25B-F

Aringa

II, Vb fit-Tramuntana ta' 62° N (l-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe)

1 104 000

1 841 160

2 230 998

121,17 %

389 838

1,4

/

/

545 773

NL

HKE

3 A/BCD

Merluzz

Iż-żona IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjonijiet 22-32

/

0

1 575

Ma japplikax

1 575

1,00

A + C (11)

/

2 363

NL

MAC

*3A4BC

Kavall

IIIa u IVbc

490 000

1 084 500

1 090 087

100,52 %

5 587

/

/

/

5 587

NL

POK

2A34.

Pollakkju iswed

IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IIIb, IIIc u tas-Sottotaqsimiet 22-32

68 000

56 600

63 411

112,03 %

6 811

1,00

/

/

6 811

NL

SRX

2AC4-C

Rebekkini u raj

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

180 000

245 300

252 765

103,04 %

7 465

/

/

/

7 465

NL

T/B

2AC4-C

Barbun imperjali u barbun lixx

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

2 579 000

2 783 000

2 793 239

100,37 %

10 239

/

/

/

10 239

NL

WHB

1X14

Stokkafixx

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV

36 711 000

55 297 456

55 584 332

100,52 %

286 876

/

/

/

286 876

NL

WHG

2AC4.

Merlangu

IV; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa

699 000

527 900

547 717

103,75 %

19 817

/

/

/

19 817

NL

WHG

56-14

Merlangu

VI; L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

/

0

11 475

Ma japplikax

11 475

1,00

/

/

11 475

PT

GHL

1N2AB

Il-ħalibatt tal-Groenlandja

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

0

6 098

Ma japplikax

6 098

1,00

/

/

6 098

PT

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

/

9 700

9 690

99,90 %

– 10

/

/

145 616

145 606

UK

COD

2A3AX4

Bakkaljaw

IV; L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa; u l-parti taż-żona IIIa li mhijiex koperta minn Skagerrak u minn Kattegat

11 369 000

14 828 600

14 846 189

100,12 %

17 589

/

(C) (6)

/

17 589

UK

HER

4AB.

Aringa

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta' 53° 30′ N

62 292 000

66 892 860

68 024 970

101,69 %

1 132 100

/

/

/

1 132 110

UK

MAC

2CX14-

Kavall

VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV

245 363 000

237 093 794

242 496 391

102,28 %

5 402 597

/

(A) (6)

/

5 402 597

UK

MAC

*3A4BC

Kavall

IIIa u IVbc

490 000

620 500

626 677

101,00 %

6 177

/

/

/

6 177

UK

SAN

234_1

Ċiċċirell

Żona ta' ġestjoni 1 taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-Unjoni

2 742 000

1 219 400

2 000 034

164,02 %

780 634

2,00

/

/

1 561 268


(1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet għas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2014 għall-2015 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) skont l-Artikolu 5a tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 16), skontl-Artikolu 18a tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1) jew ir-reallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. It-tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta' sajd eċċessiv li jkun 100 tunnellata jew inqas.

(3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv jaqbeż l-10 %.

(4)  L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 minħabba snin konsekuttivi ta' sajd żejjed fis-snin 2013, 2014 u 2015. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan multiannwali.

(5)  Il-kwantitajiet li fadal li ma setgħux jitnaqqsu fl-2015 skont ir-Regolament (UE) 2015/1801 kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/2404 billi ma kienx hemm kwota disponibbli, jew ma kienx hemm kwota biżżejjed.

(6)  Il-fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ma jistax jiġi applikat billi s-sajd eċċessiv ma jaqbiżx l-10 % tal-iżbarkar permess.

(7)  Il-kwantità mhux utilizzata li jifdal wara t-trasferiment ta' 8 005 kilogrammi mill-2015 għall-2016 skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1142 (ĠU L 189, 14.7.2016, p. 9).

(8)  Il-kwantità mhux utilizzata li jifdal wara t-trasferiment ta' 3 004 kilogrammi mill-2015 għall-2016 skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1142.

(9)  Il-kwantitajiet ta' inqas minn tunnellata ma jitqisux.

(10)  Fuq talba tal-Ġermanja, ġew permessi mill-Kummissjoni żbarki addizzjonali sa 10 % tal-kwota għal T/B skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

(11)  Il-fatturi ta' multiplikazzjoni addizzjonali mhumiex kumulattivi u jinħadmu darba biss.


10.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/36


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2227

tad-9 ta' Diċembru 2016

dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 497(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi evitat tfixkil fis-swieq finanzjarji internazzjonali u sabiex ma jitħalliex li l-istituzzjonijiet ikunu ppenalizzati billi jiġu soġġetti għal rekwiżiti ogħla ta' fondi proprji waqt il-proċessi ta' awtorizzazzjoni u rikonoxximent ta' kontropartijiet ċentrali (“CCPs”) eżistenti, l-Artikolu 497(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 stabbilixxa perjodu tranżizzjonali li matulu s-CCPs kollha li istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni jikklerjaw it-tranżazzjonijiet magħhom, ikunu jistgħu jitqiesu bħala CCPs kwalifikanti mill-istituzzjonijiet.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 emenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fir-rigward ta' ċerti inputs għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' istituzzjonijiet għal skoperturi għal CCPs. Għaldaqstant, l-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jobbliga ċerti CCPs jirrappurtaw, għal perjodu ta' żmien limitat, l-ammont totali tal-marġni inizjali li huma jkunu rċevew mill-membri tal-ikklerjar tagħhom. Dan il-perjodu tranżizzjonali jirrifletti l-perjodu stabbilit fl-Artikolu 497(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(3)

Iż-żewġ perjodi tranżizzjonali kienu previsti li jiskadu fil-15 ta' Ġunju 2014.

(4)

L-Artikolu 497(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex f'ċirkostanzi eċċezzjonali tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex il-perjodu tranżizzjonali għar-rekwiżiti ta' fondi proprji jiġi estiż b'sitt xhur. Din l-estensjoni għandha tapplika wkoll fir-rigward tal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Dawn il-perjodi tranżizzjonali ġew estiżi sal-15 ta' Diċembru 2016 bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 591/2014 (3), (UE) Nru 1317/2014 (4), (UE) 2015/880 (5), (UE) 2015/2326 (6) u (UE) 2016/892 (7).

(5)

Il-proċess ta' awtorizzazzjoni għas-CCPs eżistenti stabbiliti fl-Unjoni huwa lest, għalhekk ma hemmx bżonn ta' aktar estensjonijiet tal-perjodu tranżizzjonali għal dawk is-CCPs.

(6)

Fir-rigward ta' CCPs stabbiliti f'pajjiżi terzi li sa issa applikaw għar-rikonoxximent, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) diġà rrikonoxxiet 21 CCP. Minn dawn, tliet CCPs mill-Istati Uniti tal-Amerka ġew rikonoxxuti wara l-adozzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/892. Barra minn hekk, CCPs addizzjonali mill-Istati Uniti tal-Amerika jistgħu jiġu rikonoxxuti fuq il-bażi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/377 (8). Madankollu, is-CCPs ta' pajjiżi terzi li jifdal għadhom qegħdin jistennew ir-rikonoxximent u l-proċess ta' rikonoxximent mhuwiex se jkun lest sal-15 ta' Diċembru 2016. Jekk il-perjodu tranżizzjonali ma jiġix estiż, l-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni (jew is-sussidjarji tagħhom stabbiliti barra mill-Unjoni) li jkollhom skoperturi għal CCPs ta' pajjiżi terzi li jifdal, jiġu obbligati jżidu b'mod sinifikanti l-fondi proprji tagħhom għal dawn l-iskoperturi. Anki jekk dawn iż-żidiet jistgħu jkunu biss temporanji, dawn jistgħu potenzjalment iwasslu għall-irtirar ta' dawk l-istituzzjonijiet bħala parteċipanti diretti f'dawk is-CCPs jew għall-waqfien, mill-inqas temporanju, tal-provvediment ta' servizzi ta' kklerjar lill-klijenti ta' dawk l-istituzzjonijiet u b'hekk jinħoloq tfixkil serju fis-swieq li fihom joperaw dawk is-CCPs.

(7)

Għaldaqstant, wara li l-estensjoni tal-perjodu tranżizzjonali stabbilita fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/892 tiskadi, tibqa' l-ħtieġa li jiġi evitat it-tfixkil fi swieq barra l-Unjoni, li kienet wasslet għall-estensjoni tal-perjodu tranżizzjonali stabbilit fil-Artikolu 497(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Estensjoni ulterjuri tal-perjodu tranżizzjonali għandha tippermetti lill-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni (jew lis-sussidjarji tagħhom stabbiliti lil hinn mill-Unjoni) biex jevitaw żieda sinifikanti fir-rekwiżiti ta' fondi proprji minħabba li ma jkunx tlesta l-proċess ta' rikonoxximent għal CCPs li jipprovdu, b'mod vijabbli u aċċessibli, it-tip ta' servizzi ta' kklerjar li istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni (jew is-sussidjarji tagħhom stabbiliti barra l-Unjoni) jeħtieġu. Għalhekk jixraq li l-perjodi tranżizzjonali jiġu estiżi b'sitt xhur oħra.

(8)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Banek Ewropej,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-perjodi ta' 15-il xahar imsemmija fl-Artikolu 497(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 89(5a) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, rispettivament, kif estiżi l-aħħar f'konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/892, jiġu estiżi b'sitt xhur oħra sal-15 ta' Ġunju 2017.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 591/2014 tat-3 ta' Ġunju 2014 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 4.6.2014, p. 31).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1317/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali fir-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 355, 12.12.2014, p. 6).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/880 tal-4 ta' Ġunju 2015 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali fir-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 143, 9.6.2015, p. 7).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2326 tal-11 ta' Diċembru 2015 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 12.12.2015, p. 108).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/892 tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar l-estensjoni tal-perjodi tranżizzjonali relatati ma' rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi għal kontropartijiet ċentrali stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 151, 8.6.2016, p. 4).

(8)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/377 tal-15 ta' Marzu 2016 dwar l-ekwivalenza tal-qafas regolatorju tal-Istati Uniti tal-Amerka għall-kontropartijiet ċentrali li huma awtorizzati u li ssirilhom superviżjoni mill-Commodity Futures Trading Commission mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 16.3.2016, p. 32).


10.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/38


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2228

tad-9 ta' Diċembru 2016

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

104,7

TN

123,9

TR

108,1

ZZ

112,2

0707 00 05

MA

77,0

TR

156,6

ZZ

116,8

0709 93 10

MA

144,9

TR

154,6

ZZ

149,8

0805 10 20

TR

70,9

UY

62,9

ZA

27,9

ZZ

53,9

0805 20 10

MA

71,8

ZZ

71,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

112,8

JM

112,0

TR

81,5

ZZ

102,1

0805 50 10

TR

86,9

ZZ

86,9

0808 10 80

ZA

36,6

ZZ

36,6

0808 30 90

CN

89,2

ZZ

89,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

10.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/40


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2229

tad-9 ta' Diċembru 2016

li ġġib fi tmiemu r-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, limitat għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, Shandong Kaison

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 965/2010 (2), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju niexef bin-numru tal-Unjoni Doganali u l-Istatistika (CUS) 0023277-9 u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-Chemical Abstracts Service (CAS) 527-07-1, li attwalment jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 2918 16 00 (kodiċi TARIC 2918160010), u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

1.2   Talba għal rieżami

(2)

Il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (3) mressqa minn Jungbunzlauer SA u Roquette Italia SpA (“l-applikanti”). It-talba kienet limitata fil-kamp ta' applikazzjoni għall-eżaminazzjoni ta' dumping f'dak li jirrigwarda produttur esportatur wieħed mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”), jiġifieri Shandong Kaison.

1.3   Bidu ta' rieżami

(3)

Il-Kummissjoni, billi ddeterminat, wara li għarrfet lill-Istati Membri, li t-talba kienet tinkludi biżżejjed evidenza prima facie biex tiġġustifika l-bidu ta' rieżami interim parzjali, ħabbret, permezz ta' notifika ta' bidu (4) ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-19 ta' Frar 2016, il-bidu ta' rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea limitat għall-eżaminazzjoni ta' dumping f'dak li jirrigwarda Shandong Kaison.

2.   IRTIRAR TAT-TALBA U TERMINAZZJONI TAL-PROĊEDIMENT

(4)

Permezz ta' ittra datata t-22 ta' Settembru 2016 indirizzata lill-Kummissjoni, l-applikanti rtiraw it-talba tagħhom għal rieżami.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, proċediment jista' jiġi terminat meta t-talba tiġi rtirata, sakemm tali terminazzjoni ma tkunx kontra l-interess tal-Unjoni.

(6)

L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda kunsiderazzjoni li turi li din it-terminazzjoni tkun tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li jenħtieġ li l-investigazzjoni preżenti tintemm. Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b'dan u ngħataw ċans jikkummentaw. Madankollu, ma ġie riċevut l-ebda kumment.

(7)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li jenħtieġ li r-rieżami interim parzjali dwar l-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju li joriġina fir-RPĊ ikun itterminat.

(8)

Din id-Deċiżjoni hija f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huwa b'dan itterminat mingħajr ma ġie emendat il-livell tal-miżura antidumping fis-seħħ.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 965/2010 tal-25 ta' Ottubru 2010 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' glukonat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 282, 28.10.2010, p. 24).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51). Dan ir-Regolament ġie kkodifikat mir-Regolament bażiku.

(4)  Notifika ta' bidu ta' rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-Glukonat tas-Sodju li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, limitat għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, Shandong Kaison (ĠU C 64, 19.2.2016, p. 4).


Rettifika

10.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/42


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1836 tat-12 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 266 tat-13 ta' Ottubru 2015 )

Fil-paġna 80, l-Artikolu 1, il-punt 4 (li jikkonċerna l-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK),

minflok:

“… (g) … u persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness I, għandhom jiġu ffriżati.”,

aqra:

“… (g) … u persuni u entitajiet assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness I, għandhom jiġu ffriżati.”.